Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi għall-perjodu 2014 sa 2020 il-Programm dwar il-Ġustizzja /* KUMM/2011/0759 finali - 2011/0369 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Hekk kif
ikkonfermat mill-Programm ta' Stokkolma, l-iżvilupp ta' spazju ta'
libertà, sigurtà u ġustizzja jibqa' prijorità għall-Unjoni Ewropea.
Għalkemm diġà nkiseb progress sinifikanti f’dan il-qasam,
il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali għadha
mhix suffiċjenti. Fl-era ta’ wara Lisbona u wara t-tneħħija
tat-tielet pilastru, il-qasam tal-ġustizzja jiżviluppa b’mod dinamiku
biex iwieġeb għall-isfidi kollha. Miżuri leġiżlattivi
u ta’ politika, kif ukoll l-implimentazzjoni koerenti tagħhom huma
għodda ewlenin. Finanzjament jista’ jikkontribwixxi
għall-iżvilupp ta’ dan il-qasam permezz ta’ sostenn leġislattiv
u tfassil ta’ politika u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom. B’konformità mal-Komunikazzjoni dwar
Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE[1],
ingħatat ħarsa mill-ġdid lejn l-istrumenti eżistenti ta’
finanzjament u l-mekkaniżmi ta' tlestija biex ikun żgurat fokus
ċar fuq valur miżjud Ewropew u biex jittieħed ħsieb
tar-razzjonalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-mekkaniżmi ta’
finanzjament. F’“Baġit għal Ewropa 2020”[2], il-Kummissjoni identifikat
il-ħtieġa ta’ baġit aktar sempliċi u aktar trasparenti biex
jintgħelbu l-problemi li jinqalgħu mill-kumplessità ta’ strutturi ta’
programmi u mill-eżistenza ta’ programmi multipli. Il-qasam
tal-ġustizzja ssemma bħala eżempju tal-frammentazzjoni
eżistenti, fejn għandha tittieħed azzjoni. F’dan il-qafas u b’mira għal
simplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni, il-programm dwar il-Ġustizzja huwa
s-suċċessur ta’ tliet programmi attwali: - Ġustizzja Ċivili (JCIV), - Ġustizzja Kriminali (JPEN), - Programm ta’ Prevenzjoni u Informazzjoni
dwar id-Droga (DPIP). Filwaqt li d-DPIP kien ibbażat fuq
bażi legali ta' saħħa pubblika u għalhekk kien ikopri
kunsiderazzjonijiet relatati mas-saħħa, b'mod partikolari t-tnaqqis
ta' ħsarat għas-saħħa assoċjati mal-użu
tad-droga, il-programm Ġustizzja jindirizza l-politika kontra d-droga
mill-angolu tal-prevenzjoni kontra l-kriminalità. It-traffikar illegali
tad-droga, li huwa wieħed mill-oqsma tal-kriminalità fejn
il-leġiżlatur Ewropew jista' jadotta regoli minimi fir-rigward
tad-definizzjoni tal-offiżi u s-sanzjonijiet kriminali abbażi
tal-Artikolu 83 TFUE, u attivitajiet illegali oħra relatati mad-drogi se
jkunu l-attenzjoni ta' finanzjament relatat mad-droga taħt il-programm
il-ġdid. Il-fużjoni ta’ dawn il-programmi, kollha
bbażati fuq dispożizzjonijiet fil-Parti III, Titolu V tat-TFUE,
għandha tippermetti li jkun hemm approċċ ta’ finanzjament
komprensiv f’dan il-qasam u għal allokazzjoni aktar effiċjenti ta’
fondi għal kwistjonijiet orizzontali, bħal taħriġ. L-għan ġenerali ta' din il-proposta
huwa li tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' spazju ġenwin ta'
ġustizzja permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji
ċivili u kriminali. Sabiex jinkiseb dan l-għan ġenerali,
il-proposta hija mmirata li tippromwovi applikazzjoni effettiva, komprensiva u
konsistenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fl-oqsma tal-kooperazzjoni
ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali, biex jitħaddan
l-aċċess għall-ġustizzja u għall-prevenzjoni u
t-tnaqqis tad-domanda u l-provvista tad-droga. Dan jista’
jinkiseb billi jkun sostnut it-taħriġ u s-sensibilizzazzjoni, billi
jissaħħu netwerks u tkun iffaċilitata l-kooperazzjoni
trasnazzjonali. Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea teħtieġ li
tgħammar lilha nnifisha b’bażi analitika soda biex issostni t-tfassil
ta’ politika u leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja. 2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATTI 2.1. Konsultazzjonijiet ma’
partijiet interessati Fl-20 ta’ April 2011 tnediet konsultazzjoni
pubblika ta’ partijet interessati dwar attivitajiet ta’ finanzjament
għall-ġejjieni fil-qasam tal-Ġustizzja, Drittijiet Fundamentali
u Ugwaljanza għall-perjodu wara l-2013[3].
Kienet tinsab online għal xahrejn u kienet miftuħa
għall-partijiet interessati u individwi interessati kollha. Il-187
rispondent li wieġbu – b’parti importanti tkun ta’ NGOs – mill-Istati
Membri kważi kollha bagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom. Dawk li wieġbu evalwaw b’mod
pożittiv l-objettivi ta’ politika tal-programmi u kkonfermaw
il-ħtieġa ta’ finanzjament fl-oqsma koperti. Il-valur miżjud
Ewropew kien rikonoxxut u l-ebda qasam ma kien identifikat fejn il-finanzjament
ma kellux jitkompla. Il-ħtieġa tas-simplifikazzjoni u t-titjib kienet
rikonoxxuta u kważi l-miżuri kollha proposti kellhom tweġiba
pożittiva, inkluż it-tnaqqis fl-għadd ta’ programmi u
s-simplifikazzjoni ta’ proċeduri. Il-partijiet interessati kienu favur
attivitajiet ta’ finanzjament bħal skambju ta’ prattiki tajbin,
taħriġ ta’ professjonisti, informazzjoni u attivitajiet ta’
sensibilizzazzjoni, sostenn għal netwerks, studji, eċċ. It-tipi
kollha ta’ attivitajiet li kellhom l-approvazzjoni ta’ dawk li wieġbu huma
previsti espliċitament fl-Artikolu 6 tal-proposta. Dawk li wieġbu
kienu jaqblu mal-proposti tal-Kummissjoni dwar l-atturi adatti biex
jirċievu finanzjament u t-tipi ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament li
setgħu jintużaw. 2.2. Valutazzjoni tal-Impatt Kienet saret valutazzjoni tal-impatt dwar
l-attivitajiet ta’ finanzjament għall-ġejjieni għall-qasam kollu
tal-ġustizzja, drittijiet u ugwaljanza, li bħalissa jikkomprendi sitt
programmi[4].
Din il-valutazzjoni tal-impatt hija rilevanti kemm għall-proposta dwar
il-Programm dwar il-Ġustizzja, kif ukoll għall-proposta dwar
il-Programm dwar Drittijiet u Ċittadinanza. Il-valutazzjoni tal-impatt
tibni fuq l-evalwazzjonijiet interim tal-programmi attwali[5], li kkonfermaw l-effikaċja
u l-effiċjenza globali tal-programmi, iżda tidentifika wkoll xi
nuqqasijiet u spażju għal titjib. Il-valutazzjoni tal-impatt
ikkunsidrat tliet alternattivi: Alternattiva A: li jinżammu sitt programmi u li jkunu indirizzati xi wħud
mill-problemi identifikati permezz ta’ bidliet fil-ġestjoni interna
tal-programmi. Titjib fil-ġestjoni u t-trawwim ta’ sinerġiji
b’saħħithom bejn il-programmi għandhom jindirizzaw xi wħud
mill-kwistjonijiet. Iżda l-kawża ewlenija tal-problemi,
jiġifieri l-bosta programmi, ma tkunx indirizzata direttament u
konsegwentement it-titjib li għandu jinkiseb minn din l-għażla
jkun limitat. Alternattiva B: li jinżammu l-miżuri kollha ta’ alternattiva A u
addizzjonalment li ssir fużjoni tas-sitt programmi attwali
f’żewġ programmi. Din l-alternattiva għandha tħalli jkun
hemm flessibbiltà fl-użu ta’ fondi u biex ikunu indirizzati prijoritajiet
annwali ta’ politika. Din l-għażla għandha tikseb aktar
simplifikazzjoni (kemm għall-benefiċjarji kif ukoll
għall-amministrazzjoni) u effiċjenza tal-programmi, minħabba li
jkun hemm ħtieġa b’mod sinifikanti ta’ anqas proċeduri.
L-effikaċja tal-programmi għandha titjieb ukoll minħabba li
l-frammentazzjoni u d-dilwizzjoni ta’ fondi jkunu indirizzati aħjar
f’żewġ programmi. Riżorsi umani jkunu jistgħu
jinħelsu, minħabba li anqas proċeduri għandhom inaqqsu
l-piż amministrattiv u jkunu allokati għal attivitajiet li jtejbu
l-effikaċja tal-programmi (tixrid ta’ riżultati,
monitoraġġ, għoti ta’ informazzjoni, eċċ). Alternattiva C: li jkun implimentat programm wieħed. Din l-għażla
tindirizza l-problemi kollha kkawżati mill-bosta strumenti legali u minn
aktar piż amministrattiv ta’ ġestjoni ta’ ħafna programmi.
Iżda minħabba limitazzjonijiet legali l-kamp ta’ applikazzjoni ta’
dan il-programm ma jkunx jista’ jkopri l-ħtiġijiet ta’ finanzjament
tal-oqsma kollha ta’ politika. Ikollha ssir għażla bejn il-qasam
tal-ġustizzja u l-qasam ta’ drittijiet u ċittadinanza. Għalkemm
din is-soluzzjoni tista’ tħalli impatt massimu f’termini ta’
ġestjoni, madankollu ma jkunx possibbli li jkunu indirizzati b’mod
suffiċjenti l-prijoritajiet ta’ politika u l-ħtiġijiet tal-qasam
kollu ta’ politika. Mir-riżultat tal-analiżi u t-tqabbil
tal-għażliet, l-alternattiva ppreferita hija
l-implimentazzjoni ta’ żewġ programmi li jkunu jkopru
l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-oqsma kollha ta’ politika (alternattiva
B). B’paragun mal-istatus quo, l-alternattiva B tippreżenta
vantaġġi ċari u ebda żvantaġġ. Alternattiva A
mhix ta’ benefiċċju daqs alternattiva B u alternattiva C toffri biss
li tkopri parzjalment l-oqsma ta’ politika, li ma tagħmilx din l-għażla
adatta. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 81
(1) u (2), l-Artikolu 82 (1) u l-Artikolu 84 tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea. It-taħlita tal-Artikoli 81 u 82
tippermetti approċċ komprensiv li jgħin l-iżvilupp
tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali, l-aktar
f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet trasversali u orizzontali li
jolqtu ż-żewġ oqsma tal-ġustizzja. L-Artikolu 84 jipprevedi li jkunu stabbiliti
miżuri għall-promozzjoni u s-sostenn tal-azzjoni tal-Istati Membri
fil-qasam tal-prevenzjoni ta’ delitti. Il-Programm mhux maħsub li jkopri
l-qasam kollu tal-prevenzjoni ta’ delitti, iżda l-qasam biss tal-politika
kontra d-drogi. Għandu l-għan li jkun adottat approċċ
komprensiv ta’ ġlieda kontra d-domanda u l-provvista tad-droga, billi
jkopri finanzjament ta’ sostenn għall-kooperazzjoni transkonfinali ta’
infurzar mill-Istati Membri. L-attivitajiet ta’ finanzjament proposti
jħarsu l-prinċipji ta’ valur miżjud Ewropew u tas-sussidjarjetà.
Finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jikkonċentra fuq attivitajiet li
l-objettivi tagħhom ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti
mill-Istati Membri waħedhom, fejn l-intervent tal-Unjoni jista’ jġib
valur addizzjonali mqabbel ma’ azzjoni mill-Istati Membri waħedhom.
Attivitajiet koperti b’dan ir-Regolament jikkontribwixxu
għall-applikazzjoni effikaċi tal-acquis billi jiżviluppaw
fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, iżidu l-kooperazzjoni u
n-netwerking transkonfinali u jiksbu applikazzjoni korretta, koerenti u
konsistenti tal-liġijiet tal-Unjoni fl-Unjoni kollha. L-Unjoni Ewropea
hija f’qagħda aħjar mill-Istati Membri biex tindirizza
sitwazzjonijiet transkonfinali u tipprovdi Pjattaforma Ewropea għal
tagħlim reċiproku. Bażi analitika soda għas-sostenn u
l-iżvilupp ta’ politiki jkollha appoġġ. Intervent tal-Unjoni
Ewropea jħalli lil dawn l-attivitajiet ikunu segwiti b’mod konsistenti
fl-Unjoni kollha u jġib ekonomiji ta’ skala. Il-proposta
tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità billi tillimita ruħha
għall-minimu rikjest biex jinkiseb l-għan dikjarat fil-livell Ewropew
u ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ għal dak l-iskop. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-pakkett finanzjarju
għall-implimentazzjoni tal-Programm dwar il-Ġustizzja
għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020
għandu jammonta għal EUR 472 miljun (prezzijiet attwali). 5. L-ELEMENTI PRINĊIPALI TAL-PROPOSTA L-għan
tal-approċċ propost huwa li s-simplifikazzjoni ta’ proċeduri ta’
finanzjament tingħaqad, kif mitlub mill-partijiet involuti kollha, ma’
approċċ aktar orjentat lejn riżultati. L-elementi
prinċipali ta’ din il-proposta huma dawn li ġejjin: - Il-proposta
tiddefinixxi l-objettivi ġenerali u speċifiċi segwiti
mill-Programm (l-Artikoli 4 u 5) u l-oqsma tal-azzjoni li fuqhom se jiffoka
l-Programm (Artikolu 6). L-objettivi ġenerali u speċifiċi
jiddefinixxu l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-programmi (oqsma ta’ politika),
filwaqt li t-tipi ta' azzjonijiet għandhom orjentazzjoni lejn
finanzjament, huma applikabbli għall-oqsma kollha kkonċernati ta’
politika u jiddefinixxu b'mod orizzontali r-riżultati li jistgħu
jinkisbu permezz ta’ finanzjament. Fl-istess waqt, huma jiddefinixxu fejn
finanzjament jista’ jkun verament ta’ valur miżjud għall-kisba
tal-objettivi ta’ politika. Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament
il-Kummissjoni tistabbilixxi kull sena l-prijoritajiet ta’ finanzjament
fl-oqsma rispettivi ta’ politika. Il-Programm jista’ juża l-istrumenti
finanzjarji kollha previsti fir-Regolament Finanzjarju. Il-parteċipazzjoni
hija miftuħa għall-entitajiet legali kollha stabbiliti fl-Istati
Membri jew f'pajjiż terz li jipparteċipa fil-Programm, bl-ebda
limitazzjonijiet ulterjuri għall-aċċess tal-programm. Din
l-istruttura tippermetti s-simplifikazzjoni, kif ukoll orjentazzjoni aħjar
tal-programm lejn il-ħtiġijiet u l-iżviluppi ta’ politika. Barra
minn hekk, tipprovdi kuntest stabbli għal evalwazzjoni, minħabba li
l-objettivi speċifiċi għandhom rabta diretta ma’ indikaturi għal
evalwazzjoni, li għandhom jibqgħu konsistenti għaż-żmien
kollu li jdum il-programm u li jsirilhom monitoraġġ u jkunu evalwati
b'mod regolari. Huwa propost li ma jkunux irriżervati ammonti
speċifiċi għal kull qasam ta’ politika fil-programm biex
tinkiseb flessibbiltà u biex titjieb l-implimentazzjoni tal-programm. -
Il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi hija limitata
għaż-ŻEE, pajjiżi għall-adeżjoni u kandidati u
kandidati potenzjali. Pajjiżi terzi oħra, b'mod partikolari fejn
tapplika l-Politika Ewropea tal-Viċinat, jistgħu jkunu assoċjati
ma' azzjonijiet tal-Programm, jekk dan jissodisfa l-iskop tal-azzjonijiet
tiegħu. - Il-prijoritajiet
tal-programm għandhom ikunu ddefiniti fi programm ta’ ħidma annwali.
Minħabba li dan jimplika għażliet immexxijin minn politika,
l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali tkun suġġetta
għall-opinjoni ta’ Kumitat tal-Istati Membri skont il-proċedura
Konsultattiva. - Il-Kummissjoni
tista' tuża, fuq bażi ta' analiżi tal-benefiċċju
ekonomiku, aġenzija eżekuttiva ġdida jew eżistenti
għall-implimentazzjoni tal-programm, kif previst fir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut
għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti
kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità. Il-kunċett
ta’ ‘ġudikatura u persunal ġudizzjarju' It-taħriġ
ġudizzjarju tal-ġudikatura u tal-persunal ġudizzjarju huwa
element ewlieni ta’ politiki tal-Ġustizzja. It-taħriġ
ġudizzjarju jsaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejn
l-Istati Membri, prattikanti u ċittadini, u l-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni dwar taħriġ ġudizzjarju Ewropew, "Inkattru
l-fiduċja f’ġustizzja Ewropea, dimensjoni ġdida
għat-taħriġ ġudizzjarju Ewropew", tistabbilixxi
objettivi konkreti ta’ taħriġ li għandhom jinkisbu sal-2020[6]. L-Artikoli 81(2)(h) u 82(1)(c)
tat-TFUE jimmiraw espliċitament lejn il-"Ġudikatura u l-Persunal
Ġudizzjarju". Għalkemm jiffurmaw professjoni awtonoma,
l-avukati, skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, huma parti integrali u
neċessarja mill-attività ġudizzjarja u għandhom rwol ċentrali
fit-twettiq tal-liġi tal-Unjoni. Fir-rigward ta’ nutara f’ħafna Stati
Membri huma għandhom kompetenza importanti fil-qasam ġudizzjarju, li
wkoll twassalhom biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-dritt
tal-Unjoni. Meqjusin l-ispirtu u l-għanijiet tad-dispożizzjonijiet
tat-Trattat, dawn id-dispożizzjonijiet huma estiżi biex jinkludu lil
dawn iż-żewġ professjonijiet. 2011/0369 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li tistabbilixxi għall-perjodu 2014 sa
2020 il-Programm dwar il-Ġustizzja
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 81(1) u (2),
l-Artikolu 82(1), u l-Artikolu 84 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara li ġie trażmess l-abbozz
tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Filwaqt li jaġixxu mal-proċedura
leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1)
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
jipprovdi għall-ħolqien ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u
ġustizzja, li fiha persuni jkunu ħielsa jmorru minn post għal
ieħor. Għal dak l-għan l-Unjoni tista’ tadotta miżuri biex
tkun żviluppata l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u
kriminali u promossa u sostnuta l-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam
tal-prevenzjoni ta’ delitti, l-aktar għall-prevenzjoni u t-tnaqqis
tad-domanda u tal-provvista tad-droga. (2)
Il-Programm ta’ Stokkolma[7] jirriafferma l-prijorità li
jkun żviluppat spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u
jispeċifika fil-prijoritajiet politiċi tiegħu l-kisba ta’ Ewropa
tad-dritt u l-ġustizzja. Il-finanzjament huwa identifikat bħala
wieħed mill-għodda importanti għall-implimentazzjoni
b’suċċess tal-prijoritajiet politiċi tal-Programm ta’ Stokkolma. (3)
Il-Komunikazzjoni dwar Ewropa 2020[8] tistabbilixxi strateġija
għal tkabbir b’mod intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Qasam
tal-ġustizzja li jiffunzjona tajjeb, fejn ikunu eliminati ostakli fi
proċedimenti ġudizzjarji transkonfinali u għal aċċess
għall-ġustizzja f’sitwazzjonijiet transkonfinali, għandu jkun
żviluppat bħala element ewlieni biex isostni u jippromwovi
l-objettivi speċifiċi u l-inizjattivi distintivi tal-Istrateġija
Ewropa 2020. (4)
L-esperjenza ta' azzjoni fil-livell tal-Unjoni
wriet li l-kisba ta' dawn l-għanjiet fil-prattika tirrekjedi taħlita
ta' strumenti, inkluż leġiżlazzjoni, inizjattivi politiki u
finanzjament. Il-finanzjament hija għodda importanti li tikkumplementa
miżuri leġislattivi. Programm ta' finanzjament għalhekk
għandu jkun stabbilit. (5)
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ‘Baġit
għall-Ewropa 2020’[9]
tisħaq fuq il-ħtieġa ta’ razzjonalizzazzjoni u simplifikazzjoni
ta’ finanzjament mill-Unjoni. Simplifikazzjoni b’tifsira u ġestjoni
effiċjenti ta’ finanzjament jistgħu jinkisbu permezz tat-tnaqqis
fl-għadd ta’ programmi u permezz ta’ razzjonalizzazzjoni, simplifikazzjoni
u armonizzazzjoni ta’ regoli u proċeduri ta’ finanzjament. (6)
Bħala tweġiba għall-ħtieġa
għal simplifikazzjoni u ġestjoni effiċjenti tal-fondi, dan
ir-Regolament jistabilixxi l-Programm ta' Ġustizzja biex jipprovdi
l-kontinwazzjoni u l-iżvilupp ta' attivitajiet li saru qabel abbażi
ta' dawn it-tliet programmi, stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 1149/2007/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi
għall-perijodu 2007-2013 il-Programm Speċifiku 'Ġustizzja
Ċivili' bħala parti mill-Programm Ġenerali 'Drittijiet
Fundamentali u Ġustizzja'[10],
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/126/ĠAI tat-12 ta’ Frar 2007 li
tistabbilixxi għall-perijodu 2007-2013 il-Programm Speċifiku
'Ġustizzja Kriminali'[11]
bħala parti mill-Programm Ġenerali dwar id-Drittijiet Fundamentali
u l-Ġustizzja' u d-Deċiżjoni Nru 1150/2007/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi
għall-perijodu 2007-2013 il-programm speċifiku Prevenzjoni u informazzjoni
dwar id-droga bħala parti mill-Programm Ġenerali 'Drittijiet
Fundamentali u Ġustizzja'[12]. (7)
Filwaqt li l-Programm ta’ Prevenzjoni tad-Droga u
Informazzjoni kien ibbażat fuq bażi legali ta' saħħa
pubblika u għalhekk kien ikopri kunsiderazzjonijiet relatati
mas-saħħa, b'mod partikolari t-tnaqqis ta' ħsarat
għas-saħħa assoċjati mal-użu tad-droga, il-programm
Ġustizzja jindirizza l-politika kontra d-droga mill-angolu tal-prevenzjoni
kontra l-kriminalità. It-traffiku illegali tad-droga u attivitajiet illegali
oħra relatati mad-drogi għandhom ikunu l-attenzjoni ewlenija
tal-finanzjament relatat mad-droga taħt il-programm il-ġdid. (8)
Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni
'Ir-Reviżjoni Baġitarja tal-UE'[13]
u 'Baġit għall-Ewropa 2020' wkoll jenfasizzaw l-importanza li
l-finanzjament jiġi ffokat fuq attivitajiet b'valur miżjud Ewropew
ċar, jiġifieri fejn l-intervenzjoni tal-Unjoni tista' ġġib
valur addizzjonali meta mqabbel ma' azzjoni tal-Istati Membri waħdehom.
Attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu
għall-ħolqien ta’ spazju Ewropew ġenwin tal-ġustizzja billi
jippromwovu l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, jiżviluppaw
fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, iżidu l-kooperazzjoni u
n-netwerking transkonfinali u jiksbu applikazzjoni korretta, koerenti u
konsistenti tal-liġi tal-Unjoni. Attivitajiet ta' finanzjament
għandhom jikkontribwixxu għall-kisba ta' għarfien effettiv u
mtejjeb tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni mill-entitajiet kollha
kkonċernati, u jipprovdu bażi analitika soda għall-appoġġ
u l-iżvilupp tal-leġislazzjoni u l-politiki tal-Unjoni. Intervent
tal-Unjoni jippermetti li dawn l-attivitajiet ikunu segwiti b’mod konsistenti
fl-Unjoni kollha u jġib ekonomiji ta’ skala. B'żieda ma' dan, l-Unjoni
hija f’qagħda aħjar mill-Istati Membri biex tindirizza
sitwazzjonijiet transkonfinali u tipprovdi Pjattaforma Ewropea għal
tagħlim reċiproku. (9)
Fil-qasam tad-drogi, id-domanda u l-provvista
joħolqu theddida reali li l-Istati Membri ma jistgħux jindirizzawha
b'mod sostenibbli waħedhom. Intervent tal-Unjoni skont dan ir-Regolament
għandu jkun ta’ għajnuna għal azzjonijiet tal-Istati Membri
għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tad-domanda u l-provvista, l-aktar billi
jsostni l-kooperazzjoni transkonfinali dwar l-infurzar. (10)
Biex timplimenta l-prinċipju ta’ ġestjoni
finanzjarja tajba, dan ir-Regolament għandu jipprevedi għodod xierqa
għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tagħha. Għal dan
il-għan, hija għandha tiddefinixxi għanijiet ġenerali u
speċifiċi. Biex titkejjel il-kisba ta’ dawn l-objettivi speċifiċi,
għandu jiġi stabbilit sett ta’ indikaturi li għandu jibqa'
validu għal kemm idum il-Programm. (11)
Fir-rigward tal-programm multiannwali, dan
ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju li ser ikun ir-referenza
primarja, skont it-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’
XX bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni
f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba,
għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja
annwali. (12)
Dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat
f'konformità sħiħa mar-Regolmanetn (UE, Euratom) Nru XX/XX ta' XX
dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni
Ewropea. B'mod partikolari, dan għandu jagħmel użu mill-għodod
ta' simplifikazzjoni introdotti minn dan tal-aħħar. Barra minn hekk,
il-kriterji għall-identifikazzjoni tal-azzjonijiet li għandhom
jiġu appoġġjati għandu jkollhom l-għan li
r-riżorsi finanzjarji disponibbli jiġu allokati għal dawk l-azzjonijiet
li jiġġeneraw l-akbar impatt fir-rigward tal-objettiv ta' politika li
jkun irid jinkiseb. (13)
Is-setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward
tal-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali għandhom jingħataw
lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu
eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u
l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati
Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta'
implimentazzjoni.[14]
Meta jitqiesu l-ammonti annwali kkonċernati, l-implikazzjonijiet
baġitarji jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li mhumiex
sostanzjali. Għaldaqstant, għandha tapplika l-proċedura
konsultattiva. (14)
Sabiex tiġi żgurata l-allokazzjoni
effiċjenti ta' fondi mill-baġit tal-Unjoni, huwa meħtieġ li
jinksibu konsistenza, kumplimentarità u sinerġiji bejn il-programmi ta'
finanzjament li jappoġġjaw l-oqsma ta' politika li huma relatati
ħafna ma' xulxin, partikolarment bejn il-Programm dwar id-Drittijiet u
ċ-Ċittadinanza stabbilit bir-Regolament (UE) Nru XX/XX ta' XX[15], l-Istrument
għall-appoġġ finanzjarju tal-kooperazzjoni bejn il-pulizija,
il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità
transkonfinali, serja u organizzata stabbilit bir-Regolament (UE) Nru XX/XX ta'
XX[16], il-Programm dwar
is-Saħħa għat-Tkabbir stabbilit bir-Regolament (UE) Nru XX/XX
ta' XX[17],
il-Programm Erasmus għal Kulħadd stabbiliti bir-Regolament (UE)[18], il-Programm Qafas Orizzont 2020
stabbilit bir-Regolament (UE) Nru XX/XX ta' XX[19]
u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni stabbilit
bir-Regolament (UE) Nru XX/XX ta' XX[20]. (15)
B’mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat
war il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Programm għandu
jappoġġja l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel
u l-objettivi kontra d-diskriminazzjoni fl-attivitajiet kollha tiegħu.
Minitoraġġ regolari u evalwazzjoni għandhom jitwettqu sabiex
jiġi evalwat il-mod li bih il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u
l-antidiskriminazzjoni jiġu indirizzati fl-attivitajiet tal-Programm. (16)
L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom
jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati matul
iċ-ċiklu tan-nefqa, inklużi l-prevenzjoni, l-iskoperta u
l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi li jkunu ntilfu,
imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u, fejn xieraq,
penali. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu
jkun awtorizzat jagħmel verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq operaturi
ekonomiċi, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE)
Nru 2185/96[21]
bil-ħsieb li jkun stabbilit li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe
attività oħra illegali li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni
b’rabta mal- finanzjament tal-Unjoni minn dan il-Programm. (17)
Billi l-għan ta' dan ir-Regolament,
jiġifieri t-twaqqif ta' żona Ewropea tal-ġustizzja, ma jistax
jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista'
jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta
miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit
fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju
ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx
lil hinn minn dawk li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. (18)
[B’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 21)
dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’
Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni
Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk l-Istati
Membri innotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni
ta’ din id-Deċiżjoni] JEW [Mingħajr preġudizzju
għall-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju
Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja,
mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumex ser jieħdu sehem
fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhumiex marbutin minnha jew
suġġetti għall-applikazzjoni tagħha][22]. (19)
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2
tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness
mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea, id-Danimarka mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan
ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta
għall-applikazzjoni tiegħu, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Stabbiliment u tul
tal-Programm 1. Dan ir-Regolament
jistabbilixxi l-programm tal-Unjoni Ewropea dwar il-Ġustizzja, minn hawn
'il quddiem imsejjaħ 'il-Programm'. 2. Il-Programm għandu
jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020. Artikolu 2
Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,
għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) 'Stat Membri' tfisser li l-Istati
Membri bl-eċċezzjoni tad-[Danimarka] JEW [id-Danimarka, ir-Renju Unit
u l-Irlanda, bla ħsara għall-Artikolu 4 tal-Protokoll (No 21)]; (b) ‘membri tal-ġudikatura u
persunal ġudizzjarju' tfisser imħallfin, prosekuturi, avukati,
konsulenti legali, nutara, uffiċjali tal-qorti, marixxalli, interpreti
tal-qorti u professjonisti oħra assoċjati mal-ġudikatura. Artikolu 3
Valur miżjud Ewropew Il-Programm għandu jiffinanzja
azzjonijiet b’valur miżjud Ewropew. Għal dak l-għan,
il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet magħżula
għal finanzjament isiru bil-ħsieb li jipproduċu riżultati
b’valur miżjud Ewropew u għandha tagħmel monitoraġġ
dwar jekk il-valur miżjud Ewropew jinkisibx tassew permezz
tar-riżultati finali tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm. Artikolu 4
Objettiv ġenerali L-objettiv ġenerali tal-Programm
għandu jkun li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' żona
Ewropea tal-Ġustizzja permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni
ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kriminali. Artikolu 5
Objettivi speċifiċi Għall-kisba tal-objettiv ġenerali
stabbilit fl-Artikolu 4, il-Programm għandu jkollu l-objettivi
speċifiċi li ġejjin: (a) il-promozzjoni ta' applikazzjoni
effettiva, komprensiva u konsistenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u
kriminali. L-indikatur li jkejjel il-ksib ta' dan
l-objettiv għandu jkun, fost l-oħrajn, l-għadd ta' każi ta'
kooperazzjoni transkonfinali. (b) il-faċilitazzjoni
tal-aċċess għall-ġustizzja. L-indikatur li jkejjel il-ksib ta' dan
l-objettiv għandu jkun, fost l-oħrajn, il-perċezzjoni Ewropea
dwar l-aċċess għall-ġustizzja. (c) il-prevenzjoni u t-tnaqqis tad-domanda u
l-provvista tad-drogi. L-indikatur li jkejjel il-ksib ta' dan
l-objettiv għandu jkun, fost l-oħrajn, l-għadd ta' każi ta'
kooperazzjoni transkonfinali. Il-programm
għandu jkollu l-għan li jippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u
l-irġiel u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess,
l-oriġini tar-razza jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin,
diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali fl-attivitajiet kollha tiegħu. Artikolu 6
Azzjonijiet 1. Bil-għan tat-twettiq
tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Artikolu 5, l-azzjonijiet
tal-Programm għandhom jiffukaw fuq l-oqsma ta' azzjoni li ġejjin: (a) it-tisħiħ
tas-sensibilizzazzjoni u l-għarfien dwar il-liġi u l-politiki
tal-Unjoni; (b) l-appoġġ tal-implimentazzjoni
tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni fl-Istati Membri; (c) il-promozzjoni ta' kooperazzjoni
transkonfinali u l-iżviluppar ta' għarfien reċiproku u
fiduċja reċiproka; (d) it-titjib tal-għarfien u
l-komprensjoni ta' kwistjonijiet potenzjali li jaffettwaw l-iffunzjonar tajjeb
ta' żona Ewropea tal-ġustizzja bil-għan li jiġi żgurat
li t-tfassil tal-politika u l-leġiżlazzjoni jkunu msejsa fuq
evidenza. 2. Il-Programm għandu
jiffinanzja, fost l-oħrajn, it-tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin: (a)
attivitajiet analitiċi, bħall-ġbir
ta' dejta u statistika; żvilupp ta’ metodoloġiji komuni u, skont
il-każ, indikaturi jew punti ta’ riferiment; studji, riċerki,
analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet
tal-impatt; elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta’ gwidi, rapporti u materjal
edukattiv; monitoraġġ u valutazzjoni tat-traspożizzjoni u
l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni
ta' politiki tal-unjoni; werkxops, seminars, laqgħat ta’ esperti, konferenzi; (b)
attivitajiet ta' taħriġ għal membri
tal-ġudikatura u persunal ġudizzjarju, bħal skambji ta'
persunal, werkxops, seminars, avvenimenti ta' taħriġ
lill-ħarrieġa, żvilupp ta' moduli ta' taħriġ onlajn u
ta' xorta oħra; (c)
tagħlim reċiproku, kooperazzjoni,
attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u disseminazzjoni,
bħall-identifikazzjoni ta’ prattiki tajbin u skambji dwarhom,
approċċi u esperjenzi innovattivi, organizzazzjoni ta’ reviżjoni
ta’ esperti ugwali fil-qasam; organizzazzjoni ta' konferenzi u laqgħat;
organizzazzjoni ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni u informazzjoni, kampanji u
avvenimenti medjatiċi, fosthom komunikazzjoni korportattiva
tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea; compilation and publication
of materials to disseminate information as well as results of the Programme;
żvilupp, operat u manutenzjoni ta' sistemi u għodod li jużaw
teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; (d)
appoġġ għal atturi ewlenin,
bħall-appoġġ lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni
tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni; appoġġ għal netwerks
ewlenin f’livell Ewropew li l-attivitajiet tagħhom ikunu konnessi
mal-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Programm; netwerking fost korpi u
organizzazzjonijiet speċjalizzati, awtoritajiet nazzjonali, reġjonali
u lokali f’livell Ewropew; finanzjament ta' networks tal-esperti; finanzjament
ta' osservatorji fil-livell Ewropew. Artikolu 7
Parteċipazzjoni 1. L-aċċess
għall-Programm għandu jkun miftuħ għall-korpi u entitajiet
pubbliċi u/jew privati kollha, stabbiliti f': (a) l-Istati Membri; (b) il-pajjiżi tal-EFTA li huma parti
għall-Ftehim taż-ŻEE, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti
fil-Ftehim taż-ŻEE; (c) pajjiżi għall-adeżjoni,
pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji u
t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-ftehimiet qafas
milħuqin magħhom dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fi
programmi tal-Unjoni; (d) id-Danimarka, abbażi ta’ ftehim
internazzjonali. 2. Il-korpi u l-entitajiet
pubbliċi u/jew privatu li huma stabbiliti legalment f'pajjiżi terzi
oħrajn, speċjalment fil-pajjiżi fejn tapplika l-Politika Ewropea
tal-Viċinat, jistgħu jkunu assoċjati ma' azzjonijiet
tal-Programm, jekk dan jaqdi l-finijiet ta' dawn l-azzjonijiet. 3. Skont il-Programm,
il-Kummissjoni tista’ tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali li
huma attivi fl-oqsma koperti mill-Programm, bħall-Kunsill tal-Ewropa,
in-Nazzjonijiet Uniti u l-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali
Privat. L-aċċess għall-Programm ser ikun miftuħ għal
dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Artikolu 8
Baġit 1. Il-pakkett finanzjarju
għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jlaħħaq
il-EUR 472 miljun. 2. L-allokazzjoni finanzjarja
tal-Programm tista' tkopri wkoll l-ispejjeż tal-attivitajiet ta'
tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma
meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm u għall-kisba
tal-objettivi tiegħu; b'mod partikolari, studji, laqgħat ta' esperti,
azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, fosthom komunikazzjoni
korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea, safejn jitqies
li jkunu relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament,
spejjeż marbuta ma' netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u
l-iskambju ta' informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż ta' assistenza teknika
u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni
tal-Programm. 3. L-awtorità baġitarja
għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet annwali li huma disponibbli
fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali stabbilit mir-Regolament
tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru XX/XX ta' XX li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju
multiannwali għas-snin bejn l-2014 u l-2020. Artikolu 9
Miżuri ta’ implimentazzjoni 1. Il-Kummissjoni għandha
timplimenta l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE,
Euratom) Nru XX/XX ta' XX dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit
annwali tal-Unjoni Ewropea. 2. Sabiex timplimenta
l-Programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma
annwali fis-sura ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti
tal-implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura
konsultattiva msemmija fl-Artikolu 10(2). 3. Il-programmi ta' ħidma
annwali għandhom jistabbilixxu l-miżuri li huma meħtieġa
għall-implimentazzjoni tagħhom, il-prijoritajiet ta' sejħiet
għal proposti u l-elementi l-oħra kollha rikjesti mir-Regolament (UE,
Euratom) Nru XX/XX ta' XX dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli
għall-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 10
Proċedura tal-kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha
tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont
it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Fejn issir referenza
għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament
(UE) Nru 182/2011. Artikolu 11
Kumplimentarjetà 1. Il-Kummissjoni,
f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura l-konsistenza,
il-kumplimentarjetà u s-sinerġiji globali ma' strumenti oħrajn
tal-Unjoni, fost l-orħrajn, mal-Programm dwar id-Drittijiet u
ċ-Ċittadinanza, l-Istrument għall-appoġġ finanzjarju
tal-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda
kontra l-kriminalità transkonfinali, serja u organizzata, il-Programm dwar
is-Saħħa għat-Tkabbir, il-Programm Erasmus għal
kulħadd, il-Programm Qafas Orizzont 2020 u l-Istrument
għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni. 2. Il-programm jista’ jaqsam
riżorsi ma’ strumenti oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Programm
dwar Drittijiet u Ċittadinanza, biex jimplimenta azzjonijiet li
jilħqu l-objettivi taż-żewġ programmi. Azzjoni partikolari
li tkun ingħatat finanzjament mill-Programm tista' twassal għall-għoti
ta' finanzjament mill-Programm dwar id-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza,
sakemm il-finanzjament ma jkunx ikopri l-istess partiti tal-kostijiet. Artikolu 12
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni 1. Il-Kummissjoni għandha
tieħu miżuri xierqa li, meta azzjonijiet iffinanzjati skont dan
ir-Regolament jkunu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu
protetti bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi,
il-korruzzjoni u kull attività oħra illegali, b’kontrolli effikaċi u,
jekk jinkixfu irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsin
ħażin u, fejn ikun jixraq, b’pieni effikaċi, proporzjonati u ta’
deterrent. 2. Il-Kummissjoni jew
ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom
is-setgħa ta’ verifika, abbażi ta' dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji
tal-għajnuna finanzjarja, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li
rċevew fondi tal-Unjoni mill-Programm. L-Uffiċċju Ewropew
Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq
operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament minn
finanzjament bħal dan skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament
(Euratom, KE) Nru 2185/96 bil-ħsieb li jkun stabbilit li kien hemm
frodi, korruzzjoni jew kull attività oħra illegali li tolqot l-interessi
finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim għall-għoti jew ma’
deċiżjoni għall-għoti jew kuntratt dwar finanzjament
mill-Unjoni. Bla ħsara
għall-ewwel u t-tieni subparagrafi, ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’
pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ftehimiet ta'
għoti u deċiżjonijiet ta' għoti u kuntratti li
jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom
jintitolaw espressament lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lil OLAF li
jagħmlu awditjar, verifiki u spezzjonijiet bħal dawn fuq il-post. Artikolu 13
Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni 1. Il-Kummissjoni għandha
twettaq monitoraġġ regolari tal-Programm sabiex issegwi
l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imwettqa skontu fl-oqsma ta' azzjoni
msemmija fl-Artikolu 6 (1) u l-ksib tal-objettivi speċifiċi msemmija
fl-Artikolu 5. Il-monitoraġġ ser jipprovdi wkoll mezzi ta’
valutazzjoni tal-mod kif il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza tas-sessi u
n-nondiskriminazzjoni ġew indirizzati fost l-attivitajiet tal-programm.
Fejn rilevanti, l-indikaturi għandhom ikunu disaggregati skont is-sess,
l-età u d-diżabilità. 2. Il-Kummissjoni għandha
tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bi: (a) rapport ta' evalwazzjoni interim, sa mhux
aktar tard minn nofs l-2018; (b) rapport ta' evalwazzjoni ex-post. 3. Ir-rapport ta' evalwazzjoni
interim għandu jirrapporta dwar il-ksib tal-objettivi tal-Programm,
l-effiċjenza fl-użu ta' riżorsi u l-valur miżjud Ewropew
tal-Programm bil-għan li jiġi ddeterminat jekk il-finanzjament fl-oqsma
koperti mill-Programm għandux jiġi mġedded, immodifikat jew
sospiż wara l-2020. Din għandha tindirizza wkoll il-kamp ta’
applikazzjoni għal kull simplifikazzjoni tal-Programm, il-koerenza interna
u esterna tiegħu, kif ukoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u
l-azzjonijiet kollha. Hija għandha tikkunsidra r-riżultati
tal-evalwazzjonijiet ex post tal-programmi msemmijin fl-Artikolu 14. 4. L-evalwazzjoni ex-post
għandha tirrapporta dwar l-impatti fit-tul tal-Programm u dwar
is-sostenibbiltà ta’ effetti tal-Programm, biex jiddaħħlu
f’deċiżjoni għal programm sussegwenti. Artikolu 14
Miżuri tranżitorji Azzjonijiet li jinbdew qabel l-1 ta’ Jannar 2014
abbażi tad-Deċiżjoni 1149/2007/KE, id-Deċiżjoni 2007/126/ĠAI
jew id-Deċiżjoni 1150/2007/KE għandhom jibqgħu jkunu
rregolati mid-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Deċiżjonijiet,
sakemm jitlestew. Fir-rigward ta' dawn l-azzjonijiet, ir-referenza
għall-Kumitati li tinsab fl-Artikoli 10 u 11 tad-Deċiżjoni 1149/2007/KE,
fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2007/126/ĠAI u fl-Artikolu 10
tad-Deċiżjoni 1150/2007/KE, għandha tiġi interpretata
bħala referenzi għall-Kumitat previsti fl-Artikolu 10 ta’ dan
ir-Regolament. Artikolu 15
Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠISLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. It-titolu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam/Oqsma
tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 1.3. In-natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. L-objettiv(i)
1.5. Ir-raġuni(jiet)
għall-proposta/inizjattiva 1.6. It-tul
u l-impatt finanzjarju 1.7. Metodu(i)
ta’ ġestjoni previst(i) 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli
ta' monitoraġġ u rappurtar 2.2. Sistema
ta’ ġestjoni u ta' kontroll 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura(i)
tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/linji tal-baġit
tal-ispiża affettwata(i) 3.2. Stima
tal-impatt fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt fuq
l-ispiża 3.2.2. L-istima
tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi 3.2.3. Stima
tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibilità
mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali 3.2.5. Parteċipazzjoni
ta’ parti terza fil-finanzjament 3.3. Stima tal-impatt fuq
id-dħul DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠISLATTIVA
1.
QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.
It-titolu tal-proposta/inizjattiva
Proposta
għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi
l-Programm tal-Ġustizzja għall-perjodu 2014 sal-2020
1.2.
Qasam(oqsma) tal-politika konċernat(i)
fl-istruttura ABM/ABB[23]
Titolu 33 - Ġustizzja
1.3.
In-natura tal-proposta/inizjattiva
þ Il-proposta/inizjattiva
hi marbuta ma’ azzjoni ġdida ¨ Il-proposta/inizjattiva
hija marbuta ma’ azzjoni ġdida wara li twettaq proġett
pilota/azzjoni ta’ tħejjija[24]
¨ Il-proposta/inizjattiva
hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti ¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni direzzjonata
mill-ġdid lejn azzjoni ġdida
1.4.
Objettivi
1.4.1.
L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi
multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva
Il-Programm
għandu l-għan li jikkontribwixxi fil-ħolqien ta’ żona
Ewropea ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, u b’mod partikolari żona
Ewropea ta' ġustizzja, permezz tal-promozzjoni tal-koperazzjoni
ġudizzjarja fil-kwistjonijiet ċivili u kriminali. Qasam
tal-ġustizzja li jiffunzjona tajjeb, fejn ikunu eliminati l-ostakli
fil-proċeduri ġudizzjarji transkonfinali, għandu jsostni u
jippromwovi l-għanijiet speċifiċi u l-inizjattivi distintivi
tal-Istrateġija Ewropa 2020.
1.4.2.
L-objettiv(i) speċifiku/ċi u
l-attività(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernati
Objettivi speċifiċi Biex
jilħaq l-għan speċifku li ssir kontribuzzjoni fil-ħolqien
ta’ żona Ewropea ta’ ġustizzja, il-Programm għandu
l-għanijiet speċifiċi li ġejjin: (a) il-promozzjoni
ta’ applikazzjoni effikaċi, komprensiva u konsistenti
tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fl-oqsma tal-koperazzjoni
ġudizzjarja fil-kwistjonijiet ċivili u kriminali; (b) aċċess
iktar faċli għall-ġustizzja; (c) il-prevenzjoni
u t-tnaqqis tad-domanda għad-drogi u tad-disponibilità tagħhom. Attività(ijiet) tal-ABM/ABB ikkonċernata(i) ABB 33 03 u 33 04.
1.4.3.
Riżultat(i) u impatt mistennija
L-ispeċifikazzjoni
tal-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq
il-benefiċjarji/il-grupp li fuqhom tiffoka. Il-proposta
għandha tikkontribwixxi fit-tisħiħ tal-acquis, biex
iċ-ċittadini u n-negozji fl-Unjoni jibbenefikaw bis-sħiħ
mil-leġiżlazzjoni eżistenti. Se jkunu iktar konxji
mid-drittijiet tagħhom, u l-Istati Membri u l-partijiet interessati
jkollhom għodda aħjar biex jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-aħjar
prattiki u jikkoperaw bejniethom. L-effetti tal-proposta fuq
benefiċjarji/gruppi mmirati hija deskritta f’aktar dettall fis-Sezzjoni 4.1.2
tal-Valutazzjoni tal-Impatt. Barra
minn hekk, il-bidliet proposti fil-programmi tal-iffinanzjar se jkollom effett
ta' benefiċċju aħjar fuq il-proċess li fih jiġi
mmaniġġjat l-appoġġ finanzjarju. Dan jibda minn metodu
integrat fil-programmi tal-proċessi ta' applikazzjoni, fid-dokumentazzjoni
meħtieġa u fis-sistemi tat-Teknoloġija Informatika li
jintużaw. Dan, fih innifsu, se jippermetti b’mod konkret li ma jintilifx
żmien peress li ħafna partijiet interessati li huma attivi fl-oqsma
koperti minn bosta mill-programmi tal-ġenerazzjoni attwali, mhux se jibqa'
jkollhom jindirizzaw rekwiżiti diverġenti u jkunu jistgħu
jikkonċentraw fuq l-iżvilupp ta’ proposti ta’ kontenut u kwalità
b’saħħithom. Barra
minn hekk, permezz ta’ proċess wieħed ta’ għażla ta’
proġetti li jkun armonizzat u ssimplifikat, jitnaqqas b’mod sostanzjali
d-dewmien bejn l-applikazzjoni u r-riżultati u dan jippermetti li
l-organizzazzjoni li tkun għamlet l-applikazzjoni ikollha perjodu iqsar
ta’ inċertezza. Dan iwassal ukoll għal vantaġġ ulterjuri li
wara li jiġu kkonċepiti, il-proġetti jinbdew iktar malajr u
għalhekk ikun hemm reazzjoni iktar effikaċi fir-rigward
tal-ħtiġijiet konketi li qed jridu jiġu indirizzat b'konformità
mal-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni
1.4.4.
Indikaturi tar-riżultati u l-impatt
Speċifika
l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva L-indikaturi
biex jitkejjel l-ilħuq tal-għanijiet imsemmijin hawn fuq
għandhom ikunu, inter alia, l-għadd ta’ każijiet ta’
koperazzjoni transkonfinali fil-każ ta’ (a) u (c) u l-perċezzjoni
Ewropea tal-aċċess għall-ġustizzja fil-każ ta' (b). Id-DĠ
għall-Ġustizzja m’għandhux biżżejjed informazzjoni
dwar is-sitwazzjoni attwali sabiex ikun jista’ jistabbilixxi objettivi bi skop
preċiż fuq perjodu ta’ żmien twil u medju, iżda qabel ma
tinbeda l-implimentazzjoni tal-programm id-DĠ għall-Ġustizzja se
jipprova jiġbor iktar informazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali sabiex ikunu
jistgħu jiġu stabbiliti l-punti ta’ referenza u l-objettivi.
1.5.
Ir-raġuni(jiet)
għall-proposta/inizjattiva
1.5.1.
Ir-rekwiżit(i) li għandu(għandhom)
jiġi/u sodisfatti għal żmien qasir jew fit-tul
Billi
l-leġiżlazzjoni hija għodda prinċipali fl-implimentazzjoni
tal-għanijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-Ġustizzja, jeħtieġ
li tkun ikkumplimentata b'mezzi oħrajn.F’dan il-kuntest l-iffinanzjar
għandu rwol importanti. F’dan il-kuntest l-iffinanzjar għandu rwol
importanti. B’mod partikolari, l-iffinanzjar għandu jtejjeb
l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni billi jżid l-għarfien,
is-sensibilizzazzjoni u l-kapaċità taċ-ċittadini,
tal-professjonisti u tal-partijiet interessati permezz tal-appoġġ
ta': Informazzjoni
u sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, inkluż appoġġ għal
kampanji nazzjonali u Ewropej biex jinfurmaw lill-pubbliku dwar id-drittijiet
tagħhom, kif iggarantiti bil-liġi tal-Unjoni u kif jistgħu
jinfurzawhom fil-prattika; Taħriġ
u bini ta’ kapaċità għall-professjonisti legali
(bħall-imħallfin u l-prosekuturu) u għal prattikanti
oħrajn, biex jiġu mgħammra bl-għodda meħtieġa
biex iwettqu fil-prattika b’mod effettiv id-drittijiet u l-politiki tal-Unjoni. L-iffinanzjar
għandu wkoll rwol ċentrali fil-promozzjoni tal-koperazzjoni fuq
il-livell transnazzjonali u fl-iżvilupp tal-fiduċja reċiproka,
permezz ta': Tisħiħ
tan-netwerks, jiġifieri organizzazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha biex
jassistu fit-tħejjija ta' inizjattivi futuri f'dan il-qasam, kif ukoll
biex jippromwovu l-implimentazzjoni konsistenti tagħhom madwar l-Ewropa; Koperazzjoni
transkonfinali fil-qasam tal-infurzar, pereżempju bit-twaqqif ta’ sistemi
ta' allarm għal tfal neqsin, koordinazzjoni tal-koperazzjoni operattiva u
l-koperazzjoni transkonfinali kontra d-droga; Barra
minn hekk, il-finanzjament għandu jgħin: Ir-riċerka,
l-analiżi u l-attivitajiet oħrajn ta’ appoġġ, biex
il-leġiżlatur ikollu informazzjoni ċara u dettaljata dwar
il-problemi u s-sitwazzjoni fil-post. Ir-riżultati ta’ dawn l-attivitajiet
jidħlu fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni u jiġi
żgurat li jkunu msejsa fuq il-provi, li jkunu ffukati tajjeb u li jkunu
strutturati tajjeb.
1.5.2.
Valur miżjud tal-involviment tal-UE
L-iffinanzjar
kopert mill-Programm tal-Ġustizzja jikkonċentra fuq attivitajiet fejn
l-intervent tal-Unjoni jista’ jwassal għal valur miżjud meta mqabbel
mal-azzjoni meħdua mill-Istati Membri individwali. L-attivitajiet koperti
minn dan ir-Regolament jikkontribwixxu lejn l-applikazzjoni effikaċi
tal-acquis billi tiġi żviluppata fiduċja reċiproka bejn
l-Istati Membri, jiżdiedu l-koperazzjoni transkonfinali u l-ħolqien
ta’ netwerks u tinkiseb applikazzjoni korretta, koerenti u konsistenti
tal-liġi tal-Unjoni madwar l-Unjoni kollha. L-attivitajiet ikkoordinati li
jilħqu l-Istati Membri kollha tal-Unjoni jistgħu jsiru biss permezz
ta’ azzjoni fil-livell tal-Unjoni. L-Unjoni Ewropea hija f’qagħda
aħjar mill-Istati Membri biex tindirizza sitwazzjonijiet transkonfinali u
tipprovdi Pjattaforma Ewropea għal tagħlim reċiproku.
Mingħajr l-appoġġ tal-Unjoni, ikun hemm it-tendenza li l-partijiet
interessati jindirizzaw il-problemi simili b’mod frammentat u diskonness.
Il-kollaborazzjoni u n-netwerking bejniethom għandhom iwasslu
għat-tixrid tal-aħjar prattiki, b’mod partikolari metodi innovattivi
u integrati fi Stati Membri differenti. Wara, il-parteċipanti f’dawn
l-attivitajiet jaġixxu bħala multiplikaturi fl-attivitajiet
professjonali rispettivi tagħhom u jxerrdu fil-wisa’ l-aħjar prattiki
fl-Istat Membru tagħhom. Se
jingħata appoġġ biex ikun hemm bażi analitika soda
għas-sostenn u l-iżvilupp ta’ politiki. Permezz tal-intervent
tal-Unjoni Ewropea jkun possibbli li dawn l-attivitajiet ikun segwiti b’mod
konsistenti fl-Unjoni kollha u dan l-intervent iġib miegħu
l-ekonomiji tal-kobor. Il-finanzjament f’livell nazzjonali ma jagħtix
l-istess riżultati, iżda jirriżulta biss f’metodu frammentat u
limitat li ma jkoprix il-ħtiġijiet tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi.
1.5.3.
Lezzjonijiet li ttieħdu minn esperjenzi simili
fl-imgħoddi
Il-valutazzjonijiet
ta’ nofs terminu li saru fir-rigward tal-programmi attwali fil-qasam
tal-ġustizzja ikkonfermaw l-effikaċja globali tal-programmi,
iżda identifikaw ukoll għadd ta’ problemi bħal dgħjufija
tal-fondi ('saupoudrage') fost ħafna proġetti ta’ daqs
żgħira b’impatt limitat. Minkejja l-fatt li finanzjament ikun allokat
lil bosta proġetti, mhemmx firxa ġeografika bilanċjata fost
l-organizzazzjonijiet li jirċievu finanzjament. Hemm qbil
fil-valutazzjonijiet ta’ nofs terminu dwar li għandu jsir aktar biex
jitjiebu t-tixrid u l-isfruttament ta’ riżultati u l-konsegwenzi tal-attivitajiet
iffinanzjati. It-titjib fit-tixrid jimxi id f’id ma’ titjib fil-valutazzjoni u
l-monitoraġġ. Il-valutazzjonijiet ta’ nofs it-terminu u
l-konsultazzjoni pubblika enfasizzaw, f’dak li għandu x’jaqsam
mal-effiċjenza, il-proċeduri kumplessi u burokratiċi li
l-applikanti qed iħabbtu wiċċhom magħhom. Mil-lat
amministrattiv, il-fatt li l-proċeduri jiġu ripetuti f’kull programm
differenti timponi piż amministrattiv għoli fuq il-Kummissjoni.
Ir-ripetizzjoni tal-proċeduri u l-piż amministrattiv għoli
jikkontribwixxu biex il-proċeduri jittawwlu. Jekk il-programmi
jingħaqdu flimkien dan għandu jservi biex tiġi indirizza din
il-kwistjoni u jinħolqu sinerġiji bejn il-programmi.
1.5.4.
Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti
oħrajn rilevanti
Il-Programm
għandu jfittex sinerġiji, konsistenza u kumplimentarjetajiet ma’
strumenti oħra tal-Unjoni, inter alia mal-programmi fl-oqsma
tal-affarijiet interni, is-saħħa u l-konsumaturi, l-edukazzjoni u
r-riċerka. Se jiġi evitat li jkun hemm duplikazzjoni ma’ attivitajiet
f’dawn il-programmi l-oħrajn, u r-riżorsi jkunu jistgħu jinqasmu
bejn il-Programm tal-Ġustizzja u l-Programm dwar id-Drittijiet u
ċ-Ċittadinanza biex jinkisbu l-għanijiet komuni.
1.6.
It-tul u l-impatt finanzjarju
þ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien
limitat – þ Proposta/inizjattiva
fis-seħħ mill-01/01/2014 sal-31/12/2020 – þ Impatt
finanzjarju mill-2014 sal-2020 u aktar. ¨ Proposta/inizjattiva ta’ dewmien
illimitat – Implimentazzjoni b'perjodu ta’ bidu minn SSSS sa SSSS, – segwita bi skala sħiħa tal-operat.
1.7.
Metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i)[25]
þ Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni þ Ġestjoni indiretta ċentralizzata b’delega tal-kompiti ta' implimentazzjoni lil: – þ aġenziji
eżekuttivi – þ entitajiet
mwaqqfa mill-Komunitajiet[26]
– ¨ korpi tas-settur
pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku – ¨ persuni
inkarigati mill-eżekuzzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont
it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, identifikati fl-att
bażiku kkonċernat skont l-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju
¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi þ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (kif speċifikat
hawn taħt) Jekk jiġi indikat
iktar minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok
agħti d-dettalji fit-taqsima tal-"Kummenti". Rimarki Il-possibbiltà
li tintuża aġenzija eżekuttiva eżistenti
għall-implimentazzjoni sħiħa jew parzjali tal-Programm hija
pprovduta fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. F’dan l-istadju, ma ttieħdet
ebda deċiżjoni f’dan ir-rigward, u ma saret ebda analiżi
kost/benefiċċju, iżda l-għażla għandha tibqa’
miftuħa. Ġestjoni
konġunta hija għażla oħra li ma tintużax
bħalissa, iżda tista’ tkun prospettata għall-ġejjieni. Dan
jikkonċerna b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet internazzjonali
msemmijin fl-Artikolu 7(2): Il-Kunsill tal-Ewropa, in-Nazzjonijiet Uniti u
l-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.
2.
MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.
Regoli ta' monitoraġġ u rapportar
Speċifika
l-frekwenza u l-kundizzjonijiet Il-proposta
tinkludi obbligi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Il-kisba
tal-objettivi speċifiċi isirilha monitoraġġ abbażi
tal-indikaturi li jinsabu fil-proposta; fuq bażi annwali. Barra
minn hekk, jingħata rapport ta’ evalwazzjoni interim mill-Kummissjoni sa
mhux aktar tard min-nofs tal-2018 dwar il-kisba tal-objettivi tal-Programm,
l-effiċjenza tal-użu ta’ riżorsi u l-valur miżjud Ewropew
tiegħu. Wara tmiem il-Programm tkun ipprovduta evalwazzjoni ex-post dwar
l-impatti għal żmien itwal u dwar is-sostenibbiltà tal-effetti
tal-Programm.
2.2.
Sistema ta’ ġestjoni u ta' kontroll
2.2.1.
Riskju/i identifikat(i)
Id-DG
Ġustizzja ma kienx qed jiffaċċja riskji important ta’
żbalji fil-programm ta’ nfiq tiegħu. Dan huwa kkonfermat mill-assenza
rikorrenti ta’ sejbiet sinifikanti fir-rapporti annwali tal-Qorti tal-Awdituri,
kif ukoll bl-assenza ta’ rata ta’ żbalji residwali ’l fuq minn 2% fis-snin
l-imgħoddija f’rapporti annwali ta’ attività tad-DG Ġustizzja (u ta’
dak li qabel kien id-DG JLS) (b’eċċezzjoni waħda biss
għall-programm Daphne fl-2009). Ir-riskji
ewlenin huma dawk li ġejjin: -
Riskju ta’ kwalità baxxa tal-proġetti magħżula u nuqqas ta’
implimentazzjoni teknika tal-proġetti, li jnaqqas l-impatt tal-programmi;
minħabba proċeduri ta’ għażla mhux xieraq, nuqqas ta’
kompetenzi jew monitoraġġ insuffiċjenti. -
Riskju ta’ użu ineffiċjenti jew mhux ekonomiku tal-fondi
mogħtija, kemm għall-għotjiet (kumplessità tar-rimborż
tal-ispejjeż eliġibbli attwali flimkien ma’ possibbiltajiet limitati
ta’ kontroll tal-ispejjeż eliġibbli mill-uffiċċju) u
għall-akkwist (kultant ikun hemm numru limitat ta’ fornituri
ekonomiċi bl-għarfien speċjalizzat meħtieġ li jfisser
possibbiltajiet insuffiċjenti biex jiġu paragunati l-offerti
tal-prezzijiet); -
Ir-riskju prinċipali ser ikun relatat mal-kapaċità ta’
(speċjalment) organizzazzjonijiet iżgħar sabiex jikkontrollaw
b’mod effettiv in-nefqa kif ukoll biex jiżguraw it-trasparenza
tal-operazzjonijiet imwettqa; -
Riskju reputazzjonali għall-Kummissjoni, jekk jiġu skoperti
attivitajiet ta’ frodi jew kriminali; jista' jkun hemm biss assigurazzjoni
parzjali mis-sistemi ta’ kontroll intern tal-partijiet terzi minħabba
n-numru pjuttost kbir ta’ kuntratturi u benefiċjarji eteroġenji, kull
wieħed bis-sistema ta’ kontroll tiegħu stess, ħafna drabi ta’ daqs
pjuttost żgħir. Kważi
dawn ir-reskji kollha huma mistennija li jitnaqqsu bis-saħħa ta’
mmirar aħjar ta’ proposti u ta’ użu ta’ elementi simplifikati
inklużi fir-reviżjoni Triennali tar-Regolament Finanzjarju.
2.2.2.
Metodu(i) ta’ kontroll previst(i)
Deskrizzjoni ta’ sistema ta’ kontrol intern Is-sistema
ta’ kontroll prospettata għall-programm fil-ġejjieni hija
kontinwazzjoni tas-sistema attwali ta’ kontroll. Hija magħmula minn blokki
differenti ta’ struttura: superviżjoni ta’ operazzjonijiet mill-Unità ta’
Ġestjoni tal-Programm, (il-verifika finanzjarja) ta’ kontroll ex ante
mill-Unità tal-Baġit u Kontroll ċentrali, il-kumitat ta’ akkwist
intern (JPC), il-kontrolli ex-post għal għotjiet u l-verifiki
mill-Kapaċità tal-Verifika Interna u/jew mis-Servizz tal-Verifika Interna. It-tranżazzjonijiet
kollha huma suġġetti għal verifika ex ante mill-Unità ta’
Ġestjoni tal-Programm u għal verifika finanzjarja mill-Unità
tal-Baġit u Kontroll (ħlief għal finanzjamenti minn qabel ta’
riskju żgħir). Dwar għotjiet, talbiet għal spejjeż
ikunu vverifikati sewwa ħafna, u jintalbu dokumenti ta’ prova meta jitqies
li jkun meħtieġ, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju.
Il-proċeduri kollha ta’ akkwist miftuħin u ristretti u
l-proċeduri kollha negozjati ’l fuq minn EUR 60.000 ikunu sottomessi
lill-kumitat ta’ akkwist intern għal verifiki qabel ma tkun adottata
d-deċiżjoni ta’ għotja. Is-settur ta’ kontroll ex post japplika
"strateġija ta’ sejbien" li għandha l-għan li ssib
massimu ta’ anomaliji biex ikunu rkuprati pagamenti mhux dovuti. Ibbażati
fuq din l-istrateġija, il-verifiki jsiru fuq kampjun ta’ proġetti
magħżulin kważi kollha abbażi ta’ analiżi tar-riskju. Spejjeż u benefiċċji tal-kontrolli Nistmaw
li bejn 50 u 70% tal-persunal kollu involut fil-ġestjoni tal-programmi
finanzjarji attwali jwettaq funzjonijiet ta’ kontroll f’sens wiesa’
(mill-għażla ta’ benefiċjarji/kuntratturi
għall-implimentazzjoni ta’ riżultati ta’ verifika). Dan
jikkorrispondi għal firxa bejn EUR 2,1 miljun (50% tal-ispejjeż
tar-Riżorsi umani tal-2014 stabbiliti fis-Sezzjoni 3.2.3) u EUR 3,2 miljun(70%
tal-ispejjeż tar-Riżorsi umani tal-2020 stabbiliti fis-Sezzjoni 3.2.3).
Barra minn hekk, l-esternalizzazzjoni tal-verifiki ex-post tipproduċi
spejjeż li jvarjaw minn EUR 75 000 sa 100 000 fis-sena, li huma
ffinanzjati minn approprjazzjonijiet għal appoġġ amministrattiv.
Dawn l-ispejjeż jirrappreżentaw bejn 6 u 3% tal-baġit totali
tal-Programm, li jonqsu tul il-perjodu ta' seba' snin, minħabba l-fatt li
l-approprjazzjonijiet annwali jiżdiedu b'mod sostanzjali bejn l-2014 u l-2020,
filwaqt li l-ispejjeż ta' kontroll jibqgħu pjuttost stabbli. Bis-saħħa
ta’ din it-taħlita ta’ kontrolli ex-ante u ex-post, kif ukoll ta’ verifiki
ta’ dokumenti u awditjar fuq il-post, fis-snin l-imgħoddija r-rata ta’
żbalji residwali medja kwantifikabbli kienet anqas minn 2%,
b’eċċezzjoni waħda għall-programm Daphne fl-2009, fejn
ir-rata ta’ żball għoliet ftit ’il fuq minn 2%. Dan kien indirizzat
is-sena ta’ wara permezz ta’ żieda f’kontrolli fuq il-post ex post. Dawn
il-kontrolli sabu u kkoreġew l-iżbalji li kien għad fadal f’dan
l-għadd. Għalhekk is-sistema ta’ kontroll intern, kif ukoll
l-ispiża tagħha, jitqiesu adegwati fid-DG Ġustizzja biex
jinkiseb l-objettiv ta’ rata baxxa ta’ żbalji. Madankollu,
f’dan il-qafas, DG Ġustizzja jkompli jesplora l-possibbiltajiet li jtejjeb
il-ġestjoni u jżid is-simplifikazzjoni. Bit-tnaqqis ta’ għadd
ta’ programmi, għandhom japplikaw regoli u proċeduri armonizzati, li
jnaqqsu r-riskju ta’ żball. Flimkien ma’ dan, l-għodod ta’
simplifikazzjoni li hemm disponibbli fir-reviżjoni Triennali tar-Regolament
Finanzjarju għandhom jintużaw kemm jista’ jkun minħabba li huwa
mistenni li dawn jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv
għal benefiċjarji u b’hekk jirrappreżentaw tnaqqis simultanju
ta’ riskji ta’ żball u ta’ piż amministrattiv għall-Kummissjoni. Sinteżi tan-natura u l-intensità ta'
kontrolli (attwali). Sinteżi tal-kontrolli || Ammont f'Miljuni ta' EUR || Numru ta' benefiċjarji/tranżazzjonijiet (% tat-totali) || Profondità * (valutazzjoni 1-4) || Kopertura (% tal-Valur) Kontrolli ex-ante fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha || M/A || 100% || 1-4, ibbażat fuq ir-riskju u t-tip ta' tranżazzjoni || 100% Kontrolli mill-Kumitat ta' Akkwisti tal-Ġustizzja dwar deċiżjoni ta' għoti ta' akkwisti || M/A || 100% ta' proċeduri ta' akkwisti 'l fuq minn EUR 125 000 u ta' proċeduri nnegozjati 'l fuq minn EUR 60 000 || 4 || 100% ta' proċeduri ta' akkwisti 'l fuq minn EUR 125 000 u ta' proċeduri nnegozjati 'l fuq minn EUR 60 000 Kontrolli ex-post fuq għotjiet ta' pagamenti finali || M/A || Mill-inqas 10% || 4 || Bejn 5 u 10% *Profondita tal-kontrolli:
1. Kontroll amministrattive/ aritmetiku minimu bl-ebda
referenza għal dokumenti ta' appoġġ 2. Kontroll b'referenza għal informazzjoni
korroborattiva li tinkludi element ta' sorveljanza indipendenti (eż
ċertifikat ta' verifika jew verifika oħra), iżda bla referenza
għal dokumenti sottostanti. 3. Kontrol b'referenza għal informazzjoni
korroborattiva kompletament indipendenti (eż, bażi ta' dejta li
tiġġustifika ċerti elementi tat-talba, valutazzjoni minn parti
terza jew mill-Kummissjoni dwar l-istadji miksuba, eċċ.) 4. Kontroll b'referenza għal u li jinkludi
aċċess għal dokumentazzjoni sottostanti li hija disponibbli
fl-istadju tal-proċess in kwistjoni, għall-inputs u l-outputs kollha
(eż skedi tal-ħinijiet, irċevuti, verifika fiżika,
eċċ.): jiġifieri kontroll tal-istess intensità ta' testjar ta'
tranżazzjoni bħal dawk imwettqa mill-QEA bħala parti mid-DAS.
2.3.
Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u
irregolaritajiet
Speċifikazzjoni
tal-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti. Miżuri
differenti jitqiegħdu jew għandhom jitqiegħdu f’posthom
għall-Programm dwar il-Ġustizzja li għandu jkun hemm
fil-ġejjieni għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet.
Il-proposta fiha fl-Artikolu 12 tagħha dispożizzjoni dwar
il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. Skont
l-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi (CAFS), adottata f’Ġunju
2011, id-DG Ġustizzja qed jippjana strateġija kontra l-frodi li
tkopri ċ-ċiklu kollu ta’ nfiq, wara li jitqiesu l-proporzjonalità u
l-benefiċċji tal-ispejjeż għall-miżuri li
għandhom ikunu implimentati. L-Istrateġija hija msejsa fuq
żewġ prinċipji: prevenzjoni, abbażi ta’ kontrolli
effikaċi, u tweġiba xierqa, jekk jinstabu frodi jew irregolaritajiet,
li jikkonsistu fl-irkupru ta’ ammonti mħallsin ħażin u, fejn
ikun jixraq, f’pieni effikaċi, proporzjonati u ta’ deterrent.
L-istrateġija kontra l-frodi tiddeskrivi s-sistema ta’ verifiki ex ante u
ex post, ibbażata fuq sistema ta’ twissijiet ħomor, u
tispeċifika l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti mill-persunal
meta jinstabu frodi jew irregolaritajiet. Tipprovdi wkoll informazzjoni dwar
arranġamenti tax-xogħol ma’ OLAF.
3.
STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.
Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u
intestatura(i) tal-baġit tal-ispiża affettwata(i
·
Linji baġitarji ġodda mitlubin Skont l-ordni
tal-intestaturi u tal-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju multiannwali. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta’ spiża || Kontribuzzjoni Numru [Intestatura…..] || Diff./mhux diff. || mill-pajjiżi tal- EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont l-Artikolu 18.1.(aa) tar-Regolament Finanzjarju [3…] || [33 01 04.SS] Programm għall-Ġustizzja || [Ebda diff…] || IVA || IVA || IVA[27] || LE [3…] || [33 SS SS SS] [Programm għall-Ġustizzja] || [Diff...] || IVA || IVA || IVA || LE || || || || || ||
3.2.
Stima tal-impatt fuq in-nefqa
3.2.1.
Sommarju tal-impatt stimat fuq l-ispiża
EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru || [Intestatura 3 – Sigurtà u ċittadinanza] DG: Ġustizzja || || || Sena 2014[28] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Post 2020 || TOTALI Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || || || In-numru tal-linja tal-baġit- 33 xx xx || Impenji || (1) || 45,800 || 52,800 || 59,300 || 66,300 || 73,800 || 80,800 || 84,800 || || 463,600 Pagamenti || (2) || 18,300 || 30,400 || 43,600 || 53,700 || 64,400 || 71,500 || 77,100 || 104,600 || 463,600 Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[29] || || || || || || || || || Numru tal-linja baġitarja 33 01 04 || || (3) || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || || 8,400 Approprjazzjonijiet TOTALI taħt għad-DG ĠUSTIZZJA || Impenji || =1+1a +3 || 47,000 || 54,000 || 60,500 || 67,500 || 75,000 || 82,000 || 86,000 || || 472,000 Pagamenti || =2+2a +3 || 19,500 || 31,600 || 44,800 || 54,900 || 65,600 || 72,700 || 78,300 || 104,600 || 472,000 Il-Kummissjoni tista' tipprevedi
l-esternalizzazzjoni (parzjali) tal-implimentazzjoni tal-Programm għal
aġenziji eżekuttivi eżistenti. Ammonti u imputazzjonijiet se
jiġu aġġustati jekk meħtieġ skont ir-riżultati
tal-proċess ta' esternalizzazzjoni. Approprjazzjonijiet operazzjonali TOTALI || Impenji || (4) || 45,800 || 52,800 || 59,300 || 66,300 || 73,800 || 80,800 || 84,800 || || 463,600 Pagamenti || (5) || 18,300 || 30,400 || 43,600 || 53,700 || 64,400 || 71,500 || 77,100 || 104,600 || 463,600 Approprjazzjonijiet TOTALI ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || || 8,400 Approprjazzjonijiet TOTALI taħt taħt l-INTESTATURA 3 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 47,000 || 54,000 || 60,500 || 67,500 || 75,000 || 82,000 || 86,000 || || 472,000 Pagamenti || =5+ 6 || 19,500 || 31,600 || 44,800 || 54,900 || 65,600 || 72,700 || 78,300 || 104,600 || 472,000 Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || " Nefqa amministrattiva" EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali) || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Post 2020 || TOTALI DG: ĠUSTIZZJA || Riżorsi umani || 4,185 || 4,247 || 4,165 || 4,254 || 4,344 || 4,433 || 4,522 || || 30,150 Spiża amministrattiva oħra || 0,054 || 0,055 || 0,056 || 0,057 || 0,059 || 0,060 || 0,061 || || 0,402 TOTAL tad-DĠ JUST || Approprjazzjonijiet || 4,239 || 4,302 || 4,221 || 4,311 || 4,403 || 4,493 || 4,583 || || 30,552 Approprjazzjonijiet TOTALI taħt taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Total tal-impenji = Total tal-ħlasijiet) || 4,239 || 4,302 || 4,221 || 4,311 || 4,403 || 4,493 || 4,583 || || 30,552 EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali) || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Post 2020 || TOTALI Approprjazzjonijiet TOTALI taħt taħt INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 51,239 || 58,302 || 64,721 || 71,811 || 79,403 || 86,493 || 90,583 || || 502,552 Pagamenti || 23,739 || 35,902 || 49,021 || 59,211 || 70,003 || 77,193 || 82,883 || 104,600 || 502,552
3.2.2.
Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi
– ¨ Il-proposta/inizjattiva
ma teħtieġx l-użu tal-approprjazzjonijiet operattivi – þ Il-proposta/inizjattiva
teħtieġ l-użu tal-approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat
hawn taħt: Mhux possibbli għad-DG Ġustizzja li jipprovdi lista
eżawrjenti tal-outputs kollha li jkollhom ikunu kkonsenjati permezz ta’
intervent finanzjarju skont il-programm, il-medja tal-ispejjeż u l-għadd
tagħhom, kif mitlub minn din is-sezzjoni. M’hemmx mezzi ta’ statistika
bħalissa li jippermettu li jinħadmu l-ispejjeż medji abbażi
tal-programmi attwali, u definizzjoni preċiża bħal din tkun
kontra l-prinċipju li l-programm fil-ġejjieni għandu jipprovdi
flessibbiltà biżżejjed biex jaqdi l-prijoritajiet politiċi bejn
l-2014-2020. Iżda din hija lista (mhux eżawrjenti) ta’ outputs li
huma mistennija: - Għadd
ta’ persuni fi grupp immirat milħuqin b’attivitajiet ta’
sensibilizzazzjoni; - Għadd
ta’ membri tal-ġudikatura u ta’ persunal ġudizzjarju
mħarġin fi grupp immirat. - Għadd
ta’ prattikanti legali li jipparteċipaw inter alia f’netwerking, skambji,
żjajjar ta’ studju - Għadd
ta’ każijiet ta’ kooperazzjoni transkonfinali, inkluż permezz
tal-użu ta’ għodod ta’ IT u proċeduri Ewropej. - Inizjattivi ta’ politika mfasslin abbażi
ta’ evalwazzjonijiet, valutazzjonijiet tal-impatti u li jieħdu minn
konsultazzjonijiet komprensivi ta’ partijiet interessati u esperti; - Għadd ta’ evalwazzjonijiet u
valutazzjonijiet tal-impatti magħmulin bħala riżultat
tal-implimentazzjoni tal-Programm. L-approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’
EUR (sa 3 postijiet deċimali) Objettivi u outputs indikattivi ò || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTALI OUTPUTS Tip ta’ output[30] || Kost medju tal-output || Numru ta’ eżiti || Spiża || Numru ta’ eżiti || Spiża || Numru ta’ eżiti || Spiża || Numru ta’ eżiti || Spiża || Numru ta’ eżiti || Spiża || Numru ta’ eżiti || Spiża || Numru ta’ eżiti || Spiża || Numru totali ta' eżiti || L-Ammont Totali spiża GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1…[31] || || || || || || || || || || || || || || || || - Output || || || || || || || || || || || || || || || || || || - Output || || || || || || || || || || || || || || || || || || - Output || || || || || || || || || || || || || || || || || || Is-subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || || GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2... || || || || || || || || || || || || || || || || - Output || || || || || || || || || || || || || || || || || || Subtotal għal objettiv speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || || || SPIŻA TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || ||
3.2.3.
Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’
natura amministrattiva
3.2.3.1.
Sommmarju
– ¨ Il-proposta/inizjattiva
ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi – þ Il-proposta/inizjattiva
ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif
spjegat hawn taħt: EUR miljuni (sa 3
postijiet deċimali) || Sena 2014[32] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTALI L-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || Riżorsi umani || 4,185 || 4,247 || 4,165 || 4,254 || 4,344 || 4,433 || 4,522 || 30,150 Spiża amministrattiva oħra || 0,054 || 0,055 || 0,056 || 0,057 || 0,059 || 0,060 || 0,061 || 0,402 Subtotal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 4,239 || 4,302 || 4,221 || 4,311 || 4,403 || 4,493 || 4,583 || 30,552 ’Il barra mill-INTESTATURA 5[33] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || Riżorsi umani || || || || || || || || Riżorsi umani Infiq amministrattiv ieħor || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 8,400 Subtotal parzjali barra mill- INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 1,200 || 8,400 TOTALI || 5,439 || 5,502 || 5,421 || 5,511 || 5,603 || 5,693 || 5,783 || 38,952 Il-Kummissjoni tista' tipprevedi
l-esternalizzazzjoni (parzjali) tal-implimentazzjoni tal-Programm għal
aġenziji eżekuttivi eżistenti. Ammonti u imputazzjonijiet se
jiġu aġġustati jekk meħtieġ skont ir-riżultati
tal-proċess ta' esternalizzazzjoni.
3.2.3.2.
Rekwiżiti stmati
tar-riżorsi umani
– ¨ Il-proposta/inizjattiva
ma teħtieġx l-użu tar-riżorsi umani – þ Il-proposta/inizjattiva
teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn
taħt: Stima li trid tingħata f’unitajiet
ekwivalenti għall-full time || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 Pożizzjonijiet għall-pjan tal-istabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) (f’Ekwivalenti għal Full-Time : FTE) 33 01 01 01 ( Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 30,75 || 30,75 || 29,75 || 29,75 || 29,75 || 29,75 || 29,75 XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)[34] 33 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || 0,5 || 0,5 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || XX 01 04 yy[35] || - fil-Kwartieri Ġenerali[36] || || || || || || - f’delegazzjonijiet || || || || || || XX 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) || || || || || || || Intestaturi oħra tal-baġit (speċifika) || || || || || || || TOTALI || 31,25 || 31,25 || 29,75 || 29,75 || 29,75 || 29,75 || 29,75 33 huwa l-qasam
ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani
meħtieġa se jintlaħqu mill-persunal mid-DĠ li huwa diġà
assenjat għall-immaniġġar tal-azzjoni u/jew li ntbagħat
jaħdem mad-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’
allokoazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li qed
jimmaniġġja skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u
fid-dawl ta’ restrizzjonijiet baġitarji. Ammonti u imputazzjonijiet se
jiġu aġġustati skont ir-riżultati tal-proċess ta'
esternalizzazzjoni. Deskrizzjoni
tal-kompiti li jridu jitwettqu: Uffiċjali u aġenti temporanji || L-inkarigi li jkollhom jitwettqu jikkomprendu l-inkarigi kollha meħtieġa għall-ġestjoni ta’ programm finanzjarju, bħal: - provvediment ta’ dak li għandu jiddaħħal fil-proċedura baġitarja; - it-tħejjija ta’ programmi ta’ ħidma annwali/deċiżjonijiet ta’ finanzjament, l-iffissar ta’ prijoritajiet annwali; - ġestjoni ta’ sejħiet għal proposti u sejħiet għal offerti u l-proċeduri ta’ għażla sussegwenti; - komunikazzjoni ma’ partijiet interessati (benefiċjarji potenzjali/benefiċjarji attwali, l-Istati Membri, eċċ); - ġestjoni ta’ proġetti, operazzjonalment u finanzjarjament; - twettiq ta’ kontrolli, kif deskritt hawn fuq (verifika ex ante, kumitat ta’ akkwist, awditjar ex post, awditjar intern); - kontabilità; - żvilupp u mmaniġġar ta’ għodod tal-IT għal ġestjoni ta’ għotjiet; - monitoraġġ u rapportar dwar kisba ta’ objettivi, inkluż f’rapporti ta’ AAR u AOS Persunal estern || L-inkarigi huma simili għal dawk ta’ uffiċjali u aġenti temporanji, ħlief għal inkarigi li ma jkunux jistgħu jitwettqu minn persunal estern
3.2.4.
Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali
attwali
– þ Il-proposta/inizjattiva
hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali li jmiss. – ¨ Proposta/inizjattiva
ser tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas
finanzjarju multiannwali. Spjega xi programmmar mill-ġdid hu
meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi tal-baġit
konċernati u l-ammonti korrispondenti. – ¨ Il-proposta/inizjattiva
teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew
ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[37]. Spjega x’inhu meħtieġ, billi
tispeċifika l-intestaturi u l-intestaturi tal-baġit konċernati u
l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.
Kontribuzzjonijiet minn terzi persuni
– þ Il-proposta/inizjattiva
ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi – ¨ Il-proposta/inizjattiva
tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt: Impatt stmat fuq id-dħul – ¨ Il-proposta/inizjattiva
m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul. – þ Proposta/inizjattiva
għandha l-impatt finanzjarju li ġej: ¨ fuq riżorsi proprji þ fuq dħul mixxellanju EUR miljuni
(sa 3 postijiet deċimali) Intestatura tad-dħul tal-baġit: || Approprazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja li għaddejja bħalissa || Impatt tal-proposta/inizjattiva[38] Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 Artikolu 6xxxx…………. || || || || || || || || Għal dħul varju
assenjat, speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit affettwat(i). [33
yyyyyy…] Linja ta' Dħul Speċifika l-metodu
għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. Kulma
jidħol ma jkunx magħruf f’dan l-istadju u jkun jiddependi
mill-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi kandidati fil-programm. [1] Komunikazzjoni dwar ir-Reviżjoni tal-Baġit
tal-UE, COM(2010)700 finali tad-19.10.2010. [2] Dokument
ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Baġit għal Ewropa 2020:
is-sistema attwali ta’ finanzjament, l-isfidi għall-ġejjieni,
ir-riżultati ta’ konsultazzjoni ta’ partijiet interessati u
għażliet differenti dwar il-kwistjonijiet orizzontali u settorjali
ewlenin, SEC(2011) 868 finali, li jakkumpanja l-Komunikazzjoni dwar Baġit
għal Ewropa 2020, COM(2011) 500 finali tad-29.6.2011. [3] http://ec.europa.eu/justice/news/consulting_public/news_consulting_0010_en.htm [4] Programm
dwar il-Ġustizzja Ċivili (JCIV), il-Programm dwar il-Ġustizzja
Kriminali (JPEN), il-Programm dwar Drittijiet Fundamentali u Ċittadinanza
(FRC), il-Programm Daphne III (DAP), il-Programm ta’ Prevenzjoni tad-Droga u
Informazzjoni (DPIP) u s-sezzjonijiet "Antidiskriminazzjoni u
Diversità" u "Ugwaljanza bejn is-Sessi" tal-Programm għal
Impjiegi u Solidarjetà Soċjali (PROGRESS). [5] Rapport
ta’ evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti
kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ fondi
Ġustizzja ċivili, COM(2011)351 finali tal-15.06.2011; Rapport ta’
evalwazzjoni interim dwar il-Programm dwar il-Ġustizzja Kriminali, COM(2011)255
finali tal-11.5.2011; Rapport ta’ evalwazzjoni interim tal-Programm dwar
Drittijiet Fundmentali u Ċittadinanza 2007 – 2013, COM(2011) 249 finali
tal-5.5.2011; Rapport dwar l-evalwazzjoni interim tal-Programm Daphne III 2007
– 2013, COM(2011) 254 finali tal-11.05.2011; Rapport dwar l-evalwazzjoni
interim tal-Programm speċifiku għall-Programm ta’ Prevenzjoni u
Informazzjoni dwar id-Droga (DPIP) 2007 – 2013, COM(2011) 246 finali tal-5.5.2011. [6] Il-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni tat-13.9.2011, COM(2011)551 finali. [7] ĠU
C 115, 4.5.2010, p. 1. [8] COM(2010)2020
finali, 3.3.2010. [9] COM(2011)
500, 29.6.2011. [10] ĠU
L 257, 3.10.2007, p. 16. [11] ĠU L 58, 24.2.2007, p. 13. [12] ĠU L 257, 3.10.2007, p.23. [13] COM(2010)700, 19.10.2010. [14] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13. [15] ĠU L XXX, p. XXX. [16] ĠU L XXX, p. XXX. [17] ĠU L XXX, p. XXX. [18] ĠU L XXX, p. XXX. [19] ĠU L XXX, p. XXX. [20] ĠU L XXX, p. XXX. [21] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2. [22] Id-diċitura finali ta' din il-premessa tad-Direttiva se tiddependi
mill-pożizzjoni li se jieħdu r-Renju Unit u l-Irlanda skont
id-dispożizzjonijiet tal-protokoll (Nru 21). [23] ABM:
Activity-Based Management (Ġestjoni Bażata fuq l-Attività) – ABB:
(Activity-Based Budgeting) Baġitjar Ibbażat fuq l-Attività. [24] Kif
imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju. [25] L-ispjegazzjonijiet
dwar il-metodi ta’ ġestjoni kif ukoll ir-referenzi għar-Regolament
Finanzjarju huma disponibbli fuq il-websajt BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [26] Kif
imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju. [27] Possibbilment
id-Danimarka [28] Is-sena
N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. [29] L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala
appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew
l-azzjonijiet (linji ex "BA"), ir-riċerka indiretta,
ir-riċerka diretta. [30] Ir-riżultati
(outputs) huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti
(eż.: l-għadd ta’ skambji tal-istudenti ffinanzjati, l-għadd ta’
km ta’ toroq mibnija, eċċ.). [31] Kif
deskritt fil-parti 1.4.2. “L-objettiv(i) speċifiku/ċi…” [32] Is-sena
N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. [33] L-assistenza
u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ
għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (linji ex
"BA"), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta. [34] AK= Aġent Kuntrattwali; INT=
persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= Esperti Żgħażagħ
fid-Delegazzjoni ("Jeune Expert en Délégation"); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Ssekondat; [35] Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern minn
approprjazzjonijiet operazzjonali (eks linji “BA”). [36] Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, għall-Fond Agrikolu
Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u għall-Fond Ewropew
għas-Sajd (FES). [37] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [38] Fir-rigward
tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, levies fuq iz-zokkor),
l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti
grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.