|
12.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 45/12 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
2011/C 45/06
Għajnuna Nru: XA 160/10
Stati Membri: Ir-Repubblika Slovakka
Reġjun/Awtorità li tagħti l-għajnuna: Ir-reġjuni kollha tar-Repubblika Slovakka
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Schéma štátnej pomoci na úhradu škôd na poľnohospodárskych plodinách spôsobených nepriaznivou poveternostnou udalosťou, ktorú možno prirovnať k prírodnej katastrofe pre mikro, malé a stredné podniky.
Bażi legali:
|
— |
§ 5 zákona č. 267/2010 Z. z. z 10. júna 2010 o poskytovaní dotácie na kompenzáciu strát spôsobených nepriaznivou poveternostnou udalosťou, ktorú možno prirovnať k prírodnej katastrofe, prírodnou katastrofou alebo mimoriadnou udalosťou, |
|
— |
L-Artikoli 11 u 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001, |
|
— |
L-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat, ĠU L 214, 9.8.2008, |
|
— |
zákon č. 231/1999 Z. z. o štátnej pomoci v znení neskorších predpisov. |
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Il-volum ta’ finanzjament ippjanat taħt l-iskema għall-2010 huwa ta' EUR 10 miljun.
Il-volum totali ta’ finanzjament ippjanat taħt l-iskema għall-perjodu mill-2010 sal-2013 huwa ta' EUR 40 miljun.
Intensità massima tal-għajnuna: 80 % tat-telf, fejn il-produttur huwa assigurat u xtara polza ta' assigurazzjoni li tkopri minn tal-inqas 50 % tal-produzzjoni medja annwali tiegħu jew tad-dħul mill-produzzjoni tal-prodotti agrikoli relevanti fir-razzett tiegħu u fejn l-assigurazzjoni tkopri l-avvenimenti tat-temp l-aktar sinifikanti statistikament fir-Repubblika Slovakka, kif stabbilit mill-Istitut Slovakk għall-Idrometerjoloġija (Slovenský hydrometeorologický ústav),
90 % tat-telf, fejn il-produttur jaħdem f'żona żvantaġġata u xtara polza ta' assigurazzjoni li tkopri minn tal-inqas 50 % tal-produzzjoni medja annwali tiegħu jew tad-dħul mill-produzzjoni tal-prodotti agrikoli relevanti fir-razzett tiegħu u fejn l-assigurazzjoni tkopri l-avvenimenti tat-temp l-aktar sinifikanti statistikament fir-Repubblika Slovakka, kif stabbilit mill-Istitut Slovakk għall-Idrometerjoloġija (Slovenský hydrometeorologický ústav),
40 % tat-telf, fejn il-produttur mhuwiex assigurat u ma xtarax polza ta' assigurazzjoni li tkopri inqas minn 50 % tal-produzzjoni medja annwali tiegħu jew tad-dħul mill-produzzjoni tal-prodotti agrikoli relevanti fir-razzett tiegħu,
45 % tat-telf, fejn il-produttur jaħdem f'żona żvantaġġata, mhuwiex assigurat jew ma xtarax polza ta' assigurazzjoni li tkopri inqas minn 50 % tal-produzzjoni medja annwali tiegħu jew tad-dħul mill-produzzjoni tal-prodotti agrikoli relevanti fir-razzett tiegħu.
Is-sussidju jista' jingħata f'każijiet fejn it-telf huwa minn tal-inqas ta' EUR 2 000.
Data tal-implimentazzjoni: L-iskema se tidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-applikazzjoni għall-eżenzjoni tingħata numru ta' identifikazzjoni u l-informazzjoni fil-qosor tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.
L-iskema hija ppubblikata fuq is-sit elettroniku li ġej: http://www.land.gov.sk/sk/index.php?navID=161&id=4016
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: L-iskema tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2013.
Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna huwa li tipprovdi kumpens għal ħsara kkawżata lill-produzzjoni primarja tal-impjant bħala riżultat ta' avveniment ta' temp ħażin li jista' jiġi mqabbel ma' diżastru naturali.
Taħt din l-iskema, partikolarment jingħata kumpens jekk il-ħsara tiġi kkawżata minn:
Avveniment ta' temp ħażin li jista' jiġi mqabbel ma' diżastru naturali huwa wieħed li jeqred aktar minn 30 % tal-produzzjoni medja annwali ta' produttur partikolari ta' uċuħ fil-perjodu preċedenti ta' tliet snin jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perjodu preċedenti ta' ħames snin esklużi l-ogħla u l-inqas sena għar-razzett kollu.
Settur jew setturi benefiċjarji: Diviżjoni A – Agrikoltura, forestrija u sajd
01 – Produzzjoni ta' uċuħ u bhejjem, kaċċa u attivitajiet relatati ta' servizz
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Ministerstvo pôdohospodárstva, životného prostredia a regionálneho rozvoja SR |
|
Dobrovičova 12 |
|
812 66 Bratislava |
|
SLOVENSKO/SLOVAKIA |
|
Tel. +421 259266111 |
Indirizz tal-Internet: http://www.land.gov.sk/sk/index.php?navID=161&id=4016
Informazzjoni oħra: “Avveniment ta' temp ħażin li jista' jiġi mqabbel ma' diżastru naturali” jfisser kundizzjonijiet ta' temp bħal ġlata, silġ, borra, xita jew nixfa li jeqirdu aktar minn 30 % tal-produzzjoni medja annwali ta' produttur partikolari fil-perjodu preċedenti ta' tliet snin jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perjodu preċedenti ta' ħames snin, esklużi l-ogħla u l-inqas sena. Għalhekk, l-ispejjeż li ġejjin huma meqjusa bħala eliġibbli:
It-telf (tnaqqis fid-dħul) huwa kkalkulat billi tiġi mmultiplikata l-medja annwali ta' kwantità prodotta fil-perjodu preċedenti ta' tliet snin (jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perjodu preċedenti ta' ħames snin, esklużi l-ogħla u l-inqas sena) bil-prezz medju tal-bejgħ miksub u mbagħad billi tiġi mnaqqsa l-kwantità tal-prodott li ġie prodott fis-sena tal-avveniment klimatiku negattiv immultiplikata bil-prezz medju tal-bejgħ miksub matul dik is-sena. It-telf ikkalkulat b'dan il-mod huwa mnaqqas minn kwalunkwe somma mnaqqsa taħt l-iskema ta' assigurazzjoni u bi spejjeż li mhumiex imġarrba b'riżultat tal-avvenimenti ta' temp ħażin. Il-kalkulazzjoni hija mwettqa fuq il-livell tar-razzett individwali.
L-għajnuna għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikoli 2(8) u 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001.
Għajnuna Nru: XA 190/10
Stati Membri: Il-Pajjiżi l-Baxxi
Reġjun: —
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Subsidie Gebiedscoöperatie Oregional
Bażi legali: Besluit Milieusubsidies
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 1 miljun
Intensità massima tal-għajnuna: Għal din il-miżura ta' għajnuna, l-intensità massima tal-għajnuna se tkun ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli (ara taħt “Għan tal-għajnuna”)
Data tal-implimentazzjoni: Il-15 ta' Ottubru 2010. L-implimentazzjoni se tibda wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif imsemmi fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1857/2006.
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: L-għotja tal-għajnuna individwali se titwettaq f'erba' pagamenti matul il-perjodu 2010-2013.
Għan tal-għajnuna: L-għan ewlieni tal-miżura tal-għajnuna huwa li tappoġġja intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. L-għan sekondarju huwa, li permezz tal-Gebiedscoöperatie Oregional, jinbiegħu prodotti agrikoli reġjonali sostenibbli b'mod strutturalment xieraq matul it-tliet snin li ġejjin fir-reġjun ta' Nijmegen. L-ikbar problema f'dan ir-rigward hija l-ibbilanċjar bejn il-provvista tal-prodott reġjonali u d-domanda. L-għan tal-proġett issussidjat huwa li jitneħħew l-ostakli sabiex id-domanda għall-prodotti agrikoli reġjonali sostenibbli, partikolarment min-naħa tal-istabbilimenti tal-kura, skejjel/kulleġġi, kantins tal-kumpaniji u lukandi, ristoranti u kafetteriji, tkun tista' tintlaħaq b'mod strutturalment xieraq.
Se jintużaw l-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 li ġejjin:
L-Artikolu 14 – Għajnuna biex tkun inkoraġġuta l-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalità
L-ispejjeż li ġejjin huma eliġibbli għal sussidju:
|
— |
100 % tal-ispejjeż tar-riċerka tas-suq, tal-konċepiment u d-disinn tal-proġett, |
|
— |
100 % tal-ispejjeż għall-introduzzjoni ta' skemi ta' assigurazzjoni ta' kwalità, |
|
— |
100 % tal-ispejjeż għat-taħriġ tal-persunal sabiex jiġu applikati skemi ta' assigurazzjoni ta' kwalità, |
|
— |
100 % tal-ispejjeż fi ħlasijiet imposti minn korpi taċ-ċertifikazzjoni rikonoxxuti għaċ-ċertifikazzjoni tal-bidu tal-assigurazzjoni tal-kwalità u sistemi simili. |
L-Artikolu 15 – Għoti ta’ appoġġ tekniku fis-settur agrikolu
L-ispejjeż li ġejjin huma eliġibbli għal sussidju:
|
— |
l-ispejjeż fl-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa u l-ħaddiema tal-irziezet, |
|
— |
l-ispejjeż marbutin mas-servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi, li ma jikkostitwixxux attività kontinwa jew perjodika u lanqas ma huma relatati man-nefqa operattiva tas-soltu tal-intrapriża, |
|
— |
l-ispejjeż għall-organizzazzjoni ta’ forums u l-parteċipazzjoni fihom biex ikun skambjat l-għarfien bejn in-negozji, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, |
|
— |
l-ispejjeż marbutin mat-tixrid tal-għarfien xjentifiku, |
|
— |
l-ispejjeż tal-pubblikazzjonijiet bħal katalgi jew siti tal-internet li jippreżentaw informazzjoni fattwali dwar il-produtturi li ġejjin minn ċertu reġjun jew dwar il-produtturi li jipproduċu ċertu prodott, dejjem jekk l-informazzjoni u l-preżentazzjoni jkunu newtrali u l-produtturi kollha kkonċernati jkollhom opportunitajiet indaqs għar-rappreżentanza fil-pubblikazzjoni. |
Settur jew setturi benefiċjarji: L-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju kollha attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli imsemmijin fl-Anness I għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Ministerie van VROM |
|
Postbus 20951 |
|
2500 EZ Den Haag |
|
NEDERLAND |
Indirizz tal-Internet: http://www.rijksoverheid.nl/documenten-en-publicaties/besluiten/2010/10/01/verstrekking-subsidie-project-duurzaam-inkopen-van-regionale-producten.html
Informazzjoni oħra: Sabiex jingħata dan is-sussidju, flimkien mar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 se jintuża wkoll ir-Regolament (KE) Nru 800/2008 (ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa). L-ammont tas–sussidju huwa ta' EUR 1 miljun li se jintuża l-iktar għall-intrapriżi agrikoli. Il-bqija se jintefaq fuq l-SMEs.
Mhuwiex possibbli li jintqal min qabel liema intrapriżi se jirċievu l-għajnuna u kemm se jirċievu.
Għajnuna Nru: XA 191/10
Stati Membri: L-Italja
Reġjun: Lombardia
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Misure regionali di sostegno degli allevamenti suinicolo colpiti da virus della malattia vescicolare dei suini — indennizzi per mancato reddito per sospensione delle fecondazioni
Bażi legali: DGR n. 581 del 6.10.2010«Misure regionali di sostegno degli allevamenti suinicolo colpiti da virus della malattia vescicolare dei suini — indennizzi per mancato reddito per sospensione delle fecondazioni»
L.R. 31/2008 (Testo unico Leggi Agricoltura) art. 18
Decreto DG Sanità n. 6929 del 26.6.2007
Decreto DG Sanità n. 9348 del 27.8.2007
Provvedimento DG Sanità prot. H1.2007.0046390 del 29.10.2007«Malattia vescicolare dei suini – intervento straordinario».
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 2 000 000
Intensità massima tal-għajnuna: Sa 100 % tan-nefqa eliġibbli, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fis-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2011.
Għan tal-għajnuna: Għajnuna ta' kumpens lil persuni li jrabbu l-annimali għat-telf ta' introjtu mġarrab minħabba s-sospensjoni tal-inseminazzjoni b'riżultat tal-miżuri meħuda mill-awtorità tas-saħħa biex tinqered il-marda veżikulari tal-ħnieżer.
Settur jew setturi benefiċjarji: A10406 – Trobbija tal-ħnieżer
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Regione Lombardia |
|
DG Agricoltura |
|
Via Pola 12/14 |
|
20124 Milano MI |
|
ITALIA |
Indirizz tal-Internet: (ara “Tagħrif ieħor”)
Informazzjoni oħra: http://www.regione.lombardia.it, wara idħol fuq “Settori e politiche”, “Agricoltura”, “Argomenti”, “Aiuti di stato nel settore agricolo: pubblicazione dei regimi di aiuto”.
Għajnuna Nru: XA 196/10
Stati Membri: L-Italja
Reġjun: Basilicata
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Sostegno delle aziende agricole per l'abbattimento di frutteti colpiti da Sharka.
Bażi legali:
|
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità, u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1) tagħha, |
|
— |
legge 1 luglio 1997, n. 206 Norme in favore delle produzioni agricole danneggiate da organismi nocivi, |
|
— |
decreto del ministero delle politiche agricole, alimentari e forestali del 28 luglio 2009 recante lotta obbligatoria per il controllo del virus Plum pox virus (PPV), agente della «Vaiolatura delle drupacee» (Sharka), |
|
— |
delibera di Giunta Regionale n. 1591 del 21 settembre 2010 avente per oggetto: |
Misure regionali di sostegno delle aziende frutticole colpite da Vaiolatura delle drupacee (Sharka), causate dall’agente patogeno Plum pox virus. Approvazione criteri e modulistica e contestuale apertura bando. Anno 2010.
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-ammont kumplessiv tal-iskema tal-għajnuna għall-perjodu kollu bejn l-1 ta' Novembru 2010 u t-30 ta' April 2011 huwa ta' EUR 328 000,00.
Intensità massima tal-għajnuna: Il-kumpens jiġi kkalkulat esklussivament skont il-prezz tas-suq tal-pjanti meqruda u skont it-telf tad-dħul minħabba l-obbligi ta' kwarantina u d-diffikultajiet marbutin maż-żrigħ mill-ġdid. L-entità għall-kumpens hija stabbilita skont kif jidher fit-tabella li ġejja:
Il-kontribut minimu li jista' jingħata lil kull benefiċjarju huwa stabbilit għal EUR 250,00 Għalhekk ma jistax jingħata kontribut għal ammonti li jkunu inqas.
Data tal-implimentazzjoni: L-1 ta' Novembru 2010
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: It-30 ta' April 2011
Għan tal-għajnuna: Il-virus (Plum pox virus) jikkawża l-marda magħrufa bħala Sharka, u huwa magħruf bħala organiżmu li jagħmel il-ħsara li jeħtieġ kwarantina. Il-projbizzjoni tad-dħul u t-tixrid tiegħu fl-Unjoni Ewropea u fl-Italja huwa provdut fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 u mid-Digriet leġiżlattiv tad-19 ta' Awwissu 2005, Nru 214.
Il-gravità ta' din il-marda wasslet sabiex jinħareġ id-Digriet tat-28 ta' Lulju 2009, mill-Ministeru tal-politiki agrikoli, alimentari u forestali li jgħid “ġlieda obbligatorja sabiex jiġi kkontrollat il-virus Plum pox virus (PPV), li jikkawża x-Sharka”.
Il-miżuri għall-għajnuna għandhom l-għan li jeqirdu l-pjanti u l-ġonna bis-siġar tal-frott infettati.
F'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, sabiex titħares il-kultivazzjoni tal-frott reġjonali, tqies li jkun xieraq li bi tkomplija ta' dak li twettaq fl-2008 u fl-2009, tiġi stabbilita skema ta' għajnuna bil-għan li tikkumpensa lill-produtturi tal-frott għall-ispejjeż tal-qerda tat-tifqigħat tal-marda. Il-kumpens jiġi kkalkulat esklussivament skont il-prezz tas-suq tal-pjanti meqruda u skont it-telf tad-dħul minħabba l-obbligi ta' kwarantina u d-diffikultajiet marbutin maż-żrigħ mill-ġdid.
Settur jew setturi benefiċjarji: Il-kultivazzjoni tal-berquq, il-ħawħ u n-nuċiprisk.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna: Regione Basilicata — Dipartimento agricoltura, sviluppo rurale, economia montana
Indirizz tal-Internet: http://www.regione.basilicata.it/giunta/site/giunta/department.jsp?dep=100049&area=111544&otype=1058&id=538603
Informazzjoni oħra: B'mod kumplessiv, il-ġonna tas-siġar tal-frott infettati bix-Sharka u aċċertati uffiċjalment fl-2010 u li diġà inqerdu huma 12. Dawn ikopru erja kumplessiva ta' 22 ettaru.
Għajnuna Nru: XA 198/10
Stati Membri: L-Italja
Reġjun: Sardegna
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Legge regionale 11 marzo 1998, n. 8, articolo 23 (aiuti per i danni alla produzione agricola).
Aiuti a favore delle aziende colpite da tubercolosi bovina nel periodo 1o gennaio 2009-31 dicembre 2010. Spesa 300 000 EUR.
Bażi legali: L.R. 11 marzo 1998, n. 8, articolo 23
Deliberazione della Giunta regionale n. 32/25 del 15 settembre 2010 recante «Aiuti per la perdita di reddito a favore delle aziende colpite da tubercolosi bovina nel periodo 1o gennaio 2009-31 dicembre 2010». Spesa 300 000 EUR.
Deliberazione della Giunta regionale n. 13/26 del 4 marzo 2008 — All. B
Deliberazione della Giunta regionale n. 34/19 del 19 giugno 2008 — All. B
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-allokazzjoni sħiħa finanzjarja tal-għajnuna, li tkopri t-telf li sar fl-2009 u fl-2010, tammonta kumplessivament għal EUR 300 000,00.
Intensità massima tal-għajnuna: Għajnuna għal telf ta' introjtu:
100 % tat-telf tal-introjtu kkalkulat skont il-proċedura speċifikata fil-punt 2 tar-regoli ta' implimentazzjoni stipulati fl-Anness B) għad-Deċiżjoni tal-Kunsill Reġjonali (DGR) Nru 34/19 tad-19 ta’ Ġunju 2008.
Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna tapplika b'effett mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' identifikazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Għall-2009: sal-31 ta' Diċembru 2012
Għall-2010: sal-31 ta' Diċembru 2013
Għan tal-għajnuna: L-għajnuna għal telf ta' introjtu tingħata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(2)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Settur jew setturi benefiċjarji: Il-produzzjoni ta' annimali: il-bhejjem bovini
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Regione Autonoma della Sardegna |
|
Assessorato dell’agricoltura e riforma agro-pastorale |
|
Via Pessagno 4 |
|
09125 Cagliari CA |
|
ITALIA |
Indirizz tal-Internet:
|
|
deliberazione n. 32/25 del 15 settembre 2009: http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_72_20100920141740.pdf |
|
|
deliberazione n. 13/26 del 4 marzo 2008: http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_73_20080306104215.pdf |
|
|
allegato B: http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_73_20080306104251.pdf |
|
|
deliberazione n. 34/19 del 19 giugno 2008: http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_72_20080619175155.pdf |
|
|
allegato B: http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_72_20080624123014.pdf |
Informazzjoni oħra: L-għajnuna hija intenzjonata biex tikkumpensa s-sidien tal-irziezet tal-bhejjem bovini fir-reġjun fejn kien hemm tifqigħa tat-tuberkolożi bovina għat-telf imġarrab mill-applikazzjoni tal-miżuri ta' restrizzjoni imposti mill-awtoritajiet tas-saħħa, fil-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2009 u l-31 ta' Diċembru 2010, skont il-pjan biex tinqered it-tuberkolożi bovina.
projbizzjoni ta' riproduzzjoni (inqas twelid ta' għoġġiela tas-simna = tnaqqis fil-produzzjoni tal-laħam = telf ta' introjtu),
projbizzjoni ta' stokkjar mill-ġdid (dan iwassal għal diffikultajiet fil-bini mill-ġdid tal-merħla wara l-qtil obbligatorju, u għalhekk tnaqqis fit-twelid ta' għoġġiela tas-simna = tnaqqis fil-produzzjoni tal-laħam = telf ta' introjtu).
Il-benefiċjarji maħsuba għal din l-għajnuna, jiġifieri l-irziezet li jipprattikaw trobbija estensiva u semiestensiva ta' bhejjem, bħala regola ġenerali ma jġarrbux spejjeż biex jixtru magħlef prodott barra mir-razzett, għax l-annimali adulti, kemm il-baqar kif ukoll il-barrin, prinċipalment jingħataw għalf selvaġġ li jikber fir-razzett u b'hekk id-densità ta' unitajiet ta' bhejjem (LU) għal kull ettaru hi bbażata fuq l-għalf naturali disponibbli, filwaqt li l-għoġġiela jingħataw il-ħalib ta' ommijiethom u jinbiegħu malli jinfatmu.
Għal din ir-raġuni, l-ispejjeż ta' produzzjoni mhumiex imġarrba mill-irziezet għax ir-restrizzjonijiet imposti indikati hawn fuq ma għandhomx ikunu mnaqqsa mill-ammont ta' għajnuna.
Madanakollu, se titnaqqas mill-għajnuna mogħtija kull somma li l-bdiewa jirċievu permezz ta' skemi ta' assigurazzjoni ssussidjati jew volontarji.
Bianca CARBONI
Direttore Servizio sostegno delle imprese agricole e sviluppo delle competenze