52011PC0794

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar soluzzjoni onlajn għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) /* KUMM/2011/0794 finali - 2011/0374 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Kuntest tal-Proposta

Din il-proposta, flimkien mal-proposta għal Direttiva dwar is-Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi ("id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi"), għandha titqies fil-kuntest tal-isforzi sabiex jitjieb il-funzjonament tas-Suq Intern bl-imnut, b'mod partikolari billi jissaħħu r-rimedji tal-konsumaturi marbuta ma' tranżazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku transkonfinali.

Bħalissa, l-offerta ta' skemi tal-ADR biex isolvu t-tilwim tal-konsumaturi relatat ma' tranżazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku hija mifruxa u inkompluta. Barra minn hekk, filwaqt li nofs l-iskemi tal-ADR eżistenti joffru lill-konsumaturi l-possibbiltà li jressqu l-ilment tagħhom onlajn, ftit ħafna joffru lill-konsumaturi l-possibbiltà li jmexxu l-proċedura sħiħa onlajn (permezz ta' soluzzjoni onlajn għat-tilwim - ODR)[1]. L-immaniġġjar tal-proċess sħiħ onlajn jista' jiffranka l-ħin u jiffaċilita l-komunikazzjoni bejn il-partijiet.

Bl-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku, l-ambitu u d-daqs tas-swieq li fihom joperaw in-negozji u l-konsumaturi kibru b'mod sinifikanti u jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Il-konsumaturi kif ukoll in-negozjanti, madankollu, iqisu t-tranżazzjonijiet transkonfinali permezz tal-kummerċ elettroniku bħala riskju għaliex jibżgħu li t-tilwim rilevanti jista' jkun li ma jiġix solvut faċilment minħabba l-karattru virtwali tat-tranżazzjoni.

In-nuqqas ta' rimedju effettiv għall-ilmenti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet transkonfinali onlajn għandu konsegwenzi ħżiena kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji. Il-konsumaturi jkunu qed jitilfu jekk ma jkunux jistgħu jixtru onlajn bejn il-fruntieri; għalhekk jitilfu l-opportunità li jqabblu l-prezzijiet tal-prodotti fis-suq aktar wiesa' tal-UE u li jixtruhom fejn ikunu l-irħas. In-negozji, b'mod partikolari l-impriżi żgħar u medji, mhumiex imħeġġa li jixtru l-kapaċità amministrattiva meħtieġa biex jindirizzaw it-tilwim mal-konsumaturi li joqgħodu fi Stat Membru ieħor. Dan jostakola l-iżvilupp tas-Suq Intern diġitali.

L-inizjattiva ewlenija Ewropa 2020 "Aġenda Diġitali għall-Ewropa"[2] ħabbret strateġija tal-UE biex jittejbu s-sistemi tal-ADR, u tindika li l-Kummissjoni se "tipproponi għodda online għal madwar l-UE ta' tiftix ta' rimedju għall-Kummerċ-e" biex issaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozji fis-suq diġitali. Fost il-prijoritajiet ewlenin tiegħu, l-Att dwar is-Suq Uniku tal-2011[3] inkluda l-istabbiliment ta' "mezzi ta’ rikors straġudizzjarji kapaċi li jiggarantixxu soluzzjoni faċli, rapida u rħisa għall-konsumaturi, u li kapaċi tippreserva r-relazzjonijiet tal-intrapriżi mal-klijentela tagħhom. Din l-azzjoni se tinkludi d-dimensjoni tal-kummerċ online".

Fid-dawl tal-problemi identifikati, ir-Regolament propost għandu l-għan li jistabbilixxi sistema tal-ODR madwar l-UE li tiffaċilita r-riżoluzzjoni tat-tilwim relatat mal-bejgħ transkonfinali onlajn ta' oġġetti jew il-provvista transkonfinali onlajn ta' servizzi bejn negozjant u konsumatur.

2. riżultati ta' Konsultazzjonijiet mal-Partijiet interessati u l-Valutazzjoni tal-Impatt 2.1. Ġbir tal-għarfien espert u konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Bosta studji mwettqa mill-Kummissjoni dwar l-ADR tal-konsumaturi indirizzaw kwistjonijiet marbuta mal-għodda għas-soluzzjoni tat-tilwim onlajn. Dawn jinkludu "L-Istudju dwar l-Użu tas-Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim fl-Unjoni Ewropea" tal-2009 li wettaq analiżi fid-dettall tal-iskemi tal-ADR eżistenti u l-funzjonament tagħhom fl-Istati Membri kollha, l-istudju dwar ir-rimedju għall-konsumaturi fl-UE[4], il-"Valutazzjoni tal-ispejjeż tal-konformità inklużi l-ispejjeż/piżijiet amministrattivi fuq in-negozji marbuta mal-użu ta' Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR)" (2011) u l-istudju dwar "L-ADR transkonfinali fl-Unjoni Ewropea" (2011).

Il-konsultazzjoni pubblika dwar l-użu tal-ADR li tniedet f'Jannar 2011 indirizzat ukoll kwistjonijiet relatati mal-ODR u kif l-aħjar li jiġi żgurat rimedju għall-konsumaturi fit-tranżazzjonijiet transkonfinali permezz tal-kummerċ elettroniku[5]. Kien hemm ammont ta' appoġġ kbir għall-ħtieġa li jittejbu l-għodda tal-ODR, b'mod partikolari għat-tranżazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku, fejn hemm għadd ta' ilmenti dejjem jiżdied speċjalment għal każijiet ta' valur baxx. B'mod partikolari, ġiet enfasizzata l-ħtieġa li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-lingwa u biex tiġi pprovduta informazzjoni xierqa lill-partijiet dwar il-proċess u r-riżultat tiegħu. Maġġoranza kbira ta' dawk li wieġbu ġibdu l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li wieħed jibni fuq esperjenzi pożittivi li jeżistu f'setturi speċifiċi.

Id-dibattitu li sar fis-summit dwar "is-Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim għas-Suq Intern u għall-konsumaturi" li kien organizzat b'mod konġunt mis-servizzi tal-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew f'Marzu 2011, wera appoġġ ġenerali għall-iżvilupp tal-għodda tal-ODR għat-tilwim tal-konsumaturi permezz tal-azzjoni tal-UE biex tiġi provduta ċarezza dwar il-kundizzjonijiet u sabiex jiġu żgurati skemi tal-ADR ta' kwalità għolja għall-kummerċ elettroniku fis-setturi kollha. Il-grupp ta' ħidma dwar "L-ADR: kif tista' taħdem aħjar?", organizzat fi ħdan is-Summit Ewropew dwar il-Konsumatur ta' April 2011[6], indirizza kwistjonijiet marbuta mas-soluzzjoni onlajn għat-tilwim.

Fl-aħħar nett, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (KEPD) ġie kkonsultat ukoll.

2.2. Valutazzjoni tal-impatt

Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni dettaljata tal-impatt (VI), filwaqt li analizzat medda ta' għażliet ta' politiki kemm għall-"Kopertura, l-informazzjoni u l-kwalità tal-ADR" kif ukoll "l-ODR għat-tranżazzjonijiet transkonfinali tal-kummerċ elettroniku".

Il-VA kkonkludiet li għaqda ta' żewġ strumenti fuq l-ADR u l-ODR biss tista' tiżgura aċċess għal mezzi imparzjali, trasparenti u effettivi biex jiġi solvut it-tilwim tal-konsumaturi marbut ma' tranżazzjonijiet transkonfinali tal-kummerċ elettroniku b'mod extra-ġudizzjarju. B'mod partikolari, se jkun hemm Regolament li jistabbilixxi sistema tal-ODR madwar l-UE kollha, li tista' tindirizza b'mod effettiv it-tilwim relatat ma' tranżazzjonijiet transkonfinali tal-kummerċ elettroniku fuq il-bażi ta' kopertura sħiħa ta' skemi tal-ADR ta' kwalità li għandhom jinkisbu skont id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi.

3. Elementi legali tal-Proposta 3.1. Il-funzjonament tas-sistema tas-soluzzjoni onlajn għat-tilwim madwar l-UE kollha 3.1.1. Stabbiliment tas-Sistema Ewropea ta' soluzzjoni onlajn għat-tilwim

Din il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi pjattaforma Ewropea ta' soluzzjoni onlajn għat-tilwim ("Pjattaforma tal-ODR"). Din il-pjattaforma tal-ODR tieħu l-għamla ta' websajt interattiv li joffri punt ta' dħul wieħed lill-konsumaturi u lin-negozjanti li qed jipprovaw isolvu tilwim b'mod extra-ġudizzjarju li jkun inqala' minn tranżazzjoni transkonfinali tal-kummerċ elettroniku. Il-pjattaforma hija disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE u l-użu tagħha huwa bla ħlas. L-iskemi tal-ADR stabbiliti fl-Istati Membri li ġew notifikati lill-Kummissjoni skont id-"Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi" se jiġu rreġistrati b'mod elettroniku mal-pjattaforma tal-ODR.

Il-konsumaturi u n-negozjanti se jkunu jistgħu jressqu l-ilmenti tagħhom permezz ta' formola tal-ilmenti elettronika li se tkun disponibbli fuq il-websajt tal-pjattaforma fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Il-pjattaforma tivverifika jekk ilment ikunx jista' jiġi pproċessat u tikseb il-qbil tal-partijiet biex iressquh lill-iskema tal-ADR li hija kompetenti biex tindirizza t-tilwim. L-iskema tal-ADR kompetenti mbagħad tfittex is-soluzzjoni tat-tilwim skont ir-regoli tagħha ta' proċedura fi żmien 30 jum mid-data li fiha jkun wasal l-ilment. L-iskema tal-ADR se jkollha tinnotifika lill-pjattaforma xi dejta relatata mal-iżvilupp tat-tilwim (id-data meta l-ilment ġie nnotifikat lill-partijiet; id-data meta ġie solvut it-tilwim; ir-riżultat tat-tilwim).

Skont il-proposta, se jiġi stabbilit netwerk ta' faċilitaturi tas-soluzzjoni onlajn għat-tilwim ("netwerk tal-faċilitaturi tal-ODR") li se jikkonsisti f'punt ta' kuntatt wieħed għas-soluzzjoni onlajn għat-tilwim f'kull Stat Membru. In-netwerk tal-faċilitaturi tal-ODR se jipprovdi appoġġ għas-soluzzjoni ta' tilwim imressqa permezz tal-pjattaforma tal-ODR.

3.1.2. Informazzjoni dwar is-sistema tal-ODR madwar l-UE

Din il-proposta tobbliga lin-negozjanti stabbiliti fi ħdan l-UE li huma involuti fil-kummerċ elettroniku transkonfinali li jinfurmaw lill-konsumaturi dwar il-pjattaforma tal-ODR. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli faċilment, direttament, permanentement u b'mod prominenti fuq il-websajt tan-negozjanti kif ukoll meta l-konsumatur iressaq ilment lin-negozjant.

3.1.3. Monitoraġġ

Se jitfassal rapport annwali tal-attività dwar it-tħaddim tal-pjattaforma. Il-konformità tal-iskemi tal-ADR mal-obbligazzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament se tiġi mmonitorjata mill-awtoritajiet kompetenti li għandhom jiġu stabbiliti fl-Istati Membri skont id-Direttiva dwar l-ADR tal-Konsumaturi. Kull tliet snin, il-Kummissjoni se tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tar-Regolament.

3.1.4. Regoli dwar il-Protezzjoni tad-Dejta

Id-dejta mdaħħla fil-pjattaforma tal-ODR mill-partijiet u mill-iskemi tal-ADR se tinżamm f'bażi ta' dejta u se tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-protezzjoni tad-dejta.

3.2. Prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

L-iżvilupp ta' sistema tal-ODR madwar l-UE kollha għat-tilwim transkonfinali onlajn, mibnija fuq skemi tal-ADR eżistenti fl-Istati Membri u li tirrispetta r-regoli ta' proċedura rispettivi tagħhom, se jsaħħaħ il-fiduċja fis-Suq Intern diġitali bl-imnut u se joħloq opportunitajiet ġodda għan-negozji.

Minkejja l-livell baxx ta' tranżazzjonijiet transkonfinali tal-kummerċ elettroniku bħalissa, hemm suq diġitali bl-imnut li qed jikber malajr fl-Istati Membri. Għalhekk, l-iżgurar ta' mezzi sempliċi, irħas u effettivi ta' rimedju extra-ġudizzjarju huwa meħtieġ biex tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi u n-negozjanti fit-tranżazzjonijiet transkonfinali onlajn.

L-azzjoni f'livell tal-UE hija meħtieġa sabiex tiġi stabbilita pjattaforma tal-ODR madwar l-UE li hija għodda essenzjali għall-promozzjoni tal-kummerċ elettroniku. Huwa wkoll meħtieġ li l-istess livell ta' protezzjoni jiġi provdut lill-konsumaturi Ewropej u li jiġu promossi l-prattiċi kompetittivi fost in-negozji, u b'hekk jiżdied l-iskambju ta' oġġetti u servizzi onlajn u bejn il-fruntieri.

3.3. Proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin:

Il-proposta tipprevedi li tistabbilixxi l-aktar mezzi effettivi sabiex jinkiseb l-għan immirat bl-inqas spejjeż komprattivi. Minflok tinħoloq struttura kompletament ġdida fil-livell tal-UE, l-approċċ regolatorju maħsub huwa bbażat fuq l-iskemi tal-ADR nazzjonali eżistenti li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti.

Ir-Regolament propost għalhekk se jiżgura l-kopertura sħiħa fis-servizzi tal-ADR ta' kwalità għat-tilwim transkonfinali onlajn filwaqt li l-ispejjeż ta' implimentazzjoni se jkunu limitati għal dak li żżid il-proposta lill-istrutturi tal-ADR eżistenti fuq livell nazzjonali.

Ir-regoli proposti ġew soġġetti għal test ta' proporzjonalità u konsulatazzjoni intensiva sabiex tiġi żgurata regolamentazzjoni xierqa u proporzjonata.

4. Implikazzjoni Baġitarja

Din l-azzjoni hija parti mill-programm tal-Konsumaturi 2014-2020[7] . L-impatt baġitarju se jiġi indirizzat permezz tal-iskjerament mill-ġdid għas-snin 2012 u 2013. L-approprjazzjonijiet finanzjarji għall-implimentazzjoni ta' din il-proposta mill-2012 sal-2020 se jammontaw għal EUR 4 586 miljun fi prezzijiet kurrenti. Ir-riżorsi umani meħtieġa se jittieħdu mill-persunal tad-Direttorat Ġenerali li diġà ngħataw il-kompitu tal-ġestjoni tal-azzjoni u ġew assenjati mill-ġdid fi ħdan id-Direttorat Ġenerali, flimkien, jekk meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-Direttorat Ġenerali ta' ġestjoni fil-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji. Dikjarazzjoni finanzjarja hija mehmuża mal-proposta.

2011/0374 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar soluzzjoni onlajn għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[8],

Wara li kkonsultaw mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) L-Artikolu 169(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 169(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur permezz tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 114 tiegħu. L-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-politiki tal-Unjoni għandhom jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur.

(2) Skont l-Artikolu 26(2) TFUE, is-Suq Intern għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha jkun żgurat il-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi. Sabiex il-konsumaturi jkollhom fiduċja fid-dimensjoni diġitali tas-Suq Intern u jibbenefikaw minnu, huwa meħtieġ li dawn ikollhom aċċess għal modi faċli u irħas biex isolvu t-tilwim li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi. Dan huwa partikolarment importanti meta l-konsumaturi jixtru bejn il-fruntieri.

(3) Fl-Att dwar is-Suq Uniku[9] tagħha, il-Kummissjoni identifikat leġiżlazzjoni dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li tinkludi dimensjoni tal-kummerċ elettroniku bħala wieħed mit-tnax-il xprun biex jitħeġġeġ it-tkabbir u tissaħħaħ il-fiduċja fis-Suq Uniku.

(4) Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Parlament u lill-Kunsill biex jadottaw, sal-aħħar tal-2012, l-ewwel grupp ta' miżuri prijoritarji biex jagħtu impuls ġdid lis-Suq Uniku[10].

(5) Is-Suq Intern huwa realtà għall-konsumaturi fil-ħajja ta' kuljum tagħhom, meta jivvjaġġaw, jixtru u jħallsu. Il-konsumaturi huma atturi ewlenin fis-Suq Intern u għalhekk għandhom ikunu fil-qofol tiegħu. Id-dimensjoni diġitali tas-Suq Intern qed isir essenzjali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozjanti. Il-konsumaturi aktar u aktar qed jagħmlu x-xiri tagħhom bl-internet u għadd dejjem jiżdied ta' negozjanti jbigħu onlajn. Il-konsumaturi u n-negozjanti għandhom iħossuhom kunfidenti li jwettqu tranżazzjonijiet f'ambjent diġitali.

(6) Il-fatt li jkunu jistgħu jfittxu soluzzjoni faċli u rħisa għat-tilwim jista' jsaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozjanti fis-suq diġitali. Madankollu, il-konsumaturi u n-negozjanti xorta għadhom jiffaċċjaw ostakoli meta jkunu qed ifittxu soluzzjonijiet extra-ġudizzjarji b'mod partikolari għat-tilwim tagħhom li jinqala' minn tranżazzjoni transkonfinali onlajn. Għalhekk, tali tilwim attwalment ta' spiss jibqa' mhux solvut.

(7) Is-soluzzjoni onlajn għat-tilwim toffri soluzzjoni extra-ġudizzjarja sempliċi u rħisa għat-tilwim li jinqala' minn tranżazzjonijiet transkonfinali onlajn. Madankollu, attwalment hemm nuqqas ta' mekkaniżmi li jippermettu lill-konsumaturi u lin-negozjanti jsolvu tali tilwim permezz ta' mezzi elettroniċi. Dan iwassal għal żvantaġġ għall-konsumaturi, jaġixxi bħala ostakolu għat-tranżazzjonijiet transkonfinali onlajn, joħloq sitwazzjoni żbilanċjata għan-negozjanti u għalhekk ifixkel l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku.

(8) Dan ir-Regolament għandu japplika għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja tat-tilwim kuntrattwali bejn il-konsumaturi u n-negozjanti li jinqala' mill-bejgħ onlajn ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi minn negozjanti bejn il-fruntieri. Ma għandux japplika għat-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti li jinqala' mill-bejgħ onlajn ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi jekk mill-inqas wieħed minnhom mhuwiex stabbilit jew ma joqgħodx fi Stat Membru tal-Unjoni meta l-konsumatur jordna tali oġġetti jew servizzi, jew jekk in-negozjant u l-konsumatur huma stabbiliti jew joqgħodu fl-istess Stat Membru.

(9) Dan ir-Regolament għandu jkun bla ħsara għad-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali[11], ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali[12], ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II)[13] u r-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I)[14].

(10) Id-definizzjoni ta' "konsumatur" għandha tkopri l-persuni fiżiċi li qed jaġixxu barra mill-kummerċ, in-negozji, is-sengħa jew il-professjoni tagħhom. Madankollu, jekk il-kuntratt jiġi konkluż għal skopijiet parzjalment ġewwa u parzjalment barra mill-kummerċ tal-persuna (kuntratti bi skop doppju) u l-iskop tal-kummerċ huwa limitat b'tali mod li ma jkunx predominanti fil-kuntest ġenerali tal-provvista, dik il-persuna għandha titqies ukoll bħala konsumatur.

(11) Id-definizzjoni ta' "bejgħ onlajn ta' oġġetti jew provvista ta' servizzi" għandha tkopri tranżazzjoni għall-bejgħ onlajn ta' oġġetti jew il-provvista ta' servizzi fejn in-negozjant, jew l-intermedjarju tan-negozjant, ikun offra oġġetti jew servizzi permezz ta' websajt jew b'mezzi elettroniċi oħrajn u l-konsumatur ikun ordna tali oġġetti jew servizzi fuq dik il-websajt jew b'mezzi elettroniċi oħrajn. Dan għandu wkoll ikopri l-każijiet fejn il-konsumatur ikun aċċessa l-websajt jew servizz ieħor ta' informazzjoni tas-soċjetà permezz ta' mezz elettroniku li jista' jinġarr bħal pereżempju telefown ċellulari.

(12) Dan ir-Regolament ma għandux japplika għat-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti li jinqala' mill-bejgħ transkonfinali ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi offlajn. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għat-tilwim bejn in-negozjanti.

(13) Dan ir-Regolament għandu jinqara flimkien mad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal in-numru ta' referenza] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-[Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal id-data tal-adozzjoni] dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)[15] li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li t-tilwim kollu bejn il-konsumaturi u n-negozjanti li joqgħodu jew li huma stabbiliti fl-Unjoni li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi jkun jista' jitressaq lil entità għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim.

(14) Dan ir-Regolament għandu l-għan li joħloq pjattaforma ta' soluzzjoni onlajn għat-tilwim ("ODR") f'livell Ewropew. Il-pjattaforma tal-ODR għandha tieħu l-għamla ta' websajt interattiv li joffri punt ta' dħul wieħed lill-konsumaturi u lin-negozjanti li qed jipprovaw isolvu tilwim b'mod extra-ġudizzjarju li jkun inqala' minn tranżazzjoni transkonfinali tal-kummerċ elettroniku. Għandha tippermetti lill-konsumaturi u lin-negozjanti jressqu ilmenti billi jimlew formola tal-ilmenti elettronika li tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea u tressaq l-ilmenti lil entità ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ("ADR") li hija kompetenti biex tindirizza t-tilwim ikkonċernat. Il-pjattaforma għandha toffri lill-entitajiet tal-ADR u lill-partijiet il-possibbiltà li l-proċedura tas-soluzzjoni għat-tilwim titmexxa permezz tal-pjattaforma.

(15) Sistema ta' ODR f'livell Ewropew għandha tibni fuq entitajiet eżistenti ta' ADR fl-Istati Membri u tirrispetta t-tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri. L-entitajiet tal-ADR li lilhom ikun tressaq ilment permezz tal-pjattaforma tal-ODR għalhekk għandhom japplikaw ir-regoli ta' proċedura tagħhom stess, inklużi r-regoli dwar l-ispiża. Madankollu, dan ir-Regolament huwa maħsub biex jistabbilixxi xi regoli komuni li jkunu applikabbli għal dawk il-proċeduri li jissalvagwardjaw l-effikaċja tagħhom. Dawn għandhom jinkludu regoli li jiżguraw li tali soluzzjoni għat-tilwim titwettaq malajr.

(16) L-iżgurar li l-entitajiet kollha tal-ADR innotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva …./…/EU [= id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi] Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal in-numru ta' referenza] ikunu konnessi elettronikament mal-pjattaforma Ewropea tal-ODR għandu jippermetti l-kopertura sħiħa fir-rimedju onlajn extra-ġudizzjarju għat-tilwim transkonfinali li jinqala' mill-bejgħ onlajn ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi.

(17) Dan ir-Regolament ma jipprojbixxix il-funzjonament ta' kwalunkwe entità eżistenti ta' soluzzjoni onlajn għat-tilwim li topera fi ħdan l-Unjoni. Ma għandux jipprojbixxi lill-entitajiet tal-ADR milli jindirizzaw tilwim transkonfinali onlajn li tressaq lilhom b'mezz ieħor li mhuwiex il-pjattaforma tal-ODR.

(18) Netwerk ta' faċilitaturi tas-soluzzjoni onlajn għat-tilwim għandu jipprovdi appoġġ għas-soluzzjoni tat-tilwim relatat ma' ilmenti li tressqu permezz tal-pjattaforma tal-ODR. Dan in-netwerk għandu jkun magħmul minn punti ta' kuntatt għall-ODR fl-Istati Membri li jospitaw faċilitaturi tas-soluzzjoni onlajn għat-tilwim.

(19) Id-dritt għal rimedju effettiv u d-dritt għal proċess ġust quddiem il-qorti huma drittijiet fundamentali garantiti fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-proċeduri ta' soluzzjoni onlajn għat-tilwim ma jistgħux jitfasslu biex jissostitwixxu l-proċeduri fil-qorti u ma għandhomx iċaħħdu lill-konsumaturi jew lin-negozjanti mid-drittijiet tagħhom biex ifittxu rimedju quddiem il-qorti. Għalhekk l-ebda parti minn dan ir-Regolament ma għandha tipprojbixxi lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt ta' aċċess tagħhom għas-sistema ġudizzjarja.

(20) L-ipproċessar tal-informazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal garanziji stretti ta' kunfidenzjalità u għandu jikkonforma mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta[16] u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta[17]. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw għall-ipproċessar tad-dejta personali mwettaq skont dan ir-Regolament mill-atturi varji tal-pjattaforma, jekk jaġixxu waħedhom jew b'mod konġunt ma' atturi oħrajn tal-pjattaforma.

(21) Is-suġġetti tad-dejta għandhom jiġu infurmati dwar l-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom fil-pjattaforma tal-ODR, u d-drittijiet tagħhom fir-rigward ta' dak l-ipproċessar, permezz ta' avviż tal-privatezza komprensiva li għandu jkun magħmul disponibbli pubblikament mill-Kummissjoni u li jispjega, b'mod ċar u sempliċi, l-operazzjonijiet tal-ipproċessar imwettqa taħt ir-responsabbiltà tal-atturi varji tal-pjattaforma, b'mod konformi mal-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata skont l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 95/46/KE.

(22) In-negozjanti għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi fuq il-websajts tagħhom dwar il-pjattaforma tal-ODR u jipprovdu link elettroniku għall-homepage tagħha. Għandhom jipprovdu wkoll tali informazzjoni meta konsumatur iressaq ilment lin-negozjant, lil sistema għall-immaniġġjar tal-ilmenti tal-konsumaturi mħaddma min-negozjant jew lil ombudsman tal-kumpanija. Dan l-obbligu għandu jkun bla ħsara għall-Artikolu 10(1)-(3) tad-Direttiva .…/…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal in-numru ta' referenza] li tikkonċerna l-għotja ta' informazzjoni lill-konsumaturi min-negozjanti dwar il-proċeduri tal-ADR li bihom huma koperti dawk in-negozjanti u dwar jekk jimpjenjawx ruħhom jew le li jużaw il-proċeduri ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim biex isolvu t-tilwim mal-konsumaturi. Barra minn hekk, dan l-obbligu għandu jkun mingħajr ħsara għall-Artikoli 6(1)(t) u 8 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumaturi[18]. L-Artikolu 6(1)(t) tad-Direttiva 2011/83/UE jistipula li għall-kuntratti tal-konsumaturi konklużi mill-bogħod jew barra l-bini, n-negozjant għandu jgħarraf lill-konsumaturi dwar il-possibbiltà li jirrikorri għal mekkaniżmu extra-ġudizzjarju tal-ilmenti u rimedji li jkun soġġett għalih in-negozjant, u l-metodi li bihom il-konsumatur ikollu aċċess għalihom, qabel ma dan tal-aħħar ikun marbut bil-kuntratt.

(23) Sabiex jiġu suplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tip ta' informazzjoni li ilmentatur għandu jipprovdi fil-formola tal-ilmenti elettronika magħmula disponibbli fuq il-pjattaforma tal-ODR. Huwa ta' importanza kbira li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż f'livell espert. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(24) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-funzjonament tal-pjattaforma tal-ODR, il-modalitajiet għat-tressiq ta' ilment u l-kooperazzjoni fi ħdan in-netwerk tal-faċilitaturi tal-ODR. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni relatati mal-formola tal-ilmenti elettronika minħabba n-natura purament teknika tagħha. Il-proċedura ta' eżami għandha tintuża għall-adozzjoni tar-regoli li jikkonċernaw il-modalitajiet ta' kooperazzjoni bejn il-faċilitaturi tal-ODR tan-netwerk ta' faċilitaturi tas-soluzzjoni onlajn għat-tilwim.

(25) Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi pjattaforma Ewropea ta' soluzzjoni onlajn għat-tilwim għal tilwim transkonfinali onlajn li huma rregolati minn regoli komuni, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar f'livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

(26) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod speċifiku l-Artikoli 7, 8, 38 u 47 tagħha,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1 Suġġett

L-iskop ta' dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern, u b'mod partikolari d-dimensjoni diġitali tiegħu, u għall-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur billi jipprovdi pjattaforma li tiffaċilita s-soluzzjoni extra-ġudizzjarja imparzjali, trasparenti, effettiva u ġusta għat-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti onlajn.

Artikolu 2 Kamp ta' Applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' tilwim kuntrattwali li jinqala' mill-bejgħ transkonfinali onlajn ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi bejn il-konsumaturi u n-negozjanti permezz tal-intervent ta' entità ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li tikkonforma mad-Direttiva [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)] u li tinvolvi l-użu ta' pjattaforma Ewropea ta' soluzzjoni onlajn għat-tilwim.

Artikolu 3 Relazzjoni ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni

Dan ir-Regolament huwa bla ħsara għad-Direttiva 2008/52/KE, ir-Regolament (KE) Nru 44/2001, ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 u r-Regolament (KE) Nru 593/2008.

Artikolu 4 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) “konsumatur” ifisser persuna fiżika li taġixxi għal għanijiet li ma għandhomx x’jaqsmu mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tiegħu;

(b) "negozjant" ifisser persuna fiżika jew persuna legali, irrispettivament minn jekk ikunx ta' pussess privat jew pubbliku, li jaġixxi, inkluż permezz ta' persuna li taġixxi f'ismu jew għalih, għal skopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tiegħu;

(c) "bejgħ onlajn ta' oġġetti jew provvista ta' servizzi" ifisser tranżazzjoni għall-bejgħ ta' oġġetti jew il-provvista ta' servizzi fejn in-negozjant, jew l-intermedjarju tan-negozjant, ikun offra oġġetti jew servizzi fuq websajt jew b'mezzi elettroniċi oħrajn u l-konsumatur ikun ordna tali oġġetti jew servizzi fuq dik il-websajt jew b'mezzi elettroniċi oħrajn.

(d) "mezzi elettroniċi" ifisser tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża l-kompressjoni diġitali) u l-ħażna tad-dejta li hija trażmessa, imwassla u rċevuta totalment bil-wajer, bir-radju, b'mezzi ottiċi jew b'mezzi elettromanjetiċi oħrajn.

Dawn li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala servizzi provduti b'mezzi elettroniċi:

– servizzi offlajn;

– servizzi li għandhom kontenut materjali anke jekk ikunu provduti b'mezzi elettroniċi bħall-magni awtomatiċi li jagħtu l-flus jew il-biljetti (karti tal-flus, biljetti tal-ferrovija), l-aċċess għan-netwerks tat-toroq, postijiet fejn jipparkjaw il-karozzi, li jieħdu l-flus għall-użu, anke jekk ikun hemm mezzi elettroniċi fid-dħul jew il-ħruġ li jikkontrollaw l-aċċess u/jew li jiżguraw li l-ħlas ikun sar tajjeb;

– servizzi li mhumiex provduti permezz ta' sistemi elettroniċi tal-ipproċessar/inventarju bħas-servizzi tat-telefonija bil-leħen, is-servizzi tat-telefaks jew it-telex, is-servizzi provduti permezz tat-telefonija bil-leħen jew il-faks; il-konsultazzjoni fuq it-telefown jew it-telefaks ma' tabib; il-konsultazzjoni fuq it-telefown jew it-telefaks ma' avukat; il-kummerċjalizzazzjoni diretta bit-telefown jew it-telefaks.

(e) "bejgħ transkonfinali onlajn ta' oġġetti jew provvista ta' servizzi" ifisser bejgħ onlajn ta' oġġetti jew provvista ta' servizzi fejn, meta l-konsumatur jordna tali oġġetti jew servizzi, il-konsumatur ikun residenti fi Stat Membru għajr l-Istat Membru fejn ikun stabbilit in-negozjant;

(f) negozjant huwa "stabbilit"

– jekk in-negozjant huwa persuna fiżika, fejn ikollu n-negozju tiegħu;

– jekk in-negozjant ikun kumpanija jew persuna legali oħra jew assoċjazzjoni ta' persuni fiżiċi jew legali, fejn ikollu s-sede statutorja, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post ewlieni tan-negozju tiegħu jew, jekk issir l-offerta tan-negozjant jew jekk l-oġġetti jew is-servizzi ordnati għandhom jiġu kkonsenjati 'l barra mill-operazzjonijiet ta' fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor, fejn tinsab dik il-fergħa, l-aġenzija jew l-istabbiliment ieħor.

(g) "proċedura ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim" (aktar 'il quddiem "il-proċedura tal-ADR") ifisser proċedura għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' tilwim permezz tal-intervent ta' entità ta' soluzzjoni għat-tilwim li tipproponi jew timponi soluzzjoni jew tiġbor il-partijiet flimkien bl-għan li tiffaċilita soluzzjoni amikevoli;

Il-proċeduri quddiem entitajiet ta' soluzzjoni għat-tilwim fejn il-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim huma impjegati esklussivament min-negozjant, il-proċeduri quddiem sistemi tal-immanniġjar tal-ilmenti tal-konsumaturi mħaddma min-negozjant, in-negozjati diretti bejn il-konsumaturi u n-negozjant, kemm jekk ikunu rappreżentati kemm jekk le, u l-isforzi li jsiru minn imħallef biex isolvu tilwim matul proċediment ġudizzjarju li jikkonċerna dak it-tilwim ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri tal-ADR;

(h) "entità tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim", (aktar 'il quddiem "l-entità tal-ADR") ifisser entità koperta mill-Artikolu 4(e) tad-Direttiva [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)] li ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) ta' dik id-Direttiva;

(i) "persuna li tressaq ilment" ifisser il-konsumatur jew in-negozjant li ressaq ilment lill-pjattaforma Ewropea ta' soluzzjoni onlajn għat-tilwim;

(j) "persuna li twieġeb" ifisser il-konsumatur jew in-negozjant li tressaq ilment kontrih permezz tal-pjattaforma Ewropea ta' soluzzjoni onlajn għat-tilwim;

(k) "dejta personali" ifisser kull informazzjoni li jkollha x’taqsam ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli ("is-suġġett tad-dejta"); persuna identifikabbli hija waħda li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, partikolarment b’referenza għal numru ta’ identità jew għal fattur wieħed speċifiku jew aktar dwar l-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tagħha.

KAPITOLU II Pjattaforma Ewropea ta' soluzzjoni onlajn għat-tilwim

Artikolu 5 Stabbiliment tal-pjattaforma Ewropea ta' soluzzjoni onlajn għat-tilwim

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma Ewropea ta' soluzzjoni onlajn għat-tilwim (aktar 'il quddiem "il-pjattaforma tal-ODR").

2. Il-pjattaforma tal-ODR għandha tkun websajt interattiv li jkun aċċessibbli elettronikament u bla ħlas bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Il-pjattaforma tal-ODR għandha tkun punt uniku ta' dħul għall-konsumaturi u n-negozjanti li jkunu qed ifittxu soluzzjoni extra-ġudizzjarja għat-tilwim li huwa kopert minn dan ir-Regolament.

3. Il-pjattaforma tal-ODR għandu jkollha l-funzjonijiet li ġejjin:

(a) tipprovdi formola tal-ilmenti elettronika li tista' timtela mill-persuna li tressaq ilment;

(b) tipproponi, fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fil-formola tal-ilmenti elettronika, entità kompetenti tal-ADR waħda jew aktar lill-partijiet u tipprovdi informazzjoni dwar il-miżati tagħhom, jekk japplika, il-lingwa jew il-lingwi li bihom se titmexxa l-proċedura, it-tul approssimattiv tal-proċeduri jew tinforma lill-persuna li tressaq l-ilment li fuq il-bażi tal-informazzjoni mressqa, ma setgħet tiġi identifikata l-ebda entità tal-ADR kompetenti;

(c) tirreferi l-ilmenti lill-entità tal-ADR li l-partijiet ikunu qablu li jużaw;

(d) tippermetti lill-partijiet u lill-entità tal-ADR imexxu l-proċedura ta' soluzzjoni għat-tilwim onlajn;

(e) tipprovdi formola elettronika li permezz tagħha l-entitajiet tal-ADR għandhom jittrażmettu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(c);

(f) tipprovdi sistema ta' reazzjoni li tippermetti lill-partijiet jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-funzjonament tal-pjattaforma tal-ODR u dwar l-entità tal-ADR li tkun immaniġġjat it-tilwim tagħhom.

(g) tippubblika informazzjoni dwar l-entitajiet tal-ADR innotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)] li jindirizzaw it-tilwim kopert minn dan ir-Regolament;

(h) tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim bħala mezz ta' soluzzjoni extra-ġudizzjarja għat-tilwim;

(i) tagħmel aċċessibbli l-istatistiċi dwar ir-riżultat tat-tilwim immaniġġjati mill-entitajiet tal-ADR li lilhom ġew tranżmessi l-ilmenti permezz tal-pjattaforma tal-ODR.

4. L-entitajiet ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li ġew notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)] u li skont l-elementi meħtieġa biex tiġi stabbilita l-kompetenza tagħhom, kif notifikat skont l-Artikolu 16(1)(g) tad-…./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)], li, fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fil-formola tal-ilmenti elettronika msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3, huma kompetenti biex jindirizzaw it-tilwim koperti minn dan ir-Regolament, għandhom jirreġistraw b'mod elettroniku mal-pjattaforma tal-ODR.

5. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-pjattaforma tal-ODR fir-rigward tal-iżvilupp, it-tħaddim, iż-żamma tagħha u fir-rigward tas-sigurtà tad-dejta.

6. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dwar il-modalitajiet għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet previsti fil-paragrafu 3 permezz tal-atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(3).

Artikolu 6 Netwerk ta' faċilitaturi tas-soluzzjoni onlajn għat-tilwim

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt tal-ODR wieħed u jikkomunika ismu u d-dettalji ta' kuntatt tiegħu lill-Kummissjoni. L-Istati Membri jistgħu jagħtu r-responsabbiltà għall-punti ta' kuntatt tal-ODR liċ-ċentri tagħhom tan-netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur, lill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jew lil kwalunkwe korp ieħor. Kull punt ta' kuntatt tal-ODR għandu jospita mill-inqas żewġ faċilitaturi tas-soluzzjoni onlajn għat-tilwim (aktar 'il quddiem "il-faċilitaturi tal-ODR").

2. Il-faċilitaturi tal-ODR għandhom jipprovdu appoġġ għas-soluzzjoni tat-tilwim relatat ma' ilmenti mressqa permezz tal-pjattaforma billi jissodisfaw il-funzjonijiet li ġejjin:

(a) jekk meħtieġ, jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn il-partijiet u l-entità tal-ADR kompetenti;

(b) jinformaw lill-konsumaturi dwar mezzi oħra ta' rimedju meta tilwim ma jkunx jista' jiġi solvut permezz tal-pjattaforma, pereżempju meta n-negozjant ma jaqbilx mal-użu tal-ADR;

(c) iressqu, fuq il-bażi tal-esperjenza prattika miksuba mill-prestazzjoni tal-funzjonijiet tagħhom, rapport tal-attività annwali lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri;

(d) jinfurmaw lill-partijiet dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-proċeduri applikati mill-entitajiet tal-ADR proposti:

3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi netwerk ta' faċilitaturi tas-soluzzjoni onlajn għat-tilwim (aktar 'il quddiem "in-netwerk ta' faċilitaturi tal-ODR") li tippermetti l-kooperazzjoni bejn il-faċilitaturi tal-ODR u tikkontribwixxi għall-prestazzjoni tal-funzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

4. Il-Kummissjoni għandha mill-inqas darba fis-sena torganizza laqgħa tal-membri tan-netwerk tal-faċilitaturi tal-ODR sabiex tippermetti li jkun hemm skambju tal-aħjar prattika, u diskussjoni ta' kwalunkwe problema rikorrenti li tkun inqalgħet fit-tħaddim tal-pjattaforma tal-ODR.

5. Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dwar il-modalitajiet tal-kooperazzjoni bejn il-faċilitaturi tal-ODR permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(3).

Artikolu 7 Tressiq ta' ilment

1. Sabiex jitressaq ilment lill-pjattaforma tal-ODR il-persuna li tressaq l-ilment għandha timla l-formola tal-ilmenti elettronika li għandha tkun disponibbli fuq il-websajt tal-pjattaforma. Mal-formola elettronika l-persuna li tressaq l-ilment tista' tehmeż kwalunkwe dokumenti fil-forma elettronika biex tappoġġa l-ilment tagħha.

2. L-informazzjoni li għandha tiġi mressqa mill-persuna li tressaq ilment għandha tkun biżżejjed biex tiġi determinata l-entità tal-ADR kompetenti. Din l-informazzjoni hija deskritta fl-Anness.

3. Il-pjattaforma tal-ODR għandha tipprovdi lill-partijiet informazzjoni dwar l-entità jew entitajiet tal-ADR identifikati mill-pjattaforma tal-ODR bħala kompetenti; jekk ikun hemm aktar minn għażla waħda, il-faċilitaturi tal-ODR tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu lill-partijiet id-dettalji tal-entitajiet varji identifikati bħala kompetenti u jagħtuhom pariri dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-proċeduri applikati minn kull waħda minn dawn l-entitajiet sabiex il-partijiet ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata.

4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 sabiex taddatta l-informazzjoni elenkata fl-Anness, filwaqt li tqis il-kriterji li bihom l-entitajiet tal-ADR notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)] li jindirizzaw it-tilwim kopert minn dan ir-Regolament jiddefinixxu l-kampijiet ta' applikazzjoni rispettivi tagħhom.

5. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-modalitajiet tal-formola tal-ilmenti elettronika permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

6. Id-dejta li hija preċiża, rilevanti u mhux eċċessiva meta titqabbel mal-iskopijiet li għalihom tinġabar biss għandha tiġi pproċessata permezz tal-formola tal-ilmenti elettronika u d-dokumenti mehmuża magħha.

Artikolu 8 Ipproċessar u trażmissjoni ta' ilment

1. Ilment imressaq lill-pjattaforma għandu jiġi pproċessat jekk il-formola tal-ilmenti tkun mimlija kompletament.

2. Meta tasal il-formola tal-ilmenti mimlija kompletament, il-pjattaforma tal-ODR għandha tikkomunika lill-persuna li qed tressaq l-ilment, bil-lingwa tal-ilmentat, u tibgħat permezz tal-posta elettronika lill-persuna li twieġeb, bil-lingwa tal-kuntratt, l-informazzjoni li ġejja permezz tal-posta elettronika:

(a) l-informazzjoni li l-partijiet għandhom jaqblu fuq entità tal-ADR kompetenti waħda sabiex l-ilment ikun jista' jitressaq lilha;

(b) l-informazzjoni li jekk il-partijiet ma jaqblux fuq entità tal-ADR kompetenti jew jekk ma tiġi identifikata l-ebda entità tal-ADR kompetenti, l-ilment ma jiġix ipproċessat aktar;

(c) lista tal-entitajiet tal-ADR kompetenti kollha, jekk jiġu identifikati xi wħud;

(d) l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-punt ta' kuntatt tal-ODR fil-post fejn joqgħod il-konsumatur u fil-post fejn huwa stabbilit in-negozjant, kif ukoll deskrizzjoni qasira tal-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2)(a), (b) u (d);

(e) stedina lill-konsumatur biex jagħżel entità tal-ADR waħda jew aktar mill-lista provduta, filwaqt li jiġi speċifikat li ma hemm l-ebda obbligu għall-konsumatur li jagħmel tali għażla;

(f) stedina lin-negozjant biex jagħżel entità tal-ADR waħda jew aktar mill-lista provduta, jekk l-ebda waħda minn dawk l-entitajiet ma tikkorrispondi ma' entità li n-negozjant ikun impenja ruħu li juża skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)];

(g) l-informazzjoni li jekk il-konsumatur jagħżel entità tal-ADR li n-negozjant ikun impenja ruħu li juża skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)], il-pjattaforma għandha titrażmetti awtomatikament l-ilment lill-dik l-entità tal-ADR.

3. Il-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi deskrizzjoni tal-karatteristiċi li ġejjin ta' kull entità:

(a) il-miżati tagħhom, jekk japplika;

(b) il-lingwa jew il-lingwi li bihom se titmexxa l-proċedura;

(c) it-tul approssimattiv tal-proċedura;

(d) il-ħtieġa tal-preżenza fiżika tal-partijiet jew tar-rappreżentanti tagħhom, jekk japplika;

(e) in-natura li torbot jew li ma torbotx tar-riżultat tal-proċedura.

4. Jekk il-partijiet ma jweġbux lill-pjattaforma jew ma jaqblux fuq entità tal-ADR kompetenti, l-ilment ma jiġix ipproċessat aktar. Il-konsumatur għandu jiġi infurmat bil-possibbiltà li jikkuntattja faċilitatur tal-ODR għal informazzjoni dwar mezzi oħra għat-tfittxija ta' rimedju.

5. Meta l-għażla tal-konsumatur tikkorrispondi għal entità tal-ADR li n-negozjant ikun impenja ruħu li juża skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)], jew jekk il-partijiet jagħżlu l-istess entità tal-ADR fit-tweġibiet tagħhom, il-pjattaforma għandha titrażmetti awtomatikament l-ilment lil dik l-entità tal-ADR.

6. Jekk il-partijiet jaqblu fuq aktar minn entità tal-ADR waħda, il-konsumatur għandu jiġi mitlub jagħżel waħda mill-entitajiet tal-ADR li jkunu qablu fuqha. Il-pjattaforma għandha tibgħat awtomatikament l-ilment lil dik l-entità tal-ADR.

Artikolu 9 Soluzzjoni tat-tilwim

L-entitajiet tal-ADR li lilhom ġie trażmess ilment skont l-Artikolu 8 għandhom:

(a) mingħajr dewmien jinnotifikaw il-partijiet tat-tilwim u jinfurmawhom dwar ir-regoli ta' proċedura tagħhom u dwar il-ħlas applikabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim ikkonċernat;

(b) jekk, wara n-notifika tat-tilwim lill-partijiet, il-partijiet jaqblu li jibdew il-proċedimenti quddiem l-entità, jiksbu l-konklużjoni tal-proċedura tas-soluzzjoni għat-tilwim fi żmien 30 jum minn meta jkunu bdew il-proċedimenti. Fil-każ ta' tilwim kumpless, l-entità tal-ADR tista' testendi dan il-limitu ta' żmien;

(c) mingħajr dewmien jibagħtu l-informazzjoni li ġejja lill-pjattaforma tal-ODR:

(i)      id-data li fiha wasal it-tilwim u s-suġġett tiegħu;

(ii)      id-data tan-notifika tat-tilwim lill-partijiet;

(iii)     id-data tal-konklużjoni u r-riżultat tal-proċedura.

Artikolu 10 Bażi ta' dejta

Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tistabbilixxi u żżomm bażi ta' dejta elettronika li fiha żżomm l-informazzjoni pproċessata skont l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 9(c).

Artikolu 11 Ipproċessar ta' dejta personali

1. L-aċċess għall-informazzjoni, inkluża d-dejta personali, relatata ma' tilwim u miżmuma fil-bażi ta' dejta msemmija fl-Artikolu 10, għandu jingħata għall-iskopijiet imsemmijin fl-Artikolu 9, lill-entità tal-ADR li lilha ġie trażmess it-tilwim skont l-Artikolu 8 biss. L-aċċess għall-istess informazzjoni għandu jingħata wkoll lill-faċilitaturi tal-ODR għall-iskopijiet imsemmijin fl-Artikolu 6(3).

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni pproċessata skont l-Artikolu 9 sabiex timmonitorja l-użu u l-funzjonament tal-pjattaforma tal-ODR u tfassal ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 17. Hija għandha tipproċessa d-dejta personali tal-utenti tal-pjattaforma sa fejn ikun meħtieġ għat-tħaddim u ż-żamma tal-pjattaforma, inkluż għall-monitoraġġ tal-użu tal-pjattaforma mill-entitajiet tal-ADR u l-faċilitaturi tal-ODR.

3. Id-dejta personali relatata ma' tilwim għandha tinżamm fil-bażi ta' dejta msemmija fil-paragrafu 1 biss għaż-żmien meħtieġ biex jinkisbu l-iskopijiet li għalihom inġabret u sabiex jiġi żgurat li s-suġġetti tad-dejta jkunu jistgħu jaċċessaw id-dejta personali tagħhom sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, u għandha titħassar awtomatikament, l-aktar tard, sitt xhur wara d-data tal-konklużjoni tat-tilwim li ntbagħat lill-pjattaforma tal-ODR skont l-Artikolu 9(c)(iii). Il-perjodu ta' żamma msemmi hawn fuq għandu wkoll japplika għad-dejta personali li tinżamm fil-fajls nazzjonali mill-entità tal-ADR jew il-faċilitatur tal-ODR li ħa ħsieb it-tilwim ikkonċernat, għajr jekk ir-regoli ta' proċedura applikati mill-entità tal-ADR jew kwalunkwe dispożizzjoni speċifika tal-liġi nazzjonali tipprevedi żmien itwal.

4. Kull faċilitatur tal-ODR u kull entità tal-ADR għandhom jitqiesu bħala kontrollur, skont l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46/KE, fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom stess tal-ipproċessar tad-dejta skont dan ir-Regolament u għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li dawn l-attivitajiet jikkonformaw mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata skont id-Direttiva 95/46/KE. Fir-rigward tar-responsabbiltajiet skont dan ir-Regolament u l-ipproċessar tad-dejta personali involuta fihom, il-Kummissjoni għandha titqies bħala kontrollur skont l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 12 Kunfidenzjalità u sigurtà tad-dejta

1. Il-faċilitaturi tal-ODR u l-entitajiet tal-ADR għandhom ikunu soġġetti għar-regoli tas-segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħra ta' kunfidenzjalità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

2. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex tiżgura s-sigurtà tal-informazzjoni pproċessata skont dan ir-Regolament, inkluż kontroll xieraq tal-aċċess għad-dejta, pjan ta' sigurtà u ġestjoni tal-inċidenti tas-sigurtà, skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 13 Informazzjoni għall-konsumatur

1. In-negozjanti stabbiliti fi ħdan l-Unjoni li jagħmlu bejgħ transkonfinali onlajn ta' oġġetti jew provvista ta' servizzi għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi dwar il-pjattaforma tal-ODR u dwar l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli faċilment, direttament, prominentement u permanentement fuq il-websajt tan-negozjanti u, jekk l-offerta ssir permezz tal-posta elettronika jew permezz ta' messaġġ bit-test ieħor trażmess b'mezzi elettroniċi, f'dak il-messaġġ. Għandha tinkludi link elettroniku għall-homepage tal-pjattaforma tal-ODR. In-negozjanti għandhom ukoll jinfurmaw lill-konsumaturi dwar il-pjattaforma tal-ODR meta l-konsumatur iressaq ilment lin-negozjant, lil sistema għall-immaniġġjar tal-ilmenti tal-konsumaturi mħaddma min-negozjant jew lil ombudsman tal-kumpanija.

2. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 1 huma bla ħsara għad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 10 tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)] li jikkonċernaw l-informazzjoni tal-konsumaturi min-negozjanti dwar il-proċeduri tal-ADR li bihom dawk in-negozjanti huma koperti u dwar jekk in-negozjanti jimpenjawx ruħhom jew le li jużaw proċedura ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim biex isolvu t-tilwim mal-konsumaturi.

3. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 1 huma bla ħsara għad-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2011/83/UE dwar l-informazzjoni għall-konsumatur għall-kuntratti magħmula mill-bogħod u barra l-bini.

Artikolu 14 Monitoraġġ

Il-konformità tal-entitajiet tal-ADR mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament għandha tiġi mmonitorjata mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu ġew stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)].

KAPITOLU III Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 15 Atti ta' implimentazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Meta għandha tinkiseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta' żmien għall-ħruġ tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat jitolbu hekk.

Artikolu 16 Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7(4) għandha tingħata għal perjodu ta' żmien indeterminat mill-[Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal l-istess data bħal dik fl-Artikolu 18(1) = id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 7(4) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 7(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa l-ebda oġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak iż-żmien, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 17 Rapporti

Kull tliet snin u għall-ewwel darba mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, bi proposti għall-adattament ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 18 Dħul fis-seħħ

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2. Ir-Regolament għandu japplika minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal id-data = 6 xhur wara ż-żmien ta' skadenza tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi kif għandha tiddaħħal f'dik id-Direttiva skont l-Artikolu 22(1) ta' dik id-Direttiva], għajr l-Artikolu 5(1), (4), (5) u (6), l-Artikolu 6(1), (2) u (6), l-Artikolu 7(4) u (5), l-Artikolu 10, l-Artikolu 15 u l-Artikolu 16 li għandhom japplikaw mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS

Informazzjoni li għandha tiġi provduta meta timtela l-formola tal-ilmenti elettronika

(1) Isem, indirizz u, jekk japplika, l-indirizz elettroniku u l-indirizz tal-websajt tal-persuna li qed tressaq l-ilment;

(2) Jekk il-persuna li tressaq l-ilmenti hijiex konsumatur jew negozjant;

(3) Isem, indirizz u, jekk japplika, l-indirizz elettroniku u l-indirizz tal-websajt tal-persuna li twieġeb;

(4) Jekk il-persuna li twieġeb hijiex konsumatur jew negozjant;

(5) Tip ta' oġġetti jew servizzi li l-bejgħ jew il-provvista tagħhom huma s-suġġett tal-ilment;

(6) Ir-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat l-ilment;

(7) Il-post fejn joqgħod il-konsumatur fiż-żmien meta ġew ordnati l-oġġetti jew is-servizzi;

(8) Il-metodu ta' komunikazzjoni li bih ġew offruti l-oġġetti jew is-servizzi u l-metodu ta' komunikazzjoni li bih saret l-ordni;

(9) Jekk japplika, meta saret l-offerta tan-negozjant jew meta ġew konsenjati jew suppost ġew konsenjati l-oġġetti jew is-servizzi mill-operazzjonijiet ta' fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor, il-post fejn tinsab dik il-fergħa, l-aġenzija jew l-istabbiliment ieħor;

(10) Il-lingwa tal-kuntratt;

(11) L-entitajiet tal-ADR li n-negozjant ikun impenja ruħu li juża skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)] jekk ikunu magħrufa.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titlu tal-proposta/inizjattiva

Regolament dwar is-soluzzjoni onljan għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi. L-impatt baġitarju se jiġi indirizzat permezz tal-iskjerament mill-ġdid għas-snin 2012 u 2013. L-azzjoni hija parti mill-programm tal-Konsumaturi tal-2020 għall-perjodu mill-2014 sal-2020.

1.2.        Qasam(oqsma) tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[19]

Konsumaturi

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

√ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni ta' tħejjija[20]

¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta' azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.        Għanijiet

1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Fl-intestatura 1a "Il-Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi", il-proposta għandha l-għan li toħloq sistema ta' Soluzzjoni Onlajn għat-Tilwim madwar l-UE kollha għat-tilwim transkonfinali onlajn bejn il-konsumaturi u n-negozjanti.

1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernata(i)

Għan speċifiku Nru..

Ħolqien ta' sistema informatika ta' Soluzzjoni Onlajn għat-Tilwim madwar l-UE kollha għat-tilwim transkonfinali onlajn bejn il-konsumaturi u n-negozjanti.

Attività(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernata(i)

Konsumaturi

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-konsumaturi u n-negozji madwar l-Ewropa se jkollhom mezzi sempliċi, rapidi u irħas biex isolvu t-tilwim li jinqala' wara tranżazzjoni transkonfinali onlajn. Il-konsumaturi se jkunu jistgħu jfittxu rimedju u jiġu kkumpensati, filwaqt li n-negozji jżommu r-reputazzjoni tan-negozji tagħhom u jevitaw spejjeż ta' litiġju għoljin.

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

– L-entitajiet kollha tal-ADR għandhom ikunu konnessi mal-pjattaforma tal-ODR u jużawha meta l-pjattaforma tal-ODR issir operattiva fil-bidu tal-2015.

– Żieda ta' 20 % fl-għadd ta' konsumaturi li huma lesti jixtru onlajn minn Stat Membru ieħor fl-2020

– Żieda ta' 10 % fl-għadd ta' negozjanti li huma lesti jbigħu onlajn fi Stat Membru ieħor fl-2020.

1.5.        Raġunijiet tal-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li għandu/għandhom jiġi(u) ssodisfat(i) fi żmien qasir jew twil

L-Artikoli 114 u 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Il-konsumaturi u n-negozji se jkollhom mod sempliċi, rapidu u irħis biex isolvu t-tilwim tagħhom fuq tranżazzjonijiet transkonfinali onlajn bl-użu ta' mezzi ta' soluzzjoni tat-tilwim onlajn extra-ġudizzjarji.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

In-nuqqas ta' mezzi effiċjenti għas-soluzzjoni ta' tilwim jaffettwa l-fiduċja tal-konsumaturi fix-xiri transkonfinali. Kemm in-negozji kif ukoll il-konsumaturi jiddikjaraw b'mod ċar li t-tħassib dwar il-problemi potenzjali fis-sejba ta' rimedju fi Stat Membru ieħor jiskoraġġihom milli jbigħu u jixtru bejn il-fruntieri u għalhekk milli jiksbu bis-sħiħ il-benefiċċji potenzjali tas-Suq Intern. Din is-sitwazzjoni tindika li għandha tingħata attenzjoni partikolari fuq it-tkabbir tal-fiduċja tal-konsumaturi fis-Suq Intern u fuq l-iżgurar ta' sitwazzjoni bilanċjata għan-negozji fl-Istati Membri kollha.

Minkejja l-livell baxx ta' tranżazzjonijiet transkonfinali tal-kummerċ elettroniku bħalissa, hemm tendenza li dejjem qed tiżdied tas-suq diġitali bl-imnut fl-Istati Membri. Għalhekk, l-iżgurar ta' mezzi sempliċi, irħas u effettivi ta' rimedju extra-ġudizzjarju huwa ħafna aktar importanti għall-konsumaturi u n-negozjanti sabiex jagħmlu tranżazzjonijiet transkonfinali onlajn. Kull azzjoni f'livell tal-Istati Membri mhux se twassal għall-istabbiliment ta' soluzzjoni onlajn għat-tilwim madwar l-UE kollha li, kif indikat fl-Aġenda Diġitali, hija għodda essenzjali għall-promozzjoni tal-kummerċ elettroniku.

L-għanijiet li jridu jintlaħqu jistgħu jinkisbu aħjar permezz ta' miżuri fuq livell tal-UE minħabba l-effetti u l-iskala tagħha. Vantaġġ ċar fl-iżvilupp tal-ODR f'livell tal-UE huwa t-trattament effettiv u xieraq tat-tilwim tal-konsumaturi marbuta ma' tranżazzjonijiet transkonfinali onlajn.

Il-konsumaturi se jkollhom mod rapidu, irħis u sempliċi għad-disponibbiltà tagħhom biex isolvu t-tilwim tagħhom man-negozjanti jkun xi jkun is-settur tas-suq u l-ammont ikkonċernat. Parti kbira ta' konsumaturi ma għandhomx fiduċja sħiħa fis-Suq Intern Diġitali, minkejja l-bosta benefiċċji li joffri, bħal pereżempju l-aċċess għal għażla akbar ta' prodotti u servizzi; f'madwar nofs l-Istati Membri aktar minn nofs il-prodotti imfittxa fuq l-internet setgħu biss jinsabu onlajn f'pajjiż ieħor. Fl-aħħar nett, ODR aktar effettiva fis-Suq Intern se tnaqqas id-detriment tal-konsumaturi (li issa jirrappreżenta 0,02 % tal-PDG tal-UE) u tippermetti lill-konsumaturi jiffrankaw b'mod sinifikanti fit-tranżazzjonijiet onlajn u l-flus li jiffrankaw jistgħu jintużaw għax-xiri ta' oġġetti u servizzi oħra fis-Suq Intern. Barra minn hekk, in-negozjanti se jkollhom l-istess possibbiltajiet biex jindirizzaw it-tilwim tal-konsumaturi madwar l-UE kollha, u għalhekk tiġi żgurata sitwazzjoni bilanċjata.

L-azzjonijiet unilaterali fil-livell tal-Istati Membri ma jistgħux jipprovdu b'mod suffiċjenti l-benefiċċji msemmijin hawn fuq lill-konsumaturi u lin-negozjanti. Bil-kontra, l-isforzi mhux koordinati tal-Istati Membri x'aktarx jirriżultaw fi trattament mhux ugwali għall-konsumaturi u n-negozjanti fis-Suq Intern u joħolqu livelli diverġenti ta' rimedju għall-konsumaturi fl-UE. L-azzjoni fuq livell tal-UE f'dan il-qasam hija appoġġata mill-maġġoranza l-kbira tal-partijiet interessati.

It-tisħiħ tal-fiduċja tal-atturi tas-suq, tan-negozji u taċ-ċittadini, huwa essenzjali għat-titjib tal-kompetittività tal-Ewropa. Suq Uniku li jiffunzjona sew li jinkludi 500 miljun konsumatur, li n-nefqa tagħhom tirrappreżenta 56 % tal-PDG tal-UE, u aktar minn 21 miljun negozju, huwa l-bażi għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, konformi mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020.

1.5.3.     Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat

Bħalissa ma hemm l-ebda sistema informatika fuq livell tal-UE li tindirizza s-soluzzjoni onlajn għat-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti fir-rigward tat-tranżazzjonijiet transkonfinali onlajn. Madankollu, għadd ta' għodod informatiċi li jippermettu li atturi varji jkunu konnessi madwar l-Istati Membri kollha diġà huma stabbiliti. L-għodda informatika l-ġdida se tkun ibbażata l-aktar fuq dawn l-għodod. Dawk l-aktar rilevanti huma l-għodda IMI IT, l-għodda ECC IT u l-għodda SOLVIT IT.

1.5.4.     Koerenza u sinerġija possibbli ma' għodod rilevanti oħra

Ir-Regolament dwar l-ODR huwa bbażat fuq il-proposta għal Direttiva dwar is-soluzzjoni għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi).

1.6.        Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

√ Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien limitat

– √   Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-2012 sal-2020.

– √ Impatt finanzjarjau mill-2012 sal-2020.

Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien mhux limitat

– Implimentazzjoni b'perjodu ta' bidu mill-2012 sal-2014,

– u warajh tħaddim fuq skala sħiħa.

1.7.        Mod(i) ta' ġestjoni maħsub(a)[21]

√ Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

¨ Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delega tal-kompiti ta' implimentazzjoni lil:

– ¨  l-aġenziji eżekuttivi

– ¨  il-korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[22]

– ¨  il-korpi tas-settur pubbliku nazzjonali/il-korpi b'missjoni ta' servizz pubbliku

– ¨  il-persuni li ngħataw il-kompitu li jieħdu ħsieb l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma' pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (għandhom jiġu speċifikati)

Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta' ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

L-ebda kumment.

2.           MIŻURI TA' ĠESTJONI

2.1.        Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtaġġ

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet

Kull tliet snin u għall-ewwel darba mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, bi proposti għall-adattament ta' dan ir-Regolament.

2.2.        Sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll

2.2.1.     Riskju(i) identifikat(i)

L-implimentazzjoni tal-baġit tkopri studju tal-probabbiltà u l-iżvilupp ta' pjattaforma informatika għall-ODR. Ir-riskji ewlenin huma dawn li ġejjin:

Id-"Direttiva dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)" hija l-bażi għar-Regolament tal-ODR, billi l-pjattaforma tal-ODR se tinkludi s-sistemi nazzjonali ta' Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim li se jiġu notifikati skont id-Direttiva. Għalhekk, traspożizzjoni mhux kompluta jew kompluta tard tad-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi taffettwa l-funzjonament effettiv tas-sistema tal-UE ta' Soluzzjoni Onljan għat-Tilwim.

Anke jekk il-Kummissjoni tmexxi għadd ta' għodod informatiċi, il-pjattaforma tal-ODR se tkun waħda mill-għodod bl-akbar numru ta' atturi konnessi u b'applikazzjonijiet li jippermettu approċċ magħmul apposta għall-ħtiġijiet tal-atturi tagħha. Id-diffikultajiet tekniċi li jdewmu l-iżvilupp tal-pjattaforma huma riskju possibbli.

2.2.2.     Metodu(i) ta' kontroll maħsub(a)

Il-baġit se jiġi implimentat permezz tal-ġestjoni diretta ċentralizzata.

Il-Kummissjoni se timmonitorja l-analiżi, l-ipprogrammar u l-fażi tal-ittestjar tal-iżvilupp tal-għodda informatika. L-Unità responsabbli għas-Sistemi ta' Informazzjoni fid-DĠ SANCO għandha esperjenza kbira fl-immaniġġjar tal-għodod informatiċi (pereżempju l-għodda ECC, CPCS, RAPEX), li wħud minnhom għandhom similaritajiet mal-pjattaforma tal-ODR (l-għodda ECC). L-esperjenza tal-passat se tippermetti r-reazzjoni effettiva u fil-ħin għall-problemi li possibbilment jinqalgħu. Barra minn hekk, l-istudju tal-probabbiltà li se jitwettaq fl-2012 se jgħin fl-identifikazzjoni tar-riskji possibbli u d-diffikultajiet tekniċi, u b'hekk jippermetti l-iżvilupp bla ostakoli tal-pjattaforma tal-ODR. Id-DIGIT u d-DGT se jiġu kkonsultati wkoll għal ċerti aspetti tekniċi (pereżempju l-magna tat-traduzzjoni awtomatika).

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-prevenzjoni eżistenti jew maħsuba u l-miżuri ta' protezzjoni.

Barra mill-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta' kontroll regolatorji kollha, id-DĠ SANCO se joħloq strateġija kontra l-frodi b'konformità mal-istrateġija ġdida kontra l-frodi tal-Kummissjoni (CAFS) li ġiet adottata fl-24 ta' Ġunju 2011 sabiex tiżgura inter alia li l-kontrolli interni kontra l-frodi jikkonformaw bis-sħiħ mal-CASF u li l-approċċ tal-ġestjoni tar-riskji tal-frodi tiegħu jkun jista' jidentifika l-oqsma fejn ikun hemm riskju ta' frodi u reazzjonijiet xierqa.

Il-Kummissjoni tirrispetta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju biex tmexxi l-akkwist pubbliku tal-hardware u s-software informatiċi u s-servizzi relatati; għall-kuntratti kollha ffirmati japplikaw id-dispożizzjonijiet relatati mal-awditjar u l-verifiki mill-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF.

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata

· Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi u l-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribut

Għadd [Deskrizzjoni………………………...……….] || Diff./mhux diff ([23]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[24] || mill-pajjiżi kandidati[25] || mill-pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

1A || 17.020200 || Diff. || IVA || LE || LE || LE

· Linji baġitarji ġodda mitluba: Mhux Aplikabbli

Fl-ordni tal-intestaturi u l-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribut

Għadd [Intestatura……………………………………..] || Diff./mhux diff || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || mill-pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| [XX.YY.YY.YY] || || IVA/ LE || IVA/ LE || IVA/ LE || IVA/ LE

3.2.        Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.     Taqsira tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru 3 || Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

DĠ: Saħħa u Konsumaturi || || || Sena 2012 || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || || || ||

Numru tal-linja baġitarja: 17.020200 || Impenji || (1) || 0,150 || 1,000 || 1,000 || 0,300 || 0,300 || 0,300 || 0,300 || 0,300 || 0,300 || 3,95

Ħlasijiet || (2) || 0,150 || 1,000 || 1,000 || 0,300 || 0,300 || 0,300 || 0,300 || 0,300 || 0,300 || 3,95

Numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1a) || || || || || || || || || ||

Ħlasijiet || (2a) || || || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[26] || || || || || || || || || ||

Numru tal-linja baġitarja || || (3) || || || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet TOTALI għad-DĠ Saħħa u Konsumaturi || Impenji || =1+1a +3 || 0,150 || 1,000 || 1,000 || 0,300 || 0,300 || 0,300 || 0,300 || 0,300 || 0,300 || 3,95

Ħlasijiet || =2+2a +3 || 0,150 || 1,000 || 1,000 || 0,300 || 0,300 || 0,300 || 0,300 || 0,300 || 0,300 || 3,95

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi TOTALI || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Ħlasijiet || (5) || || || || || || || ||

Ÿ Approprjazzjonijiet TOTALI ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet TOTALI tal-INTESTATURA <….> tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 0,150 || 1,0 || 1,0 || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 3,95

Ħlasijiet || =5+ 6 || 0,150 || 1,0 || 1,0 || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 0,3 || 3,95

Jekk aktar minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta/inizjattiva: Mhux aplikabbli

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi TOTALI || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Ħlasijiet || (5) || || || || || || || ||

Ÿ Approprjazzjonijiet TOTALI ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet TOTALI tal-INTESTATURI minn 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

Ħlasijiet || =5+ 6 || || || || || || || ||

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || "Nefqa amministrattiva"

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

|| || || Sena 2012 || Sena 2013 || || || || TOTAL

DĠ: <Saħħa u Konsumaturi> ||

Ÿ Riżorsi umani || 0,318 || 0,318 || || || || || || 0,636

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || ||

TOTAL għad-DĠ <Saħħa u Konsumaturi.> || Approprjazzjonijiet || 0,318 || 0,318 || || || || || || 0,636

Approprjazzjonijiet TOTALI tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Impenji totali = ħlasijiet totali) || || || || || || || || 0,636

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

|| Sena 2012 || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI tal-INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 4,586 || 4,586 || 4,586 || 4,586 || 4,586 || 4,586 || 4,586 || 4,586 || 4,586 || 4,586

Ħlasijiet || 4,586 || 4,586 || 4,586 || 4,586 || 4,586 || 4,586 || 4,586 || 4,586 || 4,586 || 4,586

|| || || || || || || || || || ||

3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi

– √   Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet tal-impenji f'EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati || || || Sena 2012 || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

RIŻULTATI

|| Tip ta' riżultat || Spiża medja tar-riżultat || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd totali ta' riżultati || Spiża totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat Pjattaforma informatika || || || 1 || || || 1,0 || || 1,0 || || || || || || || || || || || || || 1 || 2,0

- Riżultat Żamma tal-pjattaforma informatika || || || 1 || || || || || || || 0,3 || || 0,3 || || 0,3 || || 0.3 || || 0,3 || || 0,3 || 1 || 1,8

- Riżultat Studju tal-probabbiltà || || || 1 || 0,150 || || || || || || || || || || || || || || || || || 1 || 0,150

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

SPIŻA TOTALI || || 0,150 || || 1,0 || || 1,0 || || 0,3 || || 0,3 || || 0,3 || 0,3 || || 0,3 || || 0,3 || || 3,95

3.2.3.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

3.2.3.1.  Taqsira

– √   Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet amministrattivi

– √ Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta' approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

|| Sena 2012 || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 0,318 || 0,318 || || || || || || || || 0,636

Nefqa amministrattiva oħra || || 0, 030 || 0,020 || 0,030 || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,130

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || 0, 348 || 0,020 || 0,030 || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,448

'Il barra mill-INTESTATURA 5[27] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta' natura amminsitrattiva || || || || || || || || || ||

Subtotal 'il barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || || ||

TOTAL || 0,318 || 0,348 || 0,020 || 0,030 || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 4,798

3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta' riżorsi umani

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' riżorsi umani

– √   Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta' riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt[28]:

L-istima għandha tiġi espressa f'ammonti sħaħ (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed)

|| Sena 2012 || Sena 2013 || || || Sena N

Ÿ Postijiet tal-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) ||

17 01 01 01 (Il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta' Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 2 (0,254) || 2 (0,254) || || || || ||

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (f'unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[29] ||

17 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || 1 (0,064) || 1 (0,064) || || || || ||

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 04 yy [30] || - fil-Kwartieri Ġenerali[31] || || || || || || ||

- fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

XX 01 05 02 (CA, INT, SNE - Rierka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) || || || || || || ||

Linji baġitarji oħrajn (speċifika) || || || || || || ||

TOTAL || 3 (0,318) || 3 (0,318) || || || || ||

XX huwa l-qasam tal-politika jew titolu baġitarju kkonċernat.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || L-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-aġġornament tas-sistema informatika tas-Soluzzjoni Onlajn għat-Tilwim.

Persunal estern || Mhux applikabbli

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jittieħdu mill-persunal li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u skjerati mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali, jekk tkun meħtieġa, li tista’ tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji eżistenti.

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

– √   Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli kemm mal-qafas finanzjarju multiannwali tal-2007-2013 u dak tal-2014-2020.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinkludi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega x'inhu meħtieġ bħala programmar mill-ġdid, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

…………………………………………………………………………………………………………..

– ¨  Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[32].

Spjega x'inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

…………………………………………………………………………………………………………..

3.2.5.     Kontributi minn partijiet terzi

– √   Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi.

– Il-proposta/inizjattiva tipprevedi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f'EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || daħħal in-numru ta' snin meħtieġa biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Spiża

Speċifika l-korp ta' kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

– √   Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨ Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

¨         fuq ir-riżorsi proprji

¨         fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja attwali || Impatt tal-proposta/inizjattiva[33]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || daħħal in-numru ta' snin meħtieġa biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu …………. || || 5. || || || || || ||

Għad-dħul assenjat mixxellanju, speċifika l-linja(i) tan-nefqa baġitarja affettwata(i).

…………………………………………………………………………………………………………..

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

…………………………………………………………………………………………………………..

[1]               Ir-rapport tal-2010 tan-netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur jindika li aktar minn nofs l-ilmenti (56,3%) li waslu lill-ECC-Net kienu marbuta ma' tranżazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku. Madankollu, mill-35 000 ilmenti transkonfinali li waslu lin-netwerk tal-ECC fl-2010, 91 % ma setgħux jiġu riferuti lil skema tal-ADR fi Stat Membru ieħor għax ma kienet teżisti l-ebda skema tal-ADR xierqa (http://ec.europa.eu/consumers/ecc/docs/2010_annual_report_ecc_en.pdf).

[2]               Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020: "Aġenda Diġitali għall-Ewropa" COM(2010) 245, p. 13.

[3]               Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "L-Att dwar is-Suq Uniku" COM (2011) 206, p.9.

[4]               "Consumer redress in the European Union: consumers' experiences, perceptions and opinions", 2009 http://ec.europa.eu/consumers/redress_cons/docs/cons_redress_EU_qual_study_report_en.pdf

[5]               Konsultazzjoni pubblika dwar l-użu tas-Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) bħala mezz biex jissolva tilwim relatat ma' transazzjonijiet kummerċjali u prattiċi fl-UE. Id-dikjarazzjoni tat-tweġibiet u r-reazzjonijiet hija disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/consumers/redress_cons/adr_en.htm

[6]               http://www.european-consumer-summit.eu/workshops3_en.asp

[7]               Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020, SEC(2011) 1320 finali u SEC(2011) 1321 finali.

[8]               ĠU C , , p. .

[9]               Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Att dwar is-Suq Uniku" COM (2011) 206, p. 9.

[10]             Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24-25 ta' Marzu 2011, EUCO 10/11, p. 4; ara wkoll il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2011, EUCO 52/11, pp. 1-2.

[11]             ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3.

[12]             ĠU L 12, 16.1.2001, p. 32.

[13]             ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40.

[14]             ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6.

[15]             ĠU L …, …., p. ….

[16]             ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

[17]             ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

[18]             ĠU L ..., ..., p. ....

[19]             ABM: Activity-Based Management (Ġestjoni Skont l-Attività) – ABB: Activity-Based Budgeting (Ibbaġitjar Skont l-Attività).

[20]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[21]             Dettalji tal-modi ta' ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinsabu fuq il-websajt tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[22]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[23]             Diff. = approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff. = approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[24]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[25]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn japplika, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[26]             Għajnuna u nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[27]             Għajnuna u nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[28]             L-impatt baġitarju se jiġi indirizzat permezz tal-iskjerament mill-ġdid fis-snin 2012 u 2013. Mill-2014 'il quddiem, il-ħtiġijiet tar-riżorsi umani huma koperti mill-programm Konsumaturi 2020.

[29]             CA = Aġent Kuntrattwali; INT = persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); LA = Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat.

[30]             Taħt il-limitu għall-persunal estern mill-approprjazzjonijiet operattivi (li qabel kienu l-linji "BA").

[31]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[32]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[33]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji, taxxi fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta' 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.