52011PC0931

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-adozzjoni ta' Programm Supplimentari ta’ Riċerka għall-proġett ITER (2014-2018) /* KUMM/2011/0931 finali - 2011/0460 (NLE) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

L-għan tal-proposta annessa għal Deċiżjoni tal-Kunsill huwa li jiġi definit l-arranġament ta’ finanzjament tal-kontribuzzjoni tal-UE għall-proġett ITER għall-perjodu 2014-2018 permezz ta' "Programm Supplimentari ta' Riċerka" taħt it-Trattat tal-Euratom.

L-għan prinċipali tal-proġett ITER[1] huwa li jinbena u jitħaddem reattur sperimentali tal-fużjoni. L-ITER huwa pass ewlieni lejn id-dimostrazzjoni tal-fużjoni bħala sors sostenibbli ta’ enerġija. Minħabba l-vantaġġi importanti tiegħu, bħad-disponibilità ta' riżervi kbar tal-fjuwil u n-nuqqas ta’ emissjonijiet ta’ CO2, il-fużjoni tista’ tikkontribwixxi ħafna għall-istrateġija fit-tul tal-UE għall-enerġija. Barra minn hekk, il-fużjoni għandha fatturi inerenti ta' sikurezza li jiddistingwuha mill-enerġija nukleari tradizzjonali. L-ITER huwa parti mill-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (SET) u ser jikkontribwixxi għall-istrateġija Ewropa 2020, għaliex l-involviment tal-industrija Ewropea tat-teknoloġija avvanzata għandu jipprovdi l-UE b’vantaġġ kompetittiv globali f’dan is-settur promettenti.

Il-proġett ITER qed jitwettaq skont it-termini tal-Ftehim internazzjonali dwar l-Istabbiliment tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER (il-"Ftehim ITER")[2] bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ("Euratom”) u 6 Partijiet oħra: iċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun, ir-Russja u l-Istati Uniti. Dan il-ftehim legalment vinkolanti stabbilixxa l-Organizzazzjoni ITER b’personalità legali internazzjonali sħiħa, bħala l-korp responsabbli mill-implimentazzjoni konġunta tal-proġett ITER. Il-Kummissjoni tirrapreżenti l-Euratom fl-istanzi differenti tal-ITER, b’mod partikolari l-Kunsill tal-ITER, il-korp tat-tmexxija ewlieni tal-proġett.

Fil-qafas tan-negozjati sabiex jinkiseb l-appoġġ tal-partijiet l-oħra tal-ITER sabiex jiġi rranġat is-sit għall-ITER fl-Ewropa, l-Euratom u l-Ġappun ikkonkludew ftehim bilaterali li jistabbilixxi attivitajiet ta' riċerka konġunta kumplimentari dwar il-fużjoni, msejħa l-attivitajiet Approċċ Usa’[3].

Bħala Parti Ospitanti u li għandha l-ikbar sehem tal-kontribuzzjonijiet għall-fażi ta' kostruzzjoni (5/11, jew madwar 45 % tat-total), l-Euratom għandha responsabilitajiet u obligazzjonijiet speċjali, inkluż l-impossibilità tal-irtirar unilterali mill-Ftehim ITER.

Il-kontribuzzjoni tal-UE għall-proġett ITER hija mmaniġjata permezz tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni ("Fużjoni għall-Enerġija"), stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill fis-27 ta' Marzu 2007[4]. Il-Membri tal-Fużjoni għall-Enerġija (Euratom, is-27 Stat Membru u l-Isvizzera) huma kollha rappreżentati fil-Bord tat-Tmexxija tagħha. Il-kontribuzzjoni tal-UE għall-proġett tal-ITER tikkonsisti prinċipalment minn sistemi maġġuri u komponenti akkwistati mill-Fużjoni għall-Enerġija u pprovduti “in natura” lill-Organizzazzjoni ITER waqt il-fażi ta’ kostruzzjoni. Il-Parlament Ewropew huwa responsabbli għar-rilaxx tal-baġit lill-Fużjoni għall-Enerġija.

Fattur importanti tal-kostruzzjoni tal-ITER huwa l-isfida teknika estrema. Bl-iskala u l-kumplessità tiegħu mingħajr preċedent, dan jirrapreżenta impenn maġġuri b'kontribuzzjonijiet fl-inġinerija ċivili, mekkanika, elettrika u nukleari.

L-ITER jaqsam ċerti karatteristiċi ma’ proġetti oħra fuq skala kbira ta' interess għall-UE: dawn jistgħu jkunu disproporzjonalment għaljin relatati mal-baġit żgħir tal-UE u għandhom tendenza li jaqbżu l-projezzjonijiet inizjali tal-ispiża. Il-bżonn sussegwenti li jinstabu fondi addizzjonali jwassal jew għal riallokazzjoni ta' fondi li diġà kienu ġew imwarrba għal prijoritajiet oħra jew sabiex jiġu sfidati l-limiti stabbiliti mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF). Il-Parlament Ewropew ukoll saqsa dwar dawn il-konsegwenzi. Barra minn hekk, riallokazzjonijiet jistgħu jiġu deċiżi biss wara proċess interistituzzjonali twil u kumpless li jiġġenera riskji għat-twettiq tal-impenji adottati mill-UE fuq livell internazzjonali.

Dan mhuwiex mudell sostenibbli: approċċ differenti huwa meħtieġ, wieħed li jipprovdi ċertezza fit-tul għal dan il-proġett ta’ sfida. Għal din ir-raġuni, permezz tal-Kommunikazzjoni tagħha tat-29 ta' Ġunju 2011 "Baġit għall-Ewropa 2020"[5] il-Kummissjoni pproponiet li wara l-2013 tiffinanzja l-kontribuzzjoni tal-UE għall-proġett ITER lil hinn mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF). Għalhekk qed jiġi propost illi jiġi stabbilit Programm Supplimentari ta' Riċerka taħt it-Trattat tal-Euratom għall-kontribuzzjoni tal-UE għall-proġett ITER għall-perjodu 2014-2018.

Għandu jiġi nnutat illi t-Trattat tal-Euratom jillimita t-tul ta' żmien tal-Programmi ta’ Riċerka għal massimu ta’ ħames snin. Skont il-Ftehim ITER, il-proġett ITER ser ikollu tul ta' żmien inizjali ta’ 35 sena (jiġifieri sal-2041); għaldaqstant, ser ikunu meħtieġa deċiżjonijiet sussegwenti mill-Kunsill sabiex jitkompla l-finanzjament tal-kontribuzzjoni tal-UE għal dan il-proġett.

2.           KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAL-PROPOSTA

Il-Programm Supplimentari ta’ Riċerka propost ikopri l-kontribuzzjonijiet lejn il-kostruzzjoni tal-faċilità ITER, l-akkwist ta’ tagħmir u installazzjonijiet u appoġġ ġenerali tekniku u amministrattiv għall-proġett waqt il-kostruzzjoni, u l-parteċipazzjoni fil-kummissjonar u fl-operat inizjali, kif ukoll attivitajiet oħra relatati mal-ITER, pereżempju dawk taħt il-Ftehim ta’ Approċċ Usa’.

L-Euratom ser tkompli tipparteċipa fil-governanza, l-immaniġjar u l-provvista ta' persunal tal-Organizzazzjoni ITER u l-Fużjoni għall-Enerġija skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni ITER u d-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fużjoni għall-Enerġija.

3.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Din il-proposta tqis ir-risposti għall-konsultazzjoni pubblika estensiva bbażata fuq il-Green Paper “Minn Sfidi għal Opportunitajiet: Żvilupp ta’ Strateġija Komuni għall-finanzjament tal-UE għar-riċerka u għall-innovazzjoni’[6], fi ħdan il-preparazzjoni tal-Programm ta' Taħriġ u Riċerka tal-Euratom (2014-2018) li jikkontribwixxi għall-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni “Orizzont 2020".

L-ITER ġie inkluż f’din il-konsultazzjoni u fl-evalwazzjonijiet interni u esterni għat-tfassil tal-valutazzjoni tal-impatt. Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li l-benefiċji tal-ITER, li jibbilanċjaw ir-riskji xjentifiċi, tekniċi u finanzjarji, huma, fit-tul taż-żmien, l-esplojtazzjoni kummerċjali tal-enerġija mill-fużjoni u, fiż-żmien qarib, il-benefiċċji tal-kompetittività għall-industrija.

Fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni tad-29 ta’ Ġunju 2011, ġew eżaminati diversi opzjonijiet għall-modalitajiet ta’ finanzjament tal-proġett ITER lil hinn mill-MFF. Il-ħolqien tal-Programm Supplimentari ta’ Riċerka ffinanzjat bil-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri ser jipprovdi kontinwità għall-proġett, b’mod partikolari fir-rigward tas-sħab internazzjonali tagħna. Dan ukoll ser jevita proċess ta’ negozjati mill-ġdid sabiex jiġi mmodifikat il-Ftehim ITER, proċess kumpless mimli inċertezzi.

4.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Il-bażi legali għall-Programm Supplimentari ta’ Riċerka tinsab fl-Artikolu 7 tat-Trattat tal-Euratom. Il-Programm Supplimentari ta’ Riċerka, b’tul ta' żmien ta’ 5 snin, ser ikun adottat permezz ta' Deċiżjoni speċifika tal-Kunsill.

5.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Id-‘dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva’ annessa ma’ din il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill tistabbilixxi l-implikazzjonijiet baġitarji u r-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Programm Supplimentari ta’ Riċerka.

2011/0460 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-adozzjoni ta' Programm Supplimentari ta’ Riċerka għall-proġett ITER (2014-2018)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[7],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[8],

Billi:

(1) Il-Ftehim dwar l-Istabbiliment tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER[9] (minn hawn ‘il quddiem il-"Ftehim ITER”) ġie ffirmat fil-21 ta’ Novembru 2006 mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom), ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Indja, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerka. Il-Ftehim ITER jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER (minn hawn ‘il quddiem l-"Organizzazzjoni ITER”), li għandha r-responsabiltà sħiħa għall-kostruzzjoni, l-operat, l-esplojtazzjoni u d-deattivazzjoni tal-faċilitajiet ITER.

(2) Il-Ftehim ITER jeħtieġ li l-partijiet kollha jipprovdu kontribuzzjonijiet lill-Organizzazzjoni ITER permezz ta' entitajiet legali xierqa msemmija “Aġenziji Domestiċi”. L-Aġenzija Domestika Ewropea li twettaq l-obbligi tal-Euratom lejn l-Organizzazzjoni ITER ġiet stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Ewropea Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxi vantaġġi fuqha [traduzzjoni mhux uffiċjali][10].

(3) Fil-qafas tan-negozjati sabiex jinkiseb l-appoġġ tal-partijiet ITER l-oħrajn biex jitranġa s-sit għall-ITER fl-Ewropa, il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Ġappun għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa’ fil-Qasam tar-Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni[11] ġie konkluż fl-2007 bl-istabbiliment ta’ attivitajiet ta’ riċerka konġunta kumplimentari dwar il-fużjoni fit-territorju tal-Ġappun sabiex jiġi żgurat bidu rapidu tal-operat ta' prestazzjoni għolja tal-ITER. L-attivitajiet ta’ Approċċ Usa’ u l-attivitajiet oħra relatati mal-ITER huma kkoordinati permezz tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp ta’ Enerġija mill-Fużjoni. Il-finanzjament tal-attivitajiet tal-Approċċ Usa’ huwa prinċipalment żgurat permezz ta’ kontribuzzjonijiet in natura minn ċerti membri tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp ta’ Enerġija mill-Fużjoni, waqt li l-parti li tibqa’ mill-kontribuzzjoni tal-Euratom hija koperta mill-baġit tal-Euratom.

(4) L-ispejjeż stmati għall-kostruzzjoni tal-ITER żdiedu meta ppargunati mal-istimi inizjali tal-2001, fuq liema kien ibbażat il-Ftehim ITER. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Lulju 2010 dwar l-istatus tal-ITER u l-passi ‘l quddiem possibbli, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea illimita l-kontribuzzjoni Ewropea għall-fażi tal-kostruzzjoni tal-ITER għal ammont ta’ EUR 6,6 biljun f'valur tal-2008. Skont dawn il-konklużjonijiet, il-kontribuzzjoni Ewropea hija ffinanzjata mill-Euratom (80 %) u minn Franza (20 %) u tinkludi spejjeż ta' kostruzzjoni, kostijiet tal-operat u kontinġenzi. Bħala riżultat ta’ dawk il-konklużjonijiet, il-Kummissjoni pproponiet li jiġi emendat il-Ftehim Interistituzzjonali tal-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja tajba fir-rigward tal-qafas multiannwali[12] (MFF) għall-perjodu 2007-2013 jiġu pprovduti l-fondi addizzjonali għall-ITER għall-perjodu tal-2012-2013.

(5) Għall-perjodu ta’ wara l-2013, il-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha “Baġit għall-Ewropa 2020"[13]ipproponiet li tiffinanzja l-proġett ITER lil hinn mill-MFF. Għalhekk, il-Programm Supplimentari ta’ Riċerka għall-proġett ITER għandu jiġi stabbilit għall-perjodu tal-2014 sal-2018.

(6) Il-Programm Supplimentari ta’ Riċerka għall-proġett ITER għandu jkun iffinanzjat b'kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri bbażati fuq rata ta' sejħa applikata għad-Dħul Nazzjonali Gross (DNG) ta’ kull Stat Membru kif definit għall-iskop tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni abbażi tad-DNG tar-riżorsi proprji tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom isiru lill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jiġu assenjati għal dak il-Programm. Pajjiżi terzi li kkonkludew ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata li jassoċja l-programmi ta’ riċerka rispettivi tagħhom mal-programmi Euratom għandhom ukoll ikunu jistgħu jikkontribwixxi għal dak il-Programm.

(7) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom ikunu mħarsa permezz ta' miżuri proporzjonali matul iċ-ċiklu kollu tan-nefqa, inkluż il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa jew użati b'mod skorrett u, fejn xieraq, penali.

(8) Il-Kumitat Xjentifiku u Tekniku pprovda lill-Kummissjoni l-opinjoni tiegħu dwar il-Programm Euratom għar-Riċerka u t-Taħriġ (2014-2018) li jikkontribwixxi għall-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni “Orizzont 2020”. Il-kontenut xjentifiku u tekniku tal-attivitajiet ITER jibqa’ l-istess f'dan il-Programm Supplimentari ta' Riċerka.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Programm Supplimentari ta’ Riċerka għall-proġett ITER huwa stabbilit għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2018 (minn hawn ‘il quddiem il-“Programm”). Dan għandu jiffinanzja l-attivitajiet neċessarji sabiex tiġi pprovduta l-kontribuzzjoni tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) lill-Organizzazzjoni ITER, inklużi dawk l-attivitajiet meħtieġa għall-kostruzzjoni, l-operat u l-esplojtazzjoni tal-faċilitajiet ITER kif ukoll l-attivitajiet relatati mal-ITER. L-objettiv, ir-raġunijiet u l-attivitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-Programm huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Il-Programm għandu jkun iffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjoni massima ta’ EUR 2,573 miljun (f’valuri kurrenti) skont l-Artikolu 3.

Artikolu 3

Il-Programm għandu jkun iffinanzjat minn kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri, ibbażati fuq rata ta’ sejħa applikata għad-Dħul Nazzjonali Gross (DNG) ta’ kull Stat Membru, kif definit għall-iskopijiet ta' kalkolu tal-kontribuzzjoni tar-riżorsi proprji abbażi tad-DNG lill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu kkunsidrati bħala dħul estern assenjat għall-Programm skont [l-Artikolu XX tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Ir-Regolament Finanzjarju Ġdid][14].

Artikolu 4

Il-pajjiżi terzi li kkonkludew ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata li jassoċjaw il-programmi rispettivi ta' riċerka tagħhom mal-programmi tal-Euratom (minn hawn ‘il quddiem "pajjiżi assoċjati”) jistgħu wkoll jikkontribwixxu lill-Programm.

Il-kontribuzzjoni tal-pajjiżi assoċjati għandha tkun determinata fil-ftehim rispettiv ta’ kooperazzjoni mal-Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kontrollata.

Artikolu 5

Il-Programm għandu jkun implimentat mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru XXXX/2012 [Regolament Finanzjarju Ġdid].

Il-Kummissjoni tista’ tafda l-implimentazzjoni lill-Impriża Ewropea Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni[15] skont [l-Artikolu XX tar-Regolament (UE) Nru XXXX/2012 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill [Regolament Finanzjarju Ġdid].

Artikolu 6

1. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati l-azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni, jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attività illegali oħra, bis-saħħa ta' verifki effettivi u, fil-każ li jiġu identifikati irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa b'mod skorrett, u fejn xieraq, b'penali effettivi, proporzjonali u deterrenti.

2. Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa tal-awditu, abbażi ta' dokumenti u ta' verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, fuq il-benefiċjarji, il-partijiet kontraenti u s-subkuntratturi kollha u partijiet terzi oħrajn li rċevew fondi mill-Unjoni skont din id-Deċiżjoni.

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-atturi ekonomiċi konċernati direttament jew indirettament minn tali finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 bil-għan li jkun stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f'konnessjoni ma' ftehim ta' għotja jew ma' deċiżjoni ta' għotja jew ma' kuntratt li jikkonċerna finanzjament mill-Unjoni.

Bla ħsara għall-ewwel u t-tieni subparagrafi, ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, ftehimiet ta' għotja, deċiżjonijiet ta' għotja u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jagħtu s-setgħa b'mod espliċitu lill-Kummissjoni u lill-OLAF biex iwettqu awditi, verifiki u spezzjonijiet fuq il-post.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS

L-OBJETTIV, IR-RAĠUNIJIET U L-ATTIVITAJIET XJENTIFIĊI U TEKNOLOĠIĊI TAL-PROGRAMM SUPPLIMENTARI TA’ RIĊERKA GĦALL-PROĠETT ITER

Objettiv xjentifiku u teknoloġiku

L-objettiv tal-Programm Supplimentari ta' Riċerka għall-proġett ITER għandu jkun li jimplimenta l-ITER bħala pass importanti 'il quddiem lejn il-ħolqien ta’ prototipi ta’ reatturi għal stazzjonijiet tal-enerġija mill-fużjoni li huma sikuri, sostenibbli, ambjentalment responsabbli, u ekonomikament vijabbli.

L-ewwel priorità tal-istrateġija biex jinkised l-objettiv għandha tkun il-konstruzzjoni ta’ ITER (faċilità kbira sperimenti li turi l-fattibilità xjentifika u teknika tal-enerġija mill-fużjoni), segwita mill-kostruzzjoni ta’ impjant ta’ dimostrazzjoni tal-enerġija mill-fużjoni.

Raġuni prinċipali

Il-fużjoni għandha l-potenzjal li tagħmel kontribuzzjoni maġġuri għat-twettiq ta' provvista ta' enerġija sostenibbli u sikura għall-Unjoni ftit deċennji mil-lum. L-iżvilupp tiegħu b’suċċess kieku jipprovdi enerġija li tkun sikura, sostenibbli u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent.

Id-dimensjoni globali tar-R&Ż tal-fużjoni hija inkorporata fil-ftehim li jistabbilixxi l-Orgnanizzazzjoni Internazzjonali tal-Enerġija mill-Fużjoni għall-Proġett ITER u fil-Ftehim bejn il-Gvern tal-Ġappun u l-Euratom għall-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa’ fil-Qasam tar-Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni li huma kumplimentari għall-attivitajiet ITER.

Attivitajiet

Il-Programm Supplimentari ta’ Riċerka għall-proġett ITER ser jipprovdi l-kontribuzzjoni tal-Euratom lejn l-attivitajiet tal-Impriża Ewropea Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija), kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Marzu 2007 (2007/198/Euratom).

L-attivitajiet ta’ Fużjoni għall-Enerġija, għall-perjodu 2014 – 2018, għandhom ikunu kif ġejjin:

(a) Sabiex tiġi pprovduta l-kontribuzzjoni tal-Euratom lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER, inklużi dawk l-attivitajiet ta’ R&Ż meħtieġa għall-iżvilupp tal-bażi tal-akkwist tal-komponenti ITER u l-akkwist tal-Moduli Ġenerali tal-Ittestjar tal-ITER.

(b) Sabiex tiġi pprovduta l-kontribuzzjoni Euratom għall-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa’ mal-Ġappun;

(ċ) Kif xieraq, attivitajiet oħra sabiex tiġi ppreparata l-bażi għad-disinn ta’ reattur ta' dimostrazzjoni u faċilitajiet relatati.

Il-funzjonament ta’ Fużjoni għall-Enerġija, il-ġestjoni u l-provvista ta’ persunal tiegħu, kif ukoll l-appoġġ tekniku u amministrattiv ġenerali huma wkoll koperti mill-Programm Supplimentari ta’ Riċerka għall-proġett ITER.

Il-programmi ta’ ħidma dettaljati li jimplimentaw l-attivitajiet t'hawn fuq ser ikunu deċiżi, fuq bażi annwali, mill-Bord tat-Tmexxija tal-Fużjoni għall-Enerġija.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/oqsma tal-politika konċernata/i fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Objettiv(i)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu/i ta’ ġestjoni maħsub(a)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u irregolaritajiet

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u intestatura/i tal-baġit tal-infiq affettwati

              3.2.    Impatt stmat fuq l-infiq

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq l-infiq

              3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

              3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

              3.2.5. Parteċipazzjoni ta’ partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Programm Supplimentari ta’ Riċerka għall-ITER (2014-2018)

1.2. Qasam/oqsma tal-politika konċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[16]

- XX XX ITER

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[17]

ý Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ridirezzjonata lejn azzjoni ġdida

1.4. Objettivi 1.4.1. L-objettiv(i) strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Il-Programm Supplimentari ta’ Riċerka għall-ITER (“il-Programm”) għandu jkollu bħala l-objettiv ġenerali li jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija b'mod sikur u effiċjenti. Il-Programm ser jikkontribwixxi lejn l-istrateġija Ewropa 2020 u lejn il-flagship “Unjoni tal-Innovazzjoni” permezz tal-appoġġ tal-mobilizzazzjoni tal-industriji tat-teknoloġija avvanzata Ewropej li ser jiksbu ħiliet u kapaċitajiet ta’ manifattura ġodda permezz tal-parteċipazzjoni fil-kuntratti ta’ akkwist tal-Fużjoni għall-Enerġija (F4E).

1.4.2. Objettiv(i) speċifiċi u attivita(jiet) ABM/ABB konċernati għall-azzjonijiet indiretti

Sabiex tiġi pprovduta l-kontribuzzjoni tal-Euratom lill-Organizzazzjoni ITER għall-kostruzzjoni, l-operat u l-esplojtazzjoni tal-faċilitajiet ITER, kif ukoll għall-attivitajiet relatati mal-ITER.

Attività/attivitajiet ABM/ABB konċernata/i:

1.4.3. Objettiv(i) speċifiċi u attività/attivitajiet ABM/ABB konċernati għall-Azzjonijiet Diretti tal-JRC

Mhux applikabbli

1.4.4. Riżultat(i) u impatt mistenni

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-Programm Supplimentari ta’ Riċerka ser jirriżulta f'li l-Ewropa tagħmel il-kontribuzzjonijiet tagħha lill-kostruzzjoni b'suċċess tal-apparat ITER fi ħdan il-qafas ta' kollaborazzjoni internazzjonali. Peress illi l-Ewropa qed tagħmel l-ikbar kontribuzzjoni lejn il-proġett (45 % tal-ispejjez tal-kostruzzjoni), l-impatti tal-Programm ser ikunu l-ikbar fl-Ewropa. Dawn l-impatti ser ikunu kemm fuq terminu qasir (benefiċċji ta’ kompetittività għall-industrija Ewropea) kif ukoll fit-tul (rwol prinċipali għall-Ewropa fl-esplojtazzjoni kummerċjali tal-enerġija mill-fużjoni).

Il-proġett diġà qed ikollu impatt pożittiv fuq il-kompetittività industrijali u l-ħolqien tax-xogħol minħabba n-natura tal-attivitajiet ITER (akkwist ta’ komponenti jew bini ta’ teknoloġija għolja), li jeħtieġu kontribuzzjonijiet industrijali fl-inġinerija ċivili, mekkanika, elettrika, materjali u nukleari kombinati f’kundizzjonijiet mingħajr preċedent. Iktar minn tliet kwarti mill-kontribuzzjoni globali tal-Komunità lejn l-ITER ser tirriżulta f’kuntratti ma’ kumpaniji privati. Il-ħolqien ta’ xogħlijiet ġodda fl-Ewropa direttament minħabba l-attivitajiet ITER ser ikun sinifikanti għaliex porzjon kbir tal-infiq huwa għar-R&Ż u kompiti tal-inġinerija li jirrikjedu iktar ħaddiema mill-manifattura konvenzjonali.

Fuq perjodu twil l-ITER jippreżenta opportunità unika għall-industrija Ewropea ta' teknoloġija għolja u kumpaniji tal-kostruzzjoni biex jistabbilixxu vantaġġ kompetittiv globali u jsiru attur prinċipali fid-disinn tal-ewwel ġenerazzjoni ta’ impjanti tal-enerġija mill-fużjoni u l-kummerċjalizzazzjoni internazzjonali sussegwenti.

1.4.5. Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

L-indikaturi li ser ikejlu l-progress fil-kontribuzzjonijiet Ewropej lejn il-kostruzzjoni tal-ITER ser ikunu l-kisba ta' tragwardi mill-F4E, l-Impriża Konġunta Ewropea bil-kompitu li takkwista komponenti u li tipprovdihom bħala kontribuzzjonijiet "in natura" lill-ITER matul il-fażi ta' kostruzzjoni tal-proġett.

L-F4E identifikat fil-pjan tal-proġett tagħha tragwardi ewlenin li jkopru l-attivitajiet ta' akkwist tagħha kollha matul il-kostruzzjoni tal-ITER. L-ippjanar ġenerali u l-Programm ta’ Ħidma annwali tal-F4E jispeċifikaw l-iskeda taż-żmien għall-kisba ta’ dawn it-tragwardi, u l-informazzjoni dwar il-progess tingħata f'rapporti regolari lill-korp tat-tmexxija tagħha (il-Bord tat-Tmexxija) u lill-Kunsill tal-UE.

1.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li għandhom jiġu ssodisfatti fuq perjodu qasir jew twil.

Permezz tal-Komunikazzjoni tagħha tad-29 ta’ Ġunju 2011 "Baġit għall-Ewropa 2020”, il-Kummissjoni pproponiet li tiffinanzja l-kontribuzzjoni tal-UE lejn il-proġett ITER lil hinn mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) wara l-2013. Dan il-Programm Supplimentari ta’ Riċerka ser jimplimenta din il-proposta.

1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Ir-riskji, l-spejjeż u n-natura fit-tul ta’ proġett bħall-ITER ipoġġuh lil hinn mill-kapaċitajiet individwali tal-Istati Membri u anke tal-UE. Għalhekk, l-istabbiliment ta’ qafas globali tqis neċessarju sabiex isir dan il-proġett. Sabiex tieħu parti f'dan il-proġett internazzjonali, azzjoni fuq livell Ewropew taqsam ir-riskju u tiġġenera kamp ta' applikazzjoni wiesa’ u ekonomiji ta’ skala li ma jistgħux ikunu miksuba b’mod ieħor.

1.5.3. Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat

Il-proġett Konġunt Ewropew Torus (JET) wera illi l-kostruzzjoni u t-tħaddim ta' infrastruttura kbira ta' riċerka dwar il-fużjoni taħt il-koordinazzjoni tal-Euratom hija effiċjenti u timmassimizza l-benefiċji xjentifiċi u industrijali. Madankollu, l-iskala meħtieġa għall-kostruzzjoni tal-ITER m'għandhiex preċedent u teħtieġ kollaborazzjoni fuq livell globali li għaliha m'hemmx eżempju fil-passat.

1.5.4. Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn

Il-Programm ser jistabbilixxi sinerġiji u kumplimentaritajiet mal-attivitajiet ta' riċerka dwar il-fużjoni u mal-programm futur ta' riċerka tal-Euratom li jikkumplimenta l-Orizzont 2020 (2014-2018). B’mod partikolari, l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu f’dan il-qafas ser jipprovdu kontribuzzjoni xjentifika importanti għall-kostruzzjoni u t-tħaddim tal-ITER u jikkostitwixxu miżuri importanti ta' mitigazzjoni tar-riskju. Ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ riċerka dwar il-fużjoni taħt il-Programm Qafas dwar ir-riċerka tal-Euratom għall-2012-2013 ser jagħtu kontribuzzjoni importanti wkoll għall-attivitajiet taħt il-Programm.

1.6. Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

ý Proposta/inizjattiva ta’ tul ta' żmien limitat

– ý  Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2014 sal-31/12/2018

– ý  Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2026

¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta' żmien illimitat

– Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-YYYY sal-YYYY,

– segwita minn operazzjoni kompluta.

1.7. Mod(i) ta' ġestjoni previst(i)[18]

ý Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

ý Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– ý  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[19]

– ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b'missjoni ta’ servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (iridu jiġu speċifikati)

Jekk hemm indikati aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi dettajli fit-taqsima ‘Kummenti’.

Kummenti:

Il-ġestjoni ser tkun permezz tas-servizzi tal-Kummissjoni u permezz tal-Impriża Ewropea Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (“Fużjoni għall-Enerġija” – F4E). Il-Kummissjoni tirrapreżenta l-Euratom fl-istanzi ta’ livell għoli kemm tal-Organizzazzjoni tal-ITER (OI) kif ukoll tal-F4E.

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI

Il-Programm ser ikun implimentat permezz tal-F4E, li jikkoordina l-kontribuzzjoni tal-Euratom lejn il-Proġett ITER u l-kontribuzzjoni tal-Euratom lejn attivitajiet oħrajn relatati mal-ITER, bħall-attivitajiet ta’ Approċċ Usa' mal-Ġappun.

Il-Kummissjoni tipparteċipa fil-korpi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-F4E u tal-Organizzazzjoni tal-ITER.

Fuq il-livell internazzjonali, il-Kummissjoni tirrapreżenta l-Euratom fil-korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-IO, il-Kunsill tal-ITER, u tipparteċipa fil-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku u Tekniku (STAC) u fil-Kumitat Konsultattiv tal-Ġestjoni tal-Kunsill tal-ITER (MAC).

Fir-rigward tat-tmexxija u l-ġestjoni tal-F4E, il-Kummissjoni hija membru tal-Fużjoni għall-Enerġija u tipparteċipa, għan-nom tal-Euratom, fil-korpi li jmexxu din l-Impriża Konġunta, jiġifieri l-Bord tat-Tmexxija, il-Kumitat Eżekuttiv, il-Bord Konsultattiv Tekniku, il-Kumitat Amministrattiv u tal-Finanzi u l-“Bureau”.

2.1. Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

Hemm sistema ta’ monitoraġġ sabiex tiżgura rendimenti tal-ogħla kwalità u l-iktar użu effiċjenti tar-riżorsi. Il-monitoraġġ u r-rapportar huma bbażati fuq ir-regoli ta’ ġestjoni u rapportar li huma applikati mill-F4E u l-IO, li jeħtieġu l-approvazzjoni tad-dokumenti ewlenin kollha mill-korpi tat-tmexxija. Permezz ta’ dawn il-korpi, l-Kummissjoni timmonitorja u tirrevedi d-dokumenti tat-tmexxija tal-attivitajiet tal-implimentazzjoni tal-Proġett tal-ITER, bħall-Programmi ta’ Ħidma, ir-rapport tal-attività Annwali, il-Pjanijiet tal-Proġetti, il-Pjanijiet tal-Istimi tar-Riżorsi, il-Pjanijiet tal-Politika tal-Persunal, il-Baġits, il-Kontijiet, eċċ..

L-F4E qed tistabbilixxi proċess ta’ ġestjoni u rapportar tal-proġett, bl-integrazzjoni sħiħa ta’ diversi aspetti tas-sistemi ta’ rapportar lill-bord tat-tmexxija.

Kull sena u skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2010 (Abbozz 11902/10 RECH 255 ATO 38 BAĠIT 45; adozzjoni 11821/10 ADD 1), l-F4E tirraporta lill-Kunsill dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-pjan tat-trażżin u l-iffrankar tal-ispejjeż kif ukoll dwar il-prestazzjoni u l-ġestjoni tal-Impriża Konġunta u l-proġett tal-ITER, inkluż it-twettiq tal-attivitajiet tal-iskeda fi ħdan il-baġit annwali.

B’risposta għal dawn il-konklużjonijiet tal-Kunsill, il-Fużjoni għall-Enerġija appuntat espert indipendenti li ser jivvaluta l-progress tal-proġett fuq il-bażi ta’ rapporti eżistenti u ser jissottometti l-opinjoni tiegħu lill-bord tat-tmexxija tal-F4E u lill-Kunsill dwar il-Kompetittività darba fis-sena.

Barra minn hekk, l-F4E u l-Kummissjoni ffirmaw Ftehim Amministrattiv li jiddefinixxi l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet applikabbli għat-trasferiment mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lill-F4E.

2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

Il-Kummissjoni tipparteċipa fil-korpi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-IO kif ukoll fil-korpi tat-tmexxija tal-F4E.

Fil-livell tal-Kummissjoni, is-servizzi tad-DĠ responsabbli għall-Impriża Konġunta ser isegwu u jirrevedu l-inizjattivi kollha meħtieġa sabiex jiġi implimentat b'mod effiċjenti l-proġett tal-ITER, b'mod partikolari dawk ta' natura finanzjarja.

Barra minn hekk, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) ser jaġixxi bħala Awditur Intern tal-F4E mill-2012, taħt il-modalitajiet miftehma bejn id-Direttorat Ġenerali tal-IAS u l-F4E.

Barra minn hekk, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) igawdi mill-istess setgħat fir-rigward tal-F4E u l-persunal tagħha bħal ma jgawdi fir-rigward tad-dipartimenti tal-Kummissjoni.

Fir-rigward tat-tmexxija tal-Fużjoni għall-Enerġija, fl-aħħar ta' Mejju 2011, il-bord tat-tmexxija tal-F4E bl-inizjattiva tal-Kummissjoni, adotta ġabra ta' miżuri sabiex jittejbu l-governanza u l-ġestjoni tal-F4E. Din il-ġabra ta' miżuri inkludiet l-istabbiliment tal-AFC sabiex jipprovdi kummenti u rakkomandazzjonijiet lill-bord tat-tmexxija dwar kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji; "Bureau" li jipprepara x-xogħol u d-deċiżjonijiet tal-bord tat-tmexxija u r-reviżjoni tal-rwol tal-ExCo li ser jiffoka fuq l-attivitajiet ta' akkwist upstream tal-F4E.

Barra minn hekk, Direttur appuntat ġdid waqqaf, mill-1 ta' Jannar 2011, struttura organizzazzjonali ġdida biex ikun hemm organizzazzjoni iktar orjentata lejn il-proġett b'servizz finanzjarju b’saħħtu.

Il-Regolament Finanzjarju tal-F4E huwa simili għar-Regolament Finanzjarju tal-Kummissjoni, inkluż il-proċeduri ta' akkwist pubbliku ekwivalenti għall-istandards tal-Kummissjoni. Il-kuntratti tal-F4E, b’konformità mar-Regolament Finanzjarju tagħha, jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji għas-superviżjoni u l-kontroll tal-użu tal-baġit tal-F4E. Skont l-opinjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, l-F4E irrevediet ir-Regolament Finanzjarju tagħha sabiex tqis ir-rakkomandazzjonijiet prinċipali tal-Qorti.

L-F4E hija responsabbli lejn il-bord tat-tmexxija tagħha u l-Parlament Ewropew, dan tal-aħħar jipprovdi r-rilaxx annwali għall-baġit, abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kunsill. Barra minn hekk, l-F4E hija awditjata darbtejn fis-sena mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri li tipprovdi rapport lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament bħala parti mir-rilaxx annwali. Għall-attivitajiet konġunti ta’ ġestjoni bejn l-F4E u l-ITER (bħal akkwisti konġunti), il-Kummissjoni ser tkompli tiżgura li l-proċeduri tal-kontabilità, tal-kontroll intern, tal-awditjar u tal-akkwist pubbliku tas-sħab huma kompatibbli mar-regoli u l-istandards tal-UE. Ir-rakkommandazzjonijiet mill-awditjar tal-passat mill-Qorti tal-Awdituri jingħataw kunsiderazzjoni.

2.2.1. Qafas ta’ kontroll intern

Il-qafas ta’ kontroll intern huwa mibni fuq:

1. L-Istandards tal-Kontroll Intern tal-Kummissjoni li huma applikati mid-Direttorat Ġenerali responsabbli għall-proġett tal-ITER meta tiġi adottata kwalunkwe deċiżjoni fir-rigward tal-F4E, b'mod partikolari dawk li għandhom natura finanzjarja;

2. L-Istandards ta' Kontroll Intern li l-F4E qed twaqqaf biex timplimenta l-eżerċizzji ta’ sorveljanza sistematika u biex issegwi l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw. Il-membri tal-persunal sekondati mill-Kummissjoni pprovdew l-appoġġ tagħhom sabiex jassistu l-F4E bl-implimentazzjoni tal-pjan ta' Azzjoni ta' Kontroll Intern, l-istabbiliment ta' listi ta' verifika, l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ sorveljanza regolari u l-ġestjoni tal-baġit.

3. Ir-reviżjoni teknika, finanzjarja u politika mill-Kummissjoni tal-attivitajiet tal-F4E u l-ITER matul kull pass tal-proġett;

4. Verifiki ex-ante għall-akkwist u kontrolli ex-post. Ir-riskji huma evalwati regolarment u l-progress fl-eżekuzzjoni tal-ħidma u l-konsum tar-riżorsi huma mmonitorjati regolarment, abbażi ta' objettivi u l-indikaturi definiti.

2.2.2.     Livell mistenni tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità

Jeżisti riskju finanzjarju inerenti fl-F4E minħabba n-natura tal-attivitajiet tagħha (akkwisti in natura kbar u kumplessi b’riskji tekniċi kbar). Twaqqfu miżuri għall-monitoraġġ u l-kontroll aħjar tat-tħaddim tal-F4E filwaqt li r-reorganizzazzjoni tal-istruttura tal-F4E għandha wkoll ittaffi din is-sitwazzjoni.

Il-Kummissjoni ser tkompli tidentifika r-riskji relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett, notevolment f’termini ta’ spejjeż, u ser tieħu l-miżuri l-iktar xierqa sabiex timmaniġja u timmitiga dawn ir-riskji.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u irregolaritajiet

Id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-proġett u l-baġit tal-ITER huwa ddeterminat li jiġġieled kontra l-frodi f’kull stadju tal-implimentazzjoni tal-proġett f'konformità mal-istrateġija kontra l-frodi tal-Kummissjoni COM(2011)376 tal-24 ta' Ġunju 2011.

Il-monitoraġġ amministrattiv tal-kuntratti, l-għotjiet u l-pagamenti relatati jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-F4E. Il-Kummissjoni u l-F4E jagħtu attenzjoni partikolari lit-trażżin tal-ispejjeż.

Il-Kummissjoni u l-Impriża Konġunta jieħdu kont tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea notevolment f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea u l-Artikolu 53(a) tar-Regolament Finanzjarju.

Għandhom jieħdu l-miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jiġu implimentati l-azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni, jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attività illegali oħra, bis-saħħa ta' verifiki effettivi u, fil-każ li jiġu identifikati irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa b'mod skorrett, u fejn xieraq, b'penali effettivi, proporzjonali u deterrenti.

Fużjoni għall-Enerġija bdiet tiżviluppa strateġija ta’ awditjar ex-post biex tiġi implimentata fl-2012. Din l-istrateġija hija kontroll prinċipali li jimmira li jivvaluta l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) igawdi mill-istess setgħat fir-rigward tal-F4E u l-persunal tagħha, kif igawdi fir-rigward tad-dipartimenti tal-Kummissjoni.

OLAF jista' jwettaq il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi ekonomiċi konċernati direttament jew indirettament minn finanzjament tal-UE skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 bil-ħsieb li jkun stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra konnessa ma' ftehim ta' għotja jew ma' deċiżjoni ta' għotja jew ma' kuntratt li jikkonċerna finanzjament mill-Unjoni.

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u intestatura/i tal-baġit tal-infiq affettwati

· Intestaturi tal-baġit tal-infiq eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-intestaturi tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Intestatura tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru: 08 01 xx || Diff./mhuxdiff ([20]) || minn pajjiżi tal-EFTA[21] || minn pajjiżi kandidati[22] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

Lil hinn mill-MFF || 08 01 04 40 Fużjoni għall-Enerġija || Mhux diff. || LE || LE || IVA || IVA

· Intestaturi tal-baġit ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-intestaturi tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Intestatura tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Lil hinn mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali || Diff./mhuxdiff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

H1/lil hinn mill-MFF || 08 01 XX 01 Infiq relatat mal-Persunal* 08 01 XX 02 Infiq relatat mal-Persunal Estern* 08 01 XX 03 Infiq ieħor fuq il-ġestjoni* 08 06 01 xx infiq relatat mal-ITER || Diff./mhuxdiff. || LE || LE || IVA || IVA

*- L-enumerazzjoni preċiża tal-intestaturi tal-baġit ser tkun definita fi stadju aktar tard.

3.2.        Impatt stmat fuq l-infiq

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq l-infiq

Fil-prezzijiet kurrenti – EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

|| || Lil hinn mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali

|| || || Sena 2014[23] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || >2018 || TOTAL ||

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali lil hinn mill-MFF || || || || || || || ||

Numru tal-intestatura tal-baġit 08 06 01 xx ITER || Impenji || (1) || 897.230 || 631.578 || 285.383 || 282.081 || 253.262 || - || 2,349.534 ||

Pagamenti || (2) || 107.000 || 306.140 || 405.263 || 304.368 || 353.455 || 873.308 || 2,349.534 ||

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programm tal-ITER[24] || || || || || || || ||

Numru tal-intestatura tal-baġit 08 01 04 40 Persunal tal-F4E || || (3) || 43.000 || 43.860 || 44.737 || 45.632 || 46.545 || - || 223.774 ||

TOTAL ta' approprjazzjonijiet Lil hinn mill-MFF || Impenji || =1+1a +3 || 940.230 || 675.438 || 330.120 || 327.713 || 299.807 || || 2,573.308 ||

Pagamenti || =2+2a +3 || 150.000 || 350.000 || 450.000 || 350.000 || 400.000 || 873,308 || 2,573.308 ||

|| || Intestatura 1

DĠ: || || || Sena 2014[25] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || >2018 || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || ||

Numru tal-intestatura tal-baġit || Impenji || (1) || || || || || || ||

Pagamenti || (2) || || || || || || ||

Numru tal-intestatura tal-baġit || Impenji || (1a) || || || || || || ||

Pagamenti || (2a) || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva* mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[26] || || || || || || ||

Numru tal-intestatura tal-baġit 08 01 XX 01 08 01 XX 02 08 01 XX 03 || || (3) || 6.350 0.960 2.559 || 6.477 0.979 2.610 || 6.606 0.999 2.662 || 6.738 1.019 2.715 || 6.874 1.039 2.769 || || 33.045 4.996 13.315

TOTAL ta' approprjazzjonijiet għal || Impenji || =1+1a +3 || 9.869 || 10.066 || 10.267 || 10.472 || 10.682 || || 51.356

Pagamenti || =2+2a +3 || 9.869 || 10.066 || 10.267 || 10.472 || 10.682 || || 51.356

Ÿ TOTAL ta' approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || 0

Pagamenti || (5) || || || || || || ||

Ÿ TOTAL ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || || || || || || ||

TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 1a tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || || || || || || || ||

Pagamenti || || || || || || || ||

Jekk iktar minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva: Mhux applikabbli

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

|| || || Sena 2014[27] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || >2018 || TOTAL

TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt INTESTATURA 1/LIL HINN MILL-MFF || Impenji || 950.099 || 685.504 || 340.387 || 338.185 || 310.489 || || 2,624.664

Pagamenti || 159.869 || 360.066 || 460.267 || 360.472 || 410.682 || 873.308 || 2,624.664

3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

– ý  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Indika l-objettivi u r-rendimenti ò || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2017+2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

RENDIMENTI

Tip ta’ Rendiment[28] || Spiża medja tar-rendiment || Numru  ta’ rendimenti || Spiża || Numru ta’ rendimenti || Spiża || Numru ta’ rendimenti || Spiża || Numru ta’ rendimenti || Spiża || Numru ta’ rendimenti || Spiża || Numru ta’ rendimenti || Spiża || Numru ta’ rendimenti || Spiża || Numru totali ta’ rendimenti || Total tal-ispiża

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1[29]… || || || || || || || || || || || || || || || ||

Rendiment* || || || 1 || 897.230 || 1 || 631.578 || 1 || 285.383 || 1 || 282.081 || 1 || 253.262 || || || || || 5 || 2,349.534

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || ||

SPIŻA TOTALI || 1 || 897.230 || 1 || 631.578 || 1 || 285.383 || 1 || 282.081 || 1 || 253.262 || || || || || 5 || 2,349.534

* Ir-rendiment tal-proġett tal-ITER ser ikun ir-rapport annwali tal-attività pprovdut mill-F4E (Aġenzija ta’ Barċellona) li fih huwa deskritt l-avvanz tal-proġett.

3.2.3.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

– ý  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

|| Sena 2014[30] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || TOTAL

INTESTATURA 1 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || ||

Riżorsi umani tħaddim tal-programm || 7.310 || 7.456 || 7.605 || 7.757 || 7.913 || 38.041

Infiq amministrattiv ieħor || 2.559 || 2.610 || 2.662 || 2.715 || 2.769 || 13.315

Subtotal INTESTATURA 1 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 9.869 || 10.066 || 10.267 || 10.472 || 10.682 || 51.356

Lil hinn mill-MFF || || || || || ||

Riżorsi umani || 33.996 || 34.676 || 35.369 || 36.077 || 36.798 || 176.916

Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva* || 9.004 || 9.184 || 9.368 || 9.555 || 9.747 || 46.858

|| || || || || ||

* figuri stmati

TOTAL || 52.869 || 53.926 || 55.004 || 56.104 || 57.227 || 275.130

3.2.3.2.  Ħtiġijiet stmati ta’ riżorsi umani

– ¨  Il-proposta/inizjattiv ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

– ýIl-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li għandha tkun espressa f’ammonti sħaħ (jew l-iktar sa punt deċimali wieħed)

|| Sena 2014[31] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || TOTAL

|| Ÿ Karigi għall-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) tal-ITER, li għandhom ikunu integrati fil-pjan tal-istabbiliment speċifiku għall-ITER fl-Intestatura 1

Fil-Kwartieri Ġenerali || 50 || 50 || 50 || 50 || 50 || 50

|| || || || || ||

|| || || || || ||

|| || || || || ||

|| Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE)[32] għall-ITER fl-Intestatura 1 ||

CA, INT, SNE || 15 || 15 || 15 || 15 || 15 || 15

|| || || || || ||

08 01 04 40[33] || - fil-Kwartieri Ġenerali[34] || || || || || ||

- (JU ITER-F4E (Barċellona) (*) || 422 || 422 || 422 || 422 || 422 || 422

XX 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka indiretta) || || || || || ||

10 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka diretta) || || || || || ||

Intestaturi oħrajn tal-baġit (speċifika) || || || || || ||

TOTAL || 487 || 487 || 487 || 487 || 487 || 487

XX huwa l-qasam tal-politika jew titolu tal-baġit konċernat.

Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani għandhom ikunu koperti fi ħdan l-allokazzjoni diġà mogħtija għall-ġestjoni ta’ din l-azzjoni u/jew riallokati fi ħdan id-DĠ RTD, kumplimentati kif jista’ jagħti l-każ minn kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tkun mogħtija lid-DĠ tal-ġestjoni fil-qafas tal-proċedura ta’ allokazzjoni annwali fid-dawl tar-restrizzjoni baġitarja.

L-ispiża amministrattiva (inkluż il-persunal) tat-tħaddim tal-programm tal-ITER (lil hinn mill-għotja operattazzjonali lill-Impriża Ewropea Konġunta għall-ITER (F4E)) għandha ssegwi l-approprjazzjonijiet operazzjonali għall-programm tal-ITER innifsu.

(*) L-FTE 422 ffinanzjat fil-Baġit tal-2012 taħt l-intestaturi 08.01 04 40.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || Il-persunal li jaħdem fil-kwartieri ġenerali huwa responsabbli għad-definizzjoni u s-segwitu sussegwenti tal-attivitajiet kemm mill-aġenzija domestika f’Barċellona (F4E) kif ukoll mill-proġett tal-ITER fejn il-Kummissjoni hija rappreżentanta tal-isħubija Ewropea. Il-persunal li jaħdem fl-aġenzija domestika f’Barċellona (F4E) huwa responsabbli għall-kontribuzzjoni Ewropea għall-akkwist, l-ikkuntrattar u l-implimentazzjoni finanzjarja tal-pjan ta’ ħidma tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-ITER, kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-ITER 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007.

Persunal estern

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

– ¨  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ser tinkludi riprogrammar tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega x'tip ta' riprogrammar huwa meħtieġ, bl-ispeċifikazzjoni tal-intestaturi tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[35].

Spjega x’inhu meħtieġ, bl-ispeċifikazzjoni tal-intestaturi u l-intestaturi tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattivi ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

– ý Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għal kofinanzjament stmat hawn taħt*:

Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ... daħħal kemm-il sena huma meħtieġa biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara punt 1.6) || Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

* - Il-programm jista’ jirċievi kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi (abbażi tal-ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-pajjiżi terzi u l-Euratom) li f’dan l-istadju għadhom mhumiex magħrufa.

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

– ¨  Il-proposta/inizjattiva m’għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ý  Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

¨         fuq ir-riżorsi proprji

ý         fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Intestatura tad-dħul tal-baġit || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena kurrenti tal-baġit || Impatt tal-proposta/inizjattiva[36]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ... daħħal kemm-il kolonna hija meħtieġa sabiex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara punt 1.6)

Artikolu XXXX || || || || || || || ||

Għad-dħul mexxellanju assenjat, speċifika l-intestatura/i tal-baġit affettwata/i.

08 01 04 40, 08 06 01 Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

Il-Programm għandu jkun iffinanzjat permezz tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri, bbażati fuq ir-rata ta’ sejħa applikata għad-Dħul Nazzjonali Gross (DNG) ta’ kull Stat Membru, kif definit għall-iskop tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni tar-riżorsi proprja skont id-DNG għall-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu magħmula lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u, għandhom ikunu kkunsidrati bħala dħul assenjat estern għall-Programm skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill [Regolament Finanzjarju Ġdid] applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

[1]               Oriġinarjament imsejjaħ ir-Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali

[2]           ĠU L 358, 16.12.2006, p.62

[3]               ĠU L 246, 21.09.2007, p.34

[4]               ĠU L 90, 30.03.2007, p.58

[5]               COM (2011) 500 finali tad-29.06.2011

[6]               COM (2011) 48

[7]               ĠU C , , p. .

[8]               ĠU C , , p. .

[9]               ĠU L 358, 16.12.2006, p. 62

[10]             ĠU L 90, 30.03.2007, p. 58.

[11]             ĠU L 246, 21.09.2007, p 34.

[12]             ĠU C 139, 14.6.2006, p.1.

[13]             COM (2011) 500 finali.

[14]             ĠU L

[15]             Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (l-Impriża Konġunta) u li tikkonferixxilha vantaġġi [traduzzjoni mhix uffiċjali]

[16]             ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB: Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività

[17]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju

[18]             Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[19]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[20]             Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[21]             EFTA: Assoċazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[22]             Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[23]             Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[24]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u infiq b’appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (qabel linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[25]             Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[26]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u infiq b’appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (qabel linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[27]             Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[28]             r-rendimenti huma prodotti u servizzi li għandhom ikunu pprovduti (e.ż.: għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[29]             Kif deskritt fit-Taqsima 1.4.2. "Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…"

[30]             Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[31]             Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[32]             CA= Aġent b'kuntratt; INT= persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat;

[33]             Taħt il-limitu għall-persunal estern mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (qabel kienu l-intestaturi “BA”).

[34]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[35]             Ara punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[36]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, taxxi fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż ta’ ġbir.