52011PC0838

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) /* KUMM/2011/0838 finali - 2011/0404 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Din il-proposta għandha titqies fil-kuntest tal-istrumenti finanzjarji proposti kollha għall-perspettiva finanzjarja 2014-2020 kif deskritt fil-Komunikazzjoni 'Baġit għall-Ewropa 2020'.[1] Il-Komunikazzjoni tistabbilixxi l-qafas baġitarju għall-istrumenti tal-azzjoni esterna tal-UE taħt l-Intestatura 4 (Ewropa Globali), inkluż l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA). Abbażi ta’ dan il-Kummissjoni qed tippreżenta abbozz ta’ regolament li jistabbilixxi l-qafas leġiżlattiv għall-IPA l-ġdid, flimkien ma’ valutazzjoni tal-impatt ta’ xenarji alternattivi għall-istrument.

L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprovdi li kwalunkwe Stat Ewropew li jirrispetta l-valuri tal-UE msemmija fl-Artikolu 2 tat-Trattat u li huwa impenjat biex jippromwovihom jista’ japplika biex isir membru tal-Unjoni.

Matul dawn l-aħħar 50 sena l-UE fl-istess ħin segwiet l-integrazzjoni u t-tkabbir, u żdiedet minn 6 Stati Membri għas-27 Stat Membru attwali u minn popolazzjoni ta’ anqas minn 200 miljun għal aktar minn 500 miljun ruħ. Reviżjoni[2], ħames snin wara l-ħames tkabbir tal-UE fl-2004, ikkonkludiet li: l-aħħar tkabbir tal-Unjoni Ewropea ġab miegħu prosperità akbar għaċ-ċittadini kollha tal-UE u ta rwol aktar importanti lill-Ewropa fl-ekonomija dinjija; l-oqfsa istituzzjonali u legali u l-politika komuni tal-UE kellhom rwol vitali fl-iżgurar tas-suċċess;            l-imprendituri u ċ-ċittadini esperjenzaw benefiċċji ċari; u, l-UE wara t-tkabbir hija f’pożizzjoni aħjar biex tindirizza sfidi attwali u futuri.

Ir-raġunament għat-tkomplija bit-tkabbir tal-UE ġie mfakkar aktar reċentement fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2010: 'It-tkabbir isaħħaħ il-paċi, id-demokrazija u l-istabbiltà fl-Ewropa, iservi l-interessi strateġiċi tal-UE, u jgħin lill-UE tikseb aħjar l-għanijiet tal-politika tagħha f’oqsma importanti, li huma essenzjali għall-irkupru ekonomiku u t-tkabbir sostenibbli”. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tennew li bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, l-UE tista’ fl-istess ħin issegwi l-aġenda tagħha tat-tkabbir u żżomm l-impetu ta’ integrazzjoni aktar profonda.

Attwalment, l-UE qed tittratta ma’ 5 pajjiżi kandidati[3] u 4 kandidati potenzjali[4]. Sal-2014, il-Kroazja biss hija prevista li ssir Stat Membru. Indikaturi soċjo-ekonomiċi juru li, bl-eċċezzjoni tal-Islanda, il-pajjiżi tat-tkabbir għadhom sew taħt il-medja tal-UE u anki taħt il-livell tal-Istati Membri l-aktar dgħajfa. Dan il-livell baxx tal-iżvilupp soċjo-ekonomiku isejjaħ għal investimenti sostanzjali biex dawn il-pajjiżi jersqu aktar viċin lejn l-istandards tal-UE u jippermettilhom jissodisfaw l-obbligi tas-sħubija u biex jifilħu l-pressjonijiet kompetittivi tas-suq uniku. Barra minn hekk, jeħtieġ li dawn il-pajjiżi jiġu ppreparati biex jifilħu sfidi globali bħat-tibdil fil-klima u biex jallinjaw mal-isforzi tal-UE biex tindirizza din il-kwistjoni kumplessa. L-istrateġija UE 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli, u inklużiv tinkludi l-indirizzar tal-tibdil fil-klima u miri għall-enerġija rinnovabbli fost il-5 objettivi prinċipali tagħha. L-UE għandha fiduċja fil-mudell ta’ tkabbir b’użu baxx tal-karbonju u dan irid jiġi projettat esternament, anke fil-proċess tat-tkabbir.

Barra minn hekk, il-pajjiżi fil-Balkani tal-Punent għadhom stati relattivament żgħar li ġew iffurmati wara d-diżintegrazzjoni ta' Dik li kienet il-Jugoslavja. L-Istabbiltà politika, l-istabbiliment sħiħ tal-prinċipji tad-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba - kollha valuri fundamentali tal-UE - għad iridu jissaħħu.

Dawn il-pajjiżi ma jistgħux isostnu waħedhom l-isforzi u l-ispejjeż kollha biex jilħqu l-kriterji għas-sħubija fl-UE. Ħafna m’għandhomx il-kapaċità biex jiffinanzjaw waħedhom ir-riformi istituzzjonali u l-investimenti pubbliċi meħtieġa sabiex jistabbilizzaw is-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħhom u jqegħduhom fuq triq ta’ żvilupp sostenibbli.

L-assistenza teknika u finanzjarja lill-pajjiżi tat-Tkabbir hija pprovduta attwalment permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA)[5] . Dan l-istrument se jiskadi fl-aħħar tal-2013. Fil-perspettiva ta’ adeżjonijiet fil-futur, l-UE għandha tkompli toffri assistenza teknika u finanzjarja lill-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali biex jegħlbu s-sitwazzjoni diffiċli tagħhom u jiżviluppaw b’mod sostenibbli.

L-istrument ġdid ta’ qabel l-adeżjoni għandu jkompli jiffoka fuq it-twettiq tal-Politika tat-Tkabbir li hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Azzjoni Esterna tal-UE, biex b’hekk jgħin għall-promozzjoni tal-istabbiltà, s-sigurtà u l-prosperità fl-Ewropa. Għal dak il-għan, l-istrument il-ġdid għandu jkompli jsegwi l-għan politiku ġenerali ta’ appoġġ lill-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali fit-tħejjijiet tagħhom għas-sħubija fl-UE u l-allinjament progressiv tal-istituzzjonijiet u l-ekonomiji tagħhom mal-istandards u l-politika tal-Unjoni Ewropea, skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u adattat skont l-aġendi ta’ tkabbir individwali tagħhom. B'hekk, il-koerenza bejn l-assistenza finanzjarja u l-progress ġenerali li saru fl-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni għandha tissaħħaħ.

Barra minn hekk, l-assistenza futura ta’ qabel l-adeżjoni jeħtieġ li tkun aktar strateġika, effiċjenti u mmirata aħjar milli kienet sa issa, bil-għan li jkun hemm riżultati aktar sostenibbli fit-titjib ta' kemm dawn il-pajjiżi jkunu lesti għas-sħubija. L-istrument il-ġdid jeħtieġ li jopera b’mod aktar flessibbli u li jiġbed aktar fondi minn donaturi oħra jew mis-settur privat billi juża strumenti ta’ finanzjament innovattivi, filwaqt li jsegwi s-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv marbut mal-ġestjoni tal-assistenza finanzjarja.

Konsistenza ma’ politiki oħra

Il-proċess tat-tkabbir jestendi l-politika interna tal-UE lill-pajjiżi benefiċjarji. Huwa jikkontribwixxi għall-espansjoni tas-suq intern, in-netwerks trans-Ewropej tal-enerġija u t-trasport, it-tisħiħ tal-opportunitajiet ta’ xogħol, l-iżvilupp tal-ħiliet, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar, il-protezzjoni tal-ambjent u t-tnaqqis ta’ tniġġis tal-arja u tal-ilma transkonfinali, l-allinjament mal-elementi l-ġodda tar-riforma attwali tal-Politika Agrikola Komuni u l-Politika Komuni tas-Sajd tal-UE, l-isforzi biex jiġu ddiversifikati s-sorsi[6] tal-enerġija, tiġi miksuba l-effiċjenza tar-riżorsi titjieb ir-resiljenza għad-diżastri u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji, u jintlaħaq approċċ aktar integrat u strateġiku għall-politiki marittimi, l-eċċellenza xjentifika u l-aġenda diġitali, fost l-oħrajn. Barra minn hekk, konverġenza mal-UE tal-politika u l-leġiżlazzjoni dwar il-klima ser iġġib benefiċċji sinifikanti lill-pajjiżi benefiċjarji permezz ta' żvilupp b'rata baxxa ta' karbonju u impjiegi aktar ekoloġiċi f'reġjun li huwa vulnerabbli ħafna għall-impatt tat-tibdil fil-klima.

Permezz tal-Ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u ftehimiet oħra ma’ pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, l-UE tinkoraġġixxi attivament lill-pajjiżi tat-tkabbir biex jistabbilixxu sistemi ta’ kompetizzjoni. L-assistenza futura ta’ qabel l-adeżjoni se tkun ukoll iffokata fuq it-tisħiħ tal-kapaċità tar-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll fuq teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), li min-naħa tagħhom se jiffaċilitaw ir-realizzazzjoni tal-Unjoni tal-Innovazzjoni, kif jirfdu l-għanijiet strateġiċi l-oħra tal-Ewropa 2020 u jappoġġaw il-konformità mal-ħtiġiet u l-istandards tekniċi tal-UE f’ħafna politiki oħrajn (eż. is-saħħa pubblika, is-sigurtà tal-ikel, azzjoni fuq il-klima u l-ambjent inkluż il-bijodiversità u l-ekosistemi).

Waħda mill-prijoritajiet fl-aġenda tal-UE huwa li tagħmel lill-Ewropa post aktar sikur kif definit fil-Programm ta’ Stokkolma. L-orjentazzjoni strateġika mtejba tal-assistenza finanzjarja ta’ qabel l-adeżjoni se tikkontribwixxi għall-appoġġ lill-pajjiżi tat-tkabbir biex jipprevjenu u jindirizzaw il-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni u biex issaħħu l-kapaċitajiet tagħhom ta’ infurzar tal-liġi, ġestjoni tal-fruntieri u kontroll tal-migrazzjoni.

It-tkabbir jagħti piż akbar lill-UE u jsaħħaħ il-vuċi tagħha fil-fora internazzjonali. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, l-UE issa għandha aktar mezzi biex tagħti sehemha fix-xena globali. Ir-rwol tal-UE fl-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar il-Kosovo huwa eżempju ta’ dan il-potenzjal. Il-ħames tkabbir ta impetu ġdid lir-relazzjonijiet tal-UE mal-ġirien tal-Lvant u tan-Nofsinhar tagħha u wassalha biex tesplora modi ġodda biex tiżviluppa inizjattivi fir-reġjuni tal-Baltiku u tal-Baħar l-Iswed. Il-proċess ta’ adeżjoni ma’ pajjiżi fil-Balkani tal-Punent u t-Turkija jagħti lill-UE interess u influwenza saħansitra akbar fir-reġjuni tal-Mediterran u tal-Baħar l-Iswed u fil-baċin tad-Danubju. Sakemm ir-rwol tat-Turkija fir-reġjun tagħha stess jiġi żviluppat biex jikkumplimenta l-proċess ta’ adeżjoni tagħha u f’koordinazzjoni mal-UE, il-piż taż-żewġ partijiet fix-xena dinjija jista’ jiżdied, mhux l-anqas fil-Lvant Nofsani u l-Kawkasu tan-Nofsinhar. Billi jaġixxu flimkien, l-UE u t-Turkija jistgħu jsaħħu s-sikurezza tal-enerġija, jindirizzaw il-kunflitti reġjonali, u jipprevjenu diviżjonijiet li jiżviluppaw skont linji etniċi jew reliġjużi, u jtejbu l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet marittimi speċjalment fil-Baħar l-Iswed. L-Islanda u l-UE flimkien jistgħu jkollhom rwol importanti fl-indirizzar tal-enerġija, l-ambjent, it-tibdil fil-klima, kwistjonijiet marittimi u ta’ sigurtà fl-Artiku.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati dwar l-assistenza futura ta’ qabel l-adeżjoni

Il-proposta għall-Istrument il-ġdid għall-Għajnuna ta' qabel l-Adeżjoni hija bbażata fuq konsultazzjoni estensiva mal-partijiet interessati li bdiet fil-konferenza 'IPA: riżultati sostenibbli u impatt” li l-Kummissjoni organizzat fi Brussell fis-6 u s-7 ta’ Diċembru 2010. Dan ġie segwit minn għadd ta’ konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati matul l-ewwel parti tal-2011 li kkontribwixxa għal evalwazzjoni ex ante li tappoġġja t-tħejjija tal-istrument ta’ assistenza futura ta’ qabel l-adeżjoni. Dawn il-konsultazzjonijiet kienu jinkludu:

· Stħarriġ onlajn, li kiseb 338 tweġiba minn: rappreżentanti tal-Istati Membri; amministrazzjonijiet pubbliċi u partijiet interessati mhux pubbliċi ta’ pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali li jibbenefikaw mill-assistenza tal-IPA; persunal tal-Kummissjoni, donaturi u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali; organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), riċerkaturi, esperti u gruppi ta’ interess.

· Għadd ta’ gruppi ta’ fokus, b’mod partikolari: grupp ta’ ħidma ta’ livell għoli; erba' gruppi mħallta li jinkludu uffiċjali tal-Kummissjoni u partijiet interessati esterni; tliet gruppi speċjali ta’ fokus fuq assistenza tal-IPA għall-kooperazzjoni transkonfinali, reġjonali, riżorsi umani u l-iżvilupp rurali; żewġ laqgħat mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-kumitat tekniku li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni; u, laqgħa mal-awtoritajiet tal-Balkani tal-Punent li tiffoka fuq l-għażliet għal kooperazzjoni transkonfinali futura fil-fruntieri fi ħdan il-Balkani tal-Punent.

· Konsultazzjonijiet ma': uffiċjali individwali tal-Kummissjoni fil-kwartieri ġenerali u Delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi benefiċjarji; strutturi li jipprovdu assistenza teknika jew appoġġ ta’ politika lill-pajjiżi benefiċjarji; uffiċċji tal-Koordinaturi Nazzjonali tal-IPA tal-pajjiżi benefiċjarji; organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali (aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kunsill tal-Kooperazzjoni Reġjonali, l-OSKE, eċċ), u l-NGOs (l-Inizjattiva Ewropea ta’ Stabbiltà, il-Grupp Internazzjonali tal-Kriżi, il-Fondazzjoni tas-Soċjetà Miftuħa eċċ) fil-livell tal-UE.

· Laqgħa fil-livell ta' ħidma organizzata mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-Presidenza Ungeriża tal-UE f’Żagreb fl-10-11 ta’ Mejju, fejn ir-riżultati preliminari tal-konsultazzjoni ġew ippreżentati u diskussi mal-partijiet interessati kollha tal-IPA.

Analiżi tal-pożizzjonijiet li rriżultaw mill-konsultazzjoni mal-partijiet interessati wriet appoġġ għal:

– It-tkomplija bl-istrument b’livelli simili ta’ riżorsi li jkopru kemm l-iżvilupp instituzzjonali kif ukoll l-iżvilupp soċjo-ekonomiku;

– L-adattament tal-assistenza għall-ħtiġijiet u l-karatteristiċi ta’ kull pajjiż;

– It-tisħiħ tal-approċċ tas-settur, bi proċess ta’ ppjanar fit-tul aktar koerenti li jirriżulta fi strument strateġiku għall-koordinazzjoni tad-donaturi u għat-tmexxija ta’ investiment fis-settur privat;

– L-introduzzjoni ta' ppjanar multiannwali sabiex ikopri t-tul tal-perjodu tal-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss, b'reviżjoni f’nofs it-term, u l-iżvilupp ulterjuri ta' pprogrammar multiannwali wkoll għall-assistenza għat-tranżizzjoni u l-azzjonijiet ta' bini ta' istituzzjonijiet azzjonijiet, flimkien ma’ involviment aħjar tal-benefiċjarju fl-ipprogrammar, immexxija minn awtoritajiet nazzjonali aktar b'saħħithom inkarigati mill-koordinazzjoni tal-IPA;

– Prestazzjoni tajba ppremjata bbażata fuq l-assorbiment u fuq il-kisba tal-miri strateġiċi; l-użu ta’ kundizzjonalitajiet b’mod aktar strett u sistematiku fil-livell tal-pajjiż, l-istrateġija tas-settur u tal-proġett;

– Li l-aċċess għat-tipi diversi ta’ assistenza ma jkunx aktar soġġett għall-istatus bħala kandidat/kandidati potenzjali, iżda jiddependu fuq ir-rieda li ssir implimentazzjoni, flimkien ma’ approċċ gradwali għad-deċentralizzazzjoni tal-ġestjoni tal-assistenza;

– Eżaminazzjoni mill-ġdid tal-istruttura attwali tal-komponenti, inkluża l-koordinazzjoni aħjar bejn l-oqsma politiċi;

– Tkomplija tal-kooperazzjoni mal-IFIs u l-ingranaġġ tal-IFI u fondi oħra tad-donaturi;

– Adozzjoni ta’ approċċ bi tliet livelli għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, li jevalwa l-progress relatat ma’ i) it-triq għall-adeżjoni, ii) l-istrateġiji nazzjonali u iii) il-kisba ta’ riżultati fil-livell tal-programmi, is-setturi u l-miżuri.

Konsultazzjoni interna dwar l-assistenza futura ta’ qabel l-adeżjoni

Fi ħdan il-Kummissjoni, tħejjijiet għall-IPA l-ġdid wara l-2013 involva diskussjonijiet estensivi fi ħdan u bejn erba’ servizzi involuti fit-tmexxija tal-assistenza, jiġifieri d-Direttorati Ġenerali għal: it-Tkabbir; il-Politika Reġjonali; l-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni; u l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali kif ukoll mad-Delegazzjonijiet tal-UE jew l-Uffiċċju ta’ Kollegament fl-Islanda, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija.

Konsultazzjoni pubblika dwar l-istrumenti kollha tal-azzjoni esterna

Il-futur tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni kien ukoll is-suġġett ta' konsultazzjoni pubblika wiesgħa dwar il-finanzjament futur għall-azzjoni esterna tal-UE li saret mill-Kummissjoni bejn is-26 ta’ Novembru 2010 u l-31 ta’ Jannar 2011. Il-konsultazzjoni kienet ibbażata fuq kwestjonarju onlajn akkumpanjat minn dokument ta’ sfond ‘X’finanzjament għall-azzjoni esterna tal-UE wara l-2013?’ mħejji mill-Kummissjoni u s-servizzi tas-SEAE involuti. Il-220 kontribuzzjoni li rċeviet jirriflettu l-istrutturi wiesgħa u diversi, kif ukoll l-opinjonijiet tal-komunità tal-azzjoni esterna.

Fost it-tweġibiet li aktar speċifikament ikopru l-għajnuna għall-iżvilupp, dawn segwenti kienu rilevanti wkoll għall-għajnuna ta' qabel l-adeżjoni:

· Parti kbira ta’ dawk li wieġbu kkonfermaw li l-intervent tal-UE jipprovdi valur miżjud sostanzjali fl-oqsma politiċi ewlenin appoġġjati permezz ta’ strumenti finanzjarji ta’ azzjoni esterna[7]. Il-valur miżjud tal-UE ġie msemmi minn ħafna minn dawk li wieġbu bħala l-mutur ewlieni għall-futur: l-UE għandha tisfrutta l-vantaġġ komparattiv tagħha marbut mal-preżenza tagħha fil-qasam globali; il-kompetenza wiesgħa tagħha, in-natura sopranazzjonali tagħha, ir-rwol tagħha bħala faċilitatur tal-koordinazzjoni, u mal-ekonomiji ta’ skala.

· Kważi dawk kollha li wieġbu appoġġjaw approċċ aktar differenzjat, imfassal skont is-sitwazzjoni tal-pajjiżi benefiċjarji, fuq il-bażi ta’ kriterji sodi u ġbir effiċjenti tad-dejta, bħala mezz biex jiżdied l-impatt tal-istrumenti finanzjarji tal-UE.

· Rigward is-simplifikazzjoni tal-istrumenti, f’dak li jirrigwarda l-bilanċ bejn l-istrumenti ġeografiċi u tematiċi, l-opinjonijiet kienu mħallta f’dak l-għandu x’jaqsam mal-analiżi ta’ programmi tematiċi tal-UE u mal-possibbiltà ta’ tnaqqis fin-numru. Żieda fil-flessibilità ġeografika tal-istrumenti tal-UE kienet appoġġjata minn maġġoranza sinifikanti ta’ dawk li wieġbu bħala mod li biha tista’ tingħata tweġiba għall-isfidi interreġjonali.

Użu ta’ kompetenzi

Żewġ studji esperti ġew ikkummissjonati mid-DĠ Tkabbir sabiex jevalwaw il-loġika ta’ intervent u sabiex jittieħdu tagħlimiet mill-programm attwali tal-IPA (meta-evalwazzjoni tal-IPA), kif ukoll sabiex titħejji evalwazzjoni ex ante tal-assistenza futura ta’ qabel l-adeżjoni ta’ wara l-2013.     Iż-żewġ studji huma disponibbli fuq il-websajt tad-DĠ Tkabbir fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/enlargement/how-does-it-work/financial-assistance/phare/evaluation/interim_en.htm

Valutazzjoni tal-impatt

Bħala parti mit-tħejjija tal-proposta għall-istrument il-ġdid ta' qabel l-adeżjoni, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt li kkunsidrat l-għażliet li ġejjin:

Għażla 1 – 'L-ebda bidla'.

Għażla 2 – 'Emenda tar-Regolament eżistenti', bl-alternattivi li ġejjin:

– Sub-għażla 2.1 – “Naqqas l-ambitu u żomm l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni”, li tiffoka fuq il-bidliet legali u istituzzjonali meħtieġa biex ikun hemm konformità mal-kriterji ta’ adeżjoni, mingħajr ma jikkommettu ebda fondi sinifikanti għall-kofinanzjament ta’ investiment pubbliku għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku.

– Sub-għażla 2.2 – “Żomm l-istruttura tal-komponenti u iffoka aktar fuq l-investimenti” sabiex jiżdied l-impatt soċjo-ekonomiku fil-pajjiżi benefiċjarji u sabiex titħaffef it-tħejjija tagħhom għall-ġestjoni tal-fondi ta’ żvilupp strutturali, ta’ koeżjoni u rurali.

– Sub-għażla 2.3: “Żomm l-ambitu u aġġusta l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni”, li tkopri kemm il-konformità mal-kriterji tal-adeżjoni kif ukoll l-appoġġ għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku. Barra minn hekk, aġġusta aspetti tal-istruttura attwali tal-IPA u l-proċeduri ta’ implimentazzjoni.

Għażla 3: “Fassal strument ġdid”. Din l-għażla ma ġietx analizzata fid-dettall.

L-impatt ekonomiku tal-għażliet varji ġie evalwat f’termini tal-probabbiltà li l-għażliet: i) idewwmu jew iħaffu t-tkabbir u għalhekk l-impatt ekonomiku pożittiv tal-espansjoni tas-suq intern; ii) iżommu jew inaqqsu l-ispejjeż lill-UE u l-Istati Membri f’termini ta’ miżuri ta’ sigurtà u riskji, kontrolli tal-fruntieri u migrazzjoni irregolari; iii) jillimitaw jew itejbu l-possibbiltajiet għall-integrazzjoni ekonomika aħjar, pereżempju permezz ta’ integrazzjoni mtejba man-Netwerks Trans-Ewropej; iv) jaffettwaw b’mod pożittiv jew negattiv il-kunfidenza tad-donaturi u l-investituri fil-pajjiżi benefiċjarji.

L-impatt soċjali tal-għażliet varji ġie evalwat f’termini tal-effett probabbli fuq il-faqar u l-esklużjoni fil-pajjiżi tat-tkabbir, marbut mal-progress lejn l-adeżjoni u l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet għal titjieb fil-prestazzjoni ekonomika u miżuri politiċi li jistgħu jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet. Ġew ikkunsidrati wkoll l-effetti probabbli f’termini ta’ riskji li d-drittijiet fil-qasam tal-ġustizzja u l-istat tad-dritt jistgħu jiġu pperikolati fil-pajjiżi benefiċjarji bħala konsegwenza tad-dewmien fl-adeżjoni li sseħħ u r-riskji tagħha.

L-impatt ambjentali tal-għażliet ġie evalwat f’termini tal-probabbiltà li l-ispejjeż ambjentali jkomplu jiżdiedu jekk it-tkabbir jiddewwem jew jitqiegħed f’riskju, minħabba l-użu ta’ standards ambjentali aktar baxxi għall-ġenerazzjoni ta’ vantaġġ kompetittiv fil-pajjiżi benefiċjarji u/jew dewmien fl-implimentazzjoni tal-investimenti għalja meħtieġa għall-allinjament mal-acquis ambjentali tal-UE.

L-għażla 2.1 ġiet evalwata li x’aktarx ikollha impatti negattivi fuq l-aspetti kollha. L-impatti pożittivi meta mqabbla mal-għażla 1 kienu mistennija li jakkumulaw mill-għażliet 2.2 u 2.3, b’punteġġi differenti għall-aspetti individwali. Il-modalitajiet imtejba biex titwassal l-assistenza taħt l-għażla 2.3, billi jiżdiedu l-fokus, l-effiċjenza, l-effikaċja, l-ingranaġġ u l-impatt, ġew ivvalutati bħala li x'aktarx ikollhom inġenerali aktar impatti pożittivi mill-investimenti miżjuda fl-iżvilupp soċjoekonomiku taħt l-għażla 2.2.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Il-politika tat-tkabbir hija bbażata fuq l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jistipula li “l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali għandha tkun iggwidata mill-prinċipji li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tagħha u li hija tfittex li tippromwovi fil-bqija tad-dinja: id-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u għal-liġi internazzjonali”.

Il-bażi legali għall-għajnuna finanzjarja għal qabel l-adeżjoni hija l-Artikolu 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Il-proposta għall-Istrument il-ġdid għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni hija konformi mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità skont l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

F’termini ta’ sussidjarjetà, azzjoni fil-livell tal-UE ġġib magħha valur miżjud cruċjali, marbut ma’ għadd ta’ fatturi:

– It-tkabbir suċċessiv tal-UE huwa min-natura tiegħu stess kompitu komuni li jista’ jiġi segwit biss fil-livell tal-UE. L-Istati Membri li jaġixxu flimkien biss jistgħu jiddeċiedu fuq it-talbiet ta’ adeżjoni mill-kandidati l-ġodda. L-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni pprovduta permezz tal-baġit tal-UE hija mfassla biex tgħin lill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali jippreparaw għal sħubija futura: l-IPA huwa mfassal biex jagħti lill-pajjiżi “eżerċizzju ta’ prova” tal-obbligi tas-sħubija qabel l-adeżjoni (bħad-dħul fis-seħħ ta’ istituzzjonijiet għall-ġestjoni ta’ fondi tal-UE ta’ wara l-adeżjoni, u/jew l-adozzjoni tal-acquis u l-istandards tal-UE). L-ebda strument multilaterali jew bilaterali ieħor ma jista’ jipprovdi għodda komprensiva bħal din, u fi kwalunkwe każ l-UE biss tista’ tiddefinixxi x’tip ta’ assistenza hija meħtieġa sabiex isiru preparazzjonijiet għat-teħid tal-acquis.

– B’27 Stat Membru li jaġixxu fil-politiki u l-istrateġiji komuni, l-UE biss għandha l-piż kritiku biex tirrispondi għall-isfidi globali. L-azzjoni tal-Istati Membri individwali tista’ tkun limitata u frammentata, bi proġetti li ta’ spiss huma wisq żgħar biex jagħmlu differenza sostenibbli fil-qasam. Is-simplifikazzjoni tal-ħidma tal-Istati Membri permezz tal-UE tippermetti koordinazzjoni aħjar u twassal biex il-ħidma tal-UE tkun aktar effettiva.

– Fis-snin reċenti l-Istati Membri tal-UE bdew inaqqsu l-livell tal-assistenza bilaterali tagħhom lill-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali, hekk kif jirrikonoxxu li azzjoni kkoordinata fil-livell tal-UE hija aktar effettiva. Madwar nofs l-assistenza finanzjarja globali tal-UE lill-pajjiżi tat-tkabbir fl-2009 ġiet mill-baġit tal-UE. Fil-parti l-kbira l-organizzazzjonijiet donaturi multilaterali neħħew l-appoġġ tagħhom u dawk li fadal issa ġabu l-programmi tagħhom f’konformità mal-prijoritajiet tal-UE. Ix-xogħol mal-UE huwa wkoll irħas. L-ispejjeż amministrattivi huma anqas mill-ispejjeż amministrattivi medji tad-donaturi prinċipali tal-għajnuna bilaterali.

– Għajnuna qabel l-Adeżjoni hija investiment fil-futur tal-UE, li tappoġġja l-istabbiltà u l-prosperità tal-pajjiżi ġirien u l-iżgurar ta' kapaċità effettiva ta' pajjiżi kandidati biex jimplimentaw l-acquis mal-adeżjoni, inkluża l-ġestjoni tal-fondi u politiki strutturali, ta' koeżjoni, agrikoli u żvilupp rurali, marittimi u sajd tal-Unjoni. L-assistenza teknika u finanzjarja tħaffef il-proċess ta’ preparazzjoni u toħloq inċentivi għat-trasformazzjoni neċessarja tas-soċjetà, tas-sistema legali u l-ekonomija. Din l-assistenza tgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika interna tal-UE, toħloq opportunitajiet għan-negozji tal-UE u tipprovdi ritorn tanġibbli fuq l-investiment. Mingħajr l-involviment intensiv u s-sħubija aktar mill-qrib inkorporati fl-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni, l-UE ċertament ikollha tonfoq aktar biex tiġġieled kontra l-migrazzjoni illegali, tiżgura l-fruntieri esterni tagħha, tiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija kif ukoll l-importazzjonijiet ta’ ikel sikur u iġjeniku għaċ-ċittadini tagħha u biex tiġġieled kontra t-tibdil fil-klima u t-tniġġis.

F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ir-Regolament propost ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Fil-Komunikazzjoni tagħha ta' Ġunju 2011 “Baġit għall-Ewropa 2020”, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li talloka ammont ta’ EUR 14 110 100 000 (prezzijiet kurrenti) għall-Istrument il-ġdid għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni għall-perjodu 2014-2020.

L-istima ddettaljata tal-impatt finanzjarju tal-proposta hija ppreżentata fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva mehmuża ma’ din il-proposta. L-impenji baġitarji indikattivi annwali* huma mogħtija fit-tabella t’hawn taħt.

Strument ta’ Qabel l-Adeżjoni || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || 2014-2020

1898.0 || 1935.9 || 1974.6 || 2014.1 || 2054.4 || 2095.5 || 2137.4 || 14110.1

*Prezzijiet attwali f’miljuni ta’ €

Biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà tiegħu, il-finanzjament għal attivitajiet ta’ edukazzjoni ogħla f’pajjiżi terzi fil-kuntest tal-programm "Erasmus għal Kulħadd" se jkun disponibbli, skont l-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-UE, permezz ta' 2 allokazzjonijiet multi annwali li jkopru biss l-ewwel 4 snin u t-3 snin li jifdal rispettivament. Dan il-finanzjament se jkun rifless fid-dokument ta' strateġija indikattiva multiannwali tal-IPA, f'konformità mal-ħtiġijiet identifikati u l-prijoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati. L-allokazzjonijiet jistgħu jiġu riveduti f'każ ta' ċirkustanzi imprevisti maġġuri jew tibdiliet politiċi importanti f'konformità mal-prijoritajiet esterni tal-UE. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament "Erasmus għal kulħadd ” (UE) Nru [--] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi "Erasmus għal kulħadd"[8] se japplikaw għall-użu ta' dawk il-fondi.

Għajnuna finanzjarja għall-komunità Ċiprijotta Torka se tkompli tingħata sakemm l-aġġustament previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 tkun saret. Tali assistenza finanzjarja għandha tkompli tiġi rregolata mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 389/2006 tas-27 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi strument ta’ appoġġ finanzjarju għall-inkoraġġiment tal-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Turko-Ċiprijotta. Il-ħtiġijiet finanzjarji għall-appoġġ tal-komunità Turko-Ċiprijotta ser ikunu koperti mill-pakkett globali allokat għall-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni.

5.           ELEMENTI MHUX OBBLIGATORJI

Simplifikazzjoni

Prijorità għall-Kummissjoni f'dan ir-Regolament ġdid, kif fi programmi oħra taħt il-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF), huwa li jiġi ssimplifikat l-ambjent regolatorju u ffaċilitata l-assistenza tal-Unjoni lil pajjiżi u reġjuni benefiċjarji, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, SMEs, eċċ.

Din il-proposta ssegwi s-simplifikazzjoni primarjament billi tissimplifika l-istruttura tal-komponent madwar l-oqsma prinċipali tal-politika. Dan ifisser simplifikazzjoni tal-qafas leġiżlattiv għall-istrument u r-regoli implimentattivi tal-futur, b'dispożizzjonijiet issimplifikati. B’rabta mas-simplifikazzjoni tal-istruttura tal-komponent, l-aċċess mhux iddifferenzjat għall-assistenza taħt kull qasam ta’ politika se jimplika li l-pajjiżi benefiċjarji ma jibqgħux ikunu meħtieġa li jiġu identifikati separatament fil-bażi legali tal-istrument. Bħala riżultat, ma jibqax ikun meħtieġ li jgħaddu minn proċedura kumplikata sabiex jirriflettu bidla fl-istatus tal-benefiċjarju, u b’hekk jitnaqqas id-distakk bejn id-deċiżjonijiet politiċi relatati mal-assistenza finanzjarja u l-implimentazzjoni fuq il-post. Bl-istess mod, jekk pajjiż ġdid isir kandidat potenzjali għall-adeżjoni fl-UE, ir-rekwiżiti proċedurali għall-inklużjoni tal-pajjiż fost il-benefiċjarji tal-assistenza jiġu ssimplifikati b’mod konsiderevoli.

Is-servizzi differenti tal-Kummissjoni se jibqgħu responsabbli għat-tmexxija u l-implimentazzjoni tal-assistenza fl-oqsma ta’ politika differenti. Madankollu, koordinazzjoni, komunikazzjoni u implimentazzjoni fuq l-art se jiġu mtejba aktar permezz tas-simplifikazzjoni ta’ numru ta’aspetti, inklużi monitoraġġ konġunt aktar mill-qrib tal-progress tal-implimentazzjoni fil-pajjiżi benefiċjarji u inqas proċessi tal-akkreditazzjoni u l-għoti tas-setgħat ta' ġestjoni. Iż-żieda fil-koerenza tal-azzjoni tal-Kummissjoni għandha tnaqqas ukoll sostanzjalment l-ispiża u l-piż tal-koordinazzjoni magħmula mill-pajjiżi benefiċjarji, minħabba l-kanali u proċeduri ta’ komunikazzjoni differenti użati mill-Kummissjoni.

Il-proposta tipprevedi wkoll li deċiżjonijiet strateġiċi dwar l-allokazzjoni tal-assistenza jsiru permezz ta’ strateġiji komprensivi għal pajjiż jew ħafna pajjiżi li jkopru l-perjodu sħiħ tal-qafas finanzjarju l-ġdid (2014-2020) u jiġu riveduti darba f’nofs it-terminu, biex b’hekk jissostitwixxu s-sistema attwali ta’ dokumenti ta’ ppjanar indikattiv kontinwu ta’ tliet snin li hi riveduta kull sena. Dan se jnaqqas, għal kull parti interessata involuta, il-piż amministrattiv relatat mar-reviżjoni annwali ta’ kull dokument u r-reviżjonijiet sussegwenti li jista’ jkun hemm. Bl-istess mod, l-introduzzjoni tal-ipprogrammar multiannwali fil-każ tal-assistenza għat-tranżizzjoni u l-bini ta’ kapaċitajiet, se jwassal għal anqas amministrazzjoni għal kulħadd u għoti aktar malajr tal-assistenza.

Aktar simplifikazzjoni għandha wkoll tirriżulta mill-introduzzjoni, fejn il-kondizzjonijiet rilevanti humiex fis-seħħ, approċċ ibbażat skont is-settur għall-allokazzjoni ta' assistenza għal dawk is-setturi. Minbarra l-effikaċja mtejba u l-impatt tal-għajnuna, dan l-approċċ jista’ jsarraf f’numru iżgħar ta’ proġetti/kuntratti, u hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv relatat mal-ġestjoni tal-proġett/kuntratt. Jekk il-kundizzjonijiet ikunu jippermettu, l-approċċ settorjali jista’ jinvolvi wkoll l-użu tal-appoġġ baġitarju, biex b’hekk ikompli jitnaqqas il-piż amministrattiv meta mqabbel mal-appoġġ għall-proġett.

Dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-monitoraġġ konġunt u l-proċessi ta’ akkreditazzjoni se jiġu pprovduti f’regoli separati ta’ implimentazzjoni. Dawn ir-regoli se jsegwu simplifikazzjoni akbar fir-rigward tal-kooperazzjoni transkonfinali bejn il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali, billi jiġi allinjat aktar l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni mal-approċċ tal-Fondi Strutturali.

Simplifikazzjoni u proċeduri flessibbli fl-implimentazzjoni tar-Regolament il-ġdid, se jippermettu adozzjoni aktar malajr tal-miżuri implimentattivi u t-twassil tal-għajnuna tal-UE. Barra minn hekk, ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, b 'mod partikolari id-dispożizzjoni speċjali għal azzjonijiet esterni, se tgħin tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u negozji żgħar fi programmi ta’ finanzjament, pereżempju billi tissimplifika r-regoli, tnaqqas l-ispejjeż ta' parteċipazzjoni u taċċellera l-proċeduri ta’ għoti. Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tuża l-proċeduri ssimplifikati li huma precisti fir-Regolament Finanzjarju l-ġdid.

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

B'mod ġenerali, l-proposta attwali u r-regoli ta’ implimentazzjoni futuri jipprevedu reviżjonijiet fit-tfassil tal-istrument u l-proċeduri ta’ implimentazzjoni tiegħu (flimkien mas-simplifikazzjoni diġà msemmija hawn fuq):

1. L-għoti tal-assistenza se jsir aktar koerenti, strateġiku u orjentat lejn ir-riżultati, billi:

· Jiġu indirizzati oqsma ta’ politika permezz ta' dokumenti ta' strateġiji komprensivi multiannwali tal-pajjiżi (u ta’ ħafna benefiċjarji) li jirriflettu l-prijoritajiet politiċi tal-Istrateġija għat-Tkabbir u li jkopru, għal kull qasam ta’ politika, l-azzjonijiet kollha meħtieġa għall-bini tal-istituzzjonijiet, il-konformità mal-acquis u l-investiment. Il-kamp ta' applikazzjoni se jkun ibbażat fuq evalwazzjoni tal-ħtiġijiet u se jiġi adattat għall-kuntest tal-pajjiż.

· Jiġi msaħħaħ il-(ko)finanzjament ta’ strateġiji tas-settur miftiehma li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-politika, għall-kuntrarju ta’ proġetti individwali, biex b’hekk jitbiegħdu minn proġetti ffinanzjati purament minn għotjiet u jżidu s-sehem tal-assistenza ffinanzjata permezz ta’ appoġġ fil-livell settorjali (inkluż permezz ta’ appoġġ baġitarju settorjali għall-oqsma ta’ politika magħżula bbażat fuq kundizzjonalitajiet immirati b’mod effettiv). Madankollu l-appoġġ għall-konformità mal-acquis għandu jibqa’ disponibbli permezz ta’ appoġġ għall-proġetti jew proċeduri oħra ta’ implimentazzjoni bħal faċilitajiet apposta, meta dan ma jkunx kopert minn strateġiji settorjali ewlenin.

· Isir ukoll programmar multiannwali aktar sistematiku għall-għanijiet tal-politika segwiti mill-assistenza għat-tranżizzjoni u l-bini ta’ istituzzjonijiet (eż. riforma fl-amministrazzjoni pubblika; riforma tas-sistemi tal-ġustizzja, eċċ), li jappoġġja l-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġiji settorjali relatati u finalment il-kisba tal-għanijiet relatati;

· L-assistenza finanzjarja ssir aktar kundizzjonali direttament fuq governanza mtejba u tkabbir tas-sjieda mill-pajjiżi benefiċjarji. L-introduzzjoni ta’ elementi ta’ flessibilità sabiex jilqgħu għall-ħtiġijiet emerġenti u jagħtu inċentivi biex itejbu l-prestazzjoni.

2. It-twassil tal-assistenza se jsir aktar flessibbli u mfassal apposta biex jindirizza l-ħtiġiet, billi:

· Jippermetti aċċess mhux iddifferenzjat għall-assistenza (irrispettivament mill-istatus tal-kandidat jew il-kandidat potenzjali), għalkemm b’ambitu jew intensità differenti, fuq il-bażi tal-ħtiġijiet u l-kapaċità teknika u amministrattiva. Il-ħtiġijiet tal-pajjiżi benefiċjarji se jkunu l-punt tat-tluq għad-determinazzjoni tas-setturi/oqsma ta’ politika li jeħtieġu l-assistenza.

· Jipprevedi approċċ aktar progressiv u gradwali għall-ġestjoni tal-assistenza finanzjarja, fejn il-ġestjoni mill-Kummissjoni jew mill-pajjiż benefiċjarju, bi jew mingħajr kontrolli ex-ante mill-Kummissjoni, tapplika skont l-istatus/il-perspettiva għall-adeżjoni, is-settur/il-qasam ta’ politika tal-assistenza, il-kapaċità amministrattiva teknika u ta’ ġestjoni. Il-ħolqien ta’ strutturi u proċeduri ta’ ġestjoni li jirriflettu dawk li jeħtieġ li jkunu fis-seħħ wara l-adeżjoni se jibqa’ jkun l-għan fis-setturi rilevanti bħala preparazzjoni għall-adeżjoni.

· L-irbit tal-progress tul il-fażijiet differenti ta’ ġestjoni biex prijoritajiet politiċi, kif riflessi fir-rapporti ta’ progress, il-kisba ta' riferimenti tan-negozjati jew ir-rekord fl-implimentazzjoni ta’ Ftehimiet ta’Assoċjazzjoni.

· Tiżdied il-flessibilità bejn prijoritajiet għal twassil aktar orjentat lejn ir-riżultati tal-għajnuna, li tippermetti li l-allokazzjonijiet jiġu trasferiti bejn l-oqsma tal-politika, bil-possibbiltà li l-fondi jkunu jistgħu jiġu mgħoddija minn sena għall-oħra, fejn permess mir-Regolament Finanzjarju l-ġdid.

3. It-twassil tal-assistenza se jsir aktar effiċjenti u effettiv billi:

· Jiġu segwiti aktar l-identifikazzjoni u l-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi li jistgħu jistimulaw aktar fondi privati u tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li jiġu sfruttati s-sinerġiji ma' strumenti finanzjarji innovattivi żviluppati għall-politika interna, fuq il-bażi ta’ approċċ ikkoordinat u r-regoli kkoordinati għall-użu tal-baġit tal-UE fi strumenti bħal dawn.

· Ukoll bħala parti miċ-ċaqliq lejn appoġġ akbar fil-livell settorjali, li jżid il-kooperazzjoni ma’ donaturi oħra u istituzzjonijiet Internazzjonali u finanzjarji oħra fil-livell strateġiku, bi qbil dwar prijoritajiet ta’ politika u dwar diviżjoni aktar ċara tax-xogħol;

· Jitkompla l-appoġġ għall-programmi/proġetti reġjonali li jġibu valur miżjud billi jiġi inkoraġġut il-qsim tal-għarfien u l-esperjenza, l-armonizzazzjoni tal-linji politiċi, il-ftehim dwar prijoritajiet konġunti u l-bini ta’ fiduċja reċiproka. Il-programmi reġjonali għandhom ukoll il-potenzjal li jtejbu l-effikaċja tal-politiki eż fit-trasport, l-enerġija, l-ambjent, it-tibdil fil-klima, l-istatistika, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-kwistjonijiet ta’ migrazzjoni.

· Is-simplifikazzjoni tar-regoli għall-akkwist ta’ assistenza ta’ ġemellaġġ u l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi biex jiżguraw l-adegwatezza tal-esperti reklutati, filwaqt li tiżdied ukoll il-possibbiltà li jinġibdu l-fondi minn faċilità apposta biex jirrispondu għall-ħtiġijiet meta dawn jinqalgħu.

Atti Delegati

Meta wieħed iqis li d-deċiżjonijiet diskrezzjonali tal-politika dwar l-istatus tal-pajjiżi applikanti għandhom jittieħdu fuq livell ieħor, huwa propost li l-emendi għal-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji fl-Anness tar-Regolament propost li jirriflettu dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati permezz ta’ att delegat skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, peress li emendi bħal dawn fil-fatt mhux se jaffettwaw element essenzjali tar-Regolament.

Huwa propost ukoll li l-Kummissjoni għandha tingħata setgħat delegati biex tadotta regoli dettaljati li jistabbilixxu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament propost, b’mod partikolari fir-rigward tat-tmexxija tal-istrutturi ta' ġestjoni u l-proċeduri. Tali regoli huma meħtieġa biex jikkumplimentaw ir-regoli u l-proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għal azzjoni esterna stabbilita minn Regolament ta’ Implimentazzjoni Komuni. Huma għandhom iqisu l-lezzjonijiet li ttieħdu mill-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-assitenza tal-passat ta’ qabel l-adeżjoni u jkunu adattati għall-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fil-pajjiżi benefiċjarji.

2011/0404 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[9],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[10],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Baġit għall-Ewropa 2020”[11], il-Kummissjoni tistabbilixxi l-qafas baġitarju għal strumenti tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż l-Istrument għall-Għajnuna ta' qabel l-adeżjoni (IPA).

(2) Minħabba li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA)[12] jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2013 u sabiex isir użu aktar effettiv mill-azzjoni esterna tal-Unjoni, qafas għall-ippjanar u għall-konsenja tal-għajnuna esterna għandu jinżamm għall-perjodu 2014 – 2020. Il-politika ta’ tkabbir tal-Unjoni għandha tibqa’ tiġi appoġġjata minn strument finanzjarju speċifiku. L-Istrument għall-Għajnuna ta' qabel l-adeżjoni (IPA), għandu għalhekk jiġi mġedded.

(3) L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprovdi li kull Stat Ewropew li japprova l-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem jista’ japplika sabiex isir membru tal-Unjoni.

(4) Stat Ewropew li applika sabiex jissieħeb fl-Unjoni jista' jsir membru biss meta jkun ġie kkonfermat li jissodisfa l-kriterji għas-sħubija miftiehma fil-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen f’Ġunju 1993 u sakemm l-adeżjoni ma tkunx estendiet iżżejjed il-kapaċità tal-Unjoni biex tintegra l-membri ġodda. Dawn il-kriterji huma relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-protezzjoni tal-minoranzi, l-iżvilupp tal-ekonomija li trid tkun biżżejjed biex tiflaħ għall-pressjoni kompetittiva fis-suq intern, u l-abbiltà li jassumu mhux biss id-drittijiet iżda wkoll l-obbligi taħt it-Trattati.

(5) Il-proċess ta’ adeżjoni huwa bbażat fuq kriterji oġġettivi u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-pajjiżi applikanti kollha. Il-progress lejn l-adeżjoni jiddependi fuq il-kapaċità tal-pajjiż applikant li jwettaq ir-riformi meħtieġa sabiex jallinja s-sistemi politiċi, istituzzjonali, legali, amministrattivi u ekonomiċi mar-regoli, l-istandards, il-politika u l-prattika tal-Unjoni.

(6) Il-Kunsill Ewropew ta l-istatus ta’ pajjiż kandidat lill-Islanda, il-Montenegro, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u t-Turkija. Barra minn hekk, ikkonferma l-perspettiva Ewropea għall-Albanija, il-Bosnja u Ħerzegovina, is-Serbja kif ukoll il-Kosovo[13], li huma kkunsidrati bħala kandidati potenzjali.

(7) L-assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament għandha tingħata kemm lill-pajjiżi kandidati kif ukoll lill-kandidati potenzjali (il-“pajjiżi benefiċjarji”) elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament, irrispettivament mill-istatus tagħhom.

(8) L-assistenza taħt dan ir-Regolament għandha tiġi pprovduta skont il-qafas ta’ politika għat-tkabbir definit mill-Unjoni għal kull pajjiż benefiċjarju u rifless fil-pakkett annwali tat-tkabbir tal-Kummissjoni, inklużi r-Rapporti ta’ Progress u l-Istrateġija għat-Tkabbir, fil-ftehimiet ta’ Stabbiltà u ta’ Assoċjazzjoni u fis-Sħubiji Ewropej jew ta’ Adeżjoni. L-assistenza għandha tiffoka prinċipalment fuq għadd limitat ta' oqsma ta' politika li se tgħin lill-pajjiżi benefiċjarji jsaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni pubblika, ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u non-diskriminazzjoni. Għandha wkoll ittejjeb l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom, li jesfasizza aġenda tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiva konformi mal-istrateġija Ewropa 2020 u biex isir allinjament progressiv mal-kriterji ta' Kopenħagen. Il-koerenza bejn l-assistenza finanzjarja u l-progress ġenerali li saru fl-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni għandha tiġi msaħħa.

(9) Pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali jeħtieġ ikunu ppreparati aħjar sabiex jirreżistu sfidi globali, bħall-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima, u li jallinjaw ruħhom mal-isforzi tal-Unjoni biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet. Assistenza mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament għandha tikkontribwixxi wkoll għall-għan li żżid il-proporzjon tal-baġit tal-Unjoni relatat mal-klima għal mill-inqas 20%.

(10) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità, koerenza u komplementarjetà tal-assistenza tagħhom, b’mod partikolari permezz ta’ konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta’ informazzjoni matul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu ta’ assistenza.

(11) Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn il-proċess ta’ adeżjoni u l-assistenza finanzjarja u teknika prevista taħt dan ir-Regolament u li jitwettqu l-għanijiet tal-aġenda tal-adeżjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi qafas strateġiku komuni għall-użu tal-istrument ta' qabel l-adeżjoni. Dan il-qafas għandu jiddefinixxi, fost affarijiet oħra, il-lista ta’ azzjonijiet ewlenin li jistgħu jkunu appoġġjati taħt dan ir-Regolament u l-kriterji għall-allokazzjoni tal-fondi. Il-qafas strateġiku komuni għandu jikkostitwixxi l-qafas ta’ referenza għall-pajjiż u dokumenti ta' għal għadd ta' pajjiżi.

(12) L-għanijiet tal-assistenza għandhom jiġu definiti fid-dokumenti ta’ strateġija indikattivi tal-pajjiż, ta’ ħafna pajjiżi stabbiliti mill-Kummissjoni għal perjodu tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali tal-Unjoni applikabbli fi sħubija mal-pajjiżi benefiċjarji, ibbażati fuq il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u l-aġenda ta’ tkabbir. Id-dokumenti ta’ strateġija għandhom jidentifikaw l-oqsma ta’ linja ta' politika għall-assistenza u, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Awtorità Baġitarja, jistabbilixxu l-allokazzjonijiet indikattivi ta’ fondi għal kull qasam ta’ linja ta' politika, imqassma għal kull sena inkulż stima tan-nefqa relatata mal-klima. Għandu jkun hemm flessibilità suffiċjenti li tilqa’ għall-ħtiġijiet emerġenti u li tagħti inċentivi għat-titjib tal-prestazzjoni. Id-dokumenti tal-istrateġija għandhom jiżguraw koerenza u konsistenza mal-isforzi tal-pajjiżi benefiċjarji kif rifless fil-baġit nazzjonali tagħhom u għandhom iqisu l-appoġġ ipprovdut minn donaturi oħra. Sabiex tittieħed kunsiderazzjoni tal-iżviluppi interni u esterni, id-dokumenti ta’ strateġija indikattiva multiannwali għandhom jiġu riveduti kif xieraq.

(13) Huwa fl-interess tal-Unjoni li tassisti pajjiżi benefiċjarji fl-isforzi tagħhom biex jirriformaw is-sistemi tagħhom sabiex jiġu allinjati ma’ dawk tal-Unjoni. Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan il-għan.

(14) Sabiex dan ir-Regolament ikun jista’ jirrifletti malajr ir-riżultat tad-deċiżjonijiet politiċi meħuda mill-Kunsill, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tiġi aġġornata l-lista tal-pajjiżi benefiċjarji fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(15) Filwaqt li r-Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ....[14] (minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament Implimentattiv Komuni") jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għal azzjoni esterna, setgħat delegati biex tadotta regoli aktar dettaljati li jistabbilixxu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward ta' proċeduri u stutturi tal-ġestjoni, għandhom ukoll jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni. Tali ir-regoli dettaljati għandhom iqisu l-lezzjonijiet li ttieħdu mill-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-assistenza tal-passat ta’ qabel l-adeżjoni u jkunu adattati għall-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fil-pajjiżi benefiċjarji.

(16) Fir-rigward ta' dawn l-atti delegati, huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tassigura wkoll trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(17) L-assistenza għandha tkompli tuża l-istrutturi u l-istrumenti li ġew ipprovati tajbin fil-proċess ta’ qabel l-adeżjoni. It-tranżizzjoni minn ġestjoni diretta tal-fondi ta' qabel l-adeżjoni mill-Kummissjoni għal ġestjoni deċentralizzata ddelegata lill-pajjiżi benefiċjarji għandha tkun progressiva u konformi mal-kapaċitajiet ta’ kull pajjiż benefiċjarju.

(18) Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[15]. Meta wieħed jieħu kont tan-natura ta' dawk l-atti implimentattivi, partikolarment in-natura ta' orjentazzjoni politika tagħhom jew l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom, il-proċedura ta’eżaminazzjoni għandha fil-prinċipju tintuża għall-adozzjoni tagħhom, ħlief għal miżuri implimentattivi tekniċi fuq skala finanzjarja żgħira.

(19) Il-kumitati stabbiliti taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu kompetenti wkoll għal atti relatati mal-implimentazzjoni tal-Istrument preċedenti għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, kif ukoll l-implimentazzjoni ta' għajnuna finanzjarja għall-komunità Turko-Ċiprijotta.

(20) Meta pajjiż benefiċjarju jikser il-prinċipji li l-Unjoni hija mibnija fuqhom, jew ma jirrispettax l-impenji li jinsabu fil-ftehimiet rilevanti konklużi mal-Unjoni, jew ma jagħmilx biżżejjed progress fir-rigward tal-kriterji tal-adeżjoni, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jkun jista’ jieħu l-miżuri xierqa biex jikkoreġi s-sitwazzjoni.

(21) Minħabba l-għanijiet u l-ambitu tal-assistenza pprovduta taħt dan ir-Regolament, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu kkonsultati qabel l-adozzjoni tiegħu,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1 Għan ġenerali

L-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni ('IPA') għandu l-għan li jappoġġja lill-pajjiżi kandidati u potenzjalment kandidati ('il-pajjiżi benefiċjarji') elenkati fl-Anness fl-implimentazzjoni tar-riformi politiċi, istituzzjonali, legali, amministrattivi u ekonomiċi li huma meħtieġa biex javviċinaw lill-pajjiżi aktar lejn il-valuri tal-Unjoni u biex progressivament jallinjaw ruħhom mar-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattika tal-Unjoni bil-għan ta’ sħubija fl-Unjoni.

Artikolu 2 Għanijiet speċifiċi

1. L-assistenza taħt dan ir-Regolament issegwi l-għanijiet speċifiċi li ġejjin skont il-ħtiġijiet ta’ kull pajjiż benefiċjarju u l-aġenda individwali ta’ tkabbir tagħhom:

(a) Appoġġ għar-riformi politiċi, inter alia:

(i).     it-tisħiħ ta' istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, inkluż l-implimentazzjoni tagħhom;

(ii)      il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u r-rispett imsaħħaħ lejn id-drittijiet tal-minoranzi, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni, il-libertà tal-istampa kif ukoll il-promożżjoni ta' relazzjonijiet tajba ta’ viċinat;

(iii).    il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata;

(iv).    ir-riforma fl-amministrazzjoni pubblika u l-governanza tajba;

(v).    l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili u d-djalogu soċjali;

(vi).    ir-rikonċiljazzjoni, il-miżuri tal-bini tal-paċi u l-bini tal-kunfidenza.

(b) Appoġġ għall-iżvilupp u r-riformi ekonomiċi, soċjali u territorjali, li jimmiraw għal tkabbir sostenibbli, intelliġenti u inklussiv, fost affarijiet oħra permezz:

(i).     tal-kisba ta’ standards tal-Unjoni fl-ekonomija u l-governanza ekonomika;

(ii)      tar-riformi ekonomiċi neċessarji biex jilqgħu għall-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-Unjoni, filwaqt li jsegwu miri ekonomiċi, soċjali u ambjentali;

(iii).    tat-trawwim tal-impjiegi u l-iżvilupp tal-kapital uman;

(iv).    tal-inklużjoni soċjali u ekonomika, b’mod partikolari tal-minoranzi u l-gruppi vulnerabbli;

(v).    tal-iżvilupp tal-kapital fiżiku, it-titjib tal-konnessjonijiet mal-Unjoni u n-netwerks reġjonali.

(c) It-tisħiħ tal-abbiltà tal-pajjiżi benefiċjarji biex jissodisfaw l-obbligi li ġejjin mis-sħubija billi jappoġġaw l-allinjament progressiv ma' u l-adozzjoni, implimentazzjoni u infurzar tal-acquis communautaire, tal-fondi strutturali, ta' koeżjoni, u għall-iżvilupp agrikolu u l-politiki tal-Unjoni.

(d) Integrazzjoni reġjonali u kooperazzjoni territorjali li jinvolvu pajjiżi benefiċjarji, l-Istati Membri tal-UE u, fejn xieraq, pajjiżi terzi fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru […] li jistabbilixxi Strument Ewropew ta’ Viċinat[16].

2. Il-progress lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 għandu jiġi evalwat permezz ta’ indikaturi li jkopru inter alia:

– Progress fl-oqsma tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, is-sistema tal-ġustizzja u l-livell tal-kapaċità amministrattiva;

– Progress fir-riforma ekonomika, is-solidità u l-effettività tal-istrateġiji ta' żvilupp soċjali u ekonomiku, progress lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, inkluż permezz tal-investimenti pubbliċi appoġġjati mill-IPA;

– Il-korp ta' leġiżlazzjoni allinjat mal-acquis; progress f'riforma istituzzjonali relatata mal-Unjoni, inkluż tranżizzjoni għal ġestjoni ċentralizzata tal-assistenza provduta taħt dan ir-Regolament;

– Ir-rilevanza ta’ inizjattivi ta’ kooperazzjoni reġjonali u territorjali u l-evoluzzjoni tal-flussi tal-kummerċ.

L-indikaturi għandhom ikunu użati għal monitoraġġ, evalwazzjoni u reviżjoni tal-prestazzjoni, kif xieraq.

Artikolu 3 Oqsma ta'linja ta' politika

1. L-assistenza taħt dan ir-Regolament għandha prinċipalment tindirizza l-oqsma ta’ linja ta' politika li ġejjin:

(a) il-proċess tat-tranżizzjoni lejn sħubija fl-Unjoni u l-bini tal-kapaċità;

(b) l-iżvilupp reġjonali;

(c) l-impjiegi, il-politiki soċjali u l-iżvilupp tar-riżorsi umani;

(d) l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali;

(e) il-kooperazzjoni reġjonali u territorjali.

2. L-assistenza taħt l-oqsma ta’ politika msemmija fil-paragrafu 1 tappoġġja lill-pajjiżi benefiċjarji fil-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 1 u 2.

3. L-assistenza taħt l-oqsma tal-linja ta' politika imsemmija fil-punti (b) sa (d) tal-paragrafu 1 jistgħu jinkludu inter alia għall-finanzjament tat-tipi ta' azzjonijiet previsti taħt ir-Regolament (UE) XXXX/201X tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' jj/xx/ssss dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-għan ta' investiment għat-tkabbir u l-impjiegi[17], ir-Regolament (UE) XXXX/201X tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' DD/MM/YYYY dwar il-Fond ta' Koeżjoni[18], ir-Regolament (UE) XXXX/201X tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' jj/xx/ssss dwar il-Fond Soċjali Ewropew[19], ir-Regolament (UE) XXXX/201X tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' DD/MM/YYYY dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea[20] u r-Regolament (UE) XXXX/201X tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' DD/MM/YYYY dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)[21].

4. L-assistenza taħt il-qasam ta’ politika msemmi fil-punt (e) ta' paragrafu 1, tista’ b’mod partikolari tiffinanzja azzjonijiet b’ħafna pajjiżi jew orizzontali kif ukoll azzjonijiet ta’ kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali.

Artikolu 4 Konformità, koerenza u kumplimentarjetà

1. L-assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament tkun konsistenti mal-politiki tal-Unjoni. Hija tikkonforma mal-ftehimiet konklużi mill-Unjoni mal-pajjiżi benefiċjarji u tirrispetta l-impenji taħt ftehimiet multilaterali li tagħhom l-Unjoni hija parti.

2. Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Bank Ewropew għall-Investiment jiżguraw koerenza bejn l-assistenza provduta taħt dan ir-Regolament u assistenza oħra pprovduta mill-Unjoni, l-Istati Membri u l-Bank Ewropew għall-Investiment.

3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw koordinazzjoni tal-programmi rispettivi ta’ assistenza tagħhom bl-għan li tiżdied l-effikaċja u l-effiċjenza fl-għoti ta’ assistenza u biex jiġi evitat finanzjament doppju f’konformità mal-prinċipji stabbiliti għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni operattiva fil-qasam tal-assistenza esterna, u għall-armonizzazzjoni tal-politiki u l-proċeduri. Il-koordinazzjoni tinvolvi konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta’ informazzjoni matul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu ta’ assistenza, b’mod partikolari fil-livell tal-qasam u tkun pass ewlieni fil-proċessi ta’ programmazzjoni tal-Istati Membri u l-Unjoni.

4. Sabiex tiżdied l-effikaċja u l-effiċjenza fl-għoti tal-assistenza u sabiex jiġi evitat il-finanzjament doppju, il-Kummissjoni għandha, flimkien mal-Istati Membri, tieħu l-passi neċessarji sabiex tiżgura koordinazzjoni, u kumplimentarjetà aħjar mal-organizzazzjonijiet u l-entitajiet multilaterali u reġjonali, bħall-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, fondi u programmi, u donaturi mhux mill-Unjoni.

5. Meta tipprepara, timplimenta u tissorvelja l-għajnuna taħt dan ir-Regolament, il-Kummissjoni fil-prinċipju taġixxi fi sħubija mal-pajjiżi benefiċjarji. Is-sħubija għandha tinvolvi, kif xieraq, awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kompetenti, imsieħba ekonomiċi u soċjali, soċjetà ċivili u atturi mhux statali.

TITOLU II PJANAR STRATEĠIKU

Artikolu 5 Qafas Strateġiku Komuni tal-IPA

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Qafas Strateġiku Komuni għall-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni. Il-Qafas Strateġiku Komuni tal-IPA jsarraf il-prijoritajiet politiċi tal-politika tat-tkabbir f’azzjonijiet ewlenin li jistgħu jirċievu assistenza taħt dan ir-Regolament.

2. Il-Qafas Strateġiku Komuni tal-IPA jinkludi fost affarijiet oħra:

(a) il-kriterji li jintużaw għall-allokazzjoni tal-fondi lill-pajjiżi benefiċjarji kif ukoll għal azzjonijiet ta’ kooperazzjoni ta’ ħafna pajjiżi u territorjali;

(b) it-tipi ta’ azzjonijiet li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-IPA;

(c) il-linjigwida komuni għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-IPA.

3. Il-Kummissjoni tadotta l-Qafas Strateġiku Komuni tal-IPA u kwalunkwe reviżjoni tiegħu skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(3) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni Komuni.

Artikolu 6 Dokumenti ta' Strateġija

1. L-assistenza taħt dan ir-Regolament tiġi pprovduta fuq il-bażi ta’ dokumenti indikattivi ta' strateġija ta’ pajjiż jew ta’ ħafna pajjiżi (minn issa 'l quddiem "id-dokumenti ta' strateġija"), stabbiliti għat-tul tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali tal-Unjoni, mill-Kummissjoni fi sħubija mal-pajjiż jew pajjiżi benefiċjarju/benefiċjarji kkonċernat(i).

2. Id-dokumenti ta’ strateġija jispeċifikaw it-taħlita xierqa ta’ oqsma ta’ politika msemmija fl-Artikolu 3 li se jirċievu assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament li jirriflettu l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet, b’mod konformi mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2, il-Qafas Strateġiku Komuni tal-IPA msemmi fl-Artikolu 5, u b’mod konsistenti mal-istrateġiji nazzjonali, kif xieraq.

3. Id-dokumenti ta’ strateġija jinkludu l-allokazzjoni indikattiva tal-fondi tal-UE għal kull qasam ta’ linja ta' politika, kif applikabbli, imqassma kull sena, b’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-Qafas Strateġiku Komuni tal-IPA msemmi fl-Artikolu 5. L-allokazzjoni indikattiva tal-fondi tieħu kont ta' ħtiġijiet, kapaċità ta' assorbiment u tal-kapaċità amministrattiva tal-pajjiżi benefiċjarji. Għandha tippermetti wkoll l-indirizzar tal-ħtiġijiet emerġenti u tinkludi inċentivi sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tal-pajjiżi benefiċjarji fir-rigward tal-għanijiet stabbiliti fl-istrateġija indikattiva multiannwali.

4. Id-dokumenti ta’ strateġija jiġu riveduti f’nofs it-terminu u jiġu riveduti kif xieraq. Dawn jistgħu jiġu riveduti f’kull ħin fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

5. Il-Kummissjoni tadotta d-dokumenti ta' strateġija u kwalunkwe reviżjoni tagħhom skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(3) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni Komuni.

TITOLU III IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 7 Qafas ġenerali

L-assistenza tal-Unjoni taħt dan ir-Regolament tiġi implimentata permezz ta' programmi u miżuri kif imsemmi fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Komuni u skont regoli speċifiċi li jistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari rigward il-ġestjoni tal-istrutturi u l-proċeduri, li l-Kummissjoni tadotta skont l-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament preżenti. L-implimentazzjoni bħala regola ġenerali, tieħu l-forma ta’ programmi annwali jew multiannwali, għal pajjiż speċifiku jew għal għadd ta' pajjiżi stabbiliti skont dokumenti ta' strateġija msemmija fl-Artikolu 6 u mfassla mill-pajjiżi benefiċjarji u/jew il-Kummissjoni, kif xieraq.

Artikolu 8 Ftehimiet qafas u sussidjarji

1. Il-Kummissjoni u l-pajjiżi benefiċjarji jikkonkludu ftehimiet qafas dwar l-implimentazzjoni tal-assistenza.

2. Ftehimiet sussidjarji dwar l-implimentazzjoni tal-assistenza jistgħu jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet ta’ implimentazzjoni tiegħu, kif meħtieġ.

Artikolu 9 Dispożizzjonijiet interstrumentali

1. F'ċirkostanzi debitament ġustifikati u sabiex tiżgura l-koerenza u l-effikaċja tal-finanzjament tal-Unjoni jew biex trawwem il-kooperazzjoni reġjonali, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li testendi l-eliġibilità tal-programmi u l-miżuri msemmija fl-Artikolu 7 lejn pajjiżi, territorji u reġjuni li inkella ma jkunux eliġibbli għal finanzjament skont l-Artikolu 1, meta l-programm jew il-miżura li għandha tiġi implimentata hija ta' natura globali, reġjonali jew trans-konfinali.

2. Il-Fond ta’ Żvilupp Reġjunali Ewropew għandu jikkontribwixxi għal programmi jew miżuri stabbiliti taħt dan ir-regolament għal kooperazzjoni transkonfinali bejn pajjiżi benefiċjarji u l-Istati Membri. L-ammont tal-kontribuzzjoni mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għandu jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta '… dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament preżenti japplikaw għall-użu ta' din il-kontribuzzjoni.

3. Fejn xieraq, l-IPA jista' jikkontribwixxi għal programmi jew miżuri ta' kooperazzjoni transnazzjonali u interreġjonali li huma stabbiliti u implimentati taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru … [dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' koperazzjoni territorjali Ewropea] u fl-IPA li fih jipparteċipaw pajjiżi benefiċjarji.

4. Fejn xieraq, l-IPA jista' jikkontribwixxi għall-programmi jew miżuri ta' koperazzjoni transkonfinali li huma stabbiliti u implimentati taħt ir-Regolament (UE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’… li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat u fl-IPA li fih jipparteċipaw pajjiżi benefiċjarji.

TITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 10 Delegazzjoni tas-setgħat lill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 11 li jemendaw l-Anness għal dan ir-Regolament u jikkomplementaw ir-Regolament Implimentattiv Komuni b'regoli speċifiċi li jistabbilixxu kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 11 L-eżerċizzju tal-poteri delegati lill-Kummissjoni

1. Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2. Id-delegazzjoni tas-setgħat tiġi konferita lill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament.

3. Id-delegazzjoni tas-setgħat tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Dan m’għandux jaffettwa l-validità ta’ kwalunkwe atti delegati diġà fis-seħħ.

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att delegat jidħol fis-seħħ biss jekk ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn (2) min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn (2) fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 12 Kumitat

1. Il-Kummissjoni tkun assistita mill-Kumitat tal-IPA. Dan il-kumitat ikun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Għal programmi li jindirizzaw l-oqsma tal-politika msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 3 u implimentati indirettament mill-pajjiżi benefiċjarji, il-Kummissjoni tkun assistita mill-Kumitat ta' Kordinazzjoni tal-Fondi msemmi fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'... li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għas-Sajd u Marittimu koperti minn qafas strateġiku komuni u jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006[22]. Għal programmi li jindirizzaw il-qasam ta' linja ta' politika msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 3 u implimentat indirettament mill-pajjiżi benefiċjarji, il-Kummissjoni tkun assistita mill-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali msemmi fl-Artikolu 91 tar-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'… dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)[23]. F’każijiet bħal dawn, il-Kumitat tal-IPA ikun infurmat mingħajr dewmien dwar l-opinjoni mogħtija mill-kumitat(i) l-ieħor(oħra).

3. Il-Kumitati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu kompetenti għal atti u impenji legali taħt ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' qabel l-Adeżjoni[24]. Barra minn hekk, il-Kumitat tal-IPA ikun ukoll kompetenti għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 389/2006 tas-27 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi strument ta’ appoġġ finanzjarja biex jinkuraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku tal-Komunità Turko-Ċiprijotta u jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni[25].

Artikolu 13 Suspensjoni ta' appoġġ tal-Unjoni

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar sospensjoni tal-għajnuna fi ftehimiet ta' partenarjat u kooperazzjoni mal-pajjiżi u r-reġjuni msieħba, fejn pajjiż benefiċjarju jonqos milli jirrispetta l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-minoranzi u l-libertajiet fundamentali, jew l-impenji li jinsabu fil-ftehimiet rilevanti konklużi mal-Unjoni, jew fejn il-progress lejn it-twettiq tal-kriterji tas-sħubija huwa insuffiċjenti, l-Unjoni tistieden lill-pajjiż benefiċjarju biex jagħmel konsultazzjonijiet bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ partijiet, ħlief f'każijiet ta' urġenza speċjali. Fejn il-konsultazzjonijiet mal-pajjiż benefiċjarju ma jwasslux għal soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ partijiet, jew jekk il-konsultazzjonijiet huma rifjutati jew f'każijiet ta' urġenza speċjali, il-Kunsill jista’ jieħu miżuri xierqa skont l-Artikolu 215(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistgħu jinkludu s-sospensjoni sħiħa jew parzjali tal-assistenza tal-Unjoni. Il-Parlament Ewropew jiġi infurmat b'kollox u immedjatament bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda f’dan ir-rigward.

Artikolu 14 Ammont ta’ referenza finanzjarja

1.           L-ammont ta’ referenza finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-perjodu mill-2014 sal-2020 ikun EUR 14 110 100 000 (prezzijiet kurrenti). Sa 3% tal-ammont finanzjarju ta' referenza jiġi allokat għall-programmi ta' koperazzjoni transkonfinali bejn pajjiżi benefiċjarji u Stati Membri tal-UE.

2.           L-approprjazzjonijiet annwali jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali tal-Unjoni.

3.           Kif imsemmi fil-Artikolu 13, paragrafu 2 tar-Regolament “Erasmus għal Kulħadd”, ammont indikattiv ta’ EUR 1 812 100 000 mill-istrumenti esterni differenti (Strument ta’ Kooperazzjoni fl-Iżvilupp, Strument Ewropew tal-Viċinat, Strument għall-Assistenza ta’ qabel l-Adeżjoni, Strument tas-Sħubija u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp), se jkun allokat għal azzjonijiet ta’ mobbiltà fit-tagħlim minn u lejn pajjiżi mhux tal-UE u għall-kooperazzjoni u djalogu politiku mal-awtoritajiet/istituzzjonijiet/organizzazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament “Erasmus għal Kulħadd” se japplikaw għall-użu ta’ dawn il-fondi.

L-iffinanzjar se jkun disponibbli permezz ta' 2 allokazzjonijiet multiannwali li jkopru biss l-ewwel 4 snin u t-3 non l-oħra rispettivament. Dan il-finanzjament se jkun rif’ess fl-ipprogrammar indikattiv multiannwali, f’konformità mal-bżonnijiet identifikati u l-prijoritajiet tal-pajjiżi konċernati. L-allokazzjonijiet jistgħu jiġu riveduti f'każ ta' ċirkustanzi imprevisti maġġuri jew tibdiliet politiċi importanti f'konformità mal-prijoritajiet esterni tal-UE.

Artikolu 15 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS

– L-Albanija

– Il-Bosnja u Ħerzegovina

– L-Islanda

– Il-Kosovo*

– Il-Montenegro

– Is-Serbja

– It-Turkija

– Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja  

*Taħt l-UNSCR 1244/1999

DIKJAZRAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    It-titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Il-qasam (oqsma) tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB

              1.3.    In-natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    L-għan(ijiet)

              1.5.    Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

              1.7.    Il-metodu(i) tal-ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TAL-ĠESTJONI

              2.1.    Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

              2.2.    Sistema tal-ġestjoni u tal-kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    L-intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja(i) baġitarja(i) ta’ nfiq affettwata(i)

              3.2.    L-impatt stmat fuq l-infiq

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq l-infiq

              3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

              3.2.3. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

              3.2.5. Il-parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    L-impatt stmat fuq id-dħul

DIKJAZRAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. It-titolu tal-proposta/inizjattiva

Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA)

1.2. Il-qasam (oqsma) tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB[26]

Tkabbir

1.3. In-natura tal-proposta/inizjattiva

x Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja[27]

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estenzjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4. Għanijiet 1.4.1. Il-Kummissjoni għan strateġiku multiannwali (i) fil-mira tal-proposta / inizjattiva

L-għan ġenerali tal-politika tat-tkabbir huwa li timplimenta l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li joffri perspettiva Ewropea għall-pajjiżi Ewropej kollha li jirrispettaw il-valuri fundamentali tal-UE u huma impenjati li jippromwovuhom.

Il-politika tat-tkabbir tippromwovi stabbiltà, sigurtà u prosperità fl-Ewropa u żżid il-piż tal-UE fix-xena internazzjonali.

Il-politika tat-tkabbir tgħin biex tikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt fl-Ewropa. Hija ttejjeb l-opportunitajiet ekonomiċi u żżid il-piż tal-UE fl-indirizzar ta’ sfidi globali bħat-tibdil fil-klima, il-kompetittività u r-regolament u s-superviżjoni tas-swieq finanzjarji, u tgħin biex timmobilizza l-isforz komuni biex jiġu indirizzati l-għanijiet tal-Ewropa 2020. Il-proċess ta’ adeżjoni jipprovdi inkoraġġiment qawwi għal riforma politika u ekonomika.

Integrazzjoni aktar mill-qrib permezz tal-proċess tat-tkabbir tgħin ukoll lill-UE biex tilħaq l-għanijiet tagħha f’numru ta’ oqsma li huma importanti għall-irkupru ekonomiku u soċjali għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv li jinkludi l-enerġija, it-trasport, il-protezzjoni tal-ambjent u l-isforzi biex jiġi indirizzat it-tbdil fil-klima. Applikazzjonijiet ġodda għas-sħubija juru s-setgħa ta’ attrazzjoni tal-UE u r-rwol tagħha fil-promozzjoni tal-istabbiltà, is-sigurtà u l-prosperità.

Il-politika tat-tkabbir tal-UE tippermetti proċess ġestit bil-għaqal fejn il-kandidati u l-kandidati jersqu lejn l-UE skont il-pass tar-riformi politiċi u ekonomiċi tagħhom kif ukoll il-kapaċità tagħhom li jassumu l-obbligi tas-sħubija f’konformità mal-kriterji ta’ Kopenħagen. Fil-Balkani tal-Punent, il-kooperazzjoni reġjonali tibqa’ essenzjali u tikkostitwixxi element ewlieni tal-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Ladarba l-Kunsill iddeċieda li jiftaħ negozjati ta’ adeżjoni ma’ pajjiż applikant, il-progress tal-pajjiż applikant biex jintlaħqu l-istandards Ewropej huwa rifless fil-kapitoli tal-acquis miftuħa u magħluqa.

Matul l-aħħar ħames snin, l-UE mkabbra wriet il-kapaċità tagħha li taħdem flimkien biex tindirizza l-isfidi importanti li għandha quddiemha. Matul dan il-perjodu, il-progress bir-riformi fil-pajjiżi tat-tkabbir ippermettilhom jgħaddu minn stadji suċċessivi fil-proċess ta’ adeżjoni.

Il-proċess ta’ tkabbir tal-UE qiegħed jimxi ’l quddiem b’pass li huwa ddeterminat ħafna mill-kapaċità tal-pajjiżi li jaspiraw li jassumu l-obbligi tas-sħubija. Dan jeħtieġ riformi fit-tul kif ukoll adattamenti leġiżlattivi u istituzzjonali li huma kredibbli u konvinċenti. Hekk kif il-pajjiżi kkonċernati jissodisfaw l-istandards li ġew stipulati, inkluż b’mod partikolari dawk marbutin mad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, l-UE tinsab impenjata li taħdem magħhom biex jimxu lejn l-istadji li jmiss fil-proċess.

Ġie propost strument uniku integrat ta’ qabel l-adeżjoni bħala l-pilastru finanzjarju tal-Istrateġija għat-Tkabbir, li jinkludi d-dimensjonijiet kollha tal-politika interna u l-kwistjonijiet tematiċi.

L-għan se jkun li jiġi żgurat li l-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali jkunu ppreparati bis-sħiħ għas-sħubija eventwali. Ser issir enfasi fuq il-governanza tajba, il-kapaċità amministrattiva, l-iżvilupp soċjo-ekonomiku, il-kooperazzjoni reġjonali, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-acquis, u l-preparazzjoni għall-ġestjoni tal-politika interna mal-adeżjoni. Dan ser jiġi implimentat permezz ta’ programmi nazzjonali/b’diversi benefiċjarji miftehma mal-benefiċjarji u se jirriflettu wkoll il-Fondi Strutturali, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), inkluż l-iffokar mill-ġdid tagħhom fuq it-twassil tal-prodotti pubbliċi.

Barra minn hekk, strumenti politiċi u finanzjarji relatati mal-kriżi (Għajnuna Makro-Finanzjarja, l-Istrument għall-Istabbiltà) se jibqgħu jkunu disponibbli għall-użu fil-pajjiżi tat-tkabbir, meta dawn ikunu meħtieġa.

1.4.2. Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u inizjattiva li tikkonċerna l-attività(jiet) tal-ABM/ABB

Għan speċifiku Nru.

(a) Appoġġ għar-riformi politiċi

(b) Appoġġ għall-iżvilupp u r-riformi ekonomiċi, soċjali u territorjali, li jimmiraw għal tkabbir sostenibbli, intelliġenti u inklussiv

(c) Żieda fil-kapaċità tal-pajjiżi benefiċjarji biex jassumu l-obbligu tas-sħubija billi jappoġġaw l-allinjament progressiv mal-adozzjoni, implimentazzjoni u infurzar tal-acquis communautaire inkluża t-tħejjija għall-implimentazzjoni u t-tmexxija tal-fondi strutturali, ta' koeżjoni, għall-iżvilupp agrikolu u rurali tal-UE.

(d) L-integrazzjoni reġjonali u l-kooperazzjoni territorjali

Attività(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernat(i)

04.06 Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) — Żvilupp tar-riżorsi umani

05.05 Miżuri ta’ qabel l-adeżjoni fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali

13.05 Operazzjonijiet ta’ qabel l-adeżjoni relatati mal-politika strutturali

22.02 Il-proċess u l-istrateġija għat-tkabbir

22.04.02 Programmi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni għal pajjiżi li mhumiex membri

1.4.3. Riżultat(i) u impatt mistenni

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollhom fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

L-istrument il-ġdid ta’ qabel l-adeżjoni se jkompli jiffoka fuq it-twettiq tal-Politika tat-Tkabbir li hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Azzjoni Esterna tal-UE, biex b’hekk jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-istabbiltà, is-sigurtà u l-prosperità fl-Ewropa. Għal dak il-għan, l-istrument il-ġdid ser isegwi l-għan tal-politika ġenerali ta’ appoġġ għall-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali fil-preparazzjonijiet tagħhom għas-sħubija fl-UE u l-allinjament progressiv tas-sistemi/l-ekonomiji nazzjonali mal-istandards u l-politiki tal-Unjoni Ewropea, skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u adattat skont l-aġenda individwali tagħhom għat-tkabbir.

F’termini tar-riżultati u l-impatti li għandhom jintlaħqu, l-istrument il-ġdid se jindirizza i) id-differenza/l-isfidi fl-iżvilupp tal-pajjiżi benefiċjarji, ii) il-kapaċità limitata biex dawn jingħelbu permezz tar-riżorsi proprji u l-istituzzjonijiet pubbliċi dgħajfa u/jew il-kapaċità amministrattiva fil-pajjiżi benefiċjarji, u iii) inaqqas id-differenzi fost il-pajjiżi benefiċjarji, permezz tal-kisba ta’:

(i)         istituzzjonijiet demokratiċi li jaħdmu aħjar, b’mod partikolari biex jiġi żgurat ir-rispett għall-istat tad-dritt, u d-drittijiet tal-bniedem, u l-inklużjoni tal-minoranzi; it-tnaqqis tal-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata; ir-riforma u l-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika;

(ii)        standards tal-UE fil-governanza ekonomika u fl-ekonomika; il-kapaċità mtejba għall-kompetizzjoni fil-forzi tas-suq tal-Unjoni; rati mtejba ta’ impjieg, riżorsi umani dejjem aktar imħarrġa u tnaqqis fid-differenzi soċjali; żieda fil-kapaċità tal-innovazzjoni u r-riċerka

(iii)       liġijiet progressivament allinjati mal-acquis tal-UE, adottat u infurzati; kapaċità mtejba biex jiġu implimentati u amministrati l-fondi ta’ żvilupp strutturali, agrikoli u rurali tal-UE; żieda fil-parteċipazzjoni fi programmi u aġenziji magħżula tal-UE.

(iv)       żieda fl-integrazzjoni ekonomika fir-reġjun, inkluż permezz ta’ infrastruttura transkonfinali tal-enerġija u tat-trasport, relazzjonijiet eqreb u msaħħa tal-viċinat fost il-pajjiżi benefiċjarji u mal-UE.

Il-progress f’dawn l-għanijiet speċifiċi ta’ politika se jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni ta’ oqfsa usa’ ta’ politika tal-UE bħall-istrateġija Ewropa 2020, il-Pakkett tal-Klima u l-Enerġija tal-UE u l-Unjoni tal-Innovazzjoni.

1.4.4. Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Il-progress lejn l-għanijiet speċifiċi tal-istrument il-ġdid jista’ jiġi evalwat permezz ta’ tliet makroindikaturi prinċipali:

· Il-progress lejn il-kisba ta’ punti ta’ riferiment tal-adeżjoni (kapitoli miftuħa/magħluqa) jew rekord pożittiv fl-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni kif rifless, fost affarijiet oħra, minn Rapporti ta’ Progress pożittivi, indiċijiet ibbażati fuq stħarriġ miġbura minn organizzazzjonijiet internazzjonali magħrufin għal oqsma bħall-effikaċja governattiva; l-istabbiltà politika u n-nuqqas ta’ vjolenza; l-istat tad-dritt;

· L-evoluzzjoni soċjo-ekonomika, kif imkejla mill-indikaturi tal-impatt bħall-indiċi tal-iżvilupp uman tal-UNDP bħala miżura ġenerali tal-prosperità; rati ta’ qgħad; influssi ta’ investiment barrani dirett; bilanċi kummerċjali;

· Il-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali, kif imkejla b’indiċijiet bbażati fuq stħarriġ li jirriflettu l-perċezzjonijiet tal-livell (tendenza) ta’ sigurtà u stabbiltà; interazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u kulturali,

Miri u tragwardi rilevanti għal dawn il-makro-indikaturi relevanti jinkludu, inter alia, dawn li ġejjin: Li tasal l-applikazzjoni għal sħubija fl-UE, l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta opinjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni jew rakkomandazzjoni li tagħti l-istatus ta' pajjiż kandidat, rakkomandazzjonijiet biex jinfetħu n-negozjati għall-adeżjoni, il-ftuħ jew tal-għeluq proviżorju ta' kapitoli tan-negozjati, l-għeluq tan-negozjati tal-adeżjoni ġenerali, il-grad ta’ konformità mal-kriterji ta’ Kopenħagen, id-dħul fis-seħħ tal-liberalizzazzjoni tal-viża u l-ftehim ta’ riammissjoni, l-għoti tas-setgħat ta ġestjoni tal-assistenza tal-IPA, rinunzja tal-kontrolli ex-ante dwar il-ġestjoni tal-assistenza tal-IPA, id-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar id-dwana/kummerċ u t-tneħħija ta’ ostakoli/ostakoli tekniċi għall-kummerċ, il-parteċipazzjoni f'inizjattivi reġjonali, riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet bilaterali, il-progress fl-integrazzjoni tan-Netwerks Trans Ewropej.

Fuq livell operattiv, il-progress jista’ jiġi mkejjel b’relazzjoni ma’ għanijiet operattivi li jikkorrispondu għall-għanijiet speċifiċi i. sa iv. identifikati għall-istrument futur ta’ qabel l-adeżjoni. L-għanijiet operattivi jinkludu:

(a) li jittejbu l-perċezzjonijiet tad-demokrazija u s-sistema tal-ġustizzja u fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u n-nondiskriminazzjoni; it-tnaqqis tan-numru tal-każijiet pendenti tal-qorti u tan-numru ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali; iż-żieda fil-kapaċitajiet għall-infurzar tal-liġi u l-kapaċità amministrattiva b’mod ġenerali, tnaqqis fil-fatturat tal-persunal.

(b) li jiġu żviluppati strateġiji ta’ żvilupp soċjali u ekonomiċi sodi u effettivi; li jittejbu l-ħiliet u l-livelli ta’ kwalifika u jissaħħu s-servizzi tas-suq tax-xogħol; li jiġi appoġġjat l-investiment pubbliku; jiġu stabbiliti strutturi ta’ ġestjoni għal fondi ta’ żvilupp strutturali, ta’ koeżjoni u rurali tal-UE mal-adeżjoni, il-kisba ta’ akkreditazzjoni u konferiment tal-ġestjoni;

(c) li jittejjeb il-qafas leġiżlattiv; il-leġiżlazzjoni tiġi allinjata mal-acquis, jinħolqu u jissaħħu l-istituzzjonijiet u l-istrutturi ta’ infurzar; tingħaqad u tiġi approfondita l-parteċipazzjoni għall-programmi tal-UE.

(d) li tiġi inkoraġġuta kooperazzjoni aktar profonda.

L-għanijiet operattivi jeħtieġ li jiġu addattati għas-sitwazzjoni f’kull benefiċjarju u għandhom ikunu stabbiliti fid-dokumenti ta’ programmar ibbażati fuq l-isfidi identifikati.

L-evalwazzjoni ex ante enfasizzat ukoll il-ħtieġa li tiġi pprovduta gwida dettaljata u li jinbnew kapaċitajiet fil-pajjiżi benefiċjarji sabiex tinġabar sistematikament l-informazzjoni meħtieġa li se tkun meħtieġa sabiex jiġi evalwat il-progress fil-livell operattiv. It-tkabbir preċedenti wassal għal żieda fil-prijorità mogħtija lill-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-livell tal-programm u tfassil ta’ politika ‘ibbażat fuq l-evidenza’ fi Stati Membri ġodda. Ċaqliq lejn allokazzjonijiet tar-riżorsi bbażati fuq prestazzjoni u l-kisba tal-kundizzjonijiet kif ukoll tal-ħtiġijiet għandhom jinkoraġġixxu wkoll tendenza simili fost il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali.

Fir-rigward tal-integrazzjoni fil-klima, sistema ta’ rintraċċar se titqiegħed fis-seħħ sabiex jiġi identifikat fejn il-programmi jippromwovu l-azzjoni klimatika jew l-effiċjenza fl-enerġija sabiex l-UE tkun tista’ tistabbilixxi b’mod ċar kemm mill-infiq tagħha huwa relatat ma’ kwistjonijiet bħal dawn. Punti ta’ riferiment u regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar ċari se jiġu stabbiliti. Ir-rintraċċar tan-nefqa relatata mal-klima se jitwettaq fuq il-bażi tal-metodoloġija stabbilita tal-OECD (‘markaturi Rio’). B’mod konformi mal-impenn usa’ tal-Kummissjoni għall-integrazzjoni, il-markatur tal-OECD DAC se jiġi applikat ukoll għar-rintraċċar tal-progress fuq l-integrazzjoni tal-bijodiversità u d-deżertifikazzjoni.

Il-monitoraġġ u l-evalwazzjonijiet futuri se jkollhom iqisu li r-riżultati u l-impatti jvarjaw bejn il-pajjiżi benefiċjarji, minħabba d-differenzi tagħhom u l-ħtiġijiet u l-pożizzjonijiet differenti fit-‘triq għall-adeżjoni’. Peress li l-istrument se jkompli jopera flimkien mal-proċess ta’ negozjati politiċi u interventi oħra li jolqtu l-adeżjoni, se jkun diffiċli li jiġi identifikat il-progress li jirriżulta esklussivament mill-istrument, ħlief fil-livell ta’ attivitajiet speċifiċi. Ħafna mir-‘riżultati' tal-programm futur - bħall-programm sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrument jistgħu jinkisbu permezz tal-istatus mogħti lill-benefiċjarju daqs kemm permezz tar-riżultati tal-intervenzjonijiet finanzjarji tal-UE.

1.5. Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

Rekwiżit(i) li għandhom jintlaħqu fi żmien qasir jew twil Il-benefiċjarji tal-assistenza huma l-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali għal sħubija fl-UE fil-Balkani tal-Punent, l-Islanda u t-Turkija.

Fl-1999, il-KE stabbilit viżjoni għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent, li timxi mill-Approċċ Reġjonali preċedenti tagħha għal għodda ġdida, il-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (SAP). Barra milli jimmira għall-istabbiltà politika u ekonomika u l-kooperazzjoni reġjonali, l-SAP gradwalment inkorpora strumenti ta’ tkabbir biex iġib lill-pajjiżi tar-reġjun aktar qrib il-valuri u l-istandards tal-UE.

Il-Kunsill Ewropew ta’ Feira f’Ġunju 2000 rrikonoxxa li l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent li jipparteċipaw fl-SAP kienu ‘kandidati potenzjali’ għas-sħubija fl-UE. Il-perspettiva Ewropea ta’ dawn il-pajjiżi ġiet ikkonfermata mill-Kunsill Ewropew ta’ Thessaloniki f’Ġunju 2003, li approva l-“Aġenda ta’ Thessaloniki għall-Balkani tal-Punent”. Din l-aġenda għadha l-bażi li fuqha hija mibnija l-politika tal-UE fir-rigward tar-reġjun. Fil-laqgħa ministerjali bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent li saret f’Sarajevo fit-2 ta’ Ġunju 2010, l-UE tenniet l-impenn tagħha lejn il-perspettiva Ewropea tal-Balkani tal-Punent u enfasizzat li l-futur ta’ dawn il-pajjiżi jinsab fl-UE.

Minn dawk il-pajjiżi li inizjalment kienu jaqgħu taħt l-SAP, il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u riċentement il-Montenegro kisbu status ta’ kandidat, filwaqt li l-Albanija, il-Bosnija u Ħerzegovina, il-Kosovo[28] u s-Serbja huma kandidati potenzjali. Pajjiżi oħra li ngħataw perspettiva ta’ adeżjoni fl-UE jinkludu t-Turkija, li kienet applikat diġà fl-1987 u li ngħatat l-istatus ta’ applikant fl-1999; u l-Islanda, li applikat fl-2009 u ngħatat status ta’ kandidat fl-2010.

It-tliet rekwiżiti ewlenin għall-adeżjoni huma stabbiliti fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew f’Kopenħagen fl-1993 (l-hekk imsejħa “kriterji ta’ Kopenħagen”). Dawn huma:

(i) L-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi;

(ii) L-eżistenza ta’ suq ekonomiku attiv, kif ukoll il-kapaċità li wieħed ikun jiflaħ għall-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-Unjoni; u

(iii) Il-ħila li wieħed jassumi l-obbligi tas-sħubija inkluża l-aderenza għall-għanijiet tal-unjoni politika, ekonomika u monetarja.

Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew ta’ Madrid f’Diċembru 1995 irrefera għall-ħtieġa “li jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-integrazzjoni gradwali u armonjuża tal-pajjiżi [applikanti], b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta’ ekonomija tas-suq, l-aġġustament tal-istrutturi amministrattivi tagħhom u l-ħolqien ta’ ambjent ekonomiku u monetarju stabbli ”.

Il-membri prospettivi għandhom jissodisfaw il-kriterji ta’ Kopenħagen qabel ma jkunu jistgħu jibdew in-negozjati tas-sħubija. L-allinjament tal-benefiċjarji mal-kriterji ta’ adeżjoni jeħtieġ sforzi konsiderevoli f’termini ta’ investiment pubbliku u aċċess għal għarfien fil-fond u kompetenza. L-appoġġ tal-UE huwa mfassal biex jassisti lill-kandidati sabiex jgħinhom jilħqu dawn il-kriterji.

1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-politika tat-tkabbir hija parti mill-azzjoni esterna u tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet komuni f’termini tal-isfidi globali, ir-rispons globali u t-tmexxija globali.

It-tkabbir suċċessiv tal-UE huwa min-natura tiegħu stess kompitu komuni li jista’ jiġi segwit biss fil-livell tal-UE. L-Istati Membri li jaġixxu flimkien biss jistgħu jiddeċiedu fuq it-talbiet ta’ adeżjoni mill-kandidati l-ġodda. L-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni pprovduta permezz tal-baġit tal-UE hija mfassla biex tgħin lill-pajjiżi kandidati/kandidati potenzjali jippreparaw għal sħubija futura: l-IPA huwa mibni biex jagħti lill-pajjiżi “eżerċizzju ta’ prova” tal-obbligi tas-sħubija qabel l-adeżjoni (bħad-dħul fis-seħħ ta’ istituzzjonijiet għall-ġestjoni ta’ fondi tal-UE ta’ wara l-adeżjoni, u/jew l-adozzjoni tal-acquis u l-istandards tal-UE). L-ebda strument multilaterali jew bilaterali ieħor ma jista’ jipprovdi għodda komprensiva bħal din, u fi kwalunkwe każ l-UE biss tista’ tiddefinixxi x’tip ta’ assistenza hija meħtieġa sabiex isiru preparazzjonijiet għat-teħid tal-acquis.

L-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni hija investiment fil-futur tal-UE, li tappoġġja l-istabbiltà u l-prosperità tal-pajjiżi ġirien u tiżgura l-kapaċità effettiva tal-pajjiżi kandidati li jimplimentaw l-acquis mal-adeżjoni. L-assistenza teknika u finanzjarja tħaffef il-proċess ta’ preparazzjoni u toħloq inċentivi għat-trasformazzjoni meħtieġa tas-soċjetà, is-sistemi legali u l-ekonomija. Din l-assistenza tgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika interna tal-UE, toħloq opportunitajiet għan-negozji tal-UE u tipprovdi ritorn tanġibbli fuq l-investiment. Mingħajr l-involviment intensiv u s-sħubija aktar mill-qrib inkorporati fl-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni, l-UE ċertament ikollha tonfoq aktar biex tiġġieled kontra l-migrazzjoni illegali, tiżgura l-fruntieri esterni tagħha, tiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija kif ukoll l-importazzjonijiet ta’ ikel sikur u iġjeniku għaċ-ċittadini tagħha u biex tiġġieled kontra t-tibdil fil-klima u t-tniġġis, tindirizza effetti transkonfinali tad-diżastri u tipprovdi solidarjetà tal-UE lil pajjiżi li ftit jifilħu għad-diżastri.

Fis-snin reċenti l-Istati Membri tal-UE bdew kontinwament inaqqsu l-livell tal-assistenza bilaterali tagħhom lill-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali, hekk kif jirrikonoxxu li azzjoni kkoordinata fil-livell tal-UE hija aktar effettiva. Madwar nofs l-assistenza finanzjarja globali tal-UE lill-pajjiżi tat-tkabbir fl-2009 ġiet mill-baġit tal-UE. Fil-parti l-kbira l-organizzazzjonijiet donaturi multilaterali neħħew l-appoġġ tagħhom u dawk li fadal issa ġabu l-programmi tagħhom f’konformità mal-prijoritajiet tal-UE. Għandu jiġi osservat li, minħabba l-għanijiet speċifiċi għall-iżvilupp u l-impatt tagħha, l-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni hija meqjusa wkoll bħala għajnuna għall-iżvilupp uffiċjali tal-UE (ODA).

1.5.3. Tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat

Meta-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-IPA, li tlestiet fi Frar 2011 u li ffokat prinċipalment fuq il-qafas strateġiku tal-IPA (MIPDs) u l-ipprogrammar (prinċipalment il-komponent tal-assistenza teknika u tal-bini tal-istituzzjonijiet), evalwat il-loġika tal-intervent u l-prestazzjoni (attwali jew mistennija) tal-assistenza, b’mod partikolari rigward ir-rilevanza, l-effiċjenza, l-effikaċja, l-impatt u s-sostenibbiltà tagħha.

Fir-rigward tal-loġika ta’ intervent (jiġifieri kif tiġi ppjanata u pprogrammata l-assistenza), l-evalwazzjoni kkonkludiet li l-MIPDs huma dokumenti ewlenin ta’ programmar li jipprovdu direzzjoni u fokus essenzjali fuq il-proċess tal-ipprogrammar u huma ċertament aħjar mid-dokumenti ekwivalenti ta’ programmar għall-programmi tal-passat ta’ assitenza ta’ qabel l-adeżjoni. L-evalwazzjoni sabet ukoll li l-kwalità tal-għanijiet u l-indikaturi fl-MIPDs u d-dokumenti ta’ programmazzjoni kienu tjiebu biż-żmien. Madankollu, titjib ulterjuri kien rakkomandat.

L-evalwazzjoni sabet li l-IPA pproduċa riżultati tajbin u sinifikanti. L-effikaċja nstabet li kienet aktar qawwija f’oqsma relatati mal-acquis, filwaqt li xi oqsma orizzontali, bħar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, instabu li offrew sfida partikolari. Il-ħtiġijiet finanzjarji tal-pajjiżi benefiċjarji, b’mod partikolari fl-infrastruttura, jaqbżu b’mod ċar il-finanzjament disponibbli tal-IPA (u ta’ donaturi oħrajn). Għalhekk, sfida ewlenija għall-futur kienet li l-fondi tal-IPA jintużaw b’mod effiċjenti u li jkompli jkun hemm rwol ta’ ingranaġġ għal sorsi oħra ta’ finanzjament. Irriżulta wkoll li l-proġetti kienu ġeneralment immirati sew fuq ir-rekwiżiti tal-adeżjoni fl-UE, iżda l-iffokar tal-assistenza għall-bini tal-istituzzjonijiet fuq numru aktar limitat ta’ setturi prijoritarji jista’ jkompli jtejjeb l-effikaċja u l-impatt. L-evalwazzjoni sabet li l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni tad-donaturi u l-armonizzazzjoni tal-assistenza kienu stabbiliti tajjeb u li fattur determinanti fit-termini tal-kisba tal-impatt u s-sostenibbiltà kien is-sjieda tal-pajjiżi benefiċjarji tal-aġenda ta’ riforma u l-kapaċità tal-amministrazzjoni tagħhom, li jeħtieġ li jissaħħu.

L-evalwazzjoni kkonkludiet li l-adozzjoni ta’ Approċċ multiannwali/Ibbażat fuq is-Settur (SBA)[29] għall-ippjanar u l-ipprogrammar għandha tiffaċilita l-prijoritizzazzjoni u s-sekwenzar tal-assistenza, il-koordinazzjoni tad-donaturi u t-tisħiħ tas-sjieda tal-pajjiżi benefiċjarji.

Evalwazzjoni interim tal-ewwel tmien programmi ta’ Kooperazzjoni Transkonfinali tal-IPA f’żewġ fażijiet fil-konfini intra-Balkani tal-Punent tlestiet f’Mejju 2011. L-evalwazzjoni kkonkludiet li l-partijiet interessati jqisu r-relazzjonijiet imtejba bejn il-ġirien bħala konsegwenza tal-programm u jikkunsidrawhom bħala fundamentali għall-kooperazzjoni futura, u li l-kundizzjonijiet kienu maturi għal kooperazzjoni akbar. L-evalwazzjoni rrakkomandat li l-analiżi soċjo-ekonomika għandha tkun imsaħħa b’bażi ta’ statistika aktar aġġornata, b’spjegazzjoni aħjar tal-kriterji użati kif ukoll b’allinjament aħjar mal-oqsma tal-istatistika. Din irrakkommandat ukoll li jkun hemm simplifikazzjoni tal-pakkett tal-applikazzjoni u l-proċedura ta’ evalwazzjoni.

Evalwazzjonijiet ex ante tal-programmi operattivi għall-iżvilupp reġjonali, tar-riżorsi umani u rurali twettqu biex jiġi appoġġjat u simplifikat il-proċess ta’ programmar. Rakkomandazzjonijiet għat-tisħiħ tal-analiżi li jiffurmaw il-bażi tal-orjentazzjoni tal-programmi kif ukoll itejbu aktar il-produzzjoni, ir-riżultati u l-indikaturi tal-impatt kienu komuni għall-programmi kollha. L-evalwazzjonijiet interim għadhom għaddejjin.

Evalwazzjoni ex ante tal-istrumenti finanzjarji ta’ qabel l-adeżjoni ta’ wara l-2013 ikkonkludiet li hemm raġunament b’saħħtu għat-tkomplija tal-assistenza finanzjarja fil-livell Komunitarju b’appoġġ għall-proċess tat-tkabbir. Il-ħtieġa li tiġi żgurata kontinwità mal-istrument attwali ħarġet b’mod ċar, peress li l-istrutturi u s-sistemi meħtieġa għall-ġestjoni tal-assistenza tal-UE diġà qed jiġu stabbiliti. Madankollu, fid-dawl tad-differenzi fost il-pajjiżi benefiċjarji (f’termini soċjo-ekonomiċi, rigward l-iżvilupp tal-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni pubblika tagħhom u l-perspettiva ta’ adeżjoni tagħhom), il-konsultazzjoni rrakkomandat li jkun hemm approċċ imfassal b’mod iżjed speċifiku, regoli ssimplifikati ta’ implimentazzjoni, aktar flessibilità u orjentazzjoni strateġika msaħħa fl-allokazzjoni tal-assistenza, u użu aktar sistematiku tal-programmazzjoni multiannwali.

1.5.4. Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħra

Il-proposta żżomm strument apposta u integrat għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni bħala l-pilastru finanzjarju tal-Istrateġija għat-Tkabbir li jħaddan id-dimensjonijiet kollha tal-politika interna u l-kwistjonijiet tematiċi. Dan għaliex il-politika tat-Tkabbir primarjament tinvolvi l-għajnuna lill-imsieħba biex gradwalment jieħdu l-acquis u r-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali jkopru prattikament il-kwistjonijiet tematiċi kollha (il-prosperità, is-sigurtà, il-kummerċ, id-drittijiet tal-bniedem, eċċ). Għall-finijiet ta’ koerenza, effiċjenza, effikaċja u impatt, il-politika interna u l-kwistjonijiet tematiċi għandhom għalhekk jiġu integrati fl-istrateġiji koerenti tal-pajjiżi u miksuba permezz ta’ programmi ta’ pajjiż, diversi benefiċjarji jew transkonfinali miftiehma mal-pajjiżi benefiċjarji. F’konformità mal-aġenda tal-Politika tal-UE dwar il-Koerenza għall-Iżvilupp, il-fatt li l-IPA jkopri l-politika interna jippermetti li jitqiesu aħjar l-impatti esterni tal-politika interna fuq il-pajjiżi ta’ qabel l-adeżjoni, fejn ikunu kkonċernati għanijiet ta’ żvilupp tal-UE. Dan huwa importanti b’mod partikolari f’oqsma bħall-kummerċ, it-tibdil fil-klima, il-migrazzjoni jew l-enerġija.

Madankollu, fejn in-natura tal-mandati tal-azzjoni (jiġifieri firxa teknika, globali, għall-kuntrarju ta’ fokus primarjament ta’ adeżjoni), fejn il-valuri fundamentali Ewropej (bħar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem) ma jiġux osservati mill-pajjiż benefiċjarju, jew fejn strument tal-politika interna għandu dimensjoni esterna partikolarment importanti, strumenti oħra jistgħu jintervjenu fir-reġjun tat-tkabbir (eż. Strument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem, l-Istrument għall-Kooperazzjoni fis-Sigurtà Nukleari, l-Istrument għall-Istabilità u l-Għajnuna Makro-finanzjarja, il-Faċilità li Tikkollega l-Ewropa, …).

1.6. It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

x Proposta/inizjattiva b’tul ta’ żmien limitat

x      Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2014

x      Impatt finanzjarju mill-01/01/2014 sal-31/12/2020

¨ Proposta/inizjattiva b’tul ta’ żmien mhux limitat

– Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu minn SSSS sa SSSS,

– segwita bi skala sħiħa ta’ operat.

1.7. Il-mod(i) tal-ġestjoni pprospettat(i) [30]

ý Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

ý Ġestjoni ċentralizzata indiretta bid-delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

– ý         aġenziji eżekuttivi

– ¨         entitajiet stabbiliti mill-Komunitajiet[31]

– ý         korpi mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

– ¨         persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

ý Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri: programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali bejn l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi benefiċjarji tal-IPA jiġu implimentati mill-awtoritajiet ta' ġestjoni mill-Istati Membri tal-UE taħt ġestjoni konġunta.

ý Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

ý Ġestjoni konġunta ma’organizzazzjonijiet internazzjonali: il-ġestjoni konġunta essenzjalment se tinvolvi istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bħall-BEI, BERŻ, il-Bank Dinji, CoEDB) kif ukoll aġenziji speċjalizzati tan-NU skont il-każ.

Jekk aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni jkun indikat, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

L-għan aħħari tar-regolament huwa li l-assistenza tiġi amministrata taħt ir-responsabbiltà sħiħa tal-pajjiżi benefiċjarji, taħt ġestjoni deċentralizzata. Madankollu, dan il-għan se jiġi implimentat progressivament, hekk kif tevolvi l-kapaċità amministrattiva tal-pajjiżi benefiċjarji, u jintlaħqu l-kundizzjonijiet għall-għoti tas-setgħat ta’ ġestjoni. Matul il-fażijiet inizjali, il-Kummissjoni se żżomm il-kontroll tal-ġestjoni, u/jew tinkariga lill-korpi speċjalizzati bl-implimentazzjoni taħt il-ġestjoni indiretta jew konġunta skont il-każ. Il-ġestjoni ċentralizzata se tkun il-metodu primarju għall-programmi ta’ ħafna pajjiżi.

Il-ġestjoni konġunta se tintuża wkoll għal azzjonijiet ma’ istituzzjonijiet internazzjonali u finanzjarji Ewropej, bil-ħsieb li jinfluwenzaw il-finanzjament addizzjonali, essenzjalment għall-investiment fl-infrastruttura soċjali u ekonomika meħtieġa.

Fl-aħħar nett, il-ġestjoni komuni se tibqa’ tintuża għall-għanijiet ta’ kooperazzjoni territorjali li jkunu jinvolvu l-Istati Membri tal-UE.

2. MIŻURI TAL-ĠESTJONI 2.1. Arranġament ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-arranġamenti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni se jissaħħu meta mqabbla mas-sitwazzjoni attwali, b’fokus imtejjeb fuq ir-riżultati. Dawn se jipprovdu d-definizzjoni ta’ għanijiet speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jintlaħqu kif ukoll l-indikaturi xierqa.

Is-sistemi ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea huma diġà dejjem aktar iffokati fuq ir-riżultati. Dawn jinvolvu l-persunal intern kif ukoll kompetenza esterna. Il-maniġers tal-kompitu fid-Delegazzjonijiet u l-Kwartieri Ġenerali tal-UE jissorveljaw kontinwament l-implimentazzjoni tal-proġetti u l-programmi b’modi differenti, inkluż kull meta jkun possibbli permezz ta’ żjarat fuq il-post. Il-monitoraġġ jipprovdi informazzjoni importanti dwar il-progress, jgħin lill-maniġers biex jidentifikaw diffikultajiet attwali u potenzjali u biex jieħdu azzjoni korrettiva fil-ħin meta jkun xieraq.

Barra minn hekk, l-esperti esterni u indipendenti huma kkuntrattati biex jevalwaw il-prestazzjoni tal-azzjonijiet esterni tal-UE permezz ta’ diversi sistemi kumplimentari. Dawn l-evalwazzjonijiet jikkontribwixxu għar-responsabbiltà u għat-titjib tal-interventi li jkunu għaddejjin; barra minn hekk huma jitgħallmu wkoll mill-esperjenza tal-passat biex jinformaw lill-politiki u l-azzjonijiet futuri. L-għodod użati huma konformi mal-kriterji ta’ evalwazzjoni rikonoxxuti internazzjonalment OECD-DAC, inkluż l-impatt (potenzjali).

Il-Kummissjoni tappoġġja wkoll lill-pajjiżi benefiċjarji fil-bini tal-kapaċità propja li tippermettilhom jissorveljaw u jevalwaw l-infiq. Taħt l-istrument il-ġdid, ir-responsabbiltà dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni se tkompli tiġi delegata lill-pajjiżi benefiċjarji. B’mod partikolari, fejn il-Kummissjoni tamministra l-għajnuna f’isem il-benefiċjarju, il-Kummissjoni se żżomm ir-responsabbiltà primarja għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. Min-naħa l-oħra, meta l-pajjiżi benefiċjarji jamministraw l-assistenza taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess (ġestjoni deċentralizzata) il-Kummissjoni se jkollha rwol ewlieni superviżorju (barra mill-evalwazzjonijiet ex ante u ex post), filwaqt li r-responsabbiltà primarja se tkun tal-benefiċjarju.

Rapporti ta’ monitoraġġ tal-livell tal-proġetti dwar il-progress skont il-pjanijiet, b’mod partikolari rigward: (i) Għotjiet kontraenti/ta’ għoti u (ii) twassil ta’ riżultati. Il-maniġers tal-kompitu huma appoġġjati wkoll mis-sistema tas-Sorveljanza Orjentata lejn ir-Riżultati (SOR) li tipprovdi stampa ffokata tal-kwalità tal-kampjun ta’ interventi. Permezz ta’ metodoloġija ferm strutturata u standardizzata, l-esperti indipendenti tas-SOR jattribwixxu gradi li jenfasizzaw is-saħħiet u n-nuqqasijiet tal-proġett u jagħtu rakkomandazzjonijiet dwar kif tittejjeb l-effikaċja.

Minbarra l-monitoraġġ, jistgħu jitwettqu evalwazzjonijiet tal-livell tal-proġetti taħt il-ġestjoni tad-Delegazzjoni tal-UE jew is-servizzi operattivi responsabbli mill-proġett. L-evalwazzjonijiet tal-livell tal-proġetti huma maħsuba biex jikkumplimentaw is-sistemi ta’ monitoraġġ eżistenti u għandhom jipprovdu analiżi aktar dettaljata u fil-fond. Barra minn hekk, dawn għandhom jgħinu lill-maniġers tal-proġetti sabiex itejbu l-interventi li għaddejjin jew jikkonfermaw ir-riżultati u s-sostenibbiltà tagħhom.

Fuq livell settorjali u tal-programmi, il-kumitati ta’ monitoraġġ ikkopreseduti mill-pajjiżi benefiċjarji u l-Kummissjoni jipprovdu l-istruttura biex jiġi evalwat il-progress skont il-pjanijiet. Dawn il-kumitati huma appoġġjati mis-sejbiet kemm tar-rapporti kif ukoll tal-evalwazzjonijiet ta’ monitoraġġ. Taħt l-istrument il-ġdid, ir-rwol tal-kumitati ta’ monitoraġġ se jissaħħaħ kemm għall-pajjiżi kandidati kif ukoll għall-kandidati potenzjali, sabiex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-assistenza finanzjarja tiddaħħal sew fid-djalogu tal-politika u li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitati jiġu osservati u segwiti b’mod aktar sistematiku.

Evalwazzjonijiet fuq livell ogħla mill-proġett (settorjali, tal-programm, strateġiċi, tematiċi, eċċ) huma ġestiti prinċipalment mis-servizzi tal-Kummissjoni. Xi evalwazzjonijiet, b’mod partikolari l-evalwazzjonijiet interim maħsuba biex jappoġġaw il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, huma ddelegati progressivament lill-pajjiżi benefiċjarji għall-finijiet ta’ sjieda u bini tal-kapaċitajiet.

Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet jew tas-sejbiet fil-qosor huma kkomunikati regolarment lill-Kumitat tal-IPA, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bħala parti mir-Rapport Annwali tal-IPA, u huma ppubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni.

2.2. Sistema tal-ġestjoni u tal-kontroll 2.2.1. Riskju/Riskji identifikat(i)

L-ambjent operattiv tal-IPA huwa kkaratterizzat mir-riskji li ġejjin għall-kisba tal-għanijiet tal-istrument:

– l-IPA huwa primarjament maħsub biex jaħdem b’mod ta’ ġestjoni deċentralizzata, bħala parti integrali mill-preparazzjonijiet għas-sħubija fl-UE. Dan jimplika riskju inerenti ogħla, peress li l-maniġer aħħari (il-Kummissjoni) m’għandu l-ebda awtorità diretta fuq l-istruttura ta’ implimentazzjoni tal-amministratur deċentralizzat;

– tibdil regolari fl-ambjent ta’ implimentazzjoni li huma inerenti fil-proċessi ta’ adeżjoni, pereżempju minn ġestjoni ċentralizzata għal waħda deċentralizzata, imbagħad rinunzja ta’ kontrolli ex ante, iqiegħdu talbiet għolja fuq il-koordinazzjoni organizzattiva, kif ukoll fuq l-adattabbiltà, it-taħriġ, u l-ġudizzju tal-persunal, peress li dawn min-naħa tagħhom jeħtieġu bidliet regolari fil-kontroll intern u s-sistema organizzattiva fuq in-naħa tal-Kummissjoni;

– diversità tal-benefiċjarji potenzjali bl-istrutturi u l-kapaċitajiet interni differenti ta’ kontroll tagħhom tista’ tifframmenta u għalhekk tnaqqas ir-riżorsi disponibbli tal-Kummissjoni għall-appoġġ u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni;

– nuqqasijiet tal-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva fil-pajjiżi benefiċjarji jistgħu jwasslu għal proċessi mtawwla ta’ deċentralizzazzjoni li jinvolvu l-użu f’waqtu tal-fondi impenjati u / jew diffikultajiet u dewmien fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-interventi individwali;

– kwalità u kwantità dgħajfa tad-data disponibbli dwar l-eżiti u l-impatt tal-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni fil-pajjiżi benefiċjarji jistgħu jfixklu l-ħila tal-Kummissjoni li tirrapporta u tkun responsabbli għar-riżultati;

– diffikultajiet ekonomiċi/politiċi jistgħu jwasslu għal diffikultajiet u dewmien fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ interventi, b’mod partikolari f’pajjiżi benefiċjarji fejn l-istituzzjonijiet għadhom fil-bidu u fraġli;

– kwistjonijiet kostituzzjonali, istituzzjonali, u transkonfinali mhux riżolti fi ħdan u bejn il-pajjiżi benefiċjarji jistgħu jimblukkaw l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ assistenza ewlenin u jwasslu għat-telf ta’ fondi sinifikanti;

– nuqqas ta’ krediti amministrattivi jista’ jwassal għal riżorsi insuffiċjenti għall-immaniġġjar tajjeb tal-istrument.

2.2.2. Metodu/Metodi ta’ kontroll maħsuba

Il-proċess tal-kontroll intern/ġestjoni tad-DĠs involuti fl-IPA huwa mfassal sabiex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli rigward il-kisba tal-għanijiet fl-effikaċja, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet tiegħu, l-affidabilità tar-rappurtar finanzjarju u l-konformità tiegħu mal-qafas leġiżlattiv rilevanti u proċedurali.

Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja, l-effiċjenza, u l-ekonomija tal-operazzjonijiet tiegħu (u biex jitnaqqas il-livell għoli ta’ riskju fl-ambjent qabel l-adeżjoni tiegħu), flimkien mal-elementi kollha tal-proċess tal-Politika u Ppjanar Strateġiku madwar il-Kummissjoni, l-ambjent tal-verifika interna u rekwiżiti oħrajn tal-Istandards tal-Kontroll Intern tal-Kummissjoni, DĠ ELARG (DĠ oħrajn tal-IPA jużaw arranġamenti ta’ kontroll simili jew kemxejn modifikati li huma ottimizzati għat-tranżizzjoni fil-qafas ta’ kontroll għall-fondi strutturali u agrikoli tal-UE) ser jibqa’ jkollu qafas ta’ ġestjoni tal-assistenza finanzjarja mfassal apposta f’operazzjoni taħt l-istrumenti tiegħu, li huwa miġbur f’dokument ta’ Strateġija tal-Kontroll Intern li jiġi aġġornat regolarment. Dan se jinkludi:

– Ġestjoni deċentralizzata mill-aġenziji nazzjonali ta’ implimentazzjoni li abbażi tagħha l-Kummissjoni tagħti setgħat ta’ ġestjoni wara proċess bir-reqqa ta’ twaqqif ta’ standards stretti ta’ ġestjoni u evalwazzjoni tagħhom permezz ta’ verifiki komprensiva tas-sistemi, fost affarijiet oħra.

– Kontrolli ex ante mid-delegazzjonijiet tal-UE fil-qasam, fuq il-fajls ta’ assistenza kollha li huma approvati mis-sistemi nazzjonali ta’ implimentazzjoni sakemm dawn is-sistemi jiġu evalwati bħala lesti u maturi sabiex dawn il-kontrolli ex ante jkunu jistgħu jitneħħew b’mod sikur. Din l-evalwazzjoni tar-rekord tas-sistemi nazzjonali tinvolvi, fost affarijiet oħra, ix-xejriet tar-rata tar-rifjut tal-fajls.

– Linji ċari ta’ responsabbiltà finanzjarja u tar-riżultati mis-sistemi nazzjonali ta’ implimentazzjoni lill-Uffiċjal (Direttur) Awtorizzanti tal-Kummissjoni sottodelegat mill-AOD, inkluż ir-rappurtar tal-irregolaritajiet, dikjarazzjoni annwali ta’ assigurazzjoni mill-uffiċjali nazzjonali awtorizzanti u l-opinjonijiet ta’ verifika mill-awtoritajiet nazzjonali u ta’ verifika;

– Programm ta’ verifiki tas-sotto-sistemi mwettqa mill-awdituri tal-Kummissjoni biex jiċċekkjaw konformità kontinwa mal-istandards ta’ ġestjoni wara l-konferiment tal-ġestjoni;

– Approvazzjoni definita tal-proċeduri tal-kontabbiltà inklużi verifiki addizzjonali u politika strutturata għall-korrezzjoni finanzjarja ta’ żbalji fit-transazzjonijiet u sistemiċi li jinstabu mill-awdituri nazzjonali u tal-Kummissjoni;

– Ġestjoni devoluta tal-massa tal-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni mid-delegazzjonijiet tal-UE fil-qasam sakemm is-setgħat tal-ġestjoni jkunu jistgħu jingħataw lill-aġenziji nazzjonali ta’ implimentazzjoni.

– Linji ċari ta’ responsabilità finanzjarja għall-ġestjoni devoluta lid-delegazzjonijiet tal-UE permezz ta’ sotto-delegazzjoni mill-Uffiċjal (Direttur) Awtorizzanti Sottodelegat fil-Kwartieri Ġenerali lill-Kap tad-Delegazzjoni;

– It-twaqqif u l-aġġornament annwali ta’ strateġiji ta’ assigurazzjoni mid-Delegazzjonijiet tal-UE lill-uffiċjali (Diretturi) tas-sottodelegazzjoni tagħhom inklużi pjanijiet dettaljati u bir-riskju evalwat ta’ kontroll u verifika;

– Rappurtar regolari mid-Delegazzjonijiet tal-UE lill-Kwartieri Ġenerali (AOSD / Rapporti ta’ Ġestjoni) dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-assistenza u assigurazzjoni, inkluża Dikjarazzjoni annwali ta’ Assigurazzjoni mill-AOSDs sottodelegati / il-Kapijiet tad-Delegazzjoni;

– Verifiki interni regolari ta’ delegazzjonijiet, iż-żewġ delegazzjonijiet jissorveljaw l-implimentazzjoni deċentralizzata u delegazzjonijiet devoluti;

– Kontrolli ex post tal-programmi ffinalizzati sabiex jiġi aċċertat li l-livelli kollha tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll jissodisfaw l-istandards meħtieġa;

– Provvista ta’ programm sostanzjali ta’ taħriġ għall-persunal kemm fil-kwartieri ġenerali kif ukoll fid-delegazzjonijiet,

– Appoġġ sinifikanti tal-Kwartieri Ġenerali/Delegazzjoni u gwida (inkluż permezz tal-internet);

– Metodoloġija tal-ġestjoni taċ-ċiklu ta’ proġett u programm inkluż:

– Għodod ta’ appoġġ tal-kwalità għad-disinn tal-intervent, il-metodu ta’ kif jingħata, mekkaniżmu ta’ finanzjament, sistema ta’ ġestjoni, evalwazzjoni u għażla ta’ kwalunkwe msieħba ta’ implimentazzjoni eċċ.

– Ġestjoni tal-programm u tal-proġett, għodod ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar għall-implimentazzjoni effettiva inkluż monitoraġġ estern regolari fuq il-post tal-proġetti.

– Komponenti sinifikanti ta’ evalwazzjoni u verifika.

Id-DĠ ELARG se jkompli jsegwi l-ogħla standards ta’ kontabbiltà u rappurtar finanzjarju sabiex jiġi żgurat opinjoni kontinwa mhux kwalifikata mill-awdituri esterni tiegħu (il-Qorti Ewropea tal-Awdituri) bl-użu tad-dovuti tal-Kummissjoni bbażati fuq sistema ta’ kontabbiltà (ABAC) kif ukoll għodod speċifiċi ta’ għajnuna esterna bħas-Sistema Komuni ta’ Informazzjoni RELEX (CRIS).

B’rabta mal-konformità mal-qafas leġiżlattiv u proċedurali rilevanti, metodi ta’ kontroll huma stabbiliti fit-taqsima 1.3 (miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u irregolaritajiet)

2.2.3. Spejjeż u Benefiċċji ta’ Kontrolli Previsti 2.2.3.1. Spejjeż tal-Kontroll

Is-sistema ta’ kontroll proposta għall-istrument il-ġdid tal-IPA mhijiex differenti wisq minn dik li tapplika taħt l-istrument attwali. L-istruttura tal-ispejjeż tagħha għalhekk se tkun simili. Madankollu, it-tfassil mill-ġdid tal-istrument huwa mistenni li jnaqqas sa ċertu punt il-probabbiltà ta’ żbalji ta’ konformità. Aspetti bħall-ipprogrammar aktar flessibbli li jippermetti għażla ta’ proġetti ottimizzata u l-użu usa’ ta’ strumenti innovattivi ta’ finanzjament (eż. ingranaġġ ta’ IFIs u donaturi oħra) għandhom jikkontribwixxu għal dan.

L-ispejjeż mistennija tal-kontrolli preżentati hawn taħt huma bbażati fuq prezzijiet attwali u bbażati fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:

– Il-livelli kurrenti tal-persunal fid-DĠ tal-IPA stabbli matul il-perjodu

– In-nefqa medja tal-impjegat ċivili = € 127,000 (irduppjat għal assenjazzjonijiet tad-Delegazzjoni tal-UE)

– In-nefqa medja ta’ aġent kuntrattwali = € 64,000

Spejjeż imġarrba mis-sistemi nazzjonali fil-pajjiżi li jimplimentaw l-IPA taħt ġestjoni deċentralizzata mhumiex inklużi. Għandu jiġi osservat li sehem sinifikanti tal-ispejjeż ta’ investiment u taħriġ imġarrba sabiex jiġu stabbiliti sistemi bħal dawn huwa ffinanzjat min-nefqa operattiva tal-IPA.

Spejjeż ġenerali tal-ġestjoni u l-kontroll tal-IPA fis-sena (Persunal: allokati għall-ġestjoni tal-Programm jew Baġitarja u kontra l-frodi) Spejjeż fissi (fil-livelli attwali u ppjanati ta’ nefqa operattiva) Uffiċjali fil-Kwartieri Ġenerali tad-DĠ ELARG Aġenti kuntrattwali fil-Kwartieri Ġenerali tad-DĠ ELARG Uffiċjali fid-Delegazzjonijiet tal-UE Aġenti Kuntrattwali fid-Delegazzjonijiet tal-UE Spejjeż ta’ Aġenti Lokali, spejjeż lokali għal Aġenti Kuntrattwali, u spejjeż oħra għat-tmexxija tad-Delegazzjonijiet Uffiċjali u Aġenti Kuntrattwali f’Direttorati Ġenerali oħra tal-IPA Persunal estern minn Direttorati Ġenerali oħra tal-IPA fid-Delegazzjonijiet tal-UE Spejjeż varjabbli (stima tal-ispiża annwali ġenerali attwali) Spejjeż kuntrattati tal-verifika u kontroll ex post Spejjeż kuntrattati ta’ evalwazzjoni Spejjeż kuntrattati ta’ monitoraġġ (SOR) Ċertifikati ta’ verifika (kkuntrattati mill-benefiċjarji) Kontrolli fuq il-post u kontrolli oħra addizzjonali kkuntrattati li huma parti mill-kontrolli taċ-ċirkwit finanzjarju    Spejjeż totali ta’ kontroll (tal-IPA) fis-sena || M€ 11.2 7.3 9.4 6.5 28.5 2.0 6.0 1.0 3.0 2.0 2.0 0.8 79.7

L-ispejjeż ippreżentati fit-tabella huma spejjeż ta’ ġestjoni u kontroll, u jammontaw għal madwar € 80 miljun, jew madwar 4 % tan-nefqa annwali ppjanata għall-2014-2020. Dawn jinkludu l-istruttura amministrattiva kollha għall-istrument, mill-ippjanar għall-ipprogrammar u għall-implimentazzjoni. Permezz ta’ definizzjoni aktar stretta tal-kontroll li tkun tinkludi biss l-ispiża tal-kontrolli li joħolqu impatt dirett fuq ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet, l-ispejjeż totali jitnaqqsu b’madwar € 30 miljun, jiġifieri, jammontaw għal madwar €50 miljun (madwar 2.5 % tan-nefqa annwali ppjanata għall-2014-2020).

L-aħħar ħames ringieli huma spejjeż varjabbli. Il-valur annwali tagħhom se jiddependi fuq l-intensità tal-kontrolli deċiżi mill-AOSDs fl-istrateġiji ta’ assigurazzjoni tagħhom. Dik l-intensità hija bbażata fuq valutazzjoni tar-riskju bir-reqqa tal-kuntratti pendenti kollha, b’kunsiderazzjoni tar-riżorsi baġitarji disponibbli. Il-valuri annwali indikati fit-tabella huma bbażati fuq il-prattika attwali.

Għall-ispejjeż varjabbli, japplikaw l-ispejjeż unitarji medji approssimattivi tal-azzjonijiet individwali ta’ kontroll ikkuntrattati li ġejjin:

Ċertifikati ta’ verifika:

            Spiża medja approssimattiva ta’ verifika għal kull għotja: 0.2 % tal-valur tal-kuntratt

            Spiża medja approssimattiva ta’ verifika għal kull kuntratt ta’ servizz: 0.1% tal-valur tal-kuntratt

Kontrolli Ex post:

            L-ispiża medja ta’ kontroll ex post li tkopri medja ta’ € 22 miljun ta’ tranżazzjonijiet sottostanti (€ 17 miljun iffinanzjati mill-UE): € 50,000 (= € 2,300 / € 3,000 għal kull miljun ivverifikat)

Kontrolli fuq il-post:

            Spiża kuntrattata medja għal kopertura ta’ € 175 miljun ta’ tranżazzjonijiet sottostanti: € 75,000 (€ 430 għal kull miljun iċċekkjat).

2.2.3.2. Benefiċċji ta’ Kontroll

Is-sistema ta’ kontroll użata għal programmi ta’ qabel l-IPA u programmi tal-IPA pproduċiet b’mod konsistenti rati ta’ żbalji ta’ anqas minn 2 % tan-nefqa. Sat-tmiem tal-2010, l-irkupri akkumulati mill-programmi ffinalizzati taħt ġestjoni deċentralizzata ammontaw għal € 29 miljun minn ammont totali vverifikat ta’ € 3,500 miljun (0.82%).

Metodu possibbli sabiex jiġi stmat il-benefiċċju tas-sistema ta’ kontroll fis-seħħ, fil-każ ta’ ġestjoni deċentralizzata huwa li jiġu użati l-valuri u t-tendenzi tal-indikatur tar-rata ta’ rifjut. Aktar ma jimmaturaw is-sistemi nazzjonali u jistgħu jiġu kkunsidrati għal rinunzja ta’ kontrolli ex ante fuq fajls ta’ akkwist, ir-rata ta’ fajls irrifjutati mid-Delegazzjoni tal-UE f’tali kontrolli ex ante għandha tonqos għal livell baxx ħafna.

F’pajjiż li bħalissa qed javviċina l-adeżjoni (il-Kroazja), ir-rati ta’ rifjut fl-2010 naqqu għal livelli bejn 14 % u 20 % (skont it-tip ta’ fajl). F’pajjiż li għad baqgħalu triq twila qabel ma l-kontrolli ex ante jistgħu jitqiesu (it-Turkija), ir-rati jvarjaw bejn 19 % u aktar minn 60 %.

Il-fajls jistgħu jiġu rrifjutati għal numru ta’ raġunijiet, ta’ spiss, iżda mhux dejjem, fuq kwistjonijiet ta’ legalità u regolarità. Jekk wieħed jassumi li nofs ir-rifjuti huma bbażati fuq ir-regolarità, jista’ jiġi raġonevolment dedott mill-esperjenza li l-kontroll ex ante fuq sistemi bbażati fuq l-akkwist jippermetti l-livell tal-iżbalji minn bejn 10 % u 30 % għal anqas minn 2 %. Dan ma jikkunsidrax id-differenzi li jistgħu jinqalgħu jekk fl-analiżi jintużaw il-valuri tal-fajl minflok in-numri tal-fajl. Madankollu, wieħed jista’ jassumi biċ-ċert li s-sistema attwali ta’ kontroll f’ġestjoni deċentralizzata hija bejn wieħed u ieħor ibbilanċjata b’mod korrett biex iżżomm l-iżbalji fl-għan tal-kontroll intern tal-Kummissjoni ta’ mhux aktar minn 2 %.

Għalkemm l-IPA huwa maħsub biex jevolvi għal ġestjoni deċentralizzata kemm jista’ jkun malajr, il-ġestjoni ċentralizzata tista’ tirrappreżenta sehem sinifikanti tan-nefqa totali tal-IPA jekk il-konferiment tal-ġestjoni jiġi mdewwem simultanjament f’għadd ta’ pajjiżi. Dan kien il-każ fl-2010/11, u x’aktarx jibqa’ hekk sal-2013.

Fl-2010, saru 350 korrezzjoni (tnaqqis jew irkupri) għall-Pagamenti fil-ġestjoni ċentralizzata u konġunta fid-DĠ ELARG, għall-valur ta’ madwar € 6 miljun. Dan huwa madwar 1 % tal-Pagamenti ċentralizzati totali fl-2010, u jista’ jintuża bħala indikatur approssimattiv tal-benefiċċju akkumulat minn verifiki addizzjonali fi ħdan u ’l fuq mill-verifiki bażiċi taċ-ċirkwit finanzjarju.

Bl-istess mod għall-ġestjoni deċentralizzata, dan huwa konsistenti mal-kunċett li s-sistema ta’ kontroll użata bħalissa għall-IPA hija bejn wieħed u ieħor ibbilanċjata għall-għan stabbilit ta’ kontroll intern.

2.2.3.3. Livell Mistenni ta’ Nuqqas ta’ Konformità mar-Regoli Applikabbli

Sal-2006, it-tranżazzjonijiet ta’ qabel l-adeżjoni kienu stmati konsistentement mill-Qorti tal-Awdituri bħala mhux affettwati minn żbalji materjali (żball ta’ anqas minn 2 %), li juru l-fehmiet tal-ġestjoni dwar l-effikaċja tas-sistema ta’ kontroll użata.

Mill-2007, it-tranżazzjonijiet ta’ qabel l-adeżjoni ma baqgħux jiġu vverifikati mill-Qorti bħala kampjun separat u rappreżentattiv b’mod sħiħ. L-evalwazzjoni tal-Qorti amalgamat il-popolazzjoni ta’ qabel l-adeżjoni ma’ dik tal-istrumenti l-oħra kollha ta’ għajnuna esterna. Għaldaqstant, minn dak iż-żmien ’l hawn, l-ebda estrapolazzjoni statistika ma kienet possibbli speċifikament għall-qasam tal-politika ta’ qabel l-adeżjoni u għas-sistema ta’ kontroll.

Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-Qorti ġeneralment sabet żbalji globali fil-firxa ta’ 2 sa 5 % għall-istrumenti ta’ għajnuna esterna.

Filwaqt li jitqiesu l-elementi rrappurtati fit-2.2.3.2 t’hawn fuq, għalhekk huwa raġjonevoli li wieħed jistenna li s-sistema ta’ kontroll użata għall-istrument ta’ qabel l-adeżjoni toħloq bilanċ korrett bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli u għandha tiżgura li l-għan ta’ kontroll intern ta’ żbalji ta’ anqas minn 2 % fuq in-nefqa globali jista’ jiġi sodisfatt konsistentement fil-futur.

Barra minn hekk, l-elementi ta’ simplifikazzjoni u flessibilità miżjuda li jiġu proposti għall-istrument il-ġdid għandhom isaħħu din is-suppożizzjoni, peress li jnaqqsu l-probabbiltà ta’ żbalji ta’ konformità.

Bil-maqlub, se jinqalgħu riskji ġodda peress li l-pajjiżi li għandhom kapaċità amministrattiva relattivament dgħajfa jaqgħu fil-linja tal-għoti tal-ġestjoni fis-snin li ġejjin.

Anki jekk huwa diffiċli li jiġi kkwantifikat l-impatt konġunt tat-titjib fit-tfassil tal-istrument kif ukoll tar-riskji miżjuda, huwa plawsibbli li wieħed jassumi firxa ta’ mira għall-għan globali ta’ kontroll intern simili għal riżultati kurrenti.

Bħala konklużjoni, is-sistema ta’ kontroll tidher ibbilanċjata ħafna. Permezz ta’ pjanijiet ta’ kontroll sintonizzati sew espressi fl-istrateġiji annwali ta’ assigurazzjoni bbażati fuq ir-riskju tal-maniġers, dan jippermetti għal żidiet jew tnaqqis fl-ispejjeż varjabbli kif meħtieġ mill-pajsaġġ tar-riskju li qed jevolvi, filwaqt li jiġi żgurat bilanċ stabbli bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji.

Iżda s-sistema ta’ kontroll globali probabbli li tkun sensittiva ħafna għall-varjazzjonijiet negattivi fl-ispejjeż fissi ta’ kontroll, speċjalment peress li dawn mhumiex proposti li jiżdiedu skont l-infiq globali.

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika miżuri eżistenti jew previsti ta’ prevenzjoni u protezzjoni.

Minħabba l-ambjent riskjuż li jopera fih id-DĠ ELARG, is-sistemi tiegħu jeħtieġ li jantiċipaw l-okkorrenza ta’ żball potenzjali ta’ konformità fit-tranżazzjonijiet u jibnu kontrolli ta’ prevenzjoni, detezzjoni u korrezzjoni malajr kemm jista’ jkun fil-proċess tal-akkwist u tal-ħlas. Dan ifisser fil-prattika li l-kontrolli ta’ konformità tad-DĠ ELARG se jistrieħu aktar fuq verifiki ex ante sinifikanti mill-persunal tal-Kummissjoni fuq it-tranżazzjonijiet tal-akkwist, kif ukoll fuq il-verifiki ta’ sistemi sistematiċi tas-sistemi ta’ ħlas deċentralizzati (filwaqt li xorta jsiru xi verifiki u kontrolli ex post), u dan imur ferm lil hinn mill-garanziji finanzjarji meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju. Il-qafas ta’ konformità tad-DĠ ELARG huwa magħmul mill-komponenti sinifikanti li ġejjin:

- Miżuri preventivi

            - Taħriġ obbligatorju ewlieni għall-persunal tal-ġestjoni tal-għajnuna;

            - Provvista ta’ gwida (inkluż permezz tal-internet) inkluża l-Gwida Prattika għall-Kuntratti, u l-istruzzjonijiet tal-ġestjoni stabbiliti taħt il-qafas tal-Istrateġija ta’ Kontroll tad-DĠ ELARG;

            - Verifika ex-ante tal-awtoritajiet ta' implimentazzjoni nazzjonali qabel l-għoti ta' ġestjoni, inkluż valutazzjoni biex jiġi żgurat li miżuri xierqa kontra l-frodi sabiex jipprevjenu u jinkixfu l-frodi fil-ġestjoni tal-fondi tal-UE huma fis-seħħ fl-awtoritajiet li jamministraw il-fondi rilevanti,

            - Skrinjar ex-ante tal-mekkaniżmi ta’ kontra l-frodi disponibbli fil-pajjiż benefiċjarju bħala parti mill-valutazzjoni tal-kriterju tal-eliġibbiltà tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi sabiex pajjiż jirċievi appoġġ għall-baġit (jiġifieri impenn attiv fil-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni, awtoritajiet ta’ spezzjoni adegwati, kapaċità ġudizzjarja suffiċjenti u rispons effiċjenti u mekkaniżmi ta' sanzjoni),

            - Kontrolli ex-ante tal-kuntratti akkwistati nazzjonalment kollha; irrinunzjati wara li s-sistemi nazzjonali jilħqu l-punti ta’ riferiment stretti tal-ġestjoni u l-kontroll;

- Miżuri ta’ detezzjoni u korrettivi

            - Verifiki ex ante tat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-persunal tal-Kummissjoni;

            - Verifiki u kontrolli interni u esterni, inkluż mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri;

            - Verifiki u rkupri retrospettivi.

Barra minn hekk meta jkun hemm suspett ta’ irregolarità intenzjonata (frodi) id-DĠ ELARG għandu miżuri oħra għad-dispożizzjoni tiegħu, li jinkludu:

            - Sospensjoni tal-limitu ta’ żmien għall-Pagamenti u n-notifika lill-entità;

            - Verifiki speċifiċi (ad hoc/verifika forensika);

            - Sistema ta’ Twissija Bikrija u monitoraġġ imsaħħaħ tal-kuntratti;

            - Sospensjoni/tmiem tal-kuntratt;

            - Proċedura ta’ esklużjoni.

            - Sospensjoni ta’ talbiet ta’ manutenzjoni għall-fondi minn fondi nazzjonali;

            - Sospensjoni jew tneħħija tal-konferiment tal-ġestjoni

Id-DĠ ELARG ser ikompli jfassal l-istrateġija ta' kontra l-frodi tiegħu skont strateġija ġdida kontra l-frodi tal-Kummissjoni (CAFS) adottata fl-24 ta’ Ġunju 2011.

3. L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. L-intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja(i) baġitarja(i) ta’ nfiq affettwata(i)

– Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru   [Deskrizzjoni] || DA/NDA [32] || minn pajjiżi tal-EFTA[33] || minn pajjiżi kandidati[34] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

Intestatura 4 || 04 01 04 13             Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) – Komponent tar-riżorsi umani – Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva || NDA || LE || LE || LE || LE

Intestatura 4 || 04 06 01                Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) – Żvilupp tar-riżorsi umani || DA || LE || LE || LE || LE

Intestatura 4 || 05 01 04 03             Assistenza fil-qasam tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (IPARD) — Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva || NDA || LE || LE || LE || LE

Intestatura 4 || 05 05 02                Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni għall-Iżvilupp Rurali (IPARD) || DA || LE || LE || LE || LE

Intestatura 4 || 13 01 04 02             Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) – Komponent tal-iżvilupp reġjonali – Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva || NDA || LE || LE || LE || LE

Intestatura 4 || 13 05 02                Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) – Komponent tal-iżvilupp reġjonali || DA || LE || LE || LE || LE

Intestatura 4 || 13 05 03 01             Kooperazzjoni transkonfinali (CBC) – Kontribuzzjoni mis-Subintestatura 1-b || DA || LE || LE || LE || LE

Intestatura 4 || 13 05 03 02             Kooperazzjoni transkonfinali (CBC) u parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali fi programmi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u interreġjonali tal-Fondi Strutturali — Kontribuzzjoni mill-Intestatura 4 || DA || LE || LE || LE || LE

Intestatura 4 || 22 01 04 01             Assistenza ta’ qabel l-adeżjoni — Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva || NDA || LE || LE || LE || LE

Intestatura 4 || 22 01 04 04             Faċilità ta’ Assistenza Teknika u Skambju ta’ Informazzjoni (TAIEX) għall-adeżjoni minn qabel — Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva || NDA || LE || LE || LE || LE

Intestatura 4 || 22 01 04 30             Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, Awdjoviżiva u Kulturali — Kontribuzzjoni mill-programmi taħt l-intestatura 4 fil-qasam tal-politika tat-Tkabbir || NDA || LE || LE || LE || LE

Intestatura 4 || 22 02 01                Assistenza tranżizzjonali u għall-bini tal-istituzzjonijiet fil-pajjiżi kandidati || NDA || LE || LE || LE || IVA

Intestatura 4 || 22 02 02                Assistenza tranżizzjonali u għall-bini tal-istituzzjonijiet fil-pajjiżi kandidati potenzjali || NDA || LE || LE || LE || IVA

Intestatura 4 || 22 02 03                Amministrazzjonijiet ċivili interim fil-Balkani tal-Punent || NDA || LE || LE || LE || LE

Intestatura 4 || 22 02 04 01             Kooperazzjoni transkonfinali (CBC) bejn il-pajjiżi tal-IPA u l-parteċipazzjoni fi programmi transnazzjonali/interreġjonali tal-FEŻR u programmi tal-baċiri tal-baħar tal-ENPI || NDA || LE || LE || LE || LE

Intestatura 4 || 22 02 04 02             Kooperazzjoni transkonfinali (CBC) mal-Istati Membri || NDA || LE || LE || LE || LE

Intestatura 4 || 22 02 06                Faċilità ta’ Assistenza Teknika u Skambju ta’ Informazzjoni (TAIEX) għall-adeżjoni minn qabel || NDA || LE || LE || LE || LE

Intestatura 4 || 22 02 07 01             Programmi reġjonali u orrizzontali || NDA || LE || LE || LE || LE

Intestatura 4 || 22 02 07 02 Evalwazzjoni tar-riżultati tal-miżuri tal-għajnuna, segwitu u verifika tal-Unjoni || NDA || LE || LE || LE || LE

Intestatura 4 || 22 02 10 02             Informazzjoni u komunikazzjoni għal pajjiżi terzi || NDA || LE || LE || LE || LE

Intestatura 4 || 22 02 07 03             Għajnuna finanzjarja biex jiġi stimulat l-iżvilupp ekonomiku tal-Komunità Ċiprijotta Torka || NDA || LE || LE || LE || LE

Intestatura 4 || 32 04 11                Komunità tal-Enerġija || NDA || LE || LE || LE || LE

– Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linji baġitarji.

Il-baġit għall-IPA II se jkun organizzat skont l-Artikolu 41 tar-Regolament Finanzjarju. Filwaqt li l-allokazzjoni totali għal dan l-istrument ġuridiku isservi l-politika tat-tkabbir, il-ġestjoni tal-attivitajiet rilevanti tinqasam bejn DĠ ELARG, DĠ REGIO, DĠ EMPL u DĠ AGRI. Kull wieħed minn dawn is-servizzi għandu jassumi r-responsabbiltà politika rispettivi għall-qasam(oqsma) politiku(politiċi) tiegħu, mingħajr preġudizzju għar-rwol ta' koordinazzjoni ġenerali ta’ DĠ ELARG.

Għal dak il-għan, l-allokazzjonijiet totali tal-IPA II ser jinqasmu bejn l-oqsma tal-politika, u b'hekk tiġi żgurata taħlita politika xierqa, skont il-bżonnijiet tal-pajjiżi benefiċjarji u bi ftehim komuni bejn l-erba’ DĠs. Fejn meħtieġ biex tiġi żġurata l-implimentazzjoni effiċjenti tad-dokumenti strateġiċi u tal-baġit, it-trasferimenti bejn l-oqsma tal-politika se jkunu possibbli, bi ftehim mas-servizz(i) responsabbli għall- qasam (oqsma) tal-politika ikkonċernat(i).

Tranżizzjoni bla xkiel mill-IPA għall-IPA II għal tlestija effettiva u effiċjenti tal-assistenza taħt l-IPA se tkun assigurata.

Dettalji dwar l-istruttura tal-budget biex tiġi assigurata l-konsistenza ma' bbaġitjar bażat fuq l-attivitajiet u prinċipji tal-ġestjoni ser jiġu proposti fl-abbozz tal-baġit 2014.

3.2. L-impatt stmat fuq l-infiq 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq l-infiq

miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 4 || Ewropa Globali

DĠ: AGRI/ELARG/EMPL/REGIO || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || ||

22 02 Assistenza finanzjarja għal pajjiżi kandidati/kandidati potenzjali 04 06 01 Riżorsi umani 05 05 02 Żvilupp Rurali 13 05 02 Żvilupp reġjonali 13 05 03 CBC 32 04 11Enerġija tal-Komunità || Impenji || (1) || 1842,5 || 1879,4 || 1917,0 || 1955,3 || 1994,4 || 2034,3 || 2075,6 || 13698,6

Pagamenti[35] || (2) || 368,5 || 1112,9 || 1872,2 || 1909,6 || 1947,8 || 1986,8 || 2026,6 || 11224,4

22 02 07 03Għajnuna finanzjarja biex jiġi stimulat l-iżvilupp ekonomiku tal-Komunità Ċiprijotta Torka[36] || Impenji || (1a) || pm || pm || pm || pm || pm || pm || pm ||

Pagamenti || (2a) || pm || pm || pm || pm || pm || pm || pm ||

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[37] || || || || || || || ||

22 01 04 01/04/30 04 01 04 13 05 01 04 03 13 01 04 02 || || (3) || 55,4 || 56,5 || 57,7 || 58,8 || 60,0 || 61,2 || 61,8 || 411,4

TOTAL approprjazzjonijiet għal DĠ ELARG/AGRI/EMPL/REGIO || Impenji || =1+1a +3 || 1898,0 || 1935,9 || 1974,6 || 2014,1 || 2054,4 || 2095,5 || 2137,4 || 14110,1

Pagamenti || =2+2a +3 || 423,9 || 1169,4 || 1929,8 || 1968,4 || 2007,8 || 2048,0 || 2088,5 || 11635,8

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali TOTALI || Impenji || (4) || 1842,5 || 1879,4 || 1917,0 || 1955,3 || 1994,4 || 2034,3 || 2075,6 || 13698,6

Pagamenti || (5) || 368,5 || 1112,9 || 1872,2 || 1909,6 || 1947,8 || 1986,8 || 2026,6 || 11224,4

Ÿ TOTAL approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi || (6) || 55,4 || 56,5 || 57,7 || 58,8 || 60,0 || 61,2 || 61,8 || 411,4

TOTAL approprjazzjonijiet taħt INTESTATURA 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 1898,0 || 1935,9 || 1974,6 || 2014,1 || 2054,4 || 2095,5 || 2137,4 || 14110,1

Pagamenti || =5+ 6 || 423,9 || 1169,4 || 1929,8 || 1968,4 || 2007,8 || 2048,0 || 2088,5 || 11635,8

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || nefqa amministrattiva

miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali)

|| || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

DĠ: ELARG/AGRI/REGIO/EMPL ||

Ÿ Riżorsi umani || 27,0 || 26,1 || 25,7 || 25,7 || 25,7 || 25,7 || 25,7 || 181,5

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0,8 || 0,8 || 0,8 || 0,8 || 0,8 || 0,8 || 0,8 || 5,3

TOTAL DĠ ELARG/ AGRI/REGIO/EMPL || || 27,7 || 26,8 || 26,5 || 26,4 || 26,4 || 26,4 || 26,4 || 186,8

TOTAL approprjazzjonijiet taħt INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Total impenji = Total Pagamenti) || 27,7 || 26,8 || 26,5 || 26,4 || 26,4 || 26,4 || 26,4 || 186,8

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

|| || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

TOTAL approprjazzjonijiet taħt INTESTATURA 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 1925,7 || 1962,7 || 2001,1 || 2040,6 || 2080,9 || 2122,0 || 2163,9 || 14296,8

Pagamenti || 451,7 || 1196,2 || 1956,3 || 1994,9 || 2034,2 || 2074,4 || 2114,9 || 11822,6

3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

F’dan l-istadju, l-ispejjeż huma inċerti jew varjabbli, minħabba l-istadju li jmiss ta’ programmazzjoni, li ma nistgħux niġġudikaw minn qabel ir-riżultati tiegħu. Għaldaqstant, stima tal-ispejjeż għal kull unità ma tistax tiġi pprovduta f’dan l-istadju. Ir-riżultati ma jistgħux jiġu kkwantifikati f’termini purament numeriċi, peress li l-progress jitkejjel b’relazzjoni mal-progress tal-pajjiżi fit-triq tagħhom għall-adeżjoni fl-UE. L-istimi tal-ispejjeż u l-ispejjeż għal kull unità se jiġu pprovduti fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet ladarba dokumenti ta’ strateġija ta’ pajjiż wieħed u ta’ ħafna pajjiżi jiġu ppreparati u approvati.

¨      Il-proposta/inizjattiva ma teħtiġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

ý      Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

3.2.3. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju

¨      Il-proposta/inizjattiva ma teħtiġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

x      Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet annimistrattivi, kif spjegat hawn taħt:

Nota: Ċifri taħt l-Intestatura 5 jinkludu dejta dwar DĠ ELARG u Delegazzjonijiet tal-UE u DĠ AGRI/REGIO/EMPL. Ċifri taħt l-Intestatura 4 jinkludu dejta rigward DĠ ELARG/EMPL/AGRI/REGIO.

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 27,0 || 26,1 || 25,7 || 25,7 || 25,7 || 25,7 || 25,7 || 181,5

Nefqa amministrattiva oħra || 0,8 || 0,8 || 0,8 || 0,8 || 0,8 || 0,8 || 0,8 || 5,3

Sottototal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 27,7 || 26,8 || 26,5 || 26,4 || 26,4 || 26,4 || 26,4 || 186,8

'Il barra minn INTESTATURA 5[38] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 49,9 || 50,9 || 52,0 || 53,0 || 54,1 || 55,1 || 55,7 || 370,6

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva || 5,5 || 5,6 || 5,7 || 5,8 || 5,9 || 6,1 || 6,2 || 40,8

Sottototal ‘il barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 55,4 || 56,5 || 57,7 || 58,8 || 60,0 || 61,2 || 61,8 || 411,4

TOTAL || 83,2 || 83,3 || 84,1 || 85,3 || 86,4 || 87,6 || 88,3 || 598,2

3.2.3.2. Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

¨      Il-proposta/inizjattiva ma teħtiġx l-użu ta’ riżorsi umani

ý      Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Nota: Numri tal-persuna taħt Intestatura 5 jinkludu dejta rigward DĠ ELARG u d-Delegazzjonijiet tal-UE, DĠ AGRI/EMPL/kwartieri ġenerali REGIO u jinkludu wkoll it-tnaqqis ta' postijiet relatati mat-tneħħija gradwali tad-delegazzjonijiet fil-Kroazja.

Numri tal-persunal taħt Intestatura 4 jinkludu dejta dwar id-DĠ ELARG/EMPL/AGRI/REGIO

L-istima għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed)

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

|| Ÿ Karigi tal-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) ||

22 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 108,0 || 107,0 || 105,0 || 105,0 || 105,0 || 105,0 || 105,0

04 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 10,9 || 10,9 || 10,5 || 10,5 || 10,5 || 10,5 || 10,5

05 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 9 || 9 || 9 || 9 || 9 || 9 || 9

13 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 13 || 13 || 13 || 13 || 13 || 13 || 13

22 01 01 02 (Delegazzjonijiet)[39] || 46,0 || 40,0 || 40,0 || 40,0 || 40,0 || 40,0 || 40,0

22 01 05 01 (Riċerka indiretta) || na || na || na || na || na || na || na

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || na || na || na || na || na || na || na

Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE)[40] ||

22 01 02 01 (AK, INT, SNE mill-“pakkett globali”) || 18,6 || 18,5 || 18,3 || 18,1 || 18,1 || 18,1 || 18,1

04 01 02 01 (AK, INT, SNE mill-“pakkett globali”) || - || - || - || - || - || - || -

05 01 02 01 (AK, INT, SNE mill-“pakkett globali”) || 2,9 || 2,9 || 2,9 || 2,9 || 2,9 || 2,9 || 2,9

13 01 02 01 (AK, INT, SNE mill-“pakkett globali”) || 3.5 || 3.5 || 3.5 || 3.5 || 3.5 || 3.5 || 3.5

22 01 02 02 (AK, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || 17,7 || 17,5 || 17,3 || 17,2 || 17,2 || 17,2 || 17,2

22 01 04 01/04 [41] || - fil-Kwartieri Ġenerali[42] || 102,3 || 100,1 || 98 || 96 || 93,9 || 91,9 || 90

- fid-delegazzjonijiet || 399,5 || 400,6 || 401,7 || 402,8 || 403,9 || 404,9 || 405,9

04 01 04 13 fid-delegazzjonijiet || 13,2 || 13,3 || 13,3 || 13,3 || 13,4 || 13,4 || 13,4

05 01 04 03 fid-delegazzjonijiet || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5

13 01 04 02 fid-delegazzjonijiet || 39,7 || 39,8 || 39,9 || 40,0 || 40,1 || 40,2 || 40,3

22 01 05 02 (AK, INT, SNE – Riċerka indiretta) || na || na || na || na || na || na || na

10 01 05 02 (AK, INT, SNE – Riċerka diretta) || na || na || na || na || na || na || na

Linji baġitarji oħra (speċifika) || na || na || na || na || na || na || na

TOTAL || 789,3 || 781 || 777,3 || 776,2 || 775,3 || 774,5 || 773,7

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu sodisfatti mill-persunal tad-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew insedjat mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien jekk meħtieġ ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ amministrattiv taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || Ippjanar, ipprogrammar, ġestjoni u monitoraġġ tal-assistenza finanzjarja

Persunal estern || Ippjanar, ipprogrammar, ġestjoni u monitoraġġ tal-assistenza finanzjarja

3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali tal-2014-2020

ý      Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali tal-2014-2020.

¨      Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega xi programmar mill-ġdid huwa meħtieġ, u speċifika l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

¨      Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[43].

Spjega x’inhu meħtieġ, u speċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn terzi persuni

ý      Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn terzi persuni

¨      Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali)

|| Year N || Year N+1 || Year N+2 || Year N+3 || … daħħal kemm ikunu meħtieġa kolonni biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL approprjazzjonijiet ikkofinanzjati || || || || || || || ||

3.3. L-impatt stmat fuq id-dħul

ý      Il-proposta/inizjattiva m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

¨      Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

¨      fuq ir-riżorsi proprji

¨      fuq id-dħul mixxellanju

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Linja tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għall-eżerċizzju baġitarju kontinwu || Impatt tal-proposta/inizjattiva[44]

Year N || Year N+1 || Year N+2 || Year N+3 || … daħħal kemm ikunu meħtieġa kolonni biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu …………. || || || || || || || ||

Għal dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/linji tan-nefqa tal-baġit affettwata/affettwati.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[1]               Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni Baġit għall-Ewropa 2020, COM(2011)500 finali, 29.6.2011

[2]               “Ħames snin ta’ UE mkabbra – kisbiet u sfidi ekonomiċi” – Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u BĊE, 20 ta’ Frar 2009

[3]               Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Islanda, Montenegro u t-Turkija

[4]               L-Albanija, il-Bosnja u Ħerzegovina, is-Serbja kif ukoll il-Kosovo skont UNSCR 1244/99

[5]               Ir-Regolament tal-Kunsill 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006

[6]               Fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u l-kooperazzjoni internazzjonali - "L-politika tal-enerġija tal-UE: Kooperazzjoni ma' pajjiżi lil hinn mill-fruntieri tagħna" COM (2011) 539 ta' 7.09.2011

[7]               jiġifieri l-paċi u sigurtà, it-tnaqqis tal-faqar, l-għajnuna umanitarja, l-investiment fl-istabbiltà u t-tkabbir fil-pajjżi tat-tkabbir u tal-viċinat, l-indirizzar tal-isfidi globali, il-promozzjoni tal-istandards u l-valuri tal-UE u internazzjonali, u l-appoġġ għat-tkabbir u l-kompetittività barra mill-pajjiż

[8]               ĠU L …

[9]               ĠU C , , p. .

[10]               ĠU C , , p. .

[11]               Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni Baġit għall-Ewropa 2020, COM(2011)500 finali, 29.6.2011

[12]               ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.

[13]               Taħt l-UNSCR Nru 1244/1999

[14]               ĠU L …..

[15]               ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[16]               ĠU L …..

[17]               ĠU L …..

[18]             ĠU L …..

[19]             ĠU L …..

[20]             ĠU L …..

[21]             ĠU L …..

[22]             ĠU L …..

[23]             ĠU L …..

[24]             ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82-93

[25]             ĠU L 65, 7.3.2006, p. 5.

[26]             ABM: Ġestjoni skont Attività – ABB: Ibbaġittjar skont Attività.

[27]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[28]             Taħt l-UNSCR 1244/1999

[29]             Approċċ settorjali għall-ippjanar u l-ipprogrammar tal-assistenza huwa bbażat fuq l-istrateġiji settorjali tal-pajjiż, u jgħaqqad riżorsi minn donaturi differenti u jimmira li jikseb għanijiet ta’ politika aktar wiesa’

[30]             Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq il-websajt tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[31]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[32]             DA= Approprjazzjonijiet differenzjati / DNA= Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati

[33]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[34]             Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[35]             Pagamenti relatati mal-istrument IPA il-ġdid biss

[36]             Sakemm l-aġġustament previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 ikun seħħ, il-ħtiġijiet finanzjarji għall-appoġġ tal-komunità Ċiprijotta-Torka ser ikunu koperti mill-pakkett globali allokat għall-Istrument għall-Assistenza ta’ qabel l-Adeżjoni.

[37]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (linji ex “BA”), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

[38]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (linji ex “BA”), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

[39]             Inkluż 5 FTE għat-tlestija u l-monitoraġġ ta’assistenza tal-IPA fil-Kroazja fl-2014.

[40]             CA= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal mill-aġenziji ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); LA= Aġenti Lokali; SNE= Esperti Nazzjonali Sekondati;

[41]             Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet operazzjonali (linji “BA” preċedenti).      Din il-linja tal-baġit tinkludi wkoll dispożizzjoni tat-22 FTE għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u t-tneħħija gradwali ta' għajnuna lill-komunità Ċiprijotta-Torka. Din id-dispożizzjoni se titwaqqaf u tiġi ttrasferita lit-titolu rilevanti tal-baġit ladarba l-aġġustament previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 jkun fis-seħħ.

[42]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[43]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[44]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, dazji fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-imposti tal-ġbir.