52011PC0814

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita /* KUMM/2011/0814 finali - 2011/0392 (COD) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008, li daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Lulju 2008, jiddefinixxi l-qafas għall-governanza pubblika u l-finanzjament tal-programmi Galileo u EGNOS[1]. B’mod partikolari, dan jalloka EUR 3405 miljun għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Kif previst fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008, il-Kummissjoni adottat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-reviżjonii ta' nofs it-terminu tal-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita fit-18 ta' Jannar 2011[2]. Dan ir-rapport jipprovdi reviżjoni ddettaljata tal-progress tagħhom minn mindu saret ir-riforma tal-governanza tagħhom fl-2007, jistipula l-istimi tal-ispejjeż u l-isfidi tal-ġejjieni, b’mod partikolari fir-rigward tar-riskji u jispeċifika proposti speċifiċi ta’ kif għandhom jiġu ttrattati, b’mod partikolari biex jitqiesu r-rekwiżiti operattivi taż-żewġ sistemi stabbiliti skont il-programmi.

Fil-konklużjonijiet li adotta fil-31 ta’ Marzu 2011 wara li ġie mressaq ir-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta' Jannar 2011, il-Kunsill, fost affarijiet oħra, esprima l-appoġġ tiegħu għal darb’oħra għall-programmi ta’ navigazzjoni bis-satellita kif definit fir-Regolament (KE) Nru 683/2008. Hu nnota wkoll l-istimi tal-ispejjeż globali u l-fatt li l-Kummissjoni kienet se tressaq proposta li tinkludi t-tibdiliet fil-mudell ta' governanza fid-dawl tal-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss. Fuq dan il-punt, huwa talab lill-Kummissjoni biex tirrazzjonalizza u tottimizza l-użu ta’ strutturi eżistenti.

Min-naħa tiegħu, f’riżoluzzjoni adottata fit-8 ta' Ġunju 2011, il-Parlament iddikjara mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita u ddikjara li dawn il-programmi għandhom ikunu prinċipalment iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. Hu enfasizza kemm hu importanti li jiġu implimentati politiki ta' trażżin rigoruż tal-ispejjeż u dawk ta' mitigazzjoni tar-riskju. Huwa talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposti leġiżlattivi kemm jista’ jkun malajr b’enfasi partikolari fuq il-bżonn li jkun hemm qafas stabbli fit-tul, partikolarment għat-tħaddim tas-sistemi.

Fil-Komunikazzjoni tagħha datata d-29 ta’ Ġunju 2011[3], akkumpanjata minn proposta għal Regolament tal-Kunsill tal-istess data[4], il-Kummissjoni pproponiet li tassenja EUR [7000] miljun għall-finanzjament tal-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita matul il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020. Madankollu hija indikat hawnhekk li huwa neċessarju li jinżammu l-isforzi biex jiġu kkontrollati l-ispejjeż u li għandhom jiġu ppjanati proċeduri ta’ maniġment ġodda fit-tul. Għandu jiġi nnutat li din is-somma ta’EUR [7000] miljun, fil-prezzijiet kostanti tal-2011, huwa limitu assolut skont l-Artikolu [14 tal-proposta] tar-Regolament tal-Kunsill imsemmi hawn fuq u tikkorrispondi għas-somma ta’EUR [7897] miljun fil-prezzijiet attwali.

Huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-inċertezzi, li jistgħu jwasslu għal żidiet fl-ispejjeż u dewmien, huma inerenti f'dan it-tip ta' programm kumpless. Dan jeħtieġ li titwaqqaf sistema effettiva ta' maniġment tar-riskju, u dan jista’ jirriżulta fit-teħid ta’ deċiżjonijiet diffiċli. B’dan il-mod, l-ispiża addizzjonali tal-fażi ta' żvilupp, immaniġġjata mill-Aġenzija Spazjali Ewropea, tammonta għal madwar total ta’ EUR 500 miljun. Fuq talba tal-Istati Membri, il-Kummissjoni qablet li tħallas din l-ispiża hi sabiex tassigura l-kontinwità tal-programm. Il-validazzjoni tas-sistema fl-orbita hija l-bażi tal-programm Galileo u nuqqas ta’ finanzjament kien jipperikola l-kontinwazzjoni tiegħu, b’riżultat li tintilef il-kompetenza industrijali u t-tagħmir diġà mibni parzjalment.

Ir-Regolament li miegħu tirrilata l-proposta jissodisfa t-talbiet tal-Parlament u tal-Kunsill filwaqt li jqis il-kontenut tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2011. Dan huwa l-att bażiku għall-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita għall-perjodu kopert mill-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss, li jipprevedi b’mod partikolari għall-finanzjament u l-mudell ta’ governanza għall-programmi. Minħabba t-tibdiliet kbar li għandhom isiru fir-Regolament (KE) Nru 683/2008, ġie deċiż li jiġi propost li jkun aħjar jekk ir-Regolament eżistenti jiġi sostitwit minn Regolament ġdid minflok ikun emendat.

Huwa tajjeb li wieħed jiftakar li l-programmi Galileo u EGNOS huma proġetti ewlenin tal-Unjoni. Il-promozzjoni ta' din it-teknoloġija, li hija mutur qawwi biex noħorġu mill-kriżi, taqbel perfettament mal-istrateġija Ewropa 2020 u l-politiki għall-iżvilupp sostenibbli. Il-ġenerazzjonijiet il-ġodda ta' prestazzjoni għolja tas-servizzi ta’ navigazzjoni bis-satellita jipprovdu opportunitajiet konsiderevoli fl-oqsma kollha ta' attività b’ħafna impjiegi li huma marbuta mal-espansjoni tas-swieq, li kibru b'rata annwali ta' 30 % matul dawn l-aħħar snin. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni qiegħda taħdem biex tiżviluppa ekosistema ta’ applikazzjonijiet biex tottimizza l-użu tas-servizzi pprovduti mis-sistemi u timmassimizza l-benefiċċji soċjoekonomiċi. Għalhekk, qiegħda timplimenta l-24 miżura msemmija fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar l-applikazzjonijiet tal-GNSS tal-14 ta’ Ġunju 2010[5]. Dan il-pjan jipprevedi, b'mod partikolari, għall-finanzjament ta' proġetti ta' riċerka u żvilupp, għat-titjib fl-aċċess għall-finanzjament għall-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju u diversi miżuri biex jippromwovu l-programmi Galileo u EGNOS f'setturi ta’ prijorità għat-tkabbir, l-innovazzjoni u l-impjieg.

Għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita ma jikkonċernawx biss l-Istati Membri bl-akbar involviment fil-qasam tal-ispazju: huma jikkonċernaw direttament l-Istati Membri kollha tal-Unjoni. Tant hu hekk li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni se jibbenefikaw minn firxa ta’ servizzi pprovduti mill-infrastrutturi li qegħdin fis-seħħ. Barra minn hekk, l-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju kullimkien fl-Ewropa għandhom rwol importanti fil-programmi billi wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni huwa li tiġi promossa l-aktar partiċipazzjoni wiesgħa u l-aktar waħda miftuħa għan-negozji kollha fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku.

Pereżempju, bħala parti minn inizjattiva ewlenija tal-Ewropa 2020 “Politika Industrijali għall-Era tal-Globalizzazzjoni”, il-Kummissjoni hija responsabbli mill-iżvilupp ta’ “politika spazjali effettiva li tipprovdi l-għodod biex jiġu indirizzati xi wħud mill-isfidi globali ewlenin u b'mod partikolari biex jitwassal Galileo".

2. IR-RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Il-proposta ssegwi bosta konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet interessati u mal-pubbliku. Hija akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt.

Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati fuq diversi aspetti tekniċi, legali jew operattivi dwar il-programmi bħalma huma l-forniment ta’ servizzi, l-ispiża tal-infrastruttura u t-tħaddim tagħha, l-analiżi tar-riskju u mudelli ta’ governanza potenzjali. Għaldaqstant ġew organizzati workshops u konferenzi tematiċi mal-utenti kif ukoll gruppi ta’ ħidma fil-mira mal-esperti fl-Aġenzija Spazjali Ewropea, l-Aġenzija Ewropea GNSS u l-Istati Membri. Saru wkoll intervisti mal-esperti mis-settur spazjali u mar-rappreżentanti tal-industrija.

Il-pubbliku kien involut ukoll fl-Ewrobarometri bejn l-2007 u l-2009 u fil-valutazzjoni tal-impatt dwar il-politika spazjali Ewropea.

Il-firxa ta' din ir-riċerka wriet li:

· il-pubbliku jappoġġja l-iżvilupp ta’ sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita indipendenti u jirrikonoxxi d-dipendenza dejjem tikber ta’ soċjetajiet moderni fuq is-servizzi ta’ navigazzjoni;

· għandu jkun hemm governanza stabbli fit-tul biex tiżgura li l-programmi jiġu mmaniġjati b’mod effettiv;

· is-"Safety of Life Service” (is-servizz ta’ sikurezza tal-ħajja) (SoL) ipprovdut mis-sistema stabbilita skont il-programm ta’ Galileo għandu jiġi definit mill-ġdid fid-dawl tal-aspettativi tal-utenti li qegħdin jinbidlu;

· fl-aħħarnett, il-partijiet interessati fl-avjazzjoni ċivili jinsistu dwar il-bżonn li jkun hemm impenji fit-tul dwar il-forniment tas-servizzi tal-EGNOS. Dan huwa prerekwiżit għal kwalunkwe penetrazzjoni fis-suq reali tal-EGNOS.

Barra minn hekk, fid-dawl tal-aħħar avvanzi u sfidi li għandhom jingħelbu, il-valutazzjoni tal-impatt tikkonċentra fuq l-implimentazzjoni kontinwa tal-programmi b'enfasi fuq żewġ problemi ewlenin: l-ewwelnett, il-konfigurazzjoni ta’ servizzi futuri, peress li l-baġit allokat għall-perjodu 2008-2013 mhuwiex biżżejjed biex titlesta l-infrastruttura tas-sistema stabbilita skont il-programm Galileo u biex jiżgura t-tħaddim tal-EGNOS; u t-tieni, id-definizzjoni ta’ mudell operattiv ta' governanza u l-finanzjament meħtieġ.

Fuq l-ewwel punt, dwar is-sistema stabbilita skont il-programm Galileo, l-evalwazzjoni tal-għażliet varji wriet li l-aħjar għażla hija li jinżammu s-servizzi li ġew speċifikati inizjalment, bl-eċċezzjoni tas-servizz SoL. Din is-soluzzjoni, li teħtieġ inqas infrastruttura fuq l-art, tnaqqas l-ispejjeż.

Fir-rigward tal-EGNOS, is-sistema diġà qiegħda titħaddem u bosta utenti qegħdin igawdu l-benefiċċji tagħha. Barra minn hekk, meta s-servizz SoL ġie ddikjarat operattiv, il-Kummissjoni tat assigurazzjonijiet dwar il-kontinwità ta' dan is-servizz lill-utenti li waslu biex għamlu investimenti sinifikanti. Li jintemm il-programm EGNOS mhix għażla f'dan il-kuntest.

Dwar it-tieni punt, il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li l-Kummissjoni, li tirrappreżenta l-Unjoni, għandha tibqa’ responsabbli għall-programmi filwaqt li l-Unjoni waħidha tkompli tiżgura l-finanzjament tagħhom, kif propost mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tad-29 ta' Ġunju 2011 imsemmija hawn fuq. Il-maniġment operattiv għandu jiġi fdat lil aġenzija regolatorja. Dan jimmassimizza l-benefiċċji soċjoekonomiċi mistennija mit-tħaddim tas-sistemi u jassigura aktar konsistenza mal-politiki l-oħra tal-Unjoni filwaqt li jiddefinixxi r-responsabbiltajiet finanzjarji u politiċi tal-partijiet interessati diversi. F'dan ir-rigward u meta wieħed iqis l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2011 imsemmija hawn fuq, id-delegazzjoni ta' dan ix-xogħol lill-Aġenzija Ewropea GNSS li ġiet stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 għall-prestazzjoni tax-xogħlijiet assoċjati mal-progress tal-programmi, u li barra li qiegħda diġà fis-seħħ hija wkoll attiva fil-qasam tan-navigazzjoni bis-satellita, tidher li hija l-aktar soluzzjoni naturali. Minkejja dan xorta jkun meħtieġ li x-xogħlijiet u r-riżorsi ta’ din l-aġenzija jinbidlu.

3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Bħar-Regolament (KE) Nru 683/2008 u testi oħra tal-acquis tal-Unjoni dwar il-programmi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita, il-bażi legali tal-proposta tal-Kummissjoni hija l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dak li kien l-Artikolu 156 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Barra minn hekk, hija tibqa’ fil-forma ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi, bħar-Regolament (KE) Nru 683/2008 li hi għandha tissostitwixxi, it-test tal-proposta għandu kamp tal-applikazzjoni ġenerali u l-kontenut tiegħu huwa applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Il-proposta tiddefinixxi l-aktar il-programmi u s-sistemi, ir-riżorsi baġitarji allokati għalihom u l-mudell ta' governanza tagħhom u, fl-interessi tar-razzjonalizzazzjoni tal-aquis tal-unjoni, tipprevedi wkoll għall-emenda jew ir-revoka ta' testi leġiżlattivi oħra li jikkonċernaw il-programmi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita.

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. L-għan tal-proposta, jiġifieri l-implimentazzjoni u t-tħaddim tas-sistemi tan-navigazzjoni bis-satellita, jisboq il-kapaċitajiet finanzjarji u dawk tekniċi ta' Stat Membru li jaġixxi b'mod unilaterali u jista’jintlaħaq biss b’mod sodisfaċenti fil-livell tal-Unjoni. Dan ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dan l-għan ġaladarba l-baġit ippjanat jikkorrispondi għall-ispejjeż stmati wara li tkun saret analiżi estensiva u fejn il-mudell ta’ governanza użat jidher li jkun dak l-aktar adattat.

4. IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Kif indikat fil-punt 2 hawn fuq, l-Unjoni se tkompli tiffinanzja il-programmi GALILEO u EGNOS waħidha. Il-kontribuzzjoni tagħha għall-programmi għall-perjodu 2014-2020 ma għandux ikun aktar minn EUR [7897] miljun fil-prezzijiet attwali skont l-Artikolu [14 tal-proposta] tar-Regolament tal-Kunsill imsemmi fil-punt 1 hawn fuq. Dan ikopri tliet attivitajiet ewlenin, jiġifieri, it-tlestija tal-fażi ta' skjerament tal-programm Galileo, il-fażi ta’ sfruttament tal-istess programm u t-tħaddim tas-sistema EGNOS. Dan tal-aħħar jinkludi titjib kontinwu tas-servizzi pprovduti mis-sistema sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet li qed jinbidlu tal-utenti.

L-ispejjeż stmati tal-programmi huma r-riżultat ta’ analiżi estensiva. Huma bbażati wkoll fuq ir-riżultati ta’ diskussjonijiet mal-esperti, partikolarment mill-Istati Membri, l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-Aġenzija Ewropea GNSS. Diversi partijiet interessati, bħalma huma r-rappreżentanti industrijali fis-settur tal-ispazju, ġew ikkonsultati wkoll.

Iż-żamma tal-ispeċjalizzazzjoni miksuba fi ħdan il-Kummissjoni hija fattur essenzjali biex tiżgura l-kontinwità tal-programmi. Konsegwentement, il-Kummissjoni se żżomm l-aġenti temporanji li attwalment huma impjegati għal perjodi li għandhom jiġu ddeterminati b’konformità mal-fażijiet varji tal-programmi u se tittrasferixxi persunal lill-Aġenzija Ewropea GNSS.

5. ELEMENTI FAKULTATTIVI

Huwa importanti li jiġi enfasizzat li dan ir-Regolament jistabbilixxi, b'mod partikolari, il-mudell ta’ governanza għall-programmi u l-finanzjament tagħhom għall-perijodu 2014-2020. B’konformità ma’ dan il-mudell, se jkun possibbli li xogħlijiet sostanzjati assoċjati mat-tħaddim tas-sistemi jiġu fdati lill-Aġenzija Ewropea GNSS, li hija entità fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Għaldaqstant, il-Kummissjoni beħsiebha tikkonkludi mal-Aġenzija wieħed jew aktar mill-ftehimiet ta’ delegazzjoni.

Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, ir-rikors għall-ftehimiet ta’ delegazzjoni, li jinkludu l-kondizzjonijiet ġenerali għall-immaniġġjar tal-fondi fdati lill-Aġenzija, li jinkludu miżuri għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-ispejjeż, huwa l-aktar metodu adattat għall-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex jeżerċitaw is-setgħa tagħhom ta’ kontroll bis-sħiħ.

Sabiex tgħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jiksbu stampa sħiħa tal-kundizzjonijiet skont liema l-Aġenzija Ewropea GNSS tkun obbligata twettaq ix-xogħlijiet fdati lilha skont il-mudell il-ġdid ta' governanza tagħha, partikolarment fir-rigward tar-riżorsi, il-Kummissjoni se tressaq proposta fl-2012 għall-emenda tar-Regolament (UE) Nru 912/2010 u d-dikjarazzjoni finanzjarja assoċjata. Għandu jiġi nnutat li l-baġit allokat għall-programmi, jiġifieri EUR [7897] miljun fil-prezzijiet attwali, diġà jqis l-ispejjeż operattivi tas-sistemi, inklużi l-ispejjeż operattivi tal-entitajiet meħtieġa għall-immaniġġjar tat-tħaddim tas-sistemi. Għalhekk, il-prestazzjoni mill-aġenzija ta’ xogħlijiet ġodda li se jiġu fdati lilha, mhumiex se jwasslu għal nefqa baġitarja addizzjonali.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tivvaluta l-kompatibbiltà tar-Regolament (UE) Nru 912/2010 mal-mudell il-ġdid ta’ governanza dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà tas-sistemi.

L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/552/PESK tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar aspetti tal-operazzjoni tas-sistema Ewropea tar-radjunavigazzjoni bis-satellita li jaffetwaw s-sigurtà tal-Unjoni Ewropea [6], għandha wkoll tiġi aġġornata.

Is-simplifikazzjoni tar-regoli hija waħda mill-għanijiet ewlenin tal-approċċ il-ġdid propost mill-Kummissjoni fir-rigward tan-nefqa baġitatrja tal-Unjoni. Fil-forma attwali tiegħu, it-test jintroduċi miżuri ta’ simplifikazzjoni, dwar il-punti li ġejjin b 'mod partikolari:

– l-allinjament ta’ indikaturi dwar l-għanijiet tal-istrateġija 2020;

– id-delegazzjonital-attivitajiet assoċjati mat-tħaddim tas-sistema, b’mod partikolari, il-maniġment tal-kuntratti mal-Aġenzija Ewropea GNSS..

2011/0392 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[8],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Il-politika Ewropea tan-navigazzjoni bis-satellita għandha l-għan li tagħti lill-Unjoni żewġ sistemi ta' radjunavigazzjoni bis-satellita, is-sistema li tirriżulta mill-programm Galileo u mis-sistema EGNOS (minn hawn ‘il quddiem "is-sistemi"). Dawn is-sistemi joħorġu rispettivament mill-programmi Galileo u EGNOS (minn hawn 'il quddiem "il-programmi"). Kull infrastruttura hija magħmula minn satelliti u minn network ta' stazzjonijiet terrestri.

(2) Il-programm Galileo huwa maħsub biex tiġi stabbilita u użata l-ewwel infrastruttura dinjija ta' radjunavigazzjoni u pożizzjonament bis-satellita maħsuba speċifikament għal finijiet ċivili. Is-sistema stabbilita mill-programm Galileo hija totalment indipendenti mis-sistemi l-oħra eżistenti, jew minn dawk li jistgħu jinħolqu.

(3) Il-programm EGNOS huwa maħsub biex itejjeb il-kwalità tas-sinjali minn sistemi eżistenti ta' navigazzjoni globali bis-satelliti (minn hawn ‘il quddiem "GNSS").

(4) Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni appoġġaw b’mod sħiħ u konsistenti l-programmi GNSS Ewropej.

(5) Il-programmi issa waslu fi stadju avvanzat ta' maturità u kważi sistemi f'fażi tal-esplojtazzjoni, jeħtieġ li jingħataw bażi ġuridika speċifika, li tista’ tissodisfa aħjar il-ħtiġijiet tagħhom, partikolarment f'termini tat-tmexxija, u twieġeb għall-ħtieġa ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba.

(6) Is-sistemi mwaqqfa taħt il-programmi huma infrastrutturi stabbiliti bħala networks trans-Ewropej li l-użu tagħhom jestendi sew lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tal-Istati Membri. Barra minn hekk, is-servizzi offruti permezz ta' dawn is-sistemi jikkontribwixxu, b’mod partikolari għall-iżvilupp ta' networks transEwropej fl-oqsma tal-infrastrutturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija.

(7) Il-programmi Galileo u EGNOS huma għodda tal-politika industrijali u huma parti mill-istrateġija Ewropa 2020, kif muri mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Novembru 2010 bit-titlu 'Politika industrijali integrata għall-era tal-globalizzazzjoni: il-kompetittività u s-sostenibbiltà fuq quddiem'[9]. Jidhru wkoll fil-Komunikazzjoni adottata fl-4 ta' April 2011 mill-Kummissjoni bit-titlu 'Lejn strateġija tal-ispazju għall-Unjoni Ewropea li tibbenefika liċ-ċittadini tagħha'[10]. Dawn il-programmi jippreżentaw għadd ta' vantaġġi għall-ekonomija u ċ-ċittadini tal-Unjoni, li l-valur akkumulat tagħhom ġie stmat għal madwar EUR 130 biljun għall-perjodu 2014-2034.

(8) Jekk wieħed iqis l-użu dejjem iktar tan-navigazzjoni bis-satellita fid-diversi oqsma tal-attività, interruzzjoni fil-forniment tas-servizzi tista' tagħmel ħsara kbira lis-soċjetà kontemporanja. Barra minn hekk, minħabba d-dimensjoni strateġika tagħhom, is-sistemi tan-navigazzjoni bis-satellita huma infrastrutturi sensittivi, suxxettibli partikolarment għal użu b'intenzjoni ħażina. L-elementi msemmija fuq jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Għalhekk, jeħtieġ jitqiesu r-rekwiżiti tas-sigurtà waqt it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-użu tal-infrastrutturi li jirriżultaw mill-programmi Galileo u EGNOS.

(9) Il-programm Galileo għandu fażi tad-definizzjoni li tlestiet, fażi tal-iżvilupp u tal-validazzjoni li għandha tispiċċa fl-2013, fażi tal-implimentazzjoni li bdiet fl-2008 u li għandha tispiċċa fl-2020, u fażi tal-użu li għandha tibda progressivament mill-2014/2015 biex is-sistema tkun kompletament operazzjonali fl-2020.

(10) Il-programm EGNOS jinsab fil-fażi tal-esplojtazzjoni mindu s-servizz miftuħ u s-servizz "Sikurezza tal-Ħajja" tiegħu ġew iddikjarati operazzjonali f'Ottubru 2009 u Marzu 2011 rispettivament.

(11) Sabiex jiġi ottimizzat l-użu tas-servizzi pprovduti, is-sistemi, in-netwerks u s-servizzi li jirriżultaw mill-programmi Galileo u EGNOS għandhom ikunu kompatibbli u interoperabbli ma' xulxin u, sakemm ikun possibbli, ma' sistemi oħrajn tan-navigazzjoni bis-satellita u mezzi konvenzjonali tar-radjunavigazzjoni.

(12) Billi l-Unjoni hija responsabbli, fil-prinċipju, għall-finanzjament tal-programmi bis-sħiħ, għandhom jittieħdu provvedimenti biex l-assi kollha tanġibli u mhux, maħluqa jew żviluppati f'dawn il-programmi jsiru l-proprjetà tagħha. Sabiex ikun hemm konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali marbuta mal-proprjetà, għandhom isiru l-arranġamenti neċessarji mas-sidien eżistenti, partikolarment għall-elementi essenzjali tal-infrastrutturi u s-sigurtà tagħhom. Sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tar-radjunavigazzjoni mis-swieq, hemm il-bżonn li jiġi żgurat li l-partijiet terzi jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu partikolarment mid-drittiijiet tal-proprjetà intellettwali li tirriżulta mill-programmi u li hija tal-Unjoni, partikolarment fil-livell soċjali u ekonomiku.

(13) Il-fażijiet tal-implimentazzjoni u tal-esplojtazzjoni tal-programm Galileo u l-fażi tal-esplojtazzjoni tal-programm EGNOS għandhom, fil-prinċipju, jiġu ffinanzjati kompletament mill-Unjoni. Madankollu, skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej[11], l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprovdu finanzjament addizzjonali lill-programmi jew kontribuzzjoni in natura, fuq il-bażi tal-ftehimiet xierqa, sabiex jiffinanzjaw elementi addizzjonali tal-programmi rikjesti minnhom, eż. dwar l-arkitettura tas-sistema jew bżonnijiet partikolari tas-sigurtà. Il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu jistgħu wkoll jikkontribwixxu għall-programmi.

(14) Sabiex tiġi garantita l-kontinwazzjoni tal-programmi, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas finanzjarju adattat sabiex l-Unjoni tkun tista’ tkompli tiffinanzahom. Jinħtieġ ukoll li jiġi indikat l-ammont ta' flus meħtieġ bejn l-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 sabiex tiġi ffinanzjata t-tlestija tal-fażi tal-implimentazzjoni tal-programm Galileo u t-tħaddim tas-sistemi.

(15) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni bid-data tad-29 ta' Ġunju 2011 [iddeċidew] li jallokaw somma ta' EUR [7897] miljun bil-prezzijiet attwali għall-finanzjament tal-attivitajiet marbuta mal-programmi għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020. Jeħtieġ jiġi ppreċiżat li dawn l-attivitajiet ikopru wkoll il-ħarsien tas-sistemi u t-tħaddim tagħhom u jinkludu wkoll l-illanċjar tas-satelliti. F'dan ir-rigward, kontribuzzjoni għall-ispejjeż meħtieġa biex jibbenefikaw mis-servizzi li kapaċi jipprovdu din il-protezzjoni, bħal dik ipprovduta mill-programm 'Space Situational Awareness' (SSA) fost oħrajn, tista' tiġi ffinanzjata mill-baġit allokat lill-programmi sakemm ikun possibbli wara ġestjoni rigoruża tal-ispejjeż u konformità sħiħa mas-somma totali msemmija fuq stabbilita fl-Artikolu [x] tar-Regolament tal-Kunsill XYZ li jiddetermina l-qafas finanzjarju għall-perjodu 2014-2020. Ir-Regolament preżenti jistipula, għall-kontinwazzjoni tal-programmi, envelopp finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza prima, skont it-tifsira tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta' xx/yy/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba, u skont it-tifsira tal-Artikolu 14 [tal-Proposta tar-Regolament tal-Kunsill tad-29 Ġunju 2011] li jiddetermina l-qafas finanzjarju multiannwali għall-2014-2020[[12]].

(16) Għandhom jiġu speċifikati l-attivitajiet li għalihom għandhom jingħataw l-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-Unjoni allokati lill-programmi għall-perjodu 2014-2020 skont dan ir-Regolament. Dawn l-approprjazzjonijiet għandhom jingħataw primarjament għal attivitajiet marbuta mal-fażi tal-implimentazzjoni tal-programm Galileo, inkluż l-attivitajiet tal-ġestjoni u l-monitoraġġ għal din il-fażi, u l-attivitajiet marbuta mat-tħaddim tas-sistema stabbilita fil-programm Galileo, inkluż azzjonijiet li jiġu qabel jew għat-tħejjija ta' din il-fażi, u t-tħaddim tas-sistema tal-EGNOS. Għandhom jingħataw ukoll għall-finanzjament ta' ċerti attivitajiet oħra meħtieġa għall-ġestjoni u l-ksib tal-objettivi tal-programmi.

(17) Huwa importanti li wieħed jinnota li l-ispejjeż ta' investiment u tal-esplojtazzjoni tas-sistemi stmati għall-perjodu 2014-2020 ma jqisux l-obbligi finanzjarji mhux previsti, li l-Unjoni jista’ jkollha tassumi, partikolarment dawk relatati mas-sistema ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali li tirriżulta min-natura pubblika tad-dritt ta' proprjetà fuq is-sistemi partikolarment fir-rigward ta' force majeur u ta' falliment katastrofiku. Dawn l-obbligi huma s-suġġett ta' analiżi speċifika mill-Kummissjoni.

(18) Ta' min jinnota wkoll li r-riżorsi baġitarji ppjanati skont dan ir-Regolament ma jkoprux ħidma ffinanzjata minn fondi allokati lill-programm Orizzont 2020, Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, bħal dik marbuta mal-iżvilupp tal-applikazzjonijiet li jirriżultaw mis-sistemi. Din il-ħidma se tgħin biex jiġi ottimizzat l-użu tas-servizzi pprovduti fil-kuntest tal-programmi, biex jiġi żgurat dħul soċjali u ekonomiku tajjeb mill-investimenti li saru mill-Unjoni u biex jiżdied l-għarfien tan-negozji fl-Unjoni fir-rigward tat-teknoloġija tar-radjunavigazzjoni bis-satellita.

(19) Barra minn hekk, id-dħul iġġenerat mis-sistemi għandu jitħallas lill-Unjoni biex tikkumpensa għall-investimenti li tkun għamlet qabel. Madankollu, għandu jkun possibli li jiġi previst mekkaniżmu tal-qsim tad-dħul fil-kuntratti li jiġu ffirmati mis-settur privat.

(20) Sabiex ma jkunx hemm spejjeż mhux ibbaġitjati u dewmien li affettwaw il-progress tal-programmi f'dawn l-aħħar snin, jinħtieġ li jiżdiedu l-isforzi biex jiġu kkontrollati r-riskji li jistgħu jwasslu għal spejjeż eċċessivi kif mitlub mill-Kunsill u l-Parlament fil-konklużjonijiet u r-riżoluzzjonijiet rispettivi tagħhom tal-31 ta' Marzu 2011 u t-8 ta' Ġunju 2011, u kif muri mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta' Ġunju 2011 bit-titlu 'Baġit għall-Ewropa 2020'[13].

(21) Tmexxija pubblika tajba tal-programmi Galileo u EGNOS tassumi, l-ewwel nett, li hemm diviżjoni stretta tal-kompiti, partikolarment bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea u l-Aġenzija Spazjali Ewropea, u t-tieni, li t-tmexxija hija adattata għar-rekwiżiti operazzjonali tas-sistemi.

(22) Billi tirrappreżenta l-Unjoni li, fil-prinċipju, tipprovdi finanzjament għall-programmi waħdiha u s-sistemi huma l-proprjeta' tagħha, il-Kummissjoni hija responsabbli għall-progress tal-programmi u għas-superviżjoni politika tagħhom. Għandha tiġġestixxi l-fondi allokati lill-programmi skont ir-Regolament attwali, twettaq superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet kollha tal-programmi u diviżjoni ċara tal-kompiti, partikolarment bejn l-Aġenzija tal-GNSS Ewropew u l-Aġenzija Spazjali Ewropea. Għaldaqstant, barra mill-kompiti marbuta ma' dawn ir-responsabilitajiet ġenerali u l-kompiti l-oħra li għandha twettaq skont dan ir-Regolament, għandha tiġi assenjata ġabra ta' kompiti speċifiċi. Sabiex tottimizza r-riżorsi u l-kompetenzi tal-partijiet interessati varji, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tiddelega ċerti kompiti, skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u partikolarment l-Artikolu 54.

(23) L-Aġenzija tal-GNSS Ewropew ġiet stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14] bil-għan li tikseb l-objettivi tal-programmi Galileo u EGNOS u timplimenta ċerti kompiti assoċjati mal-progress tal-programmi. Hija aġenzija tal-Unjoni li, bħala korp skont it-tifsira tal-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, hija soġġetta għall-obbligi applikabbli għall-aġenziji tal-Unjoni. Għandha tiġi assenjata ċerti kompiti assoċjati mas-sigurtà tal-programm, mad-deżinjazzjoni potenzjali tagħha bħala awtorità kompetenti tal-PRS u mal-kontribut tagħha lit-tqegħid fis-suq tas-sistemi. Għandha wkoll tagħmel kompiti li l-Kummissjoni tista' tagħtiha permezz ta' wieħed jew iktar mill-ftehimiet ta' delegazzjoni li jkopru kompiti speċifiċi varji marbuta mal-programmi, inkluż kompiti marbuta mal-fażijiet tal-esplojtazzjoni tas-sistemi u l-promozzjoni tal-applikazzjonijiet u s-servizzi fis-suq tan-navigazzjoni bis-satellita. Sabiex il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-Unjoni, teżerċita kompletament is-setgħa ta' kontroll tagħha, dawn il-ftehimiet ta' delegazzjoni għandhom jinkludu l-kondizzjonijiet ġenerali ta' ġestjoni tal-fondi allokati lill-Aġenzija tal-GNSS Ewropew.

(24) L-Unjoni għandha tikkonkludi ftehim ta' delegazzjoni multiannwali mal-Aġenzija Spazjali Ewropea li jkopri l-aspetti tekniċi tal-programm u l-aspetti marbuta mal-programmazzjoni. Sabiex il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-Unjoni, teżerċita kompletament is-setgħa ta' kontroll tagħha, il-ftehim ta' delegazzjoni għandu jinkludi partikolarment il-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-ġestjoni tal-fondi allokati lill-Aġenzija Spazjali Ewropea. Fir-rigward tal-attivitajiet iffinanzjati esklussivament mill-Unjoni, dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiżguraw livell ta' kontroll komparabbli ma' dak rikjest li kieku l-Aġenzija Spazjali Ewropea kienet Aġenzija tal-Unjoni.

(25) Ir-responsabbiltà għall-progress tal-programmi tinkludi, partikolarment, ir-responsabbiltà għas-sigurtà tagħhom u s-sigurtà tas-sistemi u t-tħaddim tagħhom. Ħlief fil-każ tal-applikazzjoni tal-Azzjoni Konġunta 2004/552/CFSP tat-12 ta' Lulju 2004 dwar aspetti ta' l-operazzjoni tas-sistema Ewropea tar-radjunavigazzjoni bis-satellita li jaffetwaw s-sigurtà ta' l-Unjoni Ewropea [15], li tista' tiġi adattata jekk ikun hemm bżonn għal tibdil fil-programmi, it-tmexxija tagħhom u t-Trattat ta' Lisbona, il-Kummissjoni hija responsabbli għas-sigurtà, anki jekk ċerti kompiti marbuta mas-sigurtà jiġu fdati lill-Aġenzija tal-GNSS Ewropew. Hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tistabbilixxi mekkaniżmi li jiżguraw koordinazzjoni xierqa bejn l-entitajiet varji responsabbli għas-sigurtà.

(26) Minħabba l-għarfien espert speċifiku tas-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna u l-kuntatt regolari tiegħu mal-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, dan qiegħed f'pożizzjoni biex jgħin lill-Kummissjoni fit-twettiq ta' wħud mill-kompiti tagħha marbuta mas-sigurtà tas-sistemi u l-programmi fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna[16], u partikolarment l-Artikolu 2(2) tagħha.

(27) Sabiex jiġu allokati l-fondi tal-Unjoni attribwiti lill-programmi b'limitu totali li l-Kummissjoni ma tistax tisboq, għandhom jiġu applikati proċeduri tal-akkwist pubbliku effettivi u, partikolarment, kuntratti negozjati sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi, servizzi sodisfaċenti, it-tħaddim bla problemi tal-programmi, ġestjoni tajba tar-riskju u konformità mal-iskeda proposta. L-awtorità tal-kuntratti għandha tagħmel kull sforz biex tissodisfa dawn ir-rekwiżiti.

(28) Minħabba li l-programmi se jkunu, fil-prinċipju, iffinanzjati mill-Unjoni, l-akkwist pubbliku taħt dawn il-programmi għandu jikkonforma mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kuntratti pubbliċi u għandu jkollu l-għan li jakkwista l-aqwa valur għall-flus li jintefqu, jikkontrolla l-ispejjeż, inaqqas ir-riskji, iżid l-effiċjenza u jnaqqas id-dipendenza fuq xi fornitur wieħed. Għandha tiġi segwita politika ta' aċċess miftuħ u kompetizzjoni ġusta fil-katina sħiħa tal-provvista, u l-offerta ta' opportunitajiet ekwilibrati ta’ parteċipazzjoni tal-industrija fil-livelli kollha ta' attività u inklużi b’mod partikolari l-intrapriżi zgħar u ta' daqs medju (minn hawn 'il quddiem, SMEs). Għandha tiġi evitata l-possibbiltà ta' abbuż ta' dominanza u ta' dipendenza fit-tul fuq fornitur wieħed. Sabiex jitnaqqsu r-riskji tal-programmi, id-dependenza fuq fornitur wieħed u sabiex jiġi assigurat il-kontroll ġenerali aħjar tal-programm, tal-ispejjeż u ta' kalendarju għandha tiġi segwita, fejn xieraq, il-politika ta' diversi fornituri. L-industriji tal-Unjoni għandhom jiġu permessi li jirrikorru għal sorsi barra l-Unjoni għal ċerti komponenti u servizzi f’każ ta' vantaġġi sostanzjali ippruvati f’termini ta' kwalità u spejjeż, waqt li jqisu n-natura strateġika tal-programmi GNSS Ewropej u tar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-kontroll tal-esportazzjoni. Għandu jittieħed vantaġġ mill-investiment tas-settur pubbliku u mill-esperjenza u kompetenza industrijali, inkluża dik akkwistata waqt il-fażijiet ta' definizzjoni u ta' żvilupp u validazzjoni tal-programmi, waqt li jiġi assigurat li s-sejħiet għal offerti kompetittivi ma jiġux preġudikati.

(29) In-navigazzjoni bis-satellita hija teknoloġija ġdida, kumplessa u li qed tinbidel il-ħin kollu. Dan jirriżulta fl-inċertezza u fir-riskju għall-kuntratti pubbliċi konklużi taħt dawn il-programmi, fejn dawn il-kuntratti jistgħu jinvolvu impenji fit-tul għal tagħmir jew servizzi. Dawn il-karatteristiċi jirrikjedu miżuri speċifiċi li għandhom jiġu implimentati fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi li japplikaw apparti r-regoli stipulati fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. B'dan il-mod, l-awtorità tal-kuntratti għandha tkun tista' tirrestawra kundizzjonijiet uniformi meta kumpanija waħda jew iktar minn waħda jkollhom, qabel sejħa għall-offerti, informazzjoni privileġġata marbuta ma' din is-sejħa għall-offerti. Għandu jkun possibbli li jingħata kuntratt fl-għamla ta' kuntratt kundizzjonali ta' pagamenti fi stadji, li tiġi introdotta emenda, f'ċerti kundizzjonijiet, fil-kuntest tar-rendiment tiegħu, jew anki li jiġi impost livell minimu ta' subappaltar. Fl-aħħar nett, minħabba l-inċertezzi teknoloġiċi li huma karatteristika tal-programmi, il-prezzijiet tal-kuntratt mhux dejjem jistgħu jiġu previsti b'mod preċiż u għalhekk huwa mixtieq li l-kuntratti jiġu konklużi f'għamla speċifika li ma tistipulax prezz fiss riġidu u tinkludi klawżoli biex jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(30) Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri ma għandhomx jieħdu miżuri li jagħmlu ħsara lill-progress tal-programmi, partikolarment dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-kontinwità tat-tħaddim tal-infrastruttura. Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex l-istazzjonijiet tas-sistemi fuq l-art jiġu deżinjati bħala infrastrutturi kritiċi Ewropej.

(31) Fid-dawl tan-natura globali tas-sistemi, huwa essenzjali li l-Unjoni tkun tista' tidħol fi ftehimiet ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-kuntest tal-programmi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, partikolarment biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla problemi tagħhom, biex jingħataw l-aħjar servizzi possibbli liċ-ċittadini tal-Unjoni u biex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet tal-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Huwa wkoll utli, fejn ikun hemm bżonn, li jiġu adattati l-ftehimiet eżistenti għat-tibdil fil-programmi. Hija u tħejji jew timplimenta dawn il-ftehimiet, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-għajnuna tas-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna, l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-Aġenzija tal-GNSS Ewropew, fil-limiti tal-kompiti allokati lilhom skont dan ir-Regolament.

(32) Għandu jiġi kkonfermat li l-Kummissjoni, hija u twettaq uħud mill-kompiti tagħha ta' natura mhux regolatorja, tista' tirrikorri, meta u kemm ikun hemm bżonn, għall-għajnuna teknika ta' ċerti partijiet esterni. Korpi oħra involuti fit-tmexxija pubblika tal-programmi jistgħu jagħmlu użu wkoll mill-istess għajnuna teknika fit-twettiq tal-kompiti fdati lilhom skont dan ir-Regolament.

(33) Il-ħarsien tad-dejta personali u l-ħajja privata għandu jiġu żgurat taħt il-programmi.

(34) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jitħarsu permezz ta' miżuri proporzjonati fiċ-ċiklu kollu tal-infiq, partikolarment permezz tal-prevenzjoni, id-ditezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, it-twettiq ta' inkjesti, l-irkupru tal-fondi li jintilfu, jitħallsu bi żball jew jintużaw b'mod ħażin u, jekk ikun il-każ, bl-applikazzjoni ta' sanzjonijiet,

(35) Huwa meħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinżammu informati regolarment dwar l-implimentazzjoni tal-programmi Għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni se jiltaqgħu fil-kumitat interistituzzjonali Galileo skont id-dikjarazzjoni konġunta dwar il-Kumitat Interistituzzjonali Galileo tad-9 ta' Lulju 2008.

(36) Il-valutazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni sabiex tevalwa l-effettivita' u l-effiċjenza tal-miżuri meħuda biex jinkisbu l-objettivi tal-programm.

(37) Sabiex jiġu stipulati l-miżuri neċessarji biex ikunu żgurati l-kompatibilita' u l-interoperabilità tas-sistemi ma' sistemi oħra tan-navigazzjoni bis-satellita kif ukoll mezzi konvenzjonali tar-radjunavigazzjoni u biex tkun żgurata s-sigurtà tas-sistemi u t-tħaddim tagħhom, għandha tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal dawn iż-żewġ oqsma ta' kompetenza. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati matul ix-xogħol ta' preparazzjoni tagħha, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, hija u tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(38) Sabiex ikunu żgurati l-istess kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu kkonferiti fuq il-Kummissjoni setgħat tal-implimentazzjoni. Dawn il-poteri għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni[17].

(39) Billi t-tmexxija pubblika tajba tirrikjedi ġestjoni uniformi tal-programmi, teħid iktar rapidu tad-deċiżjonijiet u aċċess ugwali għall-informazzjoni, ir-rappreżentanti tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropew u tal-Aġenzija Spazjali Ewropea għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem bħala osservaturi fix-xogħol tal-Kumitat tal-Programmi tal-GNSS Ewropew skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar l-implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)[18]. Għall-istess raġunijiet, ir-rappreżentanti tal-pajjiżi terzi u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali li kkonkludew ftehim internazzjonali mal-Unjoni għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem fil-ħidma tal-kumitat tal-programmi tal-GNSS Ewropew. Dawn ir-rappreżentanti tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, l-Aġenzija Spazjali Ewropea, il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, ma jistgħux jieħdu sehem fil-proċeduri tal-votazzjoni tal-kumitat.

(40) Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita, ma jistax jinkiseb mill-Istati Membri billi jeċċedi l-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi ta' kwalunkwe Stat Membru wieħed, u għalhekk l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni huwa l-aħjar mod għat-twettiq ta' dawn il-programmi, l-Unjoni tista’ taddotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarita’ kif stabbilit mill-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(41) L-Impriża Konġunta Galileo maħluqa mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 tal-21 ta' Mejju 2002 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Galileo[19] waqqfet topera fil-31 ta' Diċembru 2006 u l-proċedimenti involuti fl-istralċ tal-impriża issa tlestew. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 876/2002 għandu jiġi revokat.

(42) Minħabba l-bżonn li l-programmi jiġu evalwati, tal-importanza tal-bidliet li jsiru lit-test u minħabba ċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 għandu jiġi revokat.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Is-sistemi u l-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita

1.           Il-programmi Galileo u EGNOS għandhom ikopru l-attivitajiet kollha meħtieġa biex jiddefinixxu, jiżviluppaw, jivvalidaw, jibnu, iħaddmu, iġeddu u jtejbu ż-żewġ sistemi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita, jiġifieri s-sistema stabbilita skont il-programm Galileo u s-sistema EGNOS, u tiżgura s-sigurtà tagħhom.

2.           Is-sistema stabbilita skont il-programm Galileo hija infrastruttura ta’ sistema awtonoma u globali ta’ navigazzjoni bis-satellita (GNSS) li tinkludi kostellazzjoni ta' satelliti u netwerk globali ta' stazzjonijiet terrestri.

3.           Is-sistema EGNOS hija infrastruttura għall-monitoraġġ u l-korrezzjoni tas-sinjali li jintbagħtu minn sistemi globali eżistenti ta’ navigazzjoni bis-satellita. Din tikkonsisti minn stazzjonijiet terrestri u diversi transponders installati fuq is-satelliti ġeostazzjonarji.

4.           L-għanijiet speċifiċi tal-programm Galileo huma li jiġi żgurat li s-sinjali li jintbagħtu mis-sistema skont dan il-programm ikunu jistgħu jintużaw biex jissodisfaw il-ħames funzjonijiet li ġejjin:

(a) li joffru servizz miftuħ (OS), li jkun bla ħlas għall-utent u jipprovdi informazzjoni dwar il-pożizzjonament u s-sinkronizzazzjoni maħsuba għall-applikazzjonijiet b’volum kbir tan-navigazzjoni bis-satellita;

(b) li joffru servizz ta’ safety-of-life (servizz ta’ sikurezza tal-ħajja) (SoL) li għandu fil-mira tiegħu utenti li għalihom is-sikurezza hija neċessarja. Dan is-servizz jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti ta’ ċerti setturi għall-kontinwità, disponibbiltà u eżatezza u jinkludi funzjoni ta’ integrità li tavża lill-utent bi kwalunkwe falliment li jkun hemm fis-sistema;

(c) li joffru servizz kummerċjali (CS) għall-iżvilupp ta' applikazzjonijiet għall-użu professjonali jew kummerċjali permezz ta' titjib fil-prestazzjonijiet u dejta b’valur aktar miżjud minn dawk miksuba permezz tas-servizz miftuħ;

(d) li joffru servizz pubbliku rregolat (PRS) maħsub biss għall-utenti awtorizzati mill-gvernijiet, għall-applikazzjonijiet sensittivi li jesiġu livell għoli ta kontinwità fis-servizz; dan is-servizz juża sinjali b'saħħithom u kkriptati;

(e) li jipparteċipaw fis-servizz ta’ appoġġ għat-tfittxija u salvataġġ (SAR) tas-sistema COSPAS-SARSAT billi jidentifikaw sinjali ta’ emerġenza mibgħuta minn transmittenti u jintbagħtulhom lura messaġġi.

5.           L-għanijiet speċifiċi tal-programm EGNOS huma li jiġi żgurat li s-sinjali li jintbagħtu mis-sistema EGNOS ikunu jistgħu jintużaw biex jissodisfaw it-tliet funzjonijiet li ġejjin:

(f) li joffru servizz miftuħ (OS), li jkun bla ħlas għall-utent u jipprovdi informazzjoni dwar il-pożizzjonament u s-sinkronizzazzjoni maħsuba għall-applikazzjonijiet b’volum kbir tan-navigazzjoni bis-satellita koperti mis-sistema;

(g) li joffru servizz għat-tixrid ta’ dejta kummerċjali, is-Servizz ta’ EGNOS għall-Aċċess tad-Dejta (EDAS), li jippromwovu l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet għall-użu professjonali jew kummerċjali permezz ta’ titjib fil-prestazzjoni u dejta b'valur aktar miżjud minn dawk miksuba permezz tas-servizz miftuħ;

(h) li joffru servizz ta’ safety-of-life (servizz ta’ sikurezza tal-ħajja) (SoL), servizz li għandu fil-mira utenti li għalihom is-sikurezza hija neċessarja; b'mod partikolari, dan is-servizzi jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti ta' ċerti setturi għall-kontinwità, id-disponibbiltà u l-preċiżjoni u jinkludi messaġġ ta’ integrità li javża lill-utent bi kwalunkwe falliment li jkun hemm fis-sistema fir-rigward taż-żona ta' kopertura.

Il-programm EGNOS għandu wkoll l-għan speċifiku li jestendi l-kopertura ġeografika għal dawn is-servizzi fit-territorju kollu tal-Unjoni u, skont il-limitazzjonijiet tekniċi u abbażi ta’ ftehimiet internazzjonali, għal reġjuni oħra fid-dinja, b’mod partikolari territorji ta’ pajjiżi terzi koperti mill-ajru uniku Ewropew.

Artikolu 2

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli fir-rigward tal-implimentazzjoni u t-tħaddim tas-sistemi skont il-programmi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-governanza u l-kontribut finanzjarju tal-Unjoni.

Artikolu 3

Il-fażijiet gradwali tal-programm Galileo

Il-programm Galileo għandu jikkonsisti mill-fażijiet li ġejjin:

(b) fażi ta’ definizzjoni li matulha ġiet disinjata l-istruttura tas-sistema u l-elementi tagħha ġew determinati, li spiċċat fl-2001;

(c) fażi ta’ żvilupp u ta' validazzjoni, li tinkludi l-bini u t-tnedija tal-ewwel satelliti, it-twaqqif tal-ewwel infrastrutturi fuq l-art u x-xogħol u t-tħaddim kollu meħtieġ għall-validazzjoni tas-sistema fl-orbita; l-għan hu li din il-fażi titlesta fl-2013;

(d) fażi ta' skjerament li tikkonsisti fit-twaqqif u l-ħarsien tal-infrastrutturi spazjali u dawk fuq l-art kollha kif ukoll l-operazzjonijiet relatati li jinkludu l-preparazzjonijiet għall-fażi tal-isfruttament; l-għan hu li din il-fażi, li nbdiet fl-2008, titlesta fl-2020;

(e) fażi ta’ sfruttament li tinkludi l-maniġment tal-infrastruttura, il-manutenzjoni, titjib kontinwi, it-tiġdid u l-ħarsien tas-sistema, ġestjoni tal-infrastruttura, il-manutenzjoni, it-titjib kontinwu, it-tiġdid u l-protezzjoni tas-sistema, l-operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u standardizzazzjoni marbuta mal-programm, il-provvista u l-bejgħ tas-servizzi u l-attivitajiet l-oħra kollha meħtieġa għall-iżvilupp tas-sistema u għall-funzjonament bla xkiel tal-programm; l-għan huwa li din il-fażi tibda progressivament bejn l-2014 u l-2015 b’forniment tas-servizzi inizjali.

Artikolu 4

It-tħaddim tas-sistema EGNOS

It-tħaddim tas-sistema EGNOS prinċipalment jinkludi l-maniġment tal-infrastruttura, il-manutenzjoni, it-titjib kontinwu, it-tiġdid u l-ħarsien tas-sistema, l-approvazzjoni, l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u standardizzazzjoni marbuta mal-programm, l-elementi kollha li jiġġustifikaw l-affidabbiltà tas-sistema u t-tħaddim tagħha kif ukoll il-forniment u l-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi..

Artikolu 5

Il-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà tas-sistemi

1. Is-sistemi, in-netwerks u s-servizzi li jirriżultaw mill-programmi Galileo u EGNOS għandhom ikunu kompatibbli u interoperabbli.

2. Is-sistemi, in-networks u s-servizzi li jirriżultaw mill-programmi Galileo u EGNOS għandhom, safejn ikun possibbli, ikunu kompatibbli u interoperabbli ma’ sistemi oħrajn ta' navigazzjoni bis-satellita kif ukoll b'mezzi konvenzjonali ta’ radjunavigazzjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti delegati, skont l-Artikolu 34, ir-rekwiżiti u l-istandards meħtieġa biex tassigura l-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 6

Sjieda

L-Unjoni għandha tkun is-sid tal-assi tanġibbli u intanġibbli kollha maħluqa jew żviluppati skont il-programmi, u għal dan il-għan għandhom jiġu konklużi ftehimiet ma' partijiet terzi, kull fejn xieraq, fir-rigward ta’ drittijiet ta' sjieda eżistenti.

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-Unjoni jkunu użati bl-aħjar mod.

KAPITOLU II

KONTRIBUZZJONI U MEKKANIŻMI BAĠITARJI

Artikolu 7

Attivitajiet ikkonċernati

1.           L-approprjazzjonijiet baġitarji tal-Unjoni allokati għall-programmi għall-perijodu 2014-2020 skont dan ir-Regolament għandhom jingħataw għall-finanzjament ta':

a)      attivitajiet marbuta mal-fażi ta' skjerament tal-programm Galileo, inklużi l-azzjonijiet għall-maniġment u l-monitoraġġ ta’ din il-fażi;

b)      attivitajiet marbuta mat-tħaddim tas-sistema stabbilita skont il-programm Galileo, inklużi l-azzjonijiet bil-quddiem jew dawk preparatorji għal din il-fażi;

c)      attivitajiet assoċjati mat-tħaddim tas-sistema EGNOS.  

2.           L-approprjazzjonijiet baġitarji tal-Unjoni assenjati għall-programmi jistgħu jkopru wkoll in-nefqa tal-Kummissjoni marbuta mal-attivitajiet ta’ preparazzjoni, monitoraġġ, spezzjoni, verifika u evalwazzjoni meħtieġa għall-maniġment tagħhom u għall-implimentazzjoni tal-għanijiet, b’mod partikolari n-nefqa li tkopri:

(a) studji u laqgħat mal-esperti;

(b) attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni istituzzjonali dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni fejn dawn huma marbuta direttament mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament;

(c) netwerks teknoloġiċi tal-IT, bl-għan li jipproċessaw jew jittrasferixxu d-dejta;

(d) kwalunkwe għajnuna teknika jew amministrattiva oħra li tingħata lill-Kummissjoni għall-maniġment tal-programmi.

3.           Sabiex tippermetti li l-ispejjeż tal-programmi u tal-fażijiet differenti tal-programmi ikunu identifikati b’mod ċar, il-Kummissjoni, b’konformità mal-prinċipju ta’ maniġment trasparenti, għandha tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 35(1) kull sena dwar l-allokazzjoni tal-fondi tal-Unjoni għal kull waħda mill-attivitajiet speċifiikati fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 8

Il-finanzjament tal-programm Galileo

1.           Il-fażijiet tal-iskjerament u l-isfruttament għandhom ikunu ffinanzjati mill-Unjoni b’konformità mal-Artikolu 10(1) mingħajr ħsara għall-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu preżenti.

2.           L-Istati Membri jistgħu jipprovdu finanzjament addizzjonali għall-programm Galileo. L-introjtu li jirriżulta minn dawn il-kontribuzzjonijiet għandu jikkostitwixxi introjtu assenjat b’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. B’konformità mal-prinċipju ta’ maniġment trasparenti, il-Kummissjoni għandha tikkomunika kull impatt li jkun hemm fuq il-programm Galileo li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu lill-Kumitat skont l-Artikolu 35 (1) ta' dan ir-Regolament.

3.           Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu wkoll jipprovdu finanzjament addizzjonali għall-programm Galileo. Il-ftehimiet skont l-Artikolu 28 jistipulaw il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għall-involviment tagħhom.

Artikolu 9

Il-finanzjament tat-tħaddim tas-sistema EGNOS

1.           L-Unjoni għandha tiffinanzja t-tħaddim tal-EGNOS, b’konformità mal-Artikolu 10(1), mingħajr ħsara għal kull kontribuzzjoni minn kwalunkwe sors ta’ finanzjament ieħor, inklużi dawn imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

2.           L-Istati Membri jistgħu jipprovdu finanzjament addizzjonali għall-programm EGNOS. L-introjtu li jirriżulta minn dawn il-kontribuzzjonijiet għandu jikkostitwixxi introjtu assenjat b’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. B’konformità mal-prinċipju ta’ maniġment trasparenti, il-Kummissjoni għandha tikkomunika kull impatt li jkun hemm fuq il-programm EGNOS li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu lill-Kumitat skont l-Artikolu 35 (1) ta' dan ir-Regolament.

3.           Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu wkoll jipprovdu finanzjament addizzjonali għall-programm EGNOS. Il-ftehimiet skont l-Artikolu 28 jistipulaw il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għall-involviment tagħhom.

Artikolu 10

Riżorsi

1.           L-ammont massimu allokati mill-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet speċifikati fl-Artikolu 7(1) u (2) għandu jkun EUR [7897] miljun fil-prezzijiet attwali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Dicembru 2020.

2.           L-approprjazzjonijiet għandhom jiġu implimentati b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

3.           L-impenji baġitarji għall-programmi għandhom isiru permezz ta' pagamenti annwali.

Artikolu 11

Introjtu ġġenerat mill-programmi

1.           L-introjtu ġġenerat mit-tħaddim tas-sistemi għandu jinġabar mill-Unjoni, jitħallas lill-baġit tal-Unjoni u jiġi allokat għall-programmi. Jekk jirriżulta li l-introjtu ikun aktar minn dak meħtieġ għall-finanzjament tal-fażijiet ta’ sfruttament tal-programm, kull adattament tal-prinċipju ta’ allokazzjoni għandu jkun approvat mill-awtorità baġitarja abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni.

2.           Fil-kuntratti konklużi ma’ entitajiet tas-settur privat, jista' jiġi pprevedut mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-introjtu.

3.           L-interessi ġġenerati mill-pagamenti ta’ qabel il-finanzjament li jkunu saru lill-entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit, indirettament huma assenjati lil attivitajiet skont il-ftehim tad-delegazzjoni jew skont il-kuntratt konkluż bejn il-Kummissjoni u l-entità kkonċernata. B’konformità mal-prinċipju ta’ maniġment finanzjarju sod, l-entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni indiretta tal-baġit, għandhom jiftħu kontijiet li jippermettu li l-fondi u l-interessi korrispondenti jkunu identifikati.

KAPITOLU III

IL-GOVERNANZA PUBBLIKA TAL-PROGRAMM

Artikolu 12

Qafas ġenerali għall-governanza tal-programmi

Il-governanza pubblika tal-programmi hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ diviżjoni stretta tal-kompiti bejn id-diversi entitajiet involuti, b’mod partikolari l-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea GNSS u l-Aġenzija Spazjali Ewropea.

Artikolu 13

Ir-rwol tal-Kummissjoni

1.           Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-progress tal-programmi. Hi tamministra l-fondi allokati għalihom skont dan ir-Regolament u timmoniterja l-implimentazzjoni tal-attivitajiet kollha tal-programm.

2.           Flimkien mal-kompiti ġenerali msemmija fil-paragrafu 1 u dawk msemmija f’dispożizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament, il-kompiti tal-Kummissjoni skont dan ir-Regolament jinkludu l-kompiti speċifiċi li ġejjin:

(a) għandha tiżgura diviżjoni ċara tal-kompiti bejn id-diversi entitajiet involuti fil-programmi u għal dan il-għan talloka l-kompiti msemmija rispettivament fl-Artikoli 15(1)(d) u 16, partikolarment permezz ta’ ftehimiet ta’ delegazzjoni, lill-Aġenzija Ewropea GNSS u l-Aġenzija Spazjali Ewropea;

(b) għandha timplimenta l-istrumenti u l-miżuri strutturali korretti meħtieġa għall-identifikazzjoni, il-kontroll, il-mitigazzjoni u l-monitoraġġ tar-riskji assoċjati mal-programmi, b’mod partikolari f’termini ta’ spiża u skeda;

(c) għandha timmaniġġja, f’isem l-Unjoni u fil-qasam tal-kompetenza tagħha, ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d) hija għandha tiżgura s-sigurtà tal-programmi u tistabbilixxi mekkaniżmi ta' koordinazzjoni bejn id-diversi entitajiet involuti.

3.           Meta meħtieġ għall-progress bla xkiel tal-fażijiet tal-programm Galileo u t-tħaddim tas-sistema EGNOS msemmija rispettivament fl-Artikolu 3 u 4, il-Kummissjoni għandha tistipula l-miżuri meħtieġa biex:

(e) jiddeterminaw il-post u jiżguraw it-tħaddim tal-infrastruttura fuq l-art tas-sistemi;

(f) jiddefinixxu l-istadji ta’ deċiżjoni ewlenin għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi;

(g) jitnaqqsu r-riskji inerenti fil-progress tal-programmi.

Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 35(3).

Artikolu 14

Is-sigurtà tas-sistemi u t-tħaddim tagħhom

1.           Is-sistemi u t-tħaddim tagħhom għandhom ikunu sikuri.

2.           Mingħajr ħsara għall-Artikoli 15 u 17 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 1104/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[20], il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, permezz ta’ atti delegati b’konformità l-Artikolu 34, ir-rekwiżiti u l-istandards meħtieġa biex tiżgura s-sigurtà tas-sistemi u t-tħaddim tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hi għandha tikkunsidra l-bżonn ta’ rekwiżiti relatati mas-sigurtà għas-superviżjoni u l-integrazzjoni fi ħdan il-programmi kollha, kif ukoll l-effett ta' dawn ir-rekwiżiti fuq il-progress b’suċċess tal-programmi, partikolarment f'termini ta spejjeż u skeda ta’ żmien.

3.           Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jgħin lill-Kummissjoni, b’konformità mal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 2010/427/UE fl-implimentazzjoni tal-kompiti relatati mas-sigurtà fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni. F’dan l-istess qasam, għandu jgħin ukoll lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-konformità mal-istandards minimi konġunta previsti fid-Deċiżjoni 1104/2011/UE. Għal dan il-għan, ir-riżorsi korretti għandhom ikunu disponibbli u l-perjodi tranżitorji għandhom jidħlu fis-seħħ sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-programmi u s-servizzi.

Artikolu 15

Ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea GNSS

1            Sabiex tikseb l-għanijiet tal-programm, l-Aġenzija Ewropea GNSS għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tagħhom u twettaq l-kompiti li ġejjin, b’konformità mal-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni:

(h) fir-rigward tas-sigurtà tal-programmi, u mingħajr ħsara għall-Artikoli 14 u 17, hija għandha tassigura:

(i)      li jkun hemm ċertifikazzjoni tas-sigurtà b’konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 912/2010 sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2016; għaldaqstant, hija għandha tagħti bidu u timmoniterja l-implimentazzjoni tal-proċeduri tas-sigurtà u twettaq awditjar tas-sigurtà tas-sistema;

(ii)      it-tħaddim taċ-ċentru tas-sigurtà ta’ Galileo, b’konformità mal-istandards u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 14(3) u l-istruzzjonijiet ipprovduti taħt l-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK msemmija fl-Artikolu 17;

(i) għandha twettaq il-kompiti ta’ awtorità PRS kompetenti prevista fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE, jekk din tinħatar għal dan l-iskop u għandha tgħin lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-konformità mal-istandards minimi komuni b’konformità mal-Artikolu 8(6) tad-Deċiżjoni msemmija hawn fuq;

(j) fil-kuntest tat-tħaddim tas-sistemi, hi għandha tikkontribwixxi għall-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi, inkluża l-analiżi meħtieġa tas-suq;

(k) għandha wkoll twettaq kompiti speċifiċi oħrajn marbuta mal-programmi li jistgħu jiġu fdati lilha mill-Kummissjoni permezz ta’ ftehim ta’ delegazzjoni adottat abbażi ta' deċiżjoni ta’ delegazzjoni, b’konformità mal-Artikolu 54(2)(b) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, li jinkludu:

(i)      attivitajiet operattivi fir-rigward tal-maniġment tal-infrastruttura, il-manutenzjoni, it-titjib kontinwu u t-tiġdid tas-sistema, l-operazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni u standardizzazzjoni fil-kuntest tal-programmi u l-forniment tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 3(d) u fl-Artikolu 4;

(ii)      il-promozzjoni tal-applikazzjonijiet u s-servizzi fis-suq tan-navigazzjoni bis-satellita;

2.           Minbarra l-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 u fil-konfini tal-missjoni tagħha, l-Aġenzija Ewropea GNSS għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-ispeċjalizzazzjoni teknika tagħha u tforni kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament.

3.           Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 35(1) għandu jiġi kkonsultat dwar id-deċiżjoni ta’ delegazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(d) ta’ dan l-Artikolu, b’konformità mal-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 35(2). Il-Kumitat għandu jkun infurmat bil-ftehimiet ta’ delegazzjoni li għandhom jiġu konklużi mill-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea GNSS.

Artikolu 16

Ir-rwol tal-Aġenzija Spazjali Ewropea

1.           Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim ta' delegazzjoni multiannwali mal-Aġenzija Spazjali Ewropea abbażi ta’ deċiżjoni ta’ delegazzjoni adottata mill-Kummissjoni b’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Dan il-ftehim għandu jkopri l-eżekuzzjoni tal-kompiti u tal-baġit skont id-delegazzjoni b'konformità mal-implimentazzjoni tal-programmi, b’mod partikolari t-tlestija tal-infrastruttura skont il-programm Galileo.

2.           Il-ftehim tad-delegazzjoni għandu, safejn hu meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-kompiti u tal-baġit iddelegati taħt il-paragrafu 1, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ġenerali għall-maniġment tal-fondi fdati lill-Aġenzija Spazjali Ewropea, u, b’mod partikolari, l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati, il-finanzjament rilevanti, il-proċeduri ta’ maniġment u l-miżuri ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll, il-miżuri applikabbli fl-avveniment ta’ prestazzjoni inadegwata tal-kuntratti u r-regoli dwar is-sjieda tal-proprjetà tanġibbli u intanġibbli kollha.

Il-miżuri ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll, b’mod partikolari, għandhom jipprevedu għal sistema ta’ tbassir tal-ispiża provviżjorja, informazzjoni sistematika mill-Kummissjoni dwar l-ispejjeż, u, fil-każ li jkun hemm diskrepanza bejn il-baġits ppjanati u l-ispejjeż involuti, azzjoni korrettiva li tiżgura l-implimentazzjoni tal-infrastrutturi fil-limiti tal-baġits allokati.

3.           Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 35(1) għandu jiġi kkonsultat dwar id-deċiżjoni ta’ delegazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’konformità mal-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 35(2). Il-Kumitat għandu jiġi infurmat bil-ftehim ta’ delegazzjoni multiannwali li għandu jiġi konkluż mill-Kummissjoni u l-Aġenzija Spazjali Ewropea.

4.           Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 35(1) għandu jiġi infurmat mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati intermedjarji u dawk finali tal-evalwazzjoni tas-sejħiet għal offerti u tal-kuntratti ma' entitajiet fis-settur privat li għandhom jiġu konlużi mill-Aġenzija Spazjali Ewropea.

KAPITOLU IV

ASPETTI RELATATI MAS-SIGURTÀ TAL-UNJONI JEW TAL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 17

Azzjoni Konġunta

Kull meta s-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha tkun tista’ tiġi affettwata mit-tħaddim tas-sistemi, għandhom japplikaw il-proċeduri stipulati fl-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/552/PESK.

Artikolu 18

L-applikazzjoni tar-Regolament dwar informazzjoni klassifikata

1.           Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-regolamenti dwar is-sigurtà li jassiguraw livell ta’ ħarsien li talanqas ikun ekwivalenti għal dak garantit mir-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà stipulati fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom[21] u mir-regolamenti dwar is-sigurtà tal-Kunsill stipulati fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/KE[22] japplikaw għal kull persuna fiżika residenti fit-territorju tiegħu u l-entitajiet legali kollha stabbiliti fit-territorju tiegħu li tittratta informazzjoni klassifikata fir-rigward tal-programmi.

2.           L-Istati Membri għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-adozzjoni ta’ regolament nazzjonali dwar is-sigurtà kif imsemmi fil-paragrafu 1.

3.           Il-persuni fiżiċi li huma residenti f'pajjiżi terzi u entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi terzi jistgħu jittrattaw informazzjoni klassifikata tal-Unjoni fir-rigward tal-programmi biss meta dawn ikunu soġġetti, f'dawn il-pajjiżi, għal regolament dwar is-sigurtà li jiżgura livell ta’ ħarsien talanqas ekwivalenti għal dak garantit bir-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà stabbiliti fl-Anness mad-Deċiżjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom u mir-regolamenti tal-Kunsill dwar is-sigurtà stabbiliti fl-Anness mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Ir-regolamenti dwar is-sigurtà tal-Aġenzija Spazjali Ewropea u d-Deċiżjoni 2011/C 304/05 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà[23] għandhom jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għal dawk ir-regoli u regolamenti. L-ekwivalent tar-regolament dwar is-sigurtà applikat f'pajjiż terz jista' jiġi rikonoxxut fi ftehim ma' dak il-pajjiż.

KAPITOLU V

KUNTRATTI PUBBLIĊI

TAQSIMA I

Dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratti pubbliċi konklużi fil-qafas tal-fażijiet tal-implimentazzjoni u tal-użu tal-programmi

Artikolu 19

Prinċipji ġenerali

Ir-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku previsti mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, b’mod partikolari l-aċċess miftuħ u l-kompetizzjoni ġusta tul il-katina tal-provvista, is-sejħiet għall-offerti abbażi tal-għoti ta' informazzjoni trasparenti u f’waqtha, il-komunikazzjoni ċara tar-regoli li japplikaw dwar l-akkwist, il-kriterji tal-għażla u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li twassal għal kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-offerenti potenzjali kollha għandhom japplikaw għall-kuntratti pubbliċi konklużi fil-qafas tal-fażi tal-implimentazzjoni tal-programm Galileo u l-fażijiet tal-użu tal-programmi, mingħajr ħsara għall-miżuri meħtieġa għall-protezzjoni tal-interessi primarji tas-sigurtà tal-Unjoni jew tas-sigurtà pubblika jew biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar il-kontroll tal-esportazzjoni.

Artikolu 20

Obettivi Speċifiċi

Matul il-proċedura ta' akkwist, għandhom jiġu segwiti l-objettivi li ġejjin:

(a)     il-promozzjoni tal-iktar parteċipazzjoni wiesa' u miftuħa possibbli fl-Unjoni mill-operaturi ekonomiċi kollha, u partikolarment mill-kumpanijiet l-ġodda u l-SMEs.

(b)     jiġi evitat l-abbuż possibbli ta' dominanza u tiġi evitata d-dipendenza fit-tul fuq fornituri uniċi,

(c)     jittieħed vantaġġ minn investimenti preċedenti tas-settur pubbliku u tal-lezzjonijiet miksuba kif ukoll tal-esperjenza u l-kompetenzi industrijali, inklużi dawk miksuba fil-fażijiet tad-definizzjoni, l-iżvilupp u validazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi, waqt li tkun assigurata l-konformità mar-regoli dwar sejħiet għal offerti b’mod kompetittiv.

TAQSIMA 2

Dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-akkwist pubbliku mwettaq bħala parti mill-fażijiet tal-implimentazzjoni u l-użu tal-programmi

Artikolu 21

L-istabbiliment ta' kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni ġusti

L-awtorità tal-kuntratti għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta meta involviment preċedenti ta' kumpanija fl-attivitajiet marbuta mas-suġġett tas-sejħa għall-offerti:

(l) jista' jagħti vantaġġi kbar lil dik il-kumpanija f'termini ta' informazzjoni privileġġata u għalhekk jista' jagħti lok għal tħassib dwar il-konformità mat-trattament ugwali; jew

(m) jaffettwa l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni normali jew l-imparzjalità u l-oġġettività tal-għoti u r-rendiment tal-kuntratti.

Dawn il-miżuri ma għandhomx jaffettwaw il-kompetizzjoni ġusta, it-trattament ugwali u l-kunfidenzjalità tad-dejta miġbura dwar l-impriżi, ir-relazzjonijiet kummerċjali u l-istruttura tal-ispejjeż tagħhom. F'dan il-kuntest, dawn il-miżuri għandhom iqisu n-natura u l-partikolari tal-kuntratt maħsub.

Artikolu 22

Kuntratti kundizzjonali b'pagamenti fi stadji

1.           L-awtorità tal-kuntratti tista' tagħti kuntratt fl-għamla ta' kuntratt kundizzjonali ta' pagamenti fi stadji.

2.           Kuntratt kundizzjonali ta' pagamenti fi stadji jinkludi stadju fiss li jkun akkumpanjat b'impenn baġitarju u stadju kundizzjonali wieħed ieħor jew iktar. Id-dokumenti tal-offerti jirreferu għall-karatteristiċi speċifiċi tal-kuntratti kundizzjonali b'pagamenti fi stadji. Partikolarment, dawn jispeċifikaw is-suġġett tal-kuntratt, il-prezz jew l-arranġamenti għad-determinazzjoni tal-prezz u l-arranġamenti għall-forniment tal-provvisti u s-servizzi f'kull stadju.

3.           L-obbligi tal-istadju fiss għandhom ikunu parti minn parti sħiħa konsistenti; l-istess japplika għall-obbligi f'kull stadju kundizzjonali, filwaqt li jitqiesu l-obbligi fl-istadji preċedenti.

4.           L-eżekuzzjoni ta' kull stadju kundizzjonali huwa soġġett għal deċiżjoni mill-awtorità tal-kuntratti notifikata lill-kuntrattur skont il-kuntratt. Meta stadju kundizzjonali jiġu kkonfermat tard jew ma jiġix ikkonfermat, il-kuntrattur jista' jibbenefika, jekk il-kuntratt jipprovdi hekk u skont il-kundizzjonijiet imniżżla fih, minn allokazzjoni ta' trasferiment u allokazzjoni ta' noneżekuzzjoni.

Artikolu 23

Kuntratti ta' rimborż tal-ispejjeż

1.           F'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-awtorità tal-kuntratti tista' tagħżel kuntratt ta' rimborż sħiħ jew parzjali tal-ispejjeż sa ammont limitat, fiċ-ċirkostanzi stipulati fil-paragrafu 2.

Bid-differenza ta' kuntratt li jipprovdi rimunerazzjoni għal riżultat u li għalih il-prezz jew l-arranġamenti għad-determinazzjoni tal-prezz jiġu ffissati fil-bidu fid-dokumenti kuntrattwali, kuntratt ta' rimborż tal-ispejjeż jirrimborża r-riżorsi użati u mhux prodott jew servizz mhux komplut. Il-prezz li għandu jitħallas jikkonsisti fir-rimborż tal-ispejjeż diretti kollha mġarrba mill-kuntrattur fit-twettiq tal-kuntratt, bħall-infiq fuq il-ħaddiema, il-materjali, il-prodotti kkunsmati, l-użu tat-tagħmir u l-infrastruttura meħtieġa għat-twettiq tal-kuntratt. Dawn l-ispejjeż jiżdiedu b'miżata fissa li tkopri l-ispejjeż indiretti u l-profitt, jew somma li tkopri l-ispejjeż indiretti u kumpens tal-miżata ta' inċentiv abbażi tal-ksib tal-objettivi fir-rigward tal-eżekuzzjoni u l-kalendarju.

2.           L-awtorità tal-kuntratti tista' tagħżel kuntratt ta' rimborż sħiħ jew parzjali meta ma jkunx oġġettivament possibbli li jiġi speċifikat prezz fiss preċiż u jekk jista' jiġi muri b'mod raġonevoli li dan il-prezz fiss ma jkunx abnormalment għoli minħabba l-inċertezzi inerenti fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt minħabba:

(n) jew li l-kuntratt ikollu karatteristiċi kumplessi ħafna jew karatteristiċi li jirrikjedu l-użu ta' teknoloġija ġdida u li għalhekk jinkludi għadd sinifikanti ta' riskji tekniċi;

(o) jew li l-attivitajiet soġġetti għall-kuntratt għandhom, għal raġunijiet operazzjonali, jibdew immedjatament anki jekk ma jkunx għadu possibbli li jiġi ddeterminat prezz fiss riġidu sħiħ minħabba r-riskji sinifikanti jew minħabba li l-eżekuzzjoni tal-kuntratt tiddependi parzjalment fuq l-eżekuzzjoni ta' kuntratti oħra.

3.           Il-prezz limitu għal kuntratt ta' rimborż sħiħ jew parzjali huwa l-prezz massimu pagabbli. Dan jista' jinqabeż biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali ġġustifikati kif suppost u bi qbil minn qabel mill-awtorità tal-kuntratti.

4.           Id-dokumenti tat-tender ta' proċedura tal-akkwist għal kuntratt ta' rimborż sħiħ jew parzjali għandhom jispeċifikaw:

(p) it-tip ta' kuntratt, jiġifieri jekk huwiex kuntratt ta' rimborż sħiħ jew parzjali sa prezz limitu;

(q) għal kuntratt ta' rimborż parzjali, l-elementi tal-kuntratt soġġetti għal rimborż tal-ispejjeż;

(r) il-prezz limitu totali;

(s) il-kriterji tal-għoti li għandhom jippermettu l-valutazzjoni tal-plawsibbiltà tal-baġit globali stmat, tal-ispejjeż rimborżabbli, tal-mekkaniżmi għad-determinazzjoni ta' dawn l-ispejjeż u l-profitt imsemmija fl-offerta li trid tiġi vvalutata;

(t) it-tip ta' żieda msemmija fil-paragrafu 1 li għandha tiġi applikata lill-ispejjeż diretti;

(u) ir-regoli u l-proċeduri li jiddeterminaw l-eliġibilità tal-ispejjeż ippjanati mill-offerent għat-twettiq tal-kuntratt, skont il-prinċipji stipulati fil-paragrafu 5;

(v) ir-regoli tal-kontabilità li l-offerti għandhom jikkonformaw magħhom;

(w) fil-każ ta' kuntratt ta' rimborż sħiħ jew parzjali li għandu jindbidel f'kuntratt ta' prezz fiss riġidu, il-parametri għal din il-konverżjoni.

5.           L-ispejjeż iddikjarati mill-kuntrattur waqt l-eżekuzzjoni ta' kuntratt ta' rimborż sħiħ jew parzjali jkunu eliġibbli biss jekk:

(x) dawn jiġġarbu tabilħaqq waqt it-tul tal-kuntratt, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż għat-tagħmir, l-infrastrutturi u l-assi fiss intanġibbli meħtieġa għat-twettiq tal-kuntratt li jistgħu jitqiesu eliġibbli għall-valur sħiħ tal-ammont tax-xiri tagħhom;

(y) jissemmew fl-istima globali tal-baġit li tista' tiġi riveduta mill-emendi għall-kuntratt inizjali;

(z) ikunu meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt;

(aa) jirriżultaw mill-eżekuzzjoni tal-kuntratt u jkunu attribwibbli għal dan;

(bb) ikunu identifikabbli, verifikabbli, imniżżla fir-rekords tal-kontabilità tal-kuntrattur u ddeterminati skont l-istandards tal-kontabilità msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet u fil-kuntratt;

(cc) jimxu skont ir-rekwiżiti tat-taxxa applikabbli u leġiżlazzjoni soċjali;

(dd) ma jidderogawx mit-termini tal-kuntratt;

(ee) ikunu raġonevoli, ġustifikati, u jimxu skont ir-rekwiżiti ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari rigward ekonomija u effiċjenza.

Il-kuntrattur ikun responsabbli għall-kontabilità tal-ispejjeż tiegħu, iżomm rekords tal-kontabilità tajbin jew kwalunkwe dokument ieħor rikjest biex juri li l-ispejjeż li għalihom intalab rimborż iġġarrbu u jikkonformaw mal-prinċipji stipulati f'dan l-Artikolu. L-ispejjeż li ma jistgħux jiġu sostanzjati mill-kuntrattur għandhom jitqiesu li mhumiex eliġibbli u r-rimborż tagħhom ma jiġix aċċettat.

6.           L-awtorità tal-kuntratti hija responsabbli għall-kompiti li ġejjin sabiex tiżgura l-eżekuzzjoni korretta tal-kuntratti tar-rimborż tal-ispejjeż:

(ff) għandha tiddetermina l-prezz limitu l-aktar realistiku possibbli, filwaqt li tipprovdi l-flessibbiltà meħtieġa biex tintegra d-diffikultajiet tekniċi;

(gg) għandha tikkonverti kuntratt ta' rimborż parzjali f'kuntratt ta' prezz fiss riġidu hekk kif ikun possibbli li jiġi ddeterminat dan il-prezz fiss riġidu waqt l-eżekuzzjoni tal-kuntratt; għal din ir-raġuni, għandha tiddetermina l-parametri tal-konverżjoni biex tikkonverti kuntratt konkluż fuq bażi ta' rimborż tal-ispejjeż għal kuntratt bi prezz fiss riġidu;

(hh) għandha timplimenta miżuri ta' monitoraġġ u spezzjoni li jipprovdu, partikolarment, sistema ta' previżjoni tal-ispejjeż stmati;

(ii) għandha tiddetermiina l-prinċipji, l-għodod u l-proċeduri xierqa għall-implimentazzjoni tal-kuntratti, partikolarment għall-identifikazzjoni u l-kontroll tal-eliġibilità tal-ispejjeż iddikjarati mill-kuntrattur jew is-sottokuntratturi tiegħu waqt l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, u għall-introduzzjoni ta' emendi fil-kuntratt;

(jj) għandha tivverifika li l-kuntrattur u s-sottokuntratturi tiegħu jikkonformaw mal-istandards tal-kontabilità stipulati fil-kuntratt u mal-obbligu li jipprovdu d-dokumenti tal-kontabilità tagħhom li għandhom jippreżentaw verżjoni vera u ġusta tal-kontijiet;

(kk) matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, għandha tiżgura kontinwament l-effettività tal-prinċipji, l-għodod u l-proċeduri msemmija fil-punt d.

Artikolu 24

Emendi

Il-kuntratt jista' jinbidel b'emenda bil-kundizzjoni li din l-emenda tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)     ma tibdilx is-suġġett tal-kuntratt;

(b)     ma tfixkilx il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt;

(c)     ma tintroduċix kundizzjonijiet li, li kieku dehru mill-bidu fid-dokumenti tal-kuntratt, kienu jippermettu l-ammissjoni ta' offerenti li mhux dawk li ġew ammessi inizjalment jew kienu jippermettu li jiġi aċċettat tender li mhux dak li ġie aċċettat inizjalment.

Artikolu 25

Is-sottokuntrattar

1. L-awtorità tal-kuntratti tista' titlob lil kull offerent biex parti mill-kuntratt tiġi sottokuntrattata f'livelli differenti, lil kumpaniji li mhumiex parti mill-grupp li jagħmel parti minnu hu. Din it-taqsima ta' sottokuntrattar minimu hija espressa bħala firxa minn perċentwal minimu sa wieħed massimu. Din il-firxa hija fi proporzjon mal-objettiv u l-valur tal-kuntratt kif ukoll in-natura tas-settur ta' attività kkonċernata, partikolarment il-kundizzjonijiet kompetittività u l-potenzjal industrijali osservat.

2. L-awtorità tal-kuntratti tista' tirrifjuta s-sottokuntratturi magħżula mill-kandidat fl-istadju tal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt jew mit-offerent magħżul għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Għandha tiġġustifika dan ir-rifjut bil-miktub, u dan jista' jkun ibbażat biss fuq il-kriterji użati għall-għażla tal-offerenti għall-kuntratt ewlieni.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELANJI

Artikolu 26

Programmazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tistipula programm ta' ħidma multiannwali li jistipula l-azzjonijiet ewlenin, il-baġit provviżorju u l-iskeda meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi tal-programmi Galileo u EGNOS stipulati fl-Artikolu 1(4) u (5).

Fuq il-bażi tal-programm ta' ħidma multiannwali, il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta' ħidma annwali li jinkludi l-pjan tal-implimentazzjoni għall-programm multiannwali u l-finanzjament korrispondenti.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 35 (3).

Artikolu 27

Azzjoni tal-Istati Membri

1.           L-Istati Membri ma għandhomx jieħdu miżuri li jistgħu jfixklu l-progress tal-programmi, partikolarment dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-kontinwità tat-tħaddim tal-infrastrutturi.

2.           L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex l-istazzjonijiet tal-art tas-sistemi jkunu deżinjati bħala infrastrutturi kritiċi Ewropej skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE[24].

Artikolu 28

Ftehimiet internazzjonali

L-Unjoni tista' tidħol fi ftehimiet ma' pajjiż terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-kuntest tal-programmi, partikolarment, ftehimiet ta' kooperazzjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 29

Għajnuna teknika

Sabiex jitlestew il-kompiti tekniċi msemmija fl-Artikolu 13(2), il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-għajnuna neċessarja, partikolarment l-għajnuna ta' esperti mill-aġenziji nazzjonali kompetenti fis-settur tal-ispazju, esperti indipendenti u korpi li kapaċi jipprovdu analiżijiet u opinjonijiet imparzjali dwar il-progress tal-programmi.

Il-korpi involuti fit-tmexxija pubblika tal-programmi, minbarra l-Kummissjoni, partikolarment, l-Aġenzija tal-GNSS Ewropew u l-Aġenzija Spazjali Ewropea, jistgħu jirċievu wkoll l-istess għajnuna teknika fit-twettiq tal-kompiti fdati lilhom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 30

Il-protezzjoni tad-dejta personali u l-privatezza

1.           Il-Kummissjoni għandha tassigura li tkun garantita l-protezzjoni tad-dejta personali u tal-privatezza matul it-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistemi u li jiġu integrati garanziji adegwati fihom.

2.           Id-dejta personali kollha li tintuża fil-kuntest tal-kompiti u l-attivitajiet ipprovduti f'dan ir-Regolament għandha tiġi pproċessata skont il-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-ħarsien tad-dejta personali, partikolarment ir-Regolament (KE) Nru 45/2001[25] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[26].

Artikolu 31

Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.           Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet finanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu mħarsa bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra u, jekk jiġu individwati l-irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa skorrettament u, fejn ikun il-każ, permezz ta' penali effettivi, proporzjonati u deterrenti.

2.           Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ verifika, abbażi ta' dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għajnuna finanzjarja, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċevew fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq operaturi ekonomiċi konċernati direttament jew indirettament minn tali finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-Kunsill[27] bil-għan li jiġi stabbilit li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività oħra illegali kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, fil-qafas ta’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta' għotja jew kuntratt li jikkonċerna l-fondi tal-Unjoni.

Bla ħsara għall-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-ftehimiet internazzjonali konklużi ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta' għotja u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom b'mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post.

Artikolu 32

Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

Il-Kummissjoni għandha tassigura l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Kull sena, meta tippreżenta l-abbozz preliminari tal-baġit, hija għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-programmi.

Artikolu 33

Valutazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament preżenti

1.           Sat-30 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bil-ħsieb li tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifikar jew is-sospensjoni tal-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament li jikkonċerna:

(ll) il-ksib tal-objettivi ta' dawn il-miżuri, mill-perspettiva tar-riżultati u wkoll tal-impatti;

(mm) l-effettività tal-użu tar-riżorsi;

(nn) il-valur miżjud Ewropew.

Il-valutazzjoni addizzjonalment tindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tagħha, ir-rilevanza tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribut tal-miżuri għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għandha tqis ir-riżultati tal-valutazzjoni dwar l-impatt fit-tul tal-miżuri preċedenti.

2.           Il-valutazzjoni għandha tqis il-progress li sar fir-rigward tal-objettivi tal-programmi Galileo u EGNOS stipulati fl-Artikolu 1(4) u (5) fuq il-bażi tal-indikaturi tar-rendiment li ġejjin:

(oo) fir-rigward ta' Galileo : l-għadd ta' satelliti operazzjonali, il-verżjoni tal-infrastruttura tal-art użata u l-għadd ta' servizzi pprovduti;

(pp) fir-rigward ta' EGNOS : l-għadd ta' tibdil lill-ispeċifikazzjonijiet tas-servizz ippreżentat lill-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni.

3.           Il-korpi involuti fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bid-dejta u l-informazzjoni meħtieġ biex ikunu jistgħu jsiru l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-azzjonijiet ikkonċernati.

KAPITOLU VII

DELEGAZZJONI U MIŻURI TAL-EŻEKUZZJONI

Artikolu 34

Eżerċizzju tad-delegazzjoni

1.           Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.           Is-setgħa ta’ adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 5 u 14 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mill-1 ta' Jannar 2014.

3.           Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5 u 14 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delegazzjoni ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.           Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha.

5.           Att delegat adottat f'konformità mal-Artikoli 5 u 14 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li huma mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 35

Proċedura ta' kumitat

1.           Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tal-programmi tal-GNSS Ewropew (minn hawn 'il quddiem, il-kumitat) stabbilit permezz tal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.           Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 4 tar-Regolament 182/2011/UE għandu japplika.

3.           Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5 tar-Regolament 182/2011/UE għandu japplika.

4.           Ir-rappreżentanti tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropew u tal-Aġenzija Spazjali Ewropea jistgħu jkunu involuti bħala osservaturi fil-ħidma tal-Kumitat skont il-kondizzjonijiet stipulati fir-regoli ta' proċedura tiegħu.

5.           Il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni skont l-Artikolu 28 jistgħu jipprovdu għall-involviment ta' rappreżentanti ta' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali fil-ħidma tal-Kumitat fil-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli tal-proċedura tiegħu.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 36

Revoki

1.           Ir-Regolament (KE) Nru 876/2002 huwa mħassar mill-1 ta’ Jannar 2014.

              Kwalunkwe miżura fis-seħħ adottata abbażi tar-Regolament 876/2002 għandha tibqa’ tiġi rregolata minn dak ir-Regolament.

2.           Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 huwa revokat mill-1 ta’ Jannar 2014.

              Kwalunkwe miżura adottata abbażi tar-Regolament 683/2008 għandha tibqa’ rregolata minn dak ir-Regolament.

              Referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness hawnekk.

Artikolu 37

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS

Tabella ta’ korrelazzjoni

Numerazzjoni antika Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008[28] || Numerazzjoni ġdida (Ir-Regolament preżenti)

Artikolu 1 || Artikolu 1

Artikolu 2 || Artikolu 2

Artikolu 3 || Artikolu 3

Artikolu 4 || Artikolu 8

Artikolu 5 || Artikolu 4

Artikolu 6 || Artikolu 9

Artikolu 7 || Artikolu 5

Artikolu 8 || Artikolu 6

Artikolu 9 || Artikolu 7

Artikolu 10 || Artikolu 10

Artikolu 11 || Artikolu 11

Artikolu 12(1) Artikolu 12(2) u (3) || Artikolu 12 Artikolu 13

Artikolu 13(1) Artikolu 13(2) u (3) Artikolu 13(4) || Artikolu 13 Artikolu 14 Artikolu 17

Artikolu 14 || Artikolu 18

Artikolu 15 || Artikolu 26

Artikolu 16 || Artikolu 15

Artikolu 17 || Artikolu 19 sa 25

Artikolu 18 || Artikolu 16

Artikolu 19 || Artikolu 35

Artikolu 20 || Artikolu 30

Artikolu 21 || Artikolu 31

Artikolu 22 || Artikolu 32

Artikolu 23 ||

Artikolu 24 || Artikolu 37

Anness || Artikolu 1

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titlu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura tal-ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Objettiv(i)

              1.5.    Raġuni(jiet) għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    It-tul u l-impatt finanzjarju

              1.7.    Il-metodu(i) tal-ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli tal-monitoraġġ u tar-rappurtar

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

              3.2.    Stima tal-impatt fuq in-nefqa

              3.2.1. Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

              3.2.3. Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali preżenti

              3.2.5. Il-parteċipazzjoni ta’ partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    L-impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA: 1.1. Titlu tal-proposta/inizjattiva

Programmi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita – GALILEO u EGNOS (sistema Ewropea ta' navigazzjoni b'kopertura ġeostazzjonarja)

1.2. Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura tal-ABM/ABB[29]

Intestatura 02: Il-kumpanija

Il-Kapitolu 02 05: il-programmi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[30]

þ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4. Objettiv(i) 1.4.1. L-objettiv(i) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Ta’ min ifakkar li l-programmi tan-navigazzjoni bis-satellita (minn hawn 'il quddiem ‘il-programmi’) huma l-proġetti ewlenin tal-Unjoni. Jagħmlu parti mill-qafas tal-istrateġija Ewropa 2020 u tal-politiki tal-iżvilupp sostenibbli. Dan jikkonsisti fl-għoti tas-servizz tan-navigazzjoni, il-ġenerazzjoni ta' żviluppi kbar f'għadd kbir ta' setturi ta' attività, huwa fattur tal-innovazzjoni teknoloġika u t-tkabbir tal-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, huwa sors tal-ħolqien tal-impjiegi, ta’ dħul kummerċjali u ta' benefiċċji soċjoekonomiċi.

L-għan tal-proposta huwa l-appoġġ tal-preżenza Ewropea fl-ispazju u l-iżvilupp tas-servizzi tas-satellita u, iktar speċifikament, biex jiġu pprovduti żewġ sistemi tan-navigazzjoni bis-satellita.

Iktar preċiżament, il-programm Galileo jimmira li jistabbilixxi sistema globali tan-navigazzjoni bis-satellita tal-Ewropa (minn hawn 'il quddiem, GNSS). Permezz tagħha, l-utenti fid-dinja kollha se jingħatawlhom servizzi ta’ pożizzjonament, ta’ sinkronizzazzjoni u ta’ navigazzjoni għal firxa kbira ta’ applikazzjonijiet - mit-trasport sal-likwidazzjoni tat-titoli finanzjarji, il-forniment tal-elettriku, il-previżjonijiet meteoroloġiċi u l-ħlas għall-użu tat-toroq.

EGNOS hija sistema Ewropea maħsuba biex ittejjeb ir-rendiment tal-GPS Amerikan fiż-żona Ewropea. Din ittejjeb is-servizzi eżistenti tan-navigazzjoni bis-satellita adattati għall-applikazzjonijiet kritiċi għas-sigurtà, bħat-trasport bl-ajru jew marittimu bħall-pilotaġġ jew l-illandjar ta’ ajruplan jew il-qsim ta’ kanal b’bastiment.

1.4.2. L-objettiv(i) speċifiku/ċi u l-attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernata/i

Objettiv speċifiku Nru 1

L-iżvilupp u l-forniment tal-infrastrutturi u s-servizzi globali tan-navigazzjoni bis-satellita (Galileo) qabel l-2019

L-għanijiet speċifiċi tal-programm Galileo, kif definiti fil-proposta għar-regolament, huma li jiġi assigurat li s-sinjali li tibgħat is-sistema skont dan il-programm ikunu jistgħu jiġu utilizzati biex jissodisfaw il-ħames funzjonijiet li ġejjin:

- l-għoti ta’ “Servizz Miftuħ” (magħruf bħala “Open Service” jew OS), li huwa b'xejn għall-utenti u li jipprovdi l-informazzjoni dwar il-pożizzjonament u s-sinkronizzazzjoni, maħsuba għall-applikazzjonijiet tal-massa tan-navigazzjoni satellitari,

- l-għoti ta’ “servizz għas-sikurezza tal-ħajja” (imsejjaħ “Safety of Life Service jew SoL) maħsub għall-utenti li għalihom is-sigurtà hija essenzjali. Dan is-servizz jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti ta' ċerti setturi għall-kontinwità, id-disponibbiltà u l-preċiżjoni u jinkludi messaġġ ta' integrità li jallerta lill-utent bi kwalunkwe falliment fis-sistema; Ir-riċerka se tkompli sabiex tiddefinixxi mill-ġdid is-servizz SoL bil-għan li jissodisfa aħjar il-bżonnijiet tal-utenti, inaqqas l-impatt ta’ dan is-servizz fuq l-ispejjeż u jqis il-komplementarjetà mas-servizz SoL ta’ EGNOS;

- l-għoti ta’ servizz kummerċjali (imsejjaħ, “Commercial Service" jew CS) għall-iżvilupp ta' applikazzjonijiet għall-użu professjonali jew kummerċjali minħabba prestazzjonijiet mtejba u dejta b'valur miżjud akbar minn dawk miksuba permezz ta' “servizz miftuħ”;

- l-għoti ta’ “servizz pubbliku regolamentat” (imsejjaħ “Public Regulated Service” jew PRS) maħsub biss għall-utenti awtorizzati mill-organi governattivi, għall-applikazzjonijiet sensittivi li jesiġu livell kbir ta' kontinwità fis-servizz. Is-“servizz pubbliku regolamentat” juża sinjali b'saħħithom u kodifikati,

- il-parteċipazzjoni fis-servizz ta' għajnuna u ta' salvataġġ (imsejjaħ "Search and Rescue Support Service" jew SAR) tas-sistema COSPAS-SARSAT billi jiġu identifikati sinjali ta' emerġenza mibgħuta minn beacons u jintbagħtulhom lura messaġġi.

Subobjettiv speċifiku Nru 1:

L-iżvilupp tal-infrastrutturi tan-navigazzjoni bis-satellita u l-għoti tas-servizzi inizjali ta’ Galileo qabel l-2014-2015

L-objettiv tal-programm Galileo huwa li joffri it-tliet servizzi inizjali qabel l-2014-2015 (OS, PRS et SAR)

Objettiv speċifiku Nru 2

L-għoti tas-servizzi satellitari li jippermettu t-titjib tar-rendiment tal-GPS li gradwalment ikopru r-reġjun sħiħ tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili (CEAC) qabel l-2020 (EGNOS).

Il-programm EGNOS, li jikkompleta s-sinjali tal-GPS Amerikan biex jagħti lill-utenti pożizzjonament iktar preċiż fiż-żona Ewropea[31], jimmira li joffri tliet servizzi :

—      is-servizz miftuħ (OS): għar-riċevituri tal-massa u l-applikazzjonijiet tal-utenti komuni. Dan se joffri sinjali aċċessibbli b’xejn għall-pożizzjonament. Ġie ddikjarat operattiv[32] f’Ottubru 2009 u diġà qed jintuża minn diversi setturi bħall-agrikoltura;

—      is-servizz tas-sikurezza tal-ħajja (Sikurezza tal-Ħajja jew SoL): għall-applikazzjonijiet kritiċi għas-sigurtà tal-ħajja fil-qasam tat-trasport, partikolarment l-avjazzjoni ċivili. Dan joffri garanzija ta’ rendiment superjuri u jinkludi sistema tat-twissija għall-integrità. Gie ddikjarat operattiv f’Marzu 2011 u jiġi użat mis-setturi tat-trasport tal-ajru fl-Ewropa ;

—      is-servizz tal-aċċess għad-dejta ta’ EGNOS (EDAS), għall-applikazzjonijiet imsaħħa, li joffri servizz ta’ dejta kummerċjali li l-aċċess għaliha huwa kkontrollat (pereżempju, permezz tal-internet jew minn telefowns mobbli).

Subobjettiv speċifiku Nru 2:

It-teħid tal-miżuri meħtieġa għall-garanzija tal-issuktar tal-operazzjonijiet lil hinn mill-2014 u għat-titjib gradwali tal-kwalità tas-servizzi sal-2020.

Attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernati

Il-Kapitolu 02 05: programmi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)

1.4.3. Ir-riżultat(i) u l-impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva mistennija jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-programmi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita tnedew aktar minn għaxar snin ilu bl-ambizzjoni politika li tiġi żviluppata u uzata sistema li tkopri d-dinja kollha u li permezz tagħha l-Unjoni Ewropea tibbenefika mill-vantaġġi strateġiċi u ekonomiċi u tipprovdi servizzi tan-navigazzjoni bis-satellita li huma perfettament adattati għall-użi ċivili.

Galileo u EGNOS se jagħtu vantaġġi soċjoekonomiċi importanti lill-Unjoni Ewropea minħabba:

i) il-vantaġġi diretti li jirriżultaw mit-tkabbir tas-suq avvanzat GNSS (riċevituri u applikazzjonijiet). Pereżempju, jekk iktar ajruplani jkunu mgħammra bir-riċevituri GNSS, il-manifatturi ta' dawn ir-riċevituri jibbenefikaw minn dħul addizzjonali;

ii) il-vantaġġi indiretti li jirriżultaw mill-applikazzjonijiet il-ġodda li jitfaċċaw. Jekk it-tul tat-titjira titnaqqas bis-saħħa ta' navigazzjoni aħjar, l-ajruplani jniġġsu inqas u l-passiġġieri jiggwadanjaw ħin prezzjuż. Barra minn hekk, b'modi tat-trasport iktar sikuri u servizzi tal-emerġenza iktar effikaċi, iktar ħajjiet ikunu jistgħu jiġu salvati;

iii) vantaġġi diretti li jirriżultaw mit-tkabbir tas-suq avvanzat u tar-riperkussjonijiet teknoloġiċi fuq is-setturi l-oħra. L-investimenti realizzati f'dan is-segment tal-GNSS avvanzat se tapprofitta minnhom l-industrija. Madankollu, setturi oħrajn se japprofittaw ukoll mill-iżviluppi l-ġodda fis-settur spazjali. Pereżempju, l-istrumenti maħsuba biex jevalwaw u jimmonitorjaw is-saħħa strutturali tal-lanċaturi jew tat-tankijiet tal-fjuwil jistgħu jiġu utilizzati fl-intrapiżi tas-settur awtomobilistiku, tal-bini u tal-enerġija u l-intrapriżi tal-utilità pubblika.

Avolja s-sistema implimentata mill-programm Galileo se tkun awtonoma, is-servizzi se jiġu ottimizzati bis-saħħa tal-interoperabilità tagħha ma' sistemi oħrajn bħall-GPS Amerikan u l-GLONASS Russu. B'konsegwenza, il-kooperazzjoni ma' pajjiżi oħra li joffru s-servizzi tan-navigazzjoni bis-satellita se tippermetti li l-benefiċċji għall-utenti, iċ-ċittadini u l-ekonomija ġenerali jiġu ottimizzati.

1.4.4. Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva

Objettiv speċifiku Nru 1

Il-programm Galileo jimmira li jiżviluppa u jforni infrastrutturi u servizzi globali tan-navigazzjoni bis-satellita. Għal dan il-għan, l-infrastruttura żviluppata għandha tkun mantenuta kostantement u l-komponenti tagħha għandhom jiġġeddu jekk ikun hemm bżonn.

L-indikatur marbut mal-infrastruttura Galileo:

–        Numru kumulattiv ta' satelliti operazzjonali: 18-il satellita sal l-2015, 30 sal-2019

–        Verżjoni tal-infrastruttura terrestri implimentata: v2 sal-2015

Indikatur marbut mal-forniment tas-servizzi Galileo:

–        Numru ta’ servizzi implimentati: tliet servizzi inizjali sal-2015, ħames servizzi sal-2020

Objettiv speċifiku Nru 2

Il-programm EGNOS jimmira li jagħti servizzi mtejba tan-navigazzjoni bis-satellita fl-Ewropa kollha. L-infrastruttura tiegħu għandha tiġi mantnuta fil-livell operazzjonali u l-kopertura attwali għandha tiġi estiża għall-Unjoni Ewropea kollha, sabiex l-utenti jkunu jistgħu jibbenefikaw mis-servizzi tiegħu mingħajr diskriminazzjoni fl-Unjoni kollha.

Indikaturi marbuta mal-kwalità tas-servizz offrut u mal-estensjoni ġeografika tal-EGNOS:

–        Numru ta' bidliet fis-servizzi ppreżentati lill-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni: 3 fil-perjodu 2014-2020.

Dawn il-bidliet se jiġu inklużi fid-dokumenti li jiddefinixxu s-servizzi u li jkunu disponibbli għall-pubbliku.

1.5. Raġuni(jiet) għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew twila taż-żmien

It-teknoloġiji GNSS, bis-saħħa tal-kapaċità tagħhom li jiddeterminaw il-pożizzjoni, il-veloċità u l-ħin bi preċiżjoni affidabbli ħafna, huma essenzjali għat-titjib tal-effikaċità f'diversi oqsma. L-esperjenza akkwistata bil-GPS (sistema ta' pożizzjonament globali) Amerikana wriet il-vantaġġi tan-navigazzjoni bis-satellita sal-punt li dan il-GPS jitqies fl-Istati Uniti bħala l-ħames servizz ta' utilità pubblika, wara l-ilma, l-elettriku, il-gass u t-telefown. L-utenti militari u ċivili Amerikani żviluppaw dipendenza kbira fir-rigward tal-GPS. Diversi pajjiżi oħra wkoll irrikonoxxu d-dipendenza tagħhom u bħalissa qed jibnu s-sistema globali tagħhom għan-navigazzjoni bis-satellita (GNSS).

Illum, l-utenti tan-navigazzjoni bis-satellita fl-Ewropa ma għandhomx alternattiva ħlief li jużaw is-sinjali tas-satellita mill-GPS tal-Istati Uniti jew il-GLONASS għall-pożizzjonament u n-navigazzjoni. Għaldaqstant, l-ekonomija Ewropea qed isserraħ dejjem iktar fuq infrastruttura militari li mhux ikkontrollata mill-Ewropa u li mhix iddisinjata primarjament biex taqdi skopijiet ekonomiċi Ewropej. Barra minn hekk, id-disponibbiltà ta' dawn is-sistemi mhijiex għal kollox affidabbli, partikolarment fiż-żoni urbani b'popolazzjoni densa[33]. Ukoll, ma jagħtux biżżejjed garanzija għall-kwalità u l-kontinwità tas-servizzi lill-utenti ċivili Ewropej.

Minn perspettiva politika, u bil-GPS operazzjonali mill-bidu tas-snin 90, l-Unjoni Ewropea rat li hemm bżonn li l-Ewropa jkollha s-sistema globali ta' navigazzjoni bis-satellita tagħha[34]. Sew qabel it-tixrid wiesa' tal-applikazzjonijiet ibbażati fuq il-GNSS, bħas-servizzi tal-lokalizzazzjoni jew is-servizzi tan-navigazzjoni fil-karozza, il-Kunsill u l-Parlament ipprevedew li se jkun hemm bżonn ikbar għall-għodod tan-navigazzjoni. Essenzjalment, hija l-awtonomija Ewropea fil-qasam tan-navigazzjoni bis-satellita li mexxiet din l-intrapriża. Din il-viżjoni politika għandha dawn l-objettivi:

•        It-twaqqif tal-ewwel infrastruttura globali awtonoma tan-navigazzjoni u l-pożizzjonament bis-satellita, taħt kontroll ċivili, li tiggarantixxi s-servizzi tal-GNSS bla interruzzjoni u toffri vantaġġ strateġiku lill-Ewropa. Madankollu, kif sar evidenti iktar tard, jeħtieġ li jkun hemm[35] interoperabilità mas-sistemi l-oħra, partikolarment il-GPS Amerikan, sabiex ikun hemm l-aħjar kwalità tas-servizzi li jingħataw lill-utenti u sabiex ikun hemm vantaġġi soċjoekonomiċi.

•        It-tisħiħ tar-reżiljenza tal-infrastruttura ekonomika Ewropea bl-għoti ta' sistema backup fil-każ ta' falliment tas-sinjali mis-sistemi l-oħra.

•        Li jiġu massimizzati l-benefiċċji ekonomiċi indiretti għas-soċjetà ċivili Ewropea li sserraħ iktar fuq sinjali iktar preċiżi, disponibbli u robusti, bl-esplojtazzjoni tal-opportunitajiet il-ġodda maħluqa min-navigazzjoni bis-satellita ta' preċiżjoni għolja sa livell ħafna ogħla milli hu possibbli bħalissa;

•        Il-wiri tal-kapaċità tal-Ewropa li tiżviluppa, timplimenta u tesplojta infrastrutturi spazjali kumplessi fuq skala kbira.

1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Id-dritt tal-UE li taġixxi huwa bbażat fuq l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament tal-GNSS dwar l-implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo).

Is-sistemi mwaqqfa taħt il-programmi huma infrastrutturi stabbiliti bħala networks trans-Ewropej li l-użu tagħhom jestendi sew lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tal-Istati Membri. Barra minn hekk, is-servizzi offruti permezz ta' dawn is-sistemi jikkontribwixxu, b’mod partikolari għall-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej fl-oqsma tal-infrastrutturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija.

Stat Membru wieħed waħdu mhux biżżejjed biex joħloq sistemi tan-navigazzjoni bis-satellita billi dan ma jkollox biżżejjed kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi. Għalhekk, dan jista' jinkiseb biss b'azzjoni fil-livell tal-UE biss.

Barra minn hekk, ir-Regolament tal-GNSS jipprevedi li l-Unjoni Ewropea se tkun il-proprjetarju tal-assi kollha tanġibbli u mhux tanġibbli maħluqa jew żviluppati fil-qafas tal-programmi. Bħala proprjetarju tal-assi tanġibbli u mhux tanġibbli kollha relatati, l-Unjoni Ewropea għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet għat-tħaddim u l-użu tas-sistemi jkunu fis-seħħ mid-data tal-introduzzjoni tal-ewwel servizzi ta' pożizzjonament fl-2014-2015. Għalhekk, it-tmexxija hija de facto ta' natura Ewropea.

1.5.3. Lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fil-passat

Għalkemm din hija l-ewwel darba li l-Unjoni Ewropea hija l-uniku proprjetarju ta' infrastruttura ta' din l-iskala u li l-Kummissjoni tmexxi programm daqshekk kumpess, l-esperjenza miksuba mill-2007 tippermetti iktar titjib lill-implimentazzjoni ulterjuri ta' Galileo u EGNOS,

Kif deskritt fir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-programmi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita[36] u fil-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ulterjuri u t-tħaddim tal-programmi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita, jistgħu jissieltu t-tagħlimiet li ġejjin:

<Ġestjoni tal-Programm>

Wara r-reviżjoni tal-profil tal-programmi li saru fl-2008, il-Kummissjoni implimentat struttura internament għall-ġestjoni tal-programmi fil-fażi attwali tagħhom. Minn dak iż-żmien seta' jsir progress konsiderevoli, madankollu, il-ġestjoni tal-programm għandha tiżviluppa biex tippermetti iktar funzjonijiet operazzjonali marbuta mat-tħaddim tas-sistemi li għandhom jiġu inkorporati.

Mill-perspettiva tal-interazzjoni bejn il-partijiet interessati varji, prinċipalment l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-Aġenzija tal-GNSS Ewropew, id-distribuzzjoni ġdida tal-kompetenzi, fejn l-Aġenzija Spazjali Ewropea saret effettivament aġenzija implimentattiva li taġixxi f'isem l-UE, qed tagħti riżultati tajbin iżda għandha tadatta għall-programmi li qed jinbdilu u għall-isfidi futuri tal-fażi tal-użu.

<Kontroll tal-ispejjeż u l-istrumenti finanzjarji>

Galileo u EGNSO huma proġetti kumplessi. L-iżvilupp tagħhom iserraħ ħafna fuq it-teknoloġiji ġodda maħsuba speċjalment għall-bżonnijiet tal-programmi. Għalhekk, huwa diffiċli li jkun hemm approċċ wieħed għall-kontroll tal-ispejjeż; diversi fatturi jinfluwenzaw l-ispejjeż u għadd kbir ħafna ta' riskji jista' jipperikola l-progress bla tfixkil tal-programmi.

Fil-passat, il-programmi kellhom dewmien u spejjeż mhux ibbaġitjati, partikolarment minħabba l-eżiġenzi tas-sigurtà mill-Istati Membri. Kif indikat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu "Baġit għall-Istrateġija Ewropa 2020"[37] u kif mitlub mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew, se jinħtieġ li jsiru xi sforzi biex l-ispejjeż jiġu kkontrollati. Dan il-bżonn ġie tradott fil-qafas tat-tmexxija l-ġdid u llum il-Kummissjoni diġà qed taġixxi biex iżżomm ir-riskji u l-ispejjeż ikkontrollati.

– Ir-riskji kollha tal-programmi jiġu ċċentralizzati f'reġistru li jintegra rispettivament lil dawk marbuta mal-katina tal-provvista industrijali, l-Aġenzija Spazjali Ewropea, l-Aġenzija tal-GNSS Ewropew, mal-fatturi esterni bħall-influwenza tal-awtoritajiet politiċi u tal-eżiġenzi ta' sigurtà, mal-fatturi interni bħall-organizzazzjoni tal-programmi. Għal kull riskju ġiet allokata probabbiltà ta' seħħ u livell ta' impatt. Ir-reġistru tar-riskji jinkludi wkoll lista ta' azzjonijiet bl-għan li jnaqqsu din il-probabbiltà;

– Il-Kummissjoni qed tistudja wkoll il-possibilità li tfassal mill-ġdid is-servizz SoL biex tnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ispejjeż globali;

– Qed taħdem ukoll biex tipprovdi ġestjoni effiċjenti tal-programmi, u dan għandu jipprevjeni l-iżvijar u l-iżvilupp ta' skema solida tat-tmexxija għall-futur;

Flimkien mal-Aġenzija Spazjali Ewropea, il-Kummissjoni qed tagħmel pressjoni fuq l-industrija biex din tikkontrolla l-prezzijiet tal-elementi diffferenti tal-infrastruttura Galileo;

– Jittieħdu wkoll miżuri supplimentari fil-livell tal-programm biex jikkontrollaw l-ispejjeż eż. tul ottimizzat tal-kuntratt, akkwist ġdid għax-xiri tas-satelliti addizjonali, sors doppju għall-akkwist tal-lanċaturi;

– Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qed taħdem biex ittejjeb il-kooperazzjoni mal-esperti (indipendenti u tal-Istati Membri) sabiex janalizzaw ir-rekwiżiti tekniċi tas-sistemi, l-ispejjeż tagħhom assoċjati u l-alternattivi potenzjali.

<Rekwiżiti tas-sikurezza>

Fl-aħħar nett, fir-rigward tas-sigurtà, wieħed għandu jfakkar li anke jekk il-Kummissjoni hija responsabbli għall-ġestjoni tas-sigurtà tas-sistemi f'termini tar-Regolament, il-libertà tagħha f'dan il-qasam hija ristretta b'żewġ modi:

– L-ewwel nett, fir-realtà huma l-Istati Membri li jistabbilixxu l-ħtiġijiet fir-rigward tas-sigurtà. It-theddid li jista' jaffettwa s-sigurtà tal-infrastrutturi sensittivi bħal dawk tan-navigazzjoni bis-satellita, ivarja l-ħin kollu. It-tfassil tas-sistemi għalhekk għandu jadatta ruħu b'mod kostanti għall-iżvilupp tiegħu. L-Istati Membri huma responsabbli biex ikopru parti minn dawn ir-riskji.

- It-tieni nett, ir-Regolament GNSS (KE) Nru 683/2008 jagħti l-kompitu ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà tas-sistemi lill-Aġenzija tal-UE. Is-separazzjoni b'dan il-mod tal-funzjonijiet ta' ġestjoni u ta' akkreditazzjoni hija prattika ta' governanza tajba u hija prattika komuni u essenzjali għal dan it-tip ta' proġett.

Fiż-żewġ każijiet, l-għażla jew id-deċiżjonijiet meħuda jistgħu jkollhom impatt konsiderevoli fuq il-kosti u l-iskadenzi tal-programmi.

Jekk wieħed iqis l-impatt tar-rekwiżiti tas-sigurtà fuq l-ispejjeż u d-dewmien, il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza li jinbidel il-qafas tat-tmexxija tal-programmi u tingħata iktar responsabbiltà lill-partijiet interessati (partikolarment il-kuntratturi tagħhom u permezz tat-termini ġenerali tal-ftehimiet tad-delegazzjoni).

1.5.4. Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħra

Huma possibbli s-sinġeriji ma' programmi eżistenti jew futuri oħra tal-ispazju, eż. għall-espansjoni tas-segmenti tal-utenti (applikazzjonijiet għas-suq downstream) jew għall-protezzjoni tal-elementi tas-sistema stabbiliti fil-programm Galileo fl-ispajzu jew waqt l-illanċjar.

Wieħed se jipprova jsib sinerġiji ma' direttorati oħra tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni. L-applikazzjonijiet u t-teknoloġiji bbażati fuq il-GNSS fis-sistemi tan-navigazzjoni bis-satellita jista' jkollhom impatt f'diversi setturi tal-ekonomija u tas-soċjetà bħall-informazzjoni, it-trasport u l-enerġija. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-programmi tar-riċerka u tal-innovazzjoni jkunu kkoordinati fil-livell tal-Kummissjoni sabiex jittieħed l-aħjar dħul mill-investiment li jsir.

1.6. It-tul u l-impatt finanzjarju

¨ Proposta/inizjattiva ta’ żmien limitat

¨         Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [] sa []

¨         L-impatt finanzjarju mill-2014 sa SSSS

þ Proposta/inizjattiva ta’ żmien illimitat[38]

– Implimentazzjoni b'perjodu tal-bidu mill-2008 sal-2020,

– segwita bi skala sħiħa tal-operat.

1.7. Metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i)[39]

þ Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

þ Ġestjoni ċentralizzata mhux diretta permezz tad-delegazzjoni tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– þ  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[40]

– þ  korpi mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku[41]

– þ  organizzazzjoni internazzjonali[42]

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika liema)

Jekk huwa indikat aktar minn mod wieħed ta' ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Rimarki

Il-qafas tat-tmexxija attwali ġie maħluq għall-fażijiet tal-iżvilupp u tal-implimentazzjoni ta' Galileo kif ukoll tal-esplojtazzjoni inizjali tal-EGNOS jiġifieri għall-perjodu 2008-2013. Dan il-qafas jeħtieġ jiġi rivedut filwaqt li jqis il-fatt li l-fażi ta' implimentazzjoni ta' Galileo se testendi lil hinn mill-2013 u li fl-2014 se tibda fażi ġdida tal-programm bl-għoti ta' servizzi inizjali. Se jeħtieġ ukoll li t-tmexxija tal-EGNOS tiġi definita billi s-sistema issa daħlet fil-fażi operazzjonali.

Għall-fażi tal-użu ta' Galileo, jeħtieġ li jiġi definit qafas ta' tmexxija stabbli, sostenibbli u fit-tul. Dan għandu jottimizza u jirrazzjonalizza l-użu tal-istrutturi eżistenti u jiżgura tranżizzjoni progressiva bejn il-fażi tal-implimentazzjoni u l-fażi tal-użu u jħares it-tkomplija tas-servizz. It-tmexxija se tkun adattata wkoll għas-servizzi differenti offruti, billi l-eżiġenzi tagħhom u l-utenti tagħhom huma differenti.

Il-Kummissjoni Ewropea se tkun prinċipalment inkarigata mis-superviżjoni politika ġenerali tal-programmi. Din se tkun tista' tiddelega l-attivitajiet operazzjonali tagħha lill-Aġenzija tal-GNSS Ewropew u lill-Aġenzija Spazjali Ewropea, skont l-oqsma ta' kompetenza tagħhom.

Se jkolha wkoll il-possibbiltà li tikkonsulta l-esperti u l-aġenziji spazjali nazzjonali dwar kwistjonijiet tekniċi speċifiċi.

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli tal-monitoraġġ u tar-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni se tiżgura li l-kuntratti u l-ftehimiet kollha konklużi fil-qafas tal-programmi GNSS jipprovdu għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju. Fil-qafas tal-mekkaniżmi kollha ta' segwitu u valutazzjoni, se tingħata attenzjoni partikolari lill-kontroll tal-ispejjeż tal-programmi fl-għoti tas-servizzi mingħajr dewmien.

Skont il-każ, se tintalab l-għajnuna tal-esperti tekniċi esterni għas-segwitu tal-implimentazzjoni tal-programmi. Fuq il-bażi tar-riżultati tal-kontrolli fuq il-post, il-Kummissjoni se tiżgura li, jekk ikun meħtieġ, l-iskala jew il-kundizzjonijiet tal-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja oriġinarjament approvata kif ukoll l-iskeda ta' żmien għall-ħlasijiet, jiġu aġġustati.

Il-Kummissjoni se tipproponi:

- qafas strateġiku li jinkludi l-azzjonijiet prinċipali, stima tal-baġit u kalendarju neċessarju għat-twettiq tal-objettivi tal-programmi Galileo u EGNOS qabel it-30 ta' Ġunju 2014;

- programm ta' ħidma annwali li jittraduċi l-qafas strateġiku f'miżuri u indikaturi dettaljati li għandhom jiġu proposti fil-15 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel;

- rapport tal-implimentazzjoni annwali li jevalwa t-twettiq tal-programm ta' ħidma annwali li għandu jiġi propost qabel il-15 ta' Marzu tas-sena ta' wara s-sena mogħtija;

- valutazzjoni interim tal-programmi Galileo u EGNOS li jiffoka fuq ir-riżultati kwantitattivi u kwalitattivi miksuba, qabel it-30 ta' Ġunju 2018, iżda kmien biżżejjed biex jitħejja l-qafas finanzjarju multiannwali li jkun imiss.

Lil hinn minn dawn il-miżuri standard, il-Kummissjoni, hija u teżerċita s-setgħat ta' superviżjoni politika tagħha fuq il-programmi Galileo u EGNOS, se ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u valutazzjoni fuq l-entità tal-ġestjoni tal-programm billi titlob pjanijiet dettaljati annwali u rapporti tal-implimentazzjoni kif ukoll billi torganizza laqgħat regolari dwar il-progress tal-programm u twettaq verifiki finanzarji u teknoloġiċi.

Barra minn hekk, il-monitoraġġ tal-programmi għandu jassoċja lill-Istati Membri pereżempju billi jserraħ fuq il-kapaċitajiet tekniċi tagħhom fl-għoti ta' input dwar il-monitoraġġ tekniku tal-programmi u biex jipproponu indikaturi ewlenin tar-rendiment għall-valutazzjoni tal-programmi.

Fl-aħħar nett, fil-qafas tal-ġestjoni ta' kuljum, il-Kummissjoni se timplimenta mekkaniżmu tal-ġestjoni tar-riskji u se tuża għodod tal-ġestjoni xierqa sabiex tikkontrolla l-ispejjeż marbuta mal-programmi fuq il-bażi tal-aħjar stima tal-ispejjeż, filwaqt li tqis l-esperjenzi tal-passat u l-implimentazzjoni attwali tas-sistema.

2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat/i

Il-Kummissjoni tat importanza ewlenija fix-xogħlijiet tagħha lill-kwistjoni tal-ġestjoni tar-riskji, li l-importanza tagħha ġiet enfasizzata waqt ir-riforma tal-governanza li saret fl-2007. Ir-riskji kollha tal-programmi huma ċċentralizzati f'reġistru li jintegra rispettivament lil dawk marbuta mal-katina tal-provvista industrijali, mal-ESA, mal-Aġenzija tal-UE, mal-fatturi esterni bħall-influwenza tal-awtoritajiet politiċi u tal-eżiġenzi ta' sigurtà, mal-fatturi interni bħall-organizzazzjoni tal-programmi. Għal kull riskju ġiet allokata probabbiltà ta' seħħ u livell ta' impatt. Ir-reġistru tar-riskji jinkludi wkoll lista ta' azzjonijiet bl-għan li jnaqqsu din il-probabbiltà. Ir-riskji huma kklassifikati kif ġej:

• Riskji teknoloġiċi: in-navigazzjoni bis-satellita fil-fatt tuża teknoloġiji avvanzati li l-validazzjoni tagħhom għad għandha ssir u li l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom jiżviluppaw il-ħin kollu.

• Riskji industrijali: l-istabbiliment tal-infrastrutturi jimplika bosta atturi industrijali f'diversi pajjiżi, u huwa importanti li x-xogħol tagħhom jiġi kkordinat b'mod effikaċi biex dan iwassal għal sistemi affidabbli u integrati b'mod perfett, b'mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà.

• Riskju tas-suq: wieħed għandu jevita li l-prestazzjonijiet tekniċi sekondarji għal dawk imħabbra jkollhom impatt negattiv mal-utenti fid-dinja u li l-infrastruttura għalhekk ma tintużax. Barra minn hekk, wieħed għandu jiggarantixxi d-disponibbiltà tar-riċevituri affidabbli mill-2014-15 għas-servizzi diversi inizjali ta' Galileo, b'mod partikolari dawk tal-PRS.

• Riskju tal-kalendarju: kull dewmien ta' implimentazzjoni tpoġġi f'periklu l-ambitu ta' opportunità u tkun tista' toħloq kosti żejda.

• Riskju ta' governanza: il-governanza tal-programmi timplika entitajiet diversi li jaħdmu flimkien u huwa importanti li wieħed jiggarantixxi stabbiltà u organizzazzjoni adegwati. Minbarra hekk, wieħed għandu jqis id-differenzi fl-opinjonijiet tal-atturi diversi, u b'mod partikolari tal-Istati Membri, fuq bosta suġġetti importanti. F'dan il-kuntest, għandu jiġi previst it-tqassim ta' ċerti riskji, b'mod partikolari r-riskji finanzjarji u dawk marbuta mas-sigurtà, bejn l-atturi li l-aktar jistgħu jieħdu l-piż tagħhom.

• Riskju marbut mar-responsabbiltà: bħal kull infrastruttura, iż-żewġ sistemi Ewropej jistgħu jikkawżaw direttament jew indirettament ħsara lill-utenti tagħhom jew lil terzi. Mill-eżami li għamlet il-Kummissjoni jirriżulta li l-istatus attwali tal-liġi applikabbli ma joffrix qafas legali rilevanti li jiżgura bilanċ ġust bejn l-interessi tal-vittmi u dawk tal-proprjetarji u dawk li jħaddmu s-sistemi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita. Għalhekk, kemm fuq livell Ewropew kif ukoll fuq skala dinjija, wieħed għandu jieħu l-inizjattivi xierqa biex jirrimedja għal din is-sitwazzjoni qabel l-2014. Rigward dan, il-Kummissjoni qed tkompli twettaq l-istudji xierqa b'konsultazzjoni ma' awtoritajiet internazzjonali oħra.

2.2.2. Il-metod(i) ta’ kontroll previst(i)

Il-maġġoranza tal-fondi jitmexxew indirettament permezz tal-ftehimiet tad-delegazzjoni. Huwa importanti ħafna li wieħed ikun jaf li l-baġit tal-GNSS jiġi implimentat permezz tas-sejħiet għall-offerti. Il-metodoloġija tal-kontroll intern isserraħ fuq il-kontroll ex ante tal-proċeduri tas-suq (il-valutazzjoni u l-għażla tal-kuntrattur) kif ukoll fuq il-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet li jsiru skont il-ftehimiet tad-delegazzjoni u l-pjanijiet tal-ġestjoni għall-proġetti li jkunu ddefinixxu r-rwoli tal-partijiet kollha interessati u implimentaw il-proċeduri speċifiċi għall-flussi tax-xogħol u l-attivitajiet ta' kontroll. B'mod partikulari, din l-inizjattiva għandha l-għan li:

- Il-parteċipazzjoni f'laqgħat regolari (ta' ġestjoni u tekniċi)

- Rapporti obbligatorji kull tliet xhur dwar l-istat tal-programm.

- Rapporti obbligatorji kull tliet xhur dwar l-użu tal-fondi Komunitarji b'indikazzjonijiet ċari dwar l-użu permezz ta' kuntratt iffirmat mal-partijiet industrijali kif ukoll aġġornament tal-assi vvalutati.

Barra minn hekk, fir-rigward tal-kuntratti, il-metodoloġija tal-kontroll mhux se tiġi modifikata: hija prinċipalment ibbażata fuq it-twettiq tal-istadji tekniċi legalment marbuta mal-ħlasijiet tal-kuntratt.

Il-kompiti amministrattivi tal-Kummissjoni jikkonsistu fil-monitoraġġ tal-ħlasijiet li jsiru mill-aġent delegat lill-industrija permezz tar-rapporti msemmija qabel. Jinħtieġ tim li jikkonsisti f'mill-inqas ħames sa għaxar impjegati full-time biex jikkontrolla l-implimentazzjoni amministrattiva u teknika tal-ftehimiet delegati. Il-Kummissjoni tivverifika li ma jkunx hemm finanzjament doppju ta' ċerti elementi tal-programm ta' qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni, Orizzont 2020.

Barra minn hekk, kif deskritt fil-paragrafu 1.5.3, il-Kummissjoni żviluppat reġistru tar-riskji għas-sorveljanza tal-elementi li potenzjalment jistgħu jinfluwenzaw il-programmi.

Barra minn hekk, kif indikat fl-[Artikolu 29 tar-Regolament], l-entitajiet inkarigati mill-ġestjoni tal-programmi se jkollhom l-għajnuna teknika meħtieġa.

Minħabba n-natura teknika u speċjalizzata ħafna tal-programmi GNSS, mhux mistenni li jkun hemm xi tibdiliet kbar fil-kontrolli implimentati.

Nistennew li r-rata tan-nuqqas ta' konformità tkun ekwivalenti għal dik tal-lum. Fil-fatt, kull sena isiru xi verifiki ex post biex jiġu vverifikati t-tranżazzjonijiet tas-sena ta' qabel. Ir-rata tal-iżbalji hija inqas minn 1 % għall-2009 (aġġustament finanzjarju rakkomandat bħala % tal-ammont sħiħ imħallas). Se jiġi rikjesti li din ir-rata titbaxxa fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet mogħtija lill-aġenzija spazjali Ewropea mill-awdituri. Fid-dawl tan-natura tal-kuntratti, din ir-rata tista' tiġi estrapolata għall-baġit sħiħ tal-GNSS.

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni jew protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.

Kull ftehim li jirriżulta minn dan ir-Regolament, inkluż ftehim konkluż ma' pajjiżi terzi parteċipanti u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, għandu jipprevedi sorveljanza u kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni, jew minn kwalunkwe rappreżentat awtorizzat minnha, kif ukoll għal verifiki li jsiru mill-Qorti tal-Awdituri jew l-OLAF, u jekk ikunu meħtieġa, anke dawk fuq il-post.

3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

· Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-intestaturi tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

|| AD/AMD ([43]) || minn pajjiżi tal-EFTA[44] || mill-pajjiżi kandidati[45] || minn pajjiżi terzi[46] || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

[1] || 02010405 Programmi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) - Infiq għall-ġestjoni amministrattiva || AMD || IVA || NON || IVA || NON

[1] || 020501 Programmi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) || Diff. || IVA || NON || IVA || NON

· Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-intestaturi tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Intestatura………………………………..] || AD/AMD || minn pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

[1] || 020503 Tlestija tal-programmi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) || Diff. || IVA || NON || IVA || NON

3.2. Stima tal-impatt fuq in-nefqa 3.2.1. Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 1 || Tkabbir Intelliġenti u inklużiv

DĠ: Entr || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Sena 2021 || Sena 2022 || Sena 2023 - 2030 || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || || || || ||

020501 || Impenji || (1) || 1 163,5 || 1 187,5 || 990,25 || 1 010 || 799,75 || 1 049,5 || 1 668 || 0 || 0 || 0 || 7 868,5

Ħlasijiet || (2) || 1 011,5 || 1 181,5 || 955,25 || 1 011 || 672,75 || 1 010,5 || 898 || 500 || 480 || 148 || 7 868,5

Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati  mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[47] || || || || || || || || ||

02010405 || || (3) || 3,5 || 3,5 || 3,75 || 4 || 4,25 || 4,5 || 5 || 0 || 0 || 0 || 28,5

Approprjazzjonijiet TOTALI Għal DĠ Entr || Impenji || =1+1a +3 || 1 167 || 1 191 || 994 || 1 014 || 804 || 1 054 || 1 673 || 0 || 0 || 0 || 7 897

Ħlasijiet || =2+2a +3 || 1 015 || 1 185 || 959 || 1 015 || 677 || 1 015 || 903 || 500 || 480 || 148 || 7 897

Ÿ It-TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || x || || || || || || ||

Ħlasijiet || (5) || x || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || x || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA <….> tal-qafas finanzjarji multiannwali || Impenji || =4+ 6 || x || || || || || || ||

Ħlasijiet || =5+ 6 || x || || || || || || ||

Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva:

Ÿ It-TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Ħlasijiet || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet TOTALI relevanti tal-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarji multiannwali (Ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

Ħlasijiet || =5+ 6 || || || || || || || ||

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || "Nefqa amministrattiva"

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

|| || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

DĠ: ENTR ||

Ÿ Ir-riżorsi umani || 9,773 || 9,773 || 9,773 || 9,773 || 9,392 || 8,884 || 8,884 || 66,252

Ÿ Infiq amministrattiv ieħor || 0,850 || 0,850 || 0,850 || 0,850 || 0,850 || 0,850 || 0,850 || 5,950

TOTAL DĠ ENTR || Approprjazzjonijiet || 10,623 || 10,623 || 10,623 || 10,623 || 10,242 || 9,734 || 9,734 || 72,202[48]

Approprjazzjonijiet TOTALI għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarji multiannwali || (Impenji totali = Ħlasijiet totali) || 10,623 || 10,623 || 10,623 || 10,623 || 10,242 || 9,734 || 9,734 || 72,202

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

|| || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || 2021 || 2022 || 2023-2030 || TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI relevanti tal-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarji multiannwali || Impenji || 1 177,623 || 1 201,623 || 1 004,623 || 1 024,623 || 814,242 || 1 063,734 || 1 682,734 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 7 969,202

Ħlasijiet || 1 025,623 || 1 195,623 || 969,623 || 1 025,623 || 687,242 || 1 024,734 || 912,734 || 500,000 || 480,000 || 148,000 || 7 969,202

3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

¨         Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

þ         Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu tal-approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjoni għall-impenji f'miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL ||

RIŻULTATI

Tip ta’ riżultati[49] || Tip ta' riżulta || Għadd ta’ riżultati || Spejjeż || Għadd ta’ riżultati || Spejjeż || Għadd ta’ riżultati || Spejjeż || Għadd ta’ riżultati || Spejjeż || Għadd ta’ riżultati || Spejjeż || Għadd ta’ riżultati || Spejjeż || Għadd ta’ riżultati || Spejjeż || Għadd totali || Spejjeż Totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1[50] L-iżvilupp u l-forniment ta' infrastrutturi u servizzi globali tan-navigazzjoni bis-satellita (Galileo) || || || || || || || || || || || || || || || ||

Galileo || 5 servizzi || Mhux applikabbli || 3 || 930,5 || 3 || 942,5 || 3 || 744,25 || 3 || 763 || 3 || 552,75 || 3/5 || 802,5 || 5 || 1 421 || 5 || 6 156,5

Sottototal għall-objettiv speċifiku Nru 1 || || 930,5 || || 942,5 || || 744,25 || || 763 || || 552,75 || || 802,5 || || 1 421 || || 6 156,5

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2[51] Il-forniment tas-servizzi satellitari għat-titjib tar-rendiment tal-GPS fl-Ewropa (EGNOS) || || || || || || || || || || || || || || || ||

EGNOS || 3 servizzi || Mhux applikabbli || 3 || 233 || 3 || 245 || 3 || 246 || 3 || 247 || 3 || 247 || 3 || 247 || 3 || 247 || 3 || 1 712

Sottototal għall-objettiv speċifiku Nru 2 || || 233 || || 245 || || 246 || || 247 || || 247 || || 247 || || 247 || || 1 712

IL-KOST TOTALI || Mhux applikabbli || 1 163,5 || Mhux applikabbli || 1 187,5 || Mhux applikabbli || 990,25 || Mhux applikabbli || 1 010 || Mhux applikabbli || 799,75 || Mhux applikabbli || 1 049,5 || Mhux applikabbli || 1 668 || Mhux applikabbli || 7 868,5

3.2.3. Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju

¨         Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

þ         Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarji multiannwali || || || || || || || ||

Ir-riżorsi umani || 9,773 || 9,773 || 9,773 || 9,773 || 9,392 || 8,884 || 8,884 || 66,252

Infiq amministrattiv ieħor || 0,850 || 0,850 || 0,850 || 0,850 || 0,850 || 0,850 || 0,850 || 5,950

Sottototal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarji multiannwali || 10,623 || 10,623 || 10,623 || 10,623 || 10,242 || 9,734 || 9,734 || 72,202

Barra mill-intestatura 5[52] tal-qafas multiannwali || || || || || || || ||

Ir-riżorsi umani || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Spejjeż oħra ta’ natura amministrattiva || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Subtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarji multiannwali || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

TOTAL || 10,623 || 10,623 || 10,623 || 10,623 || 10,242 || 9,734 || 9,734 || 72,202

3.2.3.2.  Ir-rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

¨         Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

þ         Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed)

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

Ÿ Karigi previsti fil-pjan ta’ twaqqif (uffiċjali u aġenti temporanji)

02 01 01 01 ( Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 63 || 63 || 63 || 63 || 60 || 56 || 56

02 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

02 01 05 01 (Riċerka indiretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Ÿ Persunal estern (Ekwivalenti għal Full-Time: FTP[53]

02 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || 26 || 26 || 26 || 26 || 26 || 26 || 26

02 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

02 01 04 aa [54] || - fil-Kwartieri ġenerali[55] || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

- fid-delegazzjonijiet || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

02 01 05 02 (AK, ENS, INT għar-Riċerka indiretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Linji tal-baġit oħrajn (speċifika) || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli

TOTAL || 89 || 89 || 89 || 89 || 86 || 82 || 82

XX hija l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti permezz tal-persunal mid-DĠ li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie allokat mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk dan ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti tal-baġit eżistenti. Id-DĠ ENTR jipprevedi proċess ta' esternalizzazzjoni parzjali lil aġenzija eżistenti. L-ammonti u l-allokazzjonijiet se jiġu aġġustati jekk ikun hemm bżonn skont ir-riżultati tal-proċess tal-esternalizzazzjoni.

Uffiċjali u aġenti temporanji || - Superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi Ewropewj tal-GNSS bil-għan li jkun hemm implimentazzjoni u esplojtazzjoni effikaċi u koerenti ta' ENGOS u Galileo; - L-għoti ta' analiżi ġuridika u regolamentarja b'appoġġ għall-proċess tat-tfassil tal-politika; - L-iżgurar tal-konformità tas-soluzzjonijiet proposti mar-regoli applikabbli; - Il-garanzija ta' ġestjoni finanzjarja tajba; - It-twettiq tal-attivitajiet rikjesti għall-iżgurar tal-kontroll effikaċi tal-ispejjeż; - Il-ġestjoni tal-attivitajiet marbuta mal-kooperazzjoni internazzjonali

Persunal estern || Appoġġ tal-kompiti deskritti hawn fuq

3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali preżenti

þ         Il-proposta/l-inizjattiva hi kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali 2014 – 2020, skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2011)500 tad-29 ta' Ġunju 2011.

¨         Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega xi programmar mill-ġdid huwa meħtieġ, u speċifika l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[56].

Spjega x’inhu meħtieġ, u speċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5. Il-parteċipazzjoni ta’ partijiet terzi fil-finanzjament

– ¨ Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

– þ Il-proposta/inizjattiva tipprovdi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Bħalissa qed isiru xi negozjati mal-Isvizzera u n-Norveġja, iżda għadu ma ntlaħaqx ftehim formali u mhux se jintlaħaq fi żmien qasir. Għalhekk, f'dan l-istadju ma setgħet titqies ebda kontribuzzjoni ta' partijiet terzi. Jeħtieġ jiġi enfasizzat li dawn il-pajjiżi mhux se jikkofinanzjaw il-programmi GNSS direttament (u għalhekk mhux se jkun hemm approprjazzjonijiet addizzjonali minn dħul assenjat mill-baġit tal-Unjoni), iżda se jagħtu kontribuzzjoni esterna.

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Totali

Speċifika l-entità ta' kofinanzjament || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet kofinanzjati TOTALI || || || || || || || ||

3.3. L-impatt stmat fuq id-dħul

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.

Mhux mistenni dħul finanzjarju qabel it-tlestija tal-kostellazzjoni billi r-rendiment tas-servizzi inizjali offruti mhux se jkunu konformi mal-istennijiet tal-utenti potenzjali qabel l-implimentazzjoni sħiħa tal-infrastrutturi.

Sa dak iż-żmien, il-mod tal-ġestjoni tal-miżati se jkun ġie analizzat sabiex tiġi definita l-entità (privata jew pubblika) li se tiġbor id-dħul, it-tipi eżatti ta' dħul u l-ammont ta' dan id-dħul potenzjali.

– þ  Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨         fuq ir-riżorsi proprja

– þ         fuq dħul varju

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul: || Approprazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja li għaddejja bħalissa || Impatt tal-proposta/inizjattiva[57]

2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

|| || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

Għal dħul varju assenjat, speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit affettwat(i).

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[1]               ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.

[2]               COM (2011) 5 finali

[3]               COM (2011) 500 finali Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Baġit għall-Ewropa 2020;

[4]               COM (2011) 398 finali Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020

[5]               COM(2010) 308

[6]               ĠU L 246, 20.7.2004, p. 30.

[7]               ĠU C , , p. .

[8]               ĠU C , , p. .

[9]               COM(2010) 614 finali/2

[10]             COM(2011) 152

[11]             ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

[12]             COM(2011) 398 finali.

[13]             COM(2011) 500 finali.

[14]             ĠU L 276, 20.10.2010, p. 1.

[15]             ĠU L 246, 20.7.2004, p. 30.

[16]             ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30.

[17]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[18]             ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1

[19]             ĠU L 138, 28.5.2002, p. 1.

[20]             ĠU L 287, 04.11.2011, p. 1.

[21]             ĠU L317, 03.12.2001, p. 1.

[22]             ĠU L 141, 27.05.2011, p. 17.

[23]             ĠU C 304, 15.10.2011, p. 7.

[24]             ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75. .

[25]             ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

[26]             ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

[27]             ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

[28]             ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.

[29]             ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attivitajiet (Activity-Based Management) – ABB: baġit ibbażat fuq l-attivitajiet (Activity-Based Budgeting).

[30]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[31]             Iż-żona Ewropea tas-sistema EGNOS hija ż-żona magħmula mill-44 Stat Membru tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili.

[32]             Dokument li jiddefinixxi s-servizz miftuħ ta’ EGNOS: http://ec.europa.eu/enterprise/policies/satnav/egnos/files/brochures-leaflets/egnos-os-sdd_en.pdf

[33]             Studju dwar l-impatt tat-telf tas-sinjali tal-GPS fuq is-servizzi kummerċjali u domestiċi fir-Renju Unit (2001): http://www.ofcom.org.uk/static/archive/ra/topics/research/topics/other/gpsreport/gps-report.pdf

[34]             Reżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-kontribuzzjoni Ewropea għall-implimentazzjoni ta' sistema globali tan-navigazzjoni bis-satellita (GNSS) tad-19 ta' Diċembru 1994.

[35]             Ftehim internazzjonali ta' Ġunju 2004 dwar il-promozzjoni, il-forniment u l-użu tas-sistemi tan-navigazzjoni bis-satellita ta' Galileo u tal-GPS u l-applikazzjonijiet konnessi.

[36]             COM(2011) 5 finali.

[37]             COM(2011) 500 finali.

[38]             Il-programm Galileo huwa mibni madwar erba' fażijiet: id-definizzjoni, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-użu. Il-fażi tal-implimentazzjoni se tispiċċa fl-2019. Il-fażi tal-użu komplut se tibda mill-2020 u lil hinn, l-użu tas-sistema u t-tiġdid tal-konstellazzjoni se jsiru maż-żmien sabiex ma jkunx hemm interruzzjoni tas-servizzi.

[39]             Id-dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[40]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju. L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea se tkun assoċjata mat-tmexxija tal-programmi GNSS.

[41]             L-aġenziji spazjali nazzjonali tal-Ewropa.

[42]             AES (Aġenzija Ewropea tal-Ispażju)

[43]             Diff:- Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux Diff:- Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[44]             EFTA: Żona Ewropea ta' Kummerċ Ħieles. Għaddejjin negozjati man-Norveġa biex din tieħu sehem fil-baġit 2014-2020.

[45]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent.

[46]             Bħalissa għaddejjin negozjat mal-Isvizzera biex din tipparteċiġa fil-baġit tal-2014-2020.

[47]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (eks linji "BA").

[48]             It-tnaqqIs tar-riżorsi umani marbut direttament mat-tmexxija l-ġdida u t-tqassim tal-kompiti marbuta mal-użu tas-sistemi lill-Aġenzija tal-GNSS Ewropew se jiġi ppreżentat fid-dettall meta jiġi rivedut ir-Regolament 912 tal-Aġenzija. Huwa previst li l-għarfien tekniku espert li attwalment jingħata mill-Kummissjoni se jiġi ttrasferit lill-Aġenzija sal-punt meħtieġ biex twettaq il-kompiti assenjati lilha.

[49]             Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li għandhom ikunu fornuti (pereżempju: numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, numru ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[50]             Kif deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “Obettiv(i) speċifiku(ċi)…”

[51]             Kif deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku(ċi)…”

[52]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (eks linji "BA"), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

[53]             CA= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal ta’ aġenzija ("Intérimaire"); JED= Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjoni ("Jeune Expert en Délégation"); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat;

[54]             Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet operazzjonali (eks linji “BA”).

[55]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR ) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[56]             Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali.

[57]             Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25% għal spejjeż ta’ ġbir.