52011PC0773

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat- tqegħid fis-suq tat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ /* KUMM/2011/0773 finali - 2011/0357 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. kuntest tal-proposta

Kuntest ġenerali, raġunijiet għal u għanijiet tal-proposta

Din il-proposta hija ppreżentata fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-"pakkett dwar il-prodotti" adottat fl-2008. Din tagħmel parti minn pakkett ta' proposti li jallinjaw 10 direttivi dwar il-prodotti mad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE li tistabbilixxi qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti.

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (UE) dwar l-armonizzazzjoni li tassigura l-moviment liberu tal-prodotti kkontribwixxiet konsiderevolment għat-tlestija u t-tħaddim tas-Suq Uniku. Din hi msejsa fuq livell għoli ta' ħarsien u tipprovdi lill-operaturi ekonomiċi bil-mezzi biex juru l-konformità, u b'hekk tassigura l-moviment liberu permezz ta' fiduċja fil-prodotti.

Id-Direttiva 2006/95/KE hija eżempju ta' dik il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, li tiżgura l-moviment liberu tat-tagħmir elettriku. Din tistipula rekwiżiti ta' sikurezza li magħhom għandu jikkonforma t-tagħmir elettriku sabiex ikun disponibbli fis-suq tal-UE. Il-manifatturi għandhom juru li t-tagħmir elettriku ġie ddisinjat u mmanifatturat b'konformità mar-rekwiżiti ta' sikurezza u jwaħħlu l-marka CE.

L-esperjenza tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni wriet – fuq skala ta' diversi setturi - ċerti dgħufijiet u inkonsistenzi fl-implimentazzjoni u fl-infurzar ta' din il-leġiżlazzjoni, li jwasslu għal dan li ġej:

– il-preżenza fis-suq ta' prodotti perikolużi jew mhux konformi u konsegwentement ċertu nuqqas ta' fiduċja fil-marka CE

– żvantaġġi kompetittivi għall-operaturi ekonomiċi li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni għall-kuntrarju ta' dawk li jaħarbu mir-regoli

– trattament mhux ugwali fil-każ ta' prodotti li ma jikkonformawx u tgħawwiġ tal-kompetizzjoni fost l-operaturi ekonomiċi minħabba prattiki ta' infurzar differenti

– prattiki differenti fid-deżinjazzjoni tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità mill-awtoritajiet nazzjonali

Barra minn hekk, l-ambjent regolatorju sar aktar u aktar kumpless, billi ta' spiss diversi biċċiet ta' leġiżlazzjoni japplikaw fl-istess waqt għall-istess prodott wieħed. L-inkonsistenzi f'dawn il-biċċiet ta' leġiżlazzjoni jagħmluha dejjem aktar diffiċli għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet biex jinterpretaw u japplikaw b'mod korrett dik il-leġiżlazzjoni.

Sabiex jiġu rrimedjati dawn in-nuqqasijiet orizzontali fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li ġew osservati f'diversi setturi industrijali, fl-2008 ġie adottat il-"Qafas Leġiżlattiv Ġdid" bħala parti mill-pakkett dwar il-prodotti. L-għan tiegħu huwa li jsaħħaħ u jikkompleta r-regoli eżistenti u li jtejjeb l-aspetti prattiċi tal-applikazzjoni u l-infurzar tagħhom. Il-Qafas Leġiżlattiv Ġdid (QLĠ) jikkonsisti f'żewġ strumenti komplementari, ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 dwar l-akkreditament u s-sorveljanza tas-suq u d-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE li tistabbilixxi qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti.

Ir-Regolament tal-QLĠ introduċa regoli ġodda dwar l-akkreditament (għodda għall-evalwazzjoni tal-kompetenza tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità) u rekwiżiti għall-organizzazzjoni u l-prestazzjoni tas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli tal-prodotti minn pajjiżi terzi. Mill-1 ta' Jannar 2010 dawn ir-regoli japplikaw direttament fl-Istati Membri kollha.

Id-Deċiżjoni tal-QLĠ tistabbilixxi qafas komuni għal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni tal-prodotti. Dan il-qafas jikkonsisti fid-dispożizzjonijiet li jintużaw komunement fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti (eż. id-definizzjonijiet, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi, il-mekkaniżmi ta' salvagwardja, eċċ.). Dawn id-dispożizzjonijiet komuni ġew infurzati biex jiġi żgurat li d-direttivi jistgħu jiġu applikati u infurzati fil-prattika, b'mod aktar effettiv. Ġew introdotti elementi ġodda, bħall-obbligi għall-importaturi, li huma kruċjali għat-titjib tas-sikurezza tal-prodotti fis-suq.

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-QLĠ u dawk tar-Regolament tal-QLĠ huma komplementari u interkonnessi mill-qrib. Id-Deċiżjoni tal-QLĠ tikkontjeni l-obbligi korrispondenti għall-operaturi ekonomiċi, filwaqt li tippermetti lill-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq li jwettqu l-kompiti li ġew imposti lilhom bir-Regolament tal-QLĠ u jiżguraw l-infurzar effettiv u konsistenti tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti.

Madankollu, għall-kuntrarju tar-Regolament tal-QLĠ, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-QLĠ ma japplikawx direttament. Sabiex jiġi żgurat li s-setturi ekonomiċi kollha suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jibbenefikaw mit-titjib tal-QLĠ, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-QLĠ jiġu integrati fil-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-prodotti.

Skont l-istħarriġ li sar wara l-adozzjoni tal-pakkett dwar il-prodotti fl-2008, il-biċċa l-kbira tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni tal-prodotti kellha tiġi riveduta fit-tliet snin ta' wara, mhux biss biex jiġu indirizzati l-problemi osservati fis-setturi kollha iżda wkoll għal raġunijiet speċifiċi għas-settur. Kull reviżjoni bħal din tkun tinkludi awtomatikament allinjament tal-leġiżlazzjoni kkonċernata mad-Deċiżjoni tal-QLĠ billi l-Parlament, il-Kunsill, u l-Kummissjoni kkommettew irwieħhom li jużaw kemm jista' jkun id-dispożizzjonijiet tagħha fil-leġiżlazzjoni futura dwar il-prodotti sabiex tissokta l-aktar koerenza possibbli tal-qafas regolatorju.

Għal għadd ta' direttivi oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, inkluża d-Direttiva 2006/95/KE ma kienet prevista l-ebda reviżjoni għall-problemi speċifiċi għas-settur f'dan il-perjodu ta' żmien. Sabiex jiġi żgurat li l-problemi marbuta man-nuqqas ta' konformità jiġu indirizzati f'dawn is-setturi, u għal raġunijiet ta' konsistenza tal-ambjent regolatorju ġenerali dwar il-prodotti, ġie deċiż li dawn id-direttivi jiġu allinjati f'pakkett mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-QLĠ.

Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni

Din l-inizjattiva hija konformi mal-Att dwar is-Suq Uniku[1], li permezz tiegħu ġiet enfasizzata l-ħtieġa li terġa' tinkiseb il-fiduċja tal-konsumaturi fil-kwalità tal-prodotti fis-suq u l-importanza li tiġi infurzata s-sorveljanza tas-suq.

Barra minn hekk, din issostni l-politika tal-Kummissjoni dwar Regolamentazzjoni Aħjar u simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju.

2. Konsultazzjoni tal-partijiet interessati u valutazzjoni tal-impatt

Konsultazzjoni tal-partijiet interessati

L-allinjament tad-Direttiva 2006/95/KE mad-Deċiżjoni tal-QLĠ ġie diskuss mal-esperti nazzjonali responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, mal-grupp ta' korpi notifikati, mal-grupp ta' kooperazzjoni amministrattiva kif ukoll f'kuntatti bilaterali mal-assoċjazzjonijiet tal-industrija.

Bejn Ġunju u Ottubru 2010 ġiet organizzata konsultazzjoni pubblika li kienet tinkludi s-setturi kollha involuti f'din l-inizjattiva. Kienet tikkonsisti f'erba' kwestjonarji mmirati għall-operaturi ekonomici, l-awtoritajiet, il-korpi notifikati u l-utenti u s-servizzi tal-Kummissjoni rċevew 300 tweġiba. Ir-riżultati jinsabu ppubblikati fuq:

http://ec.europa.eu/enterprise/policies/single-market-goods/regulatory-policies-common-rules-for-products/new-legislative-framework/index_en.htm

Minbarra l-konsultazzjoni ġenerali saret ukoll konsultazzjoni speċifikat mal-SMEs. F'Mejju u Ġunju 2010 ġew ikkonsultati 603 SMEs permezz tan-Netwerk Ewropew tal-Intrapriżi. Ir-riżultati huma disponibbli fuq http://ec.europa.eu/enterprise/policies/single-market-goods/files/new-legislative-framework/smes_statistics_en.pdf

Il-proċess ta' konsultazzjoni wera li hemm sostenn mifrux għall-inizjattiva. Teżisti unanimità fir-rigward tal-ħtieġa ta' titjib tas-sorveljanza tas-suq u tas-sistema għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-Korpi Notifikati. L-awtoritajiet isostnu bis-sħiħ l-eżerċizzju għaliex dan se jsaħħaħ is-sistemi eżistenti u jtejjeb il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE. L-industrija tippretendi kundizzjonijiet aktar indaqs li jirriżultaw minn azzjonijiet aktar effettivi kontra l-prodotti li ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni, kif ukoll effett ta' simplifikazzjoni permezz tal-alinjament tal-leġiżlazzjoni. Ġie espress ċertu tħassib dwar xi obbligi li huma, madankollu, indispensabbli biex tiżdied l-effiċjenza tas-sorveljanza tas-suq. Dawn il-miżuri mhumiex se jimplikaw spejjeż sinifikanti għall-industrija, u l-benefiċċji li jirriżultaw mit-titjib tas-sorveljanza tas-suq għandhom jipprevalu ferm fuq l-ispejjeż.

Ġbir u użu ta’ għarfien espert

Il-valutazzjoni tal-impatt għal dan il-pakkett ta' implimentazzjoni hi fil-biċċa l-kbira msejsa fuq il-valutazzjoni tal-impatt imwettqa għall-Qafas Leġiżlattiv Ġdid. Minbarra l-għarfien espert miġbur u analizzat f'dak il-kuntest, saret konsultazzjoni ulterjuri mal-esperti speċifiċi għas-settur u mal-gruppi interessati, kif ukoll mal-esperti orizzontali li huma attivi fil-qasam tal-armonizzazzjoni teknika, il-valutazzjoni tal-konformità, l-akkreditament u s-sorveljanza tas-suq.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt, imsejsa fuq it-tagħrif miġbur, li teżamina u tqabbel tliet għażliet.

Għażla 1 – L-ebda tibdil fil-qagħda attwali

Din l-għażla tipproponi li ma jsir l-ebda tibdil fid-direttiva attwali u sserraħ esklużivament fuq ċertu titjib li jista' jkun mistenni mir-Regolament tal-QLĠ.

Għażla 2 – Allinjament tad-Deċiżjoni tal-QLĠ permezz tal-miżuri mhux leġiżlattivi

L-Għażla 2 tqis il-possibbiltà li jitħeġġeġ allinjament volontarju mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-QLĠ, pereżempju, billi jiġu ppreżentati bħala l-aħjar prassi fid-dokumenti ta' gwida.

Għażla 3 – Allinjament tad-Deċiżjoni tal-QLĠ permezz tal-miżuri leġiżlattivi

Din l-għażla tikkonsisti fl-integrazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-QLĠ fid-Direttiva eżistenti.

L-Għażla 3 tqieset bħala l-għażla preferuta għaliex

– se ttejjeb il-kompetittività tal-kumpaniji billi tieħu l-obbligi tagħhom bis-serjetà, għall-kuntrarju ta' dawk li jqarrqu bis-sistema;

– se ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi tiżgura t-trattament indaqs tal-operaturi ekonomiċi kollha, partikolarment l-importaturi u d-distributuri;

– ma timplikax spejjeż sinifikanti għall-operaturi ekonomiċi; għal dawk li diġà qed jaġixxu b'mod responsabbli, mhumiex mistennija spejjeż żedja jew mistennija biss spejjeż negliġibbli;

– din l-għażla titqies aktar effettiva mill-Għażla 2: minħabba n-nuqqas ta' inforzabbiltà tal-Għażla 2, hemm dubju dwar kemm l-impatti pożittivi se jimmaterjalizzaw ruħhom skont dik l-għażla;

– l-Għażliet 1 u 2 ma jagħtux tweġibiet għall-problema tal-inkonsistenzi fil-qafas regolatorju u għalhekk, ma għandhom l-ebda impatt pożittiv fuq is-simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju.

3. Elementi ewlenin tal-proposta 3.1. Definizzjonijiet orizzontali

Il-proposta tintroduċi definizzjonijiet armonizzati tat-termini li huma komunement użati fil-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u għandha għalhekk tingħata tifsira konsistenti f'dik il-leġiżlazzjoni kollha.

3.2. L-obbligi tal-operaturi ekonomiċi u r-rekwiżiti ta' traċċabbiltà

Il-proposta tikkjarifika l-obbligi tal-manifatturi u tar-rappreżentanti awtorizzati u tintroduċi l-obbligi għall-importaturi u d-distributuri. L-importaturi għandhom jivverifikaw li l-manifattur ikun wettaq il-proċedura ta' valutazzjoni ta' konformità applikabbli u jkun ħejja d-dokumentazzjoni teknika. Dawn għandhom jiżguraw ukoll, flimkien mal-manifattur, li din id-dokumentazzjoni teknika tkun għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet wara talba. Barra minn hekk, l-importaturi għandhom jivverifikaw li t-tagħmir elettriku huwa mmarkat b'mod korrett u akkumpanjat mill-informazzjoni dwar is-sikurezza meħtieġa. Għandhom iżommu kopja tad-Dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE u jindikaw isimhom u l-indirizz tagħhom fuq il-prodott, jew fejn dan ma jkunx possibbli fuq l-imballaġġ jew id-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament. Id-distributuri għandhom jivverifikaw li t-tagħmir elettriku jkollu fuqu l-marka CE, l-isem tal-manifattur u tal-importatur, jekk ikun rilevanti, u li jkun akkumpanjat mid-dokumentazzjoni u l-istruzzjonijiet meħtieġa.

L-importaturi u d-distributuri għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u jieħdu l-azzjonijiet xierqa meta jkunu fornew tagħmir elettriku mhux konformi.

L-obbligi ta' traċċabbiltà msaħħa huma introdotti għall-operaturi ekonomiċi kollha. It-tagħmir elettriku għandu jkollu fuqu l-isem u l-indirizz tal-manifattur kif ukoll numru li permezz tiegħu t-tagħmir elettriku jista' jiġi identifikat u konness mad-dokumentazzjoni teknika tiegħu. Meta t-tagħmir elettriku jiġi importat, għandu jkun hemm ukoll l-isem u l-indirizz tal-importatur fuq t-tagħmir elettriku. Barra minn hekk, kull operatur ekonomiku għandu jkun kapaċi jidentifika quddiem l-awtoritajiet, l-operatur ekonomiku li jkun fornielu t-tagħmir elettriku jew li lilu jkun forna t-tagħmir elettriku.

3.3. Standards armonizzati

Il-konformità mal-istandards armonizzati tipprovdi għal suppożizzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali. Fl-1 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea[2] li jistabbilixxi qafas legali orizzontali għall-istandardizzazzjoni Ewropea. Il-proposta għar-Regolament tinkludi inter alia dispożizzjonijiet dwar talbiet ta' standardizzazzjoni mill-Kummissjoni lill-Organizzazzjoni tal-Istandardizzazzjoni Ewropea, dwar il-proċedura għall-oġġezzjonijiet għall-istandards armonizzati u dwar il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fil-proċess ta' standardizzazzjoni. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/95/KE li jkopru l-istess aspetti tħassru f'din il-proposta għal raġunijiet ta' ċertezza legali.

Id-dispożizzjoni li tikkonferixxi s-suppożizzjoni ta' konformità lill-istandards armonizzati ġiet modifikata biex tiċċara l-firxa tas-suppożizzjoni tal-konformità meta l-istandards ikopru biss parzjalment ir-rekwiżiti essenzjali.

3.4. Il-valutazzjoni ta' konformità u l-marka CE

Id-Direttiva 2006/95/KE għażlet il-proċeduri ta' valutazzjoni ta' konformità xierqa li l-manifatturi għandhom japplikaw biex juru li t-tagħmir elettriku tagħhom jikkonforma mal-għanijiet ta' sikurezza. Il-proposta tallinja dawn il-proċeduri mal-verżjonijiet aġġornati tagħhom stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-QLĠ. Din tintroduċi wkoll mudell għad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE.

Il-prinċipji ġenerali tal-marka CE huma stabbiliti fl-Artikolu 30 tar-Regolament 765/2008, filwaqt li d-dispożizzjonijiet dettaljati dwar it-twaħħil tal-marka CE mat-tagħmir elettriku jkunu ddaħħlu f'din il-proposta.

3.5. Is-sorveljanza tas-suq u l-proċedura tal-klawżola ta' salvagwardja

Il-proposta tirrevedi l-proċedura ta' klawżola ta' salvagwardja eżistenti. Din tintroduċi fażi ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, u tispeċifika l-passi li jridu jittieħdu mill-awtoritajiet ikkonċernati, meta jinstab tagħmir elettriku li ma jikkonformax. Proċedura ta' klawżola ta' salvagwardja reali, li twassal għal Deċiżjoni fil-livell tal-Kummissjoni dwar jekk miżura hijiex ġustifikata jew le, titnieda biss meta Stat Membru ieħor joġġezzjona għal miżura meħuda kontra tagħmir elettriku. Fejn ma jkunx hemm nuqqas ta' qbil dwar il-miżura restrittiva meħuda, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-azzjoni xierqa fit-territorju tagħhom.

4. Elementi legali tal-proposta

Bażi legali

Il-proposta hi msejsa fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Il-prinċipju ta' sussidjarjetà

Is-suq intern huwa kompetenza maqsuma bejn l-Unjoni u l-Istati Membri. Il-prinċipju ta' sussidjarjetà jitfaċċa b'mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ġodda miżjuda li jimmiraw għat-titjib tal-infurzar effettiv tad-Direttiva 2006/95/KE, jiġifieri, l-obbligi tal-importatur u tad-distributur, id-dispożizzjonijiet ta' traċċabbiltà, id-dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni u l-obbligi ta' kooperazzjoni msaħħa fil-kuntest tal-proċeduri riveduti ta' salvagwardja u sorveljanza tas-suq.

L-esperjenza bl-infurzar tal-leġiżlazzjoni wriet li l-miżuri meħuda fil-livell nazzjonali wasslu għal approċċi diverġenti u għal trattament differenti tal-operaturi ekonomiċi fl-UE, u dan idgħajjef l-għan ta' din id-Direttiva. Jekk l-azzjonijiet jittieħdu fil-livell nazzjonali biex jindirizzaw il-problemi, hemm riskju li jinħolqu ostakli għall-moviment liberu tal-merkanzija. Barra minn hekk, l-azzjoni fil-livell nazzjonali hi limitata għall-kompetenza territorjali ta' Stat Membru. Fid-dawl tal-internazzjonalizzazzjoni akbar tal-kummerċ, l-għadd ta' każijiet transkonfinali qiegħed dejjem jiżdied. L-objettivi stabbiliti jistgħu jinkisbu ferm aħjar permezz ta' azzjoni kkoordinata fil-livell tal-UE, u twassal b'mod partikolari għal sorveljanza aktar effettiva tas-suq. Għaldaqstant hu aktar xieraq li tittieħed azzjoni fil-livell tal-UE.

Fir-rigward tal-problema tal-inkonsistenzi li hemm fid-direttivi, din hija problema li tista' tissolva biss mil-leġiżlatur tal-UE.

Il-proporzjonalità

Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, il-modifiki proposti ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti.

L-obbligi ġodda jew modifikati ma jimponux piżijiet u spejjeż bla bżonn fuq l-industrija, speċjalment fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, jew fuq l-amministrazzjonijiet. Fejn il-modifiki ġew identifikati li għandhom impatti negattivi, l-analiżi tal-impatti tal-għażla jservu biex jipprovdu r-rispons l-aktar proporzjonat għall-problemi identifikati. Għadd ta' modifiki jikkonċernaw it-titjib taċ-ċarezza tad-Direttiva eżistenti mingħajr ma jintroduċu rekwiżiti ġodda li jimplikaw aktar spejjeż.

It-teknika leġiżlattiva użata

L-allinjament tad-Deċiżjoni tal-QLĠ jirrikjedi għadd ta' emendi sostantivi lid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/95/KE. Sabiex ikun żgurat li t-test emendat jista' jinqara, it-teknika ta' riformulazzjoni ntgħażlet b'konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni għall-atti legali[3].

It-tibdil li sar lid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/95/KE jikkonċerna: id-definizzjonijiet, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi, is-suppożizzjoni ta' konformità pprovduta permezz tal-istandards armonizzati, id-dikjarazzjoni ta' konformità, il-marka CE, il-proċedura tal-klawżola ta' salvagwardja u l-proċeduri ta' valutazzjoni ta' konformità.

Il-proposta ma tibdilx il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2006/95.

5. L-implikazzjonijiet baġitarji

Din il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni.

6. tagħrif addizzjonali

Ir-revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-adozzjoni tal-proposta se twassal għar-revoka tad-Direttiva 2006/95/KE.

Żona Ekonomika Ewropea

Il-proposta tikkonċerna ż-ŻEE u, għalhekk, għandha testendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

ê 2006/95 (adattat)

2011/0357 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat- Ötqegħid fis-suq tat-Õtagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ

(Riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea Ö dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Õ, u b’mod partikolari l-Artikolu 95Ö 114 Õ tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Europea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

ò ġdid

(1) Numru ta’ bidliet sostantivi jridu jsiru fid-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ[5]. Dik id-Direttiva għandha tiġi riformulata mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għal akkreditazzjoni u sorveljanza tas-suq rigward il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93[6] jistipula regoli dwar l-akkreditazzjoni tal-korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità, jipprovdi qafas għas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli ta’ prodotti minn pajjiżi terzi, u jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali tal-marka CE.

(3) Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE[7] tistipula prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta' referenza intenzjonati biex japplikaw għal leġiżlazzjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti sabiex jipprovdu bażi koerenti għar-reviżjoni jew ir-riformulazzjonijiet ta' dik il-leġiżlazzjoni. Id-Direttiva 2006/95/KE għandha tkun adattata għal dik id-Deċiżjoni.

ê 2006/95 premessa 1 (adattat)

Id-Direttiva tal-Kunsill 73/23/KEE tad-19 ta' Frar 1973 dwar l-armonizzazzjonital-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ [8] ġiet emendata b'mod sostanzjali [9], Għall-iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata.

ê 2006/95 premessa 2

Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri ddisinjati sabiex jiżguraw is-sigurtà fl-użu tat-tagħmir elettriku wżat ma' certi limiti tal-voltaġġ jistgħu ivarjaw, u għaldaqstant ixekklu l-kummerċ.

ê 2006/95 premessa 3

F'ċerti Stati Membri fir-rigward ta' ċertu tagħmir elettriku, il-leġiżlazzjoni għas-sigurtà tieħu l-għamla ta' miżuri preventivi u miżuri ripressivi permezz ta' dispożizzjonijiet li jorbtu.

ê 2006/95 premessa 4

Fl-Istati Membri l-oħra, sabiex jinkiseb l-istess għan, il-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà tippreskrivi referenza għallistandards tekniċi stabbiliti mill-Korpi tal-Istandards. Din issistema toffri l-vantaġġ ta' aġġustament rapidu għall-progress tekniku mingħajr ma jiġu ttraskurati l-ħtiġiet tas-sigurtà.

ê 2006/95 premessa 5

Ċerti Stati Membri jwettqu ħidmiet amministrattivi sabiex japprovaw l-istandards Din l-approvazzjoni la taffettwa b'xi mod il-kontenut tekniku tal-istandards u lanqas tillimita l-kondizzjonijiet tal-użu tagħhom. Din l-approvazzjoni ma tistax għalhekk tibdel l-effetti, mill-perspettiva Komunitarja, tal-istandards armonizzati u ppubblikati.

ê 2006/95 premessa 6

Fil-Komunità, il-moviment liberu tat-tagħmir elettriku għandu jirriżulta meta dan it-tagħmir iħares ċerti rekwiżiti tas-sigurtà rikonoxxuti fl-Istati Membri kollha. Mingħajr ħsara għal kull għamla ta' prova oħra, il-prova talkonformità ma' dawn ir-rekwiżiti tista' ssir b'referenza għall-istandards armonizzati li jinkorporaw dawn il-kondizzjonijiet. Dawn l-istandards armonizzati għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' ftehima komuni bejn korpi li jridu jiġu nnotifikati minn kull Stat Membru lill-Istati Membri loħra u lill-Kummissjoni, u li għandhom ikunu pubbliċizzati kemm jista' jkun. Din l-armonizzazzjoni għandha, għall-għanijiet tal-kummerċ, tneħħi l-inkonvenjenzi li jirriżultaw mid-differenzi bejn l-istandards nazzjonali.

ê 2006/95 premessa 7

Mingħajr ħsara għal kull għamla oħra ta' prova, ilkonformità tat-tagħmir elettriku mal-istandards armonizzati tista' tkun meqjusa mit-twaħħil jew mill-ħruġ tal-marki jew tac-ċertifikati mill-organizzazzjonijiet kompetenti jew, fin-nuqqas ta' dawn, mid-dikjarazzjoni tal-fabbrikant dwar il-konformità. Sabiex tigi ffaċilitata t-tneħħija tal-ostakoli għall-kummerċ, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu dawn il-marki jew ċertifikati jew dawn id-dikjarazzjonijiet bħala l-elementi tal-prova. Bil-ħsieb ta' dan il-għan, il-marki jew ċertifikati msemmija għandhom ikunu ppubbliċizzati b'mod partikolari permezz tal-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ò ġdid

(4) L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tat-tagħmir elettriku, fir-rigward tal-irwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni ta' interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza u l-protezzjoni tal-konsumaturi, u biex tiġi garantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(5) L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jassiguraw li jagħmlu disponibbli fis-suq dawk il-prodotti biss li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva. Hemm bżonn li din tipprovdi tqassim ċar u proporzjonat tal-obbligi li jikkorrispondu mal-funzjoni rispettiva ta’ kull operatur fil-proċess tal-provvista u tad-distribuzzjoni.

(6) Il-manifattur, li jkollu tagħrif dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni li jesegwixxi l-proċedura kollha tal-evalwazzjoni tal-konformità għall-ġugarelli. L-evalwazzjoni tal-konformità għandha, għalhekk, tibqa’ l-obbligu tal-manifattur biss.

(7) Minkejja li l-evalwazzjoni tal-konformità għandha tibqa’ r-responsabbiltà tal-manifattur mingħajr xi bżonn li jkun involut korp tal-evalwazzjoni tal-konformità indipendenti, sabiex titħaffef it-telstija tal-proċedura tal-evalwazzjoni tal-konformità, il-manifatturi għandhom jitħallew ifittxu għajnuna ta’ laboratorju tal-evalwazzjoni tal-konformità indipendenti.

(8) Jeħtieġ li jiġi assigurat li t-tagħmir elettriku minn pajjiżi terzi li jidħol fl-Unjoni jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, u b'mod partikolari li l-manifatturi jkunu għamlu l-proċeduri ta' valutazzjoni adegwata fir-rigward ta' dan it-tagħmir elettriku. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex jiġi assigurat li t-tagħmir elettriku li jqiegħdu fis-suq ikun konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u biex dawn ma jqiegħdux fis-suq tagħmir elettriku li ma jikkonformax ma' dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżentaw xi riskju. Għall-istess raġuni, għandha ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex jiġi assigurat li jkunu saru l-proċeduri tal-evalwazzjoni tal-konformità u li l-marki u d-dokumentazzjoni tal-prodott magħmulin mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet ta' sorveljanza.

(9) Id-distributur jagħmel disponibbli fis-suq tagħmir elettriku wara li dan ikun tqiegħed fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur, u għandu jaġixxi bil-kura dovuta sabiex jassigura li t-trattament tat-tagħmir elettriku min-naħa tiegħu ma jolqotx ħażin il-konformità tat-tagħmir elettriku.

(10) Meta jqiegħed tagħmir elettriku fis-suq, kull importatur għandu jindika fuq it-tagħmir elettriku ismu u l-indirizz fejn ikun jista' jsir kuntatt miegħu. Għandhom jiġu previsti xi eċċezzjonijiet meta d-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux li dan isir. Dawn jinkludu l-każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-ippakkjar biex jagħmel ismu u l-indirizz tiegħu fuq il-prodott.

(11) Kull operatur ekonomiku li jqiegħed tagħmir elettriku f’ismu jew bit-marka kummerċjali tiegħu jew jimmodifika prodott b'mod li dan jista' jinċidi fuq il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli, għandu jitqies bħala manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur.

(12) Id-distributuri u l-importaturi, minħabba li huma qrib tas-suq, għandu jkollhom aktar x’jaqsmu fix-xogħol tas-sorveljanza tas-suq li jsir minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u għandhom ikunu mħejjija biex jipparteċipaw b’mod attiv, billi jagħtu lil dawk l-awtoritajiet l-informazzjoni kollha neċessarja dwar it-tagħmir elettriku kkonċernat.

(13) Meta tkun assigurata t-traċċabbiltà tat-tagħmir elettriku fil-katina kollha tal-provvista, dan jikkontribwixxi biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u effikaċi. Sistema effikaċi ta' traċċabbiltà tħaffef ix-xogħol tal-awtoritajiet tas-sorveljanza biex jittraċċaw lil operaturi ekonomiċi li jkunu għamlu disponibbli fis-suq prodotti mhux konformi.

(14) Din id-Direttiva għandha tkun limitata għall-espressjoni tal-għanijiet ta’ sikurezza. Sabiex titħaffef l-evalwazzjoni ta’ konformità ma’ dawn l-għanijiet, hemm bżonn li jkun provdut għall-preżunzjoni tal-konformità tat-tagħmir elettriku li hu f’konformità mal-istandards armonizzati li jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru [../..] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [../..] dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea u d-Direttivi tal-Kunsill li jemendaw 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-iskop tal-espressjoni ta’ speċifiċitajiet tekniċi dettaljati ta’ dawk l-għanijiet.

(15) Ir-Regolament (UE) Nru [../..] [dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea] jipprovdi għal proċedura għall-oġġezzjonijiet għal standards armonizzati fejn dawk l-istandards ma jissodisfawx bis-sħiħ ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

ê 2006/95 premessa 8 (ġdid)

ð ġdid

(16) Bħala miżura transitorja, iIl-moviment liberu tat-tagħmir elettriku li għalih għadhom ma jeżistux l-istandards armonizzati għandujista' jinkiseb billi jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tas-sigurtà jew l-istandards diġà stabbiliti mill-ð Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika ï korpi l-oħra internazzjonali jew minn wieħed millkorpi li jistabbilixxu l-istandards armonizzati Ö billi jiġu applikati l-istandards nazzjonali Õ.

ê 2006/95 premessa 9

Huwa possibbli illi t-tagħmir elettriku jista' jitqiegħed f'ċirkolazzjoni ħielsa saħansitra jekk ma jikkonformax mar-rekwiżiti tas-sigurtà, u hu għaldaqstant mixtieq li jkun hemm dispożizzjonijiet adattati sabiex jimminimizzaw dan il-periklu.

ê 2006/95 premessa 10 (ġdid)

Id-Deċiżjoni 93/465/KEE[10] tal-Kunsill tistabbilixxi lmoduli għall-fażijiet varji tal-proċeduri ta' stima ta' konformità li huma maħsubin li jintużaw fid-Direttivi ta' armonizzazzjoni teknika.

ê 2006/95 premessa 11

L-għażla ta' proċeduri m'għandhiex twassal għal tnaqqis flistandards tas-sigurtà ta' tagħmir tal-elettriku, li diġà ġew stabbiliti fil-Komunità kollha.

ò ġdid

(17) Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu juru u l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li t-tagħmir elettriku li hemm disponibbli fis-suq huwa f’konformità mal-għanijiet tas-sikurezza hemm bzonn jkun provdut għall-proċeduri tal-evalwazzjoni ta’ konformità. Id-Deċiżjoni Nru 768/2008 tistabbilixxi moduli għall-proċeduri tal-evalwazzjoni ta’ konformità li jinkludu proċeduri mill-inqas sal-aktar stretta, fi proporzjon għal-livell ta' riskju involut u l-livell ta' sikurezza rikjest. Sabiex ikun żgurat koerenza intersettorjali u jkunu evitati varjanti ad hoc, il-proċeduri tal-evalwazzjoni ta’ konformità għandhom jintgħażlu minn fost dawk il-moduli.

(18) Il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE biex jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar il-konformità tat-tagħmir elettriku mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u tal-leġiżlazzjoni rilevanti l-oħra tal-armonizzazjoni tal-Unjoni.

(19) Il-marka CE, li tindika l-konformità tat-tagħmir elettriku, hija l-konsegwenza viżibbli ta’ proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni tal-konformità f’sens wiesa’. Il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-marka CE huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Ir-regoli li jirregolaw it-twaħħil tal-marka CE għandhom jiġu stipulati f’din id-Direttiva.

(20) Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, hemm bżonn li jkun iċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni stipulati fir-Regolament (KE) Nru 765/2008/KE japplikaw tagħmir elettriku. Id-Direttiva ma għandhiex tfixkel lill-Istat Membri milli jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu dawk ix-xogħlijiet.

(21) Id-Direttiva 2006/95/KE diġà tipprovdi għal proċedura ta’ salvagwardja li tapplika biss f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-Istati Membri dwar miżuri meħudin minn Stat Membru ieħor. Biex tiżdied it-trasparenza u biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura tal-klawżola ta' salvagwardja, bil-għan li ssir aktar effikaċi u applikata b'mod uniformi u biex jintużaw il-ħiliet esperti li jistgħu jinkisbu mill-Istati Membri.

(22) Is-sistema eżistenti għandha tkun supplimentata bi proċedura li skontha l-partijiet interessati jiġu infurmati b'miżuri maħsubin sabiex jittieħdu fir-rigward ta' prodotti li jippreżentaw riskju għas-saħħa u s-sigurtà ta' persuni jew kwistjonijiet ta' protezzjoni ta' interess pubbliku. Għandha tippermetti l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b'kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju minn qabel fir-rigward ta' dawk il-prodotti.

(23) Fejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-ġustifikazzjoni ta' miżura meħuda minn Stat Membru, ma jkunx hemm il-ħtieġa li l-Kummissjoni jkollha tinvolvi lilha nnifisha aktar, ħlief fejn in-nuqqas ta' konformità jkun jista' jiġi attribwit lin-nuqqasijiet f'xi standard armonizzat.

(24) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Huwa meħtieġ li l-penali jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(25) Hemm bżonn li jkunu pprovduti arranġamenti tranżitorji li jippermettu d-disponibilità fis-suq tat-tagħmir elettriku li kien diġà tqiegħed fis-suq skont id-Direttiva 2006/95/KE.

(26) Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun assigurat li prodotti fis-suq koperti mil-liġi Komunitarja jissodisfaw rekwiżiti li jipprevedu livell għoli ta' protezzjoni ta' saħħa u sigurtà u interessi pubbliċi oħra, waqt li jiggarantixxi l-funzjonament tas-suq intern billi jipprovdi qafas għall-akkreditament u s-sorveljanza tas-suq, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista', għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(27) L-obbligu li din id-Diretiva tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali għandu jgħodd biss għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva 2006/95/KE. L-obbligu tat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma ġewx emendati joħroġ mid-Direttiva preċedenti.

ê 2006/95 premessa 12 (adattat)

(28) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-fl-Anness V tad-Direttiva 2006/95/KE, Parti B,

ê 2006/95 (adattat)

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Kapitolu 1

Ö Dispożizzjonijiet Ġenerali Õ

Artikolu 1

Ö Ambitu Õ

Għall-finijiet ta' din iId-Direttiva Ö għandha tapplika Õ “tagħmir elettriku” ifisser kull tagħmir iddisinjat għall-użu ma' skala tal-voltaġġ ta' bejn il-50 u l-1 000 V għall-kurrent alternant u bejn il-75 u l-1 500 V għall-kurrent dirett, għajr għat-tagħmir u l-fenomeni elenkati fl-Anness II

ò ġdid

Artikolu 2 [l-Artikolu R1 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE ]

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(1) "tqiegħed fis-suq" tfisser l-ewwel darba li tagħmir elettriku jkun disponibbli fis-suq tal-Unjoni;

(2) "tagħmel disponibbli fis-suq" tfisser kull provvista ta' tagħmir elettriku għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;

(3) "manifattur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura t-tagħmir elettriku, jew li għandha t-tagħmir elettriku ddisinjat jew immanifatturat, u li tikkummerċjalizza dak il-prodott taħt isimha jew il-marka kummerċjali tagħha;

(4) "rappreżentant awtorizzat" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-manifattur sabiex taġixxi f'ismu relattivament għal kompiti speċifiċi;

(5) "importatur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni, li tqiegħed tagħmir elettriku minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(6) “distributur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina ta' provvista, li mhijiex il-manifattur jew l-importatur, u li tagħmel it-tagħmir elettriku disponibbli fis-suq;

(7) "operaturi ekonomiċi" tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;

(8) “speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jistipula r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu sodisfatti minn tagħmir elettriku, proċess jew servizzi;

(9) "standard armonizzat" tfisser standard armonizzat kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru [.../...] [dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea];

(10) “valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ir-rekwiżiti speċifikati relatati ma’ tagħmir elettriku ġewx sodisfatti;

(11) “teħid lura” tfisser kull miżura maħsuba biex jittieħed lura tagħmir elettriku li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari;

(12) “irtirar” tfisser kull miżura maħsuba biex ma tħallix li tagħmir elettriku fil-katina tal-provvista jsir disponibbli fis-suq;

(13) “marka CE” tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li t-tagħmir elettriku huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha;

(14) "leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni" tfisser kull leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti.

ê 2006/95 (adattat)

ð ġdid

Artikolu 32

Ö Id-disponibilità fis-suq u l-għanijiet tas-sikurezza Õ

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw illi iIt-tagħmir elettriku jista' ð jsir disponibbli ï jitpoġġa fuq is-suq biss jekk ikun mibni skont il-prattika tajba tal-inġinerija f'dik li hi sigurtà li tkun fis-seħħ Ö fl-Unjoni Õ fil-Komunità, u għaldaqstant ma jipperikolax is-sigurtà ta' persuni, annimali domestiċi jew proprjetà meta jkun installat u miżmum sewwa u użat għal skopijiet li għalihom kien magħmul.

ê 2006/95

2. L-elementi prinċipali tal-għanijiet tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 huma elenkati fl-Anness I.

ê 2006/95 (adattat)

Artikolu 43

ÖMoviment liberu Õ

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw li jekk it-tagħmir elettriku jkun ta' natura li tikkonforma ma’ d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 5, 6, 7 jew 8, Ödin id-DirettivaÕ, il-moviment liberu ta' dan it-tagħmir ġewwa l-Komunità Öfl-UnjoniÕ ma għandux jiġi mfixkel għar-raġunijiet tas-sigurtà. Ö għall-aspetti koperti minn din id-Direttiva. Õ

Artikolu 54

Ö Provvista tal-elettriku Õ

F'dak li għandu x'jaqsam mat-tagħmir elettriku l-Istati Membri għandhom jiżguraw li rekwiżiti tas-sigurtà aktar stretti minn dawk stabbiliti fl-Artikolu m2 3 Ö u l-Anness I Õ ma jiġux imposti mill-korpi tal-provvista tal-elettriku sabiex titqabbad mal-grilja, jew għall-provvista tal-elettriku lill-utenti tat-tagħmir elettriku.

Kapitolu 2

Ö Obbligi ta' operaturi ekonomiċi Õ

ê 2006/95 (ġdid)

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw illi, b'mod partikolari dak it-tagħmir elettriku li huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-istandards armonizzati, jitqies mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti tagħhom li jissodisfa d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2, għall-finijiet tat- tpoġġija fuq is-suq u l-moviment liberu kif imsemmi fl-Artikoli 2 u 3 rispettivament.

L-istandards għandhom jitqiesu bħala armonizzati ġaladarba jitfasslu bi ftehima komuni bejn il-korpi nnotifikati mill-Istati Membri skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11 (a), u ppubblikati skont il-proċeduri nazzjonali. L-istandards għandhom jigu aġġornati fid-dawl tal-progress teknoloġiku u ta' liżviluppi fil-prattika oġġettiva tal-inġinerija f'materji ta' sigurtà.

Għall-finijiet ta' informazzjoni l-lista tal-istandards armonizzati u r-referenzi tagħhom għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ò ġdid

Artikolu 6 [l-Artikolu R2 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE]

Obbligi tal-manifatturi

1. Il-manifatturi, meta jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, għandhom jiżguraw li dawn ikunu ġew iddisinjati u mmanifatturati skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 u l-Anness I.

2. Il-manifatturi għandhom jiktbu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness III u jwettqu proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Anness III jew jqabbdu lil xi ħadd jagħmilhielhom.

Fejn ikun intwera permezz ta' dik il-proċedura li t-tagħmir elettriku huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE u jwaħħlu l-marka CE.

3. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformita tal-KE għal perjodu ta’ 10 snin wara li t-tagħmir elettriku jkun tqiegħed fis-suq.

4. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri biex il-produzzjoni tas-serje tibqa' konformi. Għandhom jitqiesu b'mod xieraq dawk it-tibdiliet fid-disinn jew il-karatteristiċi u t-tibdiliet fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li b'referenza għalihom tiġi dikjarata l-konformità tat-tagħmir elettriku .

Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn tagħmir elettriku, il-manifatturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, jagħmlu testijiet kampjunarji tat-tagħmir elettriku disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta' lmenti, ta’ tagħmir elettriku mhux konformi u ta' teħid lura tat-tagħmir elettriku u għandhom iżommu lid-distributuri infurmati dwar kull monitoraġġ ta' dan it-tip.

5. Il-manifatturi għandhom jassiguraw li tat-tagħmir elettriku tagħhom ikollhom it-tip, il-partita u n-numru tas-serje jew kull element ieħor biex ikunu jistgħu jiġu identifikati, jew, jekk id-daqs jew natura tagħhom ma tagħmilx dan possibbli, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-ippakkjar jew f’dokument li jakkumpanja tat-tagħmir elettriku.

6. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar t-tagħmir elettriku jew, jekk dan ma jkunx possibbli, dwar l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja t-tagħmir elettriku. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur.

7. Il-manifatturi għandhom jassiguraw li t-tagħmir elettriku jkun akkumpanjat minn informazzjoni ta' sikurezza provduti b’lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat.

8. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li t-tagħmir elettriku li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma' din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak t-tagħmir elettriku jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu t-tagħmir elettriku disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

9. Il-manifatturi għandhom, wara talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità tat-tagħmir elettriku, b’lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mit-tagħmir elettriku li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 7 [l-Artikolu R3 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE ]

Rappreżentanti awtorizzati

1. Il-manifatturi jistgħu, b'mandat bil-miktub, jaħtru rappreżentant awtorizzat.

L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u t-tfassil tad-dokumentazzjoni teknika ma għandhomx jiffurmaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

2. Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat għall-inqas li jagħmel dan li ġej:

(a) iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għal perjodu ta’ 10 snin wara li t-tagħmir elettriku jkun tqiegħed fis-suq.

(b) wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, li jipprovdi lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi ppruvata l-konformità tat-t-tagħmir elettriku;

(c) jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, wara talba tagħhom, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati riskji preżentati minn tagħmir elettriku kopert mill-mandat tar-rappreżentanti awtorizzati.

Artikolu 8 [l-Artikolu R4 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE]

Obbligi tal-importaturi

1. L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq tal-Unjoni biss dawk il-prodotti li jkunu konformi.

2. Qabel ma jqiegħdu tagħmir elettriku fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li tkun saret il-proċedura xierqa tal-evalwazzjoni tal-konformità mill-manifattur. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika, li t-tagħmir elettriku jkollu l-marka CE u jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa, u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u (6).

Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li tagħmir elettriku ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u fl-Anness I, dan ma għandux iqiegħed it-tagħmir elettriku fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq dwar dan.

3. L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar t-tagħmir elettriku jew, jekk dan ma jkunx possibbli, dwar l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja t-tagħmir elettriku.

4. L-importaturi għandhom jassiguraw li t-tagħmir elettriku jkun akkumpanjat minn informazzjoni ta' sikurezza provduti b’lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat.

5. L-importaturi għandhom jiżguraw li waqt taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 u fl-Anness I.

6. Meta jitqies meħtieġ fir-rigward tar-riskji preżentati minn prodott, l-importaturi, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, għandhom jagħmlu testijiet kampjunarji tat-t-tagħmir elettriku magħmul disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta' lmenti, ta' tagħmir elettriku mhux konformi u ta' teħid lura ta' tagħmir elettriku, u għandhom iżommu lid-distributuri infurmati dwar kull monitoraġġ.

7. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li t-tagħmir elettriku li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma' din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak t-tagħmir elettriku jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn it-tagħmir elettriku jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu t-tagħmir elettriku disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżuri korrettivi meħuda.

8. L-importaturi għandhom, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, jekk jitolbuha.

9. L-importaturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità tal-prodott, b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità kompetenti nazzjonali. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji preżentati mit-t-tagħmir elettriku li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 9 [l-Artikolu R5 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE]

Obbligi tad-distributuri

1. Meta jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta b'rabta mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

2. Qabel ma jagħmlu t-tagħmir elettriku disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li t-tagħmir elettriku jkollu l-marka CE, li jkun akkumpanjat minn informazzjoni dwar is-sikurezza b’lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u mill-utenti finali l-oħra fl-Istat Membru fejn t-tagħmir elettriku jkun se jsir disponibbli fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u 6(6) u fl-Artikolu 8(3).

Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li t-tagħmir elettriku ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 u fl-Anness I, dan ma għandux jagħmel il-prodott disponibbli fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn it-tagħmir elettriku jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

3. Id-distributuri għandhom jiżguraw li waqt li t-tagħmir elettriku jkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport ma jippreġudikax il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 u fl-Anness I.

4. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li t-tagħmir elettriku li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex it-tagħmir elettriku jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn it-tagħmir elettriku jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu t-tagħmir elettriku disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżuri korrettivi meħuda.

5. Id-distributuri għandhom, wara talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità tat-t-tagħmir elettriku. Dawm għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, wara talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq.

Artikolu 10 [l-Artikolu R6 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE]

Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u għandu jkun suġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 6, fejn ikun qiegħed tagħmir elettriku fis-suq taħt ismu jew il-marka kummerċjali tiegħu, jew jimmodifika t-tagħmir elettriku li diġà jkun tqiegħed fis-suq b’tali mod li jista' jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Artikolu 11 [l-Artikolu R7 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE]

Identifikazzjoni ta' operaturi ekonomiċi

L-operaturi ekonomiċi għandhom, wara li ssir talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

(a)        kull operatur ekonomiku li jkun ipprovdihom b’tagħmir elettriku;

(b)        kull operatur ekonomiku li lilu jkunu pprovdew it-tagħmir elettriku.

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bit-tagħmir elettriku u għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu fornew it-tagħmir elettriku.

Kapitolu 3

Konformità tat-tagħmir elettriku

Artikolu 12 [l-Artikolu R8 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE]

Preżunzjoni ta' konformità mal-istandards armonizzati

It-tagħmir elettriku li jkun konformi ma' standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, stabbiliti fl-Artikolu 3 u l-Anness I.

[Fejn standard armonizzat jissodisfa r-rekwiżiti li jkopri u li huma stabbiliti fl-Artikolu 3 u l-Anness I, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenzi ta’ dawk l-istandards f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.]

ê 2006/95 (adattat)

ð ġdid

Artikolu 136

Ö Preżunzjoni ta' konformità mal-istandards internazzjonali Õ

1. F'każ li l-istandards armonizzati kif definiti Ö msemmijin Õ fl-Artikolu 125 għadhom ma ġewx imfassla u ppubblikati, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw, għall-finijiet tat-tqegħid ð ta’ disponibilità ï fis-suq jew il-moviment liberu msemmi fl-Artikoli 23 u 34 rispettivament, li l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti tagħhom għandhom iqisu wkoll, bħala li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32, Ö u l-Anness I Õ dak it-tagħmir elettriku li huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar ir-Regoli għall-Approvazzjoni tat-Tagħmir Elettriku (CEE) jew tal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC) li rigward tagħhom il-proċedura tal-pubblikazzjoni stabbilita fil-paragrafi 2 u 3 tkun giet applikata.

2. Id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jigu nnotifikati lill-Istati Membri mill-Kummissjoni. mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, u wara dan, kif u meta jiġu ppubblikati. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, għandha tiddikjara d-dispożizzjonijiet u, b'mod partikolari, il-varjazzjonijiet li hija tirrakkomanda li jiġu ppubblikati.

3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data li tkun ġiet ikkomunikata l-informazzjoni b'kull oġġezzjoni li jista' jkollhom għad-dispożizzjonijiet hekk innotifikati, Ö f’konformità mal-paragrafu 2 Õ filwaqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tas-sigurtà li dwarhom dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jiġu rrikonoxxuti.

Għall-finijiet ta' informazzjoni dawk id-dispożizzjonijiet ta' sigurtà li għalihom ma tkun ġiet imqajma l-ebda oġġezzjoni għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 147

Ö Preżunzjoni ta' konformità mal-istandards nazzjonali Õ

F'każ li għadhom ma jeżistux l-istandards armonizzati skont it-tifsira Ö msemmija fl-Õ tal-Artikolu 5 12 jew id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà ppubblikati skont Ö msemmija fl-ÕArtikolu 6 13, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw li, għall-għan tat-tpoġġija ð id-disponibilità ï fuq is-suq jew il-moviment liberu msemmi fl-Artikoli 23 u 34 rispettivament, l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti tagħhom għandhom iqisu wkoll bħala li jħarsu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23, Ö u l-Anness I Õ dak it-tagħmir elettriku fabbrikat skont id-dispożizzjonijiet għas-sigurtà tal-istandards fis-seħħ fl-Istat Membru tal-fabbrikant, jekk jiġi żgurat livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dak mitlub fit-territorju tagħhom stess

ê 2006/95

Artikolu 8

1. Qabel jitpoġġa fuq is-suq, it-tagħmir tal-elettriku għandu jkollu mwħall miegħu l-immarkar CE msemmi fl-Artikolu 10 li jafferma l-konformità tiegħu mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, li jinkludi l-proċedura ta' stima ta' konformità deskritta fl-Anness IV.

2. Fil-każ ta' rikuża l-fabbrikant jew importatur jista' jippreżenta rapport, imfassal minn korp li hu nnotifikat skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11 (b), dwar il-konformità tat-tagħmir elettriku mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2.

3. Fejn it-tagħmir tal-elettriku huwa soġġett għal Direttivi oħra li jkopru aspetti oħra li jipprovdu wkoll għat-twaħħil ta' li mmarkar CE, dan tal-aħħar għandu jindika li t-tagħmir huwa preżunt ukoll li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dawk id-Direttivi l-oħra.

Iżda, fejn waħda jew aktar minn dawn id-Direttivi jippermettu lill-manifattur, waqt perjodu ta' transizzjoni, li jagħżel liema arranġamenti japplika, l-immarkar CE għandu jindika konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi applikati mill-fabbrikant biss. F'dan il-każ, id-dettalji tad-Direttivi applikati, kif ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jingħataw fiddokumenti, notifiki jew struzzjonijiet meħtieġa mid-Direttivi u li jakkumpanjaw it-tagħmir tal-elettriku.

Artikolu 9

1. Jekk, għar-raġunijiet tas-sigurtà, Stat Membru jiprojbixxi ittpoġġija fuq is-suq ta' xi tagħmir elettriku jew ifixkel il-moviment liberu tiegħu, dan għandu jinforma l-Istati Membri l-oħra kkonċernati u lill-Kummissjoni minnufih, filwaqt li jindika rraġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u, b'mod partikolari, jiddikjara:

              (a) jekk in-nuqqas ta' konformita' tiegħu mal-Artikolu 2 jirriżultax minħabba xi nuqqas fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 5, fid-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 jew fl-istandards imsemmija fl-Artikolu 7;

             

2. Jekk l-Istati Membri l-oħra jqajmu oġġezzjonijiet għaddeċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Istati Membri kkonċernati minnufih.

3. Jekk ma jintlaħaqx ftehim fi żmien tliet xhur mid-data meta ġiet ikkomunikata l-informazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikseb l-opinjoni ta' wieħed mill-korpi nnotifikati skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11 (b), li jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu barra mit-territorju tal-Istati Membri kkonċernati u li ma jkunx involut fil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8. L-opinjoni għandha tistqarr sa liema punt ma ġewx imħarsa d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2.

4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-opinjoni tal-korp imsemmi fil-paragrafu 3 lill-Istati Membri kollha, li jistgħu fi żmien xahar jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha fl-istess waqt tinnota kull osservazzjoni mill-partijiet kkonċernati dwar dik l-opinjoni.

5. Wara li tkun ikkunsidrat dawn l-osservazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha, jekk meħtieġ, tifformula r-rakkomandazzjonijiet jew l-opinjonijiet xierqa.

Artikolu 10

1. L-immarkar ta' konformità CE msemmija fl-Anness III għandu jitwaħħal mill-fabbrikant jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità mat-tagħmir tal-elettriku jew, jekk dan ma jistax iseħħ, mal-ippakkjar, il-folja ta' introduzzjoni jew iċ-ċertifikat ta' garanzija, sabiex ikun viżibbli, jinqara faċilment u ma jitħassarx.

2. It-twaħħil ta' kull immarkar fuq tagħmir elettriku li jaf iqarraq lil terzi persuni fejn tidħol it-tifsira u l-forma ta' limmarkar CE għandu jiġi projbit. Madankollu, kull immarkar ieħor jista' jitwaħħal mat-tagħmir elettriku, mal- ippakkjar tiegħu, mal-folja ta' struzzjonijiet jew maċ-ċertifikat ta' garanzija sakemm il-visibilità u l-leġibilità tal-immarkar CE ma jkunux b'hekk imnaqqsa.

3. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 9:

              (a) fejn Stat Membru jistabbilixxi li l-immarkar CE ġie imwaħħal bla raġuni, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jkun obbligat li jagħmel it-tagħmir tal-elettriku konformi firrigward tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-immarkar CE u li jwaqqaf il-ksur tar-regolament taħt il-kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru;

              (b) fejn in-nuqqas ta' konformità jissokta, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex inaqqas jew jipprojbixxi t-tpoġġija fuq is-suq tat-tagħmir tal-elettriku in kwistjoni jew li jiżgura li jitneħħa mis-suq b'mod konformi mal-Artikolu 9.

Artikolu 11

Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar:.

              (a) il-korpi msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 5;

              (b) il-korpi li jistgħu jagħmlu rapport skont l-Artikolu 8 (2) jew jagħtu opinjoni skont l-Artikolu 9;

              (c) ir-referenza ta' pubblikazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 5.

Kull emenda li ssir għal dan ta' hawn fuq għandha tigi nnotifikata minn kull Stat Membru lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

Artikolu 12

Din id-Direttiva ma tapplikax għat-tagħmir elettriku maħsub għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

ò ġdid

Artikolu 15 [l-Artikolu R10 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE]

Dikjarazzjoni tal-UE tal-konformità

1. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li l-osservanza tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 u fl-Anness I intweriet.

2. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell speċifikat fl-Anness IV ta’ din id-Direttiva, għandha jkollha l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness III ta’ din id-Direttiva u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha wkoll tiġi tradotta fil-lingwa jew il-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed fis-suq jew jiġi magħmul disponibbli t-tagħmir elettriku.

3. Fejn it-tagħmir elettriku huwa suġġett għal aktar minn liġi waħda tal-Unjoni li teżiġi d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità waħda tal-UE fir-rigward ta' tali atti tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandha jkollha l-identifikazzjoni tal-atti konċernati inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni.

4. Meta jagħmel id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tat-tagħmir elettriku.

Artikolu 16 [l-Artikolu R11 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE]

Prinċipji ġenerali tal-marka CE

Il-marka CE għandha tkun suġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 17 [l-Artikolu R12 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE]

Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE

1. Il-marka CE għandha titwaħħal fuq t-tagħmir elettriku jew fuq it-tikketta tad-dejta tiegħu b'mod li tkun tidher, tkun tista' tinqara u ma titħassarx. Fejn dan mhuwiex possibbli jew mhuwiex konsiljabbli minħabba n-natura tat-tagħmir elettriku, hija għandha titwaħħal mal-imballaġġ jew mad-dokumenti ta' akkumpanjament.

2. Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma t-tagħmir elettriku jitqiegħed fis-suq.

Kapitolu 4

Is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni, il-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni u l-proċeduri ta’ salvagwardja

Artikolu 18

Is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

L-Artikolu 15(3) u l-Artikoli minn 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għat-t-tagħmir elettriku.

Artikolu 19 [l-Artikolu R31 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE]

Proċeduri dwar t-tagħmir elettriku li jkun ta’ riskju fil-livell nazzjonali

1. Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew fejn ikollhom raġuni biżżejjed biex jaħsbu li prodott kopert minn din id-Direttiva jippreżenta riskju għas-sikurezza tal-persuni, huma għandhom, flimkien mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, iwettqu evalwazzjoni dwar it-tagħmir elettriku kkonċernat li tkun tkopri r-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Fejn, tul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li t-tagħmir elettriku ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti minn din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi kollha xierqa biex it-tagħmir elettriku jsir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, li jirtira t-tagħmir elettriku mis-suq jew li jieħdu lura fi żmien raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistabbilixxu.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu.

2. Fejn l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta’ konformità mhuwiex ristrett biss għat-territorju nazzjonali tagħhom, dawn għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u dwar l-azzjonijiet li huma rabtu lill-operatur li jieħu.

3. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tat-tagħmir elettriku kollu konċernat li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.

4. Jekk l-operatur ekonomiku ma jiħux azzjoni korrettiva fiż-żmien stipulat fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tagħmir elettriku li qed jiġi magħmul disponibbli fis-suq nazzjonali tagħhom, jirtiraw l-apparat mis-suq jew li jsejħuh lura.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.

5. L-informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha għall-identifikazzjoni t-tagħmir elettriku li mhuwiex konformi, l-oriġini tat-tagħmir elettriku, it-tip ta’ nuqqas ta’ konformità allegata u r-riskju involut, it-tip u t-tul ta’ żmien ta’ kemm se jdumu l-miżuri nazzjonali li ttieħdu u l-argumenti ppreżentati mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a) in-nuqqas tat-tagħmir elettriku li jissodisfa r-rekwiżiti relatati mas-sikurezza tal-persuni, l-annimali domestiċi jew il-proprjetà;

(b) nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija li l-Artikolu 12 li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità.

6. L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’kull miżura adottata u kull informazzjoni addizzjonali fuq in-nuqqas tal-konformità tat-tagħmir elettriku kkonċernat għad-dispożizzjoni tagħhom, u, jekk ma jkunx hemm qbil fuq il-miżura nazzjonali notifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7. Fejn, fi żmien xahrejn minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri restrittivi xierqa jittieħdu fir-rigward tat-tagħmir elettriku kkonċernat mingħajr dewmien.

Artikolu 20 [l-Artikolu R32 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE]

Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni

1. Fejn, wara li tkun tlestiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(3) u (4), isiru oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali ta’ Stat Membru jew fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżura nazzjonali tkun kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tagħmel valutazzjoni tal-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti.

2. Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li t-tagħmir elettriku li ma jkunx konformi jiġi rtirat mis-swieq tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni skont il-każ. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru interessat għandu jirtira l-miżura.

3. Fejn l-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tat-tagħmir elettriku hu attribwit lil nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 19(5)(b) ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru [.../...] [dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea];

Artikolu 21 [l-Artikolu R33 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE]

Tagħmir elettriku li jikkonforma iżda li jippreżenta tiskju għas-sikurezza

1. Fejn Stat Membru, wara li jkun għamel valutazzjoni skont l-Artikolu 19(1), isib li, għalkemm it-tagħmir elettriku jkun konformi ma’ din id-Direttiva, ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri adegwati kollha biex jassigura li t-tagħmir elettriku konċernat, meta jitqiegħed fis-suq, ma jippreżentax aktar dak ir-riskju jew jirtirah jew jieħdu lura mis-suq fi żmien perjodu raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif l-Istat Membru jistabbilixxi.

2. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tat-tagħmir elettriku kollu konċernat li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.

3. L-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. L-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, b’mod partikolari d-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tagħmir elettriku kkonċernat, l-oriġini u l-katina ta’ forniment tat-tagħmir elettriku, in-natura tar-riskju involut u n-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu.

4. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tagħmel evalwazzjoni tal-miżuri nazzjonali implimentati. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-miżura tkunx ġustifikata jew le, u fejn ikun meħtieġ, tipproponi miżuri adatti.

5. Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti.

Artikolu 22 [l-Artikolu R34 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE]

Nuqqas ta’ konformità formali

1. Bla ħsara għall-Artikolu 19, meta Stat Membru jsib waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jwaqqaf in-nuqqas ikkonċernat fir-rigward tal-konformità:

(a) il-marka CE twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 17 ta’ din id-Direttiva;

9b) li l-marka CE ma tkunx twaħħlet;

id-dikjarazzjoni tal-UE ta' konformità ma tkunx saret;

(d) id-dikjarazzjoni tal-UE ta' konformità ma tkunx saret b'mod korrett;

(e) id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompleta.

2. Fejn jippersisti n-nuqqas ta' konformità msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tat-tagħmir elettriku jew li jiżgura li dan jiġi rtirat jew imsejjaħ lura.

Kapitolu 5

Dispożizzjonijiet tranżitorji u finali

Artikolu 23

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar għall-operaturi ekonomiċi l-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati.

Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni [daħħal id-data – id-data stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(1)] l-aktar tard u għandhom jinnotifkaw mingħajr dewmien ta' kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet tranżitorji

L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu li jkun disponibbli fis-suq tagħmir elettriku kopert bid-Direttiva 2006/95/KE li hu f’konformità ma’ dik id-Direttiva u li tqiegħad fis-suq qabel (id-data ffissata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(1)].

ê

Artikolu 25

It-traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa [daħħal id-data – sentejn wara l-adozzjoni] l-aktar tard, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikun hemm konformità mal-Artikoli 2, 3(1), 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13(1), 14, 15, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23 u 24 u l-Annessi III u IV. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [il-jum wara d-data stabbilita fl-ewwel subparagrafu].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma għandhom ukoll jinkludu stqarrija li r-referenzi fil-liġijiet eżistenti, ir-regolamenti eżistenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttiva mħassra b’din id-Direttiva għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza u kif għandha tiġi formulata dik id-dikjarazzjoni.

ê 2006/95 (adattat)

Artikolu 13

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali fil-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 1426

Ö Tħassir Õ

Id-Direttiva 2006/95/KE hi permezz ta' dan mħassra, Ö tħassret b’effett mid-data stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(1) ta’ din id-Direttiva], Õ bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fil-Parti B tal-Anness V tad-Direttiva 2006/95/KE.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V Anness VI.

Artikolu 2715

Ö Dħul fis-seħħ Õ

ê 2006/95

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ê

L-Artikoli 1, 3(2), 4, 5, 13(2) u 13(3) u l-Annessi I, II u V għandhom japplikaw minn [id-data stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(1)].

ê 2006/95 (adattat)

Artikolu 2816

Ö Indirizzi Õ

ê 2006/95

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi […],

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ê 2006/95 (adattat)

ANNESS I

L-elementi prinċipali tal-Objettivi ta' Sigurtà maħsuba għal Tagħmir Elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti ta’ Voltaġġ

1. Il-kundizzjonijiet ġenerali

                (a) Itil-karatteristiċi essenzjali, li l-għarfien u l-ħarsien tagħhom jiżguraw li t-tagħmir         elettriku jintuża bla ma jkun ta’ periklu u f’dawk l-applikazzjonijiet li kien magħmul   għalihom, għandhom jiġu mmarkati fuq it-tagħmir, jew, jekk dan mhux possibbli, fuq       avviż li jkun mehmuż miegħu.;

(b) L-isem tal-prodott jew il-marka tal-fabbrika għandu jkun stampat ċar fuq it-tagħmir elettriku jew, fejn dan mhux possibbli, fuq l-ippakkjar

            (c)(b) it-tagħmir elettriku, flimkien mal-partijiet komponenti tiegħu, għandu jkun magħmul hekk li jkun żgurat li jista’ jiġi mmuntat u kkonnettjat sewwa u b’mod li ma jkunx ta’ periklu.;

            (d)(c) Tit-tagħmir elettriku għandu jkun ddisinjat u ffabbrikat hekk li jiżgura l-protezzjoni kontra r-riskji elenkati fil-punti 2 u 3 ta’ dan l-Anness, sakemm it-tagħmir jintuża f’applikazzjonijiet li kien magħmul għalihom u jkun mantenut kif mistenni.

2. Protezzjoni kontra r-riskji li jinħolqu mit-tagħmir elettriku

Miżuri ta’ natura teknika għandhom jiġu stabbiliti skont il-punt 1, sabiex ikun żgurat:

              (a) li l-persuni u l-annimali domestiċi jkunu protetti b’mod adegwat mill-periklu tal-ħsara fiżika jew ta’ dannu ieħor li jista’ jkun ikkawżat minn kuntatt dirett jew indirett;

              (b) li ma jinħolqux temperaturi, skariki jew radjazzjoni li jistgħu jikkawżaw il-periklu;

              (c) li l-persuni, l-annimali domestiċi u l-proprjetà jkunu protetti b’mod adegwat minn perikli li mhumiex elettriċi kkawżati mit-tagħmir elettriku u li jinkixfu bl-esperjenza;

              (d) li l- insulation għandha tkun xierqa għall-kundizzjonijiet prevedibbli.

3. Protezzjoni kontra r-riskji li jistgħu jiġu kkawżati minn influwenzi esterni fuq it-tagħmir elettriku

Miżuri ta’ natura teknika għandhom jiġu stabbiliti skont il-punt 1, sabiex ikun żgurat:

              (a) li t-tagħmir elettriku jilħaq ir-rekwiżiti mekkaniċi mistennija hekk li l-persuni, l-annimali domestiċi u l-proprjetà ma jitqegħdux fil-periklu;

              (b) li t-tagħmir elettriku jkun reżistenti għal influwenzi mhux mekkaniċi fil-kundizzjonijiet ambjentali mistennija, hekk li l-persuni, l-annimali domestiċi u l-proprjetà ma jitqiegħdux fil-periklu;

              (c) li t-tagħmir elettriku ma għandux iqiegħed fil-periklu l-persuni, l-annimali domestiċi u l-proprjetà fil-każ ta’ kundizzjonijiet prevedibbli ta’ overload

ANNESS II

Tagħmir u fenomeni 'l barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-direttiva

Tagħmir elettriku għall-użu f’atmosfera splussiva

Tagħmir elettriku għar-radjoloġija u skopijiet mediċi

Partijiet tal-elettriku għal-lifts tal-merkanzija u tal-passiġġieri

Meters tal-elettriku

Il-plakek u s-socket outlets għall-użu domestiku

Il-kontrolluri tal-ħitan tal-elettriku

L-interferenza radju-elettrika

Tagħmir elettriku speċjalizzat, għall-użu fuq il-bastimenti, il-vetturi tal-ajru u l-ferroviji, li jħares id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà stabbiliti mill-korpi internazzjonali li fihom l-Istati Membri jieħdu sehem.

ê 2006/95

ANNESS III

Immarkar ta’ Konformità CE u Dikjarazzjoni ta’ Konformità Tal-ke

A. Immarkar ta’ konformità CE

L-immarkar ta’ konformità CE għandu jkun magħmul mill-inizjali “CE” li jieħdu l-forma segwenti:

– Jekk il-marka CE tiġi mnaqqsa jew imkabbra, il-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn gradwat ta’ hawn fuq għandhom jiġu rispettati.

– Il-komponenti varji tal-immarkar CE għandu jkollhom sostanzjalment l-istess dimensjoni vertikali li ma tistax tkun anqas minn 5 mm.

B. Dikjarazzjoni ta’ Konformità tal-KE

Id-dikjarazzjoni ta’ konformità CE għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

– isem u indirizz tal-manufattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità

– deskrizzjoni ġenerali tat-tagħmir tal-elettriku,

– referenza għall-istandards armonizzati,

– fejn xieraq, referenza għall-ispeċifikazzjonijiet li magħhom hija ddikjarata l-konformità,

– identifikazzjoni tal-firmatarju li ġie awtorizzat sabiex jidħol f’impennji f'isem il-fabbrikant jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità.

– l-aħħar żewġ figuri tas-sena li fiha ġie mwaħħal l-immarkar "CE".

ò ġdid

ANNESS III [l-Anness II, il-Modulu A, tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE]

Il-Modulu A

Il-kontroll intern tal-produzzjoni

1. Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura tal-evalwazzjoni tal-konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, u 4, u jiżgura ruħu u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li t-tagħmir elettriku kkonċernat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2. Dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-konformità tat-tagħmir elettriku mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni xierqa tar-riskju jew riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn u l-manifattura tat-tagħmir elettriku u kif jaħdem. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, fejn applikabbli, mill-anqas dawn l-elementi:

– deskrizzjoni ġenerali tat-tagħmir elettriku,

– id-disinn konċettwali u tpinġija tal-manufattura u skemi tal-komponenti, is-sotto muntaturi, iċ-ċirkwiti, eċċ.,

– deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa għall-fehim tal-imsemmija tpinġijiet u skemi u l-operazzjoni tat-tagħmir elettriku,

– lista tal-istandards armonizzati u/jew speċifikazzjonijiet oħra tekniċi rilevanti li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, applikati kompletament jew parzjalment, u d-deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet addottati biex jissodisfaw l-għanijiet ta’ din id-Direttiva fejn dawk l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati,

– riżultati tal-kalkoli tad-disinji magħmula, l-eżamijiet imwettqa, eċċ., u

– rapporti ta' testijiet.

3. Il-manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta' manifattura u s-sorveljanza tiegħu jassiguraw il-konformità tat-tagħmir elettriku mmanifatturati mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

4. Il-marka KE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità

4.1. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE fuq kull tagħmir elettriku individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

4.2. Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità bil-miktub għal mudell ta' prodott u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika, għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta' 10 snin wara li t-tagħmir elettriku jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika t-tagħmir elettriku li tkun inħarġet għalih.

Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tingħata lill-awtoritajiet rilevanti wara li ssir talba.

5. Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, kif stabbiliti fil-punt 4, jistgħu jiġu sodisfatti mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

ê 2006/95

ANNESS IV

Il-kontroll intern tal-produzzjoni

1. Il-kontroll tal-produzzjoni interna hija l-proċedura li biha l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, li jwettaq l-obbligi stabbiliti fil-punt 2, jiżgura u jiddikkjara li t-tagħmir tal-elettriku jissodisfa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva li japplikaw għalih.. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il- Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE fuq kull prodott u għandu jifformola dikjarazzjoni ta' konformità bil-miktub.

2. Il-fabbrikant għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika deskritta fil-punt 3 u hu jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jżommu fit-territorju tal-Komunità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali relevanti għall-skopijiet ta' spezzjoni għal perjodu li jintemm mill-inqas 10 snin wara li ġie fabbrikat l-aħħar prodott.

Meta la l-fabbrikant u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkunu stabbiliti fi ħdan il-Komunità, dan l-obbligu huwa r-responsabbilità tal-persuna li jqiegħed it-tagħmir tal-elettriku fis-suq tal-Komunità.

3. Għandu, sakemm ikun relevanti għal din l-istima, ikopri d-disinn, manifattura u operazzjoni tat-tagħmir tal-elettriku. Għandu jinkludi:

–          deskrizzjoni ġenerali tat-tagħmir tal-elettriku,

–          disinn konċettwali u tpinġiji tal-manifattura u skemi ta' komponenti, subassemblaġġi, ċirkwiti, eċċ.,

–          deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa għall-fehim tal-imsemmija tpinġijiet u skemi u l-operazzjoni tat-tagħmir tal-elettriku,

–          lista tal-istandards applikati fil-milja tagħhom jew f'parti, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati sabiex jissodisfaw l-aspetti ta' sigurtà ta' din id-Direttiva fejn ma ġewx applikati l-istandards,

–          riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula, eżaminazzjonijiet imwettqa, eċċ.,

–          rapporti ta’ testijiet.

4. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu irid iżomm kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità mad-dokumentazzjoni teknika.

5. Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta' manifattura jiżgura konformità mal-prodotti mmanifatturati mad-dokumentazzjoni teknika li hemm referenza għaliha fil-punt 2 u mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva li japplikaw għalihom..

ò ġdid

ANNESS IV [l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE]

DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ TAL-UE

1.           Nru xxxxxx (identifikazzjoni unika tat-tagħmir elettriku):

2.           L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu:

3.           Din id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE tinħareg taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur:

4.           L-għan tad-dikjarazzjoni (l-identifikazzjoni tat-tagħmir elettriku li tippermetti t-traċċabbiltà). Din għandha tinkludi immaġini bil-kulur ta’ ċarezza suffiċjenti biex tippermetti l-identifikazzjoni tat-tagħmir elettriku).

5.           L-għan tad-dikjarazzjoni deskritt hawn fuq huwa konformi mal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni..........

6.           Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti li ntużaw, jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet li b’relazzjoni għalihom qed tiġi ddikjarata l-konformità:

7.           Informazzjoni addizzjonali:

Iffirmata għal u f'isem:…

(post u data tal-ħruġ)

(isem, funzjoni) (firma)

ê 2006/95 (adattat)

ANNESS V

Parti A

Id-Direttiva mħassra bl-emendi tagħha

Id-Direttiva tal-Kunsill 73/23/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 93/68/KEE l-Artikolu 1 Il-punt 12 u l-Artikolu 13 biss || ĠU L 77, 26.3.1973, p. 29) ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1)

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni     

(imsemmija fl-Artikolu 14)

Direttiva || Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni || Data tal-applikazzjoni

73/23/KEE 93/68/KEE || 21 t’Awwissu 1974[11] 1 ta' Lulju 1994 || 1 ta’ Jannar 1995[12]

ê 2006/95 (adattat)

L-ANNESS VI

Tabella ta' Korrelazzjoni

Id-Direttiva 73/23/KEE Ö 2006/95/KE Õ || Din id-Direttiva ||

L-Artikoli 1 — 7 L-Artikolu 8(1) L-Artikolu 8(2) L-Artikolu 8(3)(a) L-Artikolu 8(3)(b) L-Artikolu 9(1), l-ewwel inċiż L-Artikolu 9(1), it-tieni inċiż L-Artikolu 9(2) sa (5) l-Artikolu 10 L-Artikolu 11(1), l-ewwel inċiż L-Artikolu 11(1), it-tieni inċiż L-Artikolu 11, it-tielet inċiż L-Artikolu 12 L-Artikolu 13(1) L-Artikolu 13(2) — — L-Artikolu 14 L-Annessi I sa IV — — || L-Artikoli 1 — 7 L-Artikolu 8(1) L-Artikolu 8(2) L-Artikolu 8(3), l-ewwel subparagrafu L-Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu L-Artikolu 9(1) (a) L-Artikolu 9(1) (b) L-Artikolu 9(2) sa (5) L-Artikolu 10 Artikolu 11(a) Artikolu 11(b) Article 11(c) L-Artikolu 12 — L-Artikolu 13 L-Artikolu 14 L-Artikolu 15 L-Artikolu 16 L-Annessi I sa IV L-Anness V L-Anness VI ||

ÖL-Artikolu 1 L-Artikolu 2 L-Artikolu 3 L-Artikolu 4 L-Artikolu 5 L-Artikolu 6 L-Artikolu 7 L-Artikolu 8(1) L-Artikolu 8(2) L-Artikolu 8(3) L-Artikolu 9 L-Artikolu 10 L-Artikolu 11 L-Artikolu 12 L-Artikolu 13 L-Artikolu 14 L-Artikolu 15 L-Anness I L-Anness II L-Anness III L-Anness IV L-Anness VÕ || Ö L-Artikolu 1 L-Artikolu 3 L-Artikolu 4 L-Artikolu 5 L-Artikolu 12 L-Artikolu 13 L-Artikolu 14 L-Artikolu 16 - - L-Artikoli minn 18 sa 20 L-Artikoli 16 u 17 - - L-Artikolu 25 (2) L-Artikolu 26 L-Artikolu 27 L-Anness I L-Anness II L-Artikoli 15 u 16 u l-Anness IV L-Anness III -Õ

[1]               Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, COM(2011) 206 finali.

[2]               COM(2011) 315 final, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

[3]               ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

[4]               ĠU C [...], [...], p. [...].

[5]               ĠU L 374, 27.12.2006, p. 10.

[6]               ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

[7]               ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

[8]               ĠU L 77, 26.3.1973, p. 29.

[9]               Ara l-Anness V, il-Parti A.

[10]             (1)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 1993 dwar il-moduli għall-fażijiet diversi tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità u r-regoli għat-twaħħil u għall-użu tal-marka ta' konformità CE li huma maħsubin sabiex jintużaw fid-direttivi ta' armonizzazzjoni teknika. (OJ L 220, 30.08.1993, p. 23).

[11]             (1) Fil-każ tad-Danimakra l-limitu ta’ żmien kien estiż għal ħames snin, jiġifieri, il-21 ta’ Frar 1978. Ara l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 73/23/KEE.

[12]             (2) Sal- 1 ta’ Jannar 1997 l-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ prodotti li jikkonformaw mal-arranġamenti ta’ mmarkar fis-seħħ qabel fl- 1 ta’ Jannar 1995. Ara l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 93/68/KEE.