Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu [l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu] /* KUMM/2011/0747 finali - 2011/0361 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA L-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu huma parteċipanti importanti fis-suq finanzjarju u
jeħtieġ li jkunu soġġetti għal qafas legali xieraq.
Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar dwar aġenziji li jiggradaw
il-kreditu[1] (Ir-Regolament dwar
is-CRAs) sar japplika bis-sħiħ fis-7 ta’ Diċembru 2010.
Dan jitlob illi l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (credit rating
agencies - CRAs) jikkonformaw ma’ regoli rigorużi ta’ mġiba sabiex
jittaffew kunflitti ta’ interess li jista’ jkun hemm, tiġi żgurata
kwalità għolja u trasparenza suffiċjenti tal-klassifikazzjonijiet u
tal-proċess ta’ klassifikazzjoni. Is-CRAs eżistenti kellhom japplikaw
għar-reġistrazzjoni u jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament
sas-7 ta’ Settembru 2010. Fl-1 ta’ Ġunju 2011
daħħlet fis-seħħ emenda għar-Regolament dwar is-CRAs
(ir-Regolament (UE) Nru 513/2011), li tafda lill-Awtorità Ewropea
tat-Titoli u s-Swieq (AETS) bis-setgħa esklussiva ta’ superviżjoni
fuq is-CRAs li huma reġistrati fl-UE sabiex ir-reġistrazzjoni u
s-superviżjoni tagħhom jiġu ċentralizzati u ssimplifikati
f’livell Ewropew[2]. Għalkemm tipprovdi bażi tajba,
għadd ta’ kwistjonijiet relatati ma’ attivitajiet ta’ klassifikazzjoni
tal-kreditu u l-użu tal-klassifikazzjonijiet ma ġewx indirizzati
biżżejjed fir-Regolament dwar is-CRAs eżistenti. Dawn
jirrigwardaw b’mod partikolari r-riskju ta’ dipendenza żejda fuq
il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu mill-parteċipanti finanzjarji tas-suq,
il-livell għoli ta’ konċentrazzjoni fis-suq tal-klassifikazzjoni,
ir-responsabbiltà ċivili tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu vis-à-vis l-investituri, il-kunflitti ta’ interess fir-rigward
tal-mudell ‘l-emittent iħallas’ u l-istruttura tal-azzjonisti tas-CRAs.
L-ispeċifiċitajiet tal-klassifikazzjonijiet sovrani li saru evidenti
matul il-kriżi tad-dejn sovran ta’ bħalissa wkoll mhumiex indirizzati
speċifikament fir-Regolament dwar is-CRAs kurrenti. Il-Kummissjoni Ewropea semmiet dawn
il-kwistjonijiet miftuħa fil-Komunikazzjoni tagħha tat-2 ta’
Ġunju 2010 ("Ir-regolamentazzjoni tas-servizzi finanzjarji għat-tkabbir
ekonomiku [għat-tkabbir sostenibbli]")[3] u fi ktiba ta’
konsultazzjoni dwar is-servizzi tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2010[4]
li fiha titħabbar il-ħtieġa għal reviżjoni mmirata
tar-Regolament dwar is-CRAs li qed titwassal ma’ din il-proposta. Fit-8 ta’ Ġunju 2011,
il-Parlament Ewropew ħareġ riżoluzzjoni mhux
leġiżlattiva dwar is-CRAs[5]. Ir-rapport
jappoġġa l-ħtieġa li jissaħħaħ il-qafas
regolatorju għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u li
jittieħdu miżuri biex jitnaqqas ir-riskju ta’ dipendenza żejda
fuq il-klassifikazzjonijiet. B’mod iktar partikolari, il-Parlament Ewropew
jappoġġa, fost l-oħrajn, rekwiżiti ogħla għall-pubblikazzjoni
tal-klassifikazzjonijiet tad-dejn sovran, it-twaqqif ta’ Indiċi Ewropew tal-Klassifikazzjoni,
żieda fil-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar strumenti ta' finanzjament
strutturat u responsabbiltà ċivili tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew kien tal-opinjoni li
l-istimolazzjoni tal-kompetizzjoni kienet kompitu importanti u qies li
l-istabbiliment ta' Aġenzija Ewropea tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu
indipendenti għandu wkoll jiġi esplorat u vvalutat mill-Kummissjoni. F’laqgħa informali tal-ECOFIN li saret
fit-30 ta’ Settembru u fl- 1 ta' Ottubru 2010
il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrikonoxxa li għandhom isiru iktar sforzi
biex jiġu indirizzati għadd ta’ kwistjonijiet relatati ma’
attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, inkluż ir-riskju ta’
dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u r-riskju ta’
kunflitti ta’ interess li jiġu mill-mudell ta’ rimunerazzjoni
tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni. Il-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2011
ikkonkluda li hemm bżonn ta’ progress biex titnaqqas id-dipendenza
żejda fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Barra minn hekk, il-Kumitat Ewropew tat-Titoli
u l-Kumitat Ewropew tas-Superviżuri tal-Banek magħmula minn
rappreżentanti tal-ministeri tal-finanza tal-Istati Membri ddiskutew
il-ħtieġa li jsaħħu aktar il-qafas regolatorju
għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-laqgħat
tagħhom tad-9 ta’ Novembru 2010 u d-19 ta’ Settembru 2011.
Fil-livell internazzjonali, f’Ottubru 2010
il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja (BIF/FSB) ħareġ bi
prinċipji biex titnaqqas id-dipendenza tal-awtoritajiet u
tal-istituzzjonijiet finanzjarji fuq il-klassifikazzjonijiet tas-CRA[6].
Il-prinċipji jisħqu fuq it-tneħħija jew is-sostituzzjoni
ta’referenzi għal klassifikazzjonijiet bħal dawn fil-leġiżlazzjoni
fejn standards alternattivi u addattati ta’ affidabbiltà kreditizja huma
disponibbli u fuq il-ħtieġa li l-investituri jagħmlu
l-valutazzjonijiet tal-kreditu tagħhom stess. Dawk il-prinċipji
ġew approvati mis-Samit tal-G20 f'Seoul f’Novembru 2010. Dan l-aħħar il-Kummissjoni
indirizzat il-kwistjoni tad-dipendenza eċċessiva fuq
il-klassifikazzjonijiet min-naħa tal-istituzzjonijiet finanzjarji
fil-kuntest tar-riforma dwar il-leġiżlazzjoni bankarja[7].
Il-Kummissjoni pproponiet l-introduzzjoni ta' regola li tirrikjedi lill-banek u
d-ditti tal-investiment biex huma stess jivvalutaw ir-riskju tal-kreditu
tal-entitajiet u tal-istrumenti finanzjarji li fihom huma jinvestu u mhux
sempliċement jiddependu fuq il-klassifikazzjonijiet esterni f'dan
ir-rigward. Dispożizzjoni simili ġiet proposta mill-Kummissjoni
fl-abbozz ta' emenda għad-Direttivi dwar l-UCITS u dwar il-maniġers
ta' fondi ta' investiment alternattiv[8], li qed jiġu
proposti b'mod parallel ma' din il-proposta għal Regolament. 2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Il-Kummissjoni Ewropea mexxiet konsultazzjoni
pubblika mill-5 ta’ Novembru 2010 sas-7 ta’ Jannar 2011
fejn ippreżentat alternattivi varji biex jiġu indirizzati
l-kwistjonijiet identifikati. Il-Kummissjoni rċeviet madwar 100
kontribuzzjoni mill-partijiet involuti li ġew ikkunsidrati fl-abbozzar ta’
din il-proposta. Wieħed jista’ jsib sommarju tar-reazzjonijiet għall-paper
ta’ konsultazzjoni fuq http://ec.europa.eu/internal_market/securities/docs/agencies/summary-responses-cra-consultation-20110704_en.pdf. Fis-6 ta’ Lulju, is-servizzi
tal-Kummissjoni ltaqgħu f’assemblea biex jiksbu iktar rispons minn
korpinvoluti rilevanti f’dawn il-kwistjonijiet. Wieħed jista’ jsib
sommarju ta’ din l-assemblea fuq http://ec.europa.eu/internal_market/securities/docs/agencies/roundtable_en.pdf. Għal din il-proposta saret valutazzjoni
tal-impatt li tinsab fuq http://ec.europa.eu/internal_market/securities/agencies/index_en.htm. Il-valutazzjoni tal-impatt identifikat
il-problemi li ġejin: –
ir-rekwiżiti fil-leġiżlazzjoni biex
jintużaw klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni, l-użu
eċċessiv mill-investituri ta' klassifikazzjonijiet esterni
għall-ġestjoni tar-riskju intern, l-istrateġiji tal-investiment
marbuta direttament mal-klassifikazzjonijiet kif ukoll l-informazzjoni
insuffiċjenti dwar l-istrumenti ta' finanzjament strutturat
jirriżultaw f'dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet
tal-kreditu esterni li jwasslu għal proċiklikalità u għal
"cliff" effects[9] fis-swieq kapitali; –
oġġettività, kompletezza u trasparenza
insuffiċjenti, fil-proċess tal-klassifkazzjoni sovrana, flimkien
mad-dipendenza eċċessiva, iwasslu għal effetti "cliff"
u ta' kontaġju tal-bidliet fil-klassifikazzjoni sovrana; –
konċentrazzjoni għolja fis-suq
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, ostakli għoljin għad-dħul
fis-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u n-nuqqas ta' komparabbiltà
tal-klassifikazzjonijiet iwasslu għal għażla u kompetizzjoni
limitati fis-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu; –
dritt għal rimedju insuffiċjenti
għall-utenti tal-klassifikazzjonijiet li qed ibatu t-telf minħabba
klassifikazzjoni mhux preċiża maħruġa minn CRA li tikser
ir-Regolament dwar is-CRAs; –
indipendenza potenzjalment mhedda tas-CRAs
minħabba kunflitti ta' interess li jirriżultaw mill-mudell
"l-emittent iħallas", minħabba l-istruttura ta' sjieda u
minħabba l-kuntratt fit-tul tal-istess CRA; u –
metodoloġiji u proċessi
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mħux tajbin biżżejjed. L-għan ġenerali tal-proposta huwa li
tikkontribwixxi għat-tnaqqis tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja
u għar-restawr tal-fiduċja tal-investituri u tal-parteċipanti
oħra fis-suq, fis-swieq finanzjarji u fil-kwalità
tal-klassifikazzjonijiet. Tqisu għażliet ta' politika differenti
sabiex il-problemi indirizzati jiġu indirizzati u b'hekk jintlaħqu
l-għanijiet speċifiċi korrispondenti: –
li jitnaqqas l-impatt ta' "cliff effects"
fuq l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji billi tonqos id-dipendenza fuq
il-klassifikazzjonijiet esterni; –
li jitnaqqsu r-riskji tal-effetti
kontaġjużi marbuta ma' bidliet fil-klassifikazzjonijiet sovrani; –
li jitjiebu l-kundizzjonijiet fis-suq
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, minħabba li hemm għażla u
kompetizzjoni limitati fis-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, bil-għan
li titjieb il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet; –
li jkun żgurat id-dritt għal rimedju
għall-investituri, minħabba li bħalissa hemm dritt għal
rimedju insuffiċjenti għall-utenti tal-klassifikazzjonijiet li sofrew
telf dovut għal klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa minn CRA li
kisret ir-Regolament dwar is-CRAs; u –
li titjieb fil-kwalità tal-klassifikazzjonijiet
bir-rinfurzar tas-CRAs u bil-promozzjoni ta' metodoloġiji u proċessi
tajbin tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Bħalissa, l-indipendenza tas-CRAs
hija potenzjalment mhedda minħabba kunflitti ta' interess li
jirriżultaw mill-mudell "l-emittent iħallas", minħabba
l-istruttura ta' sjieda u minħabba pussess fit-tul ta' relazzjonijiet
tan-negozju mal-istess CRA individwali. L-għażliet ta' politika ppreferuti
huma deskritti fit-Taqsima 3.4. hawn taħt u huma riflessi f'din
il-proposta. Dawn l-għażliet mistennija li jnaqqsu d-dipendenza
eċċessiva mill-istituzzjonijiet finanzjarji fuq klassifikazzjonijiet
esterni billi tonqos l-importanza tal-klassifikazzjonijiet esterni
fil-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji. Barra minn hekk,
l-iżvelar tal-emittenti fir-rigward tal-ġabriet ta’ assi sottostanti
tal-prodotti ta' finanzjament strutturat mistenni li jgħin lill-investituri
jagħmlu huma stess il-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tagħhom,
aktar milli jiddependu biss fuq il-klassifikazzjonijiet esterni. It-trasparenza u l-kwalità
tal-klassifikazzjonijiet sovrani se jittejbu peremezz tal-verifkazzjoni
tal-informazzjoni sottostanti u tal-pubblikazzjoni tar-rapport sħiħ
dwar ir-riċerka li jakkumpanja l-klassifikazzjoni. It-tqabbil
tal-klassifikazzjonijiet minn aġenziji tal-klassifikazzjoni distinti,
iffaċilitat mill-promozzjoni ta' standards komuni għal gradi tal-klassifikazzjoni
u minn Indiċi Ewropew tal-Klassifikazzjoni (EURIX), mistennija li jtejbu
l-għażla u jottimizzaw l-istruttura tal-industrija
tal-klassifikazzjoni. Minbarra dan, ir-rotazzjoni obbligatorja tas-CRAs
għandha mhux biss tnaqqas sostanzjalment it-theddida tal-familjarità
għall-indipendenza tas-CRAs li tirriżulta minn relazzjoni tan-negozju
twila bejn CRA u emittent, iżda għandu wkoll ikollha effett
pożittiv sinifikanti għat-titjib tal-għażla fl-industrija
tal-klassifikazzjoni bil-promozzjoni ta' aktar opportunitajiet tan-negozju
għas-CRAs iżgħar. F'termini tal-protezzjoni tal-investitur,
l-istabbiliment ta' dritt ta' rimedju għall-investituri kontra s-CRAs
għandu jipprovdi inċentivi qawwija biex is-CRAs jikkonformaw
mal-obbligi legali u għandu jiżgura klassifikazzjonijiet ta' kwalità
għolja. L-indipendenza tal-klassifikazzjonijiet se tittejjeb
bl-introduzzjoni ta' rekwiżit għall-emittenti biex perjodikament
ibiddlu s-CRA u bit-titjib fir-rekwiżiti tal-indipendenza dwar l-istruttura
ta' sjieda tas-CRAs. Minbarra dan, CRA ma għandhiex tipprovdi
klassifikazzjonijiet solleċitati għall-emittent u għall-prodotti
tiegħu fl-istess ħin. B'żieda ma' dan, it-trasparenza u
l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet għandhom jittejbu permezz
tat-tisħiħ fir-regoli dwar l-iżvelar tal-metodoloġiji
tal-klassifikazzjoni, bl-introduzzjoni ta' proċess
għall-iżvilupp u l-approvazzjoni tal-metodoloġiji
tal-klassifikazzjoni, inkluż ir-rekwiżit li s-CRAs jikkomunikaw u
jiġġustifikaw ir-raġunijiet għall-modifiki
fil-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tagħhom u billi s-CRAs ikunu
obbligati jinfurmaw lill-emittenti tagħhom minn biżżejjed
żmien qabel il-pubblikazzjoni ta' klassifikazzjoni. F'termini ta' spejjeż, se jkun hemm
spejjeż addizzjonali a skapitu tad-ditti finanzjarji li jirriżultaw
mir-rekwiżiti għat-titjib fil-ġestjoni tar-riskju u
għall-użu tal-mudelli tal-klassifikazzjoni interna għal
skopijiet regolatorji u a skapitu tal-emittenti minħabba r-rekwiżiti
tal-iżvelar imtejjeb. Is-CRAs se jġarrbu wkoll spejjeż
addizzjonali rikorrenti ta' konformità għall-mitigazzjoni tar-riskji
tal-effetti kontaġjużi marbuta mal-klassifikazzjonijiet sovrani.
Madankollu, il-miżuri għat-titjib fil-kompetizzjoni ma għandhomx
iżidu l-ispejjeż b'mod sinifikanti għas-CRAs. L-għażla
ta' politika relatata mar-responsabbiltà ċivili tas-CRAs lejn
l-investituri mistennija li tirriżulta fi spejjeż ta' konformità
dovuti għall-ħtieġa tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà
ċivili tagħhom jew, fl-assenza tal-assigurazzjoni, tal-ħolqien
ta' lqugħ finanzjarju li jkopri t-talbiet potenzjali tal-investituri.
Fl-aħħar nett, l-għażliet ta' politika ppreferuti li
jittrattaw l-indipendenza tas-CRA mhux mistennija li jirriżultaw fi
spejjeż sinifikanti. 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA 3.1. Bażi legali Il-proposta hija bbażata fuq
l-Artikolu 114 TFUE. 3.2. Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà
(l-Artikolu 5(3) tat-Trattat tal-UE), l-azzjoni f’livell tal-UE
għandha tittieħed biss fejn l-għanijiet previsti ma jkunux
jistgħu jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri weħedhom u
li, għaldaqstant, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni
proposta, jistgħu jinkisbu aħjar mill-UE. L-affari tal-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu hija globali. Il-parteċipanti tas-swieq
fl-UE kollha jużaw u joqogħdu fuq klassifikazzjonijiet
maħruġa minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
bbażata fi Stat Membru wieħed. Il-mankanzi jew in-nuqqas ta’ qafas
regolatorju għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fi Stat
Membru wieħed speċifiku jistgħu jħallu effett negattiv fuq
il-parteċipanti tas-swieq u s-swieq finanzjarji madwar l-UE kollha.
Jinħtieġu għalhekk regoli regolatorji b’saħħithom
applikabbli fl-UE kollha biex l-investituri u s-swieq jitħarsu minn nuqqasijiet
li jista’ jkun hemm. Huwa għalhekk li kull azzjoni oħra fil-qasam
tas-CRAs tista’ tinkiseb l-aħjar permezz tal-UE. L-emendi proposti huma wkoll proporzjonati,
kif mitlub mill-Artikolu 5(4) tat-Trattat tal-UE.
L-emendi ma jeċċedux dak li hu meħtieġ biex jilħqu
l-għanijiet tagħhom. Il-kundizzjonijiet ta’ indipendenza tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma mtejba b’mod
partikulari: l-emittenti huma meħtieġa jbiddlu regolarment
l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jħallsu sabiex
joħorġu l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u jaħtru
aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu differenti biex
joħorġu l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuqhom u fuq l-istrumenti
tad-dejn tagħhom. Dawn l-obbligi, għalkemm jillimitaw il-libertà
tan-negozju, huma proporzjonati mal-għanijiet imfittxija u jikkunsidraw
l-ambjent regolatorju. Japplikaw biss fir-rigward ta’ servizz fl-interess
pubbliku (klassifikazzjonijiet tal-kreditu li jistgħu jintużaw
għal raġunijiet regolatorji) minn ċerti istituzzjonijiet
regolati (aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu) b’ċerti
kundizzjonijiet (il-mudell ’l-emittent iħallas’) u, f’każ ta’
rotazzjoni, fuq bażi temporanja. Madankollu, l-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mhumiex miżmuma milli jkomplu jipprovdu
servizzi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fis-suq: aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu obbligata ma tipprovdix servizzi ta’
klassifikazzjoni tal-kreditu lil emittent partikolari xorta tkun tista’
tipprovdi klassifikazzjonijiet tal-kreditu lil emittenti oħrajn. F’kuntest
ta’ suq fejn ir-regola tar-rotazzjoni tapplika fil-livelli kollha, se jkun hemm
opportunitajiet għan-negozju ladarba l-emittenti kollha jkunu
jeħtieġu jibdlu l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.
Barra minn hekk, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu dejjem ikunu
jistgħu joħorġu klassifikazzjoni ta’ kreditu minn jeddhom
lill-istess emittent, u jikkapitalizzaw fuq l-esperjenza tagħhom. L-emendi jipprevedu wkoll li l-investituri u
l-aġenziji l-kbar tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma limitati
fir-rigward ta’ għażliet ta’ investiment. Huwa pprojbit
għall-investituri li għandhom parteċipazzjoni ta' mill-anqas 5 %
f'CRA biex ikollhom aktar minn 5 % f’kull CRA oħra. Din
ir-restrizzjoni hija meħtieġa biex tiggarantixxi l-perċezzjoni
ta’ indipendenza tas-CRAs, li tista’ tiġi affettwata jekk l-istess
azzjonisti jew membri jkunu qed jinvestu b'mod sinifikanti f’aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu differenti li ma jappartjenux
għall-istess grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, ukoll
jekk dawk l-azzjonisti jew membri mhumiex f’qagħda li jeżerċitaw
legalment influwenza dominanti jew kontroll. Dan ir-riskju huwa ogħla meta
wieħed iqis li s-CRAs irreġistrati fl-UE mhumiex elenkati, u
għalhekk inqas trasparenti bħala kumpaniji. Madankollu, sabiex
jiġi żgurat li l-investimenti purament ekonomiċi f’aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għadhom possibbli, il-projbizzjoni ta’
investiment simultanju f’iktar minn aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu waħda ma għandhiex tiġi estiża għal
investimenti permezz ta’ skemi ta’ investiment kollettivi ġestiti minn
partijiet terzi indipendenti mill-investitur u mhux suġġetti
għall-influwenza tiegħu jew tagħha. 3.3 Konformità mal-Artikoli 290 u 291 TFUE Fit-23 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni addottat
proposti għar-Regolamenti li jistabbilixxu l-ABE (l-Awtorità Bankarja
Ewropea), l-AEAPX (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet
tax-Xogħol), u l-AETS. F’dan ir-rigward il-Kummissjoni tixtieq tfakkar
id-Dikjarazzjonijiet b’relazzjoni mal-Artikoli 290 u 291 TFUE li
għamlet fl-addozzjoni tar-Regolamenti li jistabbilixxu l-Awtoritajiet
Superviżorji Ewropej u li skonthom: "Fejn jidħol il-proċess
għall-addozzjoni ta’ standards regolatorji, il-Kummissjoni tenfasizza
l-karattru uniku tas-settur tas-servizzji finanzjarji, kif joħroġ
mill-istruttura Lamfalussy u rikonoxxut espliċitament fid-Dikjarazzjoni 39
għat-TFUE. Madankollu, il-Kummissjoni għandha dubji serji jekk
ir-restrizzjonijiet fuq ir-rwol tagħha meta taddotta atti ddelegati u
timplimenta provvedimenti humiex konformi mal-Artikoli 290 u 291
TFUE." 3.4. Spjegazzjoni tal-proposta L-Artikolu 1 ta’ din il-proposta jemenda
r-Regolament dwar is-CRAs. Ir-referenzi fis-subsezzjonijiet li ġejjin
jirreferu għall-artikoli emendati jew ġodda fir-Regolament dwar
is-CRAs, sakemm ma jkunx speċifikat. 3.4.1. Estensjoni fl-ambitu
tal-applikazzjoni tar-Regolament biex ikopri l-prospetti tal-
klassifikazzjonijiet Barra mill-klassifikazzjonijiet tal-kreditu,
is-CRAs jippubblikaw ukoll “prospetti ta’ klassifikazzjonijiet” li jipprovdu
opinjoni fuq l-iktar direzzjoni probabbli li tkun ser tieħu
klassifikazzjoni tal-kreditu fil-ġejjieni. Il-proposta tal-Kummissjoni
testendi l-ambitu tar-regoli dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu biex
tkopri wkoll, fejn hu xieraq, “prospetti ta’ klassifikazzjonijiet”. It-test
emendat jitlob b’mod partikulari li s-CRAs jiżvelaw l-orizzont temporali
li matulu tkun mistennija bidla tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (cf.
L-Anness I, it-Taqsima D, il-Parti II, il-punt 2(f)).
Ir-Regolament dwar is-CRAs huwa għalhekk speċifikament addattat
f’postijiet differenti: l-Artikoli 3, 6(1), 7(5), 8(2), u 10(1) u (2);
fl-Anness I, it-Taqsima B, il-punti 1, 3, u 7; it-Taqsima C, il-punti 2, 3
u 7; it-Taqsima D, il-Parti I, il-punti 1, 2, 4 u 5; u t-Taqsima E, il-Parti I,
il-punt 3. Barra minn hekk, l-emendi deskritti hawn taħt huma wkoll
addattati, fejn hu xieraq, għall-introduzzjoni tal-kunċett dwar
“prospetti ta’ klassifikazzjoni”. 3.4.2. Emendi relatati mal-użu
tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu L-Artikolu 5a ġdid imdaħħal
fir-Regolament dwar is-CRAs jitlob li ċerti istituzzjonijiet finanzjarji
jagħmlu l-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tagħhom stess.
Għalhekk, għandhom jevitaw li jiddependu biss jew b’mod mekkaniku fuq
klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni li jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-assi. L-awtoritajiet kompetenti għandhom
jissorveljaw l-adegwatezza tal-proċessi ta’ valutazzjoni tal-kreditu ta’
dawn il-kumpaniji finanzjarji inklużi l-monitoraġġ fuq kumpaniji
finanzjarji sabiex dawn ma jiddependux iżżejjed fuq
klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Din ir-regola tiġi mill-prinċipji
tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja biex titnaqqas id-dipendenza
żejda fuq il-klassifikazzjonijiet tas-CRA ta’ Ottubru 2010. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5b
ġdid, /l-AETS, l-ABE/l-EBA u l-AEAPX/l-EIOPA ma għandhomx jirreferu
għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fil-linjigwida,
fir-rakkomandazzjonijiet u fl-abbozzi tal-istandards tekniċi tagħhom
fejn referenzi bħal dawn għandhom il-potenzjal li jikkawżaw
dipendenza mekkanika fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu minn awtoritajiet
kompetenti jew parteċipanti fis-suq finanzjarju. Barra minn hekk,
għandhom jadattaw il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet eżistenti
tagħhom skont dan, u sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013. Emendi oħrajn jimmiraw biex jindirizzaw
ir-riskju ta’ dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu
minn parteċipanti fis-suq finanzjarju f’dak li għandu x’jaqsam
mal-istrumenti ta' finanzjament strutturat u biex tiżdied il-kwalità tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għal strumenti bħal dawn: –
L-Artikolu 8a: dan l-artikolu ġdid jitlob
li l-emittenti (jew l-oriġinaturi jew l-isponsers) jiżvelaw
informazzjoni speċifika fuq prodotti ta' finanzjament strutturat u
għat-tul, b’mod partikolari fuq l-elementi prinċipali fil-bażi
tal-ġbir ta’ assi għal prodotti ta' finanzjament strutturat
meħtieġa sabiex l-investituri jagħmlu l-valutazzjoni tal-kreditu
tagħhom stess u b’hekk jevitaw il-bżonn li jiddependu fuq
klassifikazzjonijiet esterni. Din l-informazzjoni għandha tiġi
żvelata permezz ta’ sit elettroniku ċentralizzat operat mill-AETS; –
L-Artikolu 8b: dan l-artikolu ġdid jitlob
li l-emittenti (jew il-partijiet terzi relatati) li jissolleċitaw
klassifikazzjoni biex jimpenjaw żewġ aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu, indipendentement minn xulxin, biex joħorġu
żewġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu indipendenti b’mod parallel fuq
l-istess strumenti ta' finanzjament strutturat. Fl-aħħar nett, għandu jiġu
nnutat li l-Kummissjoni qed tipproponi b’mod parallel emendi
għad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009
dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet
amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli
trasferibbli (UCITS)[10] u d-Direttiva 2011/61/UE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011
dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi sabiex jiġi
żgurat li l-prinċipju li tiġi evitata d-dipendenza żejda
fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jiġi integrat ukoll
fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta dawk id-direttivi. 3.4.3. Emendi relatati
mal-indipendenza tas-CRAs Dan il-grupp ta’ emendi jistabbilixxi regoli
iktar stretti ta’ indipendenza li jimmiraw biex jindirizzaw il-kunflitti ta’ interess
fir-rigward tal-mudell ‘l-emittent iħallas’ u l-istruttura t’azzjonisti
tas-CRAs: –
L-Artikolu 6a: dan l-artikolu jipprojbixxi
kull membru jew azzjonist ta’ xi CRA li huwa d-detentur ta' ishma ta'
mill-anqas 5 % biex ikollu 5 % jew aktar f’kull CRA oħra, sakemm
is-CRAs ikkonċernati ma jkunux membri tal-istess grupp; –
L-Artikolu 6b: dan l-artikolu ġdid
jintroduċi regola ta’ rotazzjoni għas-CRAs imħaddma
mill-emittent (jiġifieri ma japplikax għal klassifikazzjonijietmhux
solleċitati) biex jew jikklassifikaw l-emittent innifsu jew l-istrumenti
tad-dejn tiegħu. Is-CRA mqabbda ma għandhiex tkun ilha stabbilita
iktar minn tliet (3) snin jew iktar minn sena jekk tikklassifika iktar minn għaxar
strumenti ta’ dejn konsekuttivi tal-emittent. Madankollu, din ir-regola
tal-aħħar ma għandhiex twassal biex tqassar il-perjodu ta’
żmien permess ta’ tħaddim għal inqas minn sena. Fejn l-emittent
jissolleċita aktar minn klassifikazzjoni waħda għalih innifsu
jew għall-istrument tiegħu, kemm minħabba obbligu legali u kemm
jekk fuq bażi volontarja, waħda biss mill-aġenziji għandu
jkollha r-rotazzjoni. Madankollu, it-tul ta' żmien massimu għal kull
waħda minn dawn is-CRAs huwa stabbiliti għal perjodu ta' sitt snin.
Is-CRA tal-bidu (jew kull CRA oħra li tappartjeni għall-istess grupp
jew li għandha rabtiet fuq livell t’azzjonisti mas-CRA ta’ qabel) ma
għandhiex tkun tista’ terġa’ tikklassifika lill-istess emittent jew
l-istrumenti tiegħu sakemm ma jkunx għadda perjodu ta’ tregwa
biżżejjedta' finanzjament strutturat. Dan l-artikolu jipprevedi wkoll
li s-CRA li tinqala’ tipprovdi lis-CRA ta’ warajha b’fajl ta’ handover li
jkollu informazzjoni rilevanti; –
Din ir-regola ta’ rotazzjoni hija mistennija ttaffi
b’mod sinifikanti kwistjonijiet ta’ kunflitti potenzjali ta’ interess relatati mal-mudell
“l-emittent iħallas”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tkompli timmoniterja
l-adegwatezza tal-mudelli ta’ remunerazzjoni tal-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u se tissottometti rapport fuq dan
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sas-7 ta’ Diċembru 2012,
kif mitlub mill-Artikolu 39 (1) tar-Regolament. F’dan il-kuntest,
il-Kummissjoni se tikkunsidra wkoll iktar soluzzjonijiet fit-tul għal din
il-kwistjoni kif inhi vvalutata bħalissa f’ġurisdizzjonijiet
oħrajn, inklużi l-Istati Uniti. L-Artikolu 6b ma japplikax
għall-klassifikazzjonijiet sovrani; –
L-Anness I, it-Taqsima C, il-punt 8
b’relazzjoni mal-Artikolu 7(4): ir-regoli dwar ir-rotazzjoni interna
tal-persunal f’xi CRA ġew addattati biex jikkunsidraw l-Artikolu 6b
ġdid. Ir-regoli l-ġodda jipprovdu li l-analisti ewlenin
tal-klassifikazzjoni ma għandhomx ikunu involuti fil-klassifikazzjoni
tal-istess entità għal aktar minn erba’ (4) snin, b’tali mod li dawk
l-analisti ma jitħallewx jiċċaqalqu lejn xi CRA oħra b’fajl
ta’ xi klijent jew ieħor. Barra minn hekk, ir-regoli dwar ir-rotazzjoni
interna huma pprovduti fil-każ li xi CRA tipprovdi klassifikazzjonijiet
mhux solleċitati jew klassifikazzjonijiet sovrani; –
L-Anness I, it-Taqsima B, il-punt 3:
ir-Regolament ma jħallix CRA toħroġ klassifikazzjonijiet
tal-kreditu (jew jitlob lil dik is-CRA tiżvela li l-klassifikazzjoni
tal-kreditu tista’ tiġi affettwata) fejn hemm kunflitti ta’ interess
attwali jew potenzjali maħluqa mill-involviment ta’ (barra -s-CRA u
l-persunal tagħha, diġà koperti mir-regoli) persuni li għandhom
iktar minn 10 % tal-kapital jew tad-drittijiet għall-vot fis-CRA, jew
inkella li qegħdin f’qagħda li jħaddmu influwenza sinifikanti
fuq l-attivitajiet tan-negozju tas-CRA, f’ċerti sitwazzjonijiet, bħal
investiment fl-entità kklassifikata, ikunu membru fuq il-bord tal-entità
kklassifikata eċċ.; –
L-Anness I, it-Taqsima B, il-punt 4:
persuni li għandhom iktar minn 5 % mill-kapital jew mid-drittijiet
għall-vot tas-CRA, jew inkella qegħdin f’qagħda li jħaddmu
influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tan-negozju tas-CRA ma għandhomx
jitħallew jipprovdu konsultazzjoni jew servizzi ta’ konsulenza lill-entità
kklassifikata fir-rigward tal-istruttura korporattiva jew legali, l-assi,
ir-responsabbiltajiet jew l-attivitajiet tal-entità kklassifikata. 3.4.4. Emendi relatati mal-kxifta’ informazzjoni fuq
il-metodoloġiji tas-CRAs, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u
l-prospetti tal-klassifikazzjonijiet Grupp ieħor ta’ emendi
jsaħħaħ ir-regoli dwar il-kxif ta’ metodoloġiji
tal-klassifikazzjonijiet, bil-għan li jiġu inkoraġġiti
proċessi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu b’saħħithom u, in
fine, imtejba l-kwalità tal-klassifikazzjoni: –
L-Artikoli 8(5a), 8(6)(aa)
u 22a(3): dawn id-dispożizzjonijiet proposti jistabbilixxu proċeduri
għall-preparazzjoni ta’ metodoloġiji ġodda ta’ klassifikazzjoni
jew il-modifika ta’ oħrajn diġà eżistenti. Jeħtieġu
l-konsultazzjoni ma’ partijiet involuti dwar il-metodoloġiji l-ġodda
jew it-tibdiliet proposti u l-ġustifikazzjoni tagħhom. Is-CRAs
għandhom, barra minn hekk, iressqu l-metodoloġiji proposti lill-AETS
għall-valutazzjoni tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti
eżistenti. Il-metodoloġiji l-ġodda jistgħu jintużaw
biss ladarba jkunu ġew approvati mill-AETS. Ir-regoli jeħtieġu
wkoll il-pubblikazzjoni tal-metodoloġiji l-ġodda flimkien ma’
spjegazzjoni dettaljata; –
L-Artikolu 8(7): kull CRA se tkun bl-obbligu
li tikkoreġi l-iżbalji fil-metodoloġiji tagħha jew
fl-applikazzjoni tagħhom, kif ukoll tgħarraf lill-AETS,
lill-entitajiet klassifikati u ġeneralment lill-pubbliku dwar l-iżbalji
bħal dawn; –
L-Anness I, it-Taqsima D, il-Parti I, il-punt 2a:
ir-rekwiżit biex tiġi pprovduta gwida fuq il-metodoloġiji u
s-suppożizzjonijiet li fuqhom imsejsa l-klassifikazzjonijiet huwa
estiż minn prodotti ta' finanzjament strutturatta' finanzjament strutturat
għal kull kategorija ta’ assi. Il-gwida pprovduta mis-CRAs għandha
tkun ċara u li tinftiehem faċilment. Obbligi oħrajn tas-CRAs li jberrħu
huma msaħħa wkoll: –
L-Anness I, it-Taqsima D,
il-Parti I, il-punt 3: din id-dispożizzjoni għandha
x’taqsam mal-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mis-CRAs lill-emittenti
fuq ir-raġunijiet prinċipali li fuqhom il-klassifikazzjoni jew
il-prospett huma bbażati qabel il-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjoni jew
tal-prospett, sabiex tingħata l-opportunità lill-entità kklassifikata li
ssib kwalunkwe żball fil-klassifikazzjoni. Ir-regola proposta titlob li
s-CRAs jgħarrfu lill-emittenti waqt il-ħinjiet tax-xogħol
tal-entità klassifikata u mill-inqas jum wieħed sħiħ
tax-xogħol qabel il-pubblikazzjoni. Din ir-regola tapplika
għall-klassifikazzjonijiet kollha, sew jekk solleċitati jew le, u
għal dawk prospetti; –
L-Anness I, it-Taqsima D,
il-Parti I, il-punt 6: Is-CRAs għandhom jiżvelaw
l-informazzjoni dwar l-entitajiet kollha jew l-istrumenti tad-dejn mressqa
lilhom għall-ewwel reviżjoni tagħhom jew
għall-klassifikazzjoni preliminarja. B’hekk, ir-regola l-ġdida
testendi dan l-obbligu lil hinn mill-klassifikazzjonijiet ta’ prodotti ta'
finanzjament strutturatta' finanzjament strutturat. Din l-emenda timplika
t-tħassir korrispondenti tal-punt 4 fil-Parti II
tat-Taqsima D tal-Anness I. 3.4.5. Emendi relatati ma’
klassifikazzjonijiet sovrani Regoli li japplikaw speċifikament
għal klassifikazzjonijiet sovrani (il-klassifikazzjoni ta’ Stat, awtorità
reġjonali jew lokali ta’ Stat jew ta’ strument li l-emittent tad-dejn jew
tal-obbligu finanzjarju tiegħu hu xi Stat jew awtorità reġjonali jew
lokali ta’ Stat) huma msaħħa b’mod partikolari, bil-għan ta’
titjib fil-kwalità ta’ klassifikazzjonijiet bħal dawn: –
L-Artikolu 8(5), it-tieni subparagrafu
ġdid: Is-CRAs huma mitluba jivvalutaw l-klassifikazzjonijiet sovrani iktar
ta’ spiss; kull sitt xhur minflok kull tnax-il xahar; –
L-Anness I, it-Taqsima D:
il-Parti III ġdida fuq l-obbligi addizzjonali f’relazzjoni
mal-preżentazzjoni tal-klassifikazzjonijiet sovrani hija miżjuda.
Is-CRAs jridu b’mod partikolari jippubblikaw rapport ta’ riċerka komplut
meta joħorġu u jemendaw il-klassifikazzjonijiet sovrani, sabiex
jiġu mtejba t-trasparenza u l-fehim tal-utenti. Il-klassifikazzjonijiet
sovrani għandhom ikunu ppubblikati biss wara l-għeluq tan-negozju u
mill-inqas siegħa qabel il-ftuħ ta’ postijiet kummerċjali fl-UE; –
L-Anness I, it-Taqsima E,
il-Parti III, il-punti 3 u 7: ir-regoli fuq il-pubblikazzjoni ta’
rapport ta’ trasparenza mis-CRAs huma msaħħa billi s-CRAs jiġu
mitluba jkunu trasparenti rigward l-allokazzjoni tal-persunal
għall-klassifikazzjonijiet ta’ kategoriji differenti ta’ assi
(jiġifieri klassifikazzjonijiet sovrani, korporattivi, u ta’ finanza
strutturata). Is-CRAs għandhom jipprovdu wkoll dejta disaggregata fuq
id-dħul tagħhom, inkluża d-dejta fuq it-tariffi
ġġenerati għall-kategoriji differenti ta’ assi. Din
l-informazzjoni għandha tippermetti l-valutazzjoni safejn is-CRAs
jużaw ir-riżorsi għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet
sovrani. 3.4.6. Emendi relatati
mal-komparabbiltà tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u t-tariffi
għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu It-titjib tal-kompetizzjoni fis-suq
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kif ukoll tal-kwalità
tal-klassifikazzjonijiet huwa għan ieħor ta’ din il-proposta. Dan
l-għan qed jiġi indirizzat partikolarment permezz tal-emendi li
ġejjin, li jippromwovu l-komparabbiltà tal-klassifikazzjonijiet
tal-kreditu u jipprovdu għal iktar trasparenza rigward it-tariffi
għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu: –
L-Artikolu 11a: dan l-artikolu ġdid
jitlob li s-CRAs jikkomunikaw il-klassifikazzjonijiet tagħhom lill-AETS.
Dan jiżgura li l-klassifikazzjonijiet kollha disponibbli għal
strument tad-dejn jiġu ppubblikati fl-għamla ta’ Indiċi ta’ Klassifikazzjonijiet
Ewropej (EURIX), għad-dispożizzjoni b’xejn tal-investituri; –
L-Artikolu 21(4a): dan il-paragrafu ġdid
jagħti s-setgħa lill-AETS li tiżviluppa abbozzi ta’ standards
tekniċi, għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, fuq skala ta’
klassisfikazzjoni armonizzata li trid tintuża mis-CRAs.
Il-klassifikazzjonijiet kollha jkollhom bżonn jimxu fuq l-istess skala ta’
standards, u jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet ikunu jistgħu
jitqabblu iktar faċilment mill-investituri. B’din id-dispożizzjoni
il-EURIX tkun iktar utli għall-investituri u partijiet involuti
oħrajn; –
L-Anness I, it-Taqsima B, il-punt 3a:
it-tariffi ċċarġjati lill-klijenti mis-CRAs
għall-provvedimentta’ klassifikazzjonijiet (u servizzi anċillari) ma
għandhomx ikunu diskriminatorji (jiġifieri bbażati fuq il-kost
attwali u l-kriterji ta’ trasparenza fl-iffissar tal-prezzijiet) u mhux
ibbażati fuq kwalunkwe forma ta’ kontinġenza (jiġifieri ma
jiddependux fuq ir-riżultat tax-xogħol li jkun sar). Din
id-dispożizzjoni ġdida timmira wkoll biex jiġu evitati
l-kunflitti ta’ interess (p.eż. entitajiet ikklassifikati jistgħu
jħallsu tariffi ogħla biex imbagħad jitpattielhom bi
klassifikazzjonijiet favorevoli żżejjed); –
L-Anness I, it-Taqsima E,
il-Parti II, il-punti 2(a) u 2(aa): il-punt 2(a) emendat jitlob
li kull sena s-CRAs jgħaddu lill-AETS lista ta’ tariffi li jkun
ħallas kull klijent, għall-klassifikazzjonijiet individwali u kull
servizz anċillari. L-iżvelar tat-tariffi jikkompleta ruħu
permezz tad-dispożizzjoni l-ġdida fil-punt 7 tal-Parti III
tat-Taqsima E tal-Anness I deskritt hawn fuq.
Il-punt 2(aa) ġdid jitlob li s-CRAs jiżvelaw ukoll mal-AETS
il-politika tal-prezzijiet tagħhom, inklużi
l-kriterji dwar il-prezzijiet b’relazzjoni mal-klassifikazzjonijiet
għall-kategoriji differentital-assi. Fl-aħħar nett, ir-regolament propost
jitlob li l-AETS tieħu r-responsabbiltà għal xi ftit ta’
monitoraġġ rigward il-konċentrazzjoni tas-suq (cf.
l-Artikolu 21(5)) u li l-Kummissjoni tħejji rapport dwar din
il-kwistjoni (l-Artikolu 39(4)). 3.4.7. Emendi relatati
mar-responsabbiltà ċivili tal-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu vis-à-vis l-investituri Għalkemm din il-proposta għal
Regolament għandha wkoll dispożizzjonijiet li għandhom
l-għan li jnaqqsu r-riskju ta’ serħan eċċessiv fuq
il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni (ara t-Taqsima 3.4.2 ta’ dan
il-memorandum ta’ spjegazzjoni), il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, sew jekk
maħruġa għal finijiet regolatorji sew jekk le, fil-futur
previdibbli se jkomplu jkollhom impatt fuq deċiżjonijiet ta’
investiment. Għalhekk, is-CRAs għandhom responsabbiltà importanti
lejn l-investituri f’li tkun assigurata konformità mar-regoli ta-Regolament
dwar is-CRA. Dan huwa rifless fl-Artikolu 35a propost tar-Regolament dwar
is-CRAs li se jżomm responsabbli lil dik is-CRA li tikser, intenzjonalment
jew minħabba negliġenza serja, ir-Regolament dwar is-CRAs u
tikkawża ħsara lil xi investitur li jkun iddependa fuq
klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ CRA bħal din, sakemm il-ksur in kwistjoni
jkun affetwa l-klassifikazzjoni tal-kreditu. 3.4.8. Emendi oħrajn It-test tar-Regolament huwa addattat ukoll
biex jiċċara xi obbligi fir-rigward ta’ CRAs
“iċċertifikati” stabbiliti f’pajjiżi terzi. B’hekk,
l-Artikoli 5(8), 11(2), 19(1) u 21(4)(e) tar-Regolament dwar is-CRAs huma
skont dan emendati. Il-lista ta’ ksur tar-regolamenti
fl-Anness III u l-Artikolu 36a(2) tar-Regolament dwar is-CRAs
ġew ukoll addattati skont it-tibdiliet l-oħra li saru fir-Regolament. Sabiex ir-Regolament dwar is-CRAs jiġi
konformi mat-terminoloġija tat-Trattat ta’ Lisbona, referenzi għall-“Komunità”
jiġu sostitwiti b’referenzi għall-“Unjoni”. 3.4.9 Il-kwistjoni dwar
l-Aġenzija Ewropea tal-Klassifikazzjoni Din il-proposta ma għandhiex l-għan
li tistabbilixxi aġenzija Ewropea tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Kif
inhu mitlub mill-Parlament Ewropew fir-rapport tiegħu dwar l-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tat-8 ta’ Ġunju 2011 din
l-alternattiva ġiet valutata bid-dettalji kollha fil-valutazzjoni
tal-impatt mehmuż ma’ din il-proposta. Il-valutazzjoni tal-impatt sabet li
anki jekk CRA ffinanzjata pubblikament jista’ jkollha xi benefiċċji
billi żżid id-diversità ta’ opinjonijiet fis-suq
tal-klassifikazzjonijiet u tipprovdi alternattiva għall-mudell ‘l-emittent
iħallas’, ikun diffiċli jiġi indirizzat tħassib li
jirrigwarda l-kunflitti ta’ interess u l-kredibbiltà, speċjalment jekk CRA
bħal din tikklassifika d-dejn sovran. Madankollu, dawn is-sejbiet ma
għandhom bl-ebda mod jiskoraġixxu atturi oħrajn milli
jistabbilixxu aġenziji ġodda tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.
Il-Kummissjoni se tkun qed tagħmel monitoraġġ biex tara safejn
parteċipanti privati ġodda fis-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
jġibu aktar diversità. Għadd ta’ miżuri fil-proposta
kurrenti għandhom jikkontribwixxu għal aktar diversità u
għażla fl-industrija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu: –
Ir-regola ta’ rotazzjoni proposta se ġġib
magħha tibdil regolari fl-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u
dan għandu jiftaħ is-suq tas-CRA għal parteċipanti
ġodda; u –
Il-projbizzjoni proposta li għal perjodu ta' għaxar
snin twaqqaf lill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu l-kbar milli
jakkwistaw CRAs oħrajn. Il-Kummissjoni qiegħda tesplora wkoll
modi ta’ kif u safejn jistgħu jintużaw il-fondi tal-Unjoni biex
jippromwovu l-ħolqien ta’ netwerks ta’ CRAs iżgħar li
jippermettulhom jgħaqqdu r-riżorsi u jiġġeneraw
effiċjenzi qawwija. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta tal-Kummissjoni ma għandha
l-ebda impatt fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea. Il-kompiti, partikularment,
li jiġu fdati f’idejnl-AETS kif imsemmi fil-proposta mhux se jinvolvu
fondi addizzjonali tal-UE. Ta’ min wieħed jinnota wkoll li
l-Artikolu 19 tar-Regolament dwar is-CRAs[11] jipprovdi li l-ispejjeż tal-AETS li huma meħtieġa
għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tas-CRAs skont
ir-Regolament għandhom jiġu koperti kollha minn tariffi li jiġu
ċċarġjati l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. 2011/0361 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009
dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu
[l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu] (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 114
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank
Ċentrali Ewropew[12], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[13], Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura
leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1)
Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar
aġenziji li jiggradaw il-kreditu [l-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu][14] jitlob li
l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jikkonformaw mar-regoli ta’ mġiba
sabiex jittaffew il-kunflitti ta’ interess li jista’ jkun hemm, jiżgura
l-kwalità għolja u t-trasparenza suffiċjenti tal-klassifikazzjonijiet
u tal-proċess ta’ klassifikazzjonijiet. B’segwitu għall-emendi introdotti
mir-Regolament (UE) Nru 513/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15],
l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-AETS) ingħatat is-setgħa
li tirreġistra u tissorvelja l-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu. Din l-emenda tikkomplementa l-qafas regolatorju kurrenti
għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Uħud
mill-kwistjonijiet indirizzati (kunflitti ta’ interess minħabba l-mudell
‘l-emittent iħallas’, l-iżvelar fir-rigward ta’ strumenti
finanzjament strutturat) ġew identifikati, iżda mhux solvuti
għalkollox permez tar-regoli eżistenti. Il-bżonn li jiġu
riveduti rekwiżiti ta’ trasparenza u ta' proċedura speċifikament
għal klassifikazzjonijiet sovrana kien enfasizzat bil-kriżi tad-dejn
sovran attwali. (2)
Fit-8 ta’ Ġunju 2011
il-Parlament Ewropew ħareġ riżoluzzjoni dwar l-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li fiha sejjaħ għal regolament
mtejjeb dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu[16].
F’laqgħa informali tal-ECOFIN fit-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2010
l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għaraf li għandhom isiru aktar sforzi
biex jiġu indirizzati għadd ta’ kwistjonijiet relatati
mal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, inkluż ir-riskju ta’
dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u r-riskju ta’
kunflitti ta’ interess li jirriżulta mill-mudell ta’ remunerazzjoni
għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni. Il-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2011
ikkonkluda li hemm bżonn li jsir progress biex titnaqqas id-dipendenza
żejda fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. (3)
Fil-livell internazzjonali fl-20 ta’ Ottubru 2010
l-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (Financial Stability Board - FSB)
approva uffiċjalment prinċipji biex titnaqqas id-dipendenza
tal-awtoritajiet u tal-istituzzjonijiet finanzjarji fuq il-klassifikazzjonijiet
tas-CRAs. Dawk il-prinċipji ġew approvati uffiċjalment mis-Samit
tal-G20 f'Seoul f’Novembru 2010. (4)
Ir-rilevanza tal-prospetti tal-klassifikazzjoni
għall-investituri u l-emittenti u l-effetti tagħhom fuq is-swieq hija
paragonabbli mar-rilevanza u l-effetti tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.
Għalhekk, ir-rekwiżiti kollha tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009
li għandhom l-għan li jiżguraw li l-azzjonijiet ta’
klassifikazzjoni jkunu ħielsa mill-kunflitti ta’ interess,
preċiżi u trasparenti, għandhom japplikaw ukoll
għall-prospetti tal-klassifikazzjonijiet. Skont il-prattika
superviżorja ta' bħalissa għadd mir-rekwiżiti
tar-Regolament japplikaw għall-prospetti tal-klassifikazzjoni. Dan
ir-Regolament jintroduċi definizzjoni ta’ prospetti ta’ klassifikazzjoni u
jiċċara liema dispożizzjonijiet speċifiċi japplikaw
għal prospetti bħal dawn. Dan għandu jiċċara r-regoli
u jipprovdi ċertezza legali. Id-definizzjoni ta’ prospetti ta’
klassifikazzjoni skont dan ir-Regolametnt għandha tinkludi wkoll
opinjonijiet li jirrigwardaw id-direzzjoni l-iktar probabbli li tieħu
klassifikazzjoni tal-kreditu f'qasir żmien, li komunement jissejħu
credit watches. (5)
L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
huma parteċipanti importanti fis-swieq finanzjarji. Bħala
konsegwenza, l-indipendenza u l-integrità tal-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-attivitajiet tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tagħhom huma ta’ importanza partikolari biex tiġi
żgurata l-kredibbiltà tagħhom vis-à-vis il-parteċipanti tas-suq,
b’mod partikulari l-investituri u utenti oħrajn tal-klassifikazzjonijiet.
Ir-Regolament 1060/2009 jipprovdi li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu għandhom ikunu reġistrati u sorveljati minħabba li
s-servizzi tagħhom għandhom impatt konsiderevoli fuq l-interess
pubbliku. Il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, għall-kuntrarju
tar-riċerka fl-investiment, mhumiex sempliċiment opinjonijiet dwar
valur jew prezz għal strument finanzjarju jew obbligu finanzjarju.
L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mhumiex sempliċiment
analisti finanzjarji jew konsulenti dwar l-investiment. Il-klassifikazzjonijiet
tal-kreditu għandhom valur regolatorju għal investituri regolati,
bħalma huma istituzzjonijiet tal-kreditu, kumpaniji tal-assigurazzjoni u
investituri istituzzjonali oħrajn. Għalkemm l-inċentivi biex
wieħed jiddependu b’mod eċċessiv fuq il-klassifikazzjonijiet
tal-kreditu qed jonqsu, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għadhom imexxu
l-għażliet ta’ investiment, partikularment minħabba assimetriji
fl-informazzjoni u għal skopijiet ta’ effiċjenza. F’dan il-kuntest,
l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikunu
indipendenti u pperċepiti bħala tali mill-parteċipanti fis-suq. (6)
Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 diġà
pprovda l-ewwel rawnd ta’ miżuri biex tiġi ttrattata l-kwistjoni tal-indipendenza
u l-integrità tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u
l-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħhom. L-għanijiet
li tiġi żgurata l-indipendenza tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu u li jiġi identifikat, ġestit u safejn hu possibbli,
evitat kull kunflitt ta’ interess li jista' jitqajjem kienu diġà
fil-bażi ta’ bosta dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament fl-2009.
Filwaqt li jipprovdu bażi soda, ir-regoli eżistenti ma għandhomx
jidhru li kellhom impatt suffiċjenti f’dan ir-rigward. L-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għadhom mhumiex ipperċipiti
bħala atturi suffiċjentement indipendenti. L-għażla u
r-remunerazzjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mill-entità
klassifikata (il-mudell ‘l-emittent iħallas’) huma sors inerenti ta’
kunflitti ta’ interess, li mhumiex indirizzati b’mod suffiċjenti
mir-regoli eżistenti. Skont dan il-mudell, hemm inċentivi
għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex joħorġu
klassifikazzjonijiet ta’ kompjaċenza fuq l-emittent sabiex jakkwistaw
relazzjoni ta’ negozju fit-tul b'garanzija ta’ dħul ta’ flus jew sabiex
jiżguraw xogħol u dħul addizzjonali. Barra minn hekk,
ir-relazzjonijiet bejn l-azzjonisti tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
u l-entitajiet ikklassifikati jistgħu jikkawżaw kunflitti ta’
interess li mhumiex trattati b’mod suffiċjenti permezz tar-regoli
eżistenti. Bħala riżultat, klassifikazzjonijiet tal-kreditu
maħruġa skont il-mudell ‘l-emittent iħallas’ jistgħu
jiġu perċepiti iktar bħala klassifikazzjonijiet tal-kreditu
adatti għall-emittent milli klassifikazzjonijiet tal-kreditu
meħtieġa mill-investitur. Mingħajr preġudizzju
għall-konklużjonijiet tar-rapport li jrid jitressaq mill-Kummissjoni
dwar il-mudell ‘l-emittent iħallas’ sa Diċembru 2012 skont
l-Artikolu 39(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, huwa essenzjali
li jiġu msaħħa l-kundizzjonijiet ta’ indipendenza li japplikaw
għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu sabiex jiżdied
il-livell ta’ kredibbiltà tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu
maħruġa taħt il-mudell ‘l-emittent iħallas’. (7)
Is-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu juri li,
tradizzjonalment, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u entitajiet
klassifikati jidħlu għal relazzjonijiet fit-tul. Dan iqajjem
it-theddida tal-familjarità, għaliex l-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tista’ tissimpatizza żżejjed max-xewqat tal-entità
klassifikata. F’dawk iċ-ċirkustanzi, l-imparzjalità tal-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ ssir dubjuża maż-żmien.
Tabilħaqq, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mibgħuta
u mħallsa minn emittent korporattiv jingħataw l-inċentiv biex
joħorġu klassifikazzjonijiet favorevoli żżejjed fuq dik
l-entità klassifikata jew fuq l-istrumenti tad-dejn tagħha sabiex
ir-relazzjoni tan-negozju tinżamm ma’ emittent bħal dan. L-emittenti
huma wkoll suġġetti għal inċentivi li jiffavorixxu
relazzjonijiet fit-tul, bħalma hu l-effett lock-in: emittent jista’ ma
jibdilx l-aġenzija tal- klassifikazzjoni tal-kreditu minħabba li dan
jista’ jqajjem tħassib fl-investituri fir-rigward tal-affidabbiltà
kreditizja tal-emittent. Din il-problema diġà kienet ġiet
identifikata fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, li rrikjeda li
l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu japplikaw mekkaniżmu ta’
rotazzjoni li jipprovdi bidliet gradwali permezz ta' gruppi analitiċi u
ta' kumitati tal-klassifikazzjoni ta’ kreditu sabiex l-indipendenza
tal-analisti tal-klassifikazzjoni u l-persuni li japprovaw l-klassifikazzjoni
tal-kreditu ma tkunx kompromessa. Madankollu, is-suċċess ta’ dawk
ir-regoli kien jiddependi ħafna minn soluzzjoni ta’ mġiba interna
fl-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu: l-indipendenza u
l-professjonalità attwali tal-impjegati tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu vis-à-vis l-interessi kummerċjali tal-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu nnifisha. Dawn ir-regoli ma kinux mfassla biex
jagħtu garanzija b’mod suffiċjenti lejn partijiet terzi sabiex
il-kunflitti ta’ interess li tqajmu mir-relazzjoni fit-tul jittaffew jew
jiġu evitati. Għaldaqstant jidher li huwa meħtieġ li jkun
hemm provdiment għal rispons strutturali li jkollu impatt ogħla fuq
il-partijiet terzi. Dan jista’ jintlaħaq b’mod effettiv billi jiġi
limitat il-perjodu li matulu aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
tista’ tipprovdi kontinwament klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq l-istess
emittent jew fuq l-istrumenti tad-dejn tiegħu. L-iffissar ta’ tul
taż-żmien massimu fir-relazzjoni kummerċjali bejn l-emittent li
huwa klassifikat jew li ħareġ l-istrumenti tad-dejn klassifikati u
l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jneħħi
l-inċentiv għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet favorevoli
fuq dak l-emittent. Barra minn hekk, ir-rekwiżit għar-rotazzjoni
tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħala prattika tas-suq
normali u regolari għandha wkoll tindirizza b’mod effettiv l-effett
lock-in, fejn emittent ma jibdilx l-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu ladarba dan iħasseb lill-investituri fir-rigward
tal-affidabbiltà kreditizja tal-emittent. Fl-aħħar nett, ir-rotazzjoni
tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkollha effetti
pożittivi fuq is-suq tal-klassifikazzjoni għax tiffaċilita
d-dħul ġdid ta’ parteċipanti fis-suq u toffri lill-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu eżistenti l-opportunità li jestendu
n-negozju tagħhom lejn oqsma ġodda. (8)
Rotazzjoni regolari tal-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li joħorġu klassifikazzjonijiet ta’
kreditu fuq l-emittent jew l-istrumenti tad-dejn tiegħu għandha
ġġib iktar diversità fl-evalwazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja
tal-emittent li jagħżel u jħallas dik l-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Fehmiet, perspettivi u metodoloġiji
multipli u differenti applikati mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu għandhom jipproduċu iktar klassifikazzjonijiet
tal-kreditu diversi u fl-aħħar mill-aħħar itejbu
l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-emittenti. Sabiex din
id-diversità jkollha rwol u biex tiġi evitata l-kompjaċenza kemm
tal-emittent u kemm tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, it-tul
taż-żmien massimu tar-relazzjoni ta’ negozju bejn l-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-emittent li jħallas irid jiġi
ristrett għal livell li jiggarantixxi daqqa t’għajn friska u regolari
lejn l-affidabbiltà kreditizja tal-emittenti. Għalhekk, perjodu ta’ tliet
snin għandu jkun xieraq, meta jiġi kkunsidrat ukoll il-bżonn li
jkun hemm ċerta kontinwità fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Ir-riskju
ta’ kunflitt ta’ interess jiżdied f’sitwazzjonijiet fejn l-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu toħroġ ta’ spiss
klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq strumenti tad-dejn tal-istess emittent fi
żmien qasir. F’dawk il-każijiet, it-tul taż-żnien massimu
tar-relazzjoni ta’ negozju għandu jkun iqsar biex jiggarantixxi
riżultati simili. Għalhekk, ir-relazzjoni ta’ negozju għandha
tieqaf wara li klassifikazzjoni tal-kreditu tkun ikklassifikat għaxar
strumenti tad-dejn tal-istess emittent. Madankollu, sabiex l-impożizzjoni
ta’ piż sproporzjonat fuq l-emittenti u l-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tiġi evitata, ma għandu jiġi impost l-ebda
rekwiżit biex tinbidel aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
fl-ewwel 12-il xahar tar-relazzjoni ta’ negozju. Fejn emittent jordna aktar
minn aġenzija waħda tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, sew jekk minħabba
li bħala emittent ta’ strumenti finanzjarji strutturati huwa jkun obbligat
li jagħmel dan, jew fuq bażi volontarja, għandha tkun
suffiċjenti li l-perjodi stretti ta’ rotazzjoni japplikaw biss għal
waħda mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Iżda, anki
f’dan il-każ, ir-relazzjoni kummerċjali bejn l-emittent u
l-aġenziji addizzjonali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandhomx
jaqbżu l-perjodu ta’ sitt xhur. (9)
Ir-regola li titlob ir-rotazzjoni ta’ aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu teħtieġ tiġi msaħħa
b’mod kredibbli sabiex tkun sinifikanti. Ir-regola ta’ rotazzjoni ma
tilħaqx l-għanijiet tagħha jekk l-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li toħroġ mix-xena titħalla
tipprovdi għal darb’oħra servizzi ta’ klassifikazzjoni lill-istess emittent
fi żmien qasir wisq. Għalhekk, huwa importanti li jiġi provdut
perjodu xieraq ta’ żmien li matulu aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu bħal din ma tingħatax mandat mill-istess emittent biex
tipprovdi servizzi ta’ klassifikazzjoni. Dak il-perjodu għandu jkun twil
biżżejjed biex iħalli ’l-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu li tidħol fix-xena tipprovdi b’mod effettiv is-servizzi ta’
klassifikazzjoni tagħha lill-emittent, sabiex tiżgura li l-emittent
jiġi espost verament għal skrutinju ġdid b’approċċ
differenti u biex tiżgura li l- klassifikazzjonijiet tal-kreditu
maħruġa mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
l-ġdida jipprovdu kontinwità suffiċjenti. Dak il-perjodu għandu
jagħti lok li l-emittent ma jserraħx fuq arranġamenti komdi ma’
żewġ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biss li
jissostitwixxu lil xulxin fuq bażi kontinwa, għax dan jista’ jwassal
biex titħalla t-theddida tal-familjarità. Għalhekk, ġeneralment,
għandu jkun issettjat għal erba’ snin il-perjodu li matulu ma għandhiex
tipprovdi servizzi ta’ klassifikazzjoni lill-emittent dik l-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li toħroġ mix-xena. (10)
It-tibdil tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu inevitabbilment iżżid ir-riskju li l-għarfien dwar
l-entità klassifikata akkwistat mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni li
toħroġ mix-xena jintilef. Bħala riżultat, l-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tidħol fix-xena jkollha tagħmel
sforzi konsiderevoli biex takkwista l-għarfien meħtieġ biex
twettaq il-ħidma tagħha. Madankollu, għandha tiġi
żgurata tranżizzjoni bla intoppi billi jiġi stabbilit
rekwiżit fuq l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li
toħroġ mix-xena biex l-informazzjoni rilevanti dwar l-entità jew strumenti
klassifikati tiġi trasferita lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu li tidħol fix-xena. (11)
L-eżiġenza li l-emittenti jbiddlu
regolarment l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li huma jqabbdu
biex toħroġ il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu hija proporzjonata
mal-għan li jrid jintlaħaq. Dan ir-rekwiżit japplika biss
għal ċerti istituzzjonijiet regolati (aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu reġistrati) li jipprovdu servizz li
jaffettwa l-interess tal-pubbliku (klassifikazzjonijiet tal-kreditu li
jistgħu jintużaw għal skopijiet regolatorji) taħt
ċerti kondizzjonijiet (il-mudell ‘l-emittent iħallas’).
Il-privileġġ li jkollha s-servizzi tagħha rikonoxxuti bħala
li jaqdu rwol importanti fir-regolament tas-suq tas-servizzi finanzjarji u li
tkun approvata biex twettaq din il-funzjoni jġib miegħu
l-ħtieġa li jkunu rrispettati ċerti obbligi biex jiggarantixxu
l-indipendenza u l-perċezzjoni tal-indipendenza fiċ-ċirkustanzi
kollha. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tinżamm milli
tipprovdi servizzi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu lil xi emittent partikulari
xorta tkun titħalla tipprovdi klassifikazzjonijiet tal-kreditu lil
emittenti oħrajn. F’kuntest ta’ suq fejn ir-regola tar-rotazzjoni tapplika
għall-atturi kollha, se jkun hemm opportunitajiet ta’ negozju minħabba
li l-emittenti kollha jkollhom bżonn ibiddlu l-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Barra minn hekk, l-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu dejjem jistgħu joħorġu
klassifikazzjonijiet tal-kreditu mhux solleċitata lill-istess emittent,
waqt li jikkapitalizzaw fuq l-esperjenza tagħhom. Klassifikazzjonijiet
mhux solleċitati mhumiex marbutin mal-mudell ‘l-emittent iħallas’u
għahekk huma affettwati inqas minn kunflitti ta’ interess li jista’ jkun
hemm. Għall-emittenti, it-tul massimu taż-żmien f’relazzjoni
ta‘negozju ma’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew ir-regolament
dwar l-impieg ta’ iktar minn aġenzija waħda tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu jirrappreżenta wkoll restrizzjoni fuq il-libertà tagħhom
li jmexxu n-negozju tagħhom stess. Madankollu, din ir-restrizzjoni hija
meħtieġa għal raġunijiet ta’ interess pubbliku meta
wieħed iqis l-interferenza tal-mudell ‘l-emittent iħallas’fuq
l-indipendenza meħtieġa tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu biex jiżguraw klassifikazzjonijiet tal-kreditu indipendenti li
jistgħu jintużaw minn investituri għal skopijiet regolatorji.
Fl-istess ħin, dawn ir-restrizzjonijiet ma jmorrux lil hinn minn dak li hu
meħtieġ u għandu jidher aktar bħala element li jkattar
l-affidabbiltà kreditizja tal-emittent lejn partijiet oħrajn, u
fl-aħħar mill-aħħar lejn is-suq. (12)
Waħda mill-ispeċifiċitajiet ta’
klassifikazzjonijiet sovrani hi li l-mudell ‘l-emittent iħallas’
ġeneralment ma japplikax. Minflok, il-biċċa l-kbira
tal-klassifikazzjonijiet jinħadmu bħala klassifikazzjonijiet mhux
solleċitati, billi jipprovdu l-bażi, kemm solleċitata u kemm
mhix tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-pajjiż ikkonċernat.
Għalhekk, mhux meħtieġ li tiġi mitluba r-rotazzjoni
tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li joħorġu
klassifikazzjonijiet sovrani. (13)
L-indipendenza ta’ aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu vis-à-vis entità klassifikata tiġi
affettwata wkoll minn kunflitti ta’ interess li jista’ jkun hemm bejn kwalunkwe
azzjonist sinifikanti tagħha u l-entità klassifikata: Azzjonist ta’
aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tkun membru ta’ bord
amministrattiv jew superviżorju ta’ entità klassifikata jew xi parti terza
relatata. Ir-regoli tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 indirizzaw
sitwazzjoni ta’ dan it-tip biss fir-rigward tal-kunflitti ta’ interess
ikkawżati minn analisti li jikklassifikaw, persuni li japprovaw
il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jew impjegati oħrajn tal-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Madankollu, ir-Regolament baqa’ sieket
fir-rigward ta’ kunflitti potenzjali li jista’ jkun hemm ikawżati minn
azzjonisti jew membri ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.
Bil-għan li titjieb il-perċezzjoni tal-indipendenza tal-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu vis-à-vis l-entitajiet klassifikati, huwa
xieraq li jiġu estiżi r-regoli eżistenti li japplikaw
għall-kunflitti ta’ interess ikkawżati mill-impjegati
tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu wkoll għal dawk
ikkawżati mill-azzjonisti jew membri li għandhom pożizzjoni
sinifikanti fl-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Għalhekk,
l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tastjeni milli
toħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu, jew għandha
tiżvela li l-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tiġi affettwata,
fejn azzjonist jew membru li jkollhom 10 % tad-drittijiet tal-vot ta’ dik
l-aġenzija jkun ukoll membru tal-bord amministrattiv jew superviżorju
tal-entità klassifikata jew ikun investa fl-entità klassifikata. Barra minn
hekk, fejn azzjonist jew membru jkun f’qagħda li jinfluwenza b’mod sinifikanti
l-attività tan-negozju tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, dik
il-persuna ma għandhiex tipprovdi servizzi ta’ konsultazzjoni lill-entità
klassifikata jew parti terza relatata fir-rigward tal-istruttura korporattiva
jew legali tagħha, l-assi, l-obbligazzjonijiet jew l-attivitajiet
tagħha. (14)
Ir-regoli fuq l-indipendenza u l-prevenzjoni
tal-kunflitti ta’ interess jistgħu jsiru ineffettivi jekk l-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma jkunux indipendenti minn xulxin. Għadd
ġmielu ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, mhux konnessi
la mal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li toħroġ
mix-xena f’każ ta’ rotazzjoni u lanqas mal-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tipprovdi servizzi ta’ klassifikazzjoni
tal-kreditu b’mod parallel lill-istess emittent, huwa meħtieġ biex
dawk ir-regoli jiġu applikati b’mod fattibbli. Fin-nuqqas ta’
għażla suffiċjenti ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu għall-emittent fis-suq kurrenti, l-implimentazzjoni ta’ dawn
ir-regoli li għandhom l-għan li jtejbu l-kundizzjonijiet ta’
indipendenza tirriskja li ma tibqax effettiva. Għalhekk, huwa xieraq li
tintalab separazzjoni stretta bejn l-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu li toħroġ mix-xena minn dik li tidħol fiha
f’każ ta’ rotazzjoni kif ukoll taż-żewġ aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jipprovdu servizzi ta’ klassifikazzjoni
b’mod parallel mal-istess emittent. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu kkonċernati ma għandhomx ikunu marbuta ma’ xulxin permezz
tal-kontroll, billi jagħmlu parti mill-istess grupp ta’ aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, billi jkunu azzjonisti jew membri jew ikunu
jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot fi kwalunkwe
aġenzija oħra jew billi jkunu jistgħu jaħtru membri fuq
il-bordijiet tal-amministrazzjoni, ġestjoni jew superviżjoni ta’
kwalunkwe waħda mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
l-oħra. (15)
Il-perċezzjoni tal-indipendenza
tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun affettwata
partikularment jekk l-istess azzjonisti jew membri jkunu qed jinvestu
f’aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu differenti li ma jappartjenux
għall-istess grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu,
għallinqas jekk dan l-investiment jilħaq ċertu daqs li jista’
jippermetti lil dawn l-azzjonisti jew membri jeżerċitaw ċerta
influwenza fuq in-negozju tal-aġenzija. Għalhekk, sabiex tiġi
żgurata l-indipendenza (u l-perċezzjoni tal-indipendenza)
tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, huwa xieraq li jkun hemm
regoli iktar stretti fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-azzjonisti tagħhom. Għal din
ir-raġuni, ebda persuna ma għandha simultanjament ikollha
parteċipazzjoni ta’ 5 % jew aktar f’aktar minn aġenzuja
waħda tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, sakemm l-aġenziji
kkonċernati jkunu jappartjenu għall-istess grupp. (16)
L-għan li biex tiġi żgurata
indipendenza suffiċjenti tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu jimplika li l-investituri ma għandux ikollhom investimenti
simultanji ta’ 5 % jew aktar f’aktar minn aġenzija waħda
tal-kreditu. Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004
dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi
għall-kummerċ[17] tesiġi li dawk
il-persuni li jikkontrollaw 5 % tad-drittijiet tal-vot fir-riżultati
ta’ kumpanija kkwotata fil-Borża għandhom jiżvelawha
fil-pubbliku, minħabba, inter alia, l-interess
għall-investituri biex ikunu jafu dwar tibdiliet fl-istruttura
tal-votazzjoni ta’ kumpanija tali. Ħamsa fil-mija (5 %) tad-drittijiet
tal-voti huma meqjusa għalhekk bħala sehem kbir li kapaċi
jinfluwenza l-istruttura tal-votazzjoni f’kumpanija. Huwa għalhekk xieraq
li jintuża l-livell tal-5 % għall-finijiet li jkun ristrett
investiment simultanju f’aktar minn aġenzija waħda
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Din il-miżura ma titstax titqies
bħala sproporzjonata meta jitqies li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu reġistrati kollha fl-Unjoni huma kumpaniji li mhumiex elenkati
fil-Borża u għalhekk mhumiex suġġetti għar-regoli
proċedurali u ta’ trasparenza li japplikaw għall-kumpaniji elenkati
fl-UE. Spiss kumpaniji mhux elenkati huma mmexxija minn protokolli jew ftehim
tal-azzjonisti u n-numru ta’ azzjonisti jew membri huwa normalment baxx.
Għalhekk, anki pożizzjoni minuri f’aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu li mhix elenkata tista’ tkun ta’ influwenza. Madankollu, sabiex
jiġi żgurat li investimenti purament ekonomiċi f’aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għadhom possibbli, din il-limitazzjoni
ta’ investimenti simultanji f’iktar minn aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu waħda ma għandhiex tiġi estiża
għall-investimenti li jsiru permezz ta’ skemi ta’ investiment kollettivi
ġestiti minn partijiet terzi indipendenti mill-investitur u mhux
suġġetti għall-influwenza tiegħu jew tagħha. (17)
Ir-regoli l-ġodda li jillimitaw it-tul
tar-relazzjoni tan-negozju bejn emittent u l-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu jagħti tifsila ġdida sinifikanti lis-suq ta’
klassifikazzjoni tal-kreditu fl-Unjoni, li llum għadu fil-parti l-kbira
tiegħu kkonċentrat. Ikun hemm opportunitajiet ġodda ta’ suq
għal aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu żgħar jew
ta’ daqs medju, li jkollhom bżonn jiżviluppaw biex jieħdu
f’idejhom dawk l-impenji fl-ewwel snin wara d-dħul fis-seħħ
tar-regoli l-ġodda. Huwa probabbli li dawk l-iżviluppi jġibu
diversità ġdida fis-suq. Madankollu, l-għanijiet u l-effettività
tar-regoli l-ġodda jkunu fil-biċċa l-kbira fil-periklu jekk, matul
dawk is-snin tal-bidu, aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kbar u
stabbiliti jżommu lill-kompetituri tagħhom milli jiżviluppaw
alternattivi kredibbli billi jakkwistawhom. Iktar konsolidazzjoni fis-suq
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mmexxija minn atturi kbar u stabbiliti
tirriżulta fi tnaqqis tan-numru ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu reġistrati u disponibbli, u b’hekk jinħolqu
diffikultajiet ta’ għażla għall-emittenti fil-mument li fih
jeħtieġu jaħtru regolarment xi aġenzija ġdida
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu waħda jew iktar u jiġi mfixkel
il-funzjonament bla intoppi tar-regoli l-ġodda. Iktar importanti minn
hekk, il-konsolidazzjoni mmexxija minn aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu kbar u stabbiliti tostakola b’mod partikolaril-iżvilupp ta’
iktar diversità fis-suq. (18)
L-effettività tar-regoli fuq l-indipendenza u
l-prevenzjoni tal-kunflitt ta’ interess li jesiġu li l-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandhomx jipprovdu għal perjodu
twil ta’ żmien servizzi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu lill-istess
emittent tista’ tkun imminata jekk l-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu jitħallew isiru direttament jew indirettament azzjonisti jew
membri ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra. (19)
Huwa importanti jiġi żgurat li l-modifiki
fil-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni ma jirriżultawx
f’metodoloġiji inqas rigorużi. Għal dak il-għan,
l-emittenti, l-investituri u partijiet interessati oħrajn għandu
jkollhom l-opportunità li jikkummentaw dwar kwalunkwe tibdil intenzjonat
fil-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni. Dan jgħinhom jifhmu
r-raġunijiet wara l-metodoloġiji l-ġodda u t-tibdil li jkun sar.
Il-kummenti provduti mill-emittenti u l-investituri dwar l-abbozz ta’
metodoloġiji jistgħu jkunu ta’ kontribut siewi għall-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fid-definizzjoni tal-metodoloġiji. Barra
minn hekk, l-AETS għandha tivverifika u tikkonferma l-konformità ta’
metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni ġodda mal-Artikolu 8(3)
tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u l-istandard regolatorju tekniku
rilevanti qabel ma l-metodoloġiji jiġu applikati fil-prattika. L-AETS
għandha tivverifika li l-metodoloġiji proposti huma rigorużi,
sistematiċi, kontinwi u soġġetti għal validazzjoni bbażata
fuq l-esperjenza storika, fosthom il-back-testing. Iżda dan
il-proċess tal-verifika ma għandux jagħti lill-AETS kull poter
li tiġġudika kemm tkun xierqa l-metodoloġija proposta jew
il-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu wara l-applikazzjoni
tal-metodoloġiji. (20)
Minħabba l-kumplessità ta’ strumenti ta'
finanzjament strutturatta' finanzjament strutturat, l-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mhux dejjem irnexxielhom jiżguraw kwalità
għolja ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa fuq
strumenti bħal dawn. Dan wassal għal telf ta’ kunfidenza tas-suq
f’dan it-tip ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. Sabiex terġa’ tikseb
il-kunfidenza jkun xieraq li l-emittenti jew il-partijiet terzi tagħhom
jintalbu jinvolvu żewġ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
differenti biex jipprovdu klassifikazzjoni tal-kreditu fuq strumenti ta'
finanzjament strutturatta' finanzjament strutturat, li jistgħu jwasslu
għal valutazzjonijiet differenti u kontra xulxin. Dan inaqqas ukoll
id-dipendenza żejda fuq klassifikazzjoni tal-kreditu waħda. (21)
Id-Direttiva xxxx/xx/UE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill ta’ […] dwar l-aċċess għall-attività
tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u s-superviżjoni prudenzjali
tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u l-kumpaniji ta’ investiment[18]
introduċiet dispożizzjoni li titlob li ’l-banek u ’l-kumpaniji
tal-investiment jivvalutaw ir-riskju tal-kreditu ta’ entitajiet u strumenti
finanzjarji li fihom jinvestu huma stess u mhux sempliċiment
jistrieħu f’dan ir-rigward fuq klassifikazzjonijiet esterni. Din ir-regola
għandha tiġi estiża għal kumpaniji finanzjarji regolati
taħt il-liġi tal-Unjoni, inklużi l-ġesturi tal-investiment.
L-Istati Membri ma għandhomx ikunu intitolati li jimponu regoli li
jippermettu dipendenza iktar stretta ta’ dawn l-investituri fuq
il-klassifikazzjonijiet esterni. (22)
Barra minn hekk, il-possibiltajiet tal-investituri
li jagħmlu valutazzjoni infurmata tal-affidabbiltà kreditizja ta’
strumenti ta' finanzjament strutturat jitjiebu jekk l-investituri jiġu
pprovduti b’informazzjoni suffiċjenti dwar dawn l-istrumenti. Dan inaqqas
id-dipendenza tal-investituri fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu. Barra minn
hekk, hemm il-probabbiltà li l-iżvelar ta’ informazzjoni rilevanti dwar
strumenti ta' finanzjament strutturat jsaħħaħ il-kompetizzjoni
bejn l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, għax jista’ jwassal
għal żieda fin-numru ta’ klassifikazzjonijiet mhux solleċitati. (23)
L-investituri, l-emittenti u partijiet interessati
oħrajn għandu jkollhom aċċess għal informazzjoni
aġġornata dwar il-klassifikazzjoni fuq paġna elettronika
ċentrali. Indiċi Ewropew tal-Klassifikazzjoni (EURIX) stabbilit
mill-AETS għandu jippermetti lill-investituri biex faċilment iqabblu
l-klassifikazzjonijiet kollha li jeżistu fir-rigward ta’ entità
speċifika klassifikata u jipprovdihom bi klassifikazzjonijiet medji. Biex l-investituri
jkunu jistgħu jqabblu l-klassifikazzjonijiet fuq l-istess entità
maħruġa minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
differenti huwa meħtieġ li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu jużaw skala ta’ klassifikazzjoni armonizzata, żviluppata
mill-AETS u adottata mill-Kummissjoni bġala standard tekniku regolatorju.
L-użu tal-iskala tal-klassifikazzjoni armonizzata għandha tkun
mandatorja biss għall-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjonijiet fuq
il-webpage tal-EURIX filwaqt li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu għandhom ikunu ħielsa li jużaw l-iskali tagħhom
ta’ klassifikazzjoni meta jippubblikaw il-klassifikazzjonijiet fuq il-websajts
tagħhom stess. L-użu mandatorji ta’ skala tal-klassifikazzjoni armonizzata
ma għandux ikollhom effett armonizzat fuq il-metodoloġiji u
l-proċessi tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, iżda
għandu jkun limitat biex ir-riżultat tal-klassifikazzjoni jkun jista’
jitqabbel. Huwa importanti li l-webpage tal-EURIX turi, b’żieda
mal-indiċi tal-klassifikazzjoni aggregat, il-klassifikazzjonijiet kollha
disponibbli skont l-instrument biex l-investituri jkunu jistgħu
jikkonsidraw il-varjetà sħiħa tal-opinjonijiet qabel ma jieħdu
d-deċiżjoni tagħhom ta’ investiment. L-indiċi
tal-klassifikazzjoni aggregat jista’ jgħin lill-investituri biex jiksbu
l-ewwel indikazzjoni tal-kreditizja ta’ entità. Il-EURIX għandu jgħin
aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ġodda u iżgħar
biex jiksbu l-viżibbiltà. L-Indiċi Ewropew tal-Klassifikazzjoni
jikkomplimenta l-informazzjoni dwar dejta storika ta’ prestazzjoni li trid
tiġi ppubblikata minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
fir-repożitorju ċentrali tal-AETS. Il-Parlament Ewropew
appoġġa l-istabbiliment ta’ Indiċi Ewropew tal-Klassifikazzjoni
bħal dan fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tat-8 ta’ Ġunju 2011[19]. (24)
Klassifikazzjonijiet tal-kreditu, kemm jekk
maħruġa għal skopijiet regolatorji jew le, għandhom impatt
sinifikanti fuq deċiżjonijiet ta’ investiment. Għalhekk,
l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom responsabbiltà
importanti lejn l-investituri billi jiżguraw li dawn jikkonformaw
mar-regoli tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 sabiex il-klassifikazzjonijiet
tagħhom ikunu indipendenti, oġġettivi u ta’ kwalità adegwata.
Madankollu, fin-nuqqas ta’ relazzjoni kuntrattwali bejn l-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-investitur, l-investituri mhumiex dejjem
f’qagħda li jinforzaw ir-responsabbiltà tal-aġenzija lejhom.
Għalhekk, huwa importanti li jkun hemm provvediment għal dritt
adegwat ta’ rimedju għall-investituri li qagħdu fuq klassifikazzjoni
tal-kreditu maħruġa bi ksur tar-regoli tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.
L-investitur għandu jkun kapaċi jżomm lill-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu responsabbli għal kwalunkwe ħsara
kkawżata minn ksur ta’ dak ir-Regolament li kellu impatt fuq
ir-riżultat tal-klassifikazzjoni. Ksur li ma għandux impatt fuq
ir-riżultat tal-klassifikazzjoni, bħall-ksur ta’ obbligi ta’
trasparenza, ma għandux iqanqal talbiet I għal riżarċiment
minħabba responsabbiltà ċivili. (25)
L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
għandhom jinżamu responsabbli biss jekk jiksru intenzjonalment jew
minħabba negliġenza sejra kwalunkwe obbligu impost fuqhom
mir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Dan l-istandard ta’ tort ifisser li
l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandhomx
jaffaċċjaw talbiet għal riżarċiment jekk jittraskuraw l-obbligi
individwali taħt ir-Regolament mingħajr ma jinjoraw d-dmirijiet
tagħhom b’mod serju. Dan l-istandard ta’ tort huwa xieraq għax
l-attività tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tinvolvi ċertu ammont ta’
valutazzjoni ta’ fatturi ekonomiċi kumplessi u l-applikazzjoni ta’
metodoloġiji differenti tista’ twassal għal riżultati ta’
klassifikazzjonijiet differenti, li l-ebda waħda minnhom ma tista’ tkun
kwalifikata bħala inkorretta. (26)
Huwa importanti li l-investituri jiġu
pprovduti bid-dritt effettiv għal rimedju kontra l-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Billi l-investituri ma għandhomx
għarfien mill-qrib tal-proċeduri interni fi ħdan l-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu revoka parzjali tal-oneru tal-prova fir-rigward
tal-eżistenza ta’ xi ksur u l-impatt tal-ksur fuq ir-riżultati
tal-klassifikazzjonijiet jidher li jkun xieraq jekk l-investitur ikollu
każ raġonevoli favur l-eżistenza ta’ ksur bħal dan.
Madankollu, l-oneru tal-prova fir-rigward tal-eżistenza ta’ xi dannu u
l-kawżalità tal-ksur għad-dannu, ladarba t-tnejn huma eqreb l-isfera
tal-investitur, għandu jkun kollu kemm hu fuq l-investitur. (27)
Fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw
ir-responsabbiltà ċivili ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu u li mhumiex koperti b’dan ir-regolament, kwistjonijiet bħal
dawn għandhom ikunu rregolati mil-liġi nazzjonali applikabbli
determinata mir-regoli rilevanti tal-Liġi Privata Internazzjonali.
Il-qorti kompetenti li tiddeċiedi dwar talba għar-riżarċiment
minħabba responsabbiltà ċivili miġjuba minn investitur
għandha tkun determinata mir-regoli rilevanti tal-Ġurisdizzjoni
Internazzjonali. (28)
Il-fatt li investituri istituzzjonali inklużi
ġesturi tal-investiment huma obbligati jwettqu l-valutazzjoni tagħhom
stess tal-affidabbiltà kreditizja tal-assi ma għandux iwaqqaf il-qrati
milli jsibu li l-ksur ta’ dan ir-Regolament minn aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kkawża dannu lill-investitur li
għalih dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu hija
responsabbli. Waqt illi dan ir-Regolament se jtejjeb il-possibbiltajiet
tal-investituri biex jagħmlu valutazzjoni tar-riskju tagħhom stess se
jkompli jkollhom iktar aċċess limitat għall-informazzjoni
mill-aġenziji tal-kreditu nfushom. Barra minn hekk, partikularment investituri
iżgħar spiss se jkun jonqoshom il-kapaċità għal
reviżjoni kritika ta’ klassifikazzjoni esterna provduta minn aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. (29)
Sabiex ikomplu jittaffew il-kunflitti ta’ interess
u tiġi faċilitata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, huwa importanti jiġi żgurat li
t-tariffi ċċarġjati mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu lill-klijenti ma jkunux diskriminatorji. Id-differenzi fit-tariffi
ċċarġjati għall-istess tip ta’ servizz għandu jkun
ġustifikabbli biss minn differenza fil-kost attwali biex ikun provdut dan
is-servizz lil klijenti differenti. Barra minn hekk, it-tariffi
ċċarġjati għal servizzi ta’ klassifikazzjoni lil xi
emittent speċifiku ma għandhomx jiddependu fuq ir-riżultati tax-xogħol
li jkun sar jew fuq il-provvediment ta’ servizzi relatati (anċillari).
Barra minn hekk, sabiex tkun tista’ sseħħ is-superviżjoni
effettiva ta’ dawk ir-regoli, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
għandha tiżvela lill-AETS it-tariffi riċevuti minn kull
wieħed mill-klijenti tagħhom kif ukoll il-politika ġenerali dwar
il-prezz li jitolbu. (30)
Sabiex ikun hemm kontribuzzjoni
għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet sovrani kredibbli u
aġġornati u biex jiġi faċilitat il-fehim tal-utenti, huwa
importanti li l-klassifikazzjonijiet jiġu riveduti regolarment. Huwa
importanti wkoll li jiżdiedu t-trasparenza dwar ix-xogħol ta’
riċerka mwettaq, il-persunal allokat għat-tħejjija
tal-klassifikazzjonijiet u s-suppożizzjonijiet sottostanti wara
l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu magħmula mill-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu relatati mad-dejn sovran. (31)
Ir-regoli kurrenti diġà jipprovdu għal
klassifikazzjonijiet li jridu jitħabbru lill-entità klassifikata 12-il
siegħa qabel il-pubblikazzjoni tagħhom. Sabiex jiġi evitat li
din in-notifika ssir barra l-ħinijiet tax-xogħol u sabiex l-entità
klassifikata jitħallielha biżżejjed ħin biex tivverifika
l-korrettezza tad-dejta li fuqha msejsa l-klassifikazzjoni, għandu
jiġi ċċarat li l-entità klassifikata għandha tiġi
notifikata jum sħiħ ta’ ħidma qabel il-pubblikazzjoni
tal-klassifikazzjoni jew ta’ prospett ta’ klassifikazzjoni. (32)
Fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet ta’
klassifikazzjonijiet sovrani u sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-volatilità, huwa
xieraq li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jintalbu jippubblikaw
biss dawn il-klassifikazzjonijiet wara l-għeluq tan-negozju tal-postijiet
tal-kummerċ stabbiliti fl-Unjoni u talanqas siegħa qabel ma
jiftħu. (33)
Standards tekniċi fis-servizzi finanzjarji
għandhom jiżguraw protezzjoni adegwata tad-depożituri, l-investituri
u l-konsumaturi fl-Unjoni kollha. Bħala korp b’kompetenza
speċjalizzata, ikun effiċjenti u xieraq li l-AETS tiġi fdata
bl-elaborazzjoni tal-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’
implimentazzjoni li ma jinvolvux għażliet ta’ politika, biex jitressqu
quddiem il-Kummissjoni. (34)
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-abbozz
tal-istandards tekniċi regolatorji żviluppati mill-AETS li
jirrigwardaw il-kontenut tal-fajl tal-handover meta aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tiġi sostitwita minn aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra, il-kontenut, il-frekwenza u
l-preżentazzjoni tal-informazzjoni pprovduti mill-emittenti fuq strumenti
ta' finanzjament strutturat, l-armonizzazzjoni tal-iskala ta’ klassifikazzjoni
standard li jridu jintużaw mill-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, il-preżentazzjoni tal-informazzjoni,
inklużi l-istruttura, il-format, il-metodu u ż-żmien
tar-rappurtar, li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
għandhom jiżvelaw lill-AETS b’relazzjoni mal-EURIX u l-kontenut u
l-format tar-rappurtar perjodiku fuq it-tariffi ċċarġjati
mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għall-iskopijiet ta’
superviżjoni kontinwa mill-AETS. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk
l-istandards permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290
tat-Trattat u skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. (35)
Ir-Regolament (UE) Nru 1060/2009 jippermetti
li l-klassifikazzjonijiet maħruġa f'pajjiżi terzi jintużaw
għal skopijiet regolatorji fil-każ li dawn jinħarġu minn
aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu skont l-Artikolu 5 jew li
jkunu approvati minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbiliti
fl-Unjoni skont l-Artikolu 4 (3) ta' dak ir-Regolament.
Iċ-ċertifikazzjoni tirrikjedi li l-Kummissjoni tkun adotatt
deċiżjoni ta' ekwivalenza fir-rigward tar-reġim regolatorju
tal-pajjiż terz għal aġenziji tal-klassifkazzjoni tal-kreditu u
l-approvazzjoni tirrikjedi li l-mġiba tal-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-pajjiż terz tissodisfa
r-rekwiżiti li huma tal-anqas stretti daqs ir-regoli relevanti tal-UE.
Uħud mid-dispożizzjonijiet introdotti minn dan ir-Regolament ma
għandhomx japplikaw għall-valutazzjoni dwar l-ekwivalenza u dwar
l-approvazzjoni: Dan huwa l-każ għal dawk id-dispożizzjonijiet
li jistabbilixxu biss obbligi fuq l-emittenti iżda mhux fuq
l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Barra minn hekk, l-artikoli
relatati mal-istruttura tas-suq tal-klassifikazzjoni fi ħdan l-UE aktar
milli mal-istabbiliment tar-regoli ta' mġiba għall-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandhomx jitqiesu f'dan il-kuntest.
Sabiex il-pajjiżi terzi jingħataw biżżejjed żmien biex
jaġġoranw l-oqfsa regolatorji tagħhom fir-rigward
tad-dispożizzjonijiet sostantivi ġodda li fadal, dawn
tal-aħħar għandhom japplikaw biss għall-iskop
tal-valutazzjonijiet tal-ekwivalenza u tal-approvazzjoni b'seħħ mill-1 ta' Ġunju 2014.
Huwa ta' importanza f'dan ir-rigward li jitfakkar li reġim regolatorju ta'
pajjiż terz ma għandux regoli identiċi bħal dawk stipulati
f'dan ir-Regolament. Kif diġà stipulat fir-Regolament Nru 1060/2009,
sabiex reġim jitqies ekwivalenti jew strett daqs ir-reġim regolatorju
tal-UE għandu jkun biżżejjed li pajjiż terz jikseb l-istess
oġġettivi u l-effetti fil-prattika. (36)
Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament,
jiġifieri t-tisħiħ tal-indipendenza tal-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, il-promozzjoni ta’ proċessi u
metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu b’saħħithom,
it-teħfif tar-riskji assoċjati ma’ klassifikazzjonijiet sovrani,
it-tnaqqis tar-riskju ta’ dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet
tal-kreditu minn parteċipanti tas-suq, u l-assigurazzjoni ta’ dritt
għar-rimedju lill-investituri, ma jistgħux jintlaħqu b’mod
suffiċjenti f’livell ta’ Stat Membru u għalhekk jistgħu,
minħabba l-istruttura pan-Ewropea u l-impatt tal-attivitajiet
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jridu jiġu moniterjati, jinkisbu
aħjar f’livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ taddotta miżuri skont
il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5
tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità,
kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li
hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. (37)
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009
għandu jiġi emendat skont dan, ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 huwa
emendat kif ġej: (1) L-Artikolu 1 jinbidel b’li
ġej: “Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jintroduċi
approċċ regolatorju komuni sabiex itejjeb l-integrità,
it-trasparenza, ir-responsabbiltà, il-governanza tajba u l-affidabbiltà ta’
attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, li jikkontribwixxi
għall-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa
fl-Unjoni, u b’hekk jikkontribwixxi għall-funzjonament bla intoppi tas-suq
intern filwaqt illi jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni
għall-konsumatur u għall-investitur. Jistabbilixxi kundizzjonijiet
għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu u regoli dwar
l-organizzazzjoni u l-imġiba tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu, inklużi l-azzjonisti u l-membri tagħhom,
għall-promozzjoni tal-indipendenza tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu, biex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess u għat-titjib
tal-protezzjoni tal-konsumatur u l-investitur. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll obbligi
għall-emittenti, oriġinaturi u sponsers stabbiliti fl-Unjoni
fir-rigward tal-istrumenti ta' finanzjament strutturat.” (2) fl-ewwel paragrafu
tal-Artikolu 2, “Komunità” tinbidel bi "Unjoni"; (3) L-Artikolu 3(1) huwa emendat
kif ġej: (a) fil-punt (g), “Komunità” tinbidel bi
"Unjoni"; (b) fil-punt (m), “Komunità” tinbidel bi
"Unjoni"; (c) il-punti li ġejjin huma
miżjuda: '(s) “emittent” tfisser emittent kif definit
fil-punt (h) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/71/KE; (t) “oriġinatur” tfisser
oriġinatur kif definit fil-punt (41) tal-Artikolu 4
tad-Direttiva 2006/48/KE; (u) “sponser” tfisser sponser kif definit
fil-punt (42) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE; (v) “klassifikazzjoni sovrana” tfisser: (i) klassifikazzjoni tal-kreditu fejn
l-entità klassifikata hija Stat jew awtorità reġjonali jew lokali ta’
Stat, (ii) klassifikazzjoni tal-kreditu fejn
l-emittent tal-dejn jew tal-obbligu finanzjarju, titolu ta’ dejn jew strument
finanzjarju ieħor huwa Stat jew awtorità reġjonali jew lokali ta’
Stat; (w) “prospetti ta’ klassifikazzjoni” tfisser
opinjoni fir-rigward tad-direzzjoni probabbli li se tieħu
l-klassifikazzjoni tal-kreditu fi żmien qasir jew medju.'; (4) L-Artikolu 4 huwa emendat kif
ġej: (a) fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1,
“Komunità” tinbidel bi "Unjoni"; (b) fil-paragrafu 2, “Komunità” tinbidel bi
"Unjoni"; (c) il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej; (i) fis-sentenza tal-bidu, “Komunità”
tinbidel bi "Unjoni"; (ii) il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
'l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
vverifikat u hija kapaċi li turi fuq bażi kontinwa lill-Awtorità
Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieqi) stabbilita
bir-Regolament (UE) Nru 1095/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*)
(AETS), li l-mġiba tal-attivitajiet tal-klassifkazzjoni tal-kreditu minn
aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ta' pajjiż terz
jirriżulta fil-ħruġ ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li
għandha tiġi approvata jissodisfa r-rekwiżiti li huma tal-anqas
stretti daqs ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 12,
bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 6a, 8a, 8b u 11a. (*) ĠU L 331, 15.12.2010, p.84.'; (d) fil-paragrafu 4,
"Komunità" tinbidel bi "Unjoni"; (5) L-Artikolu 5 huwa emendat kif
ġej. (a) fil-paragrafu 1, “Komunità” tinbidel
bi "Unjoni"; (b) fil-paragrafu 6, il-punt (b)
tat-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej: '(b) l-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu f'dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal regoli
vinkolanti li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 12
u fl-Anness I, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 6a, 8a, 8b u 11a;
u'; (c) il-paragrafu 8 jinbidel b’li
ġej: 'L-Artikoli 20, 23b u 24 għandhom japplikaw
għal aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ċertifikati u
għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa minnhom.'; (6) Jiddaħħlu l-Artikoli 5a u 5b
li ġejjin: ''Artikolu 5a Dipendenza żejda fuq klassifikazzjonijiet
tal-kreditu minn istituzzjonijiet finanzjarji Istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti
tal-investiment u impriżi tar-riassigurazzjoni, istituzzjonijiet
għall-provvedimenti ta’ wara l-irtirar mill-impieg, kumpaniji ta’
ġestjoni u investiment, ġesturi ta’ fondi ta’ investimenti
alternattivi u kontrapartijiet ċentrali kif definiti fir-Regolament (UE)
Nru xx/201x tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ xx xxx 201x dwar
derivattivi tal-OTC, kontrapartijiet ċentrali u
repożitorji tal-kummerċ[20] għandhom
jagħmlu l-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tagħhom stess u ma
għandhomx jistrieħu biss jew jistrieħu mekkanikament fuq
klassifikazzjonijiet tal-kreditu għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà
kreditizja ta’ entità jew strument finanzjarju. L-awtoritajiet kompetenti
responsabbli tas-superviżjoni ta’ dawn l-impriżi għandhom
jiċċekkjaw mill-qrib l-adegwatezza tal-proċessi ta’ valutazzjoni
tal-kreditu tal-impriżi. Artikolu 5b Id-dipendenza fuq
il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej
u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku L-Awtorità Superviżorja
Ewropea (L-Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) (EBA), l-Awtorità Superviżorja
Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol)
stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill (**) (l-AEAPX/EIOPA) u l-AETS ma għandhomx jirreferu
għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fil-linjigwida,
rakkomandazzjonijiet u abbozzi ta’ standards tekniċi tagħhom, fejn
referenzi bħal dawn għandhom il-potenzjal li jqanqlu dipendenza mekkanika
fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu minn awtoritajiet kompetenti jew
parteċipanti tas-suq finanzjarju. Skont dan, u sa mhux iktar tard mill-31
ta’ Diċembru 2013, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jirrevedu u
jneħħu fejn hu xieraq ir-referenzi kollha
għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu f’linjigiwda u
r-rakkommandazzjonijiet eżistenti. Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju
Sistemiku (BERS/ESRB) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1092/2010
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar
is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea fuq is-sistema finanzjarja u
li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (***) ma għandux
jirreferi għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fit-twissijiet u
r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fejn referenzi bħal dawn għandhom
il-potenzjal li jqanqlu dipendenza mekkanika fuq il-klassifikazzjonijiet
tal-kreditu. * ĠU L , , p. . ** ĠU L 331, 15.12.2010,
p. 48. *** ĠU
L 331, 15.12.2010, p. 1.'; (7) L-Artikolu 6(1) jinbidel b’li
ġej: '1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu għandha tieħu l-passi neċessarji kollha biex
tiżgura li l-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jew prospetti
ta’ klassifikazzjonima ma tkunx affettwata minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess
eżistenti jew potenzjali jew relazzjoni ta’ negozju li tinvolvi l-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li toħroġ il-klassifikazzjoni
tal-kreditu jew il-prospett tal-klassifikazzjoni, lill-maniġers,
l-analisti tal-klassifikazzjoni, l-impjegati tagħha jew lil kwalunkwe
persuna naturali oħra tagħha li s-servizzi tagħhom huma
għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu,jew kwalunkwe persuna marbuta direttament jew
indirettament magħha b’kontroll.'; (8) Jiddaħħlu l-Artikol 6a
u 6b li ġejjin: 'Artikolu 6a Kunflitti ta’ interess li jikkonċernaw
l-investimenti f’aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu 1. Azzjonist jew membru ta’ aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li huwa d-detentur
ta' isħma ta' mill-anqas 5 % tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot
f'dik l-aġenzija ma għandux (a) ikollu 5 % jew aktar mill-kapital ta’ kwalunkwe aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu oħra. Din il-projbizzjoni ma tapplikax għal pussess fi
skemi kollettivi diversifikati, inklużi fondi ġestiti bħal fondi
għall-pensjoni jew assigurazzjoni tal-ħajja, sakemm il-pussess fi
skemi diversifikati u kollettivi ta’ investiment ma jpoġġux/lilu jew
lilha f’qagħda ta’ influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet
tan-negozju ta’ dawk l-iskemi; (b) ikollu d-dritt jew is-setgħa
jeżerċita 5 % jew aktar mid-drittijiet tal-vot fi kwalunkwe
aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra; (c) ikollu d-dritt jew is-setgħa li
jaħtar jew ineħħi membri tal-korp amministrattiv,
ġestjonarju jew superviżorju ta’ kwalunkwe aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra; (d) ikun membru tal-korp amministrattiv,
tal-maniġment jew superviżorju ta’ kwalunkwe aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra; (e) ikollu s-setgħa li jħaddem
influwenza jew kontroll dominanti fuq kwalunkwe aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra. 2. Dan l-Artikolu ma japplikax għal
investimenti f’aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħrajn li
jappartjenu għall-istess grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu. Artikolu 6b It-tul ta' żmien massimu tar-relazzjoni
kuntrattwali ma’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu 1. Fejn aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tkun daħlet f’kuntratt mal-emittent jew il-parti terza
relatata miegħu għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet
tal-kreditu fuq dak l-emittent, ma għandhiex toħroġ klassifikazzjonijiet
tal-kreditu fuq dak l-emittent għal perjodu li jaqbeż it-tliet snin. 2. Fejn aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun daħlet f’kuntratt ma’ emittent jew
il-parti terza relatata miegħu għall-ħruġ ta’
klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq l-istrumenti tad-dejn ta’ dak l-emittent,
għandu japplika dan li ġej: (a) meta dawk il- klassifikazzjonijiet
tal-kreditu joħorġu f’perjodu li jaqbeż perjodu inizjali ta’
tnax-il xahar imma iqsar minn tliet snin, l-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandhiex toħroġ iktar
klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq dawk l-istrumenti tad-dejn mill-mument li
fih ikunu ġew klassifikati għaxar strumenti ta’ dejn; (b) meta tal-anqas għaxar
klassifikazzjoni tal-kreditu jkunu ħarġu fil-perjodu inizjali ta’ tnax-il
xahar, dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu ma għandhiex toħroġ iktar klassifikazzjonijiet
tal-kreditu fuq dawk l-istrumenti tad-dejn wara tmiem dak il-perjodu; (c) meta joħorġu inqas minn
għaxar klassifikazzjoni, l-aġenzijatal-
klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandhiex toħroġ iktar
klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq dawk l-istrumenti tad-dejn mill-mument li
jgħaddu 3 snin. 3. Fil-każ li emittenti ikun daħal
f'kuntratt fir-rigward l-istess kwistjoni ma' aktar minn aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu waħda, il-limitazzjonijiet stipulati
fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw biss għal waħda minn
dawn l-aġenziji. Madankollu, l-ebda waħda minn dawn l-aġenziji
għandu jkollhom relazzjoni kuntrattwali mal-emittent li taqbeż
il-perjodu ta' sitt snin. 4. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu msemmija fil-paragarafi 1 sa 3 ma għandhiex tidħol
f’kuntratt mal-emittent jew mal-partijiet terzi relatati miegħu
għall-ħruġ ta’ klassfikazzjonijiet tal-kreditu fuq l-emittent
jew l-istrumenti tad-dejn tiegħu għal perjodu ta’ erba’ snin
mit-tmiem tat-tul massimu tar-relazzjoni kuntrattwali msemmija fil-paragrafi 1
sa 3. L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll
għal: (a) aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tappartjeni għall-istess grupp ta’
aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħall-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu msemmija fil-paragrafi 1 u 2; (b) aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li hija azzjonista jew membru ta’
aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu msemmija fil-paragrafi 1 u 2; (c) aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fejn l-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu msemmija fil-paragrafu 1 u 2 hija azzjonista jew membru. 5. Il-paragrafi 1 sa 4
ma għandhomx japplikaw għal klassifikazzjonijiet sovrani. 6. Fejn wara t-tmiem tat-tul massimu
tar-relazzjoni kuntrattwali, skont ir-regoli fil-paragrafi 1 u 2, aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tiġi sostitwita minn aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra, l-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li toħroġ mix-xena għandha
tipprovdi lill-aġenzija ttal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tidħol
flokha b’fajl ta’ handover. Dan il-fajl għandu jinkludi
informazzjoni rilevanti rigward l-entità klassifikata u l-istrumenti tad-dejn
klassifikati kif inhu raġonevolment meħtieġ biex tiġi
żgurata l-komparabbiltà mal-klassifikazzjonijiet imwettqa
mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li toħroġ
mix-xena. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni li
toħroġ mix-xena għandha tkun kapaċi turi lill-AETS li din
l-informazzjoni ġiet provduta lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu li tidħol flokha. 7. L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’
standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti
tekniċi fuq il-kontenut tal-fajl ta’ handover imsemmi fil-paragrafu
5. L-AETS għandha tressaq dawk l-abbozzi ta’
standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex
tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont
il-proċedura stabbilita fl-Artikolu minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE)
Nru 1095/2010. (9) L-Artikolu 7(5) jinbidel kif
ġej: '5. Evalwazzjoni tal-kumpens u
tal-prestazzjoni tal-analisti tal-klassifikazzjoni u l-persuni li japprovaw
il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jew il-prospetti tal-klassifikazzjoni ma
għandhomx ikunu jiddependu fuq l-ammont ta’ dħul li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkollha
mill-entitajiet klassifikati jew il-partijiet terzi relatati.'; (10) L-Artikolu 8 huwa emendat kif
ġej: (a) il-paragrafu 2 jinbidel b’li
ġej: '2. Aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha taddotta, timplimenta u
ssaħħaħ miżuri adegwati biex tiżgura li
l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti tal-klassifikazzjoni li
toħroġ ikunu bbażati fuq analiżi bir-reqqa
tal-informazzjoni kollha disponibbli għaliha u li hija rilevanti
għall-analiżi tagħha skont il-metodoloġiji
tal-klassifikazzjoni applikabbli. Għandha taddotta l-miżuri
meħtieġa kollha ħalli l-informazzjoni li tuża fl-assenjazzjoni
tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u tal-prospetti tal-klassifikazzjoni tkun
ta’ kwalità suffiċjenti u minn sorsi affidabbli.'; (b) f’paragrafu 5, jiżdied it-tieni
subparagrafu: 'Klassifikazzjonijiet sovrani għandhom
jiġu riveduti minn talanqas kull sitt xhur.'; (c) jiddaħħal il-paragrafu 5a kif
ġej: '5a. Aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għandha l-ħsieb tibdel jew
tuża xi metodoloġiji ġodda ta’ klassifikazzjoni, mudelli jew
suppożizzjonijiet ewlenin ta’ klassifikazzjoni għandha tippubblika
t-tibdil propost jew il-metodoloġiji ġodda proposti fuq is-sit
elettroniku tagħha u tistieden lill-azzjonisti jissottomettu l-kummenti
għal perjodu ta’ żmien mhux inqas minn xahar, flimkien ma’
spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal u l-implikazzjonijiet
tat-tibdil propost jew tal-metodoloġiji ġodda proposti. Wara li jiskadi l-perjodu ta’
konsultazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tinnotifika lill-AETS bit-tibdil
maħsub jew bil-metodoloġiji ġodda proposti.'; (d) paragrafu 6 huwa emendat kif ġej: (i) is-sentenza tal-bidu tinbidel kif
ġej: '6. Meta l-metodoloġiji, mudelli jew
suppożizzjonijiet ewlenin użati f’attivitajiet ta’ klassifikazzjoni
tal-kreditu jinbidlu wara d-deċiżjoni tal-AETS msemmija
fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 22a, aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu għandha:'; (ii) jiddaħħal il-punt (aa) li
ġej: '(aa) tippubblika minnufih fuq is-sit
elettroniku tagħha l-metodoloġiji ġodda bi spjegazzjoni
dettaljata dwarhom;'; (e) jiżdied il-paragrafu 7 li ġej: '7. Fejn aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditussir konxja ta’ żbalji fil-metodoloġiji tagħha jew
fl-applikazzjoni tagħhom hija għandha minnufih: (a) tinnotifika dawk l-iżbalji lill-AETS
kif ukoll lill-entitajiet klassifikati kollha affettwati; (b) tippubblika dawk l-iżbalji fuq
is-sit elettroniku tagħha; (c) tikkoreġi dawk l-iżbalji
fil-metodoloġiji; u (d) tapplika l-miżuri msemmija fil-punti
(a) sa (c) tal-paragrafu 6.'; (11) jiddaħlu l-Artikoli 8a u 8b li
ġejjin: 'Artikolu 8a Informazzjoni dwar strumenti ta' finanzjament
strutturat 1. L-emittent, l-oriġinatur u l-isponser ta’
strument finanzjarju strutturat stabbilit fl-Unjoni għandhom jiżvelaw
lill-pubbliku, skont il-paragrafu 4, l-informazzjoni fuq il-kwalità tal-kreditu
u l-prestazzjoni tal-assi individwali sottostanti tal-istrument finanzjarju
strutturat, l-istruttura tat-tranżazzjoni tat-titolizzazzjoni,
il-ħruġ u dħul ta’ flus u kwalunkwe valur kollaterali li jsostni
espożizzjoni tat-titolizzazzjoni kif ukoll kwalunkwe informazzjoni
meħtieġa biex isiru testijiet ta’ stress komprensivi u li tista’
toqgħod fuqhom fuq id-dħul u ħruġ ta’ flus u valuri
kollaterali li jappoġġaw l-espożizzjonijiet sottostanti. 2. L-obbligu li tiġi żvelata
l-informazzjoni skont il-paragrafu 1 ma għandux jiġi estiż
għall-provvediment ta’ din l-informazzjoni li tikser
id-dispożizzjonijiet statutorji li jiddeterminaw l-protezzjoni
tal-kunfidenzjalità tas-sorsi ta’ informazzjoni jew l-ipproċessar
tad-dejta personali. 3. L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’
standards regolatorji tekniċi biex tispeċifika: (a) l-informazzjoni li l-persuni msemmija
fil-paragrafu 1 għandhom jiżvelaw sabiex jikkonformaw mal-obbligu li
jirriżulta mill-paragrafu 1; (b) il-frekwenza li biha din l-informazzjoni
għandha tiġi aġġornata; (c) il-preżentazzjoni tal-informazzjoni
permezz ta’ mudell standardizzat apposta għall-iżvelar. L-AETS għandha tressaq dawk l-abbozzi ta’
standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex
taddotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu
skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru
1095/2010. 4. L-AETS għandha tiftaħ paġna
elettronika għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar strumenti ta'
finanzjament strutturat skont il-paragrafu 1. Artikolu 8b Żewġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu
ta’ strumenti ta' finanzjament strutturat 1. Fejn emittent jew parti terza relatata
għandu l-ħsieb jissolleċita klassifikazzjoni tal-kreditu ta’
strument finanzjarju strutturat, għandu jitqabbdutalanqas żewġ
aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Kull aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi l-klassifikazzjoni
tal-kreditu indipendenti tagħha stess. 2. L-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mibgħuta minn emittent jew il-partijiet
terzi relatati miegħu msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma
mal-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) l-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandhomx jappartjenu
għall-istess grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu; (b) l-ebda waħda
mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandha tkun
azzjonista jew membru ta’ kwalunkwe aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu oħra; (c) l-ebda waħda
mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandu jkollha
d-dritt jew is-setgħa li teżerċita d-drittijiet tal-vot fi
kwalunkwe aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra; (d) l-ebda waħda
mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandu jkollha
d-dritt jew is-setgħa li taħtar jew tneħħi membri tal-korp
amministrattiv, ġestjonarju jew superviżorju ta’ kwalunkwe
aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra; (e) l-ebda wieħed
mill-membri tal-korp amministrattiv, ġestjonarju jew superviżorju
f’aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mhuwa membru tal-korp
amministrattiv, ġestjonarju jew superviżorju ta’ kwalunkwe
aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra; (f) l-ebda waħda
mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandha
s-setgħa li teżerċita influwenza jew kontroll dominanti fuq
kwalunkwe aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra.'; (12) L-Artikolu 10(1) u (2) jinbidlu
kif ġej: '1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
għandha tiżvela kwalunkwe klassifikazzjoni tal-kreditu jew prospett
tal-klassifikazzjoni, kif ukoll kwalunkwe deċiżjoni biex twaqqaf
klassifikazzjoni tal-kreditu, fuq bażi mhux selettiva u f’waqtha.
Fl-eventwalità ta’ deċiżjoni biex titwaqqaf klassifikazzjoni
tal-kreditu, l-informazzjoni żvelata għandha tinkludi raġunijiet
sħaħ għad-deċiżjoni. L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll
għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li jitqassmu b’abbonament. 2. Aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
għandhom jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti
tal-klassifikazzjoni huma ppreżentati u pproċessati skont
ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima D tal-Anness I. '; (13) L-Artikolu 11(2) jinbidel b’li
ġej: '2. Kwalunkwe
aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu reġistrata u
ċertifikata għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni
f’repożitorju ċentrali stabbilit mill-AETS l-informazzjoni dwar
id-dejta storika tal-prestazzjoni tagħha inkluża l-frekwenza
tat-tranżizzjoni tal-klassifikazzjonijiet u l-informazzjoni dwar
il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa fil-passat u dwar
it-tibdil lisarilhom. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
għandha tipprovdi l-informazzjoni lil dak ir-repożitorju fuq formula
standard ipprovduta mill-AETS. L-AETS għandha tagħmel dik
l-informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku u għandha
tippubblika sommarju tal-informazzjoni dwar l-iżviluppi prinċipali
osservati fuq bażi annwali.'; (14) Jiddaħħal l-Artikolu 11a
li ġej: 'Artikolu 11a L-Indiċi Ewropew tal-Klassifikazzjoni 1. Kwalunkwe aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu reġistrata u ċertifikata għandha, meta
toħroġ klassifikazzjoni tal-kreditu jew prospett tal-klassifikazzjoni,
tressaq lill-AETS informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni, inklużi
l-klassifikazzjoni u l-prospetti tal-istrument ikklassifikat, informazzjoni
dwar it-tip ta’ klassifikazzjoni, it-tip ta’ azzjoni dwar il-klassifikazzjoni,
id-data u l-ħin tal-pubblikazzjoni. Il-klassifikazzjoni mressqa
għandha tkun ibbażata fuq l-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata
msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 21(4a). 2. L-AETS għandha tistabbilixxi Indiċi
Ewropew tal-Klassifikazzjoni li jinkludi l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu
kollha mressqa lill-AETS skont il-paragrafu 1 u indiċi ta’
klassifikazzjoni aggregat għal kwalunkwe strument ta’ dejn klassifikat.
L-indiċi u l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu individwali għandhom
jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-AETS.'; (15) fil-paragrafu 1
tal-Artikolu 14, "Komunità" tinbidel bi "Unjoni"; (16) L-Artikolu 18(2) jinbidel kif
ġej: "2. L-AETS għandha tikkomunika
lill-Kummissjoni, lill-ABE, lill-AEAPX, lill-awtoritajiet kompetenti u
lill-awtoritajiet kompetenti settorjali, kwalunkwe deċiżjoni
taħt l-Artikoli 16, 17 jew 20." (17) L-Artikolu 19(1) jinbidel kif
ġej: '1. AETS għandha
tiċċarġja t-tariffi lill-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu skont dan ir-Regolament u r-regolament dwar it-tariffi msemmija
fil-paragrafu 2. Dawk it-tariffi għandhom ikopru għalkollox
l-ispejjeż neċessarji tal-AETS fir-rigward tar-reġistrazzjoni,
iċ-ċertifikazzjoni u s-superviżjoni tal-aġenziji
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u r-rimborż ta’ kwalunkwe spejjeż li
l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jġarrbu fit-twettiq tal-ħidma
skont dan ir-Regolament, b’mod partikulari b’riżultat ta’ kwalunkwe delega
ta’ kompiti skont l-Artikolu 30'; (18) L-Artikolu 21 huwa emendat kif
ġej: (a) paragrafu 4 huwa emendat kif ġej: (i) is-sentenza tal-bidu tinbidel b’li ġej:
'L-AETS għandha
tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji u tekniċi biex
tispeċifika:' (ii) punt (e) jinbidel b’li ġej: '(e) il-kontenut u l-format tar-rappurtar
perjodiku tad-dejta dwar il-klassifikazzjonijiet li jrid jintalab minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
reġistrati u ċertifikati għall-iskop ta’ superviżjoni
kontinwa mill-AETS.' (iii) is-subparagrafi li ġejjin
jiżdiedu wara l-punt (e): 'L-AETS għandha tressaq dak l-abbozz ta’
standards regolatorji u tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2012. Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa
biex taddotta l-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-ewwel
subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14
tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.' (b) jiddaħħal il-paragrafu 4a li
ġej: '4a. L-AETS għandha
tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji u tekniċi biex
tispeċifika: (a) skala ta’ klassifikazzjoni standard
armonizzata biex tiġi użata skont l-Artikolu 11a, minn
aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati u
ċċertifikati, li se jkunu bbażati fuq il-metrika biex jitkejjel
ir-riskju tal-kreditu u n-numru ta’ kategoriji ta’ klassifikazzjoni u tinqata’
l-linja tal-valuri għal kull kategorija ta’ klassifikazzjoni; (b) il-kontenut u l-preżentazzjoni
tal-informazzjoni, inkluża l-istruttura, il-format, il-metodu u l-ħin
tar-rappurtar li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom
jiżvelaw lill-AETS skont l-Artikolu 11a (1); u (c) il-kontenut u l-format tar-rappurtar
perjodiku dwar it-tariffi ċċarġjati mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu li jridu jintalbu mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu għall-iskop ta’ superviżjoni kontinwa mill-AETS. L-AETS għandha tressaq l-abbozz ta’ dawk
l-istandards regolatorji u tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013. Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa
biex taddotta l-istandards regolatorji u tekniċi msemmija fl-ewwel
subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14
tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.'; (c) subparagrafu ġdid jiġi
miżjud mal-paragrafu 5: 'Dak ir-rapport għandu jivvaluta
wkollil-livelli ta’ konċentrazzjoni tas-suq, ir-riskji li jiġu minn
konċentrazzjoni qawwija, u l-impatt fuq l-istabbiltà totali tas-settur
finanzjarju; .'; (19) L-Artikolu 22a huwa emendat kif
ġej: (a) it-titolu tal-Artikolu jinbidel kif
ġej: 'Eżami
tal-metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni'; (b) jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: '3. L-AETS għandha
tivverifika wkoll li kwalunkwe tibdil intenzjonat fil-metodoloġiji ta’
klassifikazzjoni notifikati minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
skont l-Artikolu 8(5a) jikkonforma mal-kriterji stabbiliti
fl-Artikolu 8(3) kif speċifikat fl-istandard regolatorju tekniku
msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 21(4). L-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tapplika l-metodoloġija tal-klassifikazzjoni
l-ġdida biss wara li l-AETS tkun ikkonfermat il-konformità
tal-metodoloġija mal-Artikolu 8(3). [L-AETS għandha tibda
tħaddem is-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu mid-data
tad-dħul fis-seħħ tal-istandard regolatroju tekniku msemmi fil-punt
(d) tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament 1060/2009.] Fejn l-istandard regolatorju
tekniku msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 21(4) mhux qiegħed
fis-seħħ, l-AETS ma għandhiex teżerċita s-setgħa
msemmija fl-ewwel subparagrafu.'; (20) It-Titolu IIIa li ġej
jiddaħħal wara l-Artikolu 35: 'IT-TITOLU IIIa IR-RESPONSABBILTÀ ĊIVILI TAL-AĠENZIJI
TAL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KREDITU Artikolu 35a Responsabbiltà ċivili 1. Fejn aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tkun kisret intenzjonalment jew b’negliġenza serja kwalunkwe
ksur tar-regolamenti elenkati fl-Anness III li jħalli impatt fuq xi
klassifikazzjoni tal-kreditu li investitur kien qed iserraħ fuqu bix-xiri
ta’ strument kklassifikat, tali investitur jista’ jieħu passi kontra dik
l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għal kwalunkwe dannu li
jkun sofra. 2. Ksur għandu jitqies li jkollu impatt fuq
klassifikazzjoni tal-kreditu jekk il-klassifikazzjoni tal-kreditu li tkun
ħarġet mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun
differenti mill-klassifikazzjoni li tinħareġ kieku l-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma tkunx wettqet dak il-ksur. 3. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
taġixxi b’negliġenza serja jekk titraskura gravement id-dmirijiet
imposti fuqha minn dan ir-Regolament. 4. Fejn investitur jistabbilixxi l-fatti li
minnhom jista’ jiġi konkluż li aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu wettqet kwalunkwe wieħed mill-ksur elenkat fl-Anness III,
l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkollha tagħti evidenza
li ma wettqitx dak il-ksur jew li dak il-ksur ma kellux impatt fuq
il-klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa. 5. Ir-responsabbiltà ċivili msemmija
fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun eskluża jew limitata minn qabel
b’xi ftehim. Kwalunkwe klawżola fi ftehim bħal dan li teskludi jew
tillimita minn qabel ir-responsabbiltà ċivili tiġi meqjusa nulla u
bla ebda effett legali.'; (21) L-Artikolu 36a huwa emendat kif
ġej: (a) fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (e)
jinbidlu b’li ġej: '(a) għall-ksur imsemmi fil-punti minn 1
sa 5, minn 11 sa 15, 19, 20, 23, minn 26a sa 26d, 28, 30, 32, 33, 35, 41, 43, 50
u 51 tat-Taqsima I tal-Anness III, il-multi għandhom jammontaw għal
mill-inqas EUR 500 000 u ma għandhomx jaqbżu EUR 750 000; (b) għall-ksur imsemmi fil-punti 6 sa 8,
16 sa 18, 21, 22, 24, 25, 27, 29, 31, 34, 37 sa 40, 42, 45 sa 49a, 52 u 54 ta’
Taqsima I tal-Anness III, il-multi għandhom jammontaw għal mill-inqas
EUR 300 000 u ma għandhomx jaqbżu EUR 450 000; (c) għall-ksur imsemmi fil-punti 9, 10, 26,
26e, 36, 44 u 53 ta’ Taqsima I tal-Anness III, il-multi għandhom jammontaw
għal mill-inqas EUR 100 000 u ma għandhomx jaqbżu EUR 200 000; (d) għall-ksur imsemmi fil-punti 1, 6, 7
u 8 u 9 tat-Taqsima II tal-Anness III, il-multi għandhom
jammontaw għal mill-inqas EUR 50 000 u ma għandhomx jaqbżu
EUR 150 000; (e) għall-ksur imsemmi fil-punti 2, 3a, 3b,
4, 4a and 5 tat-Taqsima II tal-Anness III, il-multi għandhom
jammontaw għal mill-inqas EUR 25 000 u ma għandhomx
jaqbżu EUR 75 000;'; (b) fil-paragrafu 2, il-punti (g) u (h)
jinbidlu b’li ġej: '(g) għall-ksur imsemmi fil-punti 1 sa 3a
u 11 ta’ Taqsima III tal-Anness III, il-multi għandhom jammontaw għal
mill-inqas EUR 150 000 u ma għandhomx jaqbżu EUR 300 000; (h) għall-ksur imsemmi fil-punti 4, 4a, 4b,
4c, 6, 8 u 10 ta’ Taqsima III tal-Anness III, il-multi għandhom jammontaw
għal mill-inqas EUR 90 000 u ma għandhomx jaqbżu EUR 200 000;'; (22) fl-Artikolu 38a, paragrafu 1
jinbidel b’li ġej: '1. Is-setgħa li taddotta atti delegati
msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(6), l-Artikolu 19(2),
l-Artikolu 23e(7) u l-Artikolu 37 għandha tingħata
lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba’ snin mill-1 ta’ Ġunju 2011.
Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa
delegata mhux iktar tard minn sitt xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ erba’ snin.
Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament
għal perjodi ta’ żmien tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew
jew il-Kunsill jirrevokawha skont l-Artikolu 38b.'; (23) fl-Artikolu 38b, il-paragrafu 1
jinbidel b’li ġej: '1. Id-delega tas-setgħa msemmija fit-tielet
subparagrafu tal-Artikolu 5(6), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 23e(7) u
l-Artikolu 37 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin
mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.'; (24) L-Artikolu 39 huwa emendat kif
ġej: (a) il-paragrafu 1 jinbidel b’li ġej: 'Sas-7 ta’ Diċembru 2012,
il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dan
ir-Regolament, inkluża valutazzjoni fuq id-dipendenza
tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fl-Unjoni, l-impatt fuq il-livell ta’
konċentrazzjoni fis-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, il-kost u
l-benefiċċji tal-impatti tar-Regolament u tal-adegwatezza
tar-remunerazzjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
mill-entità klassifikata (fuq il-mudell ‘l-emittent iħallas’), u tressaq
rapport fuq dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill'; (b) jiżdied il-paragrafu 4 li
ġej: '4. Sal-1 ta’ Lulju 2015,
il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni fis-suq
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’
għażla suffiċjenti sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti
stabbiliti fl-Artikoli 6b u 8b. Ir-reviżjoni għandha wkoll tivvaluta
l-ħtieġa għall-estensjoni tal-ambitu tal-obbligi
fl-Artikolu 8a biex jinkludi prodotti finanzjarji oħra, inklużi
bonds koperti'; (25L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I
għal dan ir-Regolament; (26) L-Anness II huwa emendat skont
l-Anness II għal dan ir-Regolament; (27) L-Anness III huwa emendat skont
l-Anness III għal dan ir-Regolament. Artikolu 2
Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu,
il-punti (7), (9), (10), (12), (13) u (25) tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament
għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ġunju 2014 għall-iskopijiet
tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(3)(b) u fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu
tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009
dwar jekk ir-rekwiżiti tal-pajjiżi terzi humiex talanqas stretti daqs
ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 12 ta’ dak ir-Regolament. Il-punt (8) tal-Artikolu 1 ta’ dan
ir-Regolament f’relazzjoni mal--Artikolu 6a(1)(a) tar-Regolament (KE)
Nru 1060/2009 għandu japplika minn [sena (1) wara
d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] fir-rigward ta' kwalunkwe
azzjonist jew membru ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-krediut li fil-15 ta' Novembru 2011 kien
id-detentur ta' ishma ta' 5 % jew aktar mill-kapital ta' aktar minn
aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu waħda. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS I Anness I għar-Regolament (KE) 1060/2009
huwa emendat kif ġej: (1) Taqsima B hija emendata kif
ġej: (a) il-punt 1 jinbidel b’li ġej: '1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu għandha tidentifika, telimina jew tiġġestixxi u
tiżvela, b’mod ċar u prominenti, kwalunkwe kunflitt ta’ interess
potenzjali jew attwali li jista’ jaffettwa l-analiżi u l-ġudizzji
tal-analisti tal-klassifikazzjoni tagħha, l-impjegati, jew kwalunkwe
persuna naturali oħra li s-servizzi tagħha huma disponibbli jew
taħt il-kontroll tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u li
huma direttament involuti f’attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u
persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti
tal-klassifikazzjoni. '; (b) il-punt 3 huwa emendat kif ġej: (i) is-sentenza tal-bidu tal-ewwel
subparagrafu tinbidel b’li ġej: '3. Aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu ma għandhiex toħroġ klassifikazzjoni tal-kreditu jew
prospett ta’ klassifikazzjoni fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkustanzi
li ġejjin, jew, fil-każ ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jew prospett
tal-klassifikazzjoni eżistenti, għandha tiżvela minnufih fejn
il-klassifikazzjoni tal-kreditu jew il-prospett tal-klassifikazzjoni jiġu
affettwati b’li ġej:' (ii) il-punt (aa) li ġej
jiddaħħal wara l-punt (a): '(aa) azzjonista jew membru ta’ aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għandu, direttament jew indirettament,
10 % jew iktar mill-kapital jew id-drittijiet tal-vot ta’ dik
l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew inkella li jkun
f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet
tan-negozju tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, għandu
s-sieda direttament jew indirettament ta’ strumenti finanzjarji tal-entità
klassifikata jew parti terza relatata jew li għandu xi interess f’sjieda
oħra diretta jew indiretta f’dik l-entità jew parti, barra l-pussess fi
skemi kollettivi u diversifikati ta’ investiment, inklużi l-fondi
ġestiti bħall-fondi għall-pensjoni jew l-assigurazzjoni
tal-ħajja, li ma jpoġġuhx f’qagħda li jeżerċita
influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet ta’ negozju tal-iskema;'; (iii) il-punt (ba) li ġej
jiddaħħal wara l-punt (b): '(ba) il-klassifikazzjoni tal-kreditu
tinħareġ fir-rigward ta’ entità klassifikata jew parti terza relatata
li direttament jew indirettament għandha 10 % jew aktar mill-kapital
jew id-drittijeit tal-vot ta’ dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu;'; (iv) il-punt (ca) li ġej
jiddaħħal wara l-punt (c): '(ca) azzjonist jew membru ta’ aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għandu, direttament jew indirettament,
10 % jew aktar mill-kapital jew id-drittijiet tal-vot ta’ dik
l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew inkella li jkun
f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet
tan-negozju tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, huwa membru
tal-bord amministrattiv jew superviżorju tal-entità klassifikata jew ta’
parti terza relatata;'; (v) it-tieni subparagrafu jinbidel b’li
ġej: 'Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
għandha wkoll tivvaluta minnufih jekk hemmx raġunijiet
għall-klassifikazzjoni mill-ġdid jew għall-irtirar
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew il-prospett tal-klassifikazzjoni eżistenti.'; (c) jiddaħħal il-punt 3a li
ġej: '3a. Aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu għandha tiżgura li l-ispejjeż
iċċarġjati lill-klijenti tagħha għall-provvediment ta’
servizzi ta’ klassifikazzjoni u oħrajn anċillari mhumiex
diskriminatorji u jkunu bbażati fuq spejjeż attwali. Tariffi
ċċarġjati għal servizzi ta’ klassifikazzjoni ma
għandhomx jiddependu fuq il-livell tla-klassifikazzjoni tal-kreditu
maħruġa mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew fuq
kwalunkwe riżultat ieħor tal-ħidma mwettqa.'; (d) fil-punt 4, l-ewwel subparagrafu jinbidel
b’li ġej: '4. L-ebda aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew kwalunkwe persuna li għandha,
direttament jew indirettament, mill-inqas 5% mill-kapital jew
id-drittijiet tal-vot tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew inkella
tinsab f’qagħda li tinfluwenza b’mod sinifikanti l-attivitajiet ta’
negozju tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandha
tipprovdi servizzi ta’ konsultazzjoni lill-entità klassifikata jew parti terza
relatata fir-rigward tal-istruttura korporattiva jew legali, l-assi,
ir-responsabbiltajiet, jew l-attivitajiet ta’ dik l-entità klassifikata jew
parti terza relatata.'; (e) il-punt 7 jiġi emendat kif ġej: (i) il-punt (a) jinbidel b’li ġej: '(a) għal kull klassifikazzjoni
tal-kreditu u deċiżjoni għal prospett ta’ klassifikazzjoni,
l-identità tal-analisti li jikklassifikaw u li qed jieħdu sehem
fid-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew tal-prospett ta’
klassifikazzjoni, l-identità tal-persuni li jkunu approvaw il-klassifikazzjoni
tal-kreditu jew il-prospett tal-klassifikazzjoni, l-informazzjoni dwar jekk
il-klassifikazzjoni tal-kreditu kinitx solleċitata jew le, u d-data li
fiha ttieħdet l-azzjoni ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu;'; (ii) il-punt (d) jinbidel b’li ġej: '(d) ir-rekords li jiddokumentaw
il-proċeduri u l-metodoloġiji stabbiliti użati
mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex jiġu determinati
l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti tal-klassifikazzjoni;'; (iii) il-punt (e) jinbidel b’li ġej: '(e) ir-rekords u l-fajlijiet interni,
inklużi l-informazzjoni li mhix pubblika u l-karti ta’ ħidma,
użati bħala bażi ta’ kwalunkwe klassifikazzjoni tal-kreditu u
deċiżjoni għal prospett ta’ klassifikazzjoni meħuda;'; (2) Taqsima C hija emendata kif
ġej: (a) fil-punt 2, is-sentenza tal-bidu tinbidel
b’li ġej: '2. L-ebda persuna msemmija fil-punt 1 ma
għandha tieħu sehem fi jew inkella tinfluwenza d-determinazzjoni ta’
klassifikazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ klassifikazzjoni ta’ kwalunkwe
entità klassifikata partikulari jekk dik il-persuna:'; (b) fil-punt 3, il-punt (b) jinbidel b’li
ġej: '(b) ma tiżvela ebda informazzjoni dwar
il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, klassifikazzjonijiet tal-kreditu jew
prospetti tal-klassifikazzjoni futuri possibbli tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu, ħlief lil entità klassifikata jew il-parti terza relatata
magħha;'; (c) il-punt 7 jinbidel b’li ġej: '7. Persuna msemmija fil-punt 1 ma
għandhiex tieħu pożizzjoni ewlenija fil-ġestjoni mal-entità
klassifikata jew il-parti terza relatata magħha fi żmien sitt xhur
mill-klassifikazzjoni tal-kreditu jew tal-prospett tal-klassifikazzjoni.' (d) il-punt 8 jinbidel b’li ġej: '8. Għall-iskopijiet tal-Artikolu 7(4): (a) l-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu għandhom jiżguraw li l-analisti tal-klassifikazzjoni
ewlenin ma għandhomx ikunu involuti f’attivitajiet ta’ klassifikazzjoni
tal-kreditu relatati mal-istess entità jew il-partijiet terzi relatati
magħha għal perjodu li jaqbeż l-erba’ snin; (b) l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
ħlief dawk mibgħuta minn emittent jew il-parti terza relatata
miegħu u l-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu kollha li joħorġu klassifikazzjonijiet sovrani
għandhom jiżguraw li: (i) l-analisti tal-klassifikazzjoni ma
għandhomx ikunu involuti f’attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu
relatati mal-istess entità klassifikata jew il-partijiet terzi relatati
tagħha għal perjodu li jaqbeż il-ħames snin; (ii) il-persuni li japprovaw
il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma għandhomx ikunu involuti
f’attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu relatati mal-istess entità
klassifikata jew il-partijiet terzi relatati magħha għal perjodu li
jaqbeż is-seba’ snin. Il-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel
subparagrafu ma għandhomx ikunu involuti f’attivitajiet ta’
klassifikazzjoni tal-kreditu relatati mal-entità klassifikata jew mal-parijiet
terzi relatati magħha msemmija f’dawk il-punti fi żmien sentejn
mit-tmiem il-perjodi stabbiliti f’dawk il-punti.'; (3) it-titlu ta’ Taqsima D tinbidel b’li
ġej: 'Regoli dwar il-preżentazzjoni
tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u prospetti ta’ klassifikazzjoni'; (4) Parti I tat-Taqsima D hija emendata
kif ġej: (a) il-punt 1 jinbidel b’li ġej: '1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu għandha tiżgura li kwalunkwe klassifikazzjoni tal-kreditu
u prospett tal-klassifikazzjoni ssemmi b’mod ċar u prominenti l-isem u
l-kariga tal-analist ewlieni tal-klassifikazzjoni f’attività ta’
klassifikazzjoni tal-kreditu partikolari kif ukoll l-isem u l-pożizzjoni
tal-persuna primarjament responsabbli għall-approvazzjoni
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew tal-prospett tal-klassifikazzjoni.'; (b) il-punt 2 huwa emendat kif ġej: (i) il-punt (a) jinbidel b’li ġej: '(a) is-sorsi sostanzjalment materjali
kollha, inklużi l-entità klassifikata jew, fejn hu xieraq, parti terza
relatata li ntużaw fit-tħejjija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jew
ta’ prospett tal-klassifikazzjoni huma indikati flimkien b’indikazzjoni li turi
jekk il-klassifikazzjoni tal-kreditu jew il-prospett tal-klassifikazzjoni
ġewx żvelati lil dik l-entità klassifikata jew il-parti terza
relatata magħha u emendati wara dak l-iżvelar qabel ma
jinħarġu;'; (ii) il-punti (d) u (e) jinbidlu b’li
ġej: '(d) id-data li fiha l-klassifikazzjoni
tal-kreditu ġiet rilaxxata għall-ewwel darba għad-distribuzzjoni
u meta ġiet aġġornata l-aħħar inklużi kwalunkwe
prospetti ta’ klassifikazzjoni hija indikata b’mod ċar u prominenti; (e) l-informazzjoni tingħata dwar jekk
il-klassifikazzjoni tal-kreditu tikkonċerna strument finanzjarju
maħruġ ġdid u jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu hix qed tikklassifika l-istrument finanzjarju għall-ewwel
darba; u'; (iii) jiżdied il-punt (f) illi ġej: '(f) fil-każ ta’ prospett ta’
klassifikazzjoni, jiġi pprovdut orizzont taż-żmien li matulu
hija mistennija bidla tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.'; (c) jiddaħħal il-punt 2a li
ġej: '2a. Aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu għandha takkompanja l-iżvelar tal-metodoloġiji,
mudelli u suppożizzjonijiet ewlenin ta’ klassifikazzjoni bi gwida li
tispjega l-assunzjonijiet, il-parametri, il-limiti u l-inċertezzi li
jdawru l-mudelli u l-metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni użati
fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, inklużi simulazzjonijiet ta’ xenarji
stressanti li tidħol għalihom l-aġenzija meta tistabbilixxi
l-klassifikazzjonijiet, l-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-kreditu
fuq l-analiżi tad-dħul u l-ħruġ ta’ flus li tkun wettqet
jew li tkun qed tiddependi fuqha u, fejn hu applikabbli, indikazzjoni ta’
kwalunkwe tibdil mistenni fil-klassifikazzjoni tal-kreditu. Gwida bħal din
għandha tkun ċara u li tiftiehem malajr.'; (d) il-punt 3 jinbidel b’li ġej: '3. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu għandha tinforma lill-entità klassifikata waqt il-ħin
tax-xogħol tal-entità klassifikata u mill-inqas jum sħiħ ta’
ħidma qabel il-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew
tal-prospett ta’ klassifikazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tinkludi
r-raġunijiet prinċipali li fuqhom wieħed ikun ibbaża
l-klassifikazzjoni jew il-prospett sabiex tingħata opportunità lill-entità
ħalli tiġbed l-attenzjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu għal kwalunkwe żball fattwali.'; (e) l-ewwel subparagrafu tal-punt 4 jinbidel
b’li ġej: '4. Aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu għandha ssemmi b’mod ċar u prominenti meta tiżvela
l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jew il-prospetti tal-klassifikazzjoni
kwalunkwe attributi u limitazzjonijiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew
tal-prospett tal-klassifikazzjoni. B’mod partikolari, meta tiżvela kwalunkwe
klassifikazzjoni tal-kreditu jew prospett tal-klassifikazzjoni, aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha ssemmi b’mod prominenti jekk
tqisx li l-kwalità tal-informazzjoni disponibbli fuq l-entità klassifikata hix
sodisfaċenti u safejn tkun ivverifikat l-informazzjoni li ġiet
provduta lilha mill-entità klassifikata jew parti terza relatata magħha.
Jekk klassifikazzjoni tal-kreditu jew prospett tinvolvi tip ta’ entità jew
strument finanzjarju li għalih id-dejta storika tkun limitata,
l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tikkjarifika dawn
il-limitazzjonijiet f’post prominenti.'; (f) l-ewwel subparagrafu tal-punt 5 jinbidel
b’li ġej: '5. Meta tħabbar klassifikazzjoni
tal-kreditu jew prospett ta’ klassifikazzjoni, aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu għandha tispjega fl-istqarrijiet tal-istampa jew fir-rapporti
tagħha l-elementi ewlenin sottostanti għall-klassifikazzjoni
tal-kreditu jew għall-prospett ta’ klassifikazzjoni.'; (g) jiżdied il-punt 6 li ġej: '6. Aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu għandha tiżvela fuq is-sit elettroniku tagħha, fuq
bażi kontinwa, l-informazzjoni dwar l-entitajiet jew strumenti tad-dejn
kollha miġjuba quddiemha għar-reviżjoni inizjali tagħhom
jew għall-klassifikazzjoni preliminari. Dan l-iżvelar għandu
jsir kemm jekk l-emittenti jikkuntrattaw mal-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu għal klassifikazzjoni aħħarija u kemm jekk le.'; (5) Jitħassru l-punti 3 u 4
tal-Parti II tat-Taqsima D; (6) fit-Taqsima D, tiżdied il-Parti
III li ġejja: 'III. Obbligi addizzjonali relatati
mal-klassifikazzjonijiet sovrani 1. Fejn aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu toħroġ klassifikazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’
klassifikazzjoni relatat, għandha takkumpanja l-klassifikazzjoni jew
il-prospett ta’ klassifikazzjoni b’rapport ta’ riċerka dettalajat li
jispjega s-suppożizzjonijiet, il-parametri, il-limiti u l-inċertezzi
kollha u kwalunkwe element ieħor ikkunsidrat fid-determinazzjoni ta’ sik
il-klassifikazzjoni jew prospett. Dak ir-rapport għandu jkun ċar u
jiftiehem faċilment. 2. Rapport ta’ riċerka li jakkumpanja xi
tibdil meta mqabbel ma’ klassifikazzjoni sovrana jew prospett ta’
klassifikazzjoni relatat preċedenti għandu jinkludi l-elementi li
ġejjin: (a) Evalwazzjoni dettaljata tat-tibdil
tas-suppożizzjoni kwantitattiva li tiġġustifika
r-raġunijiet għall-bidla fil-klassifikazzjoni u l-piż relattiv
tagħhom. L-evalwazzjoni dettaljata għandha tinkludi deskizzjoni
tal-elementi li ġejjin: id-dħul per capita, it-tkabbir tal-PGD,
l-inflazzjoni, il-bilanċ fiskali, il-bilanċ estern, id-dejn estern,
indikatur għall-iżvilupp ekonomiku, indikatur tal-kontumaċja u
kwalunkwe fattur rilevanti ieħor ikkunsidrat. Dan għandu jkun
ikkumplimentat mal-piż relattiv ta’ kull fattur; (b) Evalwazzjoni dettaljata tat-tibdil tas-suppożizzjoni
kwalitattiva li tiġġustifika r-raġunijiet għat-tibdil
fil-klassifikazzjoni u l-piż relattiv tagħhom; (c) Deskrizzjoni dettaljata tar-riskji,
il-limiti u l-inċertezzi relatati mat-tibdil fil-klassifikazzjoni; u (d) Sommarju tal-minuti tal-laqgħa
tal-kumitat tal-klassifikazzjoni li ddeċieda t-tibdil
fil-klassifikazzjoni. 3. Fejn aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu toħroġ klassifikazzjonijiet sovrani jew prospetti ta’
klassifikazzjoni relatati, għandha tippubblika dawn il-klassifikazzjonijiet
jew prospetti biss wara l-għeluq tan-negozju ta’ postijiet ta’
kummerċ stabbiliti fl-Unjoni u mill-inqas siegħa qabel il-ftuħ
tagħhom. Il-Punt 3 tat-Taqsima D.I. jibqa’ mhux affettwat.'; (7) Il-PartiI tat-Taqsima E hija
emendata kif ġej: (a) il-punt 3 jinbidel b’li ġej: '3. Il-politika tal-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tirrigwarda l-pubblikazzjoni
tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u komunikazzjonijiet relatati oħrajn
inklużi l-prospetti ta’ klassifikazzjoni;'; (b) il-punt 6 jinbidel b’li ġej: '6. Kwalunkwe modifika materjali
għas-sistemi, riżorsi jew proċeduri tagħha; (8) l-ewwel subparagrafu tal-punt 2
tal-Parti II tat-Taqsima E hija emendata kif ġej: (a) il-punt (a) jinbidel b’li ġej: '(a) lista ta’ tariffi li jiġi
ċċarġjat kull klijent għall-klassifikazzjoni individwali u
kwalunke servizzi anċillari;'; (b) jiddaħħal il-punt (aa) li
ġej: '(aa) il-politika tal-prezzijiet tagħha,
inklużi l-istrutturi tat-tariffi u l-kriterji tal-ipprezzar relatati
mal-klassifikazzjonijiet għal kategorijit ta’ assi differenti;'; (9) Il-Parti III tat-Taqsima E
hija emendata kif ġej: (a) il-punt 3 jinbidel b’li ġej: '3. Statistiċi dwar l-allokazzjoni
tal-persunal tagħha għal klassifikazzjonijiet ġodda tal-kreditu,
reviżjonijiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, metodoloġija jew
mudel ta’ evalwazzjoni l u ġestjoni maġġuri, u dwar
l-allokazzjoni tal-persunal għall-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni
fir-rigward ta’ klassijiet ta’ assi differenti (korporattivi – finanzi
strutturati - sovrani);'; (b) il-punt 7 jinbidel b’li ġej: '7. Informazzjoni finanzjarja dwar id-dħul
tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, inkluż il-qligħ
totali, diviż f’tariffi minn klassifikazzjonijiet tal-kreditu u servizzi
anċillari b’deskrizzjoni komprensiva ta’ kull waħda, inkluż id-dħul
iġġenerat minn servizzi anaċillari provduti lill-klijenti ta’
servizzi ta’ klassifikazzjoni u l-allokazzjoni tat-tariffi għal
klassifikazzjonijiet ta’ kategoiji differenti ta’ assi. L-informazzjoni fuq
il-qligħ totali għandha tinkludi wkoll allokazzjoni ġeografika
ta’ dak il-qligħ għal dħul iġġenerat fl-Unjoni u
fid-dinja kollha;'. ANNESS II Fil-punt 1 tal-Anness II għar-Regolament
(KE) 1060/2009, "Komunità" tinbidel bi "Unjoni". ANNESS III Anness III għar-Regolament (KE) 1060/2009
huwa emendat kif ġej: (1) Il-PartiI huwa emendat kif ġej: (a) il-punti 19, 20 u 21 jinbidlu b’li
ġej: '19. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 1 tat-Taqsima B
tal-Anness I, billi ma tidentifikax, ma teliminax jew ma tiġġestix u
ma tiżvelax b’mod ċar u prominenti, kwalunkwe kunflitt ta’ interess
attwali jew potenzjali li jista’ jinfluwenza l-analiżi jew
il-ġudizzji tal-analisiti ta’ klassifikazzjoni, tal-impjegati jew
kwalunkwe persuna naturali oħra li s-servizzi tagħha huma
għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-aġenzija
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u li huma involuti direttament
fil-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jew persuni li japprovaw
il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti ta’ klassifikazzjoni. 20. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-ewwel paragrafu tal-punt 3
tat-Taqsima B tal-Anness I, billi toħroġ klassifikazzjoni tal-kreditu
jew prospett tal-klassifikazzjoni fi kwalunkwe waħda
miċ-ċirkustanzi stabbiliti fl-ewwel paragrafu ta’ dak il-punt jew,
fil-każ ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu eżistenti, billi ma
tiżvelax minnufih li l-klassifikazzjoni tal-kreditu jew il-potenzjal ta’
klassifikazzjoni huwa affetwat potenzjalment minn dawk iċ-ċirkustanzi.
21. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mat-tieni paragrafu tal-punt 3
tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma tevalwax minnufih jekk hemmx
raġunijiet għall-klassifikazzjoni mill-ġdid jew
għall-irtirar ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’
klassifikazzjoni eżistenti.'; (b) jiddaħħlu l-punti minn 26a sa 26f
ġodda li ġejjin: '26a. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu li daħlet f’kuntratt ma’ emittent jew il-parti terza relatata
miegħu għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq
l-emittenti tikser l-Artikolu 6b(1) billi toħroġ klassifikazzjonijiet
tal-kreditu fuq dan l-emittent għal perjodu li jaqbeż it-tliet snin. 26b. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu li daħlet f’kuntratt ma’ emittent jew il-parti terza relatata
miegħu għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq
l-istrumenti tad-dejn tal-emittent tikser l-Artikolu 6b(2) billi
toħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq mill-inqas għaxar
strumenti tad-dejn tal-istess emittent matul perjodu li jaqbeż 12-il xahar
jew bil-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq l-istrumenti
tad-dejn tal-emittent għal perjodu li jaqbeż it-3 snin. 26c. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu li tkun daħlet f'kuntratt ma' emittent b'mod parallel ma'
tal-anqas aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra waħda
tikser l-Artikolu 6b(3) billi jkollha relazzjoni kuntrattwali mal-emittent
għal perjodu li jaqbeż sitt snin. 26d. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu li daħlet f’kuntratt ma’ emittent jew il-parti terza relatata
miegħu għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq
l-emittent jew l-istrumenti tad-dejn tiegħu tikser l-Artikolu 6b(4) billi
ma tirrispettax il-projbizzjoni għall-ħruġ ta’
klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq l-emittent jew l-istrumenti tad-dejn
tiegħu għal perjodu ta’ erba’ snin mit-tmiem tal-perjodu massimu
tar-relazzjoni kuntrattwali msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 6b. 26e. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu li daħlet f’kuntratt ma’ emittent jew parti terza relatata
miegħu għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq
l-emittent jew l-istrumenti tad-dejn tiegħu tikser l-Artikolu 6b(6) billi
fi tmiem tal-perjodu massimu tar-relazzjoni kuntrattwali mal-emittent jew parti
terza relatata miegħu ma tħallix fajl ta’ handover disponibbli
bl-informazzjoni mitluba lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li
tidħol fix-xena kkuntrattata mill-emittent jew parti terza relatata
miegħu sabiex toħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq dan
l-emittent jew l-istrumenti tad-dejn tiegħu. '; (c) il-punt 33 jinbidel b’li ġej: 'L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
tikser l-Artikolu 7(3), flimkien mal-punt 2 tat-Taqsima C tal-Anness I,
billi ma tiżgurax li persuna msemmija fil-punt 1 ta’ dik it-Taqsima
ma tiħux sehem fi jew inkella tinfluwenza d-determinazzjoni ta’
klassifikazzjoni tal-kreditu jew prospett tal-klassifikazzjoni kif stabbilit
fil-punt 2 ta’ dik it-Taqimsa.'; (d) il-punt 36 jinbidel b’li ġej: '36. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
tikser l-Artikolu 7(3), flimkien mal-punt 7 tat-Taqsima C tal-Anness I,
billi ma tiżgurax li persuna msemmija fil-punt 1 ta’ dik it-Taqsima
ma tiħux pożizzjoni ewlenija fil-ġestjoni ta’ dik l-entità
klassifikata jew il-parti terza relatata magħha fi żmien sitt xhur
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew tal-prospett tal-klassifikazzjoni.'; (e) il-punti 38, 39 u 40 jinbidlu b’li
ġej: '38. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tikser l-Artikolu 7(4), flimkien mal-punt (i) tal-punt (b)
tal-ewwel paragrafu tal-punt 8 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma
tiżgurax li, fejn tipprovdi klassifikazzjonijiet tal-kreditu mhux
solleċitati, analist tal-klassifikazzjoni ma jkunx involut fl-attivitajiet
tal-klassifikazzjoni tal-kreditu relatati mal-istess entità klassifikata jew
il-partijiet terzi relatati magħha għal perjodu li jaqbeż
il-ħames snin. 39. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tkun qed tikser l-Article 7(4), flimkien mal-punt (ii) tal-punt (b)
tal-ewwel paragrafu ta’ punt 8 tat-taqsima C tal-anness I, billi meta tipprovdi
l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu mingħajr solleċitazzjoni ma
taċċertax li persuna involuta fl-approvazzjoni
tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma tkunx involuta wkoll f’attivitajiet ta’
klassifikazzjoni tal-kreditu relatati mal-istess entità klassifikata jew ma’
partijiet terzi relatati magħha għal perjodu li jaqbeż is-seba’
snin. 40. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tikser l-Artikolu 7(4), flimkien mat-tieni paragrafu tal-punt 8
tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma tiżgurax li persuna msemmija
fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu ta’ dak il-punt mhix involuta
f’attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu relatati mal-entità
kalssifikata jew il-partijiet terzi relatati msemmija f’dawk il-punti fi
żmien sentejn ta’ tmiem tal-perjodi stabbiliti f’dawk il-punti.'; (f) il-punt 42 jinbidel b’li ġej: 'L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
tikser l-Artikolu 8(2) billi ma taddottax, miżuri adegwati ta’
implimentazzjoni jew ta’ tisħiħ biex tiżgura li l-klassifikazzjonijiet
tal-kreditu u l-prospetti tal-klassifikazzjoni li toħroġ jkunu
bbażati fuq analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni kollha disponibbli
għaliha u li tkun rilevanti għall-analiżi tagħha skont
il-metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni tagħha.'; (g) il-punt 46 jinbidel b’li ġej: 'L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
tikser l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5) billi ma
timmoniterjax il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħha ħlief
il-klassifiakzzjonijiet sovrani jew billi ma tirrevedix il-klassifikazzjonijiet
tal-kreditu tagħha ħlief il-klassifikazzjonijiet sovrani jew
il-metodoloġiji fuq bażi kontinwa u mill-inqas kull sena.' (h) jiddaħħal il-punt 46a li
ġej: '46a. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu jikser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5) flimkien mal-ewwel
sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5) billi ma timmoniterjax
il-klassifikazzjonijiet sovrani tagħha jew billi ma tirrevedix
il-klassifikazzjonijiet sovrani fuq bażi kontinwa u mill-inqas kull sitt (6)
xhur.'; (i) jiddaħħal il-punt 49a li
ġej: '49a. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tikser il-punt (c) tal-Artikolu 8(7) flimkien mal-punt (c)
tal-Artikolu 8(6) billi ma tikklassifikax mill-ġdid klassifikazzjoni
tal-kreditu fejn l-iżbalji fil-metodoloġiji jew fl-applikazzjoni
tagħhom affettwaw il-ħruġ ta’ dik il-klassifikazzjoni
tal-kreditu.'; (2) Il-PartiII hija emendata kif
ġej: (a) jiddaħħlu l-punti 3a u 3b li
ġejjin: '3a. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tikser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5a) billi ma
tinnotofikax lill-AETS dwar it-tibdil maħsub fil-metodoloġiji
tal-klassifikazzjoni, fil-mudelli jew fis-suppożizzjonijiet ewlenin jew
dwar il-metodoloġiji, mudelli jew suppożizzjonijiet ewlenin
ġodda proposti. 3b. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tikser il-punt (a) tal-Artikolu 8(7) billi ma tinnotifikax
lill-AETS dwar l-iżbalji skoperti fil-metodoloġiji tagħha jew
fl-applikazzjoni tagħhom.'; (b) jiddaħħal il-punt 4a li
ġej: '4a. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tikser l-Artikolu 11a(1) billi ma tpoġġix l-informazzjoni
mitluba disponibbli jew billi ma tipprovdix dik l-informazzjoni fil-format
mitlub kif imsemmi f’dak il-paragrafu.'; (3) Il-Parti III, hija emendata kif
ġej: (a) jiddaħħal il-punt 3a li
ġej: '3a. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tikser l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5a) billi ma
tippubblikax fuq is-sit elettroniku tagħha t-tibdil propost
fil-metodoloġiji, fil-mudelli jew fis-suppożizzjonijiet ewlenin
tal-klassifikazzjoni jew il-proposti ġodda ta’ metodoloġiji, mudelli
jew suppożizzjonijiet ewlenin tal-klassifikazzjoni flimkien ma’
spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal u l-implikazzjonijiet
tat-tibdil propost. '; (b) jiddaħħlu l-punti 4a, 4b u 4c
li ġejjin: '4a. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tikser il-punt (aa) tal-Artikolu 8(6), fejn taħseb biex
tuża metodoloġiji ġodda, billi ma tippubblikax minnufih
il-metodoloġiji l-ġodda flimkien ma’ spjegazzjoni dettaljata dwarhom
fuq is-sit elettroniku tagħha. 4b. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tikser il-punt (a) tal-Artikolu 8(7) billi ma tinnotifikax
żbalji skoperti fil-metodoloġiji tagħha jew fl-applikazzjoni
tagħhom lill-entitajiet klassifikati affetwati. 4c. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tikser il-punt (b) tal-Artikolu 8(7) billi ma tippubblikax
l-iżbalji skoperti fil-metodoloġiji tagħha jew fl-applikazzjoni
tagħhom fuq is-sit elettroniku tagħha.'; (c) il-punti 6 u 7 jinbidlu b’li ġej: '6. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tikser l-Artikolu 10(2), flimkien mal-punt 1 jew 2, 2a, l-ewwel
paragrafu tal- punt 4 jew il-punti 5 jew 6, tal-Parti I tat-Taqsima D
tal-Anness I, jew Partijiet II jew III tat-Taqsima D tal-Anness I, billi ma
tipprovdix l-informazzjoni kif mitluba minn dawk id-dispożizzjonijiet meta
tippreżenta klassifikazzjoni tal-kreditu jew prospett
tal-klassifikazzjoni. 7. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu tikser l-Artikolu 10(2), flimkien mal-punt 3 tal-Parti I
tat-taqsima D tal-Anness I, billi ma tinfurmax lill-entità klassifikata matul
il-ħinijiet tax-xogħol tal-entità klassifikata u talanqas jum
sħiħ ta’ ħidma qabel il-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
jew tal-prospett tal-klassifikazzjoni. [1] Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar
l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, ĠU L 302, 17.11.2009. [2] Ir-Regolament (UE) Nru 513/2011 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jemenda
r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu
[l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu], ĠU L 145, 31.5.2011. [3] COM(2010) 301 finali. [4] Disponibbli fuq http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/2010/cra_en.htm. [5] http://www.europarl.europa.eu/oeil/FindByProcnum.do?lang=en&procnum=INI/2010/2302. [6] http://www.financialstabilityboard.org/publications/r_101027.pdf. [7] Proposta mill-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2011
għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess
għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni
prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment u li
temenda d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar
is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu,
impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat
finanzjarju, COM(2011) 453 finali. Ara l-punt (b) tal-Artikolu 77. [8] Proposta mill-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2011
għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE
dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u
d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-impriżi għal
investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE
dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattiv fir-rigward
tad-dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu,
COM(2011) xxx finali. [9] "Cliff effects" huma azzjonijiet f’daqqa li jiskattaw
wara tnaqqis fil-grad tal-klassifikazzjoni skont limitu speċifiku, fejn
it-tnaqqis fil-grad ta’ titolu wieħed jista’ jkollu effett sproporzjonat
ta' nżul kontaġjuż. [10] ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32. [11] “1. L-AETS għandha tiċċarġja tariffi
lill-aġenziji tal-klassifikazzjoni
tal-kreditu skont dan ir-Regolament u r-regolament dwar it-tariffi imsemmi
fil-paragrafu.
2. Dawk it-tariffi għandhom ikopru għal
kollox l-ispejjeż neċessarji tal-AETS rigward ir-reġistrazzjoni u
s-superviżjoni ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u r-rimborż ta’ kwalunkwe spiża
li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jġarrbu
fit-twettiq tax-xogħol skont dan ir-Regolament, b’mod partikulari
bħala riżultat ta’ kull delegata’ kompiti skont l-Artikolu 30.” [12] ĠU C , , p. . [13] ĠU C , , p. . [14] ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1. [15] ĠU L 145, 31.5.2011, p. 30. [16] 2010/2302/INI. [17] ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38. [18] ĠU C , , p. . [19] 2010/2302(INI). [20] ĠU L … , p.