52011PC0788

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi "ERASMUS GĦAL KULĦADD"Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport /* KUMM/2011/0788 finali - 2011/0371 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

F’Ġunju°2010, il-Kunsill Ewropew approva l-Ewropa 2020, l-aġenda ta' riforma mmirata biex tgħin lill-Ewropa tirkupra mill-kriżi u toħroġ iktar b’saħħitha permezz ta’ strateġija kkoordinata u komprensiva għal tkabbir sostenibbli, inklużiv u intelliġenti.

L-edukazzjoni u t-taħriġ huma fil-qalba tal-Istrateġija Ewropa°2020 għal tkabbir inklużiv, sostenibbli u intelliġenti, u tal-linji gwida Integrati għall-politiki ekonomiċi u dawk dwar l-impjiegi tal-Istati Membri[1]. Aktarx, ma jintlaħqu l-ebda miri ewlenin u objettivi tal-Ewropa 2020 mingħajr investiment b’saħħtu fil-kapital uman. Ħamsa mill-inizjattivi ewlenin tal-Ewropa 2020 jiddependu fuq il-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ: Żgħażagħ Attivi, Aġenda għall-Ħiliet u Impjiegi Ġodda, kif ukoll Aġenda Diġitali, Unjoni tal-Innovazzjoni u Pjattaforma Kontra l-Faqar.

Fil-Komunikazzjoni tagħha "Baġit għall-Ewropa"[2], il-Kummissjoni tinnota li hemm lok biex jiżdied l-appoġġ tal-UE għall-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex jitkabbru l-ħiliet taċ-ċittadini u biex jiġu indirizzati l-livelli għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ f'ħafna Stati Membri. Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll li fl-azzjonijiet esterni tagħha, se tikkonċentra biex tippromwovi u tiddefendi l-valuri tal-UE barra l-konfini tagħha, tippromwovi l-assistenza għall-proċessi tranżitorji u demokratiċi u tipproġetta d-dimensjoni esterna tal-politiki interni.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

              Konsultazzjonijiet

Mill-bidu tal-2010 sa nofs l-2011 saru konsultazzjonijiet fuq skala kbira mal-pubbliku u mal-partijiet ineressati dwar l-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport.

Fir-rigward tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, setgħet tiġi nnutata konverġenza b’saħħitha ta’ opinjonijiet fost il-gruppi differenti tal-partijiet interessati kkonsultati u l-elementi komuni tal-kontribuzzjonijiet jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

· Valutazzjoni pożittiva ħafna tar-riżultati miksuba mill-programmi Tagħlim tul il-Ħajja (Lifelong Learning), Żgħażagħ fl-Azzjoni (Youth in Action) u Erasmus Mundus;

· Il-ħtieġa li jiġi żviluppat approċċ aktar integrat, bejn is-setturi tal-edukazzjoni, ma’ programmi oħra li għandhom x’jaqsmu maż-żgħażagħ u bejn id-diversi programmi eżistenti ta’ edukazzjoni għolja tal-UE, kemm jekk huma intra-Ewropej (Erasmus), dinjija (Erasmus Mundus), reġjonali (Tempus, Alfa, Edulink) jew bilaterali (pereżempju mal-Istati Uniti u l-Kanada);

· Il-ħtieġa li jiġu stabbiliti rabtiet aktar b’saħħithom bejn l-iżviluppi politiċi u l-attivitajiet appoġġati mill-programm;

· L-importanza li tissokta l-konċentrazzjoni fuq il-kwalità, speċjalment fl-edukazzjoni għolja tal-UE u lil hinn minnha;

· L-importanza li jinżammu l-istrumenti tal-Unjoni biex jappoġġaw kemm it-tagħlim formali kif ukoll dak mhux formali għaż-żgħażagħ, u l-ħtieġa li jitjieb ir-rikonoxximent tal-eżiti tat-tagħlim;

· Ħtieġa ta’ simplifikazzjoni amministrattiva u ta' effiċjenza għal azzjonijiet u prijoritajiet;

· Ħtieġa li titjieb il-viżibbiltà tal-Programm.

Fir-rigward tal-isport, il-punti prinċipali enfasizzati mill-partijiet interessati jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

· Nuqqas ta’ disponibbiltà tal-isport u tal-attività fiżika fil-livelli kollha tal-edukazzjoni;

· Nuqqas ta’ rikonoxximent tal-attività volontarja fl-isport;

· Doping bħala theddida prinċipali għall-kompetizzjonijiet ġusti fl-isport;

· Nuqqas ta’ attenzjoni għall-valur tal-isport fis-soċjetà meta mqabbel mal-aspetti kummerċjali tiegħu;

· Pressjoni kummerċjali li qed tipperikola l-ispirtu oriġinali tal-isport ibbażat fuq logħob ġust.

              Riżultati tal-valutazzjonijiet tal-impatt

Erba’ valutazzjonijiet tal-impatt eżaminaw it-tħaddim ta’ tliet programmi eżistenti fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ (jiġifieri l-Programm Tagħlim tul il-Ħajja, Żgħażagħ fl-Azzjoni u Erasmus Mundus) u, fil-każ tal-isport, azzjonijiet preparatorji vvutati mill-Awtorità tal-Baġit.

Billi l-objettivi, il-bażi legali u l-kompetenzi tal-Unoni f’dawn l-oqsma jixxiebħu, kull valutazzjoni tal-impatt tikkunsidra alternattivi simili: jieqfu l-programmi jew l-azzjonijiet eżistenti; jitkomplew fl-għamla attwali tagħhom; tissaħħaħ b'mod sostanzjali konċentrazzjoni politika tagħhom; u jinġiebu flimkien il-programmi Tagħlim tul il-Ħajja, Żgħażagħ fl-Azzjoni u Erasmus Mundus fi Programm uniku u effiċjenti.

L-alternattiva ppreferita identifikata f’kull waħda mill-erba’ Valutazzjonijiet tal-Impatt hi l-amalgamar fi programm wieħed, li hija konsistenti mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali adottata fid-29°ta'°Ġunju°2011. Din l-alternattiva għandha tkun l-iktar waħda koerenti u kost-effettiva, għar-raġunijiet prinċipali li ġejjin:

– Hija tissodisfa l-ħtieġa għal żieda fl-investiment tal-Unjoni fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ f’dawn iż-żminijiet ta’ kriżijiet finanzjarji u ekonomiċi, hekk kif ekonomija li tkun qed tikber tiddependi fuq il-provvista ta' ħaddiema bl-ogħla ħiliet u fuq il-mobilizzazzjoni tal-ħiliet u l-kompetenzi ta’ dawk qiegħda;

– Hija tikkonċentra u tiżviluppa dawk l-azzjonijiet identifikati fil-programmi attwali li għandhom l-ogħla valur miżjud Ewropew u l-effetti l-aktar b'saħħithom ta' multiplikazzjoni, li jwasslu għal impatt tanġibbli fuq is-sistemi Ewropej ta' edukazzjoni u taħriġ u b'hekk ikun hemm titjib konsiderevoli ta’ profitti fuq l-investiment;

– Il-konċentrazzjoni tal-isforzi fl-arkitettura effiċjenti l-ġdida tal-programm tippermetti sinerġiji akbar fost il-programmi eżistenti u fis-setturi differenti tal-edukazzjoni, b’hekk ikun appoġġat fl-aċċess għal benefiċjarji potenzjali permezz ta’ sett effiċjenti ta’ azzjonijiet ewlenin trasversali;

– Lil hinn mill-kooperazzjoni bejn l-istess istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni, hija tikkonċentra iktar fuq ir-rwol kruċjali tal-edukazzjoni u tal-kapital uman għall-innovazzjoni billi tippromwovi sħubijiet bejn l-edukazzjoni u n-negozji, timmira l-eċċellenza fl-istruzzjoni u t-tagħlim, il-kapaċità għall-impjieg u l-ispirtu intraprenditorjali;

– Fl-aħħar nett, tinvolvi razzjonalizzazzjoni u simplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ ksib tar-riżultati u ta’ ġestjoni, billi toffri potenzjal konsiderevoli għat-tnaqqis tal-ispejjeż ta’ implimentazzjoni meta mqabbla mas-somma tal-ispejjeż ta’ implimentazzjoni tal-programmi attwali (jiġifieri Tagħlim tul il-Ħajja, Żgħażagħ fl-Azzjoni u l-programmi ta’ kooperazzjoni fl-Edukazzjoni Għolja mal-pajjiżi terzi.)

              Simplifikazzjoni

Fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF), waħda mill-prijoritajiet ta’ dan il-Programm huwa li tiġi enfasizzata allokazzjoni tal-fondi li tkun effiċjenti, issimplifikata u bbażata fuq ir-rendiment. Dan l-approċċ jiġi applikat fil-Programm "Erasmus għal Kulħadd" billi jiġi bbażat fuq ir-regoli tar-Regolament Finanzjarju.

Dan il-Programm se jnaqqas l-għadd ta’ attivitajiet appoġġati. Se juża iktar għotjiet b’rata fissa biex iżid l-effiċjenza; xi eżempji ta’ suċċess, bħall-għotjiet f’somma għall-mobilità tal-istudenti ta’ Erasmus, se jintużaw b’mod wiesa’ għall-azzjonijiet ta’ mobilità. L-Aġenziji Nazzjonali mhux se jkunu qed imexxu iktar il-mobilità individwali u għalhekk se jonqsilhom ix-xogħol amministrattiv.

L-Aġenziji Nazzjonali se jsiru l-punt tad-dħul ewlieni għall-attivitajiet tal-mobilità tat-tagħlim, miftuħa għaż-żgħażagħ kemm jekk jipparteċipaw bħala studenti, apprendisti jew voluntiera. Il-faċilità tal-użu se tittejjeb ukoll għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja li jipparteċipaw fil-livell internazzjonali, bl-integrazzjoni ta’ programmi ta’ kooperazzjoni internazzjonali differenti.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Il-Programm Uniku, "Erasmus għal Kulħadd" fil-qasam tal-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport huwa ġġustifikat permezz tal-miri stabbiliti fl-Artikoli°165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

L-Artikolu°165 tat-TFUE jappella għal azzjoni mill-Unjoni Ewropea sabiex "tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni ta’ kwalità billi tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u, jekk ikun meħtieġ, billi tappoġġa u tissupplimenta l-azzjonijiet tagħhom, filwaqt li tirrispetta għal kollox ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għal dak li hu kontenut ta’ tagħlim u l-organizzazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni u d-diversità kulturali u lingwistika tagħhom."

L-Artikolu°166 jiddikjara li l-"Unjoni għandha timplimenta politika ta’ formazzjoni [taħriġ] vokazzjonali, li għandha tappoġġa u tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta għal kollox ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-kontenut u l-organizzazzjoni tal-formazzjoni [tat-taħriġ] vokazzjonali."

Iż-żewġ artikoli jiddikjaraw li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom irawmu l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti rispettivament fil-qasam tal-edukazzjoni u l-isport (l-Artikolu°165(3)) u tat-taħriġ vokazzjonali (l-Artikolu°166(3)).

Kif enfasizzat fl-evalwazzjonijiet interim tal-programmi Tagħlim tul il-Ħajja, Żgħażagħ fl-Azzjoni u Erasmus Mundus, il-valur miżjud Ewropew tal-programm ġej mill-karattru innovattiv u transnazzjonali tal-attivitajiet imwettqa u mill-prodotti u s-sħubijiet li jgħin biex jiżviluppaw madwar l-Ewropa. L-inkoraġġiment ta’ kooperazzjoni ta’ suċċess bejn is-sistemi ta’ taħriġ u ta’ edukazzjoni tal-Istati Membri kif ukoll fl-oqsma taż-żgħażagħ u l-isport għandu jgħin biex jiġu identifikati u implimentati politiki u prattiki li jaħdmu u jinkoraġġixxu t-tagħlim minn xulxin.

Filwaqt li jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni, b’mod partikolari, dawk li jirreferu għall-allokazzjoni ta’ fondi, ir-Regolament jipprevedi l-applikazzjoni tal-proċedura ta' eżaminar skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu°5 tar-Regolament (UE) Nru°182/2011. Id-deċiżjonijiet dwar l-għażla xorta għad iridu jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat għall-informazzjoni.

Ir-Regolament jintroduċi wkoll id-delega tas-setgħat skont l-Artikolu°290 tat-TFUE. L-użu ta’ dan l-istrument legali ġdid huwa limitat għall-emendar tad-dispożizzjonijiet marbuta mal-kriterji tar-rendiment u mal-azzjonijiet immexxija mill-Aġenziji Nazzjonali.

L-esperjenza tal-programmi li għaddew tindika li jista’ jkun li d-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 13(7) u 22(2) marbuta rispettivament mal-kriterji tar-rendiment u d-dispożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet immexxija mill-Aġenziji Nazzjonali jkollhom jiġu riveduti waqt l-andament tal-programm. In-nuqqas ta’ flessibilità tal-programmi Tagħlim tul il-Ħajja, Żgħażagħ fl-Azzjoni u Erasmus Mundus u n-nuqqas ta’ għodod biex il-programm jiġi adattat għall-ħtiġijiet li dejjem jinbidlu tas-soċjetà tagħna ġew ikkritikati mill-partijiet interessati prinċipali tal-oqsma kkonċernati.

L-opinjoni tal-Istati Membri tqieset kif mistħoqqa permezz tal-konsultazzjoni sistematika tal-esperti. Il-konsultazzjoni se tiġi estiża għall-esperti maħtura mill-Parlament Ewropew sabiex jiġi żgurat livell kbir ta' rappreżentanza. Il-Kummissjoni se tikkonsulta wkoll, jekk ikun xieraq, il-partijiet interessati rilevanti fl-oqsma kkonċernati.

4.           IMPLIKAZZJONI TAL-BAĠIT

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Qafas Finanzjarju Multiannwali għall-perjodu 2014-2020 tipprevedi EUR°17 299 000 000 (prezzijiet attwali) għal programm Uniku dwar l-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport kif ukoll ammont addizzjonali mill-istrumenti tal-intestatura 4, li jikkorrispondi għal EUR°1 812 100 000 (prezzijiet attwali).

Allokazzjoni minima ta’ fondi għal kull settur

Sabiex jiġi żgurat li l-livelli tal-finanzjament allokati lill-kategoriji prinċipali tal-partijiet interessati u lill-benefiċjarji ma jaqgħux taħt il-livelli garantiti mill-programmi Tagħlim tul il-Ħajja, Żgħażagħ fl-Azzjoni u Erasmus Mundus għall-perjodu 2007-2013, l-implimentazzjoni tal-Programm ma għandhiex tirriżulta f’allokazzjoni għas-setturi prinċipali tal-edukazzjoni inqas minn:

– Edukazzjoni għolja: 25 %

– Edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u tagħlim tal-adulti: 17 %, li minnhom għat-tagħlim tal-adulti: 2 %

– Edukazzjoni fl-iskola: 7 %

– Żgħażagħ: 7 %

5.           SOMMARJU TAR-REGOLAMENT

Ir-Regolament tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għal programm uniku ġdid li jkopri l-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport, imsejjaħ "Erasmus għal kulħadd". Fuq is-sies tar-rikonoxximent vast tal-programm settorali Erasmus, il-programm jimmira biex jappoġġa s-setturi kollha tal-edukazzjoni (jiġifieri l-Edukazzjoni għolja, l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali u t-tagħlim tal-adulti, l-edukazzjoni fl-iskejjel u ż-Żgħażagħ), f'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja.

Il-programm "Erasmus għal kulħadd" jikkonċentra fuq tliet tipi ta’ azzjonijiet ewlenin, jiġifieri l-mobilità ta’ tagħlim transnazzjonali u internazzjonali tal-istudenti, żgħażagħ, għalliema u persunal; il-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni, kif ukoll permezz ta' kooperazzjoni ma' korpi attivi fil-qasam taż-żgħażagħ u l-appoġġ għall-aġendi tal-politiki, li jinkludu l-appoġġ għal bini ta’ kapaċità f’pajjiżi li mhumiex fl-UE, b’konċentrazzjoni partikolari fuq pajjiżi tal-viċinat u l-politika internazzjonali tad-djalogu.

F’konformità mal-Komunikazzjoni dwar Baġit għall-Ewropa 2020, Erasmus għal Kulħadd se jintegra l-programmi internazzjonali eżistenti (Erasmus Mundus, Tempus, Edulink u Alfa) u l-programmi ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi industrijalizzati. Għal dan il-għan, il-baġit tal-Programm se jkun ikkomplementat mill-allokazzjonijiet finanzjarji li ġejjin mill-istrumenti differenti ta’ kooperazzjoni esterna. Il-fondi se jsiru disponibbli fuq il-bażi ta’ żewġ allokazzjonijiet multiannwali li jkopru erba’ u tliet snin rispettivament biex ikun hemm stabbiltà u prevedibbiltà. Dawn l-allokazzjonijiet għandhom jirriflettu l-prijoritajiet tal-azzjoni esterna tal-UE, inkluż l-objettivi tal-iżvilupp fejn xieraq. Dawn jistgħu jiġu aġġustati fil-każ ta’ ċirkostanzi maġġuri mhux previsti jew bidliet politiċi importanti biex jirriflettu bidliet kbar fil-prijoritajiet politiċi.

L-eċċellenza fl-istruzzjoni u r-riċerka fi studji Ewropej hija koperta minn artikolu speċifiku f’"Jean Monnet". Kapitolu huwa ddedikat għall-isport b’konċentrazzjoni fuq il-ġlieda kontra d-doping, il-vjolenza u r-razziżmu u t-trawwim ta’ attivitajiet transnazzjonali biex jippromwovu l-governanza tajba tal-organizzazzjonijiet sportivi.

Strument finanzjarju ġdid – faċilità ta’ garanzija tas-self – ġie introdott biex l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu l-Masters tagħhom f’pajjiż Ewropew ieħor. Il-finanzi għal dawn l-istudji bħalissa diffiċli tinkiseb billi l-għotjiet u s-self nazzjonali ta’ spiss ma’ jistgħux jinġarru barra l-pajjiż, jew ma jkunux disponibbli għall-istudji fil-livell tal-Masters, u s-self mill-banek privati huma wisq għaljin. Biex jingħelbu dawn il-problemi, l-UE se tipprovi garanzija parzjali lill-istituzzjonijiet finanzjarji (banek jew aġenziji tas-self lill-istudenti) li jaqblu li joffru self għall-istudji tal-Masters f’pajjiżi parteċipanti oħra b’termini favorevoli għall-istudenti.

F’termini ta’ ġestjoni, il-programm se jkun ġestit skont il-prinċipju ta’ ġestjoni ċentralizzata indiretta. Ir-responsabbiltajiet se jinqasmu bejn l-Istati Membru u l-Kummissjoni. L-Aġenziji Nazzjonali se jkunu inkarigati mill-parti prinċipali tal-fondi, l-aktar dawk allokati għall-azzjonijiet ta’ mobilità u kooperazzjoni. Il-Kummissjoni se tiddelega lill-Aġenzija Eżekuttiva l-ġestjoni ta’ proġetti ikbar ta’ kooperazzjoni, l-appoġġ politiku kif ukoll l-attivitajiet ta’ Jean Monnet u l-Isport. Il-Kummissjoni tista’ għalhekk tuża fuq il-bażi ta’ analiżi spejjeż u benefiċji, l-aġenzija eżekuttiv għall-implimentazzjoni tal-programm “Erasmus għal Kulħadd” għall-perjodu 2014-2020, kif previst ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003[3] tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità.

2011/0371 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi "ERASMUS GĦAL KULĦADD" Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli°165(4) u 166(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[5],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2011 “Baġit għall-Ewropa”[6] issejjaħ għal programm wieħed fil-qasam tal-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport, inkluż l-aspetti internazzjonali tal-edukazzjoni għolja, li jiġbor flimkien il-programm ta' azzjoni Tagħlim Tul il-Ħajja stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006[7], il-programm ta' azzjoni Żgħażagħ fl-Azzjoni stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-15 ta' Novembru 2006[8], il-programm ta' azzjoni Erasmus Mundus stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1298/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008[9], il-programm ALFA III stabbilit bir-Regolament Nru 1905/2006/KE tat-18 ta' Diċembru 2006[10], il-programmi TEMPUS u EDULINK sabiex tiġi żgurata effiċjenza ikbar, fowkus strateġiku iktar b'saħħtu u sinerġiji biex jiġu esplojtati bejn l-aspetti varji tal-programm uniku. Barra minn hekk, l-Isport ġie propost bħala parti minn dan il-Programm Uniku.

(2) Ir-rapporti ta’ evalwazzjoni interim tal-Programmi eżistenti Tagħlim tul il-Ħajja, Żgħażagħ fl-Azzjoni u Erasmus Mundus u l-konsultazzjoni mal-pubbliku dwar il-futur tal-azzjoni tal-Unjoni fl-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ kif ukoll fl-edukazzjoni għolja wrew il-ħtieġa b'saħħitha u f'ċerti aspetti li dejjem tiżdied għal kooperazzjoni u mobilità kontinwa f’dawn l-oqsma fuq livell Ewropew. Ir-rapporti tal-evalwazzjoni enfasizzaw l-importanza li jinħolqu rabtiet eqreb bejn il-Programmi tal-Unjoni u l-iżvilupp ta' politiki fl-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, urew ix-xewqa li l-azzjoni tal-Unjoni għandha tkun strutturata biex b'hekk tirrispondi aħjar għall-paradigma tat-tagħlim tul il-ħajja, u ppressat għal approċċ aktar sempliċi, faċli u flessibbli biex tiġi implimentata din l-azzjoni u t-tmiem tal-frammentazzjoni ta’ programmi internazzjonali ta’ kooperazzjoni għal edukazzjoni għolja.

(3) Ir-rikonoxximent mifrux fost il-pubbliku ġenerali fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi parteċipanti tal-marka kummerċjali "Erasmus" bħala sinonimu tal-mobilità ta’ dawk li qed jitgħallmu fl-Unjoni jitlob għal użu aktar estensiv ta’ din il-marka mis-setturi prinċipali tal-edukazzjoni koperti mill-Programm.

(4) Il-konsultazzjoni pubblika dwar l-għażliet strateġiċi tal-UE għall-implimentazzjoni tal-kompetenza l-ġdida tal-Unjoni fil-qasam tal-isport u r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Azzjonijiet Preparatorji fil-qasam tal-isport tat indikazzjonijiet utli dwar l-oqsma ta’ prijorità għall-azzjoni tal-Unjoni u wriet il-valur miżjud li l-Unjoni tista’ tagħti lill-attivitajiet ta’ appoġġ immirati li joħolqu, jaqsmu u jifirxu l-esperjenzi u l-għarfien dwar kwistjonijiet differenti li jaffettwaw l-isport fuq livell Ewropew.

(5) L-Istrateġija Ewropea għal tkabbir inklużiv, sostenibbli u intelliġenti (Ewropa 2020) qed tiddefinixxi l-istrateġija ta’ tkabbir tal-Unjoni għad-deċennju li ġej biex tappoġġa t-tkabbir inklużiv, sostenibbli u intelliġenti li qed tiffissa ħames objettivi ambizzjużi li għandhom jintlaħqu sal-2020, b'mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni biex ir-rati ta' tluq mill-iskola qabel iż-żmien jitnaqqsu taħt l-10°% u biex tippermetti tal-inqas 40°% tan-nies bejn it-30-34°sena li jlestu l-edukazzjoni għolja[11]. Dan jinkludi wkoll l-inizjattivi ewlenin tagħha, partikolarment “Żgħażagħ fl-Azzjoni”[12] u l-Aġenda għall-Ħiliet u l-Impjiegi l-Ġodda[13].

(6) Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fit-12°ta’°Mejju°2009 sejjaħ għal qafas strateġiku għal kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET°2020) li jiffissa erba’ miri strateġiċi bil-għan li jilħqu l-isfidi li għad fadal biex tinħoloq Ewropa bbażata fuq l-għarfien u biex it-tagħlim tul il-ħajja jsir realtà għal kulħadd.

(7) Skont l-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-Programm għandhom jippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jiġġieled id-diskriminazzjoni abbażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

(8) Il-programm għandu jinkludi dimensjoni internazzjonali b’saħħitha b’mod partikolari fir-rigward tal-edukazzjoni għolja, mhux biss biex itejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni għolja Ewropea fir-rigward tal-miri vasti tal-ET2020 u l-attraenza tal-Unjoni bħala destinazzjoni tal-istudju, iżda wkoll biex jippromwovi l-fehim bejn in-nies u l-kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli tal-edukazzjoni għolja f’pajjiżi terzi.

(9) Il-qafas imġedded ta' kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018)[14] għandu jirrikonoxxi ż-żgħażagħ kollha bħala riżorsa fis-soċjetà u jilqa' d-dritt tagħhom li jipparteċipaw fl-iżvilupp tal-politiki li jaffettwawhom permezz ta' djalogu strutturat kontinwu bejn min jieħu d-deċiżjonijiet u ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet tal-istess żgħażagħ fuq kull livell.

(10) Biex tappoġġa l-mobilità, l-ekwità u l-eċċellenza fl-istudji, l-Unjoni għandha tistabbilixxi faċilità ta’ garanzija tas-self biex tippermetti lill-istudenti, irrispettivament mill-isfond soċjali tagħhom, biex jagħmlu l-Masters tagħhom f’pajjiż ieħor parteċipanti. Din il-faċilità għandha tkun disponibbli lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jaqblu li joffru self għall-istudji tal-Masters f’pajjiżi parteċipanti oħra b’termini favorevoli għall-istudenti.

(11) L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex iwarrbu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Programm. Dan jimplika wkoll li l-viżi għall-parteċipanti għandhom jinħarġu mingħajr dewmien, sabiex jiġi żgurat li l-ebda parteċipant ma jitlef parti mill-istudju jew kollu kemm hu, mill-programm ta’ taħriġ jew ta’ skambju, u biex jiġu evitati kanċellazzjonijiet ta’ azzjonijiet ta’ mobilità u ta’ proġetti. F’konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni ta' cittadini ta' pajjiżi terzi għal skopijiet ta' studju, skambju ta' studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju[15], l-Istati Membri għandhom jitħeġġu jwaqqfu proċeduri ta’ ammissjoni iktar rapida.

(12) Il-Komunikazzjoni “Appoġġ għat-tkabbir u l-impjiegi – aġenda għall-immodernizzar tas-sistemi ta’ edukazzjoni għolja tal-Ewropa” tiffissa qafas li fih l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja jistgħu jikkooperaw biex jagħtu spinta lill-għadd ta’ gradwati, itejbu l-kwalità tal-edukazzjoni u jimmassimizzaw l-kontribuzzjoni li l-edukazzjoni għolja u r-riċerka jistgħu jagħtu biex jgħinu lill-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħna joħorġu aktar b’saħħithom mill-kriżi.

(13) Id-Dikjarazzjoni ta’ Bolonja, iffirmata mill-Ministri tal-Edukazzjoni ta’ 29°pajjiż Ewropew fid-19°ta’°Ġunju°1999, stabbilixxiet proċess intergovernattiv immirat biex joħloq "Żona Ewropea ta' Edukazzjoni għolja", li għandha bżonn appoġġ fuq livell tal-Unjoni.

(14) Il-Proċess ta’ Kopenħagen imġedded (2011-2020) iddefinixxa viżjoni globali u ambizzjuża għall-politika ta’ Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali fl-Ewropa, u talab appoġġ mill-Programmi ta’ Edukazzjoni tal-Unjoni għall-prijoritajiet miftehma, li jinkludu l-mobilità internazzjonali u r-riformi implimentati mill-Istati Membri.

(15) Huwa meħtieġ li tissaħħaħ l-intensità u l-volum ta’ kooperazzjoni Ewropea bejn l-iskejjel, u tal-mobilità tal-persunal tal-iskola u ta’ dawk li qed jitgħallmu sabiex jiġu ttrattati l-prijoritajiet stabbiliti fl-Aġenda għall-kooperazzjoni Ewropea dwar l-iskejjel għas-Seklu°21[16], jiġifieri biex tittejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni fl-iskejjel tal-Unjoni fl-oqsma ta’ żvilupp kompetenti u sabiex jiġu mtejba l-ekwità u l-inklużjoni fis-sistemi skolastiċi u fl-istituzzjonijiet, kif ukoll biex jissaħħu l-professjoni tal-għalliema u tat-tmexxija tal-iskola[17]. F’dan il-kuntest, għandha tingħata importanza partikolari lill-miri strateġiċi biex jitnaqqas it-tluq mill-iskola qabel iż-żmien, tittejjeb l-eżekuzzjoni fil-ħiliet bażiċi, jittejbu l-parteċipazzjoni u l-kwalità fl-edukazzjoni u l-kura fit-tfulija bikrija[18], kif ukoll dawk il-miri li jsaħħu l-kompetenzi professjonali tal-għalliema u tal-mexxejja tal-iskola[19], u jittejbu l-opportunitajiet edukattivi ta' tfal li kienu migranti u ta’ dawk li qegħdin fi żvantaġġ soċjo-ekonomiku[20].

(16) L-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti mġedda tinkludi r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta’ [....][21] li timmira biex tippermetti lill-adulti kollha biex jiżviluppaw u jtejbu l-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom matul ħajjithom, b’attenzjoni partikolari tingħata lit-titjib tad-dispożizzjoni għall-għadd għoli ta’ Ewropej b’ħiliet baxxi mmirati fl-Ewropa 2020.

(17) L-azzjoni tal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej, iċ-Ċentri ta’ Rikonoxximent Akkademiku Nazzjonali (NARIC), in-netwerks Eurydice, Euroguidance u Eurodesk, kif ukoll is-Servizzi Nazzjonali ta' Appoġġ għall-eTwinning, iċ-Ċentri Nazzjonali Europass u l-Uffiċċji Nazzjonali tal-Informazzjoni fil-pajjiżi tal-viċinat hija essenzjali sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-programm, partikolarment billi jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni regolari u aġġornata dwar l-oqsma varji tal-attività tagħhom u permezz tat-tixrid tar-riżultati tal-Programm fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi parteċipanti.

(18) Il-Kooperazzjoni bejn il-Programm u l-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport għandha tissaħħaħ, b’mod partikolari mal-Kunsill tal-Ewropa.

(19) Il-programm għandu jikkontribwixxi biex tiġi żviluppata l-eċċellenza fl-istudji dwar l-integrazzjoni Ewropea madwar id-dinja, u għandu partikolarment jappoġġa istituzzjonijiet li għandhom struttura ta’ governanza Ewropea, ikopru l-ispettru sħiħa ta’ oqsma politiċi li huma ta’ interess għall-Unjoni, li huma organizzazzjonijiet mingħajr profitt u joffru lawrji akkademiċi rikonoxxuti.

(20) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar "L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport"[22] tat-18°ta’°Jannar°2011 tistabbilixxi l-ideat tal-Kummissjoni għal azzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tal-isport wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u tipproponi lista ta’ azzjonijiet konkreti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fi tliet kapitoli vasti: ir-rwol tal-isport fis-soċjetà, id-dimensjoni ekonomika tal-isport u l-organizzazzjoni tal-isport.

(21) Trasparenza ikbar tal-kwalifiki u tal-kompetenzi u aċċettazzjoni estiża tal-għodod tal-Unjoni għandhom jiffaċilitaw fl-Ewropa kollha l-mobilità għall-finijiet ta’ tagħlim tul il-ħajja, biex b’hekk isir kontribut għall-iżvilupp tal-edukazzjoni ta’ kwalità u tat-taħriġ, u se tiffaċilita l-mobilità għall-finijiet ta’ xogħol, bejn il-pajjiżi kif ukoll bejn is-setturi. Il-ftuħ tal-aċċess għall-istudenti żgħażagħ (inklużi l-istudenti tat-taħriġ edukattiv u vokazzjonali) għal metodi, prattiki u teknoloġiji użati f’pajjiżi oħra jgħinhom itejbu l-impjegabilità tagħhom f’ekonomija globali; jista’ jgħinhom ukoll joħolqu impjiegi bi profil internazzjonali iktar attraenti.

(22) Għal dan l-iskop, huwa rakkomandat li jiġi estiż l-użu tal-qafas uniku għat-trasparenza tal-kwalifiki u l-kompetenzi (Europass) skont id-Deċiżjoni Nru 2241/2004KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004[23], il-Qafas tal-Kwalifiki Ewropew (EQF) skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008[24], is-sistema ta’ Krediti Ewropej għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009[25] u tas-Sistema Ewropea ta’ Trasferiment u Akkumulazzjoni tal-Krediti (ECTS).

(23) Sabiex tiġi żgurata effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni lill-pubbliku ġenerali u sinerġiji aktar b’saħħithom bejn l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni mwettqa b'inizjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati għall-komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni bejn il-korpi dwar il-prijoritajiet politiki tal-Unjoni Ewropea bil-kundizzjoni li dawn huma relatati mal-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament.

(24) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa fil-qafas tal-Programm, u l-komplementarjetà għall-attivitajiet tal-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu°167(4) tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u attivitajiet oħra, b’mod partikolari fil-qasam tal-kultura, ir-riċerka, il-politika industrijali u ta' koeżjoni, il-politika tat-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni.

(25) Il-ġestjoni effettiva tar-rendiment, inkluż l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ, teħtieġ l-iżvilupp ta’ indikaturi speċifiċi tar-rendiment li jistgħu jitkejlu maż-żmien, li huma kemm realistiċi u wkoll jirriflettu l-loġika tal-intervenzjoni u huma relevanti għall-ġerarkija xierqa tal-għanijiet u l-attivitajiet.

(26) Dan ir-Regolament jistipula, għat-tul kollu tal-Programm, envelopp finanzjarju li jirrappreżenta r-referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt (17) tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ XX/YY/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, għall-awtorità tal-baġit matul il-proċedura baġitarja annwali.

(27) Il-ħtieġa li jiġu stabbiliti kriterji ta' eżekuzzjoni li fuqhom l-allokazzjoni tal-baġit bejn l-Istati Membri għall-azzjonijiet ġestiti mill-Aġenziji Nazzjonali għandha tkun ibbażata fuq l-indikaturi ta’ eżekuzzjoni stabbiliti fir-Regolament.

(28) Il-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni mal-Unjoni u l-pajjiżi tal-EFTA li huma membri taż-ŻEE jistgħu jieħdu sehem fil-Programmi tal-Unjoni fuq il-bażi tal-Ftehimiet ta’ Qafas, id-Deċiżjonijiet ta’ Assoċjazzjoni tal-Kunsill jew ftehimiet simili.

(29) Il-Konfederazzjoni Svizzera tista’ tipparteċipa fil-Programmi tal-Unjoni skont il-ftehim li jrid jiġi ffirmat bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż.

(30) Il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-politika ta’ Sigurtà, fil-Komunikazzjoni konġunta tagħhom dwar reazzjoni ġdida għall-Viċinat[26] li qed jinbidel iddeskrivew, b’mod partikolari, il-mira li jiffaċilitaw aktar il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-Viċinat fil-mobilità tal-Unjoni u fl-azzjonijiet ta’ bini ta’ kapaċità fl-edukazzjoni għolja u l-ftuħ fil-ġejjieni tal-programm ta’ edukazzjoni għall-pajjiżi tal-Viċinat.

(31) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu mħarsa permezz ta’ miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi li jkunu ntilfu, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u, fejn xieraq, penali. Filwaqt li l-għajnuna esterna tal-Unjoni għandha iktar bżonn ta’ finanzjament, is-sitwazzjoni ekonomika u baġitarja tal-Unjoni tillimita r-riżorsi disponibbli għal din l-għajnuna. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tipprova tuża bl-iktar mod effiċjenti r-riżorsi disponibbli partikolarment permezz tal-istrumenti finanzjarji b’effett ta’ fulkru.

(32) Fil-Komunikazzjoni tagħha "Baġit għall-Ewropa 2020" tad-29°ta’°Ġunju°2011, il-Kummissjoni mpenjat ruħha biex tissimplifika l-finanzjament tal-Unjoni. Il-ħolqien ta’ programm uniku dwar l-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport għandu jipprovdi simplifikazzjoni, razzjonalizzazzjoni u sinerġiji sinifikanti fil-ġestjoni tal-programm. L-implimentazzjoni għandha tkun issimplifikata aktar bl-użu ta’ somom f’daqqa, spejjeż unitarji jew finanzjament b’rata fissa, kif ukoll bit-tnaqqis tar-rekwiżiti formali għall-benefiċjarji u l-Istati Membri.

(33) Sabiex tiġi żgurata reazzjoni ta’ malajr għall-ħtiġijiet li jinbidlu matul il-Programm kollu, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu°290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet mal-kriterji tar-rendiment u mal-azzjonijiet immexxija mill-Aġenziji Nazzjonali. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(34) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni.

(35) Is-setgħat ta’ implimentazzjoni marbuta mal-programm ta’ ħidma għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru°182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16°ta’°Frar°2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[27].

(36) Huwa xieraq li jiġi żgurat għeluq korrett tal-Programm, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-arranġamenti multiannwali għall-ġestjoni tiegħu, bħal finanzjament ta’ assistenza teknika u amministrattiva. Mill-1°ta’°Jannar°2014, l-assistenza teknika u amministrattiva għandha tiżgura, jekk meħtieġ, il-ġestjoni tal-azzjonijiet li għad ma ġewx iffinalizzati bil-programmi predeċessuri sa tmiem l-2013.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU°I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Ambitu tal-Programm

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport li jismu "Erasmus għal kulħadd" (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Programm").

2. Il-Programm għandu jiġi implimentat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

3. Il-Programm ikopri l-edukazzjoni fil-livelli kollha, f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja, b’mod partikolari l-edukazzjoni għolja, l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali u t-tagħlim tal-Adulti, l-Edukazzjoni fl-Iskola u ż-Żgħażagħ.

4. Jinkludi dimensjoni internazzjonali skont l-Artikolu 21 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u se jappoġġa wkoll l-attivitajiet fil-qasam tal-isport.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.           "tagħlim tul il-ħajja" tfisser l-edukazzjoni ġenerali kollha, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni informali u t-tagħlim informali li jkun sar tul il-ħajja, li jwassal għal titjib fl-għarfien, fil-ħiliet u fil-kompetenzi f’perspettiva personali, ċivika, soċjali u/jew tkun relatata mal-impjieg, inkluż l-għoti ta’ servizzi ta’ counselling u gwida;

2.           "ambjent mhux formali" tfisser kuntest ta’ tagħlim li ta’ spiss huwa ppjanat u organizzat, iżda mhux parti mis-sistema formali ta' edukazzjoni u taħriġ.

3.           "mobilità tat-tagħlim" tfisser iċ-ċaqliq fiżiku minn pajjiż li mhux il-pajjiż tar-residenza, sabiex isir studju, taħriġ jew studju ieħor, inklużi apprendistati u tagħlim mhux formali, jew struzzjoni jew parteċipazzjoni f’attività ta’ żvilupp professjonali transnazzjonali. Tista’ tinkludi taħriġ preparatorju fil-lingwa tal-pajjiż ospitanti. Il-mobilità tat-tagħlim tkopri wkoll l-iskambji taż-żgħażagħ u l-iżvilupp professjonali transnazzjonali li jinvolvu l-ħaddiema żgħażagħ;

4.           "Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin" tfisser proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali li jinvolvu organizzazzjonijiet attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u/jew taż-żgħażagħ u jistgħu jinkludu organizzazzjonijiet oħra.

5.           "Appoġġ għar-riforma politika" tfisser kull tip ta’ attività mmirata biex tappoġġa u tiffaċilita l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u ta’ taħriġ permezz tal-proċess ta' kooperazzjoni politika bejn l-Istati Membri, partikolarment il-Metodi mituħa ta’ Koordinazzjoni;

6.           "mobilità virtwali" tirrappreżenta sett ta’ attivitajiet appoġġati mit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet, organizzati fuq livell istituzzjonali, li jirrealizzaw jew jiffaċilitaw esperjenzi kollaborattivi internazzjonali f’kuntest ta’ istruzzjoni u/jew tagħlim;

7.           "persunal" tfisser persuni li, jew fuq bażi professjonali jew volontarja, huma involuti fl-edukazzjoni, fit-taħriġ jew fit-tagħlim mhux formali taż-żgħażagħ. Jista' jinkludi għalliema, persuni li jħarrġu, mexxejja tal-iskola, ħaddiema żgħażagħ u persunal mhux edukattiv;

8.           "ħaddiem żagħżugħ" tfisser professjonist jew voluntier involut fit-tagħlim mhux formali;

9.           "żgħażagħ" tfisser individwi bejn it-13 u t-30 sena;

10.         "istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja" tfisser:

(a) kull tip ta’ istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prattika nazzjonali, li toffri lawrji rikonoxxuti jew kwalifiki rikonoxxuti oħra ta’ livell terzjarju, irrispettivament mill-isem ta’ tali stabbilimenti;

(b) kull istituzzjoni, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prattika nazzjonali, li toffri edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali fuq livell terzjarju;

11.         "skola" tfisser it-tipi kollha ta’ istituzzjonijiet li jipprovdu edukazzjoni ġenerali (pre-skolastika, primarja jew sekondarja), vokazzjonali u teknika;

12.         "istituzzjoni akkademika" tfisser kull istituzzjoni edukattiva ddedikata għall-edukazzjoni u r-riċerka;

13.         "taħriġ vokazzjonali" tfisser kull forma ta’ edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali inizjali, inklużi t-tagħlim tekniku u vokazzjonali u l-apprendistati, li tikkontribwixxi għall-kisba ta' kwalifika vokazzjonali rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li fih tkun inkisbet, kif ukoll kull edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali kontinwati mwettqa minn persuna matul il-ħajja tax-xogħol tagħha;

14.         "tagħlim tal-adulti" tfisser kull forma ta' tagħlim mhux vokazzjonali tal-adulti, kemm jekk ikun ta' natura formali, mhux formali jew informali;

15.         "lawrji konġunti" tfisser programm ta’ studju integrat offrut tal-inqas minn żewġ istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja li jirriżulta f'ċertifikat wieħed ta' lawrja maħruġ u ffirmat b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet parteċipanti kollha u rikonoxxut uffiċjalment fil-pajjiżi fejn jinsabu l-istituzzjonijiet parteċipanti;

16.         "lawrja doppja/lawrji multipla" tfisser programm ta’ studju offrut tal-inqas minn żewġ istituzzjonijiet (doppji) jew iktar (multipli) tal-edukazzjoni għolja li permezz tiegħu l-istudent kif ilestih jirċievi ċertifikat separat ta' lawrja minn kull istituzzjoni parteċipanti;

17.         "attività taż-żgħażagħ" tfisser attività barra mill-iskola (bħal skambju ta’ żgħażagħ, volontarjat) imwettqa minn żgħażugħ, individwalment jew fi grupp, ikkaratterizzata b’approċċ ta’ tagħlim mhux formali;

18.         "sħubija" tfisser ftehim bejn grupp ta’ istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet fi Stati Membri differenti sabiex iwettqu attivitajiet Ewropej konġunti fil-qasam tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ jew biex jistabbilixxu netwerk formali jew informali f'qasam rilevanti. Fir-rigward tal-isport, tfisser ftehim ma’ parti terza waħda jew iktar bħal organizzazzjonijiet professjonali tal-isport jew sponsors fi Stati Membri differenti sabiex jiġu attratti sorsi addizzjonali ta’ appoġġ għall-ksib tar-riżultati mixtieqa tal-Programm.

19.         "intrapriża" tfisser l-intrapriżi kollha involuti f’attività ekonomika fis-settur pubbliku jew privat irrispettivament mid-daqs, mill-istatus legali jew mis-settur ekonomiku li fih jaħdmu, inkluża l-ekonomija soċjali;

20.         "ħiliet" tfisser il-kapaċità li jiġi applikat l-għarfien u li jintużaw l-kompetenzi biex jitkomplew il-kompiti u jissolvew il-problemi;

21.         "kompetenza" tfisser il-kapaċità manifestata tal-użu tal-għarfien, ħiliet u attitudnijiet b’responsabbiltà u awtonomija fil-kuntesti soċjali, professjonali u ta’ tagħlim.

22.         "kompetenzi ewlenin" tfisser is-sett bażiku ta’ għarfien, ħiliet u attitudnijiet, li l-individwi kollha għandhom bżonn għas-sodisfazzjon u l-iżvilupp personali, għaċ-ċittadinanza attiva, għall-inklużjoni soċjali u għall-impjieg;

23.         "riżultati" tfisser kull dejta, għarfien u informazzjoni ta' kull għamla jew natura, kemm protetti u kemm jekk le, li jiġu ġġenerati fl-azzjoni kif ukoll kull dritt assoċjat, inklużi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

24.         "tixrid tar-riżultati" tfisser il-kxif pubbliku tar-riżultati tal-Programm u l-predeċessuri tiegħu b'kull mod xieraq imfassal biex jiżgura li r-riżultati jiġu rikonoxxuti, murija u implimentati kif xieraq fuq skala wiesgħa;

25.         "Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni" tfisser metodu intergovernattiv li jipprovdi qafas għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, li l-politiki nazzjonali tagħhom b’hekk jistgħu jiġu diretti lejn ċerti objettivi komuni. Fl-ambitu ta’ dan il-programm, l-MMK japplika għall-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ;

26.         "għodod ta’ trasparenza tal-UE" tfisser strumenti li jgħinu lill-partijiet interessati jifhmu, japprezzaw u kif xieraq jirrikonoxxu l-eżiti tat-tagħlim u l-kwalifiki madwar l-Unjoni;

27.         "pajjiżi tal-viċinat" tfisser il-pajjiżi u t-territorji elenkati fl-Anness tar-Regolament XX/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ X YY 2012[28] li jistabbilixxi Strument ta’ Viċinat Ewropew: l-Alġerija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Bjelorussja, l-Eġittu, il-Ġeorġja, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Moldova, il-Marokk, it-Territorju Okkupat Palestinjan, is-Sirja, it-Tuneżija u l-Ukraina. Barra minn hekk, għall-attivitajiet appoġġati fil-qasam taż-żgħażagħ, ir-Russja hija kkunsidrata bħala pajjiż tal-viċinat;

28.         "karriera doppja" tfisser taħlita ta’ taħriġ sportiv fuq livell għoli mal-edukazzjoni ġenerali jew max-xogħol.

Artikolu 3

Valur miżjud Ewropew

1.           Il-Programm għandu jappoġġa biss dawk l-azzjonijiet u l-attivitajiet li jippreżentaw valur miżjud Ewropew potenzjali u jikkontribwixxi għall-ksib tal-għan ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 4.

2.           Il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm għandu jiġi żgurat partikolarment permezz ta’:

(a) Il-karattru transnazzjonali tagħhom, partikolarment il-mobilità u l-kooperazzjoni transnazzjonali mmirati lejn impatt sistemiku fit-tul;

(b) Il-kumplemetarjetà u s-sinerġija tagħhom ma’ programmi u politiki nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni oħra, b’kunsiderazzjoni tal-ekonomiji tal-iskala u l-massa kritika;

(c) Il-kontribuzzjoni tagħhom għall-użu effettiv tal-għodod tal-Unjoni għar-rikonoxximent tal-kwalifiki u t-trasparenza.

Artikolu 4

Objettiv ġenerali tal-Programm

1.           Il-Programm jimmira biex jagħti kontribut għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa°2020 u tal-qafas strateġiku tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2020 (ET2020), inlużi l-parametri ta’ referenza korrispondenti stabbiliti f’dawk l-istrumenti, għall-qafas imġedded għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-Żgħażagħ (2010-2018), għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi terzi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u għall-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport.

2.           Partikolarment jimmira li jikkontribwixxi biex jilħaq il-miri ewlenin ta’ Ewropa 2020 li ġejjin:

(c) It-tnaqqis tar-rati ta’ tluq bikri mill-iskola;

(d) Żieda tal-istudenti ta’ bejn it-30 u l-34 sena li jkunu lestew it-tielet livell tal-edukazzjoni.

KAPITOLU°II

Edukazzjoni, Taħriġ u Żgħażagħ

Artikolu 5

Objettivi speċifiċi

Il-Programm għandu jsegwi l-għanijiet speċifiċi li ġejjin fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ:

(a) Li jtejjeb il-livell tal-kompetenzi u tal-ħiliet ewlenin b’mod partikolari fir-rigward tar-relevanza tagħhom għas-suq tax-xogħol u għas-soċjetà, kif ukoll il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa, notevolment permezz ta’ żieda fl-opportunitajiet ta’ mobilità ta’ tagħlim għaż-żgħażagħ, għal dawk li qed jitgħallmu, għall-persunal u għall-ħaddiema żgħażagħ u permezz ta’ tisħiħ fil-kooperazzjoni bejn l-edukazzjoni/ż-żgħażagħ u d-dinja tas-suq tax-xogħol;

– Indikaturi relatati:

– % tal-parteċipanti li kellhom żieda fil-kompetenzi ewlenin u/jew il-ħiliet tagħhom relevanti għall-impjegabilità tagħhom;

– % ta’ żgħażagħ li jiddikjaraw li huma aktar imħejjija biex jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u politika

(b) Li jrawwem titjib fil-kwalità, eċċellenza innovattiva u internazzjonalizzazzjoni fuq il-livell ta’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni, kif ukoll fil-ħidma taż-żgħażagħ, notevolment permezz ta’ tkabbir fil-kooperazzjoni transnazzjonali bejn min jipprovdi l-edukazzjoni u t-taħriġ/l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet interessati oħra;

– Indikatur relatat: % ta’ organizzazzjonijiet li jkunu pparteċipaw fil-Programm u li jkunu żviluppaw/adottaw metodi innovattivi

(c) Li jippromwovi t-tfaċċar ta’ qasam Ewropew tat-tagħlim tul il-ħajja, iħeġġeġ riformi politiki fuq livell nazzjonali, jappoġġa l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ, li jinkludu t-tagħlim mhux formali, u jappoġġa l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, notevolment permezz ta' politika ta' kooperezzjoni mkabbra, użu aħjar ta' għodod ta' rikonoxximent u trasparenza u t-tixrid ta' prattiki tajbin;

– Indikatur relatat: Għadd ta’ Stati Membri li jagħmlu użu mir-riżultati tal-Metodi Miftuħa ta’ Koordinazzjoni fl-iżviluppi politiċi nazzjonali tagħhom

(d) Li jkabbar id-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ partikolarment fl-edukazzjoni għolja billi jżid l-attraenza tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja tal-Unjoni u jappoġġa l-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż l-objettivi ta’ żvilupp tagħha, permezz tal-promozzjoni tal-mobilità u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja tal-UE u tal-pajjiżi terzi u permezz ta’ bini mmirat ta’ kapaċità fil-pajjiżi terzi.

– Indikatur relatat: Għadd ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li mhumiex fl-UE involuti fl-azzjonijiet ta’ mobilità u kooperazzjoni

(e) Li jtejjeb l-istruzzjoni u t-tagħlim tal-lingwi u jippromwovi d-diversità lingwistika;

– Indikatur relatat: % ta’ parteċipanti li żiedu l-ħiliet lingwistiċi tagħhom

(f) Li jippromwovi l-eċċellenza fl-attivitajiet tat-tagħlim u r-riċerka fl-integrazzjoni Ewropea permezz tal-attivitajiet Jean Monnet madwar id-dinja kif imsemmi fl-Artikolu 10.

– Indikatur relatat: L-għadd ta’ studenti li ngħataw taħriġ permezz tal-attivitajiet Jean Monnet

Artikolu 6

Azzjonijiet tal-Programm

1.           Fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, il-Programm se jsegwi l-objettivi tiegħu permezz tat-tliet tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin:

(a) Mobilità tat-tagħlim tal-individwi,

(b) Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin,

(c) Appoġġ għar-riforma politika.

2.           L-attivitajiet speċifiċi ta’ Jean Monnet huma deskritti fl-Artikolu°10.

Artikolu 7

Mobilità ta’ tagħlim tal-individwi

1.           L-azzjoni tal-mobilità tat-tagħlim tal-individwi għandha tappoġġa:

(a)     mobilità transnazzjonali tal-istudenti tal-edukazzjoni għolja u tat-taħriġ vokazzjonali kif ukoll żgħażagħ involuti f’attivitajiet mhux formali bejn il-pajjiżi parteċipanti kif imsemmija fl-Artikolu°18. Din il-mobilità tista’ tkun fl-għamla ta’ studji f'istituzzjoni sħab, apprendistati barra mill-pajjiż jew parteċipazzjoni f'attivitajiet taż-żgħażagħ, partikolarment il-volontarjat. Il-mobilità ta’ lawrja fil-livell ta’ Masters għandha tkun appoġġata permezz tal-faċilità għall-istudenti ta’ garanzija għal self kif imsemmi fl-Artikolu°14(3).

(b)     Mobilità transnazzjonali tal-persunal, fil-pajjiżi parteċipanti kif imsemmija fl-Artikolu°18. Din il-mobilità tista’ tieħu l-forma ta’ struzzjoni jew ta’ parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ żvilupp professjonali barra l-pajjiż.

2.           Din l-azzjoni se tappoġġa wkoll il-mobilità transnazzjonali ta' studenti, ta’ żgħażagħ u ta’ persunal lejn u minn pajjiżi terzi fir-rigward tal-edukazzjoni għolja li tinkludi mobilità organizzata fuq il-bażi ta’ lawrji konġunti, doppji jew multipli ta’ kwalità għolja jew ta’ sejħiet konġunti, kif ukoll tagħlim mhux formali.

Artikolu 8

Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin

1.           L-azzjoni tal-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-prattiki tajbin għandha tappoġġa:

(a) sħubijiet strateġiċi transnazzjonali bejn organizzazzjonijiet involuti fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u/jew f'attivitajiet taż-żgħażagħ jew f'setturi rilevanti oħra li jiżviluppaw u jimplimentaw inizjattivi konġunti u jippromwovu skambji ta' esperjenza u ta’ kompetenzi;

(b) sħubijiet transnazzjonali bejn intrapriżi u istituzzjonijiet tal-edukazzjoni fl-għamla ta’:

– Alleanzi tal-Għarfien bejn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u intrapriżi li jippromwovu l-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorji billi joffru opportunitajiet rilevanti ta’ tagħlim, li jinkludu l-iżvilupp ta’ kurrikula ġodda;

– Alleanzi tal-Ħiliet Settorali bejn il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-intrapriżi li jippromwovu l-impjegabilità, joħolqu kurrikula ġodda speċifiċi għas-settur, jiżviluppaw modi innovattivi għat-tagħlim u t-taħriġ vokazzjonali u jpoġġu fil-prattika l-għodod ta' rikonoxximent mal-Unjoni kollha.

(c) Pjattaformi ta’ appoġġ tal-IT, li jinkludu ġemellaġġ elettroniku, li jkopru s-setturi tal-edukazzjoni u taż-żgħażagħ, jippermettu tagħlim minn pari, mobilità virtwali u skambji tal-aħjar prattiki u ftuħ ta' aċċess għall-parteċipanti minn pajjiżi tal-viċinat.

2.           Din l-azzjoni għandha tappoġġa wkoll l-iżvilupp, il-bini ta' kapaċità, l-integrazzjoni reġjonali, l-iskambji ta' għarfien u l-proċessi ta' modernizzazzjoni permezz ta' sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja tal-Unjoni u tal-pajjiżi terzi, kif ukoll fis-settur taż-żgħażagħ, notevolment għal tagħlim minn pari u proġetti konġunti tal-edukazzjoni, li jippromwovu l-kooperazzjoni reġjonali, b'mod partikolari mal-pajjiżi tal-viċinat.

Artikolu 9

Appoġġ għar-riforma politika

1.           L-appoġġ għall-azzjoni tar-riforma politika għandu jinkludi l-attivitajiet mibdija fil-livell tal-Unjoni marbuta ma':

(a) l-attivitajiet relatati mal-implimentazzjoni tal-aġenda politika tal-Unjoni dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ (il-Metodi Miftuħa tal-Koordinazzjoni), kif ukoll il-proċessi ta’ Bolonja u ta’ Kopenħagen u d-djalogu strutturat maż-żgħażagħ;

(b) l-implimentazzjoni fil-pajjiżi parteċipanti tal-għodod tat-trasparenza tal-Unjoni, partikolarment il-Europass, il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (EQF), is-Sistema Ewropea tat-Trasferiment u l-Akkumulazzjoni tal-Krediti (ECVET) u l-appoġġ għan-netwerks mal-UE kollha;

(c) il-politika ta’ djalogu bil-partijiet interessati Ewopej rilevanti fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ;

(d) Il-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej, iċ-Ċentri ta’ Rikonoxximent Akkademiku Nazzjonali (NARIC), in-netwerks Eurydice, Euroguidance u Eurodesk, kif ukoll is-Servizzi Nazzjonali ta' Appoġġ għall-eTwinning, iċ-Ċentri Nazzjonali Europass u l-uffiċċji Nazzjonali tal-Informazzjoni fil-pajjiżi tal-viċinat u l-pajjiżi tal-adeżjoni, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali li ma jipparteċipawx bis-sħiħ fil-programm.

2.           Din l-azzjoni għandha tappoġġa wkoll djalogu politiku ma’ pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 10

Attivitajiet Jean Monnet

L-attivitajiet Jean Monnet għandhom jimmiraw biex:

(a) jippromwovu l-istruzzjoni u r-riċerka dwar l-integrazzjoni Ewropea dinjija fost akkademiċi speċjalizzati, dawk li qed jitgħallmu u ċittadini, notevolment permezz tal-ħolqien tal-Katedri Jean Monnet u attivitajiet oħra akkademiċi, kif ukoll billi jipprovdu għajnuna għal attivitajiet oħra ta’ tiswir ta’ għarfien f’istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja;

(b) jappoġġaw l-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet jew assoċjazzjonijiet akkademiċi attivi fil-qasam tal-istudji Ewropej ta’ integrazzjoni u jappoġġaw tikketta ta’ Jean Monnet għall-eċċellenza.

(c) jappoġġaw l-istituzzjonijiet akkademiċi Ewropej li ġejjin, li jsegwu l-mira ta’ interess Ewropew;

(i)      l-Istitut Universitarju Ewropew ta’ Firenze;

(ii)      il-Kulleġġ tal-Ewropa (il-kampus ta’ Bruges u dak ta’ Natolin);

(d) jippromwovu dibattitu dwar il-politiki u skambji bejn id-dinja akkademika u dawk li jfasslu l-politika dwar prijoritajiet politiki tal-Unjoni.

KAPITOLU°III

Sport

Artikolu 11

Objettivi speċifiċi

B’konsistenza mal-objettiv ġenerali, il-Programm għandu jeżerċita l-objettivi speċifiċi li ġejjin fil-qasam tal-isport:

(a) biex jindirizza t-theddid transnazzjonali bħad-doping, ix-xiri tal-logħob, il-vjolenza, ir-razziżmu u l-intoleranza;

– Indikatur relatat: % ta’ parteċipanti li jużaw ir-riżultati tal-proġetti transkonfinali biex jiġġieldu t-theddid għall-isport.

(b) biex jappoġġa l-governanza tajba fl-isport u l-karrieri doppji tal-atleti;

– Indikatur relatat: % ta’ parteċipanti li jużaw ir-riżultati tal-proġetti transkonfinali biex itejbu l-governanza tajba fl-isport u l-karrieri doppji tal-atleti.

(c) biex jippromwovi l-inklużjoni soċjali, l-opportunitajiet indaqs u l-attività fiżika li ttejjeb is-saħħa permezz ta’ żieda fil-parteċipazzjoni fl-isport.

– Indikatur relatat: >% ta’ parteċipanti li jużaw ir-riżultati tal-proġetti transkonfinali biex itejbu l-inklużjoni soċjali, l-opportunitajiet indaqs u r-rati ta’ parteċipazzjoni.

Artikolu 12

Attivitajiet

1.           L-objettivi ta' kooperazzjoni fl-Isport għandhom ikunu eżerċitati permezz tal-attivitajiet transnazzjonali li ġejjin:

(a) appoġġ għal proġetti kollaborattivi transnazzjonali;

(b) appoġġ għal avvenimenti mhux kummerċjali Ewropej tal-isport li jinvolvu diversi pajjiżi Ewropej;

(c) jappoġġaw it-tisħiħ tal-bażi tal-evidenza għat-tfassil tal-politika;

(d) jappoġġaw il-bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet sportivi;

(e) id-djalogu mal-partijiet interessati Ewropej rilevanti.

2.           L-attivitajiet tal-isport appoġġati għandhom, fejn ikun xieraq, ifittxu li jiksbu finanzjament supplimentari permezz ta’ sħubija ma’ partijiet terzi bħal intrapriżi privati.

KAPITOLU°IV

Dispożizzjonijiet Finanzjarji

Artikolu 13

Baġit

1.           L-envelopp finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm mill-1 ta’ Jannar 2014 huwa stipulat għal EUR 17 299 000 000.

L-ammonti li ġejjin għandhom ikunu allokati għall-Azzjonijiet tal-Programm

a)       EUR 16 741 738 000 għall-azzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1);

b)       EUR 318 435 000 għall-attivitajiet Jean Monnet, kif imsemmi fl-Artikolu 10;

c)       EUR 238 827 000 għall-azzjonijiet marbuta mal-Isport, kif imsemmi fil-Kapitolu°III.

2.           Minn barra l-envelopp finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni għolja, ammont indikattiv ta' EUR 1 812 100 000[29] mill-istrumenti esterni differenti (l-Istrument tal-Kooperazzjoni fl-Iżvilupp, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat, l-Istrument għall-Għajnuna Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument tas-Sħubija u l-Fond Ewropew tal-Iżvilupp), se jiġi allokat għal azzjonijiet tal-mobilità tat-tagħlim lejn jew minn pajjiżi li mhux dawk imsemmija fl-Artikolu 18(1) u għall-kooperazzjoni u d-djalogu politiku mal-awtoritajiet/istituzzjonijiet/organizazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament se japplikaw għall-użu ta’ dawk il-fondi.

Il-finanzjament se jsir disponibbli permezz ta’ żewġ allokazzjonijiet multiannwali li jkopru biss l-ewwel erba’ snin u t-tliet snin li jifdal rispettivament. Dan il-finanzjament se jkun rifless fil-programmazzjoni indikattiva multiannwali ta’ dawn l-istrumenti, f’konformità mal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet identifikati tal-pajjiżi kkonċernati. L-allokazzjonijiet jistgħu jiġu riveduti fil-każ ta' ċirkostanzi maġġuri mhux previsti jew bidliet politiċi importanti f'konformità mal-prijoritajiet esterni tal-UE. Kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux parteċipanti tista’ tkun ibbażata, fejn hu rilevanti, fuq approprjazzjonijiet addizzjonali minn pajjiżi msieħba sabiex tkun disponibbli skont il-proċeduri li jridu jiġu miftehma ma' dawn il-pajjiżi.

3.           Skont il-valur miżjud mistenni tat-tliet tipi ta’ azzjoni kif imsemmija fl-Artikolu°6(1), u skont il-prinċipji ta’ massa kritika, konċentrazzjoni, effiċjenza u eżekuzzjoni, l-ammont indikat fl-Artikolu°13(1.a) se jkun allokat b'mod indikatti kif ġej:

– [65°%] ta’ dan l-ammont huwa allokat għal mobiltà ta’ tagħlim tal-individwi;

– [26 %] ta’ dan l-ammont huwa allokat għal kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin;

– [4°%] ta’ dan l-ammont huwa allokat għal appoġġ għar-riforma politika.

– [3 %] ta’ dan l-ammont se jkopri l-għotjiet operattivi lill-Aġenziji Nazzjonali

– [2 %] ta’ dan l-ammont se jkopri n-nefqiet amministrattivi.

4.           L-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm tista’ wkoll tkopri n-nefqa marbuta mal-attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm u l-ksib tal-objettivi; partikolarment, studji, laqgħat ta’ esperti, azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea sa fejn dawn ikunu marbuta mal-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament, spejjeż marbuta mal-fowkus tal-IT fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħra kollha ta’ assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm.

5.           L-allokazzjoni finanzjarja tista’ wkoll tkopri l-ispejjeż ta’ assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont id-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja, id-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE li tistabbilixxi l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni u d-Deċiżjoni Nru 1287/2008/KE li tistabbilixxi Programm ta’ Azzjoni Erasmus Mundus. Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2020 biex ikopru spejjeż simili, sabiex l-azzjonijiet li ma jkunux għadhom lesti sal-31 ta’ Diċembru 2020 ikunu jistgħu jibqgħu jiġu ġestiti.

6.           Il-fondi għall-mobilità tat-tagħlim tal-individwi msemmija fl-Artikolu 6(1.a) li jridu jiġu ġestiti minn Aġenzija Nazzjonali għandhom ikunu allokati fuq il-bażi tal-popolazzjoni u l-għoli tal-ħajja fl-Istat Membru, id-distanza bejn il-kapitali tal-Istati Membri u l-eżekuzzjoni. Il-parametru tar-rendiment jammonta għal 25°% tal-fondi totali skont il-kriterji msemmija fil-paragrafi°7 u 8.

7.           L-allokazzjoni ta’ fondi bbażata fuq l-eżekuzzjoni tapplika sabiex tippromwovi l-użu effiċjenti u effikaċi tar-riżorsi. Il-kriterji użati biex jitkejjel ir-rendiment għandhom ikunu bbażat fuq l-iktar dejta riċenti disponibbli. Dawn il-kriterji huma:

(f) il-livell ta’ riżultati realizzati fis-sena marbuta mal-prodott u r-riżultati miftiehma;

(g) il-livell ta’ ħlasijiet annwali li saru.

Dawn il-kriterji jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni matul il-Programm skont il-proċedura kif imsemmija fl-Artikolu 28 marbuta mal-atti delegati.

8.           L-allokazzjoni tal-fondi għas-sena 2014 għandha tkun ibbażata fuq l-aktar dejta riċenti disponibbli tar-riżultati u l-użu tal-baġit tal-Programm Tagħlim Tul il-Ħajja, il-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni u l-programm Erasmus Mundus implimentati sal-1 ta’ Jannar 2014.

9.           Il-Programm jista’ jipprovdi appoġġ permezz ta’ modalitajiet innovattivi ta’ finanzjament, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikolu°14(3).

Artikolu 14

Modalitajiet speċifiċi ta’ finanzjament

1.           Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni skont ir-Regolament XX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju].

2.           Il-Kummissjoni tista’ tniedi sejħiet konġunti ma’ pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji tagħhom biex jiffinanzjaw il-proġetti b’mod konġunt. Il-Proġetti jistgħu jiġu evalwati u magħżula permezz ta’ proċeduri konġunti ta’ evalwazzjoni u għażla li għandhom jiġu miftiehma mill-aġenziji ta’ finanzjament involuti, f’konformità mal-prinċipji stipulati fir-Regolament Xx/2012[30] [ir-Regolament Finanzjarju].

3.           Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-finanzjament ta’ garanziji għal self lil studenti residenti f’pajjiż parteċipanti kif definit fl-Artikolu 18 (1) li jkunu qed jagħmlu Masters f’pajjiż ieħor parteċipanti, li għandu jingħata permezz ta’ fiduċjarju b’mandat biex jimplimentah fuq il-bażi ta’ ftehimiet fiduċjarji li jistabbilixxu r-regoli dettaljati u r-rekwiżiti li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju kif ukoll l-obbligi rispettivi tal-partijiet. L-istrument finanzjarju għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet dwar l-istrumenti finanzjarji fir-Regolament Finanzjarju u fl-Att Delegat li jissostitwixxi r-Regoli ta’ Implimentazzjoni. Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, id-dħul u l-ħlasijiet mill-ġdid iġġenerati mill-garanziji għandhom jiġu assenjati lill-istrument finanzjarju. Dan l-istrument finanzjarju, inkluż il-ħtiġijiet tas-suq u l-użu, se jkun soġġett għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 15(2).

4.           Il-korpi pubbliċi, kif ukoll l-iskejjel, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-organizzazzjonijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport li jkunu rċevew iktar minn 50 % tad-dħul annwali tagħhom minn sorsi pubbliċi fl-aħħar sentejn għandhom jitqiesu li għandhom il-kapaċità finanzjarja, professjonali u amministrattiva meħtieġa biex iwettqu l-attivitajiet skont il-Programm. Ma għandhomx għalfejn jippreżentaw aktar dokumentazzjoni biex juru dan.

5.           L-għotjiet għall-mobilità ta’ tagħlim mogħtija lill-individwi għandhom ikunu eżentati minn kull taxxa jew levies soċjali. L-istess eżenzjoni għandha tapplika għal korpi intermedjarji li jagħtu dan l-appoġġ finanzjarju lill-individwi kkonċernati.

6.           L-ammont imsemmi fl-Artikolu [127(1)] tar-Regolament Finanzjarju ma għandux japplika għall-appoġġ finanzjarju għall-mobilità tat-tagħlim mogħti lill-individwi.

KAPITOLU°V

Riżultati tar-rendiment u disseminazzjoni

Artikolu 15

Monitoraġġ u evalwazzjoni tal-eżekuzzjoni u tar-riżultati

1.           Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha timmonitorja b’mod regolari l-eżekuzzjoni u r-riżultati tal-Programm skont l-objettivi tiegħu, partikolarment dwar:

(a) Il-valur miżjud Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 3;

(b) Id-distribuzzjoni tal-fondi assoċjati mas-setturi edukattivi prinċipali, immirati biex jiżguraw, sal-aħħar tal-Programm, allokazzjoni ta' fondi li tiggarantixxi impatt sistematiku sinifikanti.

2.           Barra mill-monitoraġġ kontinwu, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta’ evalwazzjoni mhux iktar tard minn tmiem l-2017 sabiex tevalwa l-effettività fil-ksib tal-objettivi, l-effiċjenza tal-Programm u l-valur miżjud Ewropew tiegħu, fid-dawl ta’ deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-Programm. L-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna, ir-relevanza ssuktata tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-miżuri lill-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għandha tqis ukoll ir-riżultati tal-evalwazzjoni dwar l-impatt fit-tul tal-programmi ta’ qabel (Tagħlim Tul il-Ħajja, Żgħażagħ fl-Azzjoni, Erasmus Mundus u programmi internazzjonali oħra tal-edukazzjoni għolja).

3.           Bla ħsara għar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitlu VII u l-obbligi tal-Aġenziji Nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 22, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Marzu 2017 u t-30 ta’ Ġunju 2019 rispettivament, rapporti dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm.

Artikolu 16

Komunikazzjoni u disseminazzjoni

1.           Il-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri għandha tiżgura t-tixrid ta’ informazzjoni, ta’ pubbliċità u ta’ segwitu fir-rigward tal-azzjonijiet appoġġati skont il-Programm, kif ukoll it-tixrid tar-riżultati tal-Programmi preċedenti Tagħlim Tul il-Ħajja, Erasmus Mundus u Żgħażagħ fl-Azzjoni.

2.           Benefiċjarji tal-proġetti appoġġati permezz ta’ azzjonijiet u attivitajiet imsemmija fl-Artikoli°6, 10 u 12, għandhom jiżguraw komunikazzjoni u tixrid proprji tar-riżultati u tal-impatti miksuba.

3.           L-Aġenziji Nazzjonali, kif imsemmija fl-Artikolu°22, għandhom jiżviluppaw politika konsistenti b’ħarsa għat-tixrid u l-isfruttament effettiv tar-riżultati ta’ attivitajiet appoġġati skont l-azzjonijiet li jiġġestixxu fil-programm u jassistu l-Kummissjoni fil-kompitu ġenerali ta’ tixrid ta’ informazzjoni dwar il-Programm u r-riżultati tiegħu.

4.           Il-korpi pubbliċi u privati fis-setturi prinċipali tal-edukazzjoni koperti mill-Programm għandhom jużaw il-marka kummerċjali "Erasmus" għall-fini ta' komunikazzjoni u tixrid ta’ informazzjoni marbuta mal-programm; il-marka kummerċjali għandha tkun assoċjata mas-setturi prinċipali tal-edukazzjoni li ġejjin:

– "Edukazzjoni għolja Erasmus", assoċjata ma’ kull tip ta' edukazzjoni għolja fl-Ewropa u internazzjonalment

– "Taħriġ Erasmus", assoċjat mal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u tagħlim tal-adulti

– "Skejjel Erasmus", assoċjati mal-edukazzjoni fl-iskola

– "Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ Erasmus", assoċjata mat-tagħlim mhux formali taż-żgħażagħ.

5.           Attivitajiet ta’ komunikazzjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni bejn il-korpi dwar il-prijoritajiet politiki tal-Unjoni bil-kundizzjoni li dawn huma relatati mal-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU°VI

Aċċess għall-Programm

Artikolu 17

Aċċess

1.           Kull korp pubbliku u privat attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport tal-massa jista' japplika taħt dan il-Programm.

2.           Fl-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw sforzi partikolari biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta’ nies b’diffikultajiet għal raġunijiet edukattivi, soċjali, ta’ sess, fiżiċi, psikoloġiċi, ġeografiċi, ekonomiċi u kulturali.

Artikolu 18

Parteċipazzjoni tal-pajjiż

1.           Il-Programm hu miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li ġejjin (minn hawn 'il quddiem imsejħin il-“pajjiżi parteċipanti”):

(a) l-Istati Membri;

(b) il-pajjiżi tal-adeżjoni, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn strateġija ta’ qabel l-adeżjoni, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehimiet ta’ Qafas rispettivi, id-Deċiżjonijiet ta' Assoċjazzjoni tal-Kunsill jew ftehimiet simili;

(c) il-pajjiżi EFTA li huma parti mill-Ftehim ŻEE, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim;

(d) il-Konfederazzjoni Svizzera, bil-kundizzjoni li jiġi konkluż ma' dak il-pajjiż ftehim bilaterali li jipprevedi l-parteċipazzjoni tagħha;

2.           Il-pajjiżi parteċipanti mniżżlin fil-paragrafu°1, għandhom ikunu soġġetti għall-obbligazzjonijiet kollha u jissodisfaw il-kompiti kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament f’rabta mal-Istati Membri.

3.           Il-Programm għandu jappoġġa l-kooperazzjoni mal-imsieħba minn pajjiżi terzi, notevolment imsieħba minn pajiiżi tal-viċinat, f’azzjonijiet u attivitajiet kif imsemmija fl-Artikoli°6 u 10.

KAPITOLU°VII

Sistema ta' ġestjoni u verifika

Artikolu 19

Komplementarjetà

Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura konsistenza u komplementarjetà ġenerali ma’:

(a) il-politiki tal-Unjoni rilevanti, b’mod partikolari dawk fl-oqsma tal-kultura u l-midja, l-impjiegi, is-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intrapriżi, il-ġustizzja, il-konsumaturi, l-iżvilupp u l-politika ta’ koeżjoni;

(b) is-sorsi l-oħra rilevanti ta’ finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-politiki tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew u l-istrumenti finanzjarji l-oħra marbuta mal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Programmi ta’ Riċerka u Innovazzjoni, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji relatati mal-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, is-saħħa, il-Programmi ta’ kooperazzjoni esterna u l-istrumenti ta’ qabel l-adeżjoni.

Artikolu 20

Korpi ta’ implimentazzjoni

Il-Programm għandu jiġi implimentat mill-korpi li ġejjin:

(a) Il-Kummissjoni fil-livell tal-Unjoni;

(b) L-Aġenziji Nazzjonali fil-livell nazzjonali li għandu jiġi implimentat fil-pajjiżi parteċipanti kif imsemmi fl-Artikolu 18(1).

Artikolu 21

Awtorità Nazzjonali

1.           Fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni peremzz ta’ notifika formali mir-Rappreżentant Permanenti tal-persuna/i awtorizzata/i legalment biex taġixxi/jaġixxu f’isimhom bħala l-"Awtorità Nazzjonali" għall-fini ta' dan ir-Regolament. F’każ ta’ sostituzzjoni tal-Awtorità Nazzjonali matul l-iżvolġiment tal-Programm, l-Istat Membru għandu immedjatament jinnotifika lill-Kummissjoni bl-istess proċedura.

2.           L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għat-tħaddim tajjeb tal-Programm, inkluż l-amministrazzjoni tal-viżi.

3.           Fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità Nazzjonali għandha taħtar korp uniku ta’ koordinazzjoni, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Aġenzija Nazzjonali". L-Awtorità Nazzjonali għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante li l-Aġenzija Nazzjonali tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 55(1)(b)(vi) u l-Artikolu 57(1), (2) u (3) tar-Regolament Nru XX/2012, u l-Artikolu X tar-Regolament Delegat tagħha Nru XX/2012, kif ukoll mar-rekwiżiti tal-Unjoni għall-istandards tal-kontroll intern għall-Aġenziji Nazzjonali u r-regoli għall-ġestjoni tagħhom tal-fondi tal-Programm għall-appoġġ f’għamla ta’ għotjiet.

4.           L-Awtorità Nazzjonali għandha taħtar korp indipendenti ta’ verifika kif imsemmi fl-Artikolu 24.

5.           L-Awtorità Nazzjonali għandha timmonitorja u twettaq superviżjoni tal-ġestjoni tal-Programm fil-livell nazzjonali. Għandha tinforma u tikkonsulta lill-Kummissjoni mingħajr dewmien qabel ma tieħu kull deċiżjoni li jista’ jkollha impatt fuq il-ġestjoni tal-Programm, partikolarment dwar l-Aġenzija Nazzjonali tagħha.

6.           L-Awtorità Nazzjonali għandha tibbaża l-Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante tagħha fuq il-kontrolli u l-verifiki tagħha stess, u/jew fuq il-kontrolli u l-verifiki li saru mill-korp indipendenti tal-verifika msemmi fl-Artikolu 24.

7.           Fil-każ li l-Aġenzija Nazzjonali maħtura għall-Programm tkun l-istess bħall-Aġenzija Nazzjonali maħtura għall-Programmi preċedenti Tagħlim Tul il-Ħajja jew Żgħażagħ fl-Azzjoni, l-ambitu tal-kontrolli u l-verifiki għall-Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante jista' jkun limitat għar-rekwiżiti li jkunu ġodda u speċifiċi għall-Programm.

8.           Fil-każ li l-Kummissjoni tirrifjuta l-ħatra tal-Aġenzija Nazzjonali fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tal-Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante tagħha, l-Awtorità Nazzjonali għandha tiżgura li l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju jittieħdu mill-korp maħtur bħala l-Aġenzija Nazzjonali biex jikkonforma mar-rekwiżiti minimi stipulati mill-Kummissjoni jew taħtar korp ieħro bħala Aġenzija Nazzjonali.

9.           L-Awtorità Nazzjonali għandha tipprovdi kofinanzjament adegwat għall-operazzjonijiet tal-Aġenzija Nazzjonali tagħha biex tiżgura li l-Programm ikun ġestit fir-rigward tar-regoli applikabbli tal-Unjoni;

10.         Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-assigurazzjoni tal-Aġenzija Nazzjonali, l-opinjoni tal-verifika indipendenti u l-analiżi tal-Kummissjoni tal-konformità u r-rendiment tal-Aġenzija Nazzjonali, l-Awtorità Nazzjonali għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ottubru ta’ kull sena dwar l-attivitajiet tagħha ta’ monitoraġġ u superviżjoni tal-Programm.

11.         L-Awtorità Nazzjonali għandha tieħu responsabbiltà tal-ġestjoni tajba tal-fondi tal-Unjoni ttrasferiti mill-Kummissjoni lill-Aġenzija Nazzjonali għall-appoġġ f'għotjiet li jingħataw skont il-Programm.

12.         F’każ ta’ xi irregolarità, negliġenza jew frodi li jkunu imputabbli lill-Aġenzija Nazzjonali, kif ukoll fil-każ ta’ nuqqasijiet serji jew eżekuzzjoni mhux xierqa tal-Aġenzija Nazzjonali, u fejn dan iwassal għal pretensjonijiet mill-Kummissjoni kontra l-Aġenzija Nazzjonali, l-Awtorità Nazzjonali għandha tkun responsabbli lejn il-Kummissjoni għall-fondi mhux irkuprati.

13.         Fl-avvenimenti u l-każijiet imsemmija fil-paragrafu 12, l-Awtorità Nazzjonali tista’ tirrevoka l-Aġenzija Nazzjonali bl-inizjattiva tagħha jew wara talba mill-Kummissjoni. F’każ li l-Awtorità Nazzjonali tixtieq tirrevoka l-Aġenzija Nazzjonali għal raġunijiet oħra ġġustifikati, din għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bir-revoka minn tal-inqas sitt xhur qabel id-data maħsuba għal tmiem il-mandat tal-Aġenzija Nazzjonali. F’dan il-każ, l-Awtorità Nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom formalment jaqblu dwar miżuri tranżitorji speċifiċi u fil-ħin.

14.         Fil-każ ta’ revoka, l-Awtorità Nazzjonali għandha timplimenta l-kontrolli meħtieġa dwar il-fondi tal-Unjoni fdati lill-Aġenzija Nazzjonali rrevokata u tiżgura trasferiment bla tfixkil ta' dawn il-fondi kif ukoll tad-dokumenti u tal-għodod ta' ġestjoni kollha meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm lill-Aġenzija Nazzjonali l-ġdida. L-Awtorità Nazzjonali għandha tipprovdi lill-Aġenzija Nazzjonali rrevokata bl-appoġġ finanzjarju meħtieġ biex tkompli timplimenta l-obbligi kuntrattwali fil-konfront tal-benefiċjarji tal-Programm u l-Kummissjoni sakemm isir trasferiment ta' dawk l-obbligi lill-Aġenzija Nazzjonali l-ġdida.

Artikolu 22

Aġenzija Nazzjonali

1.           L-Aġenzija Nazzjonali għandha:

(a) jkollha personalità ġuridika jew tkun parti minn entità li jkollha personalità ġuridika, u tkun regolata mil-liġi tal-Istat Membru kkonċernat. Ministeru ma jistax jiġi nnominat bħala Aġenzija Nazzjonali;

(b) ikollha kapaċità ta’ ġestjoni, persunal u infrastrutturi adegwati biex jissodisfaw il-kompiti tagħha b'mod sodisfaċenti, jiżguraw ġestjoni effiċjenti u effettiva tal-Programm u ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni;

(c) ikollha l-mezzi operattivi u legali biex tapplika r-regoli ta’ ġestjoni amministrattiva, kuntrattwali u finanzjarji stabbiliti fuq livell ta’ Unjoni;

(d) toffri garanziji finanzjarji xierqa, preferibbilment maħruġa minn awtorità pubblika, korrispondenti għal-livell ta' fondi tal-Unjoni li hija se tkun imsejħa li tamministra;

(e) tkun innominata għat-tul tal-Programm.

2.           L-Aġenzija Nazzjonali għandha tkun responsabbli ta’ ċerti azzjonijiet tal-Programm immexxija fil-livell nazzjonali, f’konformità mal-Artikoli 55(1)(b)(vi) tar-Regolament Nru XXX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju futur] u tal-Artikolu X tar-Regolament Delegat tiegħu Nru XXX/2012 [Regoli ta’ Implimentazzjoni futuri]. Dawn l-azzjonijiet huma:

(a) l-azzjonijiet tal-Programm kollha taħt l-azzjoni ewlenija “Mobilità tat-Tagħlim tal-Individwi", bl-eċċezzjoni tal-mobilità organizzata fuq il-bażi ta' lawrji konġunit jew doppji/multipli u l-iskema ta' garanzija tas-self tal-Unjoni;

(b) l-azzjoni tal-Programm "Sħubijiet Strateġiċi" fl-azzjoni ewlenija "Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-prassi tajba";

(c) il-ġestjoni tal-attivitajiet tal-massa fl-azzjoni ewlenija “Appoġġ lir-Riforma Politika".

3.           L-Aġenzija Nazzjonali se tkun inkarigata tamministra l-istadji kollha taċ-ċiklu ta’ ħajja tal-proġett tal-azzjonijiet tal-Programm imsemmija fil-paragrafu 2, bl-eċċezzjoni possibbli tad-deċiżjoni dwar l-għażla u l-għoti għas-Sħubijiet Strateġiċi msemmija fl-istess paragrafu.

4.           L-Aġenzija Nazzjonali għandha toħroġ appoġġ ta’ għotja lil benefiċjarji permezz ta’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja, kif speċifikat mill-Kummissjoni għall-azzjoni kkonċernata tal-Programm.

5.           L-Aġenzija Nazzjonali għandha tirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Nazzjonali fuq bażi annwali skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 57(5) tar-Regolament Finanzjarju Nru XX/2012. L-Aġenzija Nazzjonali għandha tkun inkarigata mill-implimentazzjoni tal-osservazzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni wara l-analiżi tagħha tad-dikjarazzjoni tal-ġestjoni tal-assigurazzjoni tal-Aġenzija Nazzjonali, kif ukoll tal-opinjoni tal-verifika indipendenti dwarha.

6.           L-Aġenzija Nazzjonali ma għandhiex tiddelega lill-partijiet terzi kull kompitu tal-Programm jew tingħata lilha l-implimentazzjoni tal-baġit mingħajr awtorizzazzjoni bil-miktub mill-Awtorità Nazzjonali u mill-Kummissjoni. L-Aġenzija Nazzjonali għandha żżomm ir-responsabbiltà unika għall-kompiti delegati lil parti terza.

7.           F’każ ta’ bidla tal-Aġenzija Nazzjonali, l-Aġenzija Nazzjonali rrevokata tibqa' legalment responsabbli għall-obbligi kuntrattwali tagħha fil-konfront tal-benefiċjarji tal-Programm u tal-Kummissjoni sakemm isir it-trasferiment ta’ dawn l-obbligi lill-Aġenzija Nazzjonali l-ġdida

8.           L-Aġenzija Nazzjonali għandha tkun inkarigata mill-ġestjoni u l-likwidazzjoni tal-ftehimiet finanzjarji relatati mal-Programmi preċedenti ta’ Tagħlim tul il-Ħajja u Żgħażagħ fl-Azzjoni (2007-2013) li jkunu għadhom miftuħa fil-bidu tal-Programm.

Artikolu 23

Il-Kummissjoni Ewropea

1.           Fi żmien xahrejn mill-wasla tal-Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante kif imsemmi fl-Artikolu 21(3) mill-Awtorità Nazzjonali, il-Kummissjoni għandha taċċetta, kundizzjonalment taċċetta jew tirrifjuta l-ħatra tal-Aġenzija Nazzjonali. Il-Kummissjoni ma għandhiex tidħol f’relazzjoni kuntrattwali mal-Aġenzija Nazzjonali sakemm tiġi aċċettata l-Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante. Fil-każ ta’ aċċettazzjoni b’mod kundizzjonali, il-Kummissjoni tista’ tapplika miżuri proporzjonati ta’ prekawzjoni għar-relazzjoni kuntrattwali tagħha mal-Aġenzija Nazzjonali.

2.           Il-Kummissjoni għandha tifformalizza r-responsabbiltajiet legali fir-rigward ta’ ftehimiet finanzjarji marbuta mal-programmi preċedenti Tagħlim Tul il-Ħajja u Żgħażagħ fl-Azzjoni (2007-2013) li jkunu għadhom miftuħa fil-bidu tal-Programm ladarba tkun aċċettat l-Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante dwar l-Aġenzija Nazzjonali maħtura għall-Programm.

3.           Id-dokument li jirregola r-relazzjoni kuntrattwali bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija Nazzjonali għandu:

(a) jistipula l-isandards interni ta’ kontroll għal Aġenziji Nazzjonali u r-regoli għall-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni għall-appoġġ ta’ għotja mill-Aġenziji Nazzjonali;

(b) jinkludi l-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija Nazzjonali li jinkludi l-kompiti ta’ ġestjoni tal-Aġenzija Nazzjonali li għalihom huwa pprovdut l-appoġġ tal-UE;

(c) jipeċifika r-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-Aġenzija Nazzjonali.

4.           Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-fondi tal-Programm li ġejjin disponibbli għall-Aġenziji Nazzjonali fuq bażi annwali:

(a) fondi għall-appoġġ ta' għotja fl-Istat Membru għall-azzjonijiet tal-Programm li l-ġestjoni tagħhom hija fdata lill-Aġenzija Nazzjonali;

(b) kontribuzzjoni finanzjarja b’appoġġ għall-kompiti ta’ ġestjoni tal-Programm tal-Aġenzija Nazzjonali. Din se tiġi pprovduta fil-forma ta’ kontribuzzjoni ta’ rata fissa għall-ispejjeż operattivi tal-Aġenzija Nazzjonali. Hija se tkun stabbiliti fuq il-bażi tal-ammont ta’ fondi tal-Unjoni għall-appoġġ ta’ għotja fdati lill-Aġenzija Nazzjonali.

5.           Il-Kummissjoni ma għandhiex tagħmel il-fondi tal-Programm disponibbli għall-Aġenzija Nazzjonali qabel tingħata l-approvazzjoni formali lill-programm ta' ħidma rilevanti tal-Aġenzija Nazzjonali mill-Kummissjoni.

6.           Fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta’ konformità għall-Aġenziji Nazzjonali msemmija fl-Artikolu 21(3), il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sistema nazzjonali ta’ ġestjoni u kontroll, partikolarment permezz tal-evalwazzjoni tal-Evalwazzjoni tal-Konformità ex ante tal-Awtorità Nazzjonali, tad-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-assigurazzjoni u tal-opinjoni dwarha tal-korp indipendenti ta' verifika, bil-kunsiderazzjoni tal-informazzjoni annwali mill-Awtorità Nazzjonali dwar l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u superviżjoni tagħha tal-Programm.

7.           Mal-evalwazzjoni tagħha tad-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-assigurazzjoni u tal-opinjoni dwarha tal-korp indipendenti ta’ verifika, il-Kummissjoni għandha tindirizza l-opinjoni u l-osservazzjonijiet tagħha lill-Aġenzija Nazzjonali u lill-Awtorità Nazzjonali.

8.           Fil-każ li l-Kummissjoni ma tistax taċċetta d-dikjarazzjoni tal-ġestjoni tal-assigurazzjoni tal-Aġenzija Nazzjonali jew l-opinjoni tal-verifika indipendenti dwarha, jew fil-każ ta’ implimentazzjoni mhux sodisfaċenti tal-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni mill-Aġenzija Nazzjonali, il-Kummissjoni tista’ timplimenta kull miżura prekawzjonarja jew korrettiva meħtieġa biex tħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni skont l-Artikolu 57(4) tar-Regolament Finanzjarju Nru XX/2012.

9.           Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat regolari man-netwerk ta’ Aġenziji Nazzjonali sabiex tiżgura implimentazzjoni koerenti tal-Programm bejn il-pajjiżi parteċipanti kollha.

10.         Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Awtoritajiet Nazzjonali li jinnominaw l-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet, jew it-tipi ta' dawn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet, li għandhom jiġu kkunsidrati eliġibbli biex jipparteċipaw f’azzjonijiet speċifiċi tal-Programm fit-territorji rispettivi tagħhom.

Artikolu 24

Korp tal-verifika

1.           Il-verifika indipendenti għandha toħroġ opinjoni tal-verifika dwar id-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 57(5)(d) u (e) tar-Regolament Finanzjarju Nru XX/2012.

2.           Il-korp indipendenti tal-verifika għandu:

(a) Ikollu l-kompetenzi professjonali meħtieġa biex iwettaq verifiki tas-settur pubbliku;

(b) Jiżgura li l-attività ta’ verifika tqis l-istandards tal-verifika aċċettati fil-livell internazzjonali;

(c) Ma jkunx f’pożizzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi fir-rigward tal-entità legali li l-Aġenzija Nazzjonali tagħmel parti minnha. Għandu partikolarment ikun indipendenti funzjonalment fir-rigward tal-entità legali li l-Aġenzija Nazzjonali tagħmel parti minnha u ma għandux iwettaq kontrolli jew verifiki oħra fuq dik l-entità legali jew għaliha.

3.           Il-korp indipendenti ta’ verifika għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lir-rappreżentanti tagħha kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri b’aċċess sħiħ għad-dokumenti u r-rapporti kollha b’appoġġ tal-opinjoni ta’ verifika li joħroġ dwar id-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-assigurazzjoni tal-Aġenzija Nazzjonali.

KAPITOLU°VIII

Sistema ta’ kontroll

Artikolu 25

Prinċipji tas-sistema tal-kontroll

1.           Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jkunu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea huma mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa mhux kif dovut u, fejn hu xieraq, permezz ta’ pieni effettivi, proporzjonati u ta’ deterrent.

2.           Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kontrolli ta’ superviżjoni fir-rigward tal-azzjonijiet tal-Programm immexxija mill-Aġenziji Nazzjonali. Għandha tistipula r-rekwiżiti minimi għall-kontrolli mill-Aġenzija Nazzjonali u l-korp indipendenti ta’ verifika.

3.           L-Aġenzija Nazzjonali għandha tkun responsabbli għall-kontrolli primarji tal-benefiċjarji tal-għotjiet għall-azzjonijiet tal-Programm kif imsemmi fl-Artikolu 22(2). Dawn il-kontroll għandhom jagħtu assigurazzjoni raġonevoli li l-għotjiet mogħtija jintużaw kif kien intenzjonat u f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.

4.           Fir-rigward tal-fondi tal-Programm trasferiti lill-Aġenziji Nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni xierqa tal-kontrolli tagħha mal-Awtoritajiet Nazzjonali u l-Aġenziji Nazzjonali, fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ verifika waħda u wara li ssir analiżi bbażata fuq ir-riskju. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-investigazzjonijiet ta’ OLAF.

Artikolu 26

Ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea

1.           Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandhom ikollhom is-setgħa tal-verifika, fuq il-bażi ta’dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha tal-għotja, il-kuntratturi, is-sottokuntratturi u partijiet terzi oħra li rċevew fondi tal-Unjoni. Dawn jistgħu jwettqu wkoll verifiki u kontrolli tal-Aġenziji Nazzjonali.

2.           L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq kontrolli u spezzjonijiet fil-post fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament b’dan il-finanzjament skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (Euratom, KE) Nru°2185/96 bil-ħsieb jiġi stabbilit li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b'konnessjoni ma' ftehim ta' għotja jew deċiżjoni jew kuntratt li jikkonċerna l-finanzjament tal-Unjoni.

3.           Bla ħsara għall-paragrafi 1 u 2, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ftehimiet tal-għotja u deċiżjonijiet tal-għotja u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom espressament jintitolaw lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex jagħmlu dawn il-verifiki, kontrolli fil-post u spezzjonijiet.

KAPITOLU°IX

Delega tas-setgħa u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet

Artikolu 27

Delega tas-setgħat lill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 dwar l-emendar tal-Artikolu 13(7) u l-Artikolu 22(2) marbuta rispettivament mal-kriterji tar-rendiment u d-dispożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet immexxija mill-Aġenziji Nazzjonali.

Artikolu 28

Eżerċizzju tad-delega

1.           Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.           Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu°27 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ seba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għat-tul tal-Programm.

3.           Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu°27 tista’ tiġi rrevokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kull att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.           Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.           Att iddelegat adottat skont l-Artikolu°27 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn minn notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 29

Implimentazzjoni tal-Programm

Sabiex timplimenta l-programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma annwali f’għamla ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2). Dawn għandhom jistipulaw l-objettivi, ir-riżultati mistennija, il-metodu tal-implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Għandhom ukoll ikun fihom deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni, kif uoll id-distribuzzjoni tal-fondi bejn l-Istati Membri għall-azzjonijiet immexxija mill-Aġenziji Nazzjonali, u skeda indikattiva tal-implimentazzjoni. Għandhom jinkludu wkoll għall-għotjiet, il-prijoritajiet, il-kriterji essenzjali tal-evalwazzjoni u r-rata massima tal-kofinanzjament.

Artikolu 30

Proċedura ta’ kumitat

1.           Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru°182/2011.

2.           Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu°5 tar-Regolament (UE) Nru°182/2011.

KAPITOLU°X

Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 31

Revoka - Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.           Id-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja, id-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE li tistabbilixxi l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni u d-Deċiżjoni Nru 1298/2008/KE li tistabbilixxi Programm ta’ Azzjoni Erasmus Mundus għandhom jiġu revokati mill-1 ta’ Jannar 2014.

2.           L-azzjonijiet li jinbdew fil-31°ta’°Diċembru°2013 jew qabel, abbażi tad-Deċiżjoni Nru°1720/2006/KE, tad-Deċiżjoni Nru°1719/2006/KE u tad-Deċiżjoni Nru°1298/2008/KE, għandhom jiġu amministrati, jekk huma rilevanti, b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

3.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw fuq livell nazzjonali t-tranżizzjoni bla tfixkil bejn l-azzjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-Programmi preċedenti fl-oqsma tat-tagħlim tul il-ħajja, taż-żgħażagħ u tal-kooperazzjoni internazzjonali fl-edukazzjoni għolja u dawk li jridu jiġu implimentati fil-Programm.

Artikolu 32

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

[li għandha tintuża għal kull proposta jew inizjattiva sottomessa lill-awtorità leġiżlattiva

(l-Artikolu°28 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 22 tar-regoli ta’ implimentazzjoni)]

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    It-titolu tal-qafas/inizjattiva

              1.2.    Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    In-natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    L-objettiv(i)

              1.5.    Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

              1.7.    Il-metodu(i) tal-ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

              2.2.    Sistema ta' ġestjoni u ta’ kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    L-intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja(i) tal-baġit tan-nefqa affettwata(i)

              3.2.    L-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

              3.2.3. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

              3.2.5. Il-parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    L-impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        It-titolu tal-qafas/inizjattiva

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi Erasmus Għal Kulħadd, il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport.

1.2.        Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[31]

Titolu°15 L-Edukazzjoni u l-Kultura

1.3.        In-natura tal-proposta/inizjattiva

x Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett bi prova/azzjoni preparatorja[32]

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.        L-Objettivi

1.4.1.     L-objettiv(i) strateġiku(ċi) multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Strateġija Ewropa 2020

Prijorità: Tkabbir inklużiv u intelliġenti, Programm wieħed għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport

Miri: l-Edukazzjoni/il-Ħiliet

Inizjattivi ewlenin: Aġenda għall-ħiliet u impjiegi ġodda, Żgħażagħ attivi

1.4.2.     Objettiv(i) speċifiku(ċi) u l-attività(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernata(i)

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru°1:

Li jittejjeb il-livell tal-kompetenzi u tal-ħiliet ewlenin b’mod partikolari fir-rigward tar-relevanza tagħhom għas-suq tax-xogħol u għas-soċjetà, kif ukoll il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa, notevolment permezz ta’ żieda fl-opportunitajiet ta’ mobilità ta’ tagħlim għaż-żgħażagħ, għal dawk li qed jitgħallmu, għall-persunal u għall-ħaddiema żgħażagħ u permezz ta’ tisħiħ fil-kooperazzjoni bejn l-edukazzjoni/ż-żgħażagħ u d-dinja tax-xogħol.

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru°2:

Li jitrawwem titjib fil-kwalità, eċċellenza innovattiva u internazzjonalizzazzjoni fil-livell ta’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni, kif ukoll fil-ħidma taż-żgħażagħ, notevolment permezz ta’ tkabbir fil-kooperazzjoni transnazzjonali bejn min jipprovdi l-edukazzjoni u t-taħriġ/l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet interessati oħra.

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru°3:

Li tiġi promossa l-emerġenza ta’ qasam Ewropew tat-tagħlim tul il-ħajja, iħeġġeġ riformi politiki f’livell nazzjonali, jappoġġa l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ, li jinkludu t-tagħlim mhux formali, u jappoġġa l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, notevolment permezz ta' politika ta' kooperezzjoni mkabbra, użu aħjar ta' għodod ta' rikonoxximent u trasparenza u t-tixrid ta' prattiki tajbin

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru°4:

Li jkabbar id-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ partikolarment fl-edukazzjoni għolja billi jżid l-attraenza tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja tal-Unjoni u jappoġġa l-għanijiet ta’ żvilupp tal-Unjoni permezz tal-promozzjoni tal-mobilità u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja tal-UE u tal-pajjiżi terzi u permezz ta’ bini mmirat ta’ kapaċità fil-pajjiżi terzi

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru°5:

Li jittejjbu l-istruzzjoni u t-tagħlim tal-lingwi u jippromwovi d-diversità lingwistika

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru°6:

Li tiġi promossa l-eċċellenza fl-attivitajiet tat-tagħlim u r-riċerka fl-integrazzjoni Ewropea permezz tal-attivitajiet Jean Monnet madwar id-dinja

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru°7:

L-indirizzar tat-theddid transnazzjonali bħad-doping, ix-xiri tal-logħob, il-vjolenza, ir-razziżmu u l-intoleranza.

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru°8:

L-appoġġ tal-governanza tajba fl-isport u l-karrieri doppji tal-atleti;

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru°9:

Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, l-opportunitajiet indaqs u l-attività fiżika li ttejjeb is-saħħa permezz ta’ żieda fil-parteċipazzjoni fl-isport.

Attività(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernata(i)

Proponiment ta' attività ABM/ABB ġdida:

15.02 Edukazzjoni, Taħriġ, Żgħażagħ u Sport

1.4.3.     Riżultat(i) mistenni(ja) u l-impatt

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Permezz tal-promozzjoni tal-mobilità ta' tagħlim transnazzjonali formali u mhux, u l-kooperazzjoni kemm fl-Unjoni kif ukoll internazzjonalment, Erasmus għal kulħadd se jgħin l-istati membri jiksbu impatt sistematiku sinifikanti fuq is-sistemi tagħhom ta’ edukazzjoni, ta’ taħriġ u ta’ żgħażagħ. Il-benefiċċji mistennija se jmorru lil hinn mill-individwi kkonċernati; huma se jgħinu liż-żgħażagħ jiksbu ħiliet ġodda u jkabbru l-kapaċità tagħhom għall-impjieg; huma se jagħmlu istituzzjonijiet tal-edukazzjoni aktar effiċjenti, miftuħa u internazzjonali, u jipprovdu għodod, analiżi u riċerka ta’ kwalità.

Fil-qasam tat-tagħlim mhux formali u tax-xogħol taż-żgħażagħ, huma mistennija impatti aktar b'saħħithom fuq l-iżvilupp edukattiv u professjonali tal-individwi, li jinkludi l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fis-soċjetà kif ukoll fl-isport. Il-programm se jifforma wkoll inizjattivi ta’ politika bħas-Servizz Volontarju Ewropew, li jtejjeb il-kooperazzjoni fil-qasam ta’ attivitajiet volontarji għaż-żgħażagħ.

Għall-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi terzi, il-proposta se żżid il-potenzjal tagħhom għal sħubijiet li jimmiraw lejn kooperazzjoni aktar mill-qrib notevolment fl-attivitajiet ta’ mobilità. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni se jagħti appoġġ lill-bini ta’ kapaċità u l-modernizzazzjoni ta’ edukazzjoni għolja f'pajjiżi msieħba, u jagħti kontribut għall-ġibda lejn l-Ewropa.

1.4.4.     Indikaturi ta’ riżultati u impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Indikaturi || Sorsi tad-dejta || Mira

– Kisba f’livell terzjarju – Dawk li jitilqu qabel iż-żmien mill-iskola || Ewropa 2020 Rapporti tal-ET2020 Eurostat || Sal-2020, tal-inqas 40°% tan-nies bejn it-30-34°sena għandhom ikunu gradwati tal-edukazzjoni għolja Sal-2020, mhux aktar minn 10°% tan-nies bejn it-18-24°sena jkollhom biss edukazzjoni sekondarja bikrija u mhumiex irreġistrati f’istituzzjonijiet tal-edukazzjoni jew taħriġ

% tal-parteċipanti li kellhom żieda fil-kompetenzi ewlenin u/jew il-ħiliet tagħhom relevanti għall-impjegabilità tagħhom || Eurostat Rapport finali tal-benefiċjarju Stħarriġ/Ewrobarometru || Sal-2020, 95%% ta’ persuni li jiddikjaraw li kisbu jew tejbu l-kompetenzi ewlenin permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fi proġett tal-programm

% ta’ żgħażagħ li jiddikjaraw li huma aktar imħejjija biex jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u politika || Rapport finali tal-benefiċjarju Stħarriġ/Ewrobarometru || Sal-2020, 70 % taż-żgħażagħ li jiddikjaraw li huma iktar imħejjija biex jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u politika permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fi proġett tal-programm

% ta’ organizzazzjonijiet li jkunu pparteċipaw fil-Programm u li jkunu żviluppaw/adottaw metodi innovattivi || Stħarriġ/Ewrobarometru Rapport finali || Żieda fis-sena

Għadd ta’ stati membri li jagħmlu użu mir-riżultati tal-Metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni fl-iżvilupp politiku nazzjonali tagħhom || ET°2020 || L-Istati membri kollha sal-2020 jieħdu sistematikament f’konsiderazzjoni l-informazzjoni/r-riżultati rilevanti disponibbli mill-edukazzjoni u t-taħriġ tal-MMK

Għadd ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li mhumiex fl-Unjoni involuti fl-azzjonijiet ta’ mobilità u kooperazzjoni || Rapport finali Għodda ta’ monitoraġġ tal-IT Stħarriġ/Ewrobarometru || Żieda fis-sena

% ta’ parteċipanti li żiedu l-ħiliet lingwistiċi tagħhom || || Sal-2020, tal-inqas 80°% tal-istudenti tal-edukazzjoni bikrija huma mgħallma żewġ lingwi jew aktar

% taż-żida fl-għadd ta’ proġetti Jean Monnet madwar id-dinja || Rapport finali Għodda ta’ monitoraġġ tal-IT Stħarriġ/Ewrobarometru || Żieda fis-sena

– % ta’ parteċipanti li jużaw ir-riżultati tal-proġetti transkonfinali biex jiġġieldu t-theddid għall-isport. – % ta’ parteċipanti li jużaw ir-riżultati tal-proġetti transkonfinali biex itejbu l-governanza tajba fl-isport u l-karrieri doppji tal-atleti – % ta’ parteċipanti li jużaw ir-riżultati tal-proġetti transkonfinali biex itejbu l-inklużjoni soċjali, l-opportunitajiet indaqs u r-rati ta’ parteċipazzjoni || Rapport finali Għodda ta’ monitoraġġ tal-IT Stħarriġ/Ewrobarometru || Żieda fis-sena

1.5.        Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li għandu(hom) jiġi(u) sodisfatt(i) fi żmien qasir jew twil

- Toffri żieda fl-għadd ta' opportunitajiet ta' mobilità ta' tagħlim għall-istudenti, għall-għalliema żgħażagħ, għall-persuni li jħarrġu u għall-ħaddiema żgħażagħ.

- Tingħata spinta lill-kooperazzjoni transnazzjonali bejn l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ sabiex jippromwovu metodi innovattivi ta’ istruzzjoni u ta’ skambju ta’ prattiki tajbin.

- Tisħiħ tad-dimensjoni internazzjonali tal-edukazzjoni permezz ta’ aktar kooperazzjoni ma’ ċerti reġjuni tad-dinja, b’mod partikolari mal-ġirien tal-Unjoni.

- Appoġġ tar-riforma politika fl-Istati Membri

- Appoġġ ta’ attivitajiet sportivi li jikkonċentraw fuq il-ġlieda kontra d-doping, il-vjolenza u r-razziżmu u t-trawwim transnazzjonali ta’ attivitajiet.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni

Kif enfasizzat ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-Unjoni, il-"baġit tal-Unjoni għandu jintuża biex jiffinanzja l-prodotti pubbliċi tal-Unjoni, azzjonijiet li Stati Membri u reġjuni ma jistgħux jiffinanzjaw huma stess, jew fejn jista’ jħalli riżultati aħjar". Valutazzjonijiet interim ta’ programmi attwali li jittrattaw l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ (prinċipalment il-programm Tagħlim tul il-Ħajja u Żgħażagħ fl-Azzjoni), urew li l-valur miżjud Ewropew tal-programm ġej mill-karattru transnazzjonali kif ukoll innovattiv tal-attivitajiet imwettqa u tal-prodotti u sħubijiet li jgħin biex jiżviluppaw. L-inkoraġġiment ta’ kooperazzjoni ta’ suċċess bejn is-sistemi ta’ edukazzjoni, ta' taħriġ u ta' żgħażagħ tal-Istati Membri għandu jgħin biex jiġu identifikati u implimentati politiki u prattiki li jaħdmu u jinkoraġġixxu t-tagħlim minn xulxin.

Il-proposta legali tirrispetta l-prinċipju ta’ sussidjarjetà hekk kif il-kompiti ta’ adozzjoni ta’ miżura inċentiva fil-qasam ikkonċernat huma stabbiliti fit-Trattat (l-Artikoli°165 u 166 tat- TUE). Il-politiki huma implimentati billi jirrispettaw bis-sħiħ ir-responsabbiltà tal-Istati Membri b’mod partikolari fir-rigward tal-kontenut ta’ struzzjoni u l-organizzazzjoni ta' sistemi nazzjonali ta' edukazzjoni kif ukoll diversità kulturali u lingwistika, u skont il-prinċipju tal-ġestjoni indiretta ċentralizzata.

L-istrument tal-Unjoni se jkun ikkonċentrat fuq il-mobilità tal-istudenti u l-għalliema, l-iżvilupp ta’ skambji ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki, adattament għall-bidliet industrijali permezz ta’ taħriġ vokazzjonali u taħriġ mill-ġdid u aċċess iktar faċli għaliha.

1.5.3.     Lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fil-passat

Fil-qasam tal-edukazzjoni u l-kultura, il-programm eżistenti ta’ Tagħlim tul il-Ħajja kien ir-riżultat tal-integrazzjoni ta’ tliet programmi preċedenti[33] fi programm uniku. Kif iddikjarat fl-evalwazzjoni interim ta’ Programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja (Lifelong Learning Programme, LLP), din l-integrazzjoni kienet ta’ suċċess prinċipalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġestjoni ġenerali bis-saħħa tas-simplifikazzjoni amministrattiva konsiderevoli, kif ukoll bit-tixrid ta’ informazzjoni lill-gruppi fil-mira.

Hija mistennija aktar simplifikazzjoni mill-integrazzjoni tal-LLP, ma' Żgħażagħ fl-Azzjoni u diversi programmi internazzjonali ta' kooperazzjoni. Ċertament, huma diġà jaqsmu strutturi simili ta’ ġestjoni (Aġenziji nazzjonali, Aġenzija Eżekuttiva) u jkopru tipi ta’ azzjonijiet simili ħafna (prinċipalment proġetti ta’ mobilità u kooperazzjoni).

Fir-rigward tal-kontenut tal-politika, l-evalwazzjonijiet juru li l-programmi attwali tal-Komunità, fl-Unjoni u internazzjonalment, biex jippromwovu l-mobilità ta' tagħlim formali u mhux formali u l-kooperazzjoni, diġà kisbu impatt sistematiku sinifikanti, lil hinn ħafna mill-benefiċċji lill-individwi kkonċernati.

L-evalwazzjonijiet juru b’mod konsistenti li l-kumplessità inerenti tal-frammentazzjoni li fadal tal-Programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja (LLP) attwali f’sitt sottoprogrammi, aktar minn 50 objettiv u ’l fuq minn 60 azzjoni, hija wisq kumpless; hija tinvolvi r-riskju ta’ duplikazzjoni, ittellef l-iżvilupp ta’ approċċ koerenti ta’ tagħlim tul il-ħajja, u tillimita l-ambitu għat-titjib fl-effiċjenza u l-kost-effikaċja. Uħud mill-azzjonijiet attwali huma neqsin mill-massa kritika meħtieġa għal impatt li jħalli effett fit-tul. Barra minn hekk, ix-xebh bejn l-objettivi ġenerali u l-mekkaniżmi ta’ kunsinna tas-sottoprogrammi ta’ Tagħlim tul il-Ħajja u taż-Żgħażagħ fl-Azzjoni, it-tnejn ikkonċentrati fuq il-mobilità, il-kooperazzjoni u l-kapital uman, iridu jkunu sfruttati bis-sħiħ b’mod partikolari li jikkonċerna l-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Programm.

L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-LLP tissuġġerixxi li Programm uniku jkollu l-potenzjal biex iżid il-koerenza bejn id-diversi possibiltajiet ta’ finanzjament offruti lill-benefiċjarji u t-tisħiħ tal-approċċ ta’ tagħlim tul il-ħajja billi jintrabtu l-Programmi kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tagħlim formali u mhux formali fl-istadji kollha tal-ispettru ta’ edukazzjoni u taħriġ. Se twessa’ l-ambitu għas-sħubijiet strutturati, bejn setturi differenti tal-edukazzjoni u mad-dinja tax-xogħol u atturi rilevanti oħra. F’livell ta’ ġestjoni, l-ekonomiji fil-kobor jistgħu jkunu sinifikanti jekk azzjonijiet ta’ natura simili għandhom regoli u proċeduri simili, jissimplifikaw kemm għall-benefiċjarji kif ukoll għall-korpi ta' ġestjoni f’livell nazzjonali u tal-Unjoni. Il-Programm se jipprovdi wkoll flessibilità u inċentivi, sabiex l-allokazzjoni tal-baġit bejn l-azzjonijiet, il-benefiċjarji u l-pajjiżi tirrifletti aħjar l-impatt potenzjali u l-eżekuzzjoni.

L-istess japplika għall-kooperazzjoni internazzjonali fl-edukazzjoni għolja, ikkaratterizzata mill-frammentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni, li jagħmluha diffiċli għall-istudenti u l-istituzzjonijiet biex jaċċessaw l-opportunitajiet differenti u għall-Unjoni biex tkun viżibbli internazzjonalment. Programmi simili għandhom objettivi, ambitu, modalitajiet operattivi u kalendarju differenti, u ma jinteraġixxux b’mod faċli ma' xulxin; in-nuqqas ta’ prevedibbiltà u ċ-ċiklu annwali "stop-go" ta’ finanzjament ta’ ċerti azzjonijiet jagħmluha diffiċli għall-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li jkunu involuti f’kooperazzjoni fuq perjodu twil ta’ żmien.

1.5.4.     Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħra

Erasmus għal Kulħadd mhuwies l-uniku programm tal-Unjoni involut fl-oqsma tal-edukazzjoni u ż-żgħażagħ. Fondi Strutturali u l-Programm ta’ Riċerka u Innovazzjoni fil-futur Orizzont 2020 huma impenjati bil-kbir għall-istrateġija Unjoni°2020 u għall-miri ewlenin tagħha relatati b’mod partikolari mal-edukazzjoni għolja u mat-tluq qabel iż-żmien mill-iskola. Is-sinerġija bejn l-istrumenti se tiżgura permezz ta’ distinzjoni ċara fit-tipi ta’ investimenti/gruppi fil-mira appoġġati: l-infrastruttura tal-edukazzjoni se tkun appoġġata mill-FEŻR, in-nies fit-taħriġ tas-suq tax-xogħol u l-mobilità tal-adulti mill-FSE, il-mobilità tar-riċerkaturi mill-Orizzont°2020. Barra dan, Erasmus għal kulħadd jappoġġa biss proġetti transnazzjonali, billi l-konċentrazzjoni tal-fondi strutturali hija f’dimensjoni nazzjonali jew reġjonali.

L-ambizzjoni hija li tħalli l-Istati membri jittestjaw u jesperimentaw għodod u metodi li jirriżultaw minn kooperazzjoni transnazzjonali permezz ta' Erasmus għal kulħadd u mbagħad timplimenthom fit-territorju tagħhom permezz ta' fondi strutturali.

Il-komplementarjetà mal-Orizzont 2020 se tkun ta’ relevanza għolja għall-Edukazzjoni Għolja, li tinkludi d-dimensjoni internazzjonali fejn se tissaħħaħ ir-riċerka u l-eċċellenza fl-universitajiet.

1.6.        It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

x Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

– x Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2014 sal-31/12/2020

– x Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2025

¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien mhux limitat

– Implimentazzjoni b’perjodu inizjali minn SSSS sa SSSS,

– segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.        Metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i)[34]

x Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

x Ġestjoni ċentralizzata indiretta b’delegazzjoni tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

– x aġenziji eżekuttivi

– ¨  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[35]

– x korpi mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu°V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikat fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu°49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

x Ġestjoni konġunta mal-organizzazzjonijiet internazzjonali (kif speċifikat hawn taħt)

Jekk ikun indikat iktar minn metodu ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji fis-sezzjoni "Kummenti”.

Kummenti

Fir-rigward tal-inizjattiva Erasmus tal-Mobilità tal-Lawrja tal-Masters imsemmija fl-Artikolu 14(3), il-Kummissjoni biħsiebha tapplika s-sistema ta’ ġestjoni konġunta mal-organizzazzjonijiet internazzjonali. Soġġett għan-negozjati dettaljati dwar it-termini kuntrattwali, aktarx li jintagħżel il-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment biex jaġixxi bħala fiduċjarju għall-implimentazzjoni tal-garanzija.

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Regoli għall-monitoraġġ u r-rapportar se jiġu stabbiliti b’ħarsa għall-effiċjenza u l-kost-effikaċja, ibbażati fuq l-esperjenza miksuba fil-programmi attwali.

Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, se jiġu implimentati għadd ta’ simplifikazzjonijiet fil-proċess ta’ għotja ta’ ġestjoni, li se jkollhom bħala miri ewlenin li jnaqqsu l-piż amministrattiv u l-ispejjeż relatati għall-parteċipanti tal-programm, li jnaqqsu l-ispejjeż ta' monitoraġġ u kontroll għall-korpi amministrattivi, li jżidu l-kwalità tad-dejta miġbura u li jnaqqsu r-rata ta’ żbalji.

Biex tintlaħaq din is-simplifikazzjoni, se jiġu implimentati l-miżuri li ġejjin:

-        Razzjonalizzazzjoni tal-istruttura u l-azzjonijiet tal-programm: tnaqqis drastiku tal-għadd ta’ azzjonijiet differenti b’regoli differenti ta’ ġestjoni; l-appoġġ amministrattiv għandu jkun unifikat u effiċjenti mal-azzjonijiet;

-        L-użu ta’ somma f’daqqa u għotjiet b’rata fissa/għotjiet ibbażati fuq spejjeż unitarji se jkunu ġġenerati sa fejn hu l-aktar possibbli. Għotjiet għall-individwi għal azzjonijiet ta’ mobilità ta’ tagħlim mingħajr eċċezzjoni se jieħdu l-forma ta’ għotjiet ta’ somma f’daqqa. Għalhekk ir-rapportar u l-kontroll se jikkonċentraw fuq it-twettiq tal-attività appoġġata u r-riżultati miksuba aktar milli fuq l-eliġibbiltà tal-ispejjeż imġarrba, it-tnaqqis tal-piż tax-xogħol u l-ambitu għall-iżball tal-parteċipanti tal-programm u tal-korpi amministrattivi.

-        Għall-proġetti ta’ kooperazzjoni u appoġġ għar-riforma politika, se jitpoġġa fowkus iktar b’saħħtu fuq il-prodott, li jippermetti għotjiet f’daqqa ikbar. Meta l-għotjiet ikunu bbażati fuq spejjeż reali, il-kontribuzzjoni tal-għotja se tkun essenzjalment għal spejjeż diretti.

-        Il-benefiċjarji tal-Programm se jagħtu l-informazzjoni ta’ ġestjoni meħtieġa fl-applikazzjoni ta’ għotja u fir-rapporti tagħhom. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar se jkunu proporzjonati għad-daqs tal-għotja, għat-tul ta’ żmien u għall-kumplessità tal-azzjoni appoġġata. L-indikaturi huma stabbiliti fil-bażi legali sabiex jipprovdu bażi stabbli għall-ġbir u l-isfruttar tad-dejta b'ħarsa lejn il-monitoraġġ u r-rapportar.

-        L-għadd imnaqqas ta' azzjonijiet se jkun appoġġat b'formoli elettroniċi ta' applikazzjoni u rapportar mill-benefiċjarji. Dan se jiffaċilita l-ġbir u l-isfruttar tad-dejta għall-monitoraġġ u r-rapportar, fuq livell nazzjonali u tal-Unjoni.

2.2.        Sistema ta' ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.     Riskju(i) identifikat(i)

Ir-riskji identifikati fl-implimentazzjoni tal-programmi attwali jaqgħu prinċipalment fil-kategoriji li ġejjin:

-        Żbalji li ġejjin mill-kumplessità tar-regoli: il-programmi attwali juru li r-rati ta’ żbalji u l-aġġustamenti finanzjarji huma ogħla fil-każ ta' azzjonijiet b’regoli ta’ ġestjoni finanzjarja aktar kumplessi, b’mod partikolari meta l-għotja hija bbażata fuq spejjeż reali;

-        Affidabilità tal-katina ta’ kontroll u manutenzjoni tar-rekord għall-awditjar: il-programmi attwali huma ġestiti minn għadd kbir ta' intermedjarji, l-Aġenziji Nazzjonali, il-korpi tal-verifika u l-Istati Membri;

-        Użu ineffiċjenti tar-riżorsi amministrattivi: studju dwar il-kontroll tal-ispejjeż għall-azzjonijiet ġestiti mill-Aġenziji Nazzjonali fil-programmi attwali wera li, attwalment f’ħafna pajjiżi l-Aġenziji Nazzjonali jimplimentaw b’mod sostanzjali aktar kontrolli u aktar iebsin milli meħtieġa mill-Kummissjoni. Barra dan, l-għadd kbir ta’ għotjiet żgħar ħafna fid-daqs ta’ mobilità għall-individwi jitfgħu piż kbir fuq il-parteċipanti kif ukoll fuq l-Aġenziji Nazzjonali. L-Aġenziji Nazzjonali li jamministraw relattivament ammonti żgħar ta’ fondi tal-Unjoni għandhom ukoll spejjeż ta’ ġestjoni ogħla minn dawk ta’ Aġenziji li jamministraw somom akbar;

-        Miri speċifiċi tal-pubbliku: b’mod partikolari fis-settur taż-żgħażagħ iżda wkoll sa ċertu punt fil-qasam tat-tagħlim tal-adulti, il-parteċipanti jista’ ma jkollhomx is-solidità finanzjarja meħtieġa jew l-istrutturi sofistikati ta’ ġestjoni, eżempju gruppi ta’ żgħażagħ maħluqa biss għall-iskop ta’ ġestjoni ta' proġett ta' skambju għaż-żgħażagħ. Din in-nuqqas ta’ struttura formali jista’ jkollha impatt fuq il-kapaċità operattiva u finanzjarja tagħhom għall-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni;

-        Duplikazzjoni potenzjali ta’ finanzjament fl-azzjonijiet minħabba l-ambitu wiesa’ tagħhom: l-azzjonijiet attwali tal-programm huma ġestiti minn netwerk ta’ Aġenziji Nazzjonali, Aġenzija eżekuttiva u l-Kummissjoni. Sistemi differenti ta’ ġestjoni tal-IT huma użati minn dawn l-atturi. Fl-istess ħin, id-definizzjoni attwali ta’ azzjonijiet tal-programm hija pjuttost wiesgħa, li fil-prinċipju tippermetti ċerti duplikazzjonijiet ta' finanzjament.

2.2.2.     Metodu(i) ta’ kontroll previst(i)

Is-sistema ta’ kontroll għall-programm il-ġdid se titwaqqaf b’tali mod li tiżgura l-effiċjenza u l-kost-effikaċja tal-kontrolli.

1. Tnaqqis ta’ żbalji li jirriżultaw minn regoli kumplessi

Kif stabbilit fil-punt°2.1 hawn fuq, is-simplifikazzjoni prinċipali biex jitnaqqsu r-rati ta' żbalji li jirriżultaw mill-kumplessità tar-regoli finanzjarji se tkun l-użu wiesa' ta' għotjiet fil-forma ta' somom f'daqqa, rati fissi u skali ta’ spejjeż unitarji.

Dan huwa konsistenti mal-istudju dwar l-ispejjeż tal-kontrolli li analizza l-ispiża ta’ kontrolli ta’ erba’ tipi differenti ta’ azzjonijiet ta’ LLP ġestiti mill-Aġenziji Nazzjonali:

- Mobilità Erasmus: għotjiet kbar lil universitajiet individwali bbażati fuq somom f’daqqa u rati fissi lil benefiċjarji rikorrenti; l-għotjiet jammontaw għal 50°% tal-baġit tal-programm

- Mobilità Leonardo u trasferiment ta’ proġetti ta’ innovazzjoni: għotjiet ta’ daqs medju u kbar rispettivament lil sħubijiet multilaterali bbażati fuq rati fissi u spejjeż reali rispettivament

- Sħubijiet: għotjiet żgħar lill-iskejjel, lill-ETV u lill-organizzazzjonijiet ta’ tagħlim tal-adulti bbażati fuq għotjiet ta’ somma f’daqqa;

- Mobilità tal-individwu: għotjiet żgħar ħafna lill-għalliema individwali fl-iskejjel u fl-edukazzjoni tal-adulti.

L-istudju jagħti r-riżultati li ġejjin għall-Programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja:

Tip ta’ miżura || Kontroll ta’ rutina || Kontroll mill-iskrivanija || Ex post

Mobilità Erasmus || 0,16 % || 0,32 % || 0,17 %

Proġetti Leonardo || 2,55 % || 1,67 % || 1,77 %

Sħubijiet || 0,25 % || 0,36 % || mhux applikabbli

Mobilità tal-Individwu || 0,66 % || 0,93 % || mhux applikabbli

Medja ta' LLP || 0,81 % || 1,05 % || 0,40 %

Filwaqt li l-aġġustamenti medji finanzjarji wara kontrolli ta’ rutina tar-rapporti finali (100°% tal-ftehimiet ta’ għotja kkontrollati) huma ta' 0,81°%, din ir-rata tvarja minn 0,16°% għall-mobilità Erasmus għal 2,55°% għall-proġetti Leonardo. Bl-istess mod, fil-każ tal-kontrolli dokumentati fuq il-bażi ta’ dokumenti ta’ appoġġ ta’ kampjun tal-ftehimiet ta’ għotja (bejn 10 u 25°% tal-popolazzjoni għandha tkun ikkontrollata), ir-rata medja hi ta’ 1,05°%, li tvarja minn 0,32°% għall-mobilità Erasmus għal 1,67°% għall-proġetti Leonardo. L-istess skema hija kkonfermata għall-kontrolli fil-post ex post.

Bħal ma juri dan ta’ hawn fuq, il-marġini reali ta’ żball huwa ta’ madwar 0,50°%. Din ir-rata baxxa ta’ żbalji hija kkonfermata wkoll minn verifiki finanzjarji indipendenti tal-ftehimiet bejn il-Kummissjoni u l-Aġenziji Nazzjonali (0,07°% fl-2010).

Għall-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni, ir-rati ta’ żbalji huma aktar diffiċli biex jiġu stabbiliti. Skont il-verifiki finanzjarji tal-ftehimiet magħmula fl-2010 bejn il-Kummissjoni u l-Aġenziji Nazzjonali, ir-rata ta’ żbalji kienet ta’ 1,71°%, iżda hija influwenzata ħafna minn żbalji sistematiċi f’pajjiż prinċipali wieħed għall-ftehimiet tal-2005 u l-2007 bejn il-Kummissjoni u l-Aġenziji Nazzjonali.

Ir-rata medja ta’ żbalji għal żewġ programmi kombinati kienet ta’ 0,3°%.

Meta jitqies li bil-programm il-ġdid madwar 80°% tal-baġit se jiġi allokat għal azzjonijiet ta' mobilità ta' tagħlim u li għal dawn l-azzjonijiet l-għotjiet se jieħdu l-forma ta' somom f'daqqa u skali ta' spejjeż unitarji, jista' jiġi antiċipat li dan se jippermetti li tinżamm l-istess jew li saħansitra titnaqqas aktar ir-rata ta’ żbalji diġà baxxa għall-programm ġenerali.

Barra dan, it-trasformazzjoni tal-ftehimiet ta’ għotja għall-mobilità tal-individwu fi ftehimiet amministrati minn organizzazzjonijiet mistennija ttejjeb ir-rata ta’ żbalji lejn it-tip ta’ mobilità Erasmus.

Għall-azzjonijiet inklużi taħt il-Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin kif ukoll l-Apoġġ għar-riforma politika, il-Kummissjoni se tistabbilixxi għotjiet ta’ somma f’daqqa, spiża fuq skala unitarja u rata fissa f’dak li għandu x’jaqsam ma’ riżultati mistennija u miksuba meta jkun possibbli u notevolment għal Sħubijiet Strateġiċi (ara l-mekkaniżmu ta’ finanzjament kumparabbli ma’ dak ta’ sħubijiet fit-tabella hawn fuq).

Għall-minoranza tal-attivitajiet li għalihom l-għotjiet jistgħu jibqgħu bbażati (parzjalment) fuq spejjeż reali, għandha tintuża s-simplifikazzjoni ta’ ġestjoni tal-għotja b’mod partikolari mid-definizzjoni mill-ġdid ta’ spejjeż eliġibbli u mil-limitu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal tipi speċifiċi ta' spejjeż diretti, b'konsistenza mar-rakkomandazzjonijiet tad-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (DĠ EAC) dwar rata ta’ żbalji ta’ verifika interna fil-ġestjoni diretta. Huma previsti l-mudelli ta’ finanzjament u l-miżuri ta’ simplifikazzjoni li ġejjin:

-        Ħlas lura ssimplifikat ta’ spejjeż diretti reali;

-        Definizzjoni ċara ta’ spejjeż diretti tal-persunal, sabiex tiġi provduta ċertezza legali lill-benefiċjarji u sabiex jitnaqqsu l-iżbalji;

-        Ċertezza legali fir-rigward ta’ reġistrar ta’ ħin billi jiġi provdut sett ċar u sempliċi ta’ kundizzjonijiet minimi fir-regoli ta’ parteċipazzjoni;

-        Abolizzjoni ta’ obbligazzjonijiet ta’ reġistrar ta’ ħin għall-persunal li jaħdem 100°% fuq il-proġett tal-Unjoni;

-        Il-possibbiltà li jiġu użati spejjeż unitarji tal-persunal (spejjeż medji tal-persunal) għall-benefiċjarji li għalihom dan huwa l-metodu ta' kontabbilità tas-soltu tagħhom;

-        Rata fissa waħda li tkopri l-ispejjeż indiretti, applikata biss għall-ispejjeż diretti tal-persunal.

-        Għal azzjonijiet ġestiti mill-aġenzija eżekuttiva, l-użu ta’ ċertifikati ta’ verifika għal għotjiet iktar mil-limitu, li bihom l-awdituri se jiċċertifikaw il-legalità u l-konformità tar-rapporti finanzjarji;

Dawn il-miżuri għandhom jirriżultaw f’rati baxxi ta’ żbalji għat-tip ta’ proġetti li attwalment għandhom rati relattivament għolja ta’ żbalji, eżempju t-trasferiment ta’ innovazzjoni Leonardo u b’mod partikolari l-azzjonijiet amministrati direttament mill-Kummissjoni u mill-aġenzija eżekuttiva.

Riżultati mistennija/objettiv intern ta’ kontroll

Diġà bil-programmi attwali, rekwiżiti ta’ kontroll iddettaljati ħafna huma stabbiliti skont it-tip ta’ azzjoni bbażata fuq analiżi ta’ riskju li tikkonsidra l-livell ta’ għotja, il-kumplessità tal-azzjoni, l-għadd ta’ msieħba u r-rikorrenza tal-benefiċjarji. Approċċ simili se jiġi adottat għall-programm il-ġdid; madanakollu, se jittieħed ukoll in konsiderazzjoni t-tnaqqis ta’ riskju li jirriżulta mis-simplifikazzjoni li hija prevista. Dan it-tnaqqis huwa barra minn hekk iġġustifikat mir-rati ta’ żbalji konsistentement baxxi f’parti kbira mill-programmi kurrenti. Għarfien tajjeb tas-sistemi ta’ kontroll u r-riżultati tagħhom se jippermettu li jiġu ffissati objettivi ta’ kontroll abbażi tar-riskju meħud.

Skont ma ntqal hawn fuq, l-objettivi indikattivi ta’ kontroll li ġejjin huma previsti għall-azzjonijiet li se jkunu amministrati mill-Aġenziji Nazzjonali:

|| Mobilità ta’ tagħlim || Proġetti ta' kooperazzjoni

Kontrolli fil-post ta’ sistemi tal-benefiċjarji rikorrenti u benefiċjarji ta’ iktar minn għotja waħda (inkluż kontroll fil-post finanzjarju tal-aħħar ftehim magħluq jekk ikun il-każ) || Għall-benefiċjarji l-ġodda: kontroll wieħed tul il-perjodu tal-programm/benefiċjarju rikorrenti li jirċievi għotja annwali >EUR 250 000 || kontroll wieħed tul il-perjodu tal-programm/benefiċjarju rikorrenti li jirċievi għotja annwali >EUR 1 000 000

Għall-benefiċjarji li ġew iċċekkjati għal azzjonijiet simili fi programmi preċedenti, il-kontrolli tas-sistemi jiddependu fuq ir-riżultati tal-kontrolli preċedenti.

Kontrolli fil-post matul l-azzjoni ta’ benefiċjarji mhux rikorrenti || 1°% skont il-livell ta’ għotja u t-tip ta’ benefiċjarju

Kontrolli ta’ rutina tar-rapporti finali || 100%

Kontrolli dokumentati ta’ dokumenti ta’ appoġġ || 2-5°% skont il-livell ta’ għotja u t-tip ta’ benefiċjarju || 2-10 % jiddependu fuq il-livell ta’ għotja, it-tip ta’ għotja u t-tip ta’ benefiċjarju

Kontrolli finanzjarji fil-post ex post || 0,25-1°% jiddependu fuq il-livell ta’ għotja, it-tip ta’ għotj, it-tip ta’ benefiċjarju u fuq ir-riżultati ta’ kontrolli preċedenti.

Objettivi speċifiċi ta’ kontroll jistgħu jiġu adottati għal pajjiżi żgħar ħafna b’għadd limitat ta’ parteċipanti skont azzjoni mogħtija, biex jiġi evitat li l-istess benefiċjarji jkollhom jgħaddu minn kontrolli fid-dettall fuq bażi annwali minħabba rekwiżiti kwantitattivi minimi.

Kontrolli fil-post matul l-azzjoni se jkunu magħżula b’reqqa għax dawn normalment ma jwasslux għal aġġustamenti finanzjarji iżda jirrappreżentaw spiża għolja għall-Aġenziji Nazzjonali. Jistgħu jkunu limitati għal oqsma speċifiċi, pereżempju involviment għoli ta' intrapriżi, korpi b'kapaċità finanzjarja aktar limitata u gruppi informali (notevolment is-settur taż-żgħażagħ), u bbażati fuq riskji skoperti wara l-estrazzjoni ta’ dejta.

Fil-każ ta’ problemi serji misjuba f’benefiċjarju partikolari, il-frekwenza tal-kontrolli tas-sistemi fil-post tal-benefiċjarji rikorrenti tista’ tiżdied tul il-perjodu tal-programm.

2. Affidabilità tal-katina ta’ kontroll u rekord għall-awditjar

Għall-programmi attwali ta’ LLP u Żgħażagħ fl-Azzjoni, ġiet stabbilita sistema solida ta’ kontroll biex tikkontrolla l-użu tal-fondi tal-Unjoni għall-azzjonijiet amministrati minn Aġenziji Nazzjonali – li jirrappreżentaw ¾ tal-baġit tal-programm – fl-Istati Membri. Is-sistema ġiet stabbilita fl-2007 u żviluppat b’mod konsiderevoli matul is-snin li għaddew, bir-riżultat li s-solidità tagħha ġiet rikonoxxuta mill-Qorti tal-Awdituri (DAS (Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni) 2008, 2009 u 2010) u mis-Servizz tal-Awditjar Intern (verifika tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-LLP AN°2009-10).

Ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid propost mill-Kummissjoni jintroduċi element ġdid li għandu jitqies għall-katina tal-kontroll. L-Artikolu 57.5(d) tabilħaqq jirrikjedi lil korpi bħall-Aġenziji Nazzjonali biex jipproduċu “dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-assigurazzjoni dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet, it-tħaddim kif suppost tas-sistemi interni ta’ kontroll kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti u r-rispett tal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba". L-Artikolu 57.5(e) barra minn hekk jirrikjedi “l-opinjoni ta’ korp indipendenti ta’ verifika dwar id-dikjarazzjoni tal-ġestjoni msemmija fil-punt (d), li tkopri l-elementi kollha tagħha". Ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid jipprovdi biex id-dikjarazzjoni tal-ġestjoni tingħata mill-Aġenziji Nazzjonali lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Frar u lill-opinjoni tal-verifika indipendenti sal-15 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara s-sena tar-rapport.

B’konsegwenza ta’ din il-bidla fir-Regolament Finanzjarju, se tiġi adottata l-katina tal-kontroll għall-azzjonijiet tal-Programm immexxija mill-Aġenziji Nazzjonali, filwaqt li titkompla l-prassi tajba eżistenti għall-iżgurar tal-użu tajjeb tal-fondi tal-Unjoni.

L-istruttura li ġejja hija prevista għall-azzjonijiet implimentati mill-Aġenziji Nazzjonali:

-        Il-kontrolli se jkunu organizzati fuq tliet livelli: mill-Aġenziji Nazzjonali, mill-korpi indipendenti tal-verifika maħtura mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni, fejn il-Kummissjoni se tqis il-kontrolli mwettqa minn korpi oħra biex tiżgura l-kost-effiċjenza. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se torganizza skambju regolari ta’ pjanijiet ta’ verifika u kontroll bejn l-atturi kkonċernati f’perspettiva multiannwali ta’ verifika.

-        Filwaqt li l-Aġenziji Nazzjonali se jkunu inkarigati mill-kontrolli primarji tal-benefiċjarji, is-sistema tagħhom ta' kontroll intern u konformità se tkun monitorjata u sorveljata mill-Istati Membri u verifikata minn korp indipendenti ta’ verifika. Il-Kummissjoni se tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kontrolli fil-livell nazzjonali biex tiżgura koerenza u affidabilità u se tissorvelja l-implimentazzjoni tal-kontrolli fil-livell tal-Istati Membri. Din il-prassi diġà hija stabbilita sew mill-Kummissjoni li kull sena toħroġ l-hekk imsejħa Gwida għall-Aġenziji Nazzjonali li tiffissa r-rekwiżiti minimi, l-objettivi tal-kontroll u l-linji gwida tekniċi għall-Aġenziji Nazzjonali fir-rigward tal-kontrolli primarji tal-benefiċjarji tal-programm. L-istess japplika għal-Linji gwida għall-Awtoritajiet Nazzjonali, id-determinazzjoni tal-ambitu minimu tal-kontrolli sekondarji u l-għoti ta’ gwida metodoloġika, biex tingħata assigurazzjoni aċċettabbli kif ukoll koerenza u komparabbiltà tal-kontrolli. Madankollu, wara l-introduzzjoni tar-rekwiżiti l-ġodda għall-Aġenziji Nazzjonali fir-Regolament Finanzjarju (cf. l-Artikolu 57.5 (d) u (e) partikolarment), il-linjigwida għall-Awtoritajiet Nazzjonali se jiġu sostitwiti bi “proċeduri miftiehma” għall-korpi indipendenti tal-verifika fil-programm il-ġdid.

-        Is-sistema kbira attwali ta’ dikjarazzjonijiet annwali ta' assigurazzjoni mill-Istati Membri se tiġi mibdula minn struttura aktar effiċjenti:

▪        L-Istati Membri se jinnominaw l-Aġenzija Nazzjonali tagħhom u jipprovdu Evalwazzjoni tal-Konformità biex jiżguraw il-konformità tal-Aġenzija Nazzjonali mar-rekwiżiti minimi stabbiliti mill-Kummissjoni dwar l-istandards tal-kontroll intern u r-regoli tal-Unjoni għall-ġestjoni taċ-ċiklu ta’ ħajja tal-proġett tal-azzjonijiet deċentralizzati.

▪        L-Aġenziji Nazzjonali se jippreżentaw lill-Kummissjoni dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-assigurazzjoni li takkumpanja r-rapport annwali tagħha dwar il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-programm, inkluż ir-rappurtar finanzjarju u r-rappurtar dwar il-kontrolli tal-benefiċjarji.

▪        Id-dikjarazzjoni tal-ġestjoni tal-assigurazzjoni tal-Aġenzija Nazzjonali se tkun soġġetta għall-opinjoni ta’ korp indipendenti ta’ verifika, li jkollu l-kompetenza professjonali neċessarja għall-verifiki tal-korpi pubbliċi. L-Istat Membru għandu jaħtar il-korp indipendenti ta’ verifika u jiżgura li jikkonforma mar-rekwiżiti minimi stipulati mill-Kummissjoni.

▪        Filwaqt li l-korp indipendenti ta' verifika se jkun inkarigat mit-twettiq tal-kontrolli u l-verifiki tal-Aġenzija Nazzjonali f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità tal-Aġenzija Nazzjonali mar-rekwiżiti tal-Kummissjoni u jinfurmaw lill-Kummissjoni kull sena dwar l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u superviżjoni tagħha.

▪        Il-Kummissjoni nnifisha se tissorvelja s-sistema sħiħa ta’ kontroll billi twettaq kontrolli u verifiki (verifiki tas-sistemi u wkoll finanzjarji) fil-livell nazzjonali, bil-kunsiderazzjoni tal-kontrolli u l-verifiki mwettqa minn korpi oħrajn. Għalhekk, il-kontrolli tal-Kummissjoni se jkunu proporzjonati mas-saħħa tas-sistemi ta’ kontroll nazzjonali. Se jsir skambju regolari ta’ informazzjoni fuq kontrolli u verifiki nazzjonali u Ewropej sabiex jiġu evitati l-vojt u d-duplikazzjonijiet.

Bil-maqlub tal-programmi preżenti, l-Istati Membri mhux se jkunu iktar mitluba li jipprovdu dikjarazzjoni annwali ta’ assigurazzjoni għal raġunijiet ta’ effiċjenza u kost-effettività, skont ir-rekwiżiti l-ġodda tar-Regolament Finanzjarju għall-Aġenziji Nazzjonali (cf. l-Artikolu 57.5).

Madankollu, għadhom inkarigati mill-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-programm fil-livell nazzjonali u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan fuq bażi annwali.

Sabiex ikun hemm bażi ta’ kwalità għolja għad-dikjarazzjoni annwali ta’ assigurazzjoni mid-Direttur Ġenerali, se titwaqqaf sistema permanenti ta’ kontroll li tikkonsisti mill-elementi li ġejjin:

▪        id-dikjarazzjoni tal-ġestjoni tal-assigurazzjoni mill-Aġenzija Nazzjonali li trid tingħata qabel l-1 ta’ Frar N+1,

▪        l-opinjoni tal-verifika indipendenti li trid tingħata qabel il-15 ta’ Marzu n+1,

▪        l-analiżi tal-Kummissjoni tad-dikjarazzjoni tal-ġestjoni tal-assigurazzjoni u tal-opinjoni tal-verifika indipendenti u feedback dwarhom lill-Aġenzija Nazzjonali u lill-Istat Membru, inkluż osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet formali fil-każ ta' nuqqas ta’ konformità jew rendiment batut mill-Aġenzija Nazzjonali,

▪        l-informazzjoni mill-Istati Membri sat-30 ta’ Ottubru ta’ kull sena, li tkopri l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u superviżjoni tal-programm fil-livell nazzjonali.

Flimkien mal-kontrolli bbażati fuq ir-riskju u l-verifiki finanzjarji mill-Kummissjoni, hu mistenni li l-ispiża tal-kontrolli tkompli tonqos fid-direzzjoni tal-ispejjeż proporzjonalment inqas għoljin tal-LLP (attwalment dawn l-ispejjeż jirrappreżentaw ftit inqas minn 2°% tal-baġit annwali tal-UE tal-azzjonijiet amministrati mill-Aġenziji Nazzjonali, maqsuma f'0,23°% għall-KE, 0,16°% għall-Istati Membri u 1,59°% għall-Aġenziji Nazzjonali; kontra spiża totali ta’ madwar 5,75 % għaż-Żgħażagħ fl-Azzjoni li tinkludi 1,00 % għall-KE, 0,82 % għall-Istati Membri u 3,93 % għall-Aġenziji Nazzjonali).

L-ispejjeż tal-kontrolli għandhom jonqsu b'mod partikolari fuq żewġ livelli: fil-KE, għaliex l-istess għadd ta’ uffiċjali se jamministraw baġit sostanzjalment akbar b'għadd inqas ta' Aġenziji Nazzjonali; fl-Istati Membri, billi s-superviżjoni tagħhom se tirrikjedi inqas kontrolli diretti minħabba r-rwol tal-korp indipendenti ta’ verifika. L-ispiża tal-kontrolli fl-Aġenziji Nazzjonali hija mistennija li tonqos ukoll, iżda inqas: filwaqt li minn banda l-perċentwali minimi ta’ benefiċjarji li jridu jiġu kkontrolli naqsu, huma se jamministraw baġits akbar u għalhekk se jkun hemm involuti aktar benefiċjarji.

Skont ir-riżultati tal-kontrolli u l-verifiki tal-Kummissjoni, hija tista’ timponi fuq l-Aġenziji Nazzjonali miżuri prekawzjonarji (bħal sospensjoni tal-impenji jew pagamenti) kif ukoll miżuri korrettivi (notevolment korrezzjonijiet finanzjarji). Iż-żewġ tipi ta’ miżuri huma diġà użati u wrew li huma effiċjenti biex jindirizzaw problemi serji ta’ nuqqas ta’ konformità u eżekuzzjoni mhux xierqa.

Azzjonijiet amministrati minn aġenzija eżekuttiva

Il-Kummissjoni se tapplika l-miżuri ta’ kontroll meħtieġa għall-aġenziji eżekuttivi skont l-Art.°59 tar-Regolament Finanzjarju [skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°58/2003 Regolament dwar l-aġenziji eżekuttivi].

Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tosserva u tikkontrolla li l-aġenzija eżekuttiva toħloq objettivi xierqa ta' kontroll għall-azzjonijiet li se tiġi fdata li tamministra. Din is-sorveljanza se tkun integrata fit-termini ta’ kooperazzjoni bejn id-DĠ li taqa’ taħtu u l-aġenzija eżekuttiva u fir-rapportar semestrali tal-aġenzija.

Fl-2010, l-aġenzija eżekuttiva għamlet riserva fuq il-ġestjoni attwali (2007-2013) tal-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni. Għal dan il-programm, il-materjalità tal-valur fir-riskju tal-2010 kien 7,38°%, li madankollu jirrappreżenta inqas minn 0,5°% tal-baġit ta’ pagamenti totali għall-2010 tal-aġenzija eżekuttiva. Meta titqies din il-figura baxxa ħafna, l-assigurazzjoni ġenerali għad-dikjarazzjoni tal-Aġenzija kienet miżmuma. L-analiżi tal-iżbalji wriet li huma kienu jikkonċernaw l-iktar id-diffikultà għal uħud mill-benefiċjarji li jipproduċu dokumenti xierqa ġġustifikati u n-nuqqas ta' rispett ta' uħud mir-regoli ta' eliġibbiltà.

Fl-2011 ġie abbozzat u implimentat pjan ta’ azzjoni mmirat lejn il-programmi kollha amministrati mill-Aġenzija, li jtejbu l-informazzjoni pprovduta lill-benefiċjarji dwar l-obbligazzjonijiet finanzjarji, il-verifiki u l-kontrolli ex post (bl-abbozzar ta' sett ta' informazzjoni jew bit-titjib tal-effiċjenza u l-effikaċja taż-żjarat ta’ monitoraġġ), itejbu l-istrateġiji ta’ kontrolli dokumentati u jikkonsolidaw l-istrateġija ta’ verifika tal-aġenzija.

Huwa mistenni li sa tmiem il-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF), l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni mill-aġenzija se tnaqqas ir-rati ta’ żbalji. Safejn hija kkonċernata l-2011, diġà jista’ jiġi konkluż li r-rata stmata tal-iżbalji għall-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għandha tkun madwar 1 %. Fuq il-bażi tax-xejra ta' nofs it-terminu, il-livell ta’ nuqqas ta’ konformità għall-azzjonijiet previsti fil-programm il-ġdid għandu għalhekk ikun inqas sew mil-limitu ta' 2 %.

Barra minn hekk, il-miżuri ta’ simplifikazzjoni li huma previsti fil-programm propost, għandhom inaqqsu aktar ir-riskji ta’ żbalji.

Azzjonijiet amministrati direttament mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni bi ħsiebha tamministra direttament biss ammont minimu ta' għotjiet u kuntratti ta' servizz.

Fl-2009 u l-2010, id-DĠ EAC ħareġ riserva dwar l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet diretti ċentralizzati. Bħal ma hu l-każ għall-aġenzija eżekuttiva, l-analiżi tal-iżbalji osservati turi li dawn jikkonċernaw predominalment l-inabilità tal-benefiċjarji li jipproduċu dokumenti ġġustifikati jew li dawn id-dokumenti jkunu ta’ kwalità insuffiċjenti.

L-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu għandhom inaqqsu l-iżbalji osservati qabel it-tmiem tal-MFF attwali. L-azzjonijiet jinkludu azzjonijiet ta' informazzjoni mal-benefiċjarji biex jagħmluhom konxji tal-obbligazzjonijiet tagħhom, jimxu aktar lejn l-għeluq tal-proġetti bbażat fuq ir-riżultat jew approċċ ta' somma f'daqqa, l-introduzzjoni fil-bidu tal-2010 tal-“proċeduri miftiehma” għall-verifiki ta’ ċertifikazzjoni tan-nefqa ddikjarata, u kontrolli bbażati fuq kampjun tad-dokumenti ġustifikati. Barra dan, qed jiġi stabbilit ċirkwit finanzjarju aktar iċċentralizzat biex jiġbor flimkien il-kompetenzi finanzjarji għat-trattament tal-għadd imnaqqas ta’ tranżazzjonijiet.

Fil-każ ta’ trażazzjonijiet diretti ċċentralizzati, is-simplifikazzjonijiet previsti se jgħinu wkoll biex inaqqsu r-riskju ta' żbalji.

3. Użu ineffiċjenti tar-riżorsi amministrattivi

L-istudju dwar l-ispiża tal-kontrolli wera li għadd sostanzjali ta’ Aġenziji Nazzjonali jwettqu aktar kontrolli u aktar riġidi milli meħtieġa mill-KE, mingħajr ma neċessarjament jirriżultaw f’valur miżjud konvinċenti. Il-Kummissjoni tistma l-ispejjeż ta’ dawn il-kontrolli addizzjonali għal kważi 20°% tal-ispejjeż totali tal-kontrolli tal-Aġenziji Nazzjonali.

Fil-kuntest tat-tnaqqis fl-infiq pubbliku, dawn il-kontrolli addizzjonali għandhom ikunu limitat fil-programm il-ġdid għar-riskji u l-każijiet problematiċi identifikati. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tispeċifika iktar ir-rekwiżiti tal-kontroll u tipprovdi l-għodod tal-kontroll bħal listi ta’ kontroll għall-Aġenziji Nazzjonali biex tiżgura li japplikaw l-istess regoli tal-kontroll fil-pajjiżi kollha għall-istess azzjonijiet.

Se jkun hemm kisba oħra fl-użu ta' riżorsi amministrattivi permezz tal-abolizzjoni ta’ ftehimiet ta’ għotja għall-mobilità tal-individwu. Jiġifieri l-għotjiet kollha għall-mobilità ta’ tagħlim tal-individwi se jiġu trasferiti mill-Aġenzija Nazzjonali għall-korp li qed jorganizza l-mobilità (eżempju universitajiet, skejjel, min jipprovdi t-taħriġ) aktar milli għall-istudenti u l-għalliema individwali. Dan għandu jnaqqas sostanzjalment l-għadd ta’ ftehim, bit-tnaqqis inerenti tal-piż tax-xogħol fl-istadji kollha taċ-ċiklu ta’ ħajja tal-proġett għall-parteċipanti u l-korpi amministrattivi.

L-istudju dwar l-ispiża tal-kontrolli wera li l-ispiża tal-kontrolli tiddependi parzjalment fuq id-daqs tal-qsim tal-baġit amministrat mill-Aġenziji Nazzjonali. Għal-LLP, din l-ispiża tvarja minn 1,26°% għall-akbar sitt pajjiżi għal 3,35°% tal-iżgħar sitt pajjiżi. Din il-firxa hija usa’ għaż-Żgħażagħ fl-Azzjoni (li jamministra madwar 1/6 tal-baġit tal-LLP): minn 3,66°% sa 12,62°%. Meta jitqiesu dawn id-diskrepanzi, il-Kummissjoni tiddefendi l-proposta tagħha li għandha tiġi nnominata Aġenzija Nazzjonali unika għal kull pajjiż biex iżżid il-massa kritika u tnaqqas l-ispejjeż ta’ ġestjoni.

4. Jiġu indirizzati nuqqasijiet ta’ gruppi speċifiċi fil-mira

Bis-saħħa tas-simplifikazzjonijiet proposti għall-ġestjoni tal-għotja b’mod partikolari l-użu usa' ta’ somma f’daqqa u għotjiet b’rata fissa, ir-rata ta’ żbalji għandha tonqos ukoll għall-parteċipanti bi struttura organizzattiva inqas solida u kapaċità finanzjarja baxxa, notevolment fis-settur taż-żgħażagħ, iżda wkoll fil-komunità tat-tagħlim tal-adulti.

Wara dawn il-miżuri ta' simplifikazzjoni, il-Kummissjoni taċċetta li se jkun hemm riskju residwu li jrid jiġi aċċettat, li huwa inerenti għall-għażla politika li jiġi provdut appoġġ mill-Unjoni lil dawn it-tipi ta' parteċipanti b'ħarsa lejn l-objettivi tal-programm.

5. Prevenzjoni ta' finanzjament potenzjali doppju

Ara l-punt°2.3 hawn taħt.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri eżistenti jew previsti għall-prevenzjoni u l-protezzjoni.

Huwa importanti li wieħed jinnota li b’mod ġenerali, għadd limitat ħafna biss ta’ każijiet ta' frodi seħħew fil-programmi attwali. Dan, flimkien ma’ taħlita ta’ rati baxxi ħafna ta’ żbalji, jiġġustifika li l-miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet fil-programm il-ġdid se jkunu proporzjonati u kost-effettiv.

Fuq rakkomandazzjoni minn verifika interna, il-Kummissjoni analizzat oqsma potenzjali ta’ finanzjament dupplikat/doppju fil-programmi LLP u Żgħażagħ fl-Azzjoni. Filwaqt li teoretikament possibbli, il-finanzjament doppju huwa evitat b’mod effettiv diġà permezz ta’ kontrolli preventivi fl-istadju ta’ għażla, mill-Aġenziji Nazzjonali u mill-aġenzija eżekuttiva.

Ibbażat fuq dan ta’ hawn fuq, sabiex jiġu mmitigati l-każijiet ta’ frodi u irregolaritijiet potenzjali, il-miżuri li ġejjin huma previsti għall-programm il-ġdid:

-        Il-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet potenzjali hija kkunsidrata diġà fl-istruttura tal-programm. Filwaqt li fil-programmi attwali, il-varjetà wiesgħa ta’ azzjonijiet tippermetti ċerta duplikazzjoni ta’ attivitajiet u ta’ parteċipanti, fil-futur dan għandu jiġi evitat permezz ta’ struttura li tislet linji ċari ta’ diviżjoni bejn l-azzjonijiet u tevita li attivitajiet simili jistgħu jitwettqu f’azzjonijiet differenti mill-istess parteċipanti.

-        Se tiġi introdotta r-reġistrazzjoni ta’ parteċipanti f’reġistru ċentrali uniku (possibilment portal parteċipanti eżistenti tal-KE), li se tippermetti kontroverifika tal-involviment tal-organizzazzjonijiet f'azzjonijiet differenti tal-programm u f'pajjiżi parteċipanti ex ante. Din se tevita l-ġbir potenzjali ta' għotja madwar il-pajjiżi parteċipanti.

-        Se jiġi stabbilit maħżen ta’ dejta għall-azzjonijiet kollha tal-programm (ċentralizzati u deċentralizzati) minħabba li se jibqgħu jintużaw għodod differenti tal-IT għall-ġestjoni.

-        Se jkun possibbli l-kontroll ta’ parteċipanti fil-mobilità ta’ tagħlim permezz tal-hekk imsejħa applikazzjoni tal-Għodda tal-IT tal-Mobilità li attwalment diġà tipprovdi għar-reġistrazzjoni tal-parteċipanti kollha tal-mobilità fil-proġetti ta' mobilità Leonardo da Vinci tal-Programm Tagħlim tul il-Ħajja.

-        L-Aġenzija Nazzjonali u l-aġenzija eżekuttiva se jkollhom jirrapportaw frodi u irregolaritajiet potenzjali lill-Kummissjoni ad hoc kif ukoll jinkluduhom fir-rapportar regolari tagħhom. Se jkollhom ukoll iressqu prosekuzzjonijet biex jirkupraw fondi tal-programm li jkunu ntilfu, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett mill-benefiċjarji.

-        Fir-rigward ta’ każijiet ta frodi, irregolarità jew negliġenza imputabbli għal Aġenzija Nazzjonali li jirriżultaw fit-telf ta’ fondi tal-Unjoni li ma jistgħux jiġu rkuprati, il-bażi legali tipprovdi – kif inhi attwalment - li l-Istat Membru huwa responsabbli ta' dawn it-telfiet lill-Kummissjoni.

3.           L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        L-intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja(i) tal-baġit tan-nefqa affettwata(i)

· Linji eżistenti tal-baġit dwar in-nefqa[36]

Fl-ordni ta’ intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u linji tal-baġit.

Intestaura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni………………………...……….] || Diff./mhux diff. ([37]) || minn pajjiżi tal-EFTA[38] || minn pajjiżi kandidati[39] || minn pajjiżi terzi || fit-tifsira tal-Artikolu°18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

5 || 15.01 Nefqa amministrattiva tal-qasam politiku tal-Edukazzjoni u l-Kultura, l-Artikoli°1-3 || Mhux diff. || IVA || IVA || IVA/LE || LE

· Linja ġodda tal-baġit mitluba

Fl-ordni ta’ intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u linji tal-baġit.

Intestaura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Intestatura……………………………………..] || Diff./mhuxdiff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fit-tifsira tal-Artikolu°18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

1 || 15.01.04.01 "Erasmus għal kulħadd"- Nefqa fuq ġestjoni amministrattiva || Mhux diff. || IVA || IVA || IVA/LE || LE

4 || 15.01.04.02 "Erasmus għal kulħadd"- internazzjonali – Nefqa fuq ġestjoni amministrattiva || Mhux diff. || IVA || IVA || IVA/LE || LE

1 || 15.02.01 "Erasmus għal kulħadd" || Diff. || IVA || IVA || IVA/LE || LE

4 || 15.02.02 "Erasmus għal kulħadd" - internazzjonali || Diff. || IVA || IVA || IVA/LE || LE

3.2.        L-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa 3 punti deċimali) – Prezzijiet kurrenti

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 1 || Programm Uniku għall-Edukazzjoni, Taħriġ, Żgħażagħ u Sport "Erasmus għal kulħadd"

DĠ: EAC || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Post - 2020 || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || || ||

15.02.01 "Erasmus għal kulħadd" || Impenji || (1) || 1.467 || 1.763 || 2.072 || 2.390 || 2.722 || 3.065 || 3.421 || 0 || 16.899

Pagmenti || (2) || 1.174 || 1.692 || 1.989 || 2.294 || 2.613 || 2.942 || 3.285 || 911 || 16.899

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-envelopp għall-programmi speċifiċi[40] || || || || || || || || ||

15.01.04 "Erasmus għal kulħadd"- Nefqa fuq ġestjoni amministrattiva[41] || || (3) || 43,118 || 48,218 || 51,247 || 56,904 || 61,481 || 67,313 || 71,595 || 0 || 400

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet għad-DĠ EAC || Impenji || =1+1a +3 || 1.510 || 1.811 || 2.123 || 2.447 || 2.783 || 3.132 || 3.493 || 0 || 17.299

Pagmenti || =2+2a +3 || 1.217 || 1.740 || 2.040 || 2.351 || 2.674 || 3.009 || 3.356 || 911 || 17.299

DĠ: EAC || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Post - 2020 || TOTAL

Ÿ TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operattivi°H1 || Impenji || (4) || 1.467 || 1.763 || 2.072 || 2.390 || 2.722 || 3.065 || 3.421 || 0 || 16.899

Pagmenti || (5) || 1.174 || 1.692 || 1.989 || 2.294 || 2.613 || 2.942 || 3.285 || 911 || 16.899

Ÿ TOTAL TA’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi || (6) || 43,118 || 48,218 || 51,247 || 56,904 || 61,481 || 67,313 || 71,595 || 0 || 400

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA°1 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || (7) =4+ 6 || 1.510 || 1.811 || 2.123 || 2.447 || 2.783 || 3.132 || 3.493 || 0 || 17.299

Pagmenti || (8) =5+ 6 || 1.217 || 1.740 || 2.040 || 2.351 || 2.674 || 3.009 || 3.356 || 911 || 17.299

Jekk iktar minn intestatura waħda tkun affettwata mill-proposta/inizjattiva:

Intestatura°4 || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Post - 2020 || TOTAL

Ÿ 15.02.02 "Erasmus għal kulħadd" – TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operattivi internazzjonali || Impenji || (1) || 215 || 227 || 236 || 247 || 257 || 272 || 285 || 0 || 1.739

Pagmenti || (2) || 172 || 218 || 227 || 237 || 247 || 261 || 274 || 104 || 1.739

Ÿ 15.01.04.02 - TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi || (3) || 9 || 10 || 10 || 10 || 11 || 11 || 12 || 0 || 73

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA°4 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || (7) =4+ 6 || 224 || 237 || 246 || 257 || 268 || 283 || 297 || 0 || 1.812

Pagmenti || (8) =5+ 6 || 181 || 228 || 237 || 247 || 258 || 272 || 286 || 104 || 1.812

                                                                                                                                                       

|| || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 20180 || 2019 || 2020 || Post 2020 || TOTAL

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt INTESTATURI minn 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont ta’ referenza) || Impenji || =7+9+11 || 1.734 || 2.048 || 2.369 || 2.704 || 3.051 || 3.415 || 3.790 || 0 || 19.111

Pagmenti || =8+10+11 || 1.398 || 1.969 || 2.277 || 2.599 || 2.932 || 3.281 || 3.642 || 1.015 || 19.111

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || " Nefqa amministrattiva "

EUR miljun (sa°3 punti deċimali) – prezzijiet tal-2011

|| || Sena° 2014 || Sena° 2015 || Sena° 2016 || Sena° 2017 || Sena° 2018 || Sena° 2019 || Sena° 2020 || TOTAL

DĠ: EAC ||

Ÿ Riżorsi umani[42] || 170 * 0.127 +0.064 * 16 + 0.073 * 18 =23.928 || 170 * 0.127 +0.064 * 16 + 0.073 * 18 =23.928 || 170 * 0.127 +0.064 * 16 + 0.073 * 18 =23.928 || 170 * 0.127 +0.064 * 16 + 0.073 * 18 =23.928 || 170 * 0.127 +0.064 * 16 + 0.073 * 18 =23.928 || 170 * 0.127 +0.064 * 16 + 0.073 * 18 =23.928 || 170 * 0.127 +0.064 * 16 + 0.073 * 18 =23.928 ||  167,496

Ÿ Nefqa oħra amministrattiva || 0,3834 || 0,3834 || 0,3834 || 0,3834 || 0,3834 || 0,3834 || 0,3834 || 2,684

TOTAL DĠ EAC || Approprjazzjonijiet || 24,311 || 24,311 || 24,311 || 24,311 || 24,311 || 24,311 || 24,311 || 170,180

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA°5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Impenji totali = Ħlasijiet Totali) || 24,311 || 24,311 || 24,311 || 24,311 || 24,311 || 24,311 || 24,311 || 170,180

EUR miljun (sa°3 punti deċimali) – prezzijiet kurrenti

|| || Sena° 2014 || Sena° 2015 || Sena° 2016 || Sena° 2017 || Sena° 2018 || Sena° 2019 || Sena° 2020 || Post - 2020 || TOTAL

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 1.758 || 2.072 || 2.393 || 2.729 || 3.076 || 3.439 || 3.814 || 0 || 19.281

Pagmenti || 1.407 || 1.990 || 2.298 || 2.619 || 2.952 || 3.301 || 3.662 || 1.053 || 19.281

3.2.2.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

– x Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ Impenn f'EUR miljuni (sa°3 punti deċimali) - prezzijiet kurrenti

Indika l-objettivi u l-ħruġ ò || Sena ð || Sena° 2014 || Sena° 2015 || Sena° 2016 || Sena° 2017 || Sena° 2018 || Sena° 2019 || Sena° 2020 || TOTAL

ĦRUĠ

Mobilità ta’ tagħlim tal-individwi || Tip ta’ ħruġ[43] || Spiża medja tal-ħruġ ||  Għadd  tal-ħruġ || Spiża ||  Għadd  tal-ħruġ || Spiża ||  Għadd  tal-ħruġ || Spiża ||  Għadd  tal-ħruġ || Spiża ||  Għadd  tal-ħruġ || Spiża || Għadd  tal-ħruġ || Spiża || Għadd tal- ħruġ || Spiża || Għadd totali ta’ ħruġ || Spiża totali

Persunal (HE-ETV - Skejjel -Adulti – Żgħażagħ) || Mobilità tal-Individwu || 0,00157 || 80.000 || 117,073 || 103.847 || 155,029 || 125.229 || 190,665 || 146.498 || 227,510 || 170.723 || 270,426 || 194.152 || 313,734 || 221.851 || 365,617 || 1.042.300 || 1.640

Studenti (HE) || Mobilità tal-Individwu || 0,00238 || 230.000 || 512,530 || 250.767 || 570,048 || 269.387 || 624,549 || 287.908 || 680,843 || 309.004 || 745,321 || 329.407 || 810,541 || 353.527 || 887,181 || 2.030.000 || 4.831

Studenti (VET) || Mobilità tal-Individwu || 0,00216 || 70.000 || 141,131 || 82.114 || 168,886 || 92.976 || 195,026 || 103.780 || 222,044 || 116.086 || 253,333 || 127.987 || 284,934 || 142.058 || 322,543 || 735.000 || 1.588

Żgħażagħ li jitgħallmu || Mobilità tal-Individwu || 0,00155 || 75.000 || 109,032 || 75.865 || 112,509 || 76.641 || 115,919 || 77.413 || 119,428 || 78.292 || 123,196 || 79.142 || 127,043 || 80.147 || 131,213 || 542.500 || 838

|| || || || || || || || || || || || || || || ||

Mobilità Internazzjonali tal-Istudenti u l-Persunal°H4[44] || Mobilità tal-Individwu || 0,00733 || 16.717 || 122,550 || 17.657 || 129,447 || 18.349 || 134,520 || 19.220 || 140,904 || 19.998 || 146,604 || 21.125 || 154,869 || 22.152 || 162,393 || 135.219 || 991,287

|| || || || || || || || || || || || || || || ||

Lawrji konġunti[45] || Mobilità tal-Individwu || 0,03411 || 2.198 || 98,686 || 2.937 || 120,416 || 3.752 || 140,865 || 4.732 || 162,002 || 6.031 || 186,520 || 6.759 || 211,275 || 7.619 || 240,791 || 34.028 || 1.161

Masters (Garanziji ta’ self) || Mobilità tal-Individwu || 0,00266 || 11.966 || 31,834 || 24.413 || 64,949 || 41.497 || 110,400 || 55.026 || 146,392 || 64.759 || 172,286 || 66.064 || 175,758 || 67.377 || 179,251 || 331.100 || 881

Subtotal tal-Mobilità ta’ Tagħlim tal-individwi || 485.880 || 1.133 || 557.600 || 1.321 || 627.831 || 1.512 || 694.576 || 1.699 || 764.892 || 1.898 || 824.637 || 2.078 || 894.730 || 2.289 || 4.850.147 || 11.930

Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin || Tip ta’ ħruġ || Spiża medja tal-ħruġ || Għadd tal-ħruġ || Spiża || Għadd tal-ħruġ || Spiża || Għadd tal-ħruġ || Spiża || Għadd tal-ħruġ || Spiża || Għadd tal-ħruġ || Spiża || Għadd tal-ħruġ || Spiża || Għadd tal-ħruġ || Spiża || Għadd totali al-ħruġ || Spiża totali

Sħubijiet strateġiċi (żgħar) || Proġetti Transnazzjonali || 0,11389 || 1.550 || 164,476 || 1.838 || 198,958 || 2.141 || 236,369 || 2.442 || 275,043 || 2.786 || 319,970 || 3.228 || 378,213 || 3.510 || 419,447 || 17.495 || 1.992,476

Sħubijiet strateġiċi (medji) || Proġetti Transnazzjonali || 0,30928 || 325 || 93,115 || 500 || 146,085 || 657 || 195,714 || 813 || 247,037 || 990 || 307,046 || 1.193 || 377,379 || 1.365 || 440,419 || 5.842 || 1.806,795

Alleanzi tal-Għafien/Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali || Proġetti Transnazzjonali || 0,86238 || 14 || 11,142 || 29 || 23,632 || 43 || 35,319 || 56 || 47,407 || 71 || 61,575 || 86 || 75,861 || 104 || 93,097 || 404 || 348,033

Pjattaformi tal-Web || Pjattaformi tal-Web || 7,27300 || 3 || 22,284 || 3 || 22,732 || 3 || 23,184 || 3 || 23,648 || 3 || 24,120 || 3 || 24,606 || 3 || 26,604 || 3 || 167,179

Kapaċità ta’ bini internazzjoni HE || Proġetti Transnazzjonali || 0,733 || 126 || 92,450 || 133 || 97,653 || 138 || 101,480 || 145 || 106,296 || 151 || 110,596 || 159 || 116,831 || 167 || 122,507 || 1.020 || 747,813

Subtotal tal-Kooperazzjoni għall-innovazzjoni u prattiki tajbin || 2.015 || 383,467 || 2.500 || 489,061 || 2.978 || 592,067 || 3.456 || 699,431 || 3.998 || 823,307 || 4.666 || 972,889 || 5.146 || 1.102 || 24.760 || 5.062,295

|| || || || || || || || || || || || || || || ||

Appoġġ għar-riforma politika || Tip ta’ ħruġ || Spiża medja tal-ħruġ || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd totali tal-ħruġ || Spiża totali

- Appoġġ għar-riforma politika || Multipli || 102,332 || M/A || 74,014 || M/A || 78,537 || M/A || 84,405 || M/A || 104,727 || M/A || 110,818 || M/A || 123,212 || M/A || 140,610 || M/A || 716,323

|| || || || || || || || || || || || || || || ||

Attiviajiet Jean Monnet || Tip ta’ ħruġ || Spiża medja tal-ħruġ || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd totali tal-ħruġ || Spiża totali

- Attiviajiet Jean Monnet || Multipli || 45,491 || M/A || 36,834 || M/A || 38,475 || M/A || 42,120 || M/A || 46,044 || M/A || 48,943 || M/A || 51,444 || M/A || 54,575 || M/A || 318,435

|| || || || || || || || || || || || || || || ||

Attivitajiet sportivi || Tip ta’ ħruġ || Spiża medja tal-ħruġ || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd totali ta’ ħruġ || Spiża totali

- Attivitajiet sportivi || Proġetti Transnazzjonali || 34,118 || M/A || 16,978 || M/A || 23,815 || M/A || 32,016 || M/A || 36,035 || M/A || 39,052 || M/A || 44,525 || M/A || 46,406 || M/A || 238,827

|| || || || || || || || || || || || || || || ||

Għotja operattiva || Tip ta’ ħruġ || Spiża medja tal-ħruġ || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd Tal-ħruġ || Spiża || Għadd totali ta’ ħruġ || Spiża totali

- Għotja operattiva || Ġestjoni tal-Programm || 63,189 || Mhux Applikabbli || 47,751 || Mhux Applikabbli || 48,712 || Mhux Applikabbli || 55,200 || Mhux Applikabbli || 61,935 || Mhux Applikabbli || 68,915 || Mhux Applikabbli || 76,162 || Mhux Applikabbli || 83,650 || Mhux Applikabbli || 442,325

SPIŻA TOTALI Intestatura 1 u Intestatura 4 || || 1.682 || || 1.990 || || 2.308 || || 2.637 || || 2.979 || || 3.336 || || 3.706. || || 18.638

3.2.3.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

– x Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa°3 punti deċimali) – prezzijiet tal-2011

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

INTESTATURA°5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || ||

Riżorsi umani ||  23,928 ||  23,928 ||  23,928 ||  23,928 ||  23,928 ||  23,928 ||  23,928 ||  167,496

Nefqa oħra amministrattiva || 0,3834 || 0,3834 || 0,3834 || 0,3834 || 0,3834 || 0,3834 || 0,3834 || 2,684

Subtotal tal-INTESTATURA°5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 24,311 || 24,311 || 24,311 || 24,311 || 24,311 || 24,311 || 24,311 ||  170,180

Barra mill-INTESTATURA°5[46] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva[47] || 52,118 || 58,218 || 61,247 || 66,904 || 72,481 || 78,313 || 83,595 || 472,877

Subtotal barra mill-INTESTATURA°5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 52,118 || 58,218 || 61,247 || 66,904 || 72,481 || 78,313 || 83,595 || 472,877

TOTAL || 76,430 || 82,530 || 85,559 || 91,216 || 96,792 || 102,625 || 107,906 || 643,057

3.2.3.2.            Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

– x Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

|| || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

Ÿ Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) ||

|| 15°01°01°01 (Kwartieri u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 170 || 170 || 170 || 170 || 170 || 170 || 170

|| XX°01°01°02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX°01°05°01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10°01°05°01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

|| Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti Full-Time: FTE)[48] ||

|| 15°01°02°01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || 34 || 34 || 34 || 34 || 34 || 34 || 34

|| XX°01°02°02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX°01°04°YY[49] || - fil-Kwartieri[50] || || || || || || ||

|| - f’delegazzjonijiet || || || || || || ||

|| XX°01°05°02 (CA, INT, SNE – Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10°01°05°02 (CA, INT, SNE – Riċerka diretta) || || || || || || ||

|| Linji oħra tal-baġit (speċifika) || || || || || || ||

|| TOTAL || 204 || 204 || 204 || 204 || 204 || 204 || 204

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jkunu mill-persunal tad-DĠ li diġà huma assenjati bil-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, jekk ikun meħtieġ, flimkien ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti baġitarji. . L-ammonti u l-imputazzjonijiet se jiġu aġġustati skont ir-riżultati tal-proċess ta’ esternalizzazzjoni maħsub.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || Ġestjoni tal-Programm

Persunal estern || Ġestjoni tal-Programm

3.2.4.     Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

– x Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020 kif propost mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha COM(2011) 500.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega liema programmar mill-ġdid huwa meħtieġ, billi tispeċifika l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[51].

Spjega x’inhuwa meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għal kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f'EUR miljun (sa°3 punti deċimali)

|| Sena° 2014 || Sena° 2015 || Sena° 2016 || Sena° 2017 || Sena° 2018 || Sena° 2019 || Sena° 2020 || TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament || || || || || || || ||

Il-proposta tipprovdi għal kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi mill-pajjiżi tal-EFTA, l-Isvizzera, it-Turkija, kif ukoll il-pajjiżi tal-adeżjoni, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn strateġija ta' qabel l-adeżjoni.

3.3.        L-impatt stmat fuq id-dħul

– x Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

¨         fuq ir-riżorsi tagħha stess

¨         fuq dħul mixxellanju

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Linja tal-baġit fuq id-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għal dis-sena baġitarja || Impatt tal-proposta/inizjattiva[52]

2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

L-Artikolu …………. || || || || || || || ||

Għal dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-intestatura(i) tan-nefqa tal-baġit affetwata(i).

[…]

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[…]

[1]               COM(2010) 2020 Finali, 3.3.2010

[2]               COM(2011) 500 Finali, 29.6.2011

[3]               ĠU L°11, 16.1.2003, p.°1.

[4]               ĠU C°, , p. .

[5]               ĠU C°, , p. .

[6]               COM(2011) 500 Finali, 29.6.2011.

[7]               ĠU L°327, 24.11.2006, p.°45.

[8]               ĠU L°327, 24.11.2006, p.°30.

[9]               ĠU L°340, 19.1.2008, p.°83.

[10]             ĠU L°378, 27.12.2006, p. 41.

[11]             COM(2010) 2020, 3.3.2010.

[12]             COM(2010) 477 Finali, 15.9.2010.

[13]             COM(2010) 682 Finali, 26.11.2010.

[14]             ĠU C°311, 19.12.2009, p. 1. Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2009 dwar qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018

[15]             ĠU L°375, 23.12.2004, p. 12.

[16]             COM(2008) 425 Finali, 3.7.2008.

[17]             ĠU C°319, 13.12.2008, p.°20. Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-iskejjel għas-Seklu 21.

[18]             ĠU C°119, 28.5.2009, p.°2. Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ET2020.

[19]             ĠU C 300, 12.12.2007, p. 6. Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tijib tal-kwalità tal-edukazzjoni tal-għalliema ĠU C°302, 12.12.2009, p.°6. Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-iżvilupp professjonali tal-għalliema u tal-mexxejja tal-iskola.

[20]             ĠU C 301, 11.12.2009, p. 5. Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni tat-tfal bi sfond ta’ migrazzjoni ĠU C°135, 26.5.2010, p.°2. Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

[21]             ĠU C°, , p. .

[22]             COM(2011) 12 Finali, 18.11.2011.

[23]             ĠU L°390, 31.12.2004, p.°6.

[24]             ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1.

[25]             ĠU C 155, 8.7.2009, p. 11.

[26]             COM(2001) 303 Finali, 25.5.2011.

[27]             ĠU L°55, 28.2.2011, p.°13.

[28]             ĠU C°, , p. .

[29]             Dan l-ammont ġej mil-livell ta’ nfiq tal-perjodu 2007-2013 miżjud b’fattur li jirrifletti r-rata taż-żieda tal-istrumenti tal-Intestatura 4.

[30]             ĠU C°, , p. .

[31]             ABM: Ġestjoni bbażata fuq l-Attività – ABB: Baġit ibbażat fuq l-Attività.

[32]             Kif imsemmi fl-Artikolu°49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju

[33]             Socrates, Leonardo da Vinci u eLearning

[34]             Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit elettroniku BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[35]             Kif imsemmi fl-Artikolu°185 tar-Regolament Finanzjarju.

[36]             Linja/i tal-baġit għall-Aġenzija Eżekuttiva għandhom jiġu definiti hekk kif il-figuri tan-nefqa jistabbilizzaw

[37]             Diff. = Approprjazzjonijiet Differenzjati / Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[38]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[39]             Pajjiżi kandidati u, fejn hu applikabbli, pajjiżi potenzjali kandidati mill-Balkani tal-Punent.

[40]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (ex linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[41]             Il-Kummissjoni tista’ tipprevedi li (parzjalment) testernalizza l-implimentazzjoni tal-programm Erasmus għal Kulħadd lil aġenzija eżekuttiva. L-ammonti u t-tqassim tal-ispejjeż stmati jista' jkollhom jiġu aġġustati skont il-livell ta' esternalizzazzjoni miżmum. Jinkludi l-infiq amministrattiv tal-Aġenzija Eżekuttiva li tista’ tiġi fdata bl-implimentazzjoni ta' parti mill-Programm skont profil ta' esperjenza sostanzjali. Infiq amministrattiv tkun sahra kostanti.

[42]             It-total tal-FTE 204 jinkludi: il-ġestjoni tal-Aġenziji Nazzjonali, il-ġestjoni diretta mill-Kummissjoni, is-superviżjoni u l-koordinazzjoni mal-Aġenzija Eżekuttiva kif ukoll il-persunal għall-appoġġ u l-koordinazzjoni marbuta mal-Programm.

[43]             Il-ħruġ huwa l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[44]             Inkluż l-organizzazzjoni tal-miżati tal-mobilità

[45]                    Lawrji konġunti tal-Masters u d-Dottorat magħżula għal ħames edizzjonijiet taħt l-azzjoni 1 tal-programm Erasmus Mundus fl-2009-13 se jkomplu jiġu ffinanzjati taħt “Erasmus għal Kulħadd” għall-bqija tal-edizzjonijiet soġġetti għal proċedura ta' tiġdid annwali bbażata fuq ir-rapporti tal-progress u d-disponibbiltà tal-baġit

[46]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (ex linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[47]             Din tinkludi H1 u H4. DĠ EAC biħsiebu (parzjalment) jesternalizza l-implimentazzjoni tal-programm lill-aġenzija eżekuttiva EACEA u lill-Aġenziji Nazzjonali. Iċ-ċifri u l-linji tal-baġit ta’ hawn fuq se jiġu aġġustati jekk ikun hemm bżonn skont il-proċess ta’ esternalizzazzjoni maħsub.

[48]             CA=Aġent Kuntrattwali; INT=persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= “Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); LA=Aġent Lokali; SNE=Espert Nazzjonali Ssekondat;

[49]             Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet operattivi (li kienu linji “BA”).

[50]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[51]             Ara punti°19 u°24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[52]             Fir-rigward tar-riżorsi tradizzjonali personali (dazji, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti bil-gross wara d-deduzzjoni ta’ 25°% għall-ispejjeż ta’ ġbir.