15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/150 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni
2011/C 366/27
INTRODUZZJONI
1. |
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Fondazzjoni”), li tinsab f’Dublin, kienet imwaqqfa mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta’ Mejju 1975 (1). L-għan tagħha huwa li tikkontribwixxi għall-ippjanar u l-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol aħjar fl-Unjoni billi żżid u xxerred għarfien li huwa rilevanti għal dan is-suġġett (2). |
2. |
Il-baġit tal-Fondazzjoni tal-2010 ammonta għal EUR 20,8 miljun meta mqabbel mal-EUR 20,2 miljun tas-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Fondazzjoni fl-aħħar tas-sena kien 101, meta mqabbel mal-94 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Fondazzjoni, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Fondazzjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u l-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata u r-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet stipulati ta’ hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Fondazzjoni (11) jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u tal-attivitajiet tal-Fondazzjoni. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titlu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.07.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali ġew imfassla fit-30 ta’ Ġunju 2011 u ġew irċevuti mill-Qorti fl-4 ta’ Lulju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġejja http://eca.europa.eujew www.eurofound.europa.eu.
ANNESS
Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Dublin)
Kompetenzi u attivitajiet
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikolu 151 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
L-Unjoni u l-Istati Membri, waqt li jżommu f’moħħhom id-drittijiet soċjali fundamentali bħalma huma dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea li kienet iffirmata f’Turin fit-18 ta’ Ottubru 1961 u l-Karta tal-Komunità tal-1989 dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema, għandu jkollhom bħala mira l-promozzjoni tal-impjieg, it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla t-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-mira ta’ livell għoli ta’ mpjieg [impjieg] li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-kompetenzi tal-Fondazzjoni (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1111/2005) |
L-Objettivi L-għan tal-Fondazzjoni għandu jkun li tikkontribwixxi għat-twaqqif ta’ kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol aħjar billi żżid u xxerred għarfien li huwa rilevanti għal dan is-suġġett. B'mod partikolari, hija meħtieġa tikkunsidra l-oqsma li ġejjin:
Il-Kompiti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
It-tmexxija |
1 – Il-Bord Amministrattiv (BA)
2 – Il-Bureau tal-BA
3 – Id-Direttur huwa maħtur mill-Kummissjoni minn lista ta’ kandidati ppreżentata mill-BA, huwa jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-BA u tal-Bureau tal-BA u jmexxi l-Fondazzjoni. 4 – Il-Kumitat tal-esperti huwa magħmul minn mhux aktar minn tliet membri mill-Kummissjoni, mill-gvernijiet u mill-imsieħba soċjali, bil-għan li jagħti pariri dwar l-implimentazzjoni ta’ proġetti kbar u dwar il-valutazzjoni tar-riżultati. 5 – Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. 6 – L-awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riżorsi disponibbli għall-Fondazzjoni fl-2010 (2009) |
Il-Bagit EUR 20,9 miljun (EUR 20,2 miljun) Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010 101 kariga u waħda mogħtija fil-pjan ta’ stabbiliment, li minnhom 91 (81) kienu okkupati fil-31 ta’ Diċembru 2010. Persunal Ieħor:
Allokati lil
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-attivitajiet u s-servizzi pprovduti |
Il-Monitoraġġ u l-Istħarriġ In-Netwerk tal-Osservatorji Ewropej (NEO):
L-Istħarriġ:
L-Impjiegi u l-kompetittività
Ir-Relazzjonijiet industrijali u żviluppi fuq il-post tax-xogħol
Il-koeżjoni soċjali u l-kwalità tal-ħajja
Il-Komunikazzjoni u l-qsim ta’ ideat u esperjenzi Tqassmu 85 511-il pubblikazzjoni stampata; 679 pubblikazzjoni ġodda fuq il-web u stampati; 873 kuntatti u laqgħat ta’ għoti ta’ informazzjoni ma’ persuni li jfasslu l-politika fuq livell Ewropew; 1,8 miljun sessjoni tal-utent; attivitajiet tal-midja rriżultaw fl-ilħuq ta’ 130 miljun ċittadin Ewropew; 252 inkjesta minn ġurnalisti.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni. |
IT-TWEĠIBIET TAL-EUROFOUND
1. |
L-Eurofound ħa nota tar-rapport tal-Qorti. |