52011PC0825

/* KUMM/2011/0825 finali - 2011/0388 (NLE) */ Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jaġġusta mill-1 ta’ Lulju 2011 ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Il-Kunsill għandu jiddeċiedi kull sena, fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni, dwar l-aġġustament tar-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet b’seħħ mill-1 ta’ Lulju. |

Il-kuntest ġenerali B’konformità mal-Artikolu 83a(4) tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kummissjoni għandha tippreżenta kull sena lill-Kunsill verżjoni aġġornata tal-valutazzjoni attwarja ta’ kull ħames snin, b’konformità mal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal. B’konformità mal-Artikolu 13 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Eurostat ippreżenta r-rapport relatat dwar din il-valutazzjoni li tiddetermina r-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa biex jinżamm il-bilanċ attwarju tal-iskema tal-pensjonijiet. |

Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Kull sena għandha tiġi ppreżentata proposta biex tiġi aġġustata r-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet. |

2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Il-metodi ta’ konsultazzjoni użati, is-setturi prinċipali koperti u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu L-elementi tal-proposta kienu diskussi mar-rappreżentanti tal-persunal skont il-proċeduri xierqa. |

212 | Sinteżi tat-tweġibiet riċevuti u tal-mod kif ġew ikkunsidrati Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet ikkonsultati. |

Ġbir u użu ta’ għarfien espert |

229 | Il-kalkolu tar-rata tal-kontribuzzjoni tal-pensjoni ġiet ivvalidata minn espert attwarju (konsulent estern). |

230 | Il-valutazzjoni tal-impatt L-għan tal-proposta huwa li taġġusta r-rata ta' kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjoni tal-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea sabiex jinżamm il-bilanċ attwarju tal-iskema. Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma tippermettix alternattiva oħra. |

3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Sinteżi tal-azzjoni proposta B’konformità mal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Eurostat ippreżenta rapport dwar il-valutazzjoni attwarja tal-iskema tal-pensjonijiet. Skont din il-valutazzjoni, ir-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat bilanċ attwarju tas-sistema tal-pensjonijiet hija ta' 11% tas-salarju bażiku. Skont l-Artikolu 83a(4), fejn jintwera li hemm differenza ta’ mill-inqas 0,25 punti bejn ir-rata ta’ kontribuzzjoni attwalment applikata (11,6 %) u r-rata meħtieġa biex jinżamm il-bilanċ attwarju (11,0 %), il-Kunsill għandu jikkunsidra jekk ir-rata għandhiex tiġi adattata, skont l-arranġamenti stabbiliti fl-Anness XII. B’konformità mal-Artikolu 2(1), tal-Anness XII, l-aġġustament ma jistax iwassal għal kontribuzzjoni li tkun aktar minn punt perċentwali ‘il fuq jew ‘l isfel mir-rata applikabbli fis-sena preċedenti. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li tadatta r-rata ta' kontribuzzjoni għal 11% b'effett mill-1 ta' Lulju 2011. |

Bażi legali Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 83a u l-Anness XII tagħhom. |

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hi konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: |

L-Artikolu 83a tar-Regolamenti tal-Persunal jistipula regolament tal-Kunsill. |

Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq l-infiq. L-impatt fuq id-dħul jirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-metodu ta’ aġġustament previst fir-Regolamenti tal-Persunal. |

Għażla ta’ strumenti |

L-istrument propost: Regolament. |

Strumenti oħra ma jkunux xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: - L-Artikolu 83a tar-Regolamenti tal-Persunal jistipula regolament tal-Kunsill. |

4. IMPLIKAZZJONI BAĠIT ARJA

L-impatt, fuq id-dħul, tal-aġġustament tar-rata tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjonijiet hu ddettaljat fid-dikjarazzjoni finanzjarja li tinstab fl-Anness. |

2011/0388 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jaġġusta mill-1 ta’ Lulju 2011 ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 83a u l-Anness XII tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

1. B’konformità mal-Artikolu 13 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Eurostat ippreżenta rapport dwar il-valutazzjoni attwarja tal-2011 tal-iskema tal-pensjonijiet, li taġġorna l-parametri msemmija f’dak l-Anness. Skont din il-valutazzjoni, ir-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa sabiex jinżamm bilanċ attwarju tas-sistema tal-pensjonijiet hija ta' 11% tas-salarju bażiku.

2. Fl-interess tal-bilanċ attwarju tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea, ir-rata tal-kontribuzzjoni għandha għalhekk tiġi aġġustata għal 11 % tas-salarju bażiku,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rata tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tkun ta' 11%.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1. ISEM TAL-PROPOSTA:

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta, mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

2. LINJI BAĠITARJI:

Il-Kapitolu u l-Artikolu:

400 Taxxa fuq is-salarji tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra

Ammont ibbaġittjat għas-sena kkonċernata (Baġit 2011):

EUR 591,7 miljun

410 Kontribuzzjonijiet tal-Persunal għall-iskema tal-pensjonijiet

Ammont ippjanat għas-sena kkonċernata (Baġit 2011):

EUR 437,7 miljun

3. IMPATT FINANZJARJU

( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja

( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq l-infiq, iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej:

(EUR miljuni sa post deċimali wieħed)

Linja tal-baġit | Dħul | Perjodu ta’ sitt xhur mill-01/07/2011 | 2012 |

Artikolu 400 | L-impatt fuq ir-riżorsi proprji | 2,4 | 4,7 |

Artikolu 410 | L-impatt fuq ir-riżorsi proprji | -11,3 | -22,6 |

Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 |

Artikolu 400 | 4,7 | 4,7 | 4,7 | 4,7 | 4,7 |

Artikolu 410 | -22,6 | -22,6 | -22,6 | -22,6 | -22,6 |

4. RIMARKI OĦRA

Metodu ta' kalkolazzjoni:

Kontribuzzjoni tal-pensjoni = il-kontribuzzjoni l-ġdida – l-ammont ibbaġittjat għas-sena kurrentiIl-kontribuzzjoni l-ġdida = l-ammont ibbaġittjat x ir-rata l-ġdida/ir-rata fis-seħħ

L-effett taż-żieda fit-taxxa = 21% tat-tnaqqis tal-kontribuzzjoni tal-pensjoni.

[1] ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.