Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa /* KUMM/2011/0715 finali - 2011/0315 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-kummerċ ta' ċerti prodotti
tal-azzar bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa kien jiġi
rregolat permezz ta' Ftehim li jistabbilixxi wkoll il-kwoti
għall-importazzjonijiet fl-Ewropa ta' azzar li joriġina mill-Federazzjoni
Russa. Kif previst fl-Artikolu 10(4) tal-Ftehim, bid-dħul
tal-Federazzjoni Russa fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO)
il-Ftehim għandu jintemm u l-kwoti jitneħħew. Għaldaqstant, din il-proposta tipprevedi
t-tneħħija tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 li
jimplimenta dak il-Ftehim fl-Unjoni Ewropea u li jidħol fis-seħħ
fil-ġurnata li l-Federazzjoni Russa tissieħeb fl-Organizzazzjoni
Dinjija tal-Kummerċ. 2011/0315 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1342/2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet
fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura
leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Il-Ftehim ta' Sħubija u
Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u
l-Istati Membri tagħhom minn naħa, u l-Federazzjoni Russa
min-naħa l-oħra[1],
minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-FSK”, daħal fis-seħħ
fl-1 ta' Diċembru 1997. (2) L-Artikolu 21(1) tal-FSK
jipprevedi li l-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-azzar għandu
jiġi rregolat mit-Titolu III ta’ dak il-Ftehim, għajr
għall-Artikolu 15 tiegħu, u mid-dispożizzjonijiet ta’
ftehim dwar arranġamenti kwantitattivi. (3) Fis-26 ta’ Ottubru 2007,
il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa kkonkludew it-tali Ftehim
dwar il-kummerċ ta' ċerti prodotti tal-azzar[2], minn hawn ’il quddiem imsejjaħ
“il-Ftehim”. (4) Fit-22 ta’ Ottubru 2007,
il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1342/2007 dwar l-amministrazzjoni
ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti
tal-azzar mill-Federazzjoni Russa[3]
sabiex jimplimenta l-Ftehim. (5) Il-Ftehim jistipula li
f'każ illi l-Federazzjoni Russa tissieħeb fl-Organizzazzjoni Dinjija
tal-Kummerċ qabel l-iskadenza ta' dan il-Ftehim, il-Ftehim jintemm u
b'konsegwenza ta' dan, mill-ġurnata stess tas-sħubija,
jitneħħew il-limiti kwantitattivi. (6) Fid-data li fiha
l-Federazzjoni Russa tissieħeb fl-Organizzazzjoni Dinjija
tal-Kummerċ, ir-Regolament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ma
jibqax meħtieġ. Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2007 għandu
għalhekk jitħassar b'effett minn dik id-data, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2007 hu b’dan
mħassar. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jidħol fis-seħħ
fil-ġurnata li fiha l-Federazzjoni Russa tissieħeb fl-Organizzazzjoni
Dinjija tal-Kummerċ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni
għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament
Ewropew Għall-Kunsill Il–President Il-President [1] ĠU L 327,
28.11.1997, p. 3. [2] ĠU L 300,
17.11.2007, p. 52. [3] ĠU L 300,
17.11.2007, p. 1.