52011PC0834

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014 - 2020) /* KUMM/2011/0834 finali - 2011/0394 (COD) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet għall-proposta

L-intrapriżi, partikolarment l-Intrapriżi ż-Żgħar u ta' daqs Medju (SMEs), huma kontributur importanti tat-tkabbir u l-impjiegi fl-Unjoni. Jekk l-Unjoni trid li twettaq l-prijoritajiet tagħha tal-Ewropa 2020 ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, il-kompetittività għandha tkun ċentrali.

Filwaqt li hemm għad-dispożizzjoni tal-Unjoni mezzi regolatorji, inklużi leġiżlazzjoni intelliġenti u qtugħ ta’ burokrazija żejda għan-negozji tal-Unjoni, xi fallimenti tas-suq jistgħu jkunu indirizzati b’mod effettiv permezz ta’ finanzjament pubbliku fuq il-livell tal-Unjoni.

Dan qed iseħħ diġà. Il-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) jipprovdi finanzjament għal azzjoni rilevanti. Il-bżonn li dan l-appoġġ finanzarju jkompli u jiżviluppa kien rikonuxxut fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “A budget for Europe 2020”[1]. Issa l-Kummissjoni pproponiet “Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs” (COSME) b’allokazzjoni totali ta’ EUR 2,5 biljun għall-perjodu 2014-2020.

Il-kuntest ġenerali

In-negozji tal-Unjoni jiffaċċjaw l-isfida li jkunu kompetittivi fuq skala globali. Madankollu, huma ostakolati minn fallimenti tas-suq li jimminaw il-kapaċità tagħhom biex jikkompetu ma’ kontropartijiet f’partijiet oħra tad-dinja. Minħabba f'dan, l-SMEs tal-Unjoni juru inqas produttività ta’ xogħol u riżorsi u jikbru aktar bil-mod mill-kontropartijiet tagħhom fl-Istati Uniti, pereżempju, u huma inqas kapaċi jadattaw b’suċċess għall-kondizzjonijiet ta’ qafas li jinbidlu minn intrapriżi ikbar fl-Ewropa. Id-diffikultajiet li jaffaċċaw l-SMEs ġew aggravati bil-kriżi ekonomika u finanzjarja reċenti u biż-żidiet fil-prezzijiet tal-komoditajiet u r-riżorsi.

Filwaqt li azzjonijiet biex jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet fis-suq huma primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri u r-reġjuni, f’xi oqsma hemm potenzjal ċar għal valur miżjud tal-UE. Pereżempju, l-Unjoni tista’ tgħin billi ssaħħaħ is-Suq Uniku, tappoġġa l-koerenza u l-konsistenza fil-miżuri nazzjonali, tgħin fil-kisba tal-effetti katalitiċi tat-tixrid tal-aħjar prattiki jew biex jinkisbu ekonomiji ta’ skala. Lil hinn mill-garanzija tal-funzjonament bla xkiel tas-Suq Uniku, l-Unjoni għandha s-sehem fit-titjib tal-ambjent tan-negozju biex ikunu żgurati intrapriżi tal-Unjoni diversifikati u qawwija, u biex l-SMEs ikunu kapaċi jikkompetu fuq skala globali, filwaqt li jadattaw għal ekonomija effiċjenti fir-riżorsi b’karbonju baxx.

Dan il-Programm qiegħed jiġi propost bħala mezz biex jindirizza nuqqasijiet tas-suq ewlenin li jillimitaw it-tkabbir tal-intrapriżi, partikolarment l-SMEs, fl-Unjoni. Rigward il-kompetittività u l-imprenditorija, l-isfidi ewlenin li n-negozji tal-Unjoni jkomplu jiffaċċjaw huma:

– diffikultajiet fl-aċċess għall-finanzjament tal-SMEs li jitħabtu biex juru l-affidabbiltà kreditizja tagħhom u jsibuha diffiċli biex jiksbu aċċess għall-kapital tar-riskju;

– spirtu imprenditorjali dgħajjef -- 45 % taċ-ċittadini Ewropej biss jixtiequ jaħdmu għal rashom imqabbla mal-55 % fl-Istati Uniti;

– ambjent tan-negozju li ma jwassalx għal negozji ġodda u tkabbir, ikkaratterizzat minn frammentazzjoni regolatorja persistenti u wisq burokrazija;

– kapaċità limitata tal-SMEs biex jadattaw għal ekonomija b’karbonju baxx, reżiljenti għat-tibdil fil-klima u effiċjenti fir-riżorsi u l-enerġija u adattabbli għall-klima minħabba mezzi finanzjarji limitati u għarfien espert limitat;

– kapaċità limitata tal-SMEs biex jespandu lejn swieq lil hinn minn pajjiżhom, kemm fis-Suq Uniku u kif ukoll lil hinn.

Dawn id-diffikultajiet jfissru li mhux biżżejjed jinħolqu l-intrapriżi, u li dawk li huma varati ta’ spiss mhumiex vijabbli, jew jaħdmu ħażin f’termini ta’ produttività u l-vijabilità ta’ intrapriżi li jkunu għadhom kif inħolqu. Fuq livell makro, qed nassistu għal tnaqqir fil-vantaġġ kompetittiv tal-ekonomija tal-UE.

Skont l-istrateġija Ewropa 2020 tal-Unjoni, dan il-Programm tfassal biex joħloq il-kundizzjonijiet biex l-intrapriżi Ewropej jirnexxu u biex ikun żgurat li l-SMEs huma kapaċi jieħdu vantaġġ sħiħ tal-potenzjal enormi tas-Suq Uniku, kif ukoll biex iħeġġiġhom biex iħarsu lilhinn minnu. Hemm bżonn li jsir sforz speċjali biex ikun promoss l-iżvilupp tal-SMEs, l-għajn ewlieni ta’ tkabbir ekonomiku u ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni, li jammontaw għal aktar minn 67 % tal-impjiegi fis-settur privat u li jipprovdu iktar minn 58 % tal-fatturat totali fl-UE.

Se tingħata attenzjoni partikolari biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-intrapriżi fis-settur tat-turiżmu biex jimplimentaw il-kompetenzi l-ġodda tal-Unjoni stipulati fit-Trattat ta’ Lisbona minħbba l-kontribut sinifikanti ta' dan is-settur lill-PGD tal-Unjoni u l-proporzjon għoli ta' SMEs attivi f'dan is-settur.

L-objettivi tal-proposta

Il-Programm għandu jipprova jilħaq l-objettivi ġenerali li ġejjin:

· li tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, inkluż fis-settur tat-turiżmu;

· li titħeġġeġ kultura imprenditorjali u jkunu promossi l-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs.

L-attivitajiet iffinanzjati permezz tal-Programm se jimmiraw li:

· Jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ qafas biex isaħħu l-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni inkluż fis-settur tat-turiżmu billi jappoġġaw il-koerenza u l-konsistenza fl-implimentazzjoni kif ukoll fit-tfassil tal-politika infurmata fil-livell tal-UE. L-ambjent ekonomiku u regolatorju jista’ jittejjeb permezz ta’ valutazzjoni komparattiva, l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-inizjattivi settorjali. Il-politika tal-SME se tkun żviluppata u l-kompetittività tal-SMEs promossa f’konformità mal-għanijiet tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA) u l-Istrateġija Ewropa 2020. L-azzjonijiet tal-Unjoni se jinkludi t-tisħiħ tal-użu tal-prinċipju “Naħsbu l-Ewwel fiż-Żgħir” fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni u l-Istati Membri, li jkunu identifikati u skambjati l-aħjar prattiki sabiex jikkontribwixxu fl-implimentazzjoni tal-SBA, u l-appoġġ għall-SMEs fil-massimizzazzjoni tal-potenzjal tas-Suq Uniku. Setturi tan-negozju, inklużi l-manifattura u s-servizzi, u setturi magħżula li fihom hemm proporzjon kbir ta’ SMEs se jissaħħu.

· Il-promozzjoni tal-imprenditorija, inkluż fost gruppi speċifiċi fil-mira: L-attivitajiet se jinkludu s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-attitudnijiet intrapreditorjali, speċjalment fost intraprendituri ġodda, iż-żgħażagħ u n-nisa, u l-promozzjoni tat-tieni ċans għall-intraprendituri.

· It-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs fis-sura ta’ ekwità u dejn: Strumenti finanzjarji għat-tkabbir, inklużi pjattaformi ġodda ta’ ekwità u ta’ dejn li jipprovdu faċilità ta’ ekwità ta’ garanziji fuq self, se jippermettu l-SMEs li jkollhom aċċess aktar faċli għall-finanzjament . L-ewwel, faċilità ta’ ekwità għall-fażi ta’ tkabbir tal-investiment se tipprovdi lill-SMEs finanzjament ta’ ekwità rimborsabbli b’orjentament kummerċjali primarjament fil-forma ta’ kapital ta’ riskju permezz ta' intermedjarji finanzjarji. It-tieni, faċilità ta’ self se tipprovdi lill-SMEs b'arranġamenti tal-qsim tar-riskju dirett jew intermedjarji finanzjarji oħrajn biex ikopru self.

· It-titjib tal-aċċess għas-swieq ġewwa l-Unjoni u globalment: Se jiġu pprovduti servizzi ta’ appoġġ orjentati lejn it-tkabbir tan-negozju permezz tan-Netwerk Ewropa għall-Intrapriża biex jiffaċilitaw l-espansjoni tan-negozju fis-Suq Uniku u lil hinn. Dan il-Programm se jipprovdi wkoll appoġġ kummerċjali lill-SMEs fis-swieq barra mill-Unjoni. Se jkun hemm ukoll appoġġ għall-kooperazzjoni industrijali internazzjonali, partikolarment biex jitnaqqsu differenzi f’ambjenti regolatorji u kummerċjali bejn l-UE u l-imsieħba kummerċjali ewlenin tagħha.

Il-valur miżjud tal-UE

Il-valur addizzjonali għall-azzjoni fil-livell tal-Unjoni jserraħ fuq dawn il-ħames sorsi prinċipali:

· it-tisħiħ tas-Suq Uniku, billi tingħeleb il-frammentazzjoni tas-suq fl-oqsma bħalma huma l-investiment tal-kapital ta’ riskju, is-self transkonfinali u t-titjib fil-kreditu kif ukoll il-limitazzjonijiet organizzattivi u informazzjonali li jostakolaw lill-SMEs milli jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet li joffri tas-Suq Uniku. Pereżempju, l-għan ewlieni tal-istrumenti finanzjarji se jkun biex jitjieb l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs f'settur tas-suq li mhux kopert mill-miżuri tal-Istati Membri, li huma ristretti għal investimenti u appoġġ f’kull pajjiż. Il-punt fokali se jkun fuq il-finanzjament tal-espansjoni tal-intrapriżi orjentati lejn it-tkabbir li huma mmirati lejn l-espansjoni internazzjonali, attivitajiet transkonfinali u biex ikun żviluppat suq tal-finanzjament tal-SMEs transkonfinali. Programm fil-livell tal-Unjoni biss jista’ jaqdi dan ir-rwol.

· dimostrazzjoni u effetti katalitiċi permezz tat-tixrid tal-aħjar prattiki politiċi u industrijali. Skont il-programm kurrenti, l-aħjar eżempji fil-promozzjoni tal-intraprenditorija u l-SMEs fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jistgħu jintgħażlu għall-kompetizzjoni tal-Premijiet għall-Intrapriża Ewropea. Il-Premjijiet għandhom l-għan li jippremjaw l-aħjar miżuri meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi, pereżempju fl-oqsma tas-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv. Kull sena madwar 400 proġett bdew jikkompetu f’kompetizzjonijiet nazzjonali u madwar 56 intgħażlu minn pajjiżhom għall-parteċipazzjoni fil-Kompetizzjoni Ewropea fejn il-ġurija Ewropea tagħżel sitt rebbieħa. Minn 250 nomini nazzjonali, aktar minn 30 rebħu premju u ġew promossi fl-Ewropa kollha bħala l-aħjar prattika. It-trasferiment tal-ħiliet u l-għarfien bejn il-fruntieri jikkontribwixxi lejn l-allinjament tal-politiki tal-Istati Membri, il-ħolqien ta’ sħubijiet ġodda u biex jitnaqqas d-distakk bejn l-ekonomiji Ewropej. Amministrazzjonijiet Ewropej nazzjonali u lokali għandhom il-possibbiltà li jippreżentaw l-inizjattivi tagħhom ta’ suċċess tal-konferenza dwar l-SBA, organizzata kull sena mill-Kummissjoni u l-Presidenza tal-Unjoni. Il-Konferenza saret l-eventwalità ewlenija għall-promozzjoni tal-iskambju tal-aħjar prattiki fl-Unjoni u lil hinn. Pereżempju, l-aħħar Konferenza dwar l-SBA f’Budapest attirat 340 parteċipant mill-Istati Membri tal-Unjoni u minn 30 Stat mhux Membru. Kienu ppreżentati 28 prattika tajba fil-gruppi ta' ħidma. Fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji, ir-rwol tal-EIF jiffaċilita l-iskambju kostanti tal-aħjar prattiki fl-oqsma tal-garanziji u tal-kapital ta’ riskju, filwaqt li l-effett katalitiku huwa rikonoxxut li huwa partikolarment għoli għal-kapital spekulattiv.

· ekonomiji tal-iskala f’oqsma li jkun diffiċli għall-Istati Membri individwali li jiksbu l-massa kritika meħtieġa. Pereżempju, fil-qasam tal-SMEs barra mill-pajjiż, Il-valur Ewropew miżjud jinħoloq bil-ġbir flimkien tal-isforzi nazzjonali u, bit-twaqqif tas-servizzi li jkun jonqoshom il-massa kritika jekk ikunu provduti fuq il-livell nazzjonali (pereżempju, permezz ta’ infurzar tal-IPR). Iċ-"China IPR SMEs Helpdesk", iffinanzjat mill-programm preżenti, joffri pariri li s-soltu ma jkunux disponibbli lill-SMEs ta’ Stati Membri iżgħar[2]. Altrimenti, l-intervent tal-Unjoni jista' jikkontribwixxi biex tkun evitata d-duplikazzjoni ta' sforz, tkun promossa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-koordinazzjoni mal-Istati rilevanti li mhumiex Membri. Fil-każ tat-turiżmu, hemm valur miżjud ċar fit-teħid tal-inizjattiva fil-livell tal-Unjoni speċjalment fl-oqsma li ġejjin: il-konsolidament tal-bażi tal-għarfien permezz ta’ sondaġġi u studji pan-Ewropej sabiex nifhmu aħjar id-domanda u l-forniment, li mingħajrha t-tqabbil tad-dejta u konsistenza fl-Unjoni kollha ma jintlaħqux[3]; l-iżvilupp ta’ strateġiji konġunti transnazzjonali ta’ promozzjoni tal-Ewropa bħala dar ta’ kwalità għolja u destinazzjonijiet turistiċi sostenibbli[4]; L-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju lil setturi speċifiċi, bħalma huma turiżmu marittimu u tal-kosta. kif ukoll l-estensjoni tal-istaġun tat-turiżmu, li jista’ jsir aħjar bl-iskambji bejn Stati Membri differenti milli minn kull pajjiż individwalment.

· il-koerenza u l-konsistenza fil-miżuri nazzjonali permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki fil-livell Ewropew u l-valutazzjoni komparattiva. Waħda mill-aħjar eżempji għas-suċċess ta’ eżerċizzji ta’ valutazzjoni komparattiva ffinanzjati taħt il-programm attwali hija azzjoni għas-simplifikazzjoni tal-proceduri tal-istart-ups. Sa mill- 2008, is-sitwazzjoni u l-progress ta’ kull pajjiż u sena b’sena kienu mmoniterjati filwaqt li tqiesu tliet aspetti ta’ simplifikazzjoni (li dwarhom kien hemm mandat mill-Kunsill tal-Kompetittività biex isir eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva): żmien medju, l-ispejjeż amministrattivi u proċeduri biex tinħoloq kumpanija b'risponsabbiltà limitata. L-azzjoni kienet tikkonsisti f’laqgħat ta’ esperti semiannwali ("in-Network tal-Koordinaturi Nazzjonali tal-Istart-Ups") innominati mill-Istati Membri. L-iskop tagħha kien li tiżviluppa l-metodoloġija ta’ kejl, issegwi l-progress u tappoġġa dan il-progress bl-iskambju ta’ prattiki u ta’ tagħrif tajba. Mill-2002 il-ħinijiet ta’ reġistrazzjoni waqgħu b'70 % u l-ispejjeż niżlu bin-nofs. Wara s-suċċess ta’ din il-miżura, il-miri ġew riveduti sa Frar 2011 skont ir-Reviżjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA).

· għarfien espert uniku miksub mill-istituzzjonijiet tal-UE:

– Dan huwa l-każ tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (EIF), li esperjenza tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ finanzajment favorevoli għall-SMEs hija unika. L-esperjenza miksuba mill-EIF f’10 snin u aktar tikkostitwixxi assi uniku ta’ valur Mill-2007 ikun aġixxa bħala investitur f’19il-finanzjament tal-kapital ta’ riskju appoġġat mis-CIP, ta’ spiss b’sehem ewlieni, bil-ħruġ ta’ investiment totali ta’ aktar minn EUR 1,4 biljun għall-SMEs orjentati lejn it-tkabbir. Fir-rigward tal-prestazzjoni storika, taħt l-ewwel ġenerazzjoni tal-kapital ta’ riskju tal-UE (il-faċilità tal-Istart-up tal-ETF taħt l-Inizjattiva tat-Tkabbir u Impjiegi minn 1998-2000) aktar minn 98 % tal-flus investiti diġà tħallsu lura, jew fl-aħħar se jkollhom jitħallsu lura, mill-benefiċjarji, inkluż Skype (it-telefonija voice-over IP), Vertaris (ir-reċiklaġġ tal-karta) u Solaire Direct (strutturi fotovoltajiċi).

– In-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi kiseb riżultati tanġibbli billi poġġa enfasi fuq il-promozzjoni għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs (fis-Suq Intern u lil hinn) billi pprovda tagħrif dwar kwistjonijiet tal-Unjoni kif ukoll dwar il-possibbiltà li jiddakkar il-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni. Ir-rwol tiegħu hu speċjalment importanti biex jingħelbu asimmetriji tal-informazzjoni ffaċċjati mill-SMEs u jittaffew l-ispejjeż tat-transazzjoni assoċjati ma’ attivitajiet transkonfinali. Il-valur tal-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi huwa kostitwit minn metodoloġiji kondiviżi, strumenti u għodod użati li provvedituri tas-servizz daħħlu u (ko-)finanzjati mill-awtoritajiet reġjonali/nazzjonali tagħhom.

Koerenza mal-politiki u programmi oħra

Huwa essenzjali li jitqiesu l-interessi u ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-SMEs fit-tfassil tal-politiki tal-Unjoni u tal-programmi ta’ ffinanzjar. Il-qafas finanzjarju futur se jitfassal biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni tan-negozji ż-żgħar fil-programmi ta’ ffinanzjar, billi jiġu ssimplifikati r-regoli, jitnaqqsu l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni, jiġu aċċelerati l-proċeduri tal-għoti u jkun provdut "one-stop shop" biex ikun eħfef għall-benefiċjarji tal-iffinanzjar tal-Unjoni.

Minħabba l-importanza tiegħu biex jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020, it-titjib tal-ambjent tan-negozju għall-SMEs jissemma f’sitta minn seba' inizjattivi ewlenin tal-Ewropa 2020: Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni, Unjoni ta’ innovazzjoni, Żgħażagħ Attivi, Aġenda Diġitali għall-Ewropa, Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi, Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi. Ta’ rilevanza partikolari għall-Programm il-ġdid hi l-inizjattiva ewlenija “Politika Industrijali għall-Era ta’ Globalizzazzjoni” li ddeskriviet approċċ strateġiku ġdid, filwaqt li indirizzat il-kompetittività Ewropea kif ukoll il-ħolqien u t-tkabbir ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-promozzjoni ta’ kultura intraprenditorjali.

Il-Programm il-ġdid propost se jipprovdi wkoll għodda li tista’ sservi għanijiet oħra ta’ politika. In-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi se jipprovdi mezz għal rabtiet ma’ programmi u inizjattivi oħra, f’termini ta’ diffużjoni tal-informazzjoni “minn fuq għal isfel”, filwaqt li jippromovihom ukoll ġbir “minn isfel għal fuq” tar-reazzjonijiet tal-partijiet interessati. Se Dan se jkompli jipprovdi informazzjoni, pariri u appoġġ lill-SMEs dwar programmi ambjentali u konformità. Sinerġiji ma’ programmi oħra se jkunu massimizzati. Pereżempju, l-attivitajiet ta’ garanzija proposti fil-Programm il-ġdid ser joperaw flimkien ma’ attivitajiet ta’ garanzija ffinanzjati taħt il-Fondi Strutturali tal-UE u l-Faċilità Mikrofinanzjarja Progress. Strumenti tal-Kapital ta’ Riskju se jikkumplimentaw dawk provduti taħt l-inizjattiva Horizon 2020 - il-Programm Qafas ġdid għar-riċerka u l-innovazzjoni. Il-programm se jevita wkoll id-duplikazzjoni ma’ programmi oħra, partikolarment fl-oqsma tal-promozzjoni tal-intraprenditorija u l-ħiliet. Se tingħata wkoll kunsiderazzjoni bir-reqqa l-kumplimentarjetà tal-Programm il-ġdid bl-Istrument ta’ Sħubija propost. Se tkun essenzjali li l-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea tkun komplimentari għad-dimensjoni esterna tal-aġenda interna li tiżgura tkabbir sostenibbli u impjiegi fl-Ewropa.

Ġestjoni tal-Programm

Kif imħabbar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "A budget for Europe 2020"[5], il-ġestjoni se tkun prinċipalment esternalizzata.

– L-istrumenti finanzjarji ser jitħaddmu mill-Grupp tal-Bank Ewropew għall-Investiment f’isem il-Kummissjoni;

– Azzjonijiet oħra jistgħu jiġu ġestiti minn aġenzija eżekuttiva, filwaqt li jibnu fuq l-esperjenza pożittiva[6] mal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (EACI) fil-qafas finanzjarju multiannwali attwali. Se titwettaq analiżi tal-benefiċċji tal-ispejjeż.

L-esternalizzazzjoni għas-CIP irriżultat f’suċċess speċjali fir-rigward tas-simplifikazzjoni, peress li l-EACI, b’riżultat tal-ispeċjalizzazzjoni tagħha, issimplifikat u żviluppat proċeduri adattati għall-SMEs.

Partijiet relatati mal-SMEs ta’ programmi oħra tal-infiq futuri jistgħu wkoll jiġu esterjorizzati lill-EACI. Dawn jistgħu jinkludu partijiet ta’ Horizon 2020 li jagħmel dik l-aġenzija “one-stop-shop” għal SMEs li jixtiequ jaċċessaw programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni. L-użu ta’ aġenzija eżekuttiva waħda jista’ jwassal ukoll għal proċess issimplifikat tal-użu tal-għodod tal-IT u portali elettroniċi, u b’hekk ikompli jikkontribwixxi għal aċċess aktar faċli għall-SMEs.

Simplifikazzjoni

Prijorità għall-Kummissjoni f’dan il-programm, bħal f’programmi oħra fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF), hija li jiġi ssimplifikat l-ambjent regolatorju u jkun ffaċilitat l-aċċess għall-fondi għal intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs, safejn hu possibbli. Dan l-approċċ huwa applikat fil-Programm dwar il-Kompetittività u l-SMEs (COSME) billi ssejjes ruħu unikament fuq ir-Regolament Finanzjarju, mingħajr ebda deroga. Dan jipprovdi għal proċeduri amministrattivi sempliċi, koerenti u standardizzati għall-intrapriżi li jridu aċċess għall-fondi.

Ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju se tgħin biex jagħmilha iktar faċli għall-intrapriżi ż-żgħar biex jieħdu sehem fi programmi ta’ finanzjament, pereżempju billi jkunu ssimplifikati r-regoli, jttnaqqsu l-ispejjeż ta’ parteċipazzjoni, jkunu aċċellerati l-proċeduri tal-għoti u jkun provdut "one-stop shop" biex l-aċċess għall-finanzjament tal-Unjoni jkun aktar faċli. Huwa propost li jkun hemm sistema ġdida ta’ somom sħaħ.

Dawn il-karatteristiċi jissodisfaw il-ħtiġijiet espressi fil-konsultazzjoni pubblika dwar il-futur tal-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP):

· jiġu sssimplifikati l-proċeduri amministrattivi u l-proċeduri tan-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi permezz ta’ simplifikazzjoni tal-preparazzjoni tal-proposti

· jagħmlu iktar użu ta’ somom sħaħ, rati fissi

· jitneħħa r-rekwiżit biex jingħataw l-ismijiet tal-membri l-istaff impjegati fuq proġett

· jkunu ssimplifikati dokumenti amministrattivi li jridu jkunu sottomessi għall-kuntratti

· titneħħa l-ħtieġa għal benefiċjarji privati li jipprovdu garanziji tal-bank.

Il-Programm se jwieġeb għal dawn is-suġġerimenti billi jsir użu massimu tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid tal-UE, u se jaċċerta li r-rekwiżiti tar-rappurtaġġ jkunu ssimplifikati aktar, li se jinkludu użu aktar estensiv ta’ rapportaġġ onlajn. Barra minn hekk, biex ikun hemm aċċess aħjar mill-SMEs għall-iffinanzjar, ir-regoli tal-parteċipazzjoni u tal-eliġibbiltà tal-programmi futuri ta’ finanzjament kollha tal-Unjoni se jiġu allinjati kemm jista’ jkun possibbli.

Strumenti finanzjarji bħala tali huma sempliċi biex jintużaw għall-intrapriżi peress li dawn jindirizzaw il-bank jew il-kapital ta' riskju tagħhom b’talba ta’ finanzjament ordinarju u mhux bi proposta bħala għoti tal-finanzi. Dwar l-istrumenti finanzjarji li jridu jiġu implimentati mill-Fond Ewropew għall-Investiment (FEI) jew istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn xierqa, il-proposta tal-Kummissjoni għal pjattaformi ta’ ekwità u dejn u r-Regolament Finanzjarju rivedut se jirregolaw ir-rekwiżiti tal-istrumenti amministrattivi finanzjarji. Ir-regoli se jiġu ssimplifikati kemm jista’ jkun possibbli biex jinħoloq bilanċ bejn l-obbligi tar-rappurtaġġ dwar l-intermedjarji u l-benefiċjarji min-naħa l-waħda, u l-ġestjoni finanzjarja soda, inklużi ħtiġijiet tal-verifika, min-naħa l-oħra.

Barra minn hekk, il-proċeduri ssimplifikati żviluppati mill-EACI se jgħaddu għand il-Kummissjoni għal tipi simili ta’ proġetti. Se jinqasmu l-aħjar prattiki rigward, per eżempju, is-simplifikazzjonijiet introdotti mill-Aġenzija fil-ftehimiet ta’ għotja, il-kuntratti u l-proċeduri. Simplifikazzjoni ulterjuri tista’ tinkludi l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni iktar flessibbli għal ftehimiet ta’ għotja biex jiġi evitat il-bżonn ta’ emendi fi stadju aktar tard.

RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Din id-deroga tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013. Fil-kuntest tal-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt għal programm suċċessur, il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni pubblika li indirizzat udjenza wiesgħa, inklużi organizzazzjonijiet pubbliċi u privati u individwi, li tikkonsisti f 'erba' fażijiet:

– sondaġġ onlajn (inkluż sondaġġ speċifiku dwar l-istrumenti finanzjarji[7]), li dam mit-8 ta’ Novembru 2010 sa l-11 ta' Frar 2011;

– konferenza pubblika fil-25 ta’ Jannar 2011;

– laqgħat mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kumitat ta-Programm għall-Intraprenditorjat u l-Innovazzjoni (EIP) u fil-Laqgħa Konġunta tal-Kumitati tas-CIP;

– laqgħa tal-Bord Strateġiku Konsultattiv tas-CIP fit-2 ta’ Frar 2011.

Il-konsultazzjoni kkonfermat li bosta partijiet tal-programm attwali qed jaħdmu tajjeb, u li hemm appoġġ kbir biex jinżamm programm tal-Unjoni li jappoġġa l-SMEs u li joħloq ambjent ta’ negozju favorevoli. Kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs ġew ukoll diskussi fil-laqgħat tal-Forum dwar il-Finanzjament tal-SMEs li saret f’Settembru 2010 u f’Marzu 2011.

L-evalwazzjoni tal-programm attwali

Fis-CIP attwali, jitwettqu evalwazzjonijiet kemm fil-livell ta’ programmi speċifiċi u kif ukoll fil-livell tal-programm qafas. Ħafna azzjonijiet proposti tal-Programm huma kontinwazzjoni tal-azzjonijiet tal-Programm għall-Intraprenditorija u l-Innovazzjoni tas-CIP.

Is-sejbiet prinċipali tal-evalwazzjonijiet tal-EIP tqassru hawn taħt.

Valutazzjoni interim

Il-valutazzjoni interim tal-EIP[8] ivvalutat riżultati inizjali tal-EIP, b’fokus fuq it-twaqqif tan-Netwerk Ewropa għall-Intrapriża u l-impatti tal-istrumenti finanzjarji ffinanzjati skont l-EIP u l-il-programm predeċessur tiegħu. Il-valutazzjoni kkonfermat li l-għanijiet tal-EIP indirizzat b’mod effiċjenti l-ostakoli l-aktar importanti u r-restrizzjonijiet li jiffaċċjaw l-SMEs Ewropej bħalma huma l-piżijiet regolatorji u amministrattivi u l-aċċess limitat għall-finanzi. L-istrumenti finanzjarji sostnuti mill-EIP huma meħtieġa minħabba falliment tas-suq u biex jindirizzaw ir-restrizzjonijiet ta’ finanzjament li l-istart-ups u l-SMEs li qed jikbru qed jiffaċċjaw fl-Unjoni kollha. L-istrumenti finanzjarji tal-EIP tqiesu bħala approċċ innovattiv li jindirizza fallimenti tas-suq fil-finazjament tal-SMEs.

Rakkomandazzjonijiet għal aktar titjib kienu jinkludu:

· jiżviluppaw sett standard ta’ indikaturi ta' monitoraġġ biex ikun irrekordjat u rrapportat il-progress tal-programm;

· tittejjeb il-funzjoni tal-feedback tan-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi;

· tkun issimplifikata l-istruttura tal-EIP biex jittejbu r-rabtiet bejn azzjonijiet individwali u l-għanijiet tal-EIP globali.

Valutazzjoni finali

Il-valutazzjoni finali tal-EIP[9] eżaminat ir-relevanza, l-effiċjenza, l-effettività, it-tagħrif u l-kuxjenza, l-utilità u s-sostenibilità tal-programm, b’fokus speċifik fuq il-komponenti ewlenin tiegħu: l-istrumenti finanzjarji, in-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi, u l-innovazzjoni. Il-valutazzjoni involviet konsultazzjoni estensiva mal-partijiet interessati u l-benefiċjarji permezz ta’ sondaġġi u intervisti.

Is-sejbiet tal-valutazzjoni kienu inkoraġġanti. L-EIP tqieset bħala li sejra tajjeb fil-kisba tal-impatti antiċipati, biex tindirizza l-ħtiġijiet, il-problemi u l-kwistjonijiet li għalihom tfasslet u għamlet dan b’mod partikolarment effiċjenti fil-livell Ewropew.

L-għanijiet tagħha tqiesu bħala rilevanti ħafna għall-bżonnijiet tal-intrapriża u konformi mal-miri ta’ Ewropa 2020. Il-programm ġie evalwat bħala ta’ benefiċċju għall-utenti finali, partikolarment l-SMEs, b’mod effettiv. Il-miżuri tal-EIP, partikolarment l-istrumenti finanzjarji, nstabu li effettivament ħolqu kondizzjonijiet għar-replikazzjoni reali tas-suq.

Ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin saru fuq kif trid tittejjeb aktar l-implimentazzjoni tal-EIP:

· ikun żviluppat proċess ta’ ġestjoni sistematika sabiex ikunu segwiti għanijiet transversali fil-programm u biex jintrabtu l-għanijiet ta’ livell għoli ma’ azzjonijiet u miżuri ffinanzjati uniċi,

· biex ir-rabtiet ma’ elementi oħrajn tal-politika tal-Intrapriżi jsiru aktar espliċiti, pereżempju, b’referenzi għall-prijoritajiet tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar jew rilevanti għall-inizjattivi prominenti ta’ Ewropa 2020.

· tkun żviluppata sistema ta’ monitoraġġ u indikaturi li, filwaqt li huma ta' kontribut siewi fil-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-programm, xorta jeħtieġu rfinar.

Diġà hemm aktar attenzjoni speċjali fuq il-kejl tal-prestazzjoni u fuq l-indikaturi tal-prestazzjoni fil-programm attwali u dan se jkollu post prominenti fil-Programm il-ġdid. Dan tal-aħħar se jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet ta' hawn fuq, b'mod partikolari bit-tisħiħ tal-loġika tal-intervent tal-Programm li jorbotha b'mod eqreb mal-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni.

Il-valutazzjoni tal-impatt

Saret valutazzjoni tal-impatt li tkopri l-istrumenti tal-programm u li qiegħda takkumpanja din il-proposta tal-Kummissjoni. Il-valutazzjoni tal-impatt ikkunsidrat erba’ għażliet:

– L-Għażla 1, Xogħol bħas-soltu, li tkopri l-istess elementi relatati mal-SMEs u l-kompetittività hekk kif l-EIP hi mistennija li tkopri fl-2013.

– L-Għażla 2 li ma tkomplix l-interventi finanzjarji attwali kollha.

– L-Għażla 3b li żżomm l-ambitu attwali ta’ intervent b’espansjoni baġitarja bbilanċjata.

– L-Għażla 3c li tfisser espansjoni baġitarja ffukata, b’appoġġ finanzjarju ristrett mal-istrumenti finanzjarji u n-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi.

Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li espansjoni baġitarja modesta hi l-għażla preferuta, peress li tipprovdi approċċ bilanċjat f’termini ta’ kisbiet fl-effiċjenza, massa kritika, il-koerenza u l-effettività, u tindirizza l-fallimenti regolatorji u tas-suq.

Wara opinjoni tal-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt, ir-rapport ittejjeb kif ġej:

– is-sejbiet tal-valutazzjoni u l-opinjonijiet tal-partijiet interessati kienu ddettaljati aħjar fit-test;

– l-impatti soċjali ġew evalwati b’mod aktar wiesa’;

– il-koerenza tal-politika u l-koerenza ma’ programmi oħra tal-UE kien evalwati aktar u spjegati fir-rapport.

L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Il-bażi legali

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 173 u l-Artikolu 195 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Dan fih id-dispożizzjonijiet li ġejjin :

– L-Artikolu 1 jistabbilixxi l-Programm;

– L-Artikolu 2 jiddefinixxi l-għanijiet ġenerali u l-Artikolu 3 l-għanijiet speċifiċi;

– L-Artikolu 4 jiddeskrivi il-baġit tal-Programm;

– L-Artikolu 5 jikkonċerna l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi;

– L-Artikoli 6, 7, 8 u 9 jiddeskrivu l-oqsma ta’ azzjonijiet tal-Programm;

– L-Artikolu 10 jiddefinixxi Programm ta’ ħidma annwali għall-implementazzjoni;

– L-Artikolu 11 jiddefinixxi l-ambitu għal miżuri ta’ appoġġ li jittieħdu mill-Kummissjoni;

– L-Artikolu 12 jiddeskrivi dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;

– L-Artikolu 13 jiddeskrivi forom ta’ għajnuna finanzjarja;

– L-Artikolu 14 jipprovdi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji;

– L-Artikolu 15 jiddeskrivi dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

– L-Artikolu 16 jistipola dispożizzjonijiet dwar il-kumitat;

– L-Artikoli 17, 18 u 19 jiddeskrivu atti ddelegati, l-eżerċizzju tad-delega u dispożizzjonijiet għal proċedura ta’ urġenza;

– L-Artikolu 20 jistabbilixxi d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità

L-intervent propost tal-UE huwa skont it-Trattat ta’ Lisbona, peress li se timmira speċifikament fallimenti politiċi bħalma huma n-nuqqas ta’ koordinazzjoni u netwerking effettiv u fallimenti tas-suq bħalma huma asimmetriji tal-informazzjoni li jistgħu jiġu indirizzati biss fil-livell tal-UE. Li tkun stabbilita politika koordinata u konsolidata jitqies bħala ferm prezzjuża biex jinġiebu lill-partijiet interessati ewlenin flimkien, il-kondiviżjoni tal-għarfien, l-ideat u t-tħassib, u biex tgħin titqajjem kuxjenza fi ħdan u mal-gvernijiet kollha u fil-komunità wiesgħa.

Xejn mill-miżuri meqjusa taħt il-Programm futur ma jitlob biex il-miżuri fil-livell tal-UE jissostitwixxu l-inizjattivi nazzjonali, jew deċiżjonijiet li jorbtu fil-livell tal-UE. L-intervent tal-UE tfassal biex jagħmel il-miżuri nazzjonali jaħdmu aħjar, billi tingħatalhom dimensjoni tal-UE, b’koordinazzjoni aħjar u t-tneħħija tal-ostakoli transkonfinali għall-koperazzjoni jew minn atturi privati jew awtoritajiet pubbliċi. Il-kooperazzjoni tal-atturi u l-istrutturi nazzjonali u reġjonali titħeġġeġ permezz ta’ netwerking "orizzontali" aktar milli ċentralizzazzjoni “vertikali”.

L-azzjoni tal-UE trid tkun proporzjonali, fi kliem ieħor, l-isforzi u l-mezzi użati jridu jkunu kompletament ġustifikati skont il-miri. F’dan ir-rigward, minħabba l-isfidi li l-ekonomija tal-UE qiegħda tiffaċċja, id-daqs u l-iskala tal-azzjoni tal-UE huma mistennija li jiġġeneraw impatti pożittivi fl-Ewropa kollha permezz ta’ effett kumulattiv u effetti multiplikaturi. Minħabba l-limitazzjonijiet baġitarji, il-miżuri proposti fil-livell tal-UE ntgħażlu bir-reqqa biex juru l-valur miżjud tal-UE.

Abbażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li l-intervent fil-livell tal-UE propost biex jippromwovi l-intraprenditorija u l-kompetittività huwa kompletament ġustifikat, speċjalment meta jitqiesu l-ħtiġijiet tal-SMEs.

IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-approprjazzjonijiet finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Programm matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għandhom jammontaw għal EUR 2,522 biljun[10].

2011/0394 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014 - 2020)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 173 u 195 ta’ dan,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni “L-Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”[11] f’Marzu 2010 (minn hawn ‘il quddiem "l-Istrateġija Ewropa 2020"). Il-Komunikazzjoni kienet approvata mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2010. L-Istrateġija Ewropa 2020 twieġeb għall-kriżi ekonomika u hija maħsuba biex tħejji l-Ewropa għall-għaxar snin li ġejjin. Din tistipula ħames miri ambizzjużi dwar il-klima u l-enerġija, l-impjiegi, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali li jridu jintlaħqu sal-2020 u tidentifika l-ixpruni ewlenin għat-tkabbir, li jimmiraw li jagħmlu lill-Ewropa aktar dinamika u kompetittiva. Din tenfasizza wkoll l-importanza li jkun rinfurzat it-tkabbir tal-ekonomija Ewropea filwaqt li twettaq livell għoljin ta' impjiegi, karbonju baxx, ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u l-enerġija u l-koeżjoni soċjali.

(2) Sabiex ikun żgurat li l-industrija jkollha sehem ċentrali fit-twettiq tat-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni bit-titolu "Politika industrijali integrata għal era ta’ globalizzazzjoni fejn il-kompetittività u s-sostenibbiltà jkunu ċentrali"[12] f’Ottubru 2010, li kienet approvata mill-Kunsill Ewropew dwar il-Konklużjonijiet tagħha ta’ Diċembru 2010. Din hija inizjattiva prominenti tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-Komunikazzjoni tistabbilixxi strateġija li timmira li tagħti spinta lit-tkabbir u l-impjiegi billi żżomm u ssostni bażi qawwija industrijali diversifikata u kompetittiva fl-Ewropa, notevolment permezz ta’ titjib tal-kundizzjonijiet qafas għall-intrapriżi u n-negozju, kif ukoll permezz tat-tisħiħ ta’ bosta aspetti tas-Suq Uniku, inklużi servizzi relatati man-negozju.

(3) F’Ġunju 2008 il-Kummisjsoni adottat il-Komunikazzjoni “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” – “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa [13] li kienet approvata mill-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2008. L-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA) jipprovdi qafas politiku komprensiv għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), jippromovi l-intraprenditorija u jistabbilixxi fis-sod il-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” fil-liġi u l-politika sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tal-SMEs. L-SBA tistabbilixxi 10 prinċipji u tiddeskrivi politika u azzjonijiet leġiżlattivi li jippromovu l-potenzjal tal-SMEs biex jikbru u joħolqu l-impjiegi. L-implimentazzjoni tal-SBA tikkontribwixxi lejn il-kisba tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020. Azzjonijiet diversi għall-SMEs diġà ġew stabbiliti fl-inizjattivi prominenti.

(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Reviżjoni tal-"Att dwar in-Negozji ż-Żgħar" għall-Ewropa”[14] ta’ Frar 2011, li kienet approvata mill-Kunsill tal-Kompetittività ta’ Mejju 2011, tevalwa l-implimentazzjoni tal-SBA u teżamina l-bżonnijiet tal-SMEs li joperaw f’ambjent ekonomiku preżenti fejn isibu dejjem aktar diffikultà biex jiksbu l-finanzjament u l-aċċess għas-swieq. Din ir-reviżjoni tippreżenta ħarsa ġenerali lejn il-progress li sar fl-ewwel sentejn tal-SBA, tistabbilixxi azzjonijiet ġodda biex jindirizzaw l-isfidi li jirriżultaw mill-kriżi ekonomika rrappurtata mill-partijiet interessati, u tipproponi modi kif jistgħu jittejbu l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-SBA bi rwol ċar għall-partijiet interessati, u bl-organizzazzjonijiet tan-negozju fuq quddiem.

(5) Mal-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 [15], adottata fid-29 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni tistabbilixxi pakkett ta' proposti leġiżlattivi u d-dokumenti tal-baġit tal-Unjoni 2014-2020. Dak il-qafas finanzjarju multiannwali jiddeskrivi kif se jintlaħqu l-għanijiet tal-politika ta’ żieda fit-tkabbir u l-ħolqien ta’ aktar impjiegi fl-Ewropa u l-istabbiliment ta’ ekonomija b’karbonju baxx u aktar konxja mill-ambjent u Ewropa internazzjonalment prominenti.

(6) Sabiex ikun hemm kontribut lejn it-tisħiħ tal-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs, l-avvanz tas-soċjetà tal-għarfien, u l-iżvilupp msejjes fuq it-tkabbir ekonomiku bbilanċjat, għandu jkun stabbilit Programm dwar il-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (minn hawn ‘il quddiem "il-Programm").

(7) Il-Kummissjoni impenjat ruħha li tpoġġi fiċ-ċentru tal-programm tal-infiq tal-Unjoni l-azzjoni dwar il-klima u li tidderieġi ta’ mill-inqas 20 % tal-baġit tal-Unjoni għal għanijiet relatati mal-klima. Huwa importanti li jkun żgurat li l-mitigazzjoni u l-adattament tal-bidla fil-klima kif ukoll il-prevenzjoni tar-riskju huma promossi fil-preparazzjoni, it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Programm. Il-miżuri koperti minn dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu lejn il-promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija u soċjetà b'karbonju baxx u reżiljenti għat-tibdil fil-klima.

(8) Il-kompetittività tal-politika tal-Unjoni hija maħsuba biex nistabbilixxu l-arranġamenti istituzzjonali u politiċi li joħolqu l-kundizzjonijiet li taħthom l-intrapriżi jistgħu jikbru b’mod sostenibbli. Produttività mtejba hija sors dominanti ta' introjtu sostenibbli tat-tkabbir, li min-naħa tagħha tikkontribwixxi għal titjib fl-istandards tal-għajxien. Il-kompetittività tiddependi wkoll fuq l-abbiltà tal-kumpaniji sabiex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet bħalma hu s-Suq Uniku Ewropew. Dan huwa speċjalment importanti għall-SMEs, li jirrappreżentaw 99 % tal-intrapriżi fl-Unjoni, jipprovdu tnejn mit-tliet impjiegi eżistenti fis-settur privat, u 80 % tal-impjiegi ġodda, u jikkontribwixxi b’iktar min-nofs tat-total tal-valur miżjud maħluq mill-intrapriżi fl-Unjoni. L-SMEs huma mutur ewlieni għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali.

(9) Il-kompetittività tpoġġiet taħt lenti fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni fis-snin riċenti minħabba fallimenti istituzzjonali, politiċi u tas-suq li qed jimminaw il-kompetittività intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs.

(10) Il-Programm għandu għalhekk jindirizza fallimenti tas-suq li jaffettwaw il-kompetittività fl-ekonomija tal-Unjoni fuq skala globali dovuti prinċipalment għal-kwistjonijiet li jnawru l-kapaċità tal-intrapriżi li jikkompetu mal-kontropartijiet tagħhom f’partijiet oħra tad-dinja.

(11) Il-Programm għandu partikolarment jindirizza lill-SMEs, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju[16]. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-intrapriżi mikro, lill-intrapriżi impenjati fl-attivitajiet artiġjanali u lill-intrapriżi soċjali. Għandha tingħata attenzjoni wkoll lill-karatteristiċi speċifiċi u rekwiżiti tal-intraprendituri żgħażagħ, intraprendituri potenzjali u ġodda u intraprendituri nisa, kif ukoll gruppi speċifiċi fil-mira, bħal pereżempju, il-migranti u l-intraprendituri li jappartjenu għal gruppi soċjalment żvantaġġati jew vulnerabbli bħalma huma persuni b’diżabilità. Il-Programm għandu wkoll iħeġġeġ lil ċittadini anzjani jsiru u jibqgħu intraprendituri u jiġu promossi it-tieni ċansijiet għall-intraprendituri.

(12) Ħafna mill-problemi tal-kompetittività tal-Unjoni jinvolvu diffikultajiet tal-SMEs biex ikollhom l-aċċess għall-finanzi minħabba li jitħabtu biex juru l-valur tal-kreditu tagħhom u jkollhom diffikultajiet biex jiksbu aċċess għall-kapital tar-riskju. Dan għandu effett negattiv fuq il-livell u l-kwalità ta’ intrapriżi ġodda maħluqa u fuq it-tkabbir tal-intrapriżi. Il-valur miżjud għall-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji proposti tinsab inter alia fit-tisħiħ tas-Suq Uniku għall-kapital ta’ riskju u fl-iżvilupp tas-suq tal-finanzjament tal-SMEs pan-Ewropew. L-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu kumplimentarji għall-użu tal-istrumenti finanzjarji tal-Istati Membri għall-SMEs. L-entitajiet delegati bl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet għandhom jiżguraw addizzjonalità u se jevitaw finanzjament doppju permezz ta’ riżorsi tal-UE.

(13) In-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi wera li kien ta’ valur miżjud għall-SMEs Ewropej bħala “one-stop-shop” ta’ appoġġ għan-negozji billi għin intrapriżi biex itejbu l-kompetittività tagħhom u jesploraw l-opportunitajiet kummerċjali fis-Suq Uniku u lil hinn. It-tħaffif tal-metodoloġiji u l-metodi ta’ ħidma u d-dispożizzjonijiet ta’ dimensjoni Ewropea għal servizzi ta' appoġġ għan-negozju jistgħu jinkisbu biss fil-livell tal-Unjoni. B’mod partikolari, in-Netwerk għin lill-SMEs isibu kooperazzjoni jew sħab ta’ trasferiment tat-teknoloġija, jiksbu pariri dwar sorsi ta’ finanzjament u dwar il-proprjetà intellettwali u dwar l-eko-innovazzjoni u l-produzzjoni sostenibbli. Kiseb ukoll rispons dwar il-leġiżlazzjoni u l-istandards tal-Unjoni. L-Għarfien espert uniku tiegħu huwa partikolarment importanti sabiex jingħelbu l-assimetriji fl-informazzjoni u jittaffew l-ispejjeż tat-transazzjoni assoċjati ma’ tranżazzjonijiet transkonfinali.

(14) L-internazzjonalizzazzjoni limitata tal-SMEs kemm ġewwa u barra l-Ewropa taffettwa l-kompetittività. Skont xi stimi, attwalment 25 % tal-SMEs fl-Unjoni jesportaw jew esportaw f’xi punt matul l-aħħar tliet snin, li minnhom 13 % biss jesportaw barra mill-Unjoni fuq bażi regolari u 2 % biss investew lil hinn minn pajjiżhom. Skont l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, li stieden lill-Unjoni u l-Istati Membri biex jappoġġaw u jinkoraġġixxu lill-SMEs jibbenefikaw mit-tkabbir tas-swieq barra l-Unjoni, l-UE tappoġġa netwerk ta’ Organizzazzjonijiet ta’ Negozju Ewropej f’aktar minn 20 suq barrani. Dan jipprovdi għajnuna finanzjarja fiċ-Ċentru għall-Kooperazzjoni Industrijali UE-Ġappun, korpi tan-negozju f’Ħong Kong, l-Malasja u Singapor kif ukoll fiċ-Ċentru Ewropew għan-Negozju u t-Teknoloġija fl-Indja, ċentri tal-SMEs tal-UE fiċ-Ċina u fit-Tajlandja u l-Helpdesk għall-SMEs dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali fiċ-Ċina. Valur miżjud Ewropew jinħoloq bil-ġabra flimkien tal-isforzi nazzjonali f’dan il-qasam, tkun evitata d-duplikazzjoni, tkun promossa l-kooperazzjoni u billi jkunu offruti servizzi li jonqoshom il-massa kritika li kieku jkunu provduti fil-livell nazzjonali.

(15) Biex tittejjeb il-kompetittività tal-intrapriżi Ewropej, notevolment l-SMEs, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom bżonn joħolqu ambjent kummerċjali favorevoli. L-interessi tal-SMEs u s-setturi li fihom huma l-iktar attivi jeħtieġu attenzjoni partikulari. Inizjattivi fil-livell tal-Unjoni huma meħtieġa biex ikunu żviluppati opportunitajiet indaqs għall-SMEs u biex ikunu skambjati informazzjoni u għarfien fuq skala Ewropea.

(16) Fattur ieħor li jaffettwa l-kompetittività huwa l-ispirtu intraprenditorjali relattivament dgħajjef fl-Unjoni. Ħamsa u erbgħin fil-mija (45 %) biss taċ-ċittadini tal-Unjoni (u inqas minn 40 % tan-nisa) jixtiequ jaħdmu għal rashom meta mqabbla ma’ 55 % tal-popolazzjoni tal-Istati Uniti u 71 % fiċ-Ċina[17]. Effetti ta’ dimostrazzjoni u katalitiċi, pereżempju Premjijiet u konferenzi Ewropej, kif ukoll koerenza u konsistenza biex jissaħħu l-miżuri bħalma huma l-valutazzjoni komparattiva u l-iskambji tal-aħjar prattiċi jipprovdu valur miżjud Ewropew għoli.

(17) Il-kompetizzjoni globali, it-tibdil demografiku, restrizzjonijiet fir-riżorsi xejriet soċjali emerġenti jiġġeneraw sfidi u opportunitajiet għal xi setturi. Pereżempju, is-setturi bbażati fuq id-disinn qed jiffaċċjaw sfidi globali u huma kkaratterizzati minn proporzjon qawwi ta’ SMEs u għalhekk jeħtiġilhom jadattaw biex jaħsdu l-benefiċċji u jaħtfu l-potenzjal mhux sfruttat ta' domanda għolja ta’ prodotti personalizzati u inklużivi. Peress li dawn l-isfidi japplikaw għall-SMEs kollha fl-Unjoni f’dawn is-setturi, hemm bżonn ta’ sforz kollettiv fuq il-livell tal-Unjoni.

(18) Kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2010, intitolata “Europe, the world's No 1 tourist destination – a new political framework for tourism in Europe”,[18] li ġiet approvata mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2010, it-turiżmu huwa settur importanti tal-ekonomija tal-Unjoni. L-intrapriżi f’dan is-settur jikkontribwixxu sostanzjalment lill-prodott gross domestiku (PGD) tal-Unjoni u l-ħolqien tal-impjiegi u għandhom potenzjal sinifikanti għall-iżvilupp tal-attività imprenditorjali, peress li hija mmexxija prinċipalment mill-SMEs. It-Trattat ta’ Lisbona jirrikonoxxi l-importanza tat-turiżmu li jiddeskrivi l-kompetenzi speċifiċi tal-Unjoni f’dan il-qasam li jikkomplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri. Hemm valur miżjud ċar għall-inizattiva tat-turiżmu fuq il-livell tal-Unjoni, speċjalment fil-forniment tad-dejta u l-analiżi, fl-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ promozzjoni transnazzjonali u fl-iskambju tal-aħjar prattiki.

(19) Il-Programm għandu jindika azzjonijiet għall-għanijiet, il-pakkett finanzjarju totali biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, it-tipi differenti ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni, u l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(20) Il-Programm għandu jikkumplimenta programmi oħra tal-Unjoni, filwaqt li jirrikonoxxi li kull strument għandu jaħdem skont il-proċeduri speċifiċi tiegħu stess. B'hekk, l-istess spejjeż eliġibbli ma għandhomx jirċievu finanzjament doppju. Bil-għan li jinkiseb il-valur miżjud u l-impatt sostanzjali tal-finanzjament tal-Unjoni, għandhom ikunu żviluppati sinerġiji mill-qrib bejn il-Programm, programmi oħrajn tal-Unjoni u l-Fondi Strutturali.

(21) Il-prinċipji tat-trasparenza u tal-opportunità indaqs bejn is-sessi għandhom jiġu kkunsidrati fl-inizjattivi u l-azzjonijiet rilevanti kollha koperti mill-Programm. Ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-liberta fundamentali għaċ-ċittadini kollha għandhom jiġu kkunsidrati wkoll f’dawk l-inizjattivi u l-attivitajiet.

(22) Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi, għat-tul kollu tal-programm, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza primarja, fis-sens tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali ta' XX/YY/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[19], għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali.

(23) Biex ikun żgurat li l-finanzjament jiġi limitat għall-indirizzar ta’ fallimenti tas-suq, ta’ politika u istituzzjonali, u bil-ħsieb li jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq, il-finanzjament mill-Programm għandu jħares ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni.

(24) Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Protokolli tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jipprovdu għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati fi programmi tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi għandha tkun possibbli fejn jippermettu l-Ftehimiet u l-proċeduri.

(25) Il-Programm għandu jkun immonitorjat u evalwat sabiex jingħata lok għall-aġġustamenti.

(26) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jitħarsu permezz ta' miżuri proporzjonati fiċ-ċiklu kollu tal-infiq, inklużi l-prevenzjoni, id-ditezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, l-irkupru tal-fondi li jintilfu, jitħallsu bi żball jew jintużaw b'mod ħażin u, jekk ikun il-każ, permezz ta' pieni.

(27) Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’dan ir-Regolament, għandhom jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni, biex tadotta programm annwali ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tal-programm. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[20].

(28) Is-setgħa biex ikunu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu ddelegati lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ regoli speċifiċi għall-parteċipazzjoni u l-esternalizzazzjoni ta' ċerti kompiti. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa fil-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell espert.

(29) Il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill waqt il-preparazzjoni u t-tfassil tal-atti delegati.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I Suġġett

Artikolu 1 L-istabbiliment

Programm għal azzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-kompetittività tal-intrapriżi, b’enfasi speċjali fuq l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (SMEs) (minn hawn 'il quddiem "il-Programm"), huwa stabbilit għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Dicembru 2020.

Artikolu 2 Għanijiet ġenerali

1. Il-Programm għandu jikkontribwixxi lill-għanijiet ġenerali li ġejjin filwaqt li jagħti attenzjoni lill-bżonnijiet speċifiċi tal-SMEs fuq il-livell Ewropew u globali:

(a) li tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, inkluż fis-settur tat-turiżmu;

(b) li titħeġġeġ kultura imprenditorjali u jkunu promossi l-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs.

2. Il-kisba tal-għanijiet imsemmija fil-Paragrafu 1 għandhom jitkejlu bl-indikaturi li ġejjin:

(a) il-persentaġġ tat-tkabbir tas-settur industrijali tal-Unjoni relatat mat-tkabbir tal-Prodott Domestiku Gross (PDG),

(b) it-tkabbir tal-eżitu tal-manifattura tal-Unjoni fl-ekoindustriji,

(c) il-bidliet fil-piż amministrattiv fuq l-SMEs,

(d) it-tkabbir tal-SMEs f’termini ta’ valur miżjud u n-numru ta’ impjegati,

(e) u r-rata ta’ dħul tal-SMEs.

3. Il-programm għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 u għandu jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan ta’ “tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”. Partikolarment, il-Programm għandu jikkontribwixxi lejn l-mira ewlenija li tikkonċerna l-impjiegi.

KAPITOLU II Għanijiet speċifiċi u l-oqsma ta’ azzjoni

Artikolu 3 Objettivi speċifiċi

1. L-għanijiet speċifiċi tal-Programm għandhom ikunu:

(f) li jittejbu l-kondizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni inkluż is-settur tat-turiżmu;

(g) li tkun promossa l-imprenditorija, inkluż fost gruppi speċifiċi fil-mira:

(h) li jittejjeb l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs fis-sura ta’ ekwità u dejn;

(i) li jittejjeb l-aċċess għas-swieq ġewwa l-Unjoni u globalment:

2. Il-bżonn li l-intrapriżi jaddattaw għal ekonomija b’karbonju baxx, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, u efficjenti fl-użu tar-riżorsi għandu jkun promoss fl-implimentazzjoni tal-Programm.

3. Biex jitkejjel l-impatt tal-Programm fil-kisba tal-għanijiet speċifiċi msemmija fil-Paragrafu 1, għandhom jintużaw l-indikaturi tal-prestazzjoni. Dawk l-indikaturi huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 4 Il-baġit

4. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jkun ta’ EUR 2,522 biljuni, li minnhom EUR 1,4 biljun se jiġi allokat għall-istrumenti finanzjarji.

5. Il-pakkett finanzjarju stabbilit taħt dan ir-Regolament jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm u l-kisba tal-għanijiet tiegħu; b’mod partikolari, studji, laqgħat ta’ esperti, azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm ikunu relatati mal-għanijiet ġenerali ta’ dan il-Programm, spejjeż konnessi man-netwerks tal-IT li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, flimkien mal-ispejjez l-oħra kollha ta’ assistenza amministrattiva u teknika sofferti mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm.

6. L-allokazzjoni finanzjarja tista' tkopri wkoll l-ispejjeż ta’ assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-transizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[21]. Jekk hu meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu ma jiddaħħlux fil-baġit lil hinn mill-2020 biex jiġu koperti spejjeż simili, sabiex jippermettu t-tmexxija ta’ azzjonijiet li jkunu għadhom ma ntemmewx sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Artikolu 5 Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi

7. Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ :

(j) Pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE, u pajjiżi Ewropej oħra meta l-ftehim u l-proċeduri jippermettu dan;

(k) Il-pajjiżi li qed jaderixxu, il-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fi programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehimiet ta’ Qafas u fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni rispettivi, jew arranġamenti simili;

(l) Pajjiżi li jaqgħu taħt l-ambitu tal-politika Ewropea tal-viċinat, meta l-ftehimiet u l-proċeduri jippermettu hekk u skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fi programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehimiet ta’ Qafas rispettivi, il-Protokolli tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni.

8. Entitajiet stabbiliti fil-pajjiżi msemmija fil-Paragrafu 1, fil-każ li l-kondizzjonijiet f’dak il-paragrafu ma jiġux sodisfatti jew meta l-pajjiżi jiddeċiedu li ma jisseħbux fil-programm, jew entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi oħra jistgħu jipparteċipaw fl-azzjonijiet skont il-Programm.

9. Tali entitajiet ma għandhomx ikunu intitolati li jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni, ħlief meta huwa indispensabbli għall-Programm, b’mod partikolari f’termini ta’ kompetittività u aċċess għas-swieq għall-intrapriżi tal-Unjoni. Din l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika lill-entitajiet li jagħmlu l-qligħ.

Artikolu 6  L-azzjonijiet biex itejbu l-kundizzjonijiet qafas għall-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni

10. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa azzjonijiet biex titjieb u tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs, sabiex tittejjeb l-effettività, il-koerenza u l-konsistenza tal-politiki nazzjonali għall-promozzjoni tal-kompetittività u s-sostenibbilità u t-tkabbir tal-intrapriżi fl-Ewropa.

11. Il-Kummissjoni tista tappoġġa l-azzjonijiet intenzjonati li jiżviluppaw l-istrateġiji l-ġodda tal-kompetittività. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

(m) miżuri li jtejbu d-disinn, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki li jaffettwaw il-kompetittività u s-sostenibbilità tal-intrapriżi, inklużi reżiljenza għad-disastri u biex ikun żgurat l-iżvilupp ta’ infrastrutturi xierqa, gruppi ta’ klassi mondjali u netwerks kummerċjali, kundizzjonijiet ta’ qafas u żvilupp ta’ prodotti, servizzi u proċessi sostenibbli;

(n) miżuri li jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni fit-tfassil tal-politika u l-iskambju ta’ prattiki tajbin fost l-Istati Membri, pajjiżi oħra parteċipanti fil-Programm u l-kompetituri ewlenin tal-Unjoni, u li jindirizzaw ukoll aspetti tal-politiki tal-kompetittività internazzjonali.

(o) appoġġ għall-SMEs għall-iżvilupp tal-politika u l-kooperazzjoni bejn dawk li jfasslu l-politika, partikolarment bil-ħsieb li jittejjeb it-tħaffif tal-aċċess għall-programmi u l-miżuri jkunu ta’ sostenn tal-SMEs.

12. Il-Kummissjoni tista’ tappoġġa inizjattivi li jaċċelleraw il-ħolqien tal-industriji kompetittivi bbażati fuq l-attivitajiet transsettorjali f’żoni karatterizzati minn proporzjon għoli ta’ SMEs u b'kontribuzzjoni għoli lejn il-PGD tal-Unjoni. Dawn l-inizjattivi għandhom jistimulaw l-iżvilupp ta’ swieq ġodda u l-provvista ta' prodotti u servizzi bbażati fuq l-aktar mudelli kummerċjali kompetittivi jew fuq ktajjen ta’ valur modifikati. Dawn għandhom jinkludu inizjattivi li jtejbu l-produttività, l-effiċjenza tar-riżorsi, is-sostenibilità u r-responsabilità soċjali korporattiva.

Artikolu 7 Azzjonijiet li jippromwovu l-intraprenditorija

13. Il-Kummissjoni għandha tikkontribwixxi lejn il-promozzjoni tal-imprenditorija billi ttejjeb il-kundizzjonijiet ta’ qafas li jaffettwaw l-iżvilupp tal-intraprenditorija. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa ambjent tan-negozju favorevoli għall-iżvilupp u t-tkabbir tal-intrapriżi.         

14. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-intraprendituri żgħażagħ, intraprendituri ġodda u potenzjali, intraprendituri nisa, kif ukoll gruppi speċifiċi ta’ mira.

15. Il-Kummissjoni tista tappoġġa miżuri tal-Istati Membri li jiżviluppaw edukazzjoni, ħiliet u attitudnijiet intraprenditorjali, b' mod partikolari fost intraprendituri potenzjali u ġodda.

Artikolu 8 Azzjonijiet li jtejbu l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs

16. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa azzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament fil-fażijiet tagħhom tal-bidu u t-tkabbir filwaqt li jikkumplimentaw l-użu tal-istrumenti finanzjarji mill-Istati Membri għall-SMEs fil-livell nazzjonali u reġjonali. Sabiex tkun żgurata l-kumplimentarjetà, dawn l-azzjonijiet se jkunu kkoordinati mill-qrib ma' dawk li jitwettqu fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni u fuq il-livell nazzjonali. Dawn l-azzjonijiet għandhom jimmiraw li jistimolaw il-provvista tal-finanzi tal-ekwità u d-dejn.

17. Bħala parti mill-azzjonijiet imsemmija fil-Paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa miżuri, soġġetti għad-domanda tas-suq, biex jittejjeb il-finanzjament transkonfinali u multinazzjonali biex jassisti lill-SMEs fl-internalizzazzjoni tal-attivitajiet tagħhom f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

18. Id-dettalji tal-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 9 Azzjonijiet li jtejbu l-aċċess għas-swieq

19. Il-Kummissjoni għandha żżomm l-appoġġ tagħha għan-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi sabiex ikompli t-titjib fil-kompetittività tal-SMEs u l-aċċess għas-swieq.

20. Il-Kummissjoni tista’ tappoġġa azzjonijiet biex jittejbu l-aċċess tal-SMEs għas-Suq Uniku inkluż għoti ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni.

21. Il-miżuri speċifiċi għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs għas-swieq barra l-Unjoni u li jsaħħu servizzi ta’ appoġġ eżistenti f 'dawk is-swieq. L-SMEs jistgħu jirċievu appoġġ permezz tal-Programm dwar l-istandards u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali f’pajjiżi terzi ta’ prijorità.

22. L-azzjonijiet tal-Programm jistgħu jimmiraw li jrawmu kooperazzjoni industrijali internazzjonali, inklużi djalogi industrijali u regolatorji ma’ pajjiżi terzi. Il-miżuri speċifiċi jistgħu jimmiraw li jitnaqqsu d-differenzi bejn l-Unjoni u pajjiżi oħra f’oqfsa regolatorji għal-prodotti industrijali, dwar il-politika industrijali u t-titjib tal-ambjent tan-negozju.

KAPITOLU III Implimentazzjoni tal-Programm

Artikolu 10 Programm ta' ħidma annwali

23. Sabiex ikun implimentat il-Programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta’ ħidma annwali f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2). Il-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jistabbilixxu l-għanijiet segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta’ implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Dawn għandu jkollhom deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jkunu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u skeda indikattiva tal-implimentazzjoni, kif ukoll indikaturi xierqa għall-monitoraġġ tal-effettività fit-twettiq tal-eżiti u l-kisbiet tal-għanijiet. Dawn għandhom jinkludu għotjiet għall-prijoritajiet, il-kriterji essenzjali ta’ valutazzjoni u r-rata massima tal-kofinanzjament.

24. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Programm f’konformità mar-Regolament Finanzjarju (ir-Regolament (UE) Nru XXX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid]).

25. Il-Programm għandu jkun implimentat sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet appoġġati jieħdu kont tal-iżviluppi u l-ħtiġijiet futuri, b’mod partikolari wara l-evalwazzjoni interim, imsemmija fl-Artikolu 12(3), u li dawn huma rilevanti għal swieq li qed jevolvu, l-ekonomija u l-bidliet fis-soċjetà.

Artikolu 11 Miżuri ta' appoġġ

26. Flimkien mal-miżuri koperti mill-programm ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 10, il-Kummissjoni għandha twettaq b’mod regolari miżuri ta’ sostenn, inklużi dawn li ġejjin:

(p) l-analiżi u l-monitoraġġ ta’ kwistjonijiet tal-kompetittività settorjali u transsettorjali;

(q) l-identifikazzjoni ta’ prattiċi tajbin u approċċi ta' politika, u l-iżvilupp ulterjuri tagħhom;

(r) evalwazzjonijiet tal-impatt tal-miżuri tal-Unjoni ta’ rilevanza partikolari għall-kompetittività tal-intrapriżi, bil-ħsieb li jiġu identifikati oqsma ta’ leġiżlazzjoni eżistenti li jeħtiġilhom jiġu ssimplifikati, jew oqsma li fihom hemm bżonn li jiġu propost miżuri leġiżlattivi ġodda;

(s) l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni li taffettwa l-intrapriżi, il-politika speċifika industrijali u l-miżuri relatati mal-kompetittività;

27. Dawn il-miżuri ta’ appoġġ imsemmija fil-Paragrafu 1 ma għandhomx neċessarjament jiffurmaw parti mill-programmi ta’ ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 10.

Artikolu 12 Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni

28. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-Programm.

29. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali ta’ monitoraġġ li jeżamina l-effiċjenza u l-effettività tal-attivitajiet appoġġati skont l-implimentazzjoni finanzjarja, ir-riżulati u, fejn hu possibbli, l-impatt. Ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni dwar l-ammont ta’ nfiq relatat mal-klima u l-impatt fuq l-appoġġ lill-għanijiet tal-bidla fil-klima sakemm dan il-ġbir ta’ din l-informazzjoni ma joħloqx piż amministrattiv mhux ġustifikat għall-SMEs.

30. Mhux iktar tard mill-2018, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta' evalwazzjoni dwar ir-realizzazzjoni tal-għanijiet tal-azzjonijiet kollha skont dan il-Programm fil-livell ta' riżultati u impatti, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew ta' dan, fid-dawl ta' deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-miżuri. Ir-rapport tal-evalwazzjoni għandu jindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tagħha, ir-rilevanza kontinwa tal-għanijiet kollha, kif ukoll il-kontribut tal-miżuri għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Dan għandu jqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni fuq l-impatt fit-tul tal-miżuri preċedenti;

31. Rapport tal-evalwazzjoni għandu jiġi stabbilit dwar l-impatti fit-tul u s-sostenibbiltà tal-effetti tal-miżuri li jikkontibwixxu għal deċiżjoni dwar it-tiġdid possibbli, modifika jew sospensjoni ta’ xi miżura sussegwenti.

32. Għandhom jiġu żviluppati sett ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni bħala bażi biex ikunu eżaminati safejn l-għanijiet tal-azzjonijiet appoġġati mill-Programm intlaħqu. Huma għandhom jitkejlu skont xenarji bażi predefiniti li jirriflettu s-sitwazzjoni qabel l-implimentazzjoni.

33. Il-partijiet kollha involuti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bid-dejta kollha u l-informazzjoni meħtieġa biex jippermettu monitoraġġ u evalwazzjoni tal-miżuri kkonċernati.

KAPITOLU IV Dispożizzjonijiet finanzjarji u forom ta’ assistenza finanzjarja

Artikolu 13 Forom ta’ għajnuna finanzjarja

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni skont il-Programm tista’ tiġi implimentata indirettament, billi jkunu ddelegati l-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit lil entitajiet elenkati fl-Artikolu XX tar-Regolament (UE) Nru XXX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid].

Artikolu 14 Strumenti finanzjarji

34. Strumenti finanzjarji skont il-Programm għandhom jitħaddmu bl-għan li jkun ffaċilitat l-aċċess għall-finanzi tal-SMEs orjentati lejn it-tkabbir. L-istrumenti fianzjarji għandhom jinkludu faċilità ta’ ekwità u faċilità ta' garanzija fuq self.

35. L-istrumenti finanzjarji għall-SMEs orjentati għat-tkabbir jistgħu, fejn hu xieraq, jiġu magħquda ma’ strumenti finanzjarji oħra stabbiliti mill-Istati Membri u l-awtoritajiet amministrattivi tagħhom skont [l-Artikolu 33(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru XXX/201X [ir-Regolament il-Ġdid dwar il-Fondi Strutturali]], u għotjiet iffinanzjati mill-Unjoni, inkluż taħt dan ir-Regolament.

36. L-istrumenti finanzjarji għandhom jimmiraw li jippreservaw il-valur tal-assi provduti mill-baġit tal-Unjoni. Dawn jistgħu jiġġeneraw dħul aċċettabbli biex jintlaħqu l-għanijiet tas-sħab l-oħra jew l-investituri.

37. Skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (EU) Nru XXXX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid], id-dħul u l-ħlasijiet ġenerati minn strument finanzjarju wieħed għandhom jiġu assenjati għal dak l-istrument finanzjarju. Għal strumenti finanzjarji li diġà huma stabbiliti fil-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2007-2013, id-dħul u l-ħlasijiet iġġenerati bl-operazzjonijiet mibdija f’dak il-perjodu għandhom ikunu assenjati għall-istrument finanzjarju fil-perjodu 2014-2020.

Artikolu 15 Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

38. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet finanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra u, b'verifiki effettivi, u jekk jiġu individwati l-irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa skorrettament u, fejn ikun il-każ, permezz ta' penali effettivi, proporzjonati u deterrenti.

39. Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ verifika, abbażi ta' dokumenti u verifiki fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għajnuna finanzjarja, il-kuntratturi, s-sottokuntratturi u partijiet terzi oħra kollha li rċevew fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

40. L-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi ekonomiċi konċernati direttament jew indirettament minn tali finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 bl-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni dwar għotja jew ta' kuntratt li jikkonċerna l-finanzjament tal-Unjoni.

41. Bla ħsara għall-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta' għotja u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom b'mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post.

KAPITOLU V Kumitat u dispożizzjonijiet finali

Artikolu 16 Kumitat

42. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

43. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 17 Atti delegati

44. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li taddotta atti ta' delegazzjoni f'konformità mal-Artikolu 18 li jikkonċerna t-tibdiliet tal-indikaturi provduti fil-lista tal-Anness I ta' dan id-Regolament jekk dawn ma jkunux xierqa biex ikejlu l-progress biex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Programmi.

45. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li taddotta atti ta’ delegazzjoni f’konformità mal-Artikolu 18 li jikkonċerna tibdiliet fid-dettalji tal-azzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jekk l-iżviluppi ekonomiċi tas-suq jitolbu hekk jew skont ir-riżultati miksuba mill-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self tal-Programm ta’ Qafas ta’ Kompetittività u Innovazzjoni (LGF) u l-Istrument tal-Qsim tar-Riskju (RSI) tas-7 Programm Qafas għall-Faċilità Finanzjarja tal-Qsim tar-Riskju

46. Meta dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza bħalma huma bidla fil-kondizzjonijiet ekonomiċi rapidi, il-proċedura provduta fl-Artikolu 19 għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

Artikolu 18 Eżerċizzju tad-delega

47. Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

48. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17 għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ seba’ snin mid-[data tad-dħul fis-seħħ tal-att bażiku leġiżlattiv].

49. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 17 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' atti delegati li huma diġà fis-seħħ.

50. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

51. Att delegat adottat skont l-Artikolu 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew min-naħa tal-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel tmiem dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma kenux sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġġedded b'xahrejn oħra fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 19 Proċedura ta’ urġenza

52. Atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma ssir l-ebda oġġezzjoni espressa skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.

53. Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(5). F’tali każ, il-Kummissjoni għanha tħassar l-att mingħajr dewmien wara notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Artikolu 20 Revoka u dispożizzjonijiet tranżitorji

54. Id-Deċiżjoni 1639/2006/KE titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

55. Madankollu, azzjonijiet li nbdew skont id-Deċiżjoni 1639/2006/KE u l-obbligi finanzjarji ralatati ma’ dawk l-azzjonijiet għandhom ikomplu jkunu regolati b’dik id-Deċiżjoni sakemm jitlestew.

56. L-allokazzjoni finanzarja msemmija fl-Artikolu 4 tista’ tkopri wkoll l-ispejjeż tal-għajnuna amministrattiva u teknika neċessarji biex tkun żgurata t-tranżizzjoni bejn dan il-programm u l-miżuri addottati skont id-Deċiżjoni 1639/2006/KE.

Artikolu 21 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew,                          Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS I Indikaturi għal għanijiet ġenerali u speċifiċi

Għan ġenerali: || 1. Li tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostennbbiltà tal-intrapriżi tal-Unjoni inkluż fis-settur tat-turiżmu

Indikatur tal-impatt[22] || Sitwazzjoni attwali || Mira u stadju fuq il-medda twila taż-żmien (2020)

It-tkabbir tal-kompetittività industrijali[23] Bidla tal-piż amministrattiv fuq l-SMEs (Għadd ta’ jiem li hemm bżonn biex tiġi stabbilita intrapriża ġdida) It-tkabbir tal-produzzjoni tal-manifattura tal-UE fl-ekoindustriji (bidla fil-perċentwal mis-sena ta’ qabel) || 2009: -3.1%, 2008: -0.3%, 2007: +0.7% 2009: -3.1 % L-għadd ta’ jiem li hemm bżonn biex tiġi stabbilita SME: sebat ijiem ta’ xogħol Tkabbir annwali ta' 6-7 % matul l-aħħar snin || Tkabbir annwali ta’1 % u tkabbir ta’ 5 % fl-2015 Tnaqqis ta’ għadd ta’ jiem li hemm bżonn biex tiġi stabbilita SME: tlett ijiem ta’ xogħol fl-2020. Tkabbir annwali ta’ medja ta’ 8 % matul id-deċennju li jmiss; Sal-2015, hija mmirata żieda ta’ 50 % fil-produzzjoni

Għan ġenerali: || 2. Li titħeġġeġ kultura imprenditorjali u jkunu promossi l-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs

Indikatur tal-impatt || Sitwazzjoni attwali || Mira u stadju fuq il-medda twila taż-żmien (2020)

It-tkabbir tal-SME f’dawk li huma valur miżjud u impjegati Ir-rispons mill-SMEs u l-benefiċjarji finali l-oħra dwar il-valur miżjud, l-utilità u r-rilevanza tal-Programm (dan għandu jitkejjel fl-evalwazzjonijiet tal-Programm) permezz tan-Netwerk Ewropew tal-Intrapriża (EEN) u stħarriġiet onlajn Ir-rata tad-dawran tal-SME (l-istart-ups u l-mortalità) || Fl-2010 l-SMEs pprovdew aktar minn 58 % tal-fatturat totali tal-UE (GVA); l-għadd totali tal-impjegati fl-SMEs: 87,5 miljun (67 % tal-impjiegi fis-settur privat fl-UE) 78 % ta’ sodisfazzjon u rispons pożittiv dwar il-valur miżjud tal-EEN || Żieda fil-mira tal-Valur Miżjud Gross tal-SMEs ta’ 4 % fis-sena; tkabbir annwali ta’ impjegati fl-SMEs ta '1 % Żieda ta’ aktar minn 80 % ta’ sodisfazzjon fuq il-valur miżjud tal-EEN

Għan speċifiku: || Li jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-UE inkluż fis-settur tat-turiżmu

Indikatur tar-riżultat || L-aħħar riżultat magħruf || Mira fuq il-medda medja taż-żmien (riżultat) 2017

Attivitajiet biex titjieb il-Kompetittività L-għadd ta’ miżuri ta' simplifikazzjoni adottati L-għadd ta’ verifiki ta’ “prestazzjoni” fuq il-kwalità u l-valur miżjud tal-attivitajiet Livell ta’ adozzjoni minn kumpaniji tal-produzzjoni sostenibbli Ewropea u l-għodod tal-produzzjoni, inklużi l-EMAS, l-ekotikketta, u l-ekodisinn || Il-programm ta’ simplifikazzjoni tal-Kummissjoni kien aġġornat fl-2010 u qiegħed fit-triq it-tajba biex fl-2012 inaqqas il-burokrazija b'25 %. Saru ħames miżuri ta’ simplifikazzjoni fis-sena sal-2010. Fl-2010 tnedew erba’ verifiki ta’ “prestazzjoni” li inkludew il-partijiet interessati għall-politiki dwar l-ambjent, it-trasport, l-impjiegi u l-industrija. Ir-rispons inkluda kummenti dwar il-leġiżlazzjoni u l-valur miżjud tal-attivitajiet. Madwar 35 000 ISO 14001 ċertifikazzjonijiet tal-EMS u 4 500 reġistrazzjoni tal-EMAS, 18 000 liċenzja għall-Ekotikketta tal-UE || Madwar seba’ miżuri ta' simplifikazzjoni fis-sena. L-approċċ ta’ rispons bil-verifiki ta’ “prestazzjoni” se jiġi estiż għal politiki oħra u se jwassal biex is-simplifikazzjonijiet ikollhom impatt pożittiv fuq l-industrija. Huma previsti sa tnax-il verifika ta’ “prestazzjoni”, bl-għan ta’ regolamentazzjoni aħjar. L-għadd sinifikanti tal-kumpaniji jimmonitorjaw il-prestazzjoni tagħhom, japplikaw sistemi ta’ ġestjoni ambjentali u jiksbu titjib fil-produttività tar-riżorsi u l-prestazzjoni ambjentali. Parti sinifikanti tal-produzzjoni tikkonsisti fi prodotti li huma effiċjenti fir-riżorsi u ekoloġiċi

L-iżvilupp tal-politika tal-SME L-għadd ta’ Stati Membri li jużaw it-test tal-SME Żieda fil-pubbliċità mifruxa madwar l-UE tal-Premji Ewropej għall-Intrapriża b’pubblikazzjonijiet/siltiet fil-midja fl-Istati Membri kollha Tnaqqis fil-ħin li jieħdu l-intrapriżi biex jistabbilixxu negozju ġdid u fil-kumplessità għall-intrapriżi l-ġodda || L-għadd ta’ Stati Membri li jużaw it-test tal-SME: 15-il Stat Membru L-għadd ta’ pubblikazzjonijiet/siltiet fil-midja fl-Istati Membri kollha: 60 fl-2010 Tnaqqis fil-ħin li jieħdu l-intrapriżi biex jistabbilixxu negozju ġdid: sebat ijiem ta’ xogħol || L-għadd ta’ Stati Membri li jużaw it-test tal-SME: 21 Stat Membru L-għadd ta’ pubblikazzjonijiet/siltiet fil-midja fl-Istati Membri kollha: 80 Tnaqqis fil-ħin li jieħdu l-intrapriżi biex jistabbilixxu negozju ġdid: ħamest ijiem ta’ xogħol

Kunċetti ġodda tan-negozju L-għadd ta’ prodotti/servizzi ġodda fis-suq Il-livell ta’ esportazzjonijiet addizzjonali u ammonti monetarji korrispondenti Ir-rispons mill-partijiet interessati dwar il-kwalità u l-valur miżjud tal-attivitajiet || S’issa din l-attività kienet ristretta għal xogħol analitiku ta' skala limitata. || Mira biex l-għadd kumulattiv ta’ prodotti/servizzi ġodda ikun ħamsa fl-2017 (jiżdied għal 15 fl-2018 u għal 25 fl-2019). Fir-rigward tal-esportazzjonijiet, s’issa m’hemm l-ebda impatt mistenni fl-2017. Is-sehem tal-esportazzjonijiet tal-ewwel ġenerazzjoni tal-SMEs parteċipanti se jidher fl-2018 b’żieda mmirata ta’ 20 %. Mill-inqas 70 % tal-SMEs parteċipanti fl-2014 għandhom jesprimu impatt pożittiv fuq il-fatturat tagħhom fi stħarriġ li se jsir fl-aħħar tal-2017

Turiżmu L-għadd ta’applikazzjonijiet għall-finanzjament Il-perċentwal tal-SMEs (u x-xejra) fl-applikazzjonijiet għal opportunitajiet ta’ finanzjament relatat mat-turiżmu L-għadd ta’ entitajiet li jadottaw it-Tikketta ta’ Kwalità tat-Turiżmu Ewropew L-għadd ta’ destinazzjonijiet li jadottaw il-mudelli ta’ żvilupp sostenibbli fit-turiżmu promossi mid-Destinazzjonijiet Ewropej ta' Eċċellenza || It-total tal-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-finanzjament (għas-sejħiet kollha għall-proposti): madwar 75 fis-sena (medja għall-2011) Sal-lum, l-ebda sejħa għall-proposti ma kienet indirizzata direttament lill-SMEs Sal-lum l-ebda entità ma adottat it-Tikketta ta’ Kwalità tat-Turiżmu Ewropew (azzjoni f 'elaborazzjoni) It-total tal-għadd ta’ Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza li ngħataw il-premju kien ta’ 98 (medja ta’ 20 fis-sena – fl-2007-10, fl-2008-20, fl-2009-22, fl-2010-25, fl-2011-21) || It-total tal-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-finanzjament (għas-sejħiet kollha għall-proposti): aktar minn 100 fis-sena 30 % tas-sejħiet għall-proposti direttament indirizzati lill-SMEs Kopertura ta’ 50 % tal-iskemi ta’ evalwazzjoni eliġibbli biex jipparteċipaw fit-Tikketta ta' Kwalità tat-Turiżmu Ewropew 200 u aktar destinazjzonijiet jadottaw mudelli ta’ żvilupp sostenibbli fit-turiżmu promossi mid-Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza (sa 30 fis-sena).

Għan speċifiku: || Li tiġi promossa l-imprenditorija, inkluż fost gruppi speċifiċi fil-mira

Indikatur tar-riżultat || L-aħħar riżultat magħruf || Mira fuq il-medda medja taż-żmien (riżultat) 2017

Sostenn għall-imprenditorija Ir-rispons dwar il-perċezzjoni pubblika tal-intraprenitorija (il-perċentwal taċ-ċittadini tal-UE li jixtiequ jkunu impjegati għal rashom kif tkejjel permezz tal-Ewrobarometru) L-għadd ta’ stati li jimplimentaw is-soluzzjonijiet tal-imprenditorija żviluppati fil-livell tal-UE L-għadd ta’ programmi mmexxija fil-livell nazzjonali li huma disponibbli għall-SMEs minn Stati Membri oħra L-għadd ta’ miżuri ta' simplifikazzjoni adottati għall-SMEs || Iċ-cifri mill-2007 u l-2009 huma stabbli f’45% L-għadd ta’ stati li jimplimentaw is-soluzzjonijiet tal-imprenditorija żviluppati fil-livell tal-UE: 22 (2010) L-għadd ta’ programmi mmexxija fil-livell nazzjonali li huma disponibbli għall-SMEs minn Stati Membri oħra: 5 ħames miżuri ta’ simplifikazzjoni fis-sena (2010). || Iċ-ċittadini tal-UE li jixtiequ jkunu impjegati għal rashom żdiedu għal 50 % L-għadd ta’ stati li jimplimentaw is-soluzzjonijiet tal-imprenditorija żviluppati fil-livell tal-UE: 25 L-għadd ta’ programmi mmexxija fil-livell nazzjonali li huma disponibbli għall-SMEs minn Stati Membri oħra: 10 Madwar seba’ miżuri ta' simplifikazzjoni fis-sena

Għan speċifiku: || Li jitjieb l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs fil-forma ta’ ekwità u dejn

Indikatur tar-riżultat || L-aħħar riżultat magħruf || Mira fuq il-medda medja taż-żmien (riżultat) 2017

Strumenti Finanzjarji għat-tkabbir L-għadd ta’ impriżi li jirċievu self (kreditu) garanziji u l-valur tas-self L-għadd ta’ impriżi li huma sostnuti minn VC u l-valur tal-investimenti (inklużi n-negozjati transkonfinali) || L-istrumenti proposti għadhom ma tnedewx u mhumiex l-istess bħall-istrumenti attwali, għaldaqstant id-dejta mill-istrumenti attwali tista’ ma tkunx komparabbli || L-għadd ta’ impriżi li jirċievu self (kreditu) garanziji (+/- 95 000) u l-valur tas-self (+/- EUR 10.7 biljuni) Għadd ta’ impriżi sostnuti minn VC: (+/– 180) u l-valur tal-investimenti (+/- EUR 220 miljuni)

Għan speċifiku: || Li jitjieb l-aċċess għas-swieq ġewwa l-Unjoni u globalment

Indikatur tar-riżultat || L-aħħar riżultat magħruf || Mira fuq il-medda medja taż-żmien (riżultat) 2017

In-Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi L-għadd ta’ftehimiet ta’ sħubija ffirmati Żieda fil-marka tan-Netwerk u l-marka tal-Kultura rikonoxxuti (eż. għarfien dwar il-marka fost il-popolazzjoni tal-SME) Ir-rata ta’ sodisfazzjon tal-klijenti (il-perċentwal tal-SMEs li jiddikjaraw sodisfazzjon, il-valur miżjud ta’ servizz speċifiku) L-għadd ta’ SMEs li jirċievu servizzi ta’ appoġġ L-għadd SMEs li qegħdin jipparteċipaw f’avvenimenti ta’ senseriji u missjonijiet tal-kumpanija || In-Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi Ftehimiet ta’Sħubija ffirmati: 1.950 (2010) Żieda fil-marka tan-Netwerk u fil marka tal-Kultura rikonoxxuti: għadha mhix imkejla Ir-rata ta’ sodisfazzjon tal-klijenti (il-perċentwal tal-SMEs li jiddikjaraw sodisfazzjon, il-valur miżjud ta’ servizz speċifiku): 78% L-għadd ta’ SMEs li jirċievu servizzi ta’ appoġġ: 435.000 (2010) L-għadd ta’ SMEs li qegħdin jipparteċipaw f’avvenimenti ta’ senseriji u missjonijiet tal-kumpanija: 45.000 (2010) || In-Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi Ftehimiet ta’Sħubija ffirmati: 3,000/fis-sena Żieda fil-marka tan-Netwerk u fil-marka tal-Kultura rikonoxxuti: 30 % ta’SMEs milħuqa Ir-rata ta’ sodisfazzjon tal-klijenti (il-perċentwal tal-SMEs li jiddikjaraw sodisfazzjon, il-valur miżjud ta’ servizz speċifiku): >80% L-għadd ta’ SMEs li jirċievu servizzi ta’ appoġġ 500.000fis-sena L-għadd ta’ SMEs li qegħdin jipparteċipaw f’avvenimenti ta’ senseriji u missjonijiet tal-kumpanija: 60.000fis-sena

Appoġġ lin-negozju tal-SME fi swieq li mhumiex fl-UE Is-sehem (%) tal-SMEs involuti f'attivitajiet internazzjonali (l-esportazzjonijiet, l-importazzjonijiet, FDI u attivitajiet oħrajn) barra mill-UE || 13 % (2009) || 17 % (2017)

Kooperazzjoni Industrijali Internazzjonali L-għadd ta’ każijiet ta’ allinjament mtejjeb bejn ir-regolamenti tal-UE u dawk ta’ pajjiżi terzi għall-prodotti industrijali L-għadd ta’oqsma u prassi tajba tal-Att tal-UE dwar in-Negozji ż-Żgħar li ġew introdotti f'pajjiżi tal-viċinat u pajjiżi kandidati || Huwa stmat li f’kooperazzjoni regolatorja mal-imsieħba kummerċjali ewlenin (l-Istati Uniti, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Brażil, ir-Russja, il-Kanada, l-Indja) hemm medja ta’ żewġ oqsma rilevanti ta’ allinjament sinifikanti ta' regolamenti tekniċi Huwa stmat li bħala medja, fir-reġjun tat-tliet politiki (ir-reġjun tal-pajjiżi kandidati, il-viċinat tal-Lvant u l-viċinat olitika fir-reġjun, Il-Viċinat tal-Lvant u tal-viċinat tal-MED) tal-għaxar oqsma tal-politika tal-SBA mill-inqas tlieta minnhom ġew regolati b' dawn il-pajjiżi. || Tliet oqsma rilevanti tal-allinjament sinifikanti tar-regolamenti tekniċi mal-imsieħba kummerċjali ewlenin (l-Istati Uniti, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Brażil, ir-Russja, il-Kanada, l-Indja) (2017) Ħames oqsma tal-politika tal-SBA fir-reġjun tat-tliet politiki (ir-reġjun tal-pajjiżi kandidati, il-viċinat tal-Lvant u l-viċinat tal-MED) (2017)

ANNESS II

Azzjonijiet għat-titjib fl-aċċess tal-SMEs għall-finanzi

1. L-azzjonijiet għat-titjib fl-aċċess tal-SMEs għall-finanzi għandhom jinkludu faċilità ta’ ekwità u faċilità tal-garanzija ta’ self.

1. Il-faċilità ta’ ekwità tal-Kompetittività u tal-Programm tal-SME, il-Faċilità tal-Ekwità għat-Tkabbir (EFG), għandhom jiġu implimentati bħala parti minn strument finanzjarju waħdieni tal-Ekwità tal-UE li tappoġġa t-tkabbir tal-intrapriżi tal-UE u r-riċerka, żvilupp u innovazzjoni mill-istadju bikri (inkluża ż-żerriegħa) sal-istadju tat-tkabbir u appoġġat finanzjarjament mill-Orizzont 2020 u dan il-Programm.

L-EFG għandu juża l-istess mekkaniżmu tat-twassil bħall-faċilità tal-ekwità għar-riċerka, żvilupp u innovazzjoni li għandha tiġi stabbilita skont l-Orizzont 2020, b'konformità mat-termini stipulati hawn taħt.

2. Il-Faċilità tal-Garanzija ta’ Self (LGF) għandha tiġi implimentata bħala parti minn strumenti finanzjarju waħdieni tad-dejn tal-UE għat-tkabbir u r-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni tal-intrapriżi tal-UE, bl-użu tal-istess mekkaniżmu tat-twassil bħal dik il-parti tal-SME mmexxija mid-domanda tal-faċilità tad-dejn skont Orizzont 2020 (RSI II), b’konformità mat-termini stipulati hawn taħt.

3. Il-faċilitajiet ta’ garanziji tal-ekwità u ta’ self għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar l-istrumenti finanzjarji fir-Regolament Finanzjarju u fl-Att Iddelegat li jissostitwixxi r-Regoli ta’ Implimentazzjoni u b'rekwiżiti speċifiċi għat-tħaddim aktar dettaljati li għandhom jiġu stabbiliti fil-gwida tal-Kummissjoni.

4. Il-faċilitajiet ta’ garanzija tal-ekwità u ta’ self se jikkomplimentaw l-użu mill-Istati Membri tal-istrumenti finanzjarji għall-SMEs fil-qafas ta’ politika ta’ koeżjoni.

5. Il-faċilitajiet ta' garanzija tal-ekwità u ta’ self jistgħu, fejn xieraq, jippermettu l-ġbir flimkien ta’ riżorsi finanzjarji bl-Istati Membri li jkunu lesti jikkontribwixxu parti mill-Fondi Strutturali allokati lilhom b’konformità mal-[Artikolu 33(1)(a) tar-Regolament dwar il-Fondi Strutturali].

6. L-introjti u l-ħlasijiet lura relatati mal-GIF 2 skont il-Programm Qafas tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni (id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandhom jiġu assenjati għall-Kompetittività u l-Programm tal-SME.

7. L-istrumenti finanzjarji għall-SMEs li huma orjentati lejn it-tkabbir għandhom jiġu implimentat b’konformità mar-regoli rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat tal-UE.

Il-Faċilità tal-ekwità għat-Tkabbir (EFG)

8. L-EFG għandha tiffoka fuq fondi li jipprovdu kapital ta’riskju u finanzjament intermedju, bħalma hu s-self subordinat u parteċipanti, għall-intrapriżi ta’ espansjoni u dawk li qegħdin fi stadju ta’ tkabbir, partikolarment dawk li joperaw transkonfinalment, filwaqt li jkollha l-possibbiltà biex tagħmel investimenti f'intrapriżi li qegħdin fi stadju bikri flimkien mal-faċilità tal-ekwità għar-riċerka, żvilupp u innovazzjoni skont l-Orizzont 2020. Fil-każ tal-aħħar, l-investiment minn l-EFG m’għandux jaqbeż l-20 % tal-investiment totali tal-UE ħlief f'każijiet ta' fondi f'diversi stadji, fejn il-finanzjament mill-EFG u l-faċilità tal-ekwità għar-riċerka, żvilupp u innovazzjoni se jkun ipprovdut fuq bażi pro rata, abbażi tal-politika ta’ investiment tal-fondi. L-EFG għandu jevita li jixtri kapital ta’ akkwist jew kapital ta’ bdil intiż għax-xoljiment ta' intrapriża akkwistata. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li temenda l-limitu ta’ 20 % fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu.

9. L-appoġġ għandu jingħata fil-forma ta' wieħed mill-investimenti li ġejjin:

(a) direttament mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) jew entitajiet oħra fdati bl-implimentazzjoni f'isem il-Kummissjoni; jew

(b) minn fondi ta’ fondi jew vetturi tal-investiment li jinvestu b’mod transkonfinali stabbiliti mill-FEI jew entitajiet oħra fdati bl-implimentazzjoni f’isem il-Kummissjoni flimkien ma’ investituri privati u/jew istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi nazzjonali;

Il-Faċilità ta’ Garanzija ta' Self (LGF)

10. L-LGF għandha titħaddem mill-FEI jew minn entitajiet oħra fdati bl-implimentazzjoni f'isem il-Kummissjoni. Il-faċilità għandha tipprovdi:

· kontrogaranziji u arranġamenti oħra li jikkondividu r-riskju għal skemi ta' garanzija;

· garanziji diretti u arranġamenti oħra li jikkondividu r-riskju għal kwalunkwe intermedjarju finanzjarju ieħor li jissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà.

11. L-LGF għandha tikkonsisti fiż-żewġ azzjonijiet li ġejjin:

· l-ewwel azzjoni, finanzjament ta’ dejn permezz ta' self, inkluż self subordinat u parteċipanti, jew kirja, għandha tnaqqas id-diffikultajiet partikolari li l-SMEs iħabbtu wiċċhom magħhom biex ikollhom aċċess għall-finanzi jew minħabba r-riskju għoli pperċepit tagħhom jew minħabba n-nuqqas ta' kollateral disponibbli biżżejjed tagħhom;

· it-tieni azzjoni, it-titolizzazzjoni tal-portafolli ta’ finanzjament ta’ dejn tal-SME, għandha timmobilizza l-finanzjament addizzjonali tad-dejn għall-SMEs skont arranġamenti xierqa ta’ kondiviżjoni tar-riskju mal-istituzzjonijiet identifikati. Is-sostenn għal dawn it-tranżazzjonijiet għandu jiddependi mill-impenn tal-istituzzjonijiet minn fejn joriġina l-finanzjament (originating institutions) li jużaw parti sinifikanti mil-likwidità li jibqa' jew il-kapital immobilizzat għal self ġdid lil SMEs f'perjodu ta' żmien raġonevoli. L-ammont ta' dan il-finanzjament ġdid permezz ta' dejn għandu jiġi kkalkulat skond l-ammont tar-riskju tal-portafoll iggarantit u għandu jiġi nnegozjat, flimkien mal-perjodu ta' żmien, individwalment ma' kull istituzzjoni li toriġinah.

12. L-LGF għandha tkopri self sa EUR 150.000 u b’maturità minima ta’ 12-il xahar, minbarra s-self fil-portafoll ta' titolizzazzjoni. L-LGF għandha tkun imfassla b’tali mod li jkun possibbli li wieħed jirrapporta dwar l-SMEs innovattivi sostnuti, kemm f’termini tal-għadd ta' self kif ukoll f'dak li hu volum ta' self.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1.         IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

            1.1.      It-titlu tal-proposta/inizjattiva

            1.2.      Qasam/Oqsma tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

            1.3.      In-natura tal-proposta/inizjattiva

            1.4.      L-għan(ijiet)

            1.5.      Ir-raġunijiet għall-proposta/l-inizjattiva

            1.6.      It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

            1.7.      Il-metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

2.         IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI

            2.1.      Ir-regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

            2.2.      Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

            2.3.      Il-miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.         L-ISTIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

            3.1.      L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

            3.2.      L-istima tal-impatt fuq in-nefqa

            3.2.1.   Is-sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

            3.2.2.   L-istima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

            3.2.3.   L-istima tal-impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

            3.2.4.   Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

            3.2.5.   Il-parteċipazzjoni ta’ parti terza fil-finanzjament

            3.3.      L-istima tal-impatt fuq l-introjtu

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1.         IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.      It-titlu tal-proposta/inizjattiva

Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (2014—2020)

1.2.      Qasam/oqsma ta’ poitika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[24]

Qasam ta’ politika:        Impriża u Industrija

Attivitajiet:        Kompetittività, Politika Industrijali, Innovazzjoni u Imprenditorija.

Dan il-qasam ta’ politika jikkorrispondi mal--istruttura tal-ABB attwali. Għas-sena baġitarja 2014 tista’ tiġi definita struttura baġitarja ġdida wara l-approvazzjoni tal-ftehim interistituzzjonali għall-Perspettiva Finanzjarja 2014-2020.

1.3.      In-natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li tiġi wara proġett ta' prova/azzjoni preparatorja[25]

x Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.      L-għanijiet

1.4.1.   L-għan(ijiet) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

L-għan strateġiku multiannwali mmirat mill-Programm propost huwa l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020, li, bl-inizjattivi ewlenin tagħha ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, tenfasizza miżuri biex issaħħaħ is-sostenibbiltà u l-kompetittività fit-tul tal-intrapriżi tal-UE għall-futur. Il-Programm se jħeġġeġ kultura imprenditorjali u jippromwovi l-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs. B’mod partikolari, il-Programm propost se jikkontribwixxi għall-mira ewlenija dwar l-impjiegi (75 % tal-persuni bejn l-20 u l-64 sena jridu jiġu impjegati).

1.4.2.   L-għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet tal-ABM/ABB ikkonċernat(i)

1.         Li jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-Unjoni inkluż fis-settur tat-turiżmu

2.         Li tiġi promossa l-imprenditorija, inkluż fost gruppi speċifiċi fil-mira;

3.         Li jitjieb l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs;

4.         Li jitjieb l-aċċess għas-swieq li qegħdin fl-Unjoni u globalment.

Il-miri fuq il-medda medja taż-żmien għal dawn l-għanijiet speċifiċi huma deskritti fl-Anness I mar-Regolament.

L-attività/L-attivitajiet tal-ABM/ABB ikkonċernata/i

Tista’ tiġi definita struttura baġitarja ġdida wara l-approvazzjoni tal-ftehim interistituzzjonali għall-Perspettiva Finanzjarja 2014-2020.

1.4.3.   Ir-riżultat(i) u l-impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-għan aħħari tal-Programm propost huwa li tinkiseb bidla pożittiva fil-qagħda ekonomika tal-Unjoni Ewropea u tal-intrapriżi tagħha, bħalma hu tkabbir ikbar, aktar impjiegi u għadd ikbar ta’ start-ups. L-isforzi se jiffukaw fuq il-kontribuzzjoni għall-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-miri ewlenin tagħha permezz ta’ għoti ta’ appoġġ lill-attivitajiet tal-inizjattiva ewlenija “Politika industrijali integrata għall-era tal-globalizzazzjoni” u tar-Reviżjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar.

L-iskop u l-irwol ewlieni tal-Programm huwa li jiġu appoġġati l-iżvilupp, il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politika Ewropea dwar il-kompetittività li tkun moderna u effettiva, b’enfasi partikolari fuq l-SMEs.

Aktar speċifikament, l-għanijiet speċifiċi msemmija taħt 1.4.2 se jintlaħqu permezz ta’:

– aċċess mtejjeb għall-finanzi għall-SMEs li huma orjentati lejn it-tkabbir u dawk li għandhom il-potenzja li jsiru internazzjonali;

– appoġġ lin-negozji u servizzi ta' informazzjoni mtejba lill-SMEs, kemm fis-Suq Intern kif ukoll lil hinn minnu;

– skambju mtejjeb tal-aħjar prassi u informazzjoni, valutazzjoni komparattiva u koordinazzjoni tal-politika fil-livell reġjonali, nazzjonali u dak Ewropew;

– kompetittività mtejba tas-setturi fil-mira.

L-impriżi Ewropej huma l-partijiet interessati ewlenin li huma affettwati mill-motivi wara l-problema u li l-Programm il-ġdid għandu jirreaġixxi għalihom L-SMEs huma aktar affettwati minn kumpaniji ikbar minħabba l-karatteristiċi tagħhom f’termini ta’ proprjetà kapitali, ġestjoni u metodi ta’ finanzjament, li jeħtieġu intervent ta’ politika mfassla apposta. Peress li l-SMEs huma s-sors ewlieni ta' impjiegi ġodda fl-UE, l-iżvilupp tagħhom jaffettwa direttament il-forza tax-xogħol. L-indirizzar tal-problemi li jiffaċċjaw l-SMEs għandha ttejjeb ukoll b’mod sinifikanti l-prospetti tal-impjiegi.

1.4.4.   L-indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/l-inizjattiva.

L-approċċ ta’ ġestjoni bbażata fuq ir-riżultati applikat fil-programm attwali u l-monitoraġġ annwali tal-prestazzjoni tiegħu kienu ta’ suċċess fil-wiri tal-kisbiet tal-programm kif ukoll fiż-żieda tar-reponsabbiltà tal-UE. Filwaqt li jkompli jibni fuq din l-esperjenza u jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni li waslulu, il-Programm il-ġdid għandu loġika ta’ intervent ċara (fejn l-għanijiet operattivi INTELLIĠENTI jikkontribwixxu għall-kisba ta’ għanijiet ġenerali) u sett ta’ indikaturi tal-impatt u riżultati korrispondenti. Meta wieħed iqis l-intervall ta’ żmien bejn it-twassil tar-riżultati u l-impatt tagħhom fuq l-għanijiet ġenerali, bħala regola, il-progress lejn il-kisba tagħhom se jitkejjel f’intervalli ta’ tliet snin filwaqt li l-progress lejn il-kisba tal-għanijiet operattivi se jitkejlu fuq bażi annwali. Il-lista kollha ta’ indikaturi hija pprovduta bħala Anness I mal-proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament.

1.5.      Ir-raġunijiet għall-proposta/l-inizjattiva

1.5.1.   Ir-rekwiżit(i) li għandu/għandhom jiġi/u ssodisfat/i fuq żmien qasir jew fit-tul

Il-Programm propost se jappoġġa lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-partijiet interessati ewlenin fit-tfassil, fil-koordinazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki effettivi relatati mal-kompetittività u l-imprenditorija u l-attivitajiet ta’ appoġġ li għandhom l-għan li jindirizzaw l-isfidi fuq il-medda twila taż-żmien:

– Aċċess problematiku għall-finanzi

– Livelli baxxi tal-ħolqien tal-SME

– Kwistjonijiet fl-ispeċjalizzazzjoni tal-industrija

– Kapaċità limitata biex tadatta għall-isfidi tas-sostenibbiltà

– Internazzjonalizzazzjoni limitata tal-SMEs

– Spirtu imprenditorjali dgħajjef u

– Ambjent mhux favorevoli għan-negozju.

Fit-terminu l-qasir/medju l-Programm il-ġdid se jindirizza l-fallimenti politiċi, dawk tas-suq u dawk tal-istituzzjonijiet kif ġej::

– Nuqqas ta' koordinazzjoni politika

– Asimmetriji fl-informazzjoni

– Spejjeż għat-transazzjoni għoljin u

– Frammentazzjoni tal-ambjent regolatorju.

1.5.2.   Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-UE tinsab unikament fil-pożizzjoni li tipprovdi pjattaforma Ewropea għall-iskambji politiċi u tagħlim reċiproku fil-kompetittività u l-politiki relatati mal-SMEs li jinvolvu l-partijiet interessati f’livell nazzjonali, dak reġjonali u dak Ewropew. L-attivitajiet tal-UE jżidu valur lill-attivitajiet fil-livell nazzjonali u / jew reġjonali billi jipprovdu d-dimensjoni Ewropea mal-ġbir u l-analiżi tad-dejta, l-iżvilupp tal-għodod u metodi statistiċi u l-indikaturi komuni. Evidenza bħal din madwar l-Ewropa hija prerekwiżit għal analiżi soda tal-fatturi ewlenin li għandhom impatt fuq il-kompetittività u l-SMEs.

1.5.3.   Il-lezzjonijiet li tgħallimna minn esperjenzi simili fil-passat

Evalwazzjoni tal-EIP

Il-Kummissjoni wettqet l-evalwazzjonijiet interim u finali tal-Programm għall-Imprenditorija u l-Innovazzjoni (EIP) (li tlestew f’April 2009 u f’April 2011) u evalwazzjoni interim tas-CIP (Marzu 2010). Dawn l-evalwazzjonijiet tal-EIP u tas-CIP urew li l-għanijiet tal-programmi huma rilevanti għall-għanijiet strateġiċi tal-politiki tal-UE u huma allinjati magħhom. Minkejja baġit limitat, il-progress kien viżibbli, partikolarment fejn jidħlu l-azzjonijiet l-aktar importanti li jindirizzaw l-SMEs. L-intervisti u evidenza oħra juru biċ-ċar il-valur miżjud Ewropew.

Evalwazzjoni tal-EACI

Parti mill-baġit tal-EIP ġie ddelegat lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (EACI). Evalwazzjoni, li ġiet iffinalizzata f'Mejju 2011, ikkonkludiet li l-EACI kien jaħdem tajjeb u kien mekkaniżmu ta’ twassil effiċjenti u effettiv għall-inizjattivi li għalihom għandu responsabbiltà operattiva. Dan ikkonferma li kważi 100 % tal-baġit kien ġie esegwit.

Konsultazzjoni pubblika

Tnediet konsultazzjoni pubblika dwar suċċessur possibbli għas-CIP bħala parti mill-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt. Din kienet indirizzata lill-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati jew individwi li xtaqu jagħtu l-fehmiet tagħhom, bħal impriżi, organizzazzjonijiet tan-negozju, dawk li jipprovdu appoġġ lir-riċerka u l-innovazzjoni u l-amministrazzjoni nazzjonali, reġjonali u pubblika.

Il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika jikkonsisti fi stħarriġ onlajn, konferenza pubblika, laqgħat mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-kumitati tal-ġestjoni tas-CIP differenti u laqgħa tal-Bord Strateġiku Konsultattiv tas-CIP. Il-konsultazzjoni kkonfermat li bosta partijiet tal-programm attwali jaħdmu tajjeb, u li hemm appoġġ kbir għaż-żamma ta’ programm tal-UE immirat biex jappoġġa l-SMEs u l-ħolqien ta ambjent favorevoli għan-negozju. Fil-laqgħat tal-Forum dwar il-Finanzi tal-SMEs li kien hemm f’Settembru 2010 u f’Marzu 2011, ġew diskussi ukoll kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs.

1.5.4.   Il-koerenza u s-sinerġija potenzjali ma’ strumenti rilevanti oħra

Il-Kummissjoni se tiżgura koordinazzjoni effettiva bejn l-inizjattivi tal-Unjoni u dawk tal-Istati Membri min-naħa, u bejn id-diversi inizjattivi tal-Unjoni f’oqsma relatati, min-naħa l-oħra, u biex b'hekk tiffoka fuq il-valur miżjud Ewropew u l-minimizzazzjonital-iddupplikar tax-xogħol.

Is-sinerġiji ma' programmi oħrajn se jiġu mmassimizzati b'mod partikolari billi jipprovdu għodda li tista’ sservi wkoll għanijiet ta’ politika oħra. In-Netwerk Ewropa għall-Intrapriżi se jipprovdi mezz għal rabtiet ma’ programmi u inizjattivi oħra, f’termini ta’ diffużjoni tal-informazzjoni “minn fuq għal isfel”, filwaqt li jippromovihom kif ukoll jiġbor “minn isfel għal fuq” ir-reazzjonijiet tal-partijiet interessati.

Il-Programm il-ġdid se jevita l-iddupplikar tax-xogħol bejn il-programmi: mhux se jkopri azzjonijiet li jindirizzaw fallimenti fis-suq relatati mal-innovazzjoni, li se jkunu koperti bil-Programm Orizzont 2020. B’mod partikolari, l-istrumenti finanzjarji previsti taħt Orizzont 2020 se jiffokaw fuq il-finanzjament tal-intrapriżi li huma bbażati fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni filwaqt li l-Programm il-ġdid se jkollu fil-mira tiegħu l-SMEs li huma fil-fażijiet ta’ tkabbir u ta’ internazzjonalizzazzjoni. B’dan il-grupp fil-mira, il-Programm il-ġdid se jevita wkoll l-iddupplikar ta’ xogħol mal-Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament għall-Progress (Mikrofinanzjament għall-Progress). Dan tal-aħħar twaqqaf bħala parti mir-risposta tal-Unjoni għall-kriżi b’żieda fil-qgħad u fl-esklużjoni soċjali. L-għan tal-Mikrofinanzjament għall-Progress huwa li l-mikrofinanzjament ikun aktar disponibbli u jiżdied l-aċċess għalih minn gruppi vulnerabbli, speċjalment fl-ekonomija soċjali. L-istess japplika għas-suċċessur tiegħu wara l-2013, li għandu jiġi estiż għall-investimenti fl-intrapriżi soċjali. Barra minn hekk, l-attivitajiet ta’ garanzija fil-Programm propost se jitħaddmu flimkien ma’ attivitajiet ta’ garanzija ffinanzjati taħt il-Fondi Strutturali. Is-suċċessur tal-SMEG se jiffoka aktar fuq garanziji li jappoġġaw is-self transkonfinali u f’aktar minn pajjiż wieħed, kif ukoll it-titolizzazzjoni, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Dan jiżgura grad għoli ta' kumplimentarjetà ma’ programmi bħalma huma JEREMIE li huma ffukati fuq livelli nazzjonali u reġjonali.

Se tingħata wkoll kunsiderazzjoni bir-reqqa l-kumplimentarjetà tal-Programm il-ġdid bl-Istrument ta’ Sħubija propost. Se tkun essenzjali li azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea tkun komplimentari għad-dimensjoni esterna tal-aġenda interna li tiżgura tkabbir sostenibbli u impjiegi fl-Ewropa.

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm il-ġdid u kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) li jmiss, huwa neċessarju li l-interessi u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-SMEs jiġu kkunsidrati fit-tfassil tal-politiki kollha tal-Unjoni u l-programmi ta’ finanzjament. Il-qafas finanzjarju tal-ġejjieni se jitfassal biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-intrapriżi ż-żgħar fil-programmi ta’ finanzjament, billi jissimplifika r-regoli, inaqqas l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni, jħaffef il-proċeduri tal-għoti u jipprovdi punt uniku ta’ servizz "one-stop shop" biex jagħmel il-ħajja aktar faċli għall-benefiċjarji tal-finanzjament tal-Unjoni.

1.6.      It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

X Proposta/inizjattiva ta' perjodu limitat

– X         Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[01/01/2014 sal-31/12/2020

– X         Impatt finanzjarju (approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet) mill-2014 sal-2024 (fir-rigward tal-Istrumenti Finanzjarji sal-2035)

¨ Proposta/inizjattiva ta’ perjodu mhux limitat

– Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu minn YYYY sa YYYY,

– segwita b’operat fuq skala sħiħa.

1.7.      Il-mod(i) ta’ġestjoni previsti(i)[26]

X Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

X Ġestjoni ċentralizzata indiretta bid-delega tax-xogħlijiet tal-implimentazzjoni lil:

– X         aġenziji eżekuttivi

– X         entitajiet stabbiliti mill-Komunitajiet[27]

– ¨         entitajiet mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

– ¨         persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti kif mifhum fl-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

X Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali

Kummenti :

Huwa previst li l-azzjoni tiġi parzjalment ġestita direttament mill-Kummissjoni u parzjalment ġestita indirettament mid-delegazzjoni lill-aġenziji eżekuttivi.

Rigward il-possibiltajiet l-oħra għall-ġestjoni indiretta u minħabba n-natura tal-azzjonijiet u l-proġetti previsti fil-Programm propost, il-Kummissjoni qed tikkunsidra tagħmel użu minn aġenzija eżekuttiva eżistenti. Dan se jikkonċerna biss ix-xogħlijiet li ma jinvolvux għażliet politiċi.

Għal ċerti attivitajiet analitiċi u ta’ valutazzjoni komparattiva, hija prevista wkoll il-ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bħalma huma l-Kunsill tal-Ewropa, l-OECD, l-UNWTO (l-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu tan-Nazzjonijiet Uniti) u l-ETC - il-Kummissjoni Ewropea għat-Turiżmu.

L-istrumenti finanzjarji se jiġu implimentati mill-Fond Ewropew għall-Investiment.

2.         IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.      Ir-regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet

Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Programm fil-ġejjieni se jiġi żgurat mill-Kummissjoni Ewropea fuq bażi kontinwa, direttament mis-servizzi tal-Kummissjoni u indirettament minn intermedjarji bħall-FEI u l-aġenziji eżekuttivi li jistgħu jiġu fdati bl-implimentazzjoni ta' partijiet mill-Programm. Il-Kummissjoni se tfassal rapport annwali ta’ monitoraġġ li jeżamina l-effiċjenza u l-effikaċja tal-attivitajiet appoġġati f’dawk li huma implimentazzjoni finanzjarja, riżulati u, fejn possibbli, impatti u li jippermetti għal kull aġġustament meħtieġ fil-politika u l-prijoritajiet ta’ finanzjament. Il-kejl tal-prestazzjoni se jkun soġġett għal sett konsistenti ta’ indikaturi.

Is-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni se tiddependi l-aktar fuq dik tal-programm attwali, iżda t-titjib li ġej se jsir fis-sistema tal-ġbir tad-dejta u tal-analiżi tagħha, kif ukoll fl-approċċ ta’ evalwazzjoni u ta’ monitoraġġ (wara r-rakkomandazzjonijiet mill-evalwazzjonijiet tal-programm attwali):

– formulazzjoni ta' sett ġdid ta' indikaturi speċifiċi u arranġamenti ta’ monitoraġġ;

– kontroreferenza għall-indikaturi ewlenin tal-Ewropa 2020 biex tidderieġi l-proċess tal-programm ta’ ġestjoni u biex tipprovdi kontribut addizzjonali għall-proċess ta’ monitoraġġ tal-Ewropa 2020;

– l-użu ta’ metodoloġiji kontrofattwali, tqabbil tal-kampjuni tal-benefiċjarji ma’ sett simili ta’ nonbenefiċjarji, jekk rilevanti, u sabiex tiddistingwi l-impatt tal-programm fuq l-indikaturi proposti mill-effett ta’ ċirkostanzi ekonomiċi li jinbidlu.

– rikors għal evalwazzjonijiet tematiċi fid-diversi komponenti tal-programm futur, jekk rilevanti.

Il-Programm il-ġdid se jkun soġġett għal evalwazzjoni interim u oħra ex-post biex jevalwaw il-progress lejn l-għanijiet u r-riżultati. L-evalwazzjoni interim se titlesta sal-aħħar tal-2017 biex tgħin fil-preparazzjoni għal strument suċċessur għall-Programm. Se ssir valutazzjoni ex-post fi żmien sentejn mit-tlestija tal-Programm.

2.2.      Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.   Ir-riskju/i identifikat(i)

Il-baġit tal-Programm se jiġu implimentati permezz ta' strumenti finanzjarji, għotjiet u akkwist pubbliku. Ir-riskji huma differenti għal kull wieħed minn dawn it-tipi differenti ta' nefqa. L-awditjar imwettaq mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-awditjar ex-post tal-Kummissjoni nnifisha identifikaw ir-riskji ewlenin li ġejjin li jibqgħu potenzjalment validi għal dan il-Programm:

Għall-istrumenti finanzjarji: Ir-riskji ewlenin identifikati jirreferu għall-eliġibbiltà (tal-intermedjarji finanzjarji internazzjonali (IFI’s) u l-benefiċjarji finali), il-konformità kuntrattwali (traspożizzjoni tar-rekwiżiti tal-Kummissjoni fid-dokumentazzjoni kuntrattwali), il-konformità tal-proċess (nuqqas ta’ osservanza tal-proċessi preskritti mill-Kummissjoni) u l-prestazzjoni (nuqqas ta’ kisba ta’ miri/għanijiet definiti minn qabel).

Dawn it-tipi tar-riskju se jiġu indirizzati billi jqisu l-fatturi li ġejjin:

· Aspetti sinifikanti tal-proċess ta' ġestjoni u ta’ kontroll huma mwettqa mill-IFI.

· Il-Kummissjoni għandha sserraħ fil-parti l-kbira tagħha fuq is-sistemi ta’ kontroll tal-ġestjoni tal-IFIs.

· Huwa importanti li jkun żgurat livell xieraq ta' kontrolli matul il-katina tal-implimentazzjoni b’responsabbiltajiet ċari għall-imsieħba kollha involuti.

· Il-verifika ex-ante ċentrali fl-unità finanzjarja tad-DĠ japplika biss għal tranżazzjonijiet baġitarji mal-IFI u ma’ dawk li mhumiex speċifiċi għall-proġett.

Għall-għotjiet: Ir-regoli kumplessi tal-eliġibbiltà tal-ispejjeż u l-ispeċjalizzazzjoni relattivament limitata fil-ġestjoni finanzjarja ta' ċerti benefiċjarji (SMEs) jistgħu jirriżultaw f'riskju għoli ta' spejjeż iddikjarati inkorrettament (eż. talbiet mill-benefiċjarji għall-ispejjeż mhux imġarrba mill-maniġer u proprjetarju tal-SME).

In-nuqqas ta’ bażi ta’ dejta kompluta bl-informazzjoni dwar il-benefiċarji, il-proġetti u l-ispejjeż ddikjarati jistgħu jwasslu biex id-detezzjoni ta’ benefiċjarji riskjużi u ta’ ħlasijiet possibbilment doppji ta’ spejjeż jew irregolaritajiet oħrajn tkun diffiċli u għaldaqstant tirriżulta f’attività mhux effettiva kontra l-frodi.

Għall-akkwisti pubbliku: Żbalji li ma jinqabdux u impreċiżjonijiet li ma jiġux korretti f’offerti jew fi speċifikazzjonijiet tal-offerti jistgħu jwasslu għal eżekuzzjoni ħażina ta’ kuntratt.

2.2.2.   Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

Huma previsti metodi ta’ kontroll differenti biex jindirizzaw ir-riskji differenti identifikati hawn fuq

1. STRUMENTI FINANZJARJI

Informazzjoni dwar l-istruttura tas-sistema tal-kontroll intern

Hija prevista sistema ta’ ġestjoni u kontroll ibbażata fuq il-miżuri li ġejjin għall-istrumenti finanzjarji:

– evalwazzjoni ex-ante tal-IFI

– monitoraġġ ibbażat fuq ir-riskju, inkluż abbażi tar-rappurtaġġ standardizzat,

– azzjoni preventiva permezz tat-tfassil tal-eliġibbiltà xierqa, il-konformità kuntrattwali, il-konformità tal-proċess u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni;

– rimedji kuntrattwali li jippermettu azzjoni korrettiva f’każ ta’ żball fl-implimentazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-eliġibbiltà, il-konformità kuntrattwali, il-konformità tal-proċess u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni;

– kontrolli ex-ante fuq il-ħlasijiet mid-DĠ lill-kont fiduċjarju tal-IFI;

– l-allinjament ta' miżuri ta’ interess;

– il-parteċipazzjoni fit-tmexxija

– id-drittijiet għall-aċċess għall-awditjar dwar l-IFIs, is-sottointermedjarji u l-benefiċjarji finali;

– trejl sħiħ tal-awditjar li jkopri l-katina tal-implimentazzjoni;

– l-awditjar tal-konformità u tal-prestazzjoni mill-aġenti tal-Kummissjoni

– iż-żieda fl-assigurazzjoni integrata li tqis is-sistema tal-kontrolli interni u l-awditjar intern miżmum mill-IFIs u s-sottointermedjarji li tindirizza l-eliġibbiltà, il-konformità kuntrattwali, il-konformità tal-proċess u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni;

– dikjarazzjonijiet finanzjarji vverifikati minn awdituri esterni;

– dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni pprovduti minn IFIs fuq bażi annwali.

Il-verifika li l-proċessi qegħdin jaħdmu kif imfassla se tkun żgurata permezz ta’ diversi mezzi ta’ informazzjoni:

– l-għarfien tal-maniġment dwar l-istat tas-sistemi ta’ kontroll intern tad-DĠs, miġbura permezz tax-xogħol ta’ kuljum u l-esperjenzi;

– is-superviżjoni formali tad-DĠ, l-arranġamenti tas-segwitu u ta’ monitoraġġ;

– ir-riżultati minn reviżjoni annwali tal-ICS (“konformità sħiħa mar-rekwiżiti bażiċi”);

– ir-riżultati tal-eżerċizzju tal-Valutazzjoni tar-Riskju;

– il-kontrolli ex-ante u ex-post, inkluż rapporti ta' eċċezzjonijiet u/jew dgħjufijiet fil-kontroll intern;

– ir-riżultati minn awditjar finanzjarju estern tad-DĠs;

– ix-xogħol ta’ awditjar u ta’ konsulenza mwettaq mill-Kapaċità tal-Verifika Interna tad-DĠs;

– l-evalwazzjonijiet tal-Programmi mwettqa minn evalwaturi esterni.

L-awditjar mill-IAC, l-IAS jew l-ECA se jipprovdu aktar rispons dwar l-adegwatezza tas-sistema tal-kontroll.

L-istima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-kontrolli implikat mis-sistema ta’ kontroll

Il-kontrolli previsti ġew meqjusa f’sens wiesa’ f’konformità mad-definizzjoni tal-mudell COSO tal-kontroll intern definit bħala "proċess imfassal biex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli fir-rigward tal-kisba tal-għanijiet fl-effikaċja u fl-effiċjenza tal-operazzjonijiet, l-affidabbiltà tar-rappurtaġġ finanzjarju, u l-konformità mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli". L-ispejjeż tal-kontrolli huma stmati fuq bażi komprensiva li tkopri kwalunkwe attivitajiet li huma direttament jew indirettament marbuta mal-verifika tad-drittijiet tal-IFI, FI u FB u r-regolarità tan-nefqa. Fejn possibbli dawn huma dettaljati matul id-diversi stadji ta 'ġestjoni, u skont id-deskrizzjoni tas-sistema tal-kontroll previsti.

L-aġġustamenti biex jitqiesu t-tibdil mistennija tal-proposta l-ġdida jinkludu d-dejta għat-tibdil ewlenin li ġejjin:

a) Kjarifika tar-regoli applikabbli skont il-Pjattaformi tal-Ewkità/tad-Dejn u żieda fl-azzjoni preventiva permezz tat-tfassil tar-rekwiżiti xierqa

b) Allinjament ta’ miżuri ta’ interess u aktar rimedji kuntrattwali għal azzjoni korrettiva fil-każ ta’ żball ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti.

Valutazzjoni tal-livell ta’ riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli applikabbli

Skont is-sistema ta’ kontroll prevista, il-livell mistenni ta' riskju ta' nuqqas ta' konformità (definit bħala r-riskju mistenni ta’ żbalji tal-legalità u r-regolarità li jseħħu fil-livell ta’ tranżazzjonijiet) se jinżamm taħt 2 % fuq bażi multiannwali, iżda bi spiża aktar baxxa minħabba l-mitigazzjoni tal-frekwenza tar-riskju u l-impatt tar-riskju, li jirriżultaw mill-miżuri addizzjonali introdotti.

Ir-rata tal-iżbalji hija mistennija li tonqos minħabba l-kjarifika tar-regoli applikabbli inklużi r-rekwiżiti INTELLIĠENTI, minħabba aktar riinfurzar tar-rimedji kuntrattwali u minħabba ż-żieda fl-allinjament ta' interess.

2. GĦOTJIET

Huwa previst li parti sinifikanti tal-baġit ta’ dan il-Programm se jiġi implimentat taħt il-ġestjoni ċentralizzata indiretta jiġifieri mwettaq mill-aġenziji eżekuttivi.

Informazzjoni dwar l-istruttura tas-sistema tal-kontroll intern

Il-qafas ta’ kontroll intern attwali huwa mibni fuq l-implimentazzjoni tal-Istandards tal-Kontroll Intern tal-Kummissjoni, il-proċeduri għall-għażla tal-aħjar proġetti u t-tisrif tagħhom fi strumenti legali, f’ġestjoni tal-proġett u tal-kuntratt matul il-proġett kollu, f’kontrolli ex ante fuq il-klejms, li jinkludu l-preżentazzjoni ta’ ċertifikati tal-awditjar, ċertifikazzjoni ex ante tal-metodoloġiji tal-ispejjeż, awditjar u korrezzjonijiet ex post, u evalwazzjoni.

Id-dokumentazzjoni ta' sejħiet għall-proposta tinkludi fiha gwida ddettaljata dwar ir-regoli tal-eliġibbiltà u notevolment dwar l-iktar żbalji frekwenti fir-rigward tal-ispejjeż tal-persunal. Il-benefiċjarji huma mistiedna jipprovdu, diġà meta jagħmlu proposta, biżżejjed dettalji dwar l-ispejjeż previsti li jippermettu verifika ex-ante u d-detezzjoni ta' żbalji possibbli jew miżinterpretazzjonijiet u fejn meħtieġ bidliet tal-implimentazzjoni jew l-adattament tal-ftehim dwar l-għotja. Dan se jżid b’mod sinifikanti ċ-ċertezza legali tal-benefiċjarji u jnaqqas ir-riskju ta’ żbalji.

Kontrolli ex-post se jitwettqu sabiex jiddeterminaw il-medja rappreżentattiva tar-rata ta’ żbalji li se jibqa’ minkejja t-taħriġ, il-verifiki ex-ante u l-korrezzjonijiet. L-istrateġija tal-awditjar ex-post għan-nefqa skont il-Programm se tkun ibbażata fuq l-awditjar finanzjarju tat-tranżazzjonijiet definiti mit-Teħid ta’ Kampjuni ta’ Unità Monetarja, flimkien ma’ kampjun ibbażat fuq ir-riskju. L-istrateġija tal-awditjar ex-post fir-rigward tal-legalità u r-regolarità se tiġi kkumplementata minn evalwazzjoni operattiva riinfurzata u l-istrateġija ta’ kontra l-frodi (ara l-punt 2.3 hawn taħt).

L-istima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-kontrolli implikat mis-sistema ta’ kontroll

Irid jinstab bilanċ bejn, min-naħa, iż-żieda fl-attrazzjoni tal-Programm billi jitnaqqas il-piż ta’ kontroll għall-benefiċjarji (aktar fiduċja u teħid ta’ riskju bl-użu akbar ta’ rati fissi, somom f’daqqa u skali ta’ unità) u, min-naħa l-oħra, l-assigurazzjoni li r-rata ta’ żbalji mhux ikkoreġuti tibqa' baxxa kemm hu raġonevolment fattibbli..

Id-DĠ ENTR se tistabbilixxi sistema ta’ kontroll intern kosteffikaċi li se tagħti assigurazzjoni raġonevoli li r-riskju ta’ żball, matul il-perjodu ta’ nefqa multiannwali huwa, fuq bażi annwali,, fil-marġni ta’ 2-5 %; bl-għan aħħari li jinkiseb livell residwu ta' żbalji kemm jista’jkun qrib it-2 % fl-għeluq tal-programmi multiannwali, ladarba l-impatt finanzjarju tal-awditjar kollu, il-miżuri ta’ korrezzjoni u rkupru jkunu ġew ikkunsidrati.

L-istrateġija tal-awditjar għandha timmira li tipprovdi rappreżentazzjoni ġusta u affidabbli tar-riskju ta' żbalji u teżamina b’mod effikaċi u effettiv l-indikazzjonijiet ta' frodi. Il-kontrolli ex-ante tal-proposti qabel l-iffirmar tal-ftehim tal-għotja u l-kjarifika tar-regoli tal-eliġibbiltà ma għandhomx iżidu b’mod sinifikament iż-żmien għall-kuntratt. L-uffiċjali li jawtorizzaw permezz ta’ delega għandhom jirrappurtaw kull sena l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontroll u l-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-awtorità leġiżlattiva fil-qafas tar-Reviżjoni Intermedja dwar il-livell tan-nuqqas ta’ konformità li jista’ jinkiseb.

Valutazzjoni tal-livell ta’ riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli applikabbli

A. Is-sorsi attwali tal-iżbalji

Abbażi tar-riżultati, s’issa, ġew identifikati żbalji rikorrenti fir-rigward ta’ dan li ġej:

· spejjeż tal-persunal: jintalab ħlas għall-medja tal-spejjeż jew inkella għall-ispejjeż ibbaġitjati (minflok l-ispejjeż attwali), in-nuqqas li jinżammu rekords adegwati tal-ħin involut fuq il-programm, jintalab ħlas għal oġġetti li mhumiex eliġibbli (spejjeż tal-maniġer proprjetarju tal-SME).

· kwalunkwe spejjeż diretti oħrajn: żbalji regolari identifikati huma s-sottokuntrattar mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel, jew mingħajr ma jiġu rrispettati r-regoli tal-valur għall-flus, eċċ.

· spejjeż indiretti: f’għadd ta’ każijiet l-ispejjeż indiretti huma perċentwal b’rata fissa tal-ispejjeż diretti, u għaldaqstant l-iżball fl-ispejjeż indiretti huwa proporzjonali mal-iżball fl-ispejjeż diretti.

B. Opportunitajiet ta’ simplifikazzjoni proposti

Il-programm se jibbenefika mill-miżuri ta’ simplifikazzjoni inklużi fir-reviżjoni trijennali tar-Regolament Finanzjarju. F'dan il-qafas il-Kummissjoni se tuża l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta' simplifikazzjoni bħal pereżempju skali ta’ spejjeż tal-unità għall-maniġer proprjetarju tal-SME jew l-użu ta’ rati standard għall-ispejjeż tal-persunal b’konformità mal-prinċipji tal-kont tas-soltu tal-benefiċjarji.

C. Kontribuzzjoni ta’ tibdil fil-kontroll għat-tnaqqis tal-livell ta’ nuqqas ta’ konformità mistenni

Il-punt ta’ bidu huwa status quo, abbażi tal-awditjar tal-għotja tas-CIP imwettqa s’issa. Ir-rata ta’ żbalji misjuba waqt l-awditjar tas-CIP li għadu għaddej, s’issa hija ta’ madwar 5 %. Abbażi tas-suppożizzjonijiet li:

– il-benefiċjarji tal-għotjiet skont il-Programm tal-ġejjieni dwar il-Kompetittività u l-SME il-huma simili għal dawk li pparteċipaw fis-CIP, u li

– terz tas-sorsi tal-iżbalji huma stmati li huma dawk elenkati taħt punt B hawn fuq,

il-miżuri ta’ simplifikazzjoni inklużi fir-Regolament Finanzjarju huma mistennija jwasslu għal tnaqqis fir-rata ta’ żbalji. Tnaqqis ieħor tal-iżbalji huwa mistenni minn kjarifika ex-ante tar-regoli tal-eliġibbiltà.

Konklużjoni: ittieħdu l-miżuri kollha msemmija hawn fuq flimkien, l-għan aħħari huwa li jintlaħaq livell residwu ta' żbalji li kemm jista’ jkun ikun qrib it-2 % sal-aħħar taċ-ċiklu tal-ħajja.

Dan ix-xenarju hua bbażat fuq il-preżunzjoni li l-miżuri ta’ simplifikazzjoni mhumiex soġġetti għall-modifiki sostanzjali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

3. AKKWIST PUBBLIKU

Il-qafas tal-kontroll intern mibni fuq l-implimentazzjoni tal-Istandards tal-Kontroll Intern tal-Kummissjoni, il-proċeduri tal-akkwist pubbliku għall-għażla tal-aħjar proposti u għall-ġestjoni tal-kuntratt matul il-proġett / kuntratt, u kontrolli ex-ante fuq il-fatturi u l-ħlasijiet għandhom jevitaw żbalji residwi li jkunu aktar minn 2 %.

2.3.      Il-miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew maħsuba.

Fil-qafas tal-Istrateġija ta' Kontra l-Frodi tal-Kummissjoni (CAFS)[28] u bl-għajnuna tal-OLAF permezz ta' konsultazzjoni u parteċipazzjoni fin-Netwerk tal-OLAF għall-Prevenzjoni u d-Detezzjoni tal-Frodi (FPDNet), DĠ ENTR żviluppat abbozz tal-Istrateġija Kontra l-Frodi (AFS) tagħha li tkopri l-miżuri għall-prevenzjoni u d-detezzjoni ta' frodi u irregolaritajiet kemm interni kif ukoll dawk fir-rigward tal-benefiċjarji u l-kuntratturi. L-AFS se tiġi aġġornati kull sena.

B’mod partikolari għall-għotjiet, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-AFS tad-DĠ ENTR jipprevedi l-ħolqien ta’ reġistru ċentrali tal-benefiċjarji kollha tiegħu (koordinaturi, imsieħba, sottokuntratturi u atturi oħrajn) u tal-proġetti (rapporti u dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż). Din il-bażi ta’ dejta, flimkien mal-akkwist ippjanat tal-għodod b’saħħithom għall-analiżi tad-dejta għad-detezzjoni tal-indikaturi tal-frodi jew ‘sinjali ta’ periklu’, se ttejjeb b’mod sinifikanti l-funzjonijiet ta’ kontroll u l-kapaċitajiet ta’ awditjar tagħha.

Sabiex iżid l-għarfien u l-kapaċità għat-twettiq ta’ kontrolli preventivi u effettivi, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-AFS tad-DĠ ENTR jipprevedi l-offerta ta' korsijiet speċifiċi ta' taħriġ u materjal ta' gwida. Barra minn hekk, se tiġi żviluppata u implimentata strateġija ta’ kontroll għall-evalwazzjoni tal-kapaċità finanzjarja u teknika tal-benefiċjarji flimkien ma’ kategorizzazzjoni tar-riskju tal-benefiċjarji abbażi tal-indikaturi tal-frodi, ir-reġistrazzjoni tal-għodod tal-IT u l-immarkar għall-awditjar ex ante / ex post.

Barra minn hekk, se jiġu żviluppati proċeduri tal-awditjar u gwida għall-awditjar ex post ibbażati fuq ir-riskju u b’enfasi fuq każijiet possibbli ta’ frodi u irregolaritajiet. Dan l-AFS se jkun allinjat aħjar mal-istandards tal-kontroll intern, b’mod partikolari mal-eżerċizzju tal-valutazzjoni tar-riskju, u mal-AFS ta' DĠs oħra u ma' entitajiet sottodelegati.

Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dokumentazzjoni kuntrattwali mal-IFI tkun tinkludi miżuri biex jipprevjenu l-frodu, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra u tinkludi wkoll l-obbligu għall-IFI biex jittrasponi dawn il-miżuri fil-kuntratti tagħhom ma’ intermedjarji magħżula u wkoll fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom, inkluż eż. l-attivitajiet ta’ monitoraġġ ibbażati fuq ir-rekwiżiti definiti minn qabel tal-Kummissjoni.

3.         L-ISTIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.      L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

· Linji baġitarji ġodda mitluba (indikattivi)

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji baġitarji

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Intestatura 1 || Diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finazjarju

[1] || Il-linja tan-nefqa operattiva: 02 02 01 Programm tal-Kompetittività u tal-SME || Diff. || IVA || IVA || IVA || le

[1] || Il-linja(i) tan-nefqa amministrattiva(i) || Mhux Diff || IVA || IVA || IVA || le

3.2.      L-istima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1.   Is-sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

Miljuni f’EUR (sa tliet (3) punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali 1 || Numru || [Intestatura ….........................................................................................................................]

DĠ: ENTR || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Wara l-2020 || TOTAL

Ÿ Approprazzjonijiet operattivi || || || || || || || || ||

In-numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1) || 213.600 || 256.000 || 300.500 || 346.000 || 393.500 || 441.000 || 492.400 || || 2443.000

Ħlasijiet || (2) || 110.240 || 235.240 || 287.240 || 311.240 || 327.240 || 368.240 || 439.240 || 364.320 || 2443.000

Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi[29] || 02.0104 || (3) || 11.000 || 11.000 || 11.000 || 11.000 || 11.000 || 12.000 || 12.000 || || 79.000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ ENTR || Impenji || =1+3 || 224.600 || 267.000 || 311.500 || 357.000 || 404.500 || 453.000 || 504.400 || || 2522.000

Ħlasijiet || =2 +3 || 121.240 || 246.240 || 298.240 || 322.240 || 338.240 || 380.240 || 451.240 || 364.320 || 2522.000

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || 213.600 || 256.000 || 300.500 || 346.000 || 393.500 || 441.000 || 492.400 || || 2443.000 ||

Ħlasijiet || (5) || 110.240 || 235.240 || 287.240 || 311.240 || 327.240 || 368.240 || 439.240 || 364.320 || 2443.000 ||

Ÿ TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || 11.000 || 11.000 || 11.000 || 11.000 || 11.000 || 12.000 || 12.000 || || 79.000 ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA <1> tal-qafas finanzjarji multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 224.600 || 267.000 || 311.500 || 357.000 || 404.500 || 453.000 || 504.400 || || 2522.000 ||

Ħlasijiet || =5+ 6 || 121.240 || 246.240 || 298.240 || 322.240 || 338.240 || 380.240 || 451.240 || 364.320 || 2522.000 ||

||

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || 5 || “ Nefqa amministrattiva ”

Miljuni f’EUR (sa tliet (3) punti deċimali)

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

DĠ: ENTR ||

Ÿ Ir-riżorsi umani || 18.764 || 19.140 || 19.522 || 19.913 || 20.311 || 20.717 || 21.131 || 139.498

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0.086 || 0.088 || 0.089 || 0.091 || 0.093 || 0.095 || 0.097 || 0.639

|| || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-Intestatura 5 tad-DĠ ENTR[30] tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Total tal-impenji = Total tal-ħlasijiet) || 18.850 || 19.228 || 19.611 || 20.004 || 20.404 || 20.812 || 21.228 || 140.137

Miljuni f’EUR (sa tliet (3) punti deċimali)

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Wara l-2020 || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarji multiannwali || Impenji || 243.450 || 286.228 || 331.111 || 377.004 || 424.904 || 473.812 || 525.628 || || 2662.137

Ħlasijiet || 140.090 || 265.468 || 317.851 || 342.244 || 358.644 || 401.052 || 472.468 || 364.320 || 2662.137

3.2.2.   L-istima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

– ¨         Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtiġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

– X         Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa tliet (3) punti deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati [31] ò || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL ||

RIŻULTATI ||

Tip ta’ riżultat[32] || Spiża medja tar-riżultat || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || L-għadd totali ta’ riżultati || Totali Spiża ||

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1: It-titjib tal-kundizzjonijiet qafas għall-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi tal-UE || || || || || || || || || || || || || || || ||

Attivitajiet għat-titjib tal-Kompetittività Ewropea: || Studji, valutazzjonijiet tal-impatt, evalwazzjonijiet, konferenzi || 0.250 || 54 || 13.500 || 55 || 13.750 || 57 || 14.250 || 58 || 14.500 || 60 || 15.000 || 61 || 15.250 || 62 || 15.500 || 407 || 101.680

Attivitajiet għall-iżvilupp tal-politika tal-SMEs u għall-promozzjoni tal-kompetittività tal-SMEs || Laqgħat, rapporti, bażi ta’ dejta || 0.075 || 98 || 7.350 || 98 || 7.350 || 122 || 9.150 || 124 || 9.300 || 128 || 9.600 || 138 || 10.350 || 152 || 11.400 || 860 || 64.480

Turiżmu || Proġetti, premjijiet, stħarriġiet, avvenimenti || 1.000 || 9 || 9.000 || 12 || 12.000 || 16 || 16.000 || 19 || 19.000 || 22 || 22.000 || 25 || 25.000 || 28 || 28.000 || 131 || 131.440

 Kunċetti ġodda ta’negozju għal oġġetti tal-konsumatur || Proġetti ta' replika tas-suq || 1.000 || 8 || 8.000 || 9 || 9.000 || 11 || 11.000 || 13 || 13.000 || 14 || 14.000 || 15 || 15.000 || 17 || 17.000 || 87 || 86.800

Is-subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || || 384.400

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2: Il-Promozzjoni tal-Imprenditorija || || || || || || || || || || || || || || || ||

Attivitajiet li jippromwovu l-imprenditorija || Studji, kampanji, avvenimenti || 0.5 || 5 || 2.500 || 6 || 3.000 || 5 || 2.500 || 6 || 3.000 || 6 || 3.000 || 6 || 3.000 || 7 || 3.500 || 41 || 20.720

l-għadd ta’ skambji || 0.007 || 600 || 4.200 || 720 || 5.040 || 1300 || 9.100 || 1400 || 9.800 || 1650 || 11.550 || 1770 || 12.390 || 2000 || 14.000 || 9440 || 66.080

Is-subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || || 86.800

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 3: It-titjib tal-aċċess għas-swieq tal-SMEs || || || || || || || || || || || || || || || ||

Strumenti Finanzjarji || L-għadd ta’ SMEs li huma benefiċjarji (garanziji ta’ self) || 0.004 || 7500 || 30.000 || 17 000 || 68.000 || 27 000 || 108.000 || 31 000 || 124.000 || 31 000 || 124.000 || 31 000 || 124.000 || 42 000 || 168.000 || 186500 || 746.320

|| Volum ta’ self (f’miljuni tal-EUR) || || 1 071 || || 2 201 || || 3 384 || || 3 995 || || 4 065 || || 4 119 || || 5 420 || || 24255 ||

|| L-għadd ta’ SMEs li huma benefiċjarji (VC) || 1. 220 || 10 || 12.200 || 30 || 36.600 || 46 || 56.120 || 85 || 103.700 || 115 || 140.300 || 140 || 170.800 || 140 || 170.800 || 566 || 690.000

|| Miljuni f’EUR spekulati (VC) || || 103 || || 343 || || 686 || || 1 064 || || 1 445 || || 1 817 || || 1 869 || || 7 327 ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 3 || || || || || || || || || || || || || || || || 1436.320

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 4: Titjib fl-aċċess għas-swieq || || || || || || || || || || || || || || || ||

In-Netwerk Ewropew għall-Intrapriżi || Proposti għall-isħubija || 0.005 || 5732 || 28.660 || 5821 || 29.105 || 5923 || 29.615 || 6040 || 30.200 || 6106 || 30.530 || 6336 || 31.680 || 6540 || 32.700 || 42 498 || 212.500

SMEs li jirċievu servizzi ta’ appoġġ (kull 1000 SME) || 0.065 || 403 || 26.195 || 418 || 27.170 || 438 || 28.47 || 458 || 29.77 || 488 || 31.720 || 508 || 33.020 || 539 || 35.035 || 3252 || 211.380

Appoġġ lill-SMEs li qegħdin barra mill-pajjiż || Studji || 0.250 || 10 || 2.500 || 12 || 3.000 || 15 || 3.750 || 14 || 3.500 || 15 || 3.750 || 18 || 4.500 || 20 || 5.000 || 104 || 25.951

|| Ċentri tal-SMEs; Helpdesks tal-SMEs || 1.000 || 5 || 5.000 || 6 || 6.000 || 7 || 7.000 || 9 || 9.000 || 10 || 10.000 || 11 || 11.000 || 12 || 12.000 || 60 || 60.000

|| Pjattaformi, avvenimenti, attivitajiet ta’ promozzjoni || 0.200 || 6 || 1.200 || 6 || 1.300 || 8 || 1.600 || 10 || 1.900 || 10 || 2.000 || 12 || 2.400 || 13 || 2.600 || || 13.249

Appoġġ lill-kooperazzjoni industrijali internazzjonali || Laqgħat tal-workshops || 0.200 || 5 || 1.000 || 7 || 1.400 || 8 || 1.600 || 9 || 1.800 || 10 || 2.000 || 11 || 2.200 || 12 || 2.400 || 62 || 12.400

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 4 || || || || || || || || || || || || || || || || 535.480

SPIŻA TOTALI || || 213.600 || || 256.000 || || 300.500 || || 346.000 || || 393.500 || || 441.000 || || 492.400 || || 2443.000

3.2.3.   L-istima tal-impatt stmat fuql- approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.            Sommarju

– ¨         Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

– X         Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni f’EUR (sa tliet (3) punti deċimali)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarji multiannwali || || || || || || || ||

Ir-riżorsi umani || 18.764 || 19.140 || 19.522 || 19.913 || 20.311 || 20.717 || 21.131 || 139.498

Nefqa amministrattiva oħra || 0.086 || 0.088 || 0.089 || 0.091 || 0.093 || 0.095 || 0.097 || 0.639

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarji multiannwali || 18.850 || 19.228 || 19.611 || 20.004 || 20.404 || 20.812 || 21.228 || 140.137

Barra mill-INTESTATURA 5[33] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Ir-riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta' natura amminsitrattiva || || || || || || || ||

Subtotal barra mill- INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

TOTAL || 18.85050 || 19.228 || 19.611 || 20.004 || 20.404 || 20.812 || 21.228 || 140.137

3.2.3.2.            L-istima tar-rekwiżiti tar-riżorsi umani

– ¨         Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu tar-riżorsi umani

– X         Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu tar-riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha titfisser f'FTE

|| || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020

|| Ÿ Postijiet tat-tabella tal-persunal (uffiċjali u aġenti temporanji) ||

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 110 || 110 || 110 || 110 || 110 || 110 || 110

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE)[34] || || || || || || ||

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || 58 || 58 || 58 || 58 || 58 || 58 || 58

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 04 yy[35] || fil-Kwartieri Ġenerali[36] || || || || || || ||

|| fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

XX 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka diretta) || || || || || || ||

Linji baġitarji oħrajn (speċifika) || || || || || || ||

TOTAL || 168 || 168 || 168 || 168 || 168 || 168 || 168

XX huwa l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu sodisfatti permezz tal-persunal mid-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew skjerati mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien jekk neċessarju ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-ristrezzjonijiet baġitarji. DĠ ENTR jipprevedi proċess ta’ esternalizzazzjoni parzjali lil aġenzija eżekuttiva eżistenti. L-ammonti u l-imputazzjonijiet se jiġu aġġustati, jekk ikun neċessarju, skont ir-riżultati tal-proċess ta' esternalizzazzjoni.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu

Uffiċjali u aġenti temporanji ||

Persunal estern ||

3.2.4.   Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

– X         Il-proposta/L-inizjattiva hija kompatibbli mal-proposta tal-Kummissjoni għal qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020, COM (2011) 500 finali.

– ¨         Il-proposta/L-inizjattiva se tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega xi programmmar mill-ġdid hu meħtieġ, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

– ¨         Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[37].

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

3.2.5.   Il-kontribuzzjonijiet mill-parti terza [għandha timtela’]

– Il-proposta/L-inizjattiva ma tipprevedix għall-kofinanzjament minn partijiet terzi

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet (3) punti deċimali)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Total

Pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-UE u li qegħdin jipparteċipaw fil-Programm[38] || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || Pm || Pm || Pm || Pm || Pm || Pm || Pm || Pm

3.3.      L-istima tal-impatt fuq l-introjtu

– X         Il-proposta/L-inizjattiva m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq l-introjtu.

– ¨         Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨         fuq ir-riżorsi proprji

– ¨         fuq introjtu mixxellanju

Miljuni f’EUR (sa tliet (3) punti deċimali)

Linja baġitarja tal-introjtu: || Approprazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja li għaddejja bħalissa || Impatt tal-proposta/inizjattiva[39]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal kemm ikunu meħtieġa kolonni biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu …........... || || || || || || || ||

Għall-introjtu mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Speċifika l-metodu għall-kalkulazzjoni tal-impatt fuq l-introjtu.

[1]               COM(2011) 500 finali.

[2]               Aktar minn 50 000 utenti differenti tas-servizzi tal-web portal tal-IPR u l-e-learning matul l-ewwel tliet (3) snin, b' iktar minn żewġ (2) miljun hit; aktar minn 30 seminar ta’ taħriġ u workshops interattiv jiġu organizzati kull sena, li minnhom 2/3 mwettqa fl-Ewropa, biex jiġbru t-tħassib tal-SMEs.

[3]               Studji/sondaġġi mwettqa minn Stati Membri iżgħar individwali li jkollhom inqas valur miżjud Ewropew u jonqsu li jkopru l-ambitu wiesa’ tal-UE u jistgħu jiġġeneraw d-duplikazzjoni tar-riċerka li diġà tkun twettqet f 'pajjiżi oħra.

[4]               Dan it-tip ta’ miżuri jimplika valur miżjud u impatt ogħla jekk magħmulin b’approċċ koordinat/kompletat bejn l-Istati Membri; barra minn hekk l-Istati Membri ż-żgħar għandhom it-tendenza li jkollhom inqas riżorsi għall-promozzjoni ta’ destinazzjonijiet tagħhom u speċjalment għall-promozzjoni ta’ prodotti turistiċi transnazzjonali.

[5]               COM(2011) 500 finali u SEC(2011) 867-868 finali. Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni: Baġit għall-Ewropa 2020 – Parti II Skedi ta' Politika.

[6]               Rapport finali, Evaluation of the Executive Agency for Competitiveness and Innovation; 12 Mejju 2011 http://ec.europa.eu/cip/files/docs/evaluation-of-eaci-may-2011_en.pdf

[7]               http://ec.europa.eu/cip/files/docs/public-consultation-annex2-to-final-report_en.pdf

[8]               http://ec.europa.eu/enterprise/dg/files/evaluation/final_report_eip_interim_evaluation_04_2009_en.pdf

[9]               http://ec.europa.eu/cip/files/docs/eip-final-evaluation-report_en.pdf

[10]             Il-baġit tal-Programm tnaqqas meta mqabbel mal-ammont ippubblikat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “A budget for Europe 2020” (COM(2011)500) minħabba l-fatt li l-azzjonijiet li se jsostnu l-istandardizzazzjoni se jkun ffinanzjati sal-ammont ta' EUR 182 miljun barra mill-Programm sabiex tinżamm struttura ta' suċċess u implimentazzjoni effiċjenti.

[11]             COM(2010) 2020 finali.

[12]             COM(2010) 614 finali.

[13]             COM(2008) 394 finali.

[14]             COM(2011) 78 finali.

[15]             COM(2011) 398 finali.

[16]             ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36

[17]             Stħarriġ tal-Eurobarometer dwar l-intraprenditorija takl-2009

[18]             COM(2010) 352 finali.

[19]             ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

[20]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[21]             ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.

[22]             Dawn l-indikaturi jirreferu għall-iżviluppi fil-qasam tal-politika għall-Intrapriża u l-Industrija. Il-Kummissjoni nnifisha mhix unikament responsabbli għall-kisba tal-miri. Firxa ta’ fatturi oħra li mhumiex fil-kontroll tal-Kummissjoni taffetwa wkoll ir-riżultati f’dan il-qasam.

[23]             NEER/REER ibbażat fuq ULC,, eskluż l-impatt taċ-ċaqliq fil-munita (NEER = ir-rata ta' skambju nominali effettiva; REER = ir-rata ta’ skambju reali effettiva; ULC = unità ta’ spejjeż tax-xogħol

[24]             ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB: Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività

[25]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[26]             Id-dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[27]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[28]             COM(2011)376, 24.06.2011

[29]             L-għajnuna teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (linji ex "BA"), l-aġenziji eżekuttivi (mingħajr ma titqies l-esternalizzazzjoni addizzjonali prevista), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

[30]             DĠ ENTR jipprevedi proċess ta’ esternalizzazzjoni parzjali lil aġenzija eżekuttiva eżistenti. L-ammonti u l-imputazzjonijiet se jiġu aġġustati, jekk ikun neċessarju, skont ir-riżultati tal-proċess ta' esternalizzazzjoni. "Nefqa oħra amministrattiva" tkopri l-finanzjament tal-laqgħat mandatorji tal-kumitat.

[31]             Dan il-qsim indikattiv tal-approprjazzjonijiet operattivi u d-distribuzzjoni baġitarja bejn l-azzjonijiet proposti li ġejjin minnha, hu bbażat fuq in-natura tal-azzjonijiet previsti: pereżempju l-attivitajiet biex tiġi żviluppata politika tal-SME u biex tiġi promossa l-kompetittività tal-SMEs huma żvilupp fil-politika bbażati fuq studji u avvenimenti li se jiġu implimentati permezz tal-akkwist pubbliku u komparattivament se jkunu inqas għaljin mill-attivitajiet previsti fl-oqsma tat-turiżmu u l-oġġetti tal-konsumatur li se jinvolvu sejħiet għall-proposti.

[32]             Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu fornuti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, in-numru ta' km ta' toroq li nbnew, eċċ.).

[33]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (linji ex "BA"), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

[34]             CA= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat;

[35]             Taħt il-limitu massimu għal persunal estern minn approprjazzjonijiet operattivi (li qabel kienu linji "BA").

[36]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u għall-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[37]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[38]             Il-programm għandu, taħt kondizzjonijiet speċifiċi u soġġett għal ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja fil-Programm, ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), il-pajjiżi kandidati u dawk li jistgħu jsiru kandidati, il-pajjiżi li jaqgħu taħt il-kamp tal-applikazzjoni tal-politiki Ewropej tal-Viċinat (ara l-Artikolu 5).

[39]             Fir-rigward tar-riżorsi tradizzjonali tagħha stess (dazji doganali, tariffi fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.