15.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/4


Informazzjoni fil-qosor kkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 47/03

Għajnuna Nru: XF 18/10

Stat Membru: L-Irlanda

Reġjun/Awtorità li jagħti/tagħti l-għajnuna: An Bord Iascaigh Mhara

Titlu tal-iskema tal-għajnuna/Isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna ad hoc: Aquaculture Innovation and Technology Scheme

Bażi legali: Sea Fisheries Act 1952 (No 7 of 1952)

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew ammont ta’ għajnuna ad hoc mogħtija lill-kumpanija: EUR 700 000,00 fis-sena għall-perjodu bejn l-2010 u l-2014

Intensità massima tal-għajnuna: 40 % tan-nefqa eliġibbli għal proġetti ta' investiment promossi mis-settur privat

Data tad-dħul fis-seħħ: It-23 ta' Lulju 2010

Tul ta' żmien tal-iskema (mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014); indika:

taħt l-iskema: l-għajnuna se tingħata: sat-30 ta' Ġunju 2014

fil-każ ta’ xi għajnuna ad hoc: id-data mistennija ta' meta jrid jitħallas l-aħħar pagament: Mhux applikabbli

Għan tal-għajnuna: L-għanijiet tal-Iskema ta' Innovazzjoni u Teknoloġija tal-Akkwakultura (Aquaculture Innovation and Technology Scheme) huma mmirati biex jippromwovu l-investiment f'teknoloġija innovattiva u biex jipprovaw din it-teknoloġija f'kundizzjonijiet kummerċjali biex itejbu l-prestazzjoni u l-kompetittività, jistabbilixxu l-fattibilità teknika u ekonomika tal-ispeċijiet u s-siti l-ġodda, jassistu miżuri biex itejbu s-sotenibbilità ambjentali fit-tul, jinvestu f'miżuri biex itejbu s-saħħa u l-benessri tal-ħut u l-kwalità tal-prodott, jiżviluppaw titjib f'saħħa u sikurezza okkupazzjonali fl-akkwakultura, jsaħħu l-ħiliet u l-bażi ta' għarfien tal-industrija u jintegraw u jarmonizzaw l-akkwakultura f'komunitajiet kostali u f'żoni rurali

Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 jintuża: l-Artikoli 11 u 21.

Attività kkonċernata: L-investiment f'teknoloġija innovattiva u fil-prova ta' din it-teknoloġija f'kundizzjonijiet kummerċjali biex itejbu l-prestazzjoni u l-kompetittività, jistabbilixxu l-fattibilità teknika u ekonomika tal-ispeċijiet u s-siti l-ġodda, jassistu miżuri biex itejbu s-sotenibbilità ambjentali fit-tul, jinvestu f'miżuri biex itejbu s-saħħa u l-benessri tal-ħut u l-kwalità tal-prodott, jiżviluppaw titjib f'saħħa u sikurezza okkupazzjonali fl-akkwakultura, jsaħħu l-ħiliet u l-bażi ta' għarfien tal-industrija u jintegraw u jarmonizzaw l-akkwakultura f'komunitajiet kostali u f'żoni rurali

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

An Bord Iascaigh Mhara

PO Box 12

Crofton Road

Dún Laoghaire

Co. Dublin

IRELAND

Indirizz elettroniku fejn jista’ jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta’ għajnuna: http://www.bim.ie

Ġustifikazzjoni: indika għaliex ġiet stabbilita skema ta’ għajnuna mill-Istat minflok assistenza taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd: Il-prijorità tal-fondi allokati għall-Irlanda mill-Fond Ewropew għas-Sajd ingħatat għall-irtirar mis-servizz tal-flotta tas-sajd. L-iżvilupp tal-akkwakultura se jiġi ffinanzjat mill-Gvern Irlandiż mill-allokazzjonijiet annwali tat-Teżor fil-vot ta' An Bord Iascaigh Mhara, inkluż fil-vot tad-Dipartiment tal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ikel.

Għajnuna Nru: XF 23/10

Stat Membru: L-Irlanda

Reġjun/Awtorità li jagħti/tagħti l-għajnuna: An Bord Iascaigh Mhara

Titlu tal-iskema ta' għajnuna/Isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna ad hoc: Aquaculture Innovation and Technology Scheme

Bażi legali: Sea Fisheries Act 1952 (No 7 of 1952)

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew ammont ta’ għajnuna ad hoc mogħtija lill-kumpanija: EUR 700 000,00 fis-sena għall-perjodu mill-2010 sal-2014

Intensità massima tal-għajnuna: 40 % tan-nefqa eliġibbli għal proġetti ta' investiment promossi mis-settur privat

Data tad-dħul fis-seħħ: It-23 ta' Lulju 2010

Tul ta' żmien tal-iskema (mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014); indika:

taħt l-iskema: l-għajnuna se tingħata: sat-30 ta' Ġunju 2014

fil-każ ta’ xi għajnuna ad hoc: id-data mistennija ta' meta jrid jitħallas l-aħħar pagament: Mhux applikabbli

Għan tal-għajnuna: L-għanijiet tal-Iskema ta' Innovazzjoni u Teknoloġija tal-Akkwakultura (Aquaculture Innovation and Technology Scheme) huma mmirati biex jippromwovu l-investiment f'teknoloġija innovattiva u jipprovaw din it-teknoloġija skont kundizzjonijiet kummerċjali biex itejbu l-prestazzjoni u l-kompetittività, jistabbilixxu l-fattibilità teknika u ekonomika tal-ispeċi u s-siti l-ġodda, jassistu miżuri biex itejbu s-sostenibbilità ambjentali fit-tul, jinvestu f'miżuri biex itejbu s-saħħa u l-benessri tal-ħut u l-kwalità tal-prodott, jiżviluppaw titjib fis-saħħa u sikurezza okkupazzjonali fl-akkwakultura, jsaħħu l-ħiliet u l-bażi ta' għarfien tal-industrija u jintegraw u jarmonizzaw l-akkwakultura f'komunitajiet kostali u f'żoni rurali.

Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 jintuża: l-Artikoli 11 u 21.

Attività kkonċernata: L-investiment fit-teknoloġija innovattiva u tipprova din it-teknoloġija skont kundizzjonijiet kummerċjali biex itejbu l-prestazzjoni u l-kompetittività, jistabilixxu l-fattibiltà teknika u ekonomika tal-ispeċi u s-siti l-ġodda, jassistu miżuri biex itejbu s-sotenibbilità ambjentali fit-tul, jinvestu f'miżuri biex itejbu s-saħħa u l-benessri tal-ħut u l-kwalità tal-prodott, jiżviluppaw titjib fis-saħħa u sikurezza okkupazzjonali fl-akkwakultura, jsaħħu l-ħilijiet u l-bażi ta' għarfien tal-industrija u jintegraw u jarmonizzaw l-akkwakultura f'komunitajiet kostali u f'żoni rurali.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

An Bord Iascaigh Mhara

PO Box 12

Crofton Road

Dún Laoghaire

Co. Dublin

IRELAND

Indirizz elettroniku fejn jista’ jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta’ għajnuna: http://www.bim.ie

Motivazzjoni: indika għaliex ġiet stabbilita skema ta’ għajnuna mill-Istat minflok assistenza taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd: Il-prijorità tal-fondi allokati għall-Irlanda mill-Fond Ewropew għas-Sajd ingħatat għall-irtirar mis-servizz tal-flotta tas-sajd. L-iżvilupp tal-akkwakultura se jiġi ffinanzjat mill-Gvern Irlandiż mill-allokazzjonijiet annwali fil-vot tat-Teżor ta' An Bord Iascaigh Mhara, inkluż fil-vot tad-Dipartiment tal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ikel.

Għajnuna Nru: XF 36/10

Stat Membru: L-Irlanda

Reġjun/Awtorità li jagħti/tagħti l-għajnuna: An Bord Iascaigh Mhara

Titlu tal-iskema ta' għajnuna/Isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna ad hoc: Seafood Graduate Development Scheme

Bażi legali: Sea Fisheries Act 1952 (No 7 of 1952)

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew ammont ta’ għajnuna ad hoc mogħtija lill-kumpanija: EUR 250 000

Intensità massima tal-għajnuna: Sa massimu ta' 40 % tal-proġetti tas-settur privat eliġibbli u sa 100 % tal-proġetti pubbliċi mwettqa fl-interess kollettiv minn korpi pubbliċi u/jew minn istituzzjonijiet ta' riċerka.

Data tad-dħul fis-seħħ: Id-data operattiva hi l-1 ta' Novembru 2010.

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja ta' għajnuna individwali (mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014); indika:

taħt l-iskema: l-għajnuna se tingħata sat-30 ta' Ġunju 2014

fil-każ ta’ xi għajnuna ad hoc: id-data mistennija ta' meta jrid jitħallas l-aħħar pagament: mhux applikabbli

Għan tal-għajnuna: L-għan tal-iskema huwa li tappoġġa l-iżvilupp tas-settur permezz tal-iskjerament ta' gradwati speċjalizzati fl-iżvilupp/fil-kummerċjalizzazzjoni tan-negozju u l-ħiliet fl-iżvilupp ta' prodott ġdid tal-frott tal-baħar.

Din l-Iskema hi mħallsa skont l-Artikoli 17, 21 u 23 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 tat-22 ta' Lulju 2008.

Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 jintuża: l-Artikoli 17, 21 u 23.

Attività kkonċernata: Il-Produzzjoni tal-Frott tal-Baħar, is-Setturi tal-Ipproċessar u tal-Kummerċ.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

An Bord Iascaigh Mhara

PO Box 12

Crofton Road

Dún Laoghaire

Co. Dublin

IRELAND

Indirizz elettroniku fejn jista’ jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta’ għajnuna: http://www.bim.ie/templates/text_content.asp?node_id=1085

Motivazzjoni: indika għaliex ġiet stabbilita skema ta’ għajnuna mill-Istat minflok assistenza mill-Fond Ewropew għas-Sajd: Il-fondi allokati għall-Irlanda mill-Fond Ewropew għas-Sajd kienu prijoritizzati għal Miżuri oħra, b'mod partikolari, għall-Irtirar mis-servizz tal-flotta tas-sajd, għas-Sistemi ta' Sajd li Jħarsu l-Ambjent, għall-Immaniġġjar tas-Sajd mal-Kosta u għall-Assi 4.