Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jwaqqaf Strument għall-Istabbiltà /* KUMM/2011/0845 finali - 2011/0413 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-kriżijiet u l-kunflitti jolqtu lill-pajjiżi madwar id-dinja kollha u jippreżentaw riskju għas-sigurtà u l-istabbiltà globali. Il-kunflitti huma spiss marbuta mal-fraġilità ta' Stat u jiġu aggravati minn governanza dgħajfa u mill-faqar. Barra minn hekk, uħud mill-aktar sfidi kritiċi għas-sigurtà għandhom dimensjoni globali, li jaffettwaw kemm il-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw kif ukoll il-pajjiżi industrijalizzati. Id-diżastri naturali u d-diżastri kkawżati mill-bniedem, it-traffikar tad-drogi, il-kriminalità organizzata, it-terroriżmu, l-isfidi u t-theddid għaċ-ċibersigurtà u tfixkil ieħor relatat, iżidu n-nuqqas ta' sigurtà, jostakolaw l-iżvilupp, idgħajfu l-istat tad-dritt u jikkontribwixxu għall-instabbiltà. L-isfida li dejjem qed tikber tat-tibdil fil-klima timmultiplika t-theddid eżistenti li jżidu dimensjoni ġdida ta’ perikli naturali u perikli kkawżati mill-bniedem u ta' riskji tas-sigurtà. Ir-rispons għal dawn l-isfidi strutturali jeħtieġ sforz kollettiv sinifikanti, ibbażat fuq sħubiji sodi mal-Istati l-oħra, mal-atturi tas-soċjetà ċivili u mal-imsieħba multilaterali u reġjonali sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet li jkunu ta' appoġġ għall-pajjiżi bil-għan li dawn ma jmorrux lura għal kunflitt. Għaldaqstant, jenħtieġ rispons komprensiv tal-UE għal kriżijiet internazzjonali li jmorru lil hinn mill-għajnuna umanitarja, fejn tiġi mħeġġa l-kapaċità tal-UE fit-tħejjija għall-kriżijiet u fl-azzjonijiet preventivi u ta' rispons. Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi żviluppata kapaċità li jintużaw l-esperti għal diversi missjonijiet ċivili ibbażati fuq l-interoperabilità bejn l-Istati Membri tal-UE u atturi internazzjonali oħrajn flimkien ma' djalogu ma 'atturi mhux statali. It-Trattat il-ġdid dwar l-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 21) iddefinixxa l-prinċipji u l-objettivi ġenerali komuni tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inter alia li “tippreserva l-paċi, tipprevjeni l-kunflitti u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali” . Dawn il-prinċipji u l-objettivi huma appoġġjati wkoll minn Konklużjonijiet tal-Kunsill varji dwar l-effettività tal-azzjoni esterna (2004), dwar is-Sigurtà u l-Iżvilupp (2007) u mill-Konklużjonijiet Ġenerali (2010). Dawn tal-aħħar appellaw għal tisħiħ ulterjuri tal-għodod ta’ ġestjoni tal-kriżijiet tal-UE bil-għan li jingħata appoġġ għall-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni. Ingħatat gwida politika addizzjonali fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti tal-20 ta' Ġunju 2011. Il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tat-18 ta' Lulju 2011 identifika r-rabta bejn il-klima u s-sigurtà bħala qasam importanti li għandha ssir ħidma ulterjuri fuqu. Fl-2011, il-Kummissjoni ħejjiet ukoll pjan ta' implimentazzjoni għall-Istrateġija tal-UE ta' appoġġ għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw[1], li jidentifika l-iżvilupp ta' Valutazzjonijiet tal-Ħtiġijiet ta' Wara d-Diżastri ("PDNAs") bħala prijorità sabiex jiġi integrat it-tnaqqis tar-riskji ta' diżastru fl-oqfsa ta' rkupru tal-pajjiżi milquta u sabiex jitħeġġu l-flessibbiltà u tħejjija għall-kriżijiet. Għaldaqstant, l-Istrument il-ġdid għall-Istabbiltà li jissostitwixxi r-Regolament ta' qabel li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2013, għandu jibbenefika mill-opportunitajiet ippreżentati biex imexxi 'l quddiem l-isforzi kkoordinati tal-UE fl-oqsma kollha msemmija hawn fuq. 2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT 1. Konsultazzjoni Pubblika Il-Kummissjoni Ewropea organizzat konsultazzjoni pubblika dwar finanzjament futur għall-azzjoni esterna tal-UE bejn is-26 ta’ Novembru 2010 u l-31 ta' Jannar 2011. Dan il-proċess kien ibbażat fuq kwestjonarju onlajn akkumpanjat minn dokument ta' sfond 'Liema finanzjamenti għall-azzjoni esterna tal-UE wara l-2013' imħejji mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE). Il-220 kontribuzzjoni riċevuti rriflettew spektrum wiesa' u varjat li jirrappreżenta l-varjetà ta’ strutturi, fehmiet u tradizzjonijiet li jikkaratterizzaw l-azzjoni esterna tal-Komunità. Ħafna mit-tweġibiet enfasizzaw ukoll l-importanza tal-investiment fi stabbiltà għal perjodu ta' żmien twil, fid-drittijiet tal-bniedem u fl-iżvilupp ekonomiku, fir-rigward tal-azzjoni esterna tal-UE dwar il-paċi u s-sigurtà internazzjonali, inklużi l-bini tal-paċi u t-tħejjija għall-kriżijiet tal-UE. L-Istrument għall-Istabbiltà huwa ferm apprezzat u ħafna minn dawk li wieġbu jitolbu lill-UE biex issaħħaħ il-potenzjal tiegħu, billi jirreferu b’mod partikolari għall-ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati l-vantaġġi tiegħu, jiġifieri l-ħeffa tat-twassil u l-finanzjament dirett. 2. Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert L-evalwazzjoni tal-2011 dwar il-komponenti ta' rispons għall-kriżijiet u ta' tħejjija għall-kriżijiet tal-Istrument għall-Istabbiltà (l-Artikoli 3 u 4.3) ikkonkludiet li l-Istrument kien uniku fi ħdan l-arkitettura tal-UE għall-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp u li dan jippermetti lill-UE biex tappoġġja firxa wiesgħa ta' inizjattivi ta' tħejjija u ta' rispons għall-kriżijiet kritiċi. Il-kapaċità tal-UE biex tintervjeni f’sitwazzjonijiet ta' kriżi ġiet estiża filwaqt li l-koerenza u l-effikaċja tal-prevenzjoni tal-kriżijiet u tal-inizjattivi ta' bini tal-paċi ġew imsaħħa flimkien mal-kapaċità tal-imsieħba biex iħejju ruħhom u biex jirreaġixxu għall-kriżijiet. L-evalwazzjonijiet dwar l-azzjonijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju fir-rigward ta' materjali kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (CBRN) (l-Artikolu 4.2) enfasizzaw l-importanza li l-Istati Membri attribwew lil programm tal-UE li jikkontribwixxi fil-bini tal-kapaċità fil-pajjiżi msieħba biex dawn jiġġieldu kontra l-proliferazzjoni ta' materjali sensittivi u ta' għarfien espert. L-azzjonijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju fir-rigward ta' materjali CBRN jippermettu lill-UE tikkontribwixxi b'mod kollettiv biex titnaqqas it-theddida tal-użu malintenzjonat ta' materjali u ta' know-how marbuta mal-armi tal-qerda tal-massa (WMD). Studju tal-2009 dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-komponent ta' tħejjija għall-kriżijiet (l-Artikolu 4, is-Sħubija għall-Bini tal-Paċi) irrakkomanda li tingħata attenzjoni akbar lill-bini tal-kapaċità tal-imsieħba lokali u lid-djalogu politiku ma' atturi mhux statali filwaqt li jiġu mmassimizzati sinerġiji tematiċi mal-prijoritajiet ta' politika tal-UE u mal-azzjonijiet appoġġjati. Jeħtieġ li jkun hemm approċċ iktar flessibbli għal finanzjament li jippermetti lill-atturi mhux Statali u lill-Istati Membri tal-UE jibbenefikaw minn din l-għajnuna. Il-pubblikazzjoni tal-2009 tal-Istitut tal-UE għall-Istudji dwar is-Sigurtà, li tipprovdi l-ewwel reviżjoni komprensiva tal-operazzjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) li saru bejn l-1999 u l-2009, enfasizzat l-effett katalitiku tal-Istrument, filwaqt li rrikonoxxiet il-valur miżjud tiegħu fit-tħejjija u fit-titjib tal-għoti tal-għajnuna esterna tal-UE fuq perjodu ta' żmien twil u tal-azzjonijiet tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK). Filwaqt li sal-lum il-ġurnata, fil-biċċa l-kbira r-riżultati fir-rigward tal-implimentazzjoni kienu pożittivi, ġew enfasizzati bosta oqsma fejn jeħtieġ li jsir xi titjib. Dawn jirreferu speċifikament għall-ħeffa tal-użu tal-Istrument, li tista' tittejjeb billi tiżdied il-flessibbiltà ġenerali tiegħu fir-rigward tal-iskedi taż-żmien għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' għajnuna eċċezzjonali u ta' programmi interim ta' rispons u tal-ammonti ta' limitu u billi jiżdiedu r-riżorsi finanzjarji u umani. 3. Valutazzjoni tal-Impatt Il-Kummissjoni wettqet Valutazzjoni tal-Impatt (VI) li kkunsidrat 4 għażliet bażiċi ta' politika: (Għażla 0) li l-Istrument għall-Istabbiltà ma jitkompliex, (Għażla 1) li jinżamm il-kamp ta' applikazzjoni attwali tal-Istrument mingħajr ma ssir l-ebda emenda, (Għażla 2) li jiġi rivedut l-Istrument sabiex jiżdiedu d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-flessibbiltà u (Għażla 3) li jiġi/jiġu introdott(i) Strument ġdid jew Strumenti ġodda (s) li jinkorporaw il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin (a) li jindirizzaw separatament kwistjonijiet ta' rispons u ta' tħejjija għall-kriżijiet u kwistjonijiet relatati mas-sigurtà - it-terroriżmu, it-theddid transreġjonali u l-kwistjonijiet li jikkonċernaw materjali CBRN - (b) li jħaddnu għodod ta' azzjoni esterna tal-UE li bħalissa qed jitħaddmu taħt strumenti oħra (eż. il-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE jew il-Faċilità Afrikana għall-Paċi). L-Għażla 0 ġiet imwarrba immedjatament minħabba li l-fatt li ma jkunx hemm sostitut għall-Istrument attwali, ikun jinvolvi għall-UE, it-telf tal-kredibbiltà tagħha fuq livell internazzjonali kif ukoll in-nuqqas li tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 21 tat-Trattat. L-Għażla 1 tkun tinvolvi t-telf tal-opportunità biex jittejjeb u jissaħħaħ il-valur tal-Istrument fuq il-bażi tal-esperjenza miġjuba. L-Għażla 3 li jiġu stabbiliti Strumenti ġodda li jittrattaw b'mod distint ir-rispons u t-tħejjija għall-kriżijiet, fuq in-naħa l-waħda, u t-theddidiet globali u dawk transnazzjonali fuq in-naħa l-oħra, ma ġietx meqjusa bħala rakkomandabbli. Minbarra li tkun taħdem kontra l-għan ġenerali ta' razzjonalizzazzjoni tan-numru ta' strumenti eżistenti, din l-għażla tista' twassal għal interazzjoni inqas koerenti u kumplimentari biex jiġu indirizzati l-kawżi ta' kunflitt. L-Għażla 2, li jinżammu l-elementi u l-karatteristiċi ewlenin tal-Istrument filwaqt li jiġu ssimplifikati d-dispożizzjonijiet tiegħu biex tiżdied il-flessibbiltà tiegħu kienet l-għażla ppreferuta peress li din tippermetti lill-UE tirreaġixxi b’mod aktar effettiv u rapidu għal sfidi futuri ta' paċi u sigurtà internazzjonali. L-Għażla 2 b'mod partikolari se toffri l-possibbiltà li jiġu estiżi u li jitwettqu mill-ġdid miżuri ta' għajnuna eċċezzjonali bħala rispons għall-kriżijiet u għall-kunflitti li jkunu ilhom għaddejjin, u se tippermetti li l-Kummissjoni tapprova malajr il-miżuri ta' rispons inizjali bil-għan li tittejjeb il-pożizzjoni strateġika tal-UE meta din tirreaġixxi għal kriżi partikolari. L-għażliet ta' politika kkunsidrati huma maħsuba biex jikkonsolidaw u biex kull fejn ikun possibbli, itejbu t-tħaddim attwali tal-Istrument. 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Il-Bażi Legali Il-Parti V, it-Titolu III, il-Kapitoli 1 u 2 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat), tipprovdi l-qafas legali għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, ma' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, ma' atturi statali u mhux statali. Ir-Regolament propost huwa bbażat b’mod partikolari fuq l-Artikolu 209 (1) u l-Artikolu 212.2 tat-Trattat, u huwa ppreżentat mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 294 tat-Trattat. Is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità Minħabba li l-Istrument għandu dimensjoni globali, bażi legali doppja fit-Trattat (“ il-kooperazzjoni għall-iżvilupp ” u “ il-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika ma' pajjiżi terzi ”) u mhuwiex marbut ma' kriterji tal-eliġibilità għall-ODA, huwa jippermetti lill-UE titratta kif suppost ir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp. Ir-rwol ta' attur globali jipprovdi lill-UE bi kredibbiltà u b'perċezzjoni ta' newtralità, li jpoġġiha f'vantaġġ kompetittiv biex tintervjeni f'ħafna żoni ta' kunflitt bil-għan li tiġi evitata eskalazzjoni tal-vjolenza jew biex toffri s-servizzi tajbin tagħha fil-prevenzjoni tal-kunflitti. Effett ikbar jinkiseb meta r-rispons jiġi pprovdut fil-livell tal-UE, minħabba li l-isforzi kkumbinati jipprovdu stimolu akbar għall-awtoritajiet u għall-imsieħba internazzjonali. L-azzjonijiet ta' rispons għall-kriżijiet fil-livell tal-UE jimmassimizzaw il-koerenza tal-effiċjenza tar-rispons u tal-għajnuna. Is-sinerġiji u l-kooperazzjoni huma meħtieġa dejjem aktar fuq livell internazzjonali, minħabba li d-donaturi qed jiffaċċjaw problemi simili f'termini ta' riżorsi skarsi. F'dan ir-rigward, ta' min wieħed jinnota li n-numru ta' Stati Membri tal-UE li jħaddmu strument fl-oqsma tar-rispons għall-kriżijiet jew tal-bini tal-paċi, li l-ambitu tiegħu jista' jitqabbel ma' dak tal-Istrument għall-Istabbiltà, huwa limitat ħafna. L-Għażla tal-Istrument L-Istrument għall-Istabbiltà jindirizza ħtiġijiet li ma jistgħux jiġu ttrattati bi kwalunkwe strument ieħor minħabba (a) l-urġenza tar-rispons, (b) in-natura globali jew transreġjonali tal-problema, li tmur lil hinn mill-ambitu tal-istrument ġeografiku; (c) l-esklużjoni tas-settur appoġġjat mill-finanzjament kopert mill-istrumenti marbuta mal-ODA (eż., il-ġlieda kontra t-terroriżmu), jew minħabba (d) in-natura tal-għajnuna li ma tkunx speċifika għal xi pajjiż (eż. proġetti li jiżviluppaw standards jew politiki internazzjonali fil-qasam tal-prevenzjoni ta’ kunflitti u tal-bini tal-paċi). Barra minn hekk, huwa wera effett katalitiku fit-tħejjija u fit-titjib tal-għoti tal-għajnuna esterna tal-UE fuq perjodu ta' żmien twil u tat-twassil tal-azzjonijiet adottati mill-UE sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni fi ħdan il-qafas tat-Titolu V tat-TUE. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 70 biljun għall-perjodu 2014-2020 għall-istrumenti esterni[2]. L-allokazzjoni prevista għall-Istrument għall-Istabbiltà hija ta' EUR 2 828,9 miljun għal 7 snin. 5. ELEMENTI FAKULTATTIVI 4. Simplifikazzjoni Waħda mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni f'dan ir-Regolament ġdid, hekk kif inhi anke fi programmi oħrajn fi ħdan il-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF), hija li jiġi ssimplifikat l-ambjent regolatorju u li jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-għajnuna tal-Unjoni għall-pajjiżi u r-reġjuni msieħba, għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, eċċ. sa fejn dawn isegwu l-objettivi tar-Regolament. Is-simplifikazzjoni se titwassal permezz ta' delineazzjoni aktar ċara u ta' tnaqqis tas-sovrapożizzjonijiet tal-istrumenti esterni kollha, sabiex dawn jiġu identifikati individwalment b'objettivi ta' politika definiti b' mod ċar. Hija proposta s-simplifikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri għall-għoti tal-għajnuna tal-UE, notevolment għall-possibbiltà li tingħata deroga mill-Komitoloġija għall-adozzjoni tat-tieni Miżura ta' Għajnuna Eċċezzjonali skont l-Artikolu 7 u ta' dispożizzjoni addizzjonali ġdida li tippermetti lill-Kummissjoni tadotta l-Miżuri ta' Għajnuna Eċċezzjonali li ma jammontawx iktar minn EUR 3 miljun, mingħajr ma jkollha għalfejn tinforma lill-Kunsill minn qabel skont dan l-istess Artikolu. Barra minn hekk, ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, li huwa partikolarment sostanzjali fir-rigward tad-dispożizzjoni speċjali dwar l-azzjonijiet esterni, se tikkontribwixxi biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fi programmi ta' finanzjament, pereżempju billi tissimplifika r-regoli, tnaqqas l-ispejjeż ta' parteċipazzjoni u taċċellera l-proċeduri tal-għoti. Il-Kummissjoni beħsiebha timplimenta dan ir-Regolament billi tuża l-proċeduri flessibbli l-ġodda previsti fir-Regolament Finanzjarju l-ġdid. 5. Atti delegati Huwa meqjus li l-iskrutinju demokratiku għall-għajnuna esterna jrid ikun imtejjeb. Filwaqt li se jinżammu l-elementi tal-Istrument għall-Istabbiltà attwali, huwa propost li l-iskrutinju demokratiku jiġi msaħħaħ permezz tal-użu ta' atti delegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat għal ċerti aspetti tal-programmi. Id-dispożizzjonijiet li jagħtu dettalji dwar l-għajnuna skont l-Artikoli 3, 4 u 5 huma soġġetti għall-użu tal-atti delegati. 6. Spjegazzjoni dettaljata L-istruttura l-ġdida tal-istrumenti tal-Unjoni maħsuba biex jimplimentaw l-għajnuna esterna għall-iżvilupp fil-perspettivi finanzjarji għall-perjodu 2014-2020, hija ppreżentata mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Baġit għall-Istrateġija Ewropa 2020"[3]. Informazzjoni ulterjuri dwar l-objettivi ġenerali, l-objettivi speċifiċi u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju għall-istabbiltà hija mogħtija fid-dikjarazzjoni finanzjarja annessa mar-Regolament. 2011/0413 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jwaqqaf Strument għall-Istabbiltà IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 209(1) u 212(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, Wara li ġie trażmess l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja , Billi: 7. Dan ir-Regolament jikkostitwixxi wieħed mill-istrumenti li jipprovdu appoġġ dirett għall-politika esterna tal-Unjoni Ewropea. Huwa se jieħu post ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà[4], li se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2013. 8. Il-preservazzjoni tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti, it-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali u l-għajnuna lill-popolazzjonijiet, lill-pajjiżi u lir-reġjuni kkonfrontati minn diżastri naturali jew minn dawk ikkaġunati mill-bniedem huma fost l-objettivi ewlenija tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, hekk kif definit fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-kriżijiet u l-kunflitti li jolqtu lill-pajjiżi madwar id-dinja kollha u fatturi oħrajn bħat-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, it-tibdil fil-klima, l-isfidi u t-theddid għaċ-ċibersigurtà u d-diżastri naturali joħolqu riskju għall-istabbiltà u s-sigurtà globali. Sabiex jiġu indirizzati b'mod effettiv u bikri dawn il-kwistjonijiet, jenħtieġu riżorsi finanzjarji u strumenti ta' finanzjament speċifiċi li jistgħu jaħdmu b'mod kumplimentari ma' strumenti ta' għajnuna umanitarija u ta' kooperazzjoni fuq perjodu ta' żmien twil. 9. Ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 kien adottat bil-għan li jippermetti lill-Unjoni tipprovdi rispons konsistenti u integrat għal sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta’ kriżi emerġenti, sabiex jiġi indirizzat it-theddid speċifiku għas-sigurtà transreġjonali u biex tissaħħaħ it-tħejjija għall-kriżijiet. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jintroduċi Strument rivedut, li jibni fuq l-esperjenza miġjuba permezz tal-Istrument preċedenti, sabiex tiżdied l-effiċjenza u l-koerenza tal-azzjonijiet tal-Unjoni fl-oqsma tal-prevenzjoni ta’ kunflitti u tar-rispons għall-kriżijiet, tat-tħejjija għall-kriżijiet u tal-bini tal-paċi u fl-indirizzar tat-theddid għas-sigurtà, inkluż dak għas-sigurtà tal-klima. 10. Il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament jilħqu l-objettivi tal-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tal-Artikoli 208 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn jistgħu jkunu kumplimentari u għandhom ikunu konsistenti mal-miżuri adottati mill-Unjoni biex jintlaħqu l-objettivi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni fi ħdan il-qafas tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-miżuri adottati fil-qafas tat-Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw biex jiżguraw tali konsistenza, kull wieħed skont is-setgħat rispettivi tiegħu. 11. Il-Programm tal-UE għall-Prevenzjoni ta' Kunflitti Vjolenti[5], approvat mill-Kunsill Ewropew, jenfasizza l-"impenn politiku tal-UE biex il-prevenzjoni tal-kunflitti titqies bħala wieħed mill-objettivi ewlenin tar-relazzjonijiet esterni tal-UE" u jiddikjara li l-istrumenti għall-koperazzjoni fl-iżvilupp jistgħu jikkontribwixxu għal dan l-għan u għall-iżvilupp tal-UE bħala attur globali. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2011 dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti ddikjaraw mill-ġdid il-validità ta' dan il-programm bħala l-bażi valida għall-azzjoni ulterjuri tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kunflitti. 12. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sigurtà u l-Iżvilupp[6] (kif ukoll il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rispons tal-UE għal sitwazzjonijiet ta' fraġilità) jenfasizzaw li r-rabta bejn l-iżvilupp u s-sigurtà għandha tinforma lill-istrateġiji u lill-politiki tal-UE sabiex tikkontribwixxi għall-koerenza tal-azzjoni esterna tal-UE. Aktar speċifikament, il-Kunsill ikkonkluda li l-ħidma futura fir-rigward tas-sigurtà u tal-iżvilupp għandha tinkludi l-implikazzjonijiet ta' sigurtà u ta' żvilupp tal-bidla fil-klima, il-kwistjonijiet ambjentali u l-kwistjonijiet ta' ġestjoni tar-riżorsi naturali u l-migrazzjoni. 13. Il-Kunsill Ewropew approva l-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà fit-12 ta' Diċembru 2003 u r-Rapport ta' Implimentazzjoni tagħha fil-11 ta' Diċembru 2008. L-Istrateġija ta' Sigurtà Interna tal-UE adottata fl-aħħar tal-2010[7] tinnota wkoll l-importanza tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet reġjonali b'mod partikolari għall-ġlieda kontra theddidiet multipli bħalma huma t-traffikar tal-bnedmin, it-traffikar tad-droga u t-terroriżmu. 14. Id-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu tal-25 ta’ Marzu 2004 għamlet sejħa biex l-objettivi tal-ġlieda kontra t-terroriżmu jiġu integrati fil-programmi ta' għajnuna esterna; l-Istrateġija Ewropea għal Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, adottata mill-Kunsill fit-30 ta' Novembru 2005, sejħet għal żieda fil-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u man-Nazzjonijiet Uniti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Tisħiħ tar-Rabtiet bejn l-Aspetti Interni u l-Aspetti Esterni tal-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu sejħu għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti involuti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu f’pajjiżi terzi fl-ipprogrammar strateġiku tal-Istrument għall-Istabbiltà. 15. Ladarba l-objettivi ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dan l-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi. 16. Filwaqt li l-għajnuna esterna tal-Unjoni għandha ħtiġijiet finanzjarji li dejjem qed jiżdiedu, is-sitwazzjoni ekonomika u baġitarja tal-Unjoni tillimita r-riżorsi disponibbli għal din l-għajnuna. Għalhekk, il-Kummissjoni trid tfittex l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli, b'mod partikolari permezz tal-użu ta' strumenti finanzjarji li għandhom effett ta' stimolu. Tali effett ta' stimolu jiżdied billi tingħata l-possibbiltà li jintużaw u li jintużaw mill-ġdid il-fondi investiti u ġġenerati mill-istrumenti finanzjarji. 17. Sabiex jiġi adattat l-ambitu ta' dan ir-Regolament għar-realtà li qed tevolvi b'mod rapidu, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-oqsma speċifiċi ta' assistenza teknika u finanzjarja msemmija fl-Annessi ta' dan ir-Regolament, u sabiex jiġu adottati proċeduri addizzjonali għall-iskambju tal-informazzjoni u tal-kooperazzjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet xierqa fil-ħidma preparatorja tagħha, inkluż f’livell ta' esperti. Meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni, għandha tiżgura ulterjorment it-trażmissjoni f'waqtha ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 18. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni. 19. Is-setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-miżuri ta' programmar u ta' implimentazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni[8]. B'kunsiderazzjoni tan-natura ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni, b' mod partikolari n-natura tal-orjentazzjoni ta' politika tagħhom jew l-implikazzjonijiet baġitarji tagħhom, il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha fil-prinċipju tintuża għall-adozzjoni tagħhom, ħlief għal miżuri ta' skala finanzjarja żgħira. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament fejn, f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-ħtieġa għal rispons rapidu mill-Unjoni, dan ikun neċessarju minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza. 20. Ir-regoli u l-proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-azzjoni esterna[9] huma stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' …[10], minn issa 'l quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni". 21. L-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna huma deskritti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427 UE, ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: TITOLU I L-OBJETTIVI U L-AMBITU Artikolu 1 L-objettivi 22. L-Unjoni għandha tadotta miżuri għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp, kif ukoll miżuri għall-koperazzjoni finanzjarja, ekonomika u teknika ma' pajjiżi terzi, ma' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali u ma' atturi statali u mhux statali oħrajn skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament. 23. Skont l-objettivi ta' tali kooperazzjoni, il-miri speċifiċi ta' dan ir-Regolament huma: 24. li f'sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' kriżi emerġenti, jikkontribwixxi malajr għall-istabbiltà billi jiġi pprovdut rispons effettiv li jgħin jippreserva, jistabbilixxi jew jistabbilixxi mill-ġdid il-kundizzjonijiet essenzjali għall-implimentazzjoni xierqa tal-politika fl-oqsma tal-iżvilupp u tal-kooperazzjoni tal-Unjoni; 25. li jipprevjeni l-kunflitti, li jiżgura t-tħejjija biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta' qabel u ta' wara l-kriżijiet u li jibni l-paċi; 26. li jindirizza theddid speċifiku globali u transreġjonali li jkollu effett destabilizzanti, inkluż it-tibdil fil-klima. Artikolu 2 Il-koerenza u l-kumplimentarjetà tal-għajnuna tal-Unjoni 27. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri adottati skont dan ir-Regolament huma konsistenti mal-qafas ta' politika strateġika ġenerali tal-Unjoni għall-pajjiż imsieħeb, u b'mod parikolari mal-objettivi tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 2, kif ukoll ma' miżuri oħra rilevanti tal-Unjoni. 28. Il-miżuri li jittieħdu skont dan ir-Regolament jistgħu jikkumplimentaw il-miżuri adottati skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għandhom ikunu konsistenti magħhom. 29. L-għajnuna tal-Unjoni pprovduta skont dan ir-Regolament għandha tikkumplimenta l-għajnuna pprovduta mill-istrumenti tal-Unjoni relatati għall-għajnuna esterna. Din tiġi pprovduta biss sakemm dawk l-istrumenti ma jkunux jistgħu jipprovdu rispons adegwat u effettiv. 30. L-attivitajiet li huma koperti mir-Regolament (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja u mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 162/2007 tal-5 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili u li huma eliġibbli għal finanzjament permezz tagħhom, jistgħu ma jkunux iffinanzjati skont dan ir-Regolament. 31. Sabiex jissaħħu l-effikaċja u l-konsistenza tal-miżuri ta' għajnuna tal-Unjoni u tal-miżuri ta' għajnuna nazzjonali u biex jiġi evitat li jkun hemm finanzjament doppju, il-Kummissjoni għandha tippromwovi koordinazzjoni mill-qrib bejn l-attivitajiet tagħha stess u dawk tal-Istati Membri, kemm fil-livell tat-teħid tad-deċiżjonijiet kif ukoll fuq livell operazzjonali. Għal dak l-iskop, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħaddmu sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni. Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista' tadotta, f'konformità mal-Artikolu 9, proċeduri addizzjonali għall-iskambju ta’ informazzjoni u ta' kooperazzjoni. Artikolu 3 L-għajnuna b'rispons għal sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' kriżi emerġenti biex tipprevjeni l-kunflitti 32. L-għajnuna teknika u finanzjarja tal-Unjoni sabiex jinkisbu l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tista' tiġi adottata b'rispons għal sitwazzjoni ta' urġenza, ta' kriżi jew ta' kriżi emerġenti, għal sitwazzjoni li tkun ta' theddida għad-demokrazija, għal-liġi u għall-ordni, għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali jew għas-sigurtà u s-sikurezza tal-individwi, jew għal sitwazzjoni li tista' teskala għal kunflitt armat jew li tiddistabilizza serjament lill-pajjiż(i) terz(i) ikkonċernat(i). Miżuri bħal dawn jistgħu wkoll jindirizzaw sitwazzjonijiet fejn l-Unjoni invokat klawżoli ta' elementi essenzjali ta' Ftehimiet internazzjonali biex tissospendi, parzjalment jew totalment, il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi. 33. L-għajnuna teknika u finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 tista' tkopri l-oqsma dettaljati speċifikati fl-Anness I. L-indikatur tal-prestazzjoni għall-għajnuna għandu jkun il-perċentwal ta' proġetti adottati fi żmien 3 xhur mill-kuntest ta' kriżi. 34. Fis-sitwazzjonijiet eċċezzjonali u mhux mistennija msemmija fil-paragrafu 1, l-Unjoni tista' tipprovdi wkoll għajnuna teknika u finanzjarja li ma tkunx espressament koperta mill-oqsma speċifiċi ta' għajnuna stabbiliti fil-paragrafu 2. Għajnuna bħal din għandha tkun limitata għall-Miżuri ta' Għajnuna Eċċezzjonali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7(2), li: (a) jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ġenerali u fil-miri speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 1(2)(a), u (b) huma limitati fit-tul ta' żmien għall-perjodu stabbilit fl-Artikolu 7(2), u (c) normalment ikunu eliġibbli permezz ta' strumenti oħra tal-UE għall-għajnuna esterna jew tal-komponenti l-oħra ta' dan l-istrument imma li, skont l-Artikolu 2, għandhom jiġu indirizzati permezz ta' miżuri ta' kriżi jew ta' kriżi emerġenti minħabba li jkun meħtieġ rispons rapidu għas-sitwazzjoni. Artikolu 4 L-għajnuna għall-prevenzjoni tal-kunflitti, għat-tħejjija għall-kriżijiet u għall-bini tal-paċi 35. L-Unjoni għandha tipprovdi għajnuna teknika u finanzjarja sabiex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2) fl-oqsma tal-prevenzjoni tal-kunflitti, tat-tħejjija għall-kriżijiet u tal-bini tal-paċi. 36. L-għajnuna teknika u finanzjarja li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 tista' tkopri l-oqsma ddettaljati speċifikati fl-Anness II. L-indikatur tal-prestazzjoni għall-għajnuna jiddependi fuq kemm ikunu ssaħħu l-kapaċitajiet tal-benefiċjarji biex jipprevjenu l-kunflitti, jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' qabel u ta' wara l-kunflitti u biex jibnu l-paċi. Artikolu 5 L-għajnuna biex jiġu indirizzati t-theddidiet globali u transreġjonali L-Unjoni għandha tipprovdi għajnuna teknika u finanzjarja sabiex jintlaħqu l-miri speċifiċi stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2) fl-oqsma dettaljati speċifikati fl-Anness III. L-indikatur tal-prestazzjoni għall-għajnuna se jkun il-grad sa fejn tkun ġiet allinjata l-politika ta' sigurtà esterna rilevanti tal-UE, inkluża d-dimensjoni esterna tas-sigurtà interna. TITOLU II L-IPPROGRAMMAR U L-IMPLIMENTAZZJONI Artikolu 6 Il-qafas ġenerali għall-ipprogrammar u l-implimentazzjoni 37. L-għajnuna tal-Unjoni għandha tiġi implimentata skont ir-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni u permezz tad-dokumenti tal-ipprogrammar u l-miżuri ta' implimentazzjoni finanzjarja segwenti: 38. Dokumenti ta' Strateġija Tematika u Programmi Indikattivi Multiannwali; 39. Miżuri ta' Għajnuna Eċċezzjonali u Programmi Interim ta' Rispons; 40. Programmi Annwali ta' Azzjoni u Miżuri Individwali; 41. Miżuri Speċjali. Artikolu 7 Il-Miżuri ta' Għajnuna Eċċezzjonali u l-Programmi Interim ta' Rispons 42. L-għajnuna tal-Unjoni skont l-Artikolu 3 għandha tingħata permezz ta' Miżuri ta' Għajnuna Eċċezzjonali jew ta' Programmi Interim ta' Rispons. 43. Il-Kummissjoni tista' tadotta Miżuri ta' Għajnuna Eċċezzjonali f'sitwazzjoni ta' kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), kif ukoll f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali u mhux previsti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3(3), meta l-effikaċja tal-miżuri tiddependi fuq implimentazzjoni rapida u flessibbli. Miżuri ta' dan it-tip jistgħu jdumu għal mhux aktar minn 18-il xahar. Il-perjodu ta' żmien tal-miżuri jista' jiġi estiż darbtejn b'sitt xhur oħra (għal mhux aktar minn 30 xahar) fil-każ ta' xkiel oġġettiv u mhux previst għall-implimentazzjoni tagħhom, sakemm ma tiżdiedx il-kwantità finanzjarja tal-miżuri inkwistjoni. F'każijiet ta' kriżijiet u ta' kunflitti mtawla, il-Kummissjoni tista' tadotta t-tieni Miżura ta' Għajnuna Eċċezzjonali. 44. Meta Miżura ta' Għajnuna Eċċezzjonali tkun tiswa aktar minn EUR 30 000 000, dik il-miżura għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni. 45. Il-Kummissjoni tista' tadotta Programmi Interim ta' Rispons f'konformità mal-istess proċedura bil-ħsieb li jkunu stabbiliti jew stabbiliti mill-ġdid il-kundizzjonijiet essenzjali meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva tal-politika ta' kooperazzjoni esterna tal-Unjoni. Il-Programmi Interim ta' Rispons għandhom jibnu fuq il-Miżuri ta' Għajnuna Eċċezzjonali. 46. Qabel ma tadotta jew iġġedded il-Miżuri ta' Għajnuna Eċċezzjonali li jiswew sa EUR 30 000 000, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill dwar in-natura u l-objettivi tagħhom u dwar il-kwantitajiet finanzjarji previsti. Bl-istess mod, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill qabel ma tagħmel bidliet sostanzjali fil-Miżuri ta' Għajnuna Eċċezzjonali li jkunu diġà adottati. Hija għandha tqis l-approċċ ta' politika rilevanti tal-Kunsill kemm fl-ippjanar kif ukoll fl-implimentazzjoni sussegwenti ta' dawn il-miżuri, fl-interessi tal-koerenza tal-azzjoni esterna tal-UE. 47. Madankollu, fis-sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta' urġenza li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3(1), il-Kummissjoni tista' tadotta Miżuri ta' Għajnuna Eċċezzjonali li ma jiswewx aktar minn EUR 3 000 000, mingħajr ma jkollha għalfejn tinforma lill-Kunsill minn qabel. 48. Wara l-adozzjoni tal-Miżuri ta' Għajnuna Eċċezzjonali, il-Kummissjoni għandha mill-aktar fis possibbli, u jkun x'ikun il-każ fi żmien seba’ xhur mill-adozzjoni, tirrapporta lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew billi tagħti ħarsa ġenerali lejn in-natura tal-miżuri adottati u l-kuntest tagħhom . 49. Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew, dwar l-ippjanar tagħha fil-qasam tal-għajnuna tal-Unjoni skont l-Artikolu 3. Artikolu 8 Id-Dokumenti ta' Strateġija Tematika u l-Programmi Indikattivi Multiannwali 50. Id-Dokumenti ta' Strateġija Tematika għandhom jikkostitwixxu l-bażi ġenerali għall-implimentazzjoni tal-għajnuna skont l-Artikoli 4 u 5. Id-Dokumenti ta' Strateġija Tematika għandhom jipprovdu qafas għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiż imsieħeb jew ir-reġjuni kkonċernati, li jkun konsistenti mal-iskop globali u l-kamp ta' applikazzjoni, mal-objettivi, mal-prinċipji u l-politika tal-Unjoni. 51. It-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' Dokumenti ta' Strateġija Tematika għandhom japplikaw il-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna: is-sħubija, il-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni. Għal dak il-għan, id-Dokumenti ta' Strateġija Tematika għandhom ikunu konsistenti mad-dokumenti tal-ipprogrammar li jkunu ġew approvati jew adottati skont strumenti oħra tal-Unjoni għall-għajnuna esterna, u jevitaw id-duplikazzjoni ta' dawn id-dokumenti. Id-Dokumenti ta' Strateġija Tematika għandhom, fil-prinċipju, ikunu bbażati fuq djalogu tal-UE u, fejn xieraq, tal-Istati Membri rilevanti, mal-pajjiżi msieħba jew mar-reġjuni kkonċernati inklużi s-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, sabiex jiġi żgurat li l-pajjiż jew ir-reġjuni kkonċernati jgħarfu biżżejjed is-sjieda tagħhom fil-proċess. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkonsultaw lil xulxin fl-istadju bikri tal-proċess tal-ipprogrammar sabiex jippromwovu l-konsistenza u l-kumplimentarjetà fost l-attivitajiet ta' kooperazzjoni tagħhom. 52. Kull Dokument ta' Strateġija Tematika għandu jkun akkumpanjat minn Programm Indikattiv Multiannwali li jiġbor fil-qosor l-oqsma ta' prijorità magħżula għall-finanzjament tal-Unjoni, l-objettivi speċifiċi, ir-riżultati mistennija u l-iskeda taż-żmien ta' appoġġ mill-Unjoni. Il-Programmi Indikattivi Multiannwali għandhom jiddeterminaw l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għal kull programm billi jieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet u d-diffikultajiet partikolari tal-pajjiżi msieħba jew tar-reġjuni kkonċernati. L-allokazzjonijiet finanzjarji jistgħu jingħataw f'forma ta' firxa fejn hu meħtieġ. 53. Id-Dokumenti ta' Strateġija Tematika għandhom jiġu approvati u l-Programmi Indikattivi Multiannwali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 15 (3) tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni. Din il-proċedura għandha tapplika wkoll għal reviżjonijiet sostanzjali li jkollhom l-effett ta' modifika sinifikanti tal-istrateġija jew tal-ipprogrammar tagħha. 54. Il-proċedura ta' eżaminazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 4 ma għandhiex tapplika għal modifiki mhux sostanzjali tad-Dokumenti ta' Strateġija Tematika u tal-Programmi Indikattivi Multiannwali, li bihom isiru aġġustamenti tekniċi, jiġu assenjati mill-ġdid il-fondi fl-allokazzjonijiet indikattivi għal kull qasam ta' prijorità, jew jiġi miżjud jew jitnaqqas l-ammont tal-allokazzjoni indikattiva inizjali b'inqas minn 20 %, sakemm dawn il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma ta' prijorità u l-objettivi stabbiliti f’dawn id-dokumenti. F'dak il-każ, l-aġġustamenti għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xahar. 55. Il-proċedura ta' urġenza li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 15 (4) tar-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni tista' tiġi applikata għall-immodifikar tad-Dokumenti ta' Strateġija Tematika u tal-Programmi Indikattivi Multiannwali fejn, għal raġunijiet imperattivi ta' emerġenza debitament iġġustifikati, ikun jenħtieġ rispons rapidu mill-Unjoni. TITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET FINALI Artikolu 9 Id-Delega tal-poteri lill-Kummissjoni Il-Kummissjoni għandha tingħata l-poter li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 10 sabiex temenda jew tissupplimenta l-Annessi I, II u III ta' ma' dan ir-Regolament, u li tadotta proċeduri addizzjonali għall-iskambju ta' informazzjoni u ta' kooperazzjoni. Artikolu 10 L-exerċitar tad-delega 56. Id-delega tal-poteri li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 9 għandha tingħata għall-perjodu ta' validità ta' dan ir-Regolament. 57. Id-delega tal-poteri tista’ tiġi rrevokata f’kull waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tal-poteri speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata f’dan. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ. 58. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan fl-istess ħin. 59. L-att iddelegat li jiġi adottat għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn (2) min-notifika dwar l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn (2) fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 11 Il-Kumitat Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Istrument għall-Istabbiltà. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Artikolu 12 Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE, li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Artikolu 13 L-ammont ta' referenza finanzjarja Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu 2014-2020 jammonta għal EUR 2 828 900 000. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju. Fil-perjodu bejn l-2014 u l-2020, mill-inqas 65 punt perċentwali tal-pakkett finanzjarju għandhom jiġu allokati għall-miżuri li huma koperti mill-Artikolu 3. Artikolu 14 Id-dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS I Oqsma ta' għajnuna teknika u finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3 L-għajnuna teknika u finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 għandha tkopri l-oqsma li ġejjin: 60. l-appoġġ, permezz tal-għoti ta' għajnuna teknika u loġistika, għall-isforzi magħmula minn organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali u minn atturi statali u mhux statali fil-promozzjoni tat-tisħiħ tal-fiduċja, tal-medjazzjoni, tad-djalogu u tar-rikonċiljazzjoni; 61. l-appoġġ għat-twaqqif u t-tħaddim ta' amministrazzjonijiet interim awtorizzati skont il-liġi internazzjonali; 62. l-appoġġ għall-iżvilupp ta' istituzzjonijiet demokratiċi u pluralistiċi tal-Istat, li jinkludi miżuri għat-tisħiħ tar-rwol tan-nisa f'istituzzjonijiet bħal dawn, amministrazzjoni ċivili u oqfsa legali relatati effettivi kemm f'livell nazzjonali kif ukoll f'livell lokali, ġudikatura indipendenti, tmexxija tajba u liġi u ordni, inkluża kooperazzjoni teknika mhux militari biex jissaħħaħ il-kontroll ċivili ġenerali, u sorveljanza tas-sistema ta' sigurtà u miżuri għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-infurzar tal-liġi u tal-awtoritajiet ġudizzjarji involuti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u kull tip ta' traffikar illegali; 63. l-appoġġ lill-qrati kriminali internazzjonali u lit-tribunali nazzjonali ad hoc, lill-kummissjonijiet għall-verità u r-rikonċiljazzjoni, u għall-mekkaniżmi li legalment isolvu allegazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u li jaffermaw u li jaġġudikaw id-drittijiet ta' proprjetà, stabbiliti skont id-drittijiet internazzjonali tal-bniedem u l-istandards tal-istat tad-dritt; 64. l-appoġġ għall-miżuri meħtieġa sabiex tinbeda r-rijabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni tal-infrastruttura ewlenija, tad-djar, tal-bini pubbliku u tal-assi ekonomiċi, kif ukoll il-kapaċità produttiva essenzjali, u miżuri oħra biex tinbeda mill-ġdid attività ekonomika, biex jinħolqu impjiegi u biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet minimi meħtieġa għal żvilupp soċjali sostenibbli; 65. l-appoġġ għall-miżuri ċivili relatati mad-demobilizzazzjoni u mal-integrazzjoni mill-ġdid tal-ex-kombattenti fis-soċjetà ċivili, u fejn hu xieraq, mar-ripatrijazzjoni tagħhom, kif ukoll għall-miżuri li jindirizzaw il-problema tas-suldati tfal u tal-kombattenti nisa; 66. l-appoġġ għall-miżuri biex itaffu l-effetti soċjali tar-ristrutturazzjoni tal-forzi armati; 67. l-appoġġ għall-miżuri biex, fil-qafas tal-politiki tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni u tal-objettivi tagħhom, jindirizzaw l-impatt soċjoekonomiku tal-mini tal-art kontra l-bniedem, ta' splussivi attivi jew ta' fdal splussiv ieħor tal-gwerra fuq il-popolazzjoni ċivili; l-attivitajiet iffinanzjati minn dan ir-Regolament għandhom jinkludu l-edukazzjoni dwar ir-riskju, l-assistenza għall-vittmi, is-sejba u t-tneħħija tal-mini, u flimkien ma' dawn, il-qerda tal-ħażniet; 68. l-appoġġ għall-miżuri biex, fil-qafas tal-politiki tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni u tal-objettivi tagħhom, jiġi miġġieled l-użu illegali tal-armi tan-nar, tal-armi ħfief u tal-armi ta' kalibru żgħir u l-aċċess għalihom; appoġġ bħal dan jista' jkopri wkoll l-attivitajiet ta' stħarriġ, l-assistenza għall-vittmi, it-tkattir tal-kuxjenza pubblika u l-iżvilupp ta' għarfien espert legali u amministrattiv u prassi tajba; 69. l-appoġġ għall-miżuri biex jiżguraw li l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa u tat-tfal f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' kunflitt, inkluż l-esponiment tagħhom għal vjolenza bbażata fuq is-sess, jiġu milħuqa adegwatament; 70. l-appoġġ għar-rijabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid tal-vittmi ta' kunflitt armat, inklużi l-miżuri li jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa u tat-tfal; 71. l-appoġġ għall-miżuri biex jippromwovu u jiddefendu r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, u l-istrumenti internazzjonali relatati; 72. l-appoġġ għall-miżuri soċjoekonomiċi biex jippromwovu l-aċċess ekwu għar-riżorsi naturali f'sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' kriżi emerġenti u l-ġestjoni trasparenti tagħhom; 73. l-appoġġ għall-miżuri soċjoekonomiċi biex jindirizzaw l-impatt ta' ċaqliq għall-għarrieda ta' popolazzjonijiet f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' kriżi emerġenti, inklużi l-miżuri li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-komunitajiet li jilqgħuhom; 74. l-appoġġ għall-miżuri li jappoġġjaw l-iżvilupp u l-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-parteċipazzjoni tagħha fil-proċess politiku, inklużi l-miżuri li jsaħħu r-rwol tan-nisa fi proċessi u miżuri bħal dawn biex jippromwovu midja indipendenti, pluralista u professjonali; 75. l-appoġġ għall-miżuri bħala rispons għal diżastri naturali jew dawk ikkaġunati mill-bniedem, u għat-theddid għas-saħħa pubblika, meta ma jkunx hemm għajnuna umanitarja u ta' protezzjoni ċivili mill-Unjoni jew biex jikkumplimentawha, f'konformità mal-Artikolu 2. ANNESS II Oqsma ta' għajnuna teknika u finanzjarja msemmija fl-Artikolu 4 L-għajnuna teknika u finanzjarja msemmija fl-Artikolu 4 tista' tkopri l-appoġġ għall-miżuri li għandhom l-għan li jibnu u li jsaħħu l-kapaċità tal-UE u tal-imsieħba tagħha sabiex jiġu evitati l-kunflitti, biex tinbena l-paċi u biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' qabel u ta' wara l-kriżi f'koordinazzjoni mill-qrib ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u sub-reġjonali, ma' atturi statali u mhux statali b'rabta mal-isforzi tagħhom biex: 76. jippromwovu twissija minn kmieni, u analiżi tar-riskju li tkun sensittiva f'termini ta' fiduċja dwar it-tfassil tal-politika; 77. jiffaċilitaw bini ta' fiduċja, medjazzjoni u rikonċiljazzjoni b'mod partikolari fir-rigward ta' tensjonijiet interkomunitarji emerġenti; 78. isaħħu l-kapaċitajiet li jippermettulhom jipparteċipaw f’missjonijiet ta' stabbilizzazzjoni ċivili; 79. itejbu l-irkupru ta' wara l-kunflitti u ta' wara d-diżastri. Il-miżuri msemmija taħt dan il-punt għandhom jinkludu t-trasferiment ta' know-how, l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prassi, il-valutazzjoni tar-riskju u tat-theddid, ir-riċerka u l-analiżi, is-sistemi ta' twissija minn kmieni, it-taħriġ u t-twassil ta' servizz. Il-miżuri jistgħu jinkludu wkoll għajnuna finanzjarja u teknika għall-implimentazzjoni tal-bini tal-paċi u tal-azzjonijiet li jappoġġjaw il-bini tal-istat. ANNESS III Oqsma ta' għajnuna teknika u finanzjarja msemmija fl-Artikolu 5 L-għajnuna teknika u finanzjarja msemmija fl-Artikolu 5 għandha tkopri l-oqsma li ġejjin: 80. it-theddid għal-liġi u l-ordni, għas-sigurtà u s-sikurezza tal-individwi, għall-infrastruttura kritika u għas-saħħa pubblika; l-għajnuna tista' tkopri l-appoġġ għall-miżuri li għandhom l-għan li: 81. isaħħu l-kapaċità tal-infurzar tal-liġi u tal-awtoritajiet ġudizzjarji u ċivili involuti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u l-forom kollha ta' traffikar illegali u fil-kontroll effettiv tal-kummerċ u tat-tranżitu illegali. Għandha tingħata prijorità lill-kooperazzjoni transreġjonali li tinvolvi żewġ pajjiżi terzi jew aktar li urew li għandhom rieda politika ċara biex jindirizzaw dawn il-problemi. Il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu tista' ssir ukoll ma' pajjiżi, reġjuni jew organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u sub-reġjonali individwali Il-miżuri f'dan il-qasam għandhom partikolarment jenfasizzaw fuq it-tmexxija tajba u għandhom ikunu f'konformità mal-liġi internazzjonali, b'mod partikolari l-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali. Fir-rigward tal-għajnuna mogħtija lill-awtoritajiet involuti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, għandha tingħata prijorità lill-miżuri ta' appoġġ li jikkonċernaw l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi finanzjarja, il-liġi doganali u l-liġi dwar l-immigrazzjoni, l-iżvilupp tal-proċeduri ta' infurzar tal-liġi allinjati mal-ogħla standards internazzjonali, it-tisħiħ tal-kontroll demokratiku u tal-mekkaniżmi ta' superviżjoni istituzzjonali, u l-prevenzjoni tar-radikaliżmu. Fir-rigward ta' għajnuna relatata mal-problema tad-drogi, għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-kooperazzjoni internazzjonali li għandha l-għan li tippromwovi l-aħjar prassi marbuta mat-tnaqqis fit-talba, fil-produzzjoni u fil-ħsara tagħhom; 82. jindirizzaw theddid għall-infrastruttura kritika, li jistgħu jinkludu trasport internazzjonali, inklużi t-traffiku ta' passiġġieri u ta' merkanzija, l-operazzjonijiet ta' enerġija u d-distribuzzjoni tal-enerġija, l-informazzjoni elettronika u n-netwerks ta' komunikazzjoni. Il-miżuri adottati f'dan il-qasam għandhom partikolarment jenfasizzaw fuq il-kooperazzjoni transreġjonali u l-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali fl-oqsma tal-kuxjenza tar-riskji, l-analiżi tal-vulnerabilità, it-tħejjija għall-emerġenzi, il-ġestjoni tal-allarmi u tal-konsegwenzi tal-emerġenzi; 83. jiżguraw ir-rispons adegwat għal theddidiet kbar għas-saħħa pubblika, inklużi l-epidemiji mhux mistennija b'impatt potenzjalment trans-nazzjonali. Għandha tingħata importanza partikolari lill-ippjanar għall-emerġenzi, lill-ġestjoni tal-ħażniet ta' tilqim u ta' prodotti farmaċewtiċi, lill-kooperazzjoni internazzjonali, u lis-sistemi ta' twissija minn qabel u s-sistemi ta' allarm; 84. jindirizzaw l-effetti globali u transreġjonali tal-bidla fil-klima b'impatt potenzjalment destabbilizzanti 85. il-mitigazzjoni tar-riskji, kemm jekk din tkun ta' oriġini intenzjonali, aċċidentali jew naturali u r-riskji relatati ma’ materjali jew aġenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, u t-tħejjija għal kontrihom; l-għajnuna tista' tkopri l-appoġġ għall-miżuri li għandhom l-għan li: 86. jippromwovu attivitajiet ċivili ta' riċerka bħala alternattiva għar-riċerka relatata mad-difiża; jappoġġjaw u jissensibilizzaw (eż. it-tkattir tal-kuxjenza fir-rigward tas-sensittività tal-informazzjoni) lix-xjenzjati kif ukoll għat-taħriġ mill-ġdid u għall-impjieg alternattiv ta' xjenzjati u inġiniera li qabel kienu impjegati f'oqsma relatati mal-armi (eż. id-demilitarizzazzjoni ta' programmi xjentifiċi, is-separazzjoni ta' ċikli tal-fjuwil nukleari militari minn dawk ċivili); 87. isaħħu l-prassi tas-sigurtà marbutin ma' faċilitajiet ċivili fejn jinħażnu jew jiġu mmaniġġjati materjali jew aġenti sensittivi kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari fil-kuntest ta' programmi ċivili ta' riċerka; 88. fil-qafas tal-politiki ta' koperazzjoni tal-Unjoni u tal-objettivi tagħhom, iwaqqfu infrastruttura ċivili u jistabbilixxu studji ċivili rilevanti, neċessarji għaż-żarmar, għar-rimedju jew għall-konverżjoni ta' faċilitajiet u siti marbutin mal-armi meta dawn jiġu ddikjarati bħala li m'għadhomx jagħmlu parti minn programm ta' difiża; 89. isaħħu l-kapaċità tal-awtoritajiet ċivili kompetenti involuti fl-iżvilupp u fl-infurzar tal-kontroll effettiv tat-traffikar illeċitu ta' materjali jew aġenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (inkluż it-tagħmir għall-produzzjoni jew għall-kunsinna tagħhom) anke permezz tal-installazzjoni ta' tagħmir modern loġistiku għall-evalwazzjoni u l-kontroll; 90. jiżviluppaw il-qafas legali u l-kapaċitajiet istituzzjonali għall-istabbiliment u l-infurzar ta' kontrolli effettivi fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju, inklużi miżuri ta' kooperazzjoni reġjonali; 91. jiżviluppaw it-tħejjija effettiva għad-diżastri ċivili, l-ippjanar għall-emerġenzi, ir-rispons għall-kriżijiet, u l-kapaċitajiet għal miżuri ta' tindif b'rabta ma' inċidenti ambjentali maġġuri li jistgħu jseħħu f'dan il-qasam; 92. Fir-rigward tal-miżuri koperti mill-punti (b) u (d), għandha ssir enfasi partikolari fuq l-għajnuna mogħtija lil dawk ir-reġjuni jew pajjiżi fejn għadhom jeżistu l-ħażniet ta' materjali jew aġenti msemmija fil-punti (b) u (d) u fejn hemm riskju ta' proliferazzjoni ta' tali materjali jew aġenti. ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI 1. IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Il-qasam/l-oqsma ta’ politika kkonċernat/kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB 1.3. In-natura tal-proposta/inizjattiva 1.4. L-objettiv(i) 1.5. Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva 1.6. It-tul ta' żmien u l-impatt finanzjarju 1.7. Il-metodu/metodi tal-ġestjoni previst/previsti 2. IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Ir-regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar 2.2. Is-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet 3. L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. L-intestatura/intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/linji tal-baġit tan-nefqa affettwata/affettwati 3.2. L-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 3.2.3. L-impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali preżenti 3.2.5. Il-parteċipazzjoni ta’ partijiet terzi fil-finanzjament 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA Titolu tal-proposta/inizjattiva Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà Il-qasam/l-oqsma ta’ politika kkonċernat/kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB [11] Titolu 19: Ir-relazzjonijiet esterni Attività 19 06 : Rispons għall-kriżijiet u theddid globali għas-sigurtà It-titolu ta' dan il-kapitolu tal-baġit 19 06 jikkorrispondi għall-istruttura attwali tal-istrumenti finanzjarji 2007-2013. Hu propost li jinżammu l-istess attività u l-istess t-titolu "19 06" In-natura tal-proposta/inizjattiva ( Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida ( Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida b'segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja[12] ( Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta ’ azzjoni eżistenti ( Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida L-objettivi L-objettiv(i) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni mmirat/i mill-proposta/inizjattiva Dan l-istrument finanzjarju għandu l-għan li jappoġġja l-objettiv strateġiku segwenti, hekk kif iddikjarat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Baġit għall-Ewropa 2020 – Parti II” tad-29 ta' Ġunju 2011 (COM/2011/500 - Baġit għall-Ewropa 2020 – Parti II. Fiche ta' Politika "Azzjoni Esterna", p. 43): "It-titjib fil-prevenzjoni mill-kriżijiet u fir-riżoluzzjoni tagħhom, l-azzjoni tal-UE fir-rigward tal-prevenzjoni mill-kriżijiet u tar-riżoluzzjoni tagħhom, il-preservazzjoni tal-paċi u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali, inkluż it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-UE għat-tħejjija għall-kriżijiet, se tkun miżjuda". Barra minn hekk, dan l-istrument iwieġeb għall-indikazzjoni ġenerali mogħtija fir-rigward tal-istrumenti esterni kollha fil-Komunikazzjoni ta' Ġunju li hija msemmija hawn fuq (p. 19) li pproponiet li “ strumenti ġodda jippermettu lill-UE biex tirrispondi malajr u b'mod effettiv kemm għad-diżastri kkaġunati mill-bniedem kif ukoll għal dawk naturali ” L-objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-inizjattiva ta' attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/ikkonċernati L-objettiv speċifiku Nru 1 .. Il-kontribut għall-istabbiltà f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' kriżi emerġenti kemm jekk tkun ikkaġunata mill-bniedem kif ukoll jekk tkun tirriżulta minn diżastru naturali, billi jiġi pprovdut rispons effettiv li jippreserva, jistabbilixxi jew jistabbilixxi mill-ġdid il-kundizzjonijiet essenzjali għall-implimentazzjoni xierqa tal-politika fl-oqsma tal-iżvilupp u tal-kooperazzjoni tal-Unjoni. L-objettiv speċifiku Nru 2 .. L-għajnuna fit- tisħiħ tal-kapaċità biex tiġi żgurata t-tħejjija tal- UE u tal-imsieħba tagħha fil-prevenzjoni tal-kunflitti, fil-bini tal-paċi u fl-indirizzar ta' sitwazzjonijiet ta' qabel u ta' wara l-kriżi , f'koordinazzjoni mill-qrib ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u subreġjonali, ma' atturi statali u mhux statali. L-objettiv speċifiku Nru 3 .. L- indirizzar ta' theddid għas-sigurtà globali u transreġjonali li huwa ta' riskju għall-paċi u l-istabbiltà. L-attività/attivitajiet tal-ABM/ABB ikkonċernata/ikkonċernati 19.06 : Rispons għall-kriżijiet u theddid globali għas-sigurtà Riżultat(i) u impatt mistennija Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira. - Li tikkontribwixxi għal rispons komprensiv min-naħa tal-UE biex tindirizza sitwazzjonijiet ta' fraġilità u ta' instabbiltà, bħalma huma pereżempju kriżijiet emerġenti jew diżastri naturali, permezz ta' miżuri mmirati u kumplimentari fil-kuntest tar-rispons għall-kriżijiet tal-Istrument għall-Istabbiltà. - Li ssaħħaħ il-kapaċità tal-UE biex tikkontribwixxi b'mod effettiv għall-isforzi multilaterali u internazzjonali għall-prevenzjoni mill-kunflitti globali u għar-riżoluzzjoni tagħhom. - Li tappoġġja l-prevenzjoni mill-kunflitti u l-bini tal-paċi bil-ħsieb li jitnaqqas l-għadd ta' kunflitti armati madwar id-dinja u li jitnaqqas l-għadd ta' pajjiżi li jmorru lura għal kunflitt. - Li tindirizza t-theddid globali u transreġjonali b'mod kumplimentari għal strumenti oħra tal-UE u għal atturi internazzjonali, permezz tal-bini tal-kapaċità immirat lejn integrazzjoni aħjar tal-benefiċjarji fil-komunità internazzjonali. (permezz, fost l-oħrajn, tal-iżvilupp ta' netwerks, ta' kapaċità mtejba biex tinġabar u tiġi skambjata l-informazzjoni, tal-appoġġ għall-kooperazzjoni u l-pjattaformi reġjonali). Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. - F'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' kriżi emerġenti, il-perċentwal ta' proġetti adottati fi żmien 3 xhur ta' kuntest ta' kriżi jippermetti lill-UE tikkontribwixxi b'mod effiċjenti għall-prevenzjoni, ir-riżoluzzjoni u l-istabbilizzazzjoni tagħhom. - Il-kapaċità msaħħa tar-riċevituri tal-għajnuna, fil-prevenzjoni mill-kunflitti, fl-indirizzar ta' sitwazzjonijiet ta' qabel u ta' wara l-kunflitti u fil-bini tal-paċi. - Il-grad sa fejn tkun ġiet allinjata l-politika ta' sigurtà esterna rilevanti tal-UE, inkluża d-dimensjoni esterna tas-sigurtà interna Rekwiżit(i) li għandu(għandhom) jiġi/u sodisfatti għal żmien qasir jew fit-tul Is-Sezzjoni 1 tal-Memorandum ta' Spjegazzjoni tispjega b'mod ġenerali r-rekwiżiti politiċi li l-Istrument qed jimmira li jissodisfa f'kuntest ta' gwida politika li dejjem qed tevolvi. Fid-dawl tan-natura u tal-kuntest speċifiċi tal-miżuri marbuta mat-tħejjija għall-kriżijiet u mar-rispons kif ukoll ta' dawk li jindirizzaw theddid għas-sigurtà globali u transnazzjonali, ir-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti se jkunu kemm fuq perjodu ta' żmien qasir kif ukoll fuq perjodu ta' żmien twil. Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE Ir-rwol ta' attur globali jipprovdi lill-UE bi kredibbiltà u b'perċezzjoni ta' newtralità bħala medjatur onest, li jpoġġiha f'vantaġġ kompetittiv biex tintervjeni f'ħafna żoni ta' kunflitt bil-għan li tiġi evitata eskalazzjoni tal-vjolenza jew biex toffri s-servizzi tajbin tagħha fil-prevenzjoni tal-kunflitti. Effett ikbar jinkiseb meta r-rispons jiġi pprovdut fil-livell tal-UE, minħabba li l-isforzi kkumbinati jipprovdu stimolu akbar għall-awtoritajiet u għall-imsieħba internazzjonali. L-azzjonijiet ta' rispons għall-kriżijiet, meta jiġu indirizzati fil-livell tal-UE, jimmassimizzaw il-koerenza tal-effiċjenza tar-rispons u tal-għajnuna. Is-sinerġiji u l-kooperazzjoni huma meħtieġa dejjem aktar fuq livell internazzjonali, minħabba li d-donaturi qed jiffaċċjaw problemi simili f'termini ta' riżorsi skarsi. F'dan ir-rigward, ta' min wieħed jinnota li n-numru ta' Stati Membri tal-UE li jħaddmu strument fl-oqsma tar-rispons għall-kriżijiet jew tal-bini tal-paċi, li l-ambitu tiegħu jista' jitqabbel ma' dak tal-Istrument għall-Istabbiltà, huwa limitat ħafna. Quddiem l-isfidi dejjem aktar kumplessi, l-ebda mill-prijoritajiet interni tal-UE – is-sigurtà, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, il-bidla fil-klima, l-aċċess għall-enerġija, is-saħħa u l-pandemiji u l-migrazzjoni - mhu se tkun tista' tinkiseb f'iżolament mill-bqija tad-dinja. Fi żminijiet ta' kriżi ekonomika, approċċ aktar ikkoordinat u integrat bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha permezz ta' programmar konġunt, se joħloq aktar valur miżjud, saħħa u leġittimità akbar, impatt akbar u aktar effikaċja. L-Istrument għall-Istabbiltà għall-perjodu 2007-13 wera effett katalitiku fit-tħejjija u fit-titjib tal-għoti tal-għajnuna esterna tal-UE fuq perjodu ta' żmien twil u tat-twassil tal-azzjonijiet adottati mill-UE sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni fi ħdan il-qafas tat-Titolu V tat-TUE. Lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fil-passat Erba' snin wara t-tnedija tiegħu fl-2007, l-Istrument għall-Istabbiltà issa huwa stabbilit sew bħala strument ta' rispons għall-kriżijiet tal-UE li hu kumplimentari ħafna. Sal-lum, hu rnexxielu jippermetti lill-UE tiffinanzja firxa wiesgħa ta' inizjattivi kritiċi ta' prevenzjoni mill-kunflitt kif ukoll ta' tħejjija u rispons għall-kriżijiet bħala parti mill-qafas politiku tagħha għall-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp, meta ma kien disponibbli l-ebda strument ieħor ta' kooperazzjoni tal-UE jew meta twettqu interventi kumplimentari taħt strumenti oħrajn. Madankollu, jeħtieġ li jitħaffef l-użu tiegħu u li tiżdied il-flessibbiltà ġenerali tal-ipprogrammar u tal-implimentazzjoni tiegħu sabiex jirreaġixxi aħjar, inter alia , għall-gwida politika tal-Kunsill u jiffaċċja b’mod sostenibbli l-isfidi futuri għall-paċi u għas-sigurtà. L-ammont massimu stabbilit skont ir-Regolament għal azzjonijiet marbuta ma' theddid għal-liġi u l-ordni, għas-sigurtà u s-sikurezza tal-individwi, għall-infrastruttura kritika u għas-saħħa pubblika wkoll irriżulta li mhuwiex biżżejjed. Il-limiti massimi fir-rigward ta' theddid globali għas-sigurtà (inkluż ukoll it-theddid għall-mitigazzjoni tar-riskji u għall-miżuri ta' tħejjija għal kontra r-riskji relatati ma' materjali jew aġenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari) għandhom jiġu rriveduti f'konformità mal-proposta tal-Kummissjoni fil-qafas tar-Reviżjoni ta' Nofs il-Perjodu tal-2009 tar-Regolament, bil-għan li jkollhom il-flessibbiltà biex iwieġbu b'mod adegwat għat-theddid li dejjem jevolvi. Il-koerenza u s-sinerġija eventwali ma' strumenti rilevanti oħrajn It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 21) iddefinixxa l-objettivi ġenerali komuni tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inter alia li “tippreserva l-paċi, tipprevjeni l-kunflitti u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali” . L-Istrument għall-Istabbiltà se jappoġġja l-azzjoni tal-UE bil-għan li tissaħħaħ is-sigurtà, li tiġi ppreservata l-paċi u li jiġu evitati l-kunflitti, u bħall-istrumenti kollha ta' kooperazzjoni esterna tal-UE, huwa se jissalvagwardja l-valuri tal-UE, speċjalment id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija. L-Istrument se jikkontribwixxi għal rispons kumplimentari u koerenti tal-UE għall-kriżijiet, u f'dan il-qafas, se jkun disponibbli għall-użu flimkien mal-operazzjonijiet tal-PESK, l-għoti tal-Għajnuna Umanitarja u tal-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili, l-Assistenza Makrofinanzjarja u l-Istrument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari. Huwa se jikkontribwixxi wkoll għall-prevenzjoni tal-kunflitti, għall-bini tal-paċi u għall-bini tal-istat f'sinerġija mal-istrumenti ġeografiċi prinċipali tal-UE (ENI, DCI, EDF, IPA) u mal-istrumenti tematiċi bħalma hu l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR). Wara xi kriżi politika jew diżastru naturali, huwa jista' jissejjaħ biex jintervjeni inter alia biex jiffinanzja azzjonijiet li jorbtu l-assistenza umanitarja mal-għajnuna għall-iżvilupp (Kollegament tal-Għajnuna ta' Emerġenza, ir-Riabilitazzjoni u l-Iżvilupp jew LRRD) b'mod sussidjarju, jiġifieri, kull meta l-istrumenti ġeografiċi jew tematiċi prinċipali ma jkunux jistgħu jiġu mobilizzati f'waqthom jew kull meta jkunu jirrikjedu interventi kumplimentari biex jipprovdu rispons effiċjenti. Jeżistu rabtiet evidenti bejn l-azzjoni esterna tal-UE rigward ir-rispons għall-kriżijiet u l-prevenzjoni minnhom u rigward l-indirizzar tat-theddid għas-sigurtà globali permezz tal-politiki interni tal-UE dwar il-migrazzjoni, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-Aspetti Interni u dawk Esterni tal-ġlieda kontra t-terroriżmu tad-9 ta' Ġunju 2011 huma ta' rilevanza partikolari flimkien mal-metodu ta' ħidma għal kooperazzjoni u koordinazzjoni aktar mill-qrib fil-qasam tas-Sigurtà Esterna tas-6 ta' Ġunju 2011. Meta jitqies li ħafna mit-theddidiet u r-riskji transreġjonali huma wkoll prijoritajiet ewlenija tas-sigurtà esterna tal-UE, l-Istrument ikun jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà (kif rivedut fl-2008) u għall-indirizzar tad-"dimensjoni esterna" tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE (2010). Id-diżastri naturali, id-degradazzjoni ambjentali u l-kompetizzjoni għar-riżorsi jaggravaw il-kunflitt, speċjalment f’sitwazzjonijiet ta' faqar u ta' tkabbir fil-popolazzjoni, b'konsegwenzi umanitarji u ta' saħħa, konsegwenzi politiċi u ta' sigurtà, kif ukoll żieda fil-flussi tal-migrazzjoni. It-tul ta' żmien u l-impatt finanzjarju ( Proposta/inizjattiva ta’ żmien limitat - ( Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2014 sal-31/12/2020 - ( Impatt finanzjarju mill-01/01/2014 sal-31/12/2020 - ( Proposta/inizjattiva ta' żmien illimitat - Implimentazzjoni b'perjodu ta' bidu minn SSSS sa SSSS, - segwit minn operazzjoni fuq skala sħiħa. Il-metodu/metodi ta' ġestjoni previst(i)[13] ( Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni ( Ġestjoni ċentralizzata indiretta b’delegazzjoni tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil: - ( aġenziji eżekuttivi - ( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[14] - ( korpi mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku - ( persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fit-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju. ( Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri ( Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi ( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li jridu jiġu speċifikati) Jekk tindika aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi aktar dettalji fis-sezzjoni "Kummenti". Kummenti In-natura speċifika tal-Istrument biex jirreaġixxi għall-kriżijiet u għall-kunflitti kif ukoll biex isaħħaħ l-azzjonijiet ta' tħejjija għall-kriżijiet u biex jindirizza theddid għas-sigurtà globali u transnazzjonali tirrikjedi li l-Istrument jirrikorri għal firxa massima ta' metodi ta' ġestjoni. IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI Ir-regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet. Is-sistemi ta' Monitoraġġ u ta' Evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea qegħdin jikkonċentraw dejjem aktar fuq ir-riżultati. Dawn jinvolvu persunal intern kif ukoll għarfien espert estern. Il-Maniġers tal-Kompitu fid-Delegazzjonijiet u fil-Kwartieri Ġenerali jissorveljaw kontinwament l-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi b’diversi modi, inkluż, kull fejn ikun possibbli, permezz ta' żjarat fuq il-post. Il-monitoraġġ jipprovdi informazzjoni prezzjuża dwar il-progress; huwa jgħin lill-maniġers biex jidentifikaw l-ostakoli attwali u dawk potenzjali, u biex jieħdu azzjoni korrettiva. L-esperti esterni u indipendenti huma kkuntrattati sabiex jivvalutaw il-prestazzjoni tal-azzjonijiet esterni tal-UE permezz ta' tliet sistemi differenti. Dawn il-valutazzjonijiet jikkontribwixxu għar-responsabbiltà, u għat-titjib tal-interventi attwali; huma jieħdu wkoll xi tagħlimiet mill-esperjenza ta' qabel bil-għan li dawn jiġu kkunsidrati fil-politiki u fl-azzjonijiet futuri. L-għodod kollha jagħmlu użu mill-kriterji ta' evalwazzjoni tal-OECD-DAC, rikonoxxuti fuq bażi internazzjonali, inkluż fir-rigward tal-impatt (potenzjali). L-ewwel nett, fuq il-livell tal-proġett, is-sistema ta' Monitoraġġ Orjentat lejn ir-Riżultati (ROM) ġestita mill-Kwartieri Ġenerali tipprovdi, stampa iffukata fuq il-kwalità ta' kampjun tal-intervenzjonijiet. Permezz tal-użu ta' metodoloġija strutturata u standardizzata, l-esperti indipendenti tar-ROM jattribwixxu gradi li jenfasizzaw il-punti b'saħħithom u d-dgħufijiet tal-proġett u jagħtu rakkomandazzjonijiet dwar kif għandha tittejjeb l-effikaċja. L-evalwazzjonijiet fuq il-livell tal-proġett, li huma ġestiti mid-Delegazzjoni tal-UE inkarigata mill-proġett, iwasslu għal analiżi aktar dettaljata u fil-fond u jgħinu lill-maniġers tal-proġett biex itejbu l-interventi attwali u jħejju għal dawk tal-ġejjieni. Esperti esterni indipendenti b'għarfien espert ġeografiku u tematiku jiġu impjegati biex iwettqu l-analiżi u biex jiġbru r-rispons u l-evidenza mill-partijiet interessati kollha, speċjalment mill-benefiċjarji finali. Il-Kummissjoni tmexxi wkoll valutazzjonijiet strateġiċi tal-politiki tagħha, li jkopru mill-ipprogrammar u l-istrateġija sal-implimentazzjoni ta' interventi f'xi settur partikolari (bħalma huma s-saħħa, l-edukazzjoni eċċ), f'pajjiż jew reġjun, jew ta' xi strument speċifiku. Dawn il-valutazzjonijiet jikkostitwixxu input importanti għall-formulazzjoni tal-politiki u għat-tfassil ta' strumenti u proġetti. Dawn il-valutazzjonijiet huma kollha ppubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni u fir-Rapport Annwali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew hemm inkluż is-sommarju tas-sejbiet. Informazzjoni speċifika dwar l-ammont tan-nefqa relatata mal-klima, ikkalkolat skont il-metodoloġija bbażata fuq l-indikaturi ta' Rio, kif speċifikat fil-Komunikazzjoni ta' Ġunju 2011 dwar l-MFF, se tiġi inkluża fil-livell tal-linji tal-baġit tan-nefqa li tikkonċerna l-Istrument għall-Istabbiltà hekk kif imsemmi fid-dikjarazzjonijiet annwali ta' attività ABB/ABM, tul id-dokumenti kollha ta' ipprogrammar, kif ukoll fil-valutazzjonijiet imwettqa fil-livelli kollha u fid-dikjarazzjonijiet annwali. Is-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll Ir-riskju/riskji identifikat(i) L-ambjent tar-riskju L-ambjent operazzjonali tal-għajnuna skont dan l-istrument huwa kkaratterizzat mir-riskji segwenti marbuta man-nuqqas ta' kisba tal-objettivi tal-istrument, ma' ġestjoni finanzjarja mhux ottimali u/jew man-nuqqas ta' konformità mar-regoli applikabbli (żbalji ta' legalità u ta' regolarità): - l-instabbiltà ekonomika/politika u/jew id-diżastri naturali jistgħu jwasslu għal diffikultajiet u dewmien fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta' interventi, partikolarment fi stati fraġli; - in-nuqqas ta' kapaċità istituzzjonali u amministrattiva fil-pajjiżi msieħba jista' jwassal għal diffikultajiet u dewmien fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta' interventi; - il-proġetti u l-programmi mxerrdin fuq bażi ġeografika (li jkopru bejn wieħed u ieħor ħafna stati/territorji/reġjuni) jistgħu joħolqu sfidi ta' loġistika jew ta' riżorsi għall-monitoraġġ - partikolarment matul kwalunkwe attivitajiet ta' segwitu fuq il-post; - id-diversità tal-imsieħba/benefiċjarji potenzjali flimkien mal-varji strutturi u kapaċitajiet interni ta' kontroll tagħhom jistgħu jifframmentaw u għalhekk inaqqsu l-effikaċja u l-effiċjenza tar-riżorsi disponibbli tal-Kummissjoni għall-appoġġ u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni; - il-kwalità fqira u n-nuqqas ta' kwantità tad-dejta disponibbli dwar ir-riżultati u l-impatt tal-għajnuna esterna / l-implimentazzjoni tal-pjan ta' żvilupp nazzjonali fil-pajjiżi msieħba jistgħu jfixklu l-abbiltà tal-Kummissjoni biex tirrapporta dwar ir-riżultati u biex tkun responsabbli għalihom; Il-livell mistenni ta’ riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli applikabbli L-objettiv ta' konformità għall-istrument hu li l-livell storiku ta' riskju ta' nuqqas ta' konformità jinżamm (rata ta' żball) għall-portafoll tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI) tad-DEVCO li huwa livell residwu "nett" ta' żball (fuq bażi multiannwali wara li l-kontrolli u l-korrezzjonijiet kollha ppjanati jkunu ġew eżegwiti fuq kuntratti magħluqa) ta' inqas minn 2 %. Dan tradizzjonalment jikkorrespondi għal firxa stmata ta' żbalji ta' 2-5 % f’termini ta' kampjun aleatorju annwali ta' tranżazzjonijiet imwettqa mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-finijiet tad-Dikjarazzjoni annwali ta' Assigurazzjoni (DAS). L-FPI/DEVCO iqis li dan huwa l-aktar riskju ta' nuqqas ta' konformità baxx, li jista' jiġi akkwistat billi jiġi kkunsidrat l-ambjent ta' riskju għoli tiegħu u billi jitqiesu l-piż amministrattiv u l-effikaċja f'termini ta' spejjeż meħtieġa għall-kontrolli ta' konformità. Il-metod(i) ta’ kontroll previst(i) L-arkitettura ta' Kontroll Intern tal-FPI/DEVCO Il-kontroll intern / il-proċess ta' ġestjoni tal-FPI/DEVCO huwa mfassal sabiex jipprovdi assigurazzjoni raġjonevoli fir-rigward tal-kisba tal-objettivi ta' effikaċja u ta' effiċjenza tal-operazzjonijiet tiegħu, tal-affidabbiltà tar-rapportar finanzjarju tiegħu u tal-konformità mal-qafas leġiżlattiv u proċedurali rilevanti. L-effikaċja u l-effiċjenza Sabiex jiżgura l-effikaċja u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tiegħu (u biex jiġi mitigat il-livell għoli ta' riskju fl-ambjent tiegħu ta' għajnuna esterna), minbarra l-elementi kollha tal-proċess ta' Politika u Ippjanar Strateġiċi fil-livell tal-Kummissjoni, l-ambjent ta' awditjar intern u rekwiżiti oħra imposti mill-Istandards tal-Kontroll Intern tal-Kummissjoni, l-FPI/DEVCO se jżomm il-qafas speċifiku għall-ġestjoni tal-għajnuna adottat taħt l-istrumenti kollha tiegħu li se jinkludu: - Ġestjoni devoluta tal-biċċa l-kbira tal-għajnuna esterna mid-delegazzjonijiet tal-UE fil-qasam inkwistjoni. - Linji ta' responsabbiltà finanzjarja ċari u formalizzati (mill-uffiċjal Awtorizzanti Ddelegat) permezz ta' sottodelegazzjoni għall-Kap tad-Delegazzjoni (għall-FPI); - Linji ta' responsabbiltà finanzjarja ċari u formalizzati (mill-uffiċjal Awtorizzanti Ddelegat (id-Direttur Ġenerali)) permezz ta' sottodelegazzjoni mill-Uffiċjal Awtorizzanti b'Sottodelega (id-Direttur) fil-Kwartieri Ġenerali għall-Kap tad-Delegazzjoni (għal DEVCO); - Rappurtar regolari mid-Delegazzjonijiet tal-UE lill-Kwartieri Ġenerali (Rapporti dwar il-Ġestjoni ta' Għajnuna Esterna għal DEVCO) inkluża d-Dikjarazzjoni annwali ta' Assigurazzjoni mill-Kap tad-Delegazzjoni; - It-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' programm sostanzjali ta' taħriġ għall-persunal tal-Kwartieri Ġenerali kif ukoll tad-delegazzjonijiet, - Appoġġ u gwida sinifikanti għall-Kwartieri Ġenerali/għad-Delegazzjoni (inkluż permezz tal-internet); - Żjarat regolari ta' 'verifika' lid-delegazzjonijiet 'devoluti', kull 3 sa 6 snin; - Metodoloġija għall-ġestjoni taċ-ċiklu ta' proġett u ta' programm li tinkludi: - Fejn xieraq, l-għodod ta' appoġġ għall-kwalità għat-tfassil tal-intervent, il-metodu tat-twassil tiegħu, il-mekkaniżmu ta' finanzjament, is-sistema tal-ġestjoni, il-valutazzjoni u l-għażla ta' kwalunkwe imsieħba ta' implimentazzjoni, eċċ. - Il-ġestjoni ta' programmi u proġetti, l-għodod ta' monitoraġġ u rappurtar għal implimentazzjoni effikaċi inkluż il-monitoraġġ estern regolari tal-proġetti fuq il-post. - Komponenti sinifikanti ta' valutazzjoni u ta' awditjar. Rappurtar Finanzjarju u Kontabbiltà L-FPI/DEVCO se jkompli jaħdem biex jilħaq l-ogħla standards ta' kontabbiltà u ta' rappurtar finanzjarju billi juża s-sistema ta' kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti tal-Kummissjoni (ABAC) kif ukoll l-għodod speċifiċi għall-għajnuna esterna bħas-Sistema Komuni ta' Informazzjoni Relex (CRIS). Fir-rigward tal-konformità mal-qafas leġiżlattiv u proċedurali rilevanti, il-metodi ta' kontroll tal-konformità huma stipulati fis-Sezzjoni 2.2 (miżuri għall-prevenzjoni mill-frodi u l-irregolaritajiet) Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet Speċifikazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti. Minħabba l-ambjent ta' riskju għoli li fih jopera l-FPI/EuropeAid, jeħtieġ li s-sistemi tagħhom jantiċipaw l-okkorrenza sinifikanti ta' żbalji ta' konformità potenzjali (irregolaritajiet) fit-tranżazzjonijiet u li joħolqu kontrolli ta' prevenzjoni, ta' detezzjoni u ta' korrezzjoni b'livell għoli, mill-aktar fis possibbli fil-proċess tal-pagament. Dan ifisser li fil-prattika l-kontrolli ta' konformità tal-FPI/EuropeAid se jserrħu l-aktar fuq kontrolli ex-ante sinifikanti li jsiru fuq bażi multiannwali mill-awdituri esterni kif ukoll mill-persunal tal-Kummissjoni involut fil-qasam qabel l-aħħar pagamenti tal-proġett (filwaqt li xorta jsiru xi awditi u kontrolli ex-post), li jmorru lil hinn ħafna mis-salvagwardji finanzjarji meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju. Il-qafas tal-konformità tal-FPI/EuropeAid hu magħmul inter alia minn dawn il-komponenti sinifikanti li ġejjin: Miżuri preventivi - Taħriġ ewlieni obbligatorju li jkopri kwistjonijiet ta' frodi minn persunal inkarigat mill-ġestjoni tal-għajnuna u l-awdituri; - L-għoti ta' gwida (inkluż permezz tal-internet) partikolarment permezz tal-Gwida Prattika għall-Kuntratti, il-Manwal tal-EuropeAid u s-sett ta' għodod għall-Ġestjoni tal-Finanzi (għall-imsieħba inkarigati mill-implimentazzjoni); - Il-valutazzjoni ex-ante sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet responsabbli mill-ġestjoni tal-fondi rilevanti taħt ġestjoni konġunta u deċentralizzata, jieħdu l-miżuri xierqa ta' kontra l-frodi li bihom jipprevjenu u jikxfu l-frodi fil-ġestjoni tal-fondi tal-UE; - L-analiżi ex-ante tal-mekkaniżmi ta' kontra l-frodi disponibbli fil-pajjiż imsieħeb bħala parti mill-valutazzjoni tal-kriterju ta' eliġibbiltà tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi għall-appoġġ mill-baġit (jiġifieri impenn attiv fil-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni, awtoritajiet ta' spezzjoni xierqa, kapaċità ġudizzjarja suffiċjenti u rispons effiċjenti u mekkaniżmi ta' sanzjonijiet); - Il-Kummissjoni ffirmat l-Inizjattiva Internazzjonali tat-Trasparenza tal-Għajnuna (IATI) f'Accra fl-2008, u għaldaqstant qablet dwar standard għat-trasparenza tal-għajnuna li jiżgura dejta f'waqtha, li tkun iktar dettaljata u li ssir fuq bażi regolari dwar il-flussi tal-għajnuna u d-dokumenti. - Il-Kummissjoni ilha mill-14 ta' Ottubru 2011 timplimenta l-ewwel fażi tal-istandard IATI għall-pubblikazzjoni ta' tagħrif trasparenti dwar l-għajnuna qabel il-Forum ta' Livell Għoli li jmiss dwar l-effikaċja tal-għajnuna, li se jsir f’Busan f’Novembru 2011. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se taħdem f'kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE fuq applikazzjoni tal-web konġunta msejħa TR-AID li tibdel id-dejta tal-UE dwar l-għajnuna li tkun ġejja mill-IATI u minn sorsi oħrajn f'tagħrif dwar l-għajnuna li jkun faċilment aċċessibbli mill-utent. Miżuri ta' detezzjoni u miżuri korrettivi - L-awditi esterni u l-verifiki (kemm obbligatorji kif ukoll dawk ibbażati fuq ir-riskju) inkluża l-Qorti Ewropea tal-Awdituri; - Il-kontrolli retrospettivi (ibbażati fuq ir-riskju) u l-irkupri; - Is-sospensjoni tal-finanzjament tal-UE fejn ikun hemm każ serju ta' frodi, inkluża l-korruzzjoni fuq skala kbira, sakemm l-awtoritajiet jieħdu azzjoni xierqa biex jikkoreġu u jipprevjenu dan it-tip ta' frodi fil-futur L-FPI/EuropeAid se jkompli jfassal l-istrateġija tiegħu ta' kontra l-frodi f'konformità mal-istrateġija l-ġdida ta' kontra l-frodi tal-Kummissjoni (CAFS) li ġiet adottata fl-24 ta' Ġunju 2011, bil-għan li jiżgura inter alia li: - Il-kontrolli interni tal-FPI/EuropeAid ta' kontra l-frodi jkunu totalment allinjati mal-CAFS; - L-approċċ tal-ġestjoni tar-riskju tal-frodi tal-FPI/EuropeAid ikun mfassal b'tali mod li jiġu identifikati l-oqsma li għandhom l-akbar riskju li jkunu esposti għall-frodi u r-risponsi adegwati; - Is-sistemi użati għall-infiq tal-fondi tal-UE f’pajjiżi terzi jippermettu li tiġi rkuprata d-dejta rilevanti bil-għan li din id-dejta tiddaħħal fil-ġestjoni tar-riskju tal-frodi (eż. il-finanzjament doppju); - Fejn meħtieġ, jistgħu jiġu stabbiliti gruppi ta' netwerking u għodod informatiċi xierqa dedikati għall-analiżi ta' każijiet ta' frodi relatati mas-settur tal-għajnuna esterna. Stima tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli L-ispejjeż tal-kontroll intern/tal-ġestjoni tal-Istrument għall-Istabbiltà għandhom ikunu simili għall-ispejjeż ikkalkulati mill-EuropeAid għall-ġestjoni tal-istrumenti ta' azzjoni esterna tagħha (jiġifieri 6 % tal-pakkett): Għall-portafoll tal-EuropeAid kollu, huwa stmat li l-ispejjeż tal-kontroll intern / tal-ġestjoni jammontaw għal medja annwali ta' EUR 658 miljun f'impenji fl-ippjanar tal-baġit għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020. Din iċ-ċifra tinkludi l-ġestjoni tal-FEŻ li jopera b'mod integrat fi ħdan l-istruttura ta' ġestjoni tal-EuropeAid. Dawn l-ispejjeż 'mhux operazzjonali' jirrappreżentaw madwar 6,4 % tal-medja annwali stmata tal- EUR 10.2 biljun ippjanati għall-impenji globali (operazzjonali + amministrattivi) mill-EuropeAid fuq il-portafoll tan-nefqa tagħha ffinanzjat mill-Baġit Ġenerali tal-UE u mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020. Dawn l-ispejjeż tal-ġestjoni jkopru lill-persunal tal-EuropeAid kollu, kemm dak impjegat fil-Kwartieri Ġenerali kif ukoll dak impjegat fid-Delegazzjonijiet, tal-infrastruttura, tal-ivvjaġġar, tat-taħriġ, tal-monitoraġġ, tal-evalwazzjoni u tal-kuntratti ta' awditjar (inklużi dawk mnedija mill-benefiċjarji). Il-EuropeAid qed tippjana biex maż-żmien tnaqqas il-proporzjon ta' ġestjoni / attivitajiet operazzjonali fuq il-bażi tal-arranġamenti mtejba u ssimplifikati tal-istrumenti l-ġodda, filwaqt li tibni fuq il-bidliet li aktarx se jiġu introdotti permezz tar-Regolament Finanzjarju rrivedut. Il-benefiċċji ewlenin li jirriżultaw minn dawn l-ispejjeż ta' ġestjoni jikkonkretizzaw ruħhom f’termini tal-kisba tal-objettivi ta' politika, tal-użu effiċjenti u effikaċi tar-riżorsi u tal-eżerċizzju ta' miżuri preventivi, b'saħħithom u effikaċi f'termini ta' spejjeż u ta' verifiki oħra biex jiġi żgurat li l-użu tal-fondi jkun wieħed legali u regolari. Filwaqt li se tkompli l-ħidma għat-titjib fin-natura u fl-immirar tal-attivitajiet ta' ġestjoni u tal-kontrolli ta' konformità fir-rigward tal-portafoll, dawn l-ispejjeż huma ġeneralment meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrumenti b'mod effikaċi u effiċjenti, b’riskju minimu ta' nuqqas ta' konformità (żball residwu taħt it-2 %). Dawn huma sinifikament inqas minn riskji li jistgħu jirriżultaw mit-tneħħija jew mit-tnaqqis tal-kontrolli interni f'dan il-qasam ta' riskju għoli. L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA L-intestatura/intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/linji tal-baġit tan-nefqa affettwata/affettwati - Il-linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti Fl-ordni ta' intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u ta' linji tal-baġit. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja tal-baġit | Tip ta' nefqa | Kontribuzzjoni | Numru [Deskrizzjoni………………………...……….] | AD/AMD ([15]) | mill-pajjiżi tal-EFTA[16] | mill-pajjiżi kandidati[17] | minn pajjiżi terzi | skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju | IV | 19 06 : Rispons għall-kriżijiet u theddid globali għas-sigurtà 19 06 01 Ir-rispons u t-tħejjija għall-kriżijiet 19 06 01 01 Ir-rispons u t-tħejjija għall-kriżijiet 19 06 01 02 L-ikkompletar tal-kooperazzjoni preċedenti 19 06 02 L-azzjonijiet għall-protezzjoni ta' pajjiżi u tal-popolazzjonijiet tagħhom mit-theddid teknoloġiku kritiku 19 06 02 01 L-azzjonijiet fil-qasam tal-mitigazzjoni tar-riskji u t-tħejjija relatata ma' materjali jew aġenti kimiċi, nukleari u bijoloġiċi 19 06 02 02 L-azzjoni preparatorja biex jitnaqqsu l-armi nukleari, bijoloġiċi u kimiċi u l-armi żgħar 19 06 02 03 Il-politika tal-Komunità dwar il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' kalibru żgħir 19 06 03 L-azzjonijiet transreġjonali fl-oqsma tal-kriminalità organizzata, it-traffikar, il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika u t-theddid għas-saħħa pubblika u l-ġlieda kontra t-terroriżmu 19 06 09 Proġett pilota: Il-programm għall-attivitajiet ta' bini tal-paċi mmexxija mill-NGOs | AD | LE | LE | LE | LE | - Linji tal-baġit ġodda mitluba Fl-ordni ta' intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u ta' linji tal-baġit. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja tal-baġit | Tip ta' nefqa | Kontribuzzjoni | Numru [Intestatura……………………………………..] | Diff./mhux diff. | minn pajjiżi tal-EFTA | minn pajjiżi kandidati | minn pajjiżi terzi | skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju | IV | 19 06: Rispons għall-Kriżijiet u Theddid Globali għas-sigurtà 19 06 01 Ir-rispons għall-kriżijiet u għall-kriżijiet emerġenti 19 06 02 Il-prevenzjoni tal-kunflitti, it-tħejjija għall-kriżijiet u l-bini tal-paċi 19 06 03 It-theddid globali għas-sigurtà u t-theddid transreġjonali għas-sigurtà | Diff. | LE | LE | LE | LE | L-impatt stmat fuq in-nefqa Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa Miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | Numru | Intestatura IV - L-Ewropa Globali | Miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Ħtiġijiet stmati ta’ riżorsi umani - ( Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtiġx l-użu ta’ riżorsi umani - ( Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt: L-istima għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa ċifra waħda wara l-punt deċimali) Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | ...daħħal is-snin kollha li jkunu meħtieġa biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) | ( Il-karigi tal-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) | XX 01 01 01 (fis-sede u fl-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) | 40,9 | 40,5 | 40,1 | 39,7 | 39,7 | 39,7 | 39,7 | XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) | XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) | 10 01 05 01 (Riċerka diretta) | ( Il-persunal estern (f'unità ekwivalenti għall-Full Time: FTE)[25] | XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") | 19,4 | 19,2 | 19,0 | 18,9 | 18,9 | 18,9 | 18,9 | XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) | 10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) | Linji baġitarji oħrajn (speċifika) | TOTAL | 95,5 | 94,6 | 93,7 | 92,8 | 92,8 | 92,8 | 92,8 | Fl-2014, ir-riżorsi umani taħt l-Intestatura 5 se jinqasmu kif ġej bejn id-DEVCO u l-FPI: - Pjan ta' Stabbiliment: 18,7 FTE għall-FPI u 22,2 FTE għad-DEVCO (Total = 40,9 FTE) - Persunal estern: : 17.9 FTE għall-FPI u 1.5 FTE għad-DEVCO (Total : 19.4) Fir-rigward tar-riżorsi umani taħt l-Intestatura 4 (il-linja BA tal-programm tal-Istrument għall-Istabbiltà) għandu jiġi nnutat li bħalissa parti mill-persunal tad-DEVCO fid-Delegazzjonijiet qed jintuża biex jiġu ġestiti proġetti tal-Istrument għall-Istabbiltà għar-rispons għall-kriżijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-FPI. Attwalment għaddejjin madwar 46 proġett fi 30 Delegazzjoni differenti. L-istaff awtorizzat li għandu jiġi allokat fid-Delegazzjonijiet skont l-abbozz ta' baġit għall-2012 u li hu ffinanzjat mil-linja BA, jammonta għal 35 Aġent Kuntrattwali li jinqasmu fi 30 għall-FPI u 5 għad-DEVCO. 19 huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani mitluba għandhom jiġu sodisfatti mill-persunal mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk dan ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti tal-baġit. Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu: Uffiċjali u aġenti temporanji | Persunal estern | Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020 - ( Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020. - ( Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali. Spjega xi programmar mill-ġdid huwa meħtieġ, u speċifika l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti. - ( Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[27]. Spjega x’inhu meħtieġ, u speċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Kontribuzzjonijiet minn terzi - Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi - Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt: Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali) Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | ...daħħal is-snin kollha li jkunu meħtieġa biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) | Total | Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | … daħħal il-kolonni kollha li jkunu meħtieġa biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) | Artikolu …………. | | | | | | | | | |Għal dħul mixxelanju assenjat, speċifika l-linja (linji) tan-nefqa tal-baġit affettwat(i). Speċifika l-metodu li bih jiġi kkalkulat l-impatt fuq id-dħul. [1] SEC(2011) 215 finali [2] L-FEŻ, il-Fond Globali għall-Klima u l-Biodiversità u r-Riżerva għal Għajnuna ta' Emerġenza ma jagħmlux parti minn dawn l-istrumenti u jibqgħu barra mill-baġit tal-UE. [3] COM(2011) 500 tad-29 ta’ Ġunju 2011 [4] ĠU L 327, 24.11.2006, p. 1–11 [5] Konklużjonijiet tal-Presidenza, il-Kunsill Ewropew ta’ Göteborg tal-15-16 ta’ Ġunju 2001. [6] Dokument tal-Kunsill 15097/07 tal-20/11/2007. [7] L-Istrateġija ta' Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa sikura, COM (2010) 673 finali, iddatata mit-22.11.2010. [8] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13. [9] [10] [11] ABM: Ġestjoni Ibbażata fuq l-Attività ("Activity-Based Management ") – ABB: Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività ("Activity-Based Budgeting"). [12] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju. [13] Id-dettalji dwar il-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinstabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [14] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju. [15] AD= Approprjazzjonijiet Differenzjati / AMD= Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati [16] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. [17] Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [18] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. [19] L-għajnuna u n-nefqa tekniċi u/jew amministrattivi bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew tal-azzjonijiet (linji ex "BA"), tar-riċerka indiretta, tar-riċerka diretta. [20] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. [21] L-outputs huma il-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: in-numru ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, in-numru ta' km ta' toroq mibnija, eċċ.). [22] Kif deskritti fis-Sezzjoni 1.4.2. "Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…" [23] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. [24] L-għajnuna u n-nefqa tekniċi u/jew amministrattivi bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew tal-azzjonijiet (linji ex "BA"), tar-riċerka indiretta, tar-riċerka diretta. [25] CA= Aġent Kuntrattwali; INT= Persunal tal-aġenzija (" Intérimaire "); JED= " Jeune Expert en Délégation " (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Ssekondat; [26] Inqas mil-limitu stabbilit għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet operazzjonali (ex-linji "BA"). [27] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [28] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, levies fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.