4.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/24


Notifika fir-rigward ta' talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE – Estensjoni tad-data ta' skandenza

Talba minn Stat Membru

2011/C 35/09

Fit-22 ta' Novembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u dawk postali (1).

Din it-talba, li ntbagħtet mir-Repubblika Ċeka hi dwar l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-faħam fil-pajjiż. It-talba kienet ippubblikata fil-ĠU C 324, 1.12.2010, p. 27. Il-perjodu inizjali jiskadi fit-23 ta' Frar 2011.

Minħabba li s-servizzi tal-Kummissjoni għandhom bżonn jirċievu u jeżaminaw it-tagħrif supplimentari u skont id-dispożizzjonijiet previsti fit-tieni frażi tal-Artikolu 30(6), id-data tal-iskadenza li l-Kummissjoni għandha sabiex tieħu deċiżjoni rigward din it-talba qed tiġi estiża bi tliet xhur.

Id-data tal-għeluq għalhekk hija t-23 ta' Mejju 2011.


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.