|
15.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/145 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni
2011/C 366/26
INTRODUZZJONI
|
1. |
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Fondazzjoni”), li tinsab f'Turin, twaqqfet mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 (1). L-iskop tal-Fondazzjoni huwa li ssostni r-riforma tat-taħriġ vokazzjonali fil-pajjiżi msieħba mal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, hija tgħin lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ programmi varji (PHARE, TACIS, CARDS u MEDA) (2). |
|
2. |
Il-baġit tal-Fondazzjoni għall-2010 ammonta għal EUR 19,3 miljun, meta mqabbel ma’ EUR 20,2 miljun is-sena ta’ qabel. L-għadd ta’ persunal impjegat mill-Fondazzjoni fi tmiem is-sena kien 128 meta mqabbel ma’ 124 is-sena ta’ qabel. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
3. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu tat-Trattat Dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (3) tal-Fondazzjoni, li jikkonsistu fir-“rendikonti finanzjarji” (4) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
|
4. |
Din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6). |
Ir-responsabbiltà tad-Direttur
|
5. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-Fondazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (7). Id-Direttur huwa responsabbli mit-twaqqif (8) tal-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll interni rilevanti biex jiġu ppreparati kontijiet finali (9) li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball, u biex tiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti
|
6. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. |
|
7. |
Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi tal-Etika tal-IFAC u tal-ISSAI (10). Dawk l-istandards jitolbu li l-Qorti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq il-verifika biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk il-kontijiet humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi humiex legali u regolari. |
|
8. |
Il-verifika tal-Qorti tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awtur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali fir-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba żball. Meta tagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-kontroll intern rilevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-entità jiġi kkunsidrat sabiex jitfasslu proċeduri tal-verifika li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-verifika tal-Qorti tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politika tal-kontabilità użata, tar-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-maniġment u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-kontijiet inġenerali. |
|
9. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza tal-verifika miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet t'hawn taħt. |
L-opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
10. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kontijiet Annwali tal-Fondazzjoni (11) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-fluss ta’ likwidità tagħha għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha. |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
11. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2011.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1.
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni. Jiġi ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.
(4) Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(8) L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.
(9) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.07.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni.
(10) Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).
(11) Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fil-15 ta’ Ġunju 2011 u rċevuti mill-Qorti fis-16 ta’ Ġunju 2011. Il-Kontijiet Annwali Finali jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.etf.europa.eu/Archive.
ANNESS
Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (Turin)
Kompetenzi u attivitajiet
|
L-Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (L-Artikolu 166(3)tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-formazzjoni vokazzjonali. |
||||||||||||||||||||
|
Il-Kompetenzi tal-Fondazzjoni Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 |
L-Objettivi
Il-Kompiti Bil-għan li jinkiseb l-objettiv stabbilit, il-Fondazzjoni, fil-limiti tas-setgħat mogħtija lill-Bord tat-Tmexxija, u filwaqt li ssegwi l-linji gwida ġenerali stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, għandha jkollha l-funzjonijiet li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||
|
It-Tmexxija |
1 - Il-Bord tat-Tmexxija
2 - Id-Direttur Maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni 3 - Il-verifika esterna Il-Qorti tal-Awdituri. |
||||||||||||||||||||
|
Ir-Riżorsi disponibbli għall-Fondazzjoni fl-2010 (2009) |
Il-Baġit EUR 19,3 (20,2) miljun Għadd ta’ persunal fil-31 ta’ Diċembru 2010
Persunal totali: 128 (124), assenjati għad-doveri segwenti:
|
||||||||||||||||||||
|
Il-Prodotti u servizzi mogħtija matul is-sena finanzjarja fl-2010 (2009) |
Il-Fondazzjoni tikkontribwixxi, fil-kuntest tal-politiki ta’ relazzjonijiet esterni tal-UE, għat-titjib tal-iżvilupp tal-kapital uman (HCD) fid-29 Pajjiżi Imsieħba maħtura skont ir-Regolament tagħha u l-Bord tat-Tmexxija. L-attivitajiet ewlenin huma l-appoġġ għal politiki u proġetti tal-UE, il-provvediment ta’ analiżi ta’ politika, it-tixrid u l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenza u appoġġ għal bini tal-kapaċitajiet tal- pajjiżi msieħba. Il-valur miżjud tal-Fondazzjoni jiġi mill-bażi ta’ għarfien stabbilit bħala newtrali, mhux kummerċjali u uniku li jikkonsisti f'kompetenza fl-iżvilupp ta’ kapital uman u r-rabtiet mal-impjiegi. Dan jinkludi kompetenza fl-adattament tal-approċċi għall-iżvilupp ta’ kapital uman fl-UE u l-Istati Membri tagħha għall-kuntest tal-pajjiżi msieħba. Fl-2010, il-Fondazzjoni temmet b'suċċess l-ewwel sena tal-Proċess ta’ Turin (24 valutazzjoni ta’ politika fit-Taħriġ Edukattiv Vokazzjonali tal-Pajjiżi Msieħba) b'kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ politiki strateġiċi, il-promozzjoni tal-aħjar prattiki għall-iżvilupp, u t-tħaffif ta’ koordinazzjoni u armonizzazzjoni, kif ukoll fid-dimensjoni esterna tal-Politiki Interni tal-Unjoni Ewropea. Ħadmet ukoll fuq il-funzjonijiet ewlenin tagħha kif ġej:
Il-prestazzjonijiet ikejlu t-twettiq tar-riżultati ta’ proġett, u jirrelataw il-baġit mal-funzjonijiet tal-Fondazzjoni. Barra minn hekk, għal dawn il-funzjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-programm ta’ xogħol tagħha, il-Fondazzjoni wieġbet ukoll għal talbiet diretti mill-Kummissjoni Ewropea matul is-sena. Fl-2010 rrappurtat 105 (101) talba kontinwa, 62 % (56 %) ġew indirizzati lil pajjiżi IPA u 30 % (40 %) lil ENPI u 7 % (4 %) lil DCI. Talba waħda teknika ma kinitx marbuta mal-ebda waħda minn dawn it-tliet strumenti.
|
||||||||||||||||||||
|
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni. |
|||||||||||||||||||||
IT-TWEĠIBIET TAL-FONDAZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija ħa nota tar-rapport tal-Qorti. |