52011PC0684R(01)

/* KUMM/2011/0684 finali/2 - 2011/0308 (COD) */ Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. kummenti ġenerali

Id-Direttivi dwar il-Kontabilità[1] (minn hawn ’il quddiem id-"Direttivi") jittrattaw ir-rapporti finanzjarji konsolidati u annwali ta’ kumpaniji b’responsabilità limitata fl-Ewropa.

Fir-reviżjoni attwali hemm għadd ta’ objettivi ewlenin:

1. It-tnaqqis tal-piż amministrattiv/simplifikazzjoni mmirat l-aktar għall-kumpaniji ż-żgħar.

2. Iż-żieda fiċ-ċarezza u l-komparabilità ta’ rapporti finanzjarji mmirati għall-kategoriji ta’ kumpaniji li għalihom dawn il-konsiderazzjonijiet huma importanti minħabba attività transfruntiera aktar vigoruża u numru akbar ta’ partijiet konċernati esterni.

3. Il-protezzjoni tal-ħtiġijiet essenzjali tal-utent bil-għan li tinżamm l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa għall-utenti.

4. Iż-żieda fit-trasparenza tal-pagamenti li jsir lill-gvernijiet mill-industrija tal-estrazzjoni u l-ħassada tal-foresti primarji.

Il-konsultazzjonijiet urew li l-partijiet konċernati huma b’mod ġenerali sodisfatti bil-qafas preżenti li ġenerament iffunzjona sew matul is-snin. Dawk il-partijiet konċernati jinkludu inter alia l-preparaturi u l-utenti tar-rapporti finanzjarji, u l-awtoritajiet pubbliċi. Madankollu huma jaraw lok għal simplifikazzjoni, speċjalment għall-benefiċċju tal-kumpaniji ż-żgħar. Matul l-aħħar 30 sena, l-emendi għad-Direttivi żiedu ħafna rekwiżiti, bħal regoli ġodda ta’ divulgazzjonijiet u valwazzjoni, fosthom dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-ikkontabilizzar b’valur ġust. Ingħatat inqas attenzjoni lill-konsiderazzjoni dwar jekk ir-rekwiżiti eżistenti jistgħux jiġu simplifikati jew jitneħħew. Filwaqt li kull emenda setgħet kienet fiha nnifisha ġustifikata, dawn iż-żidiet kellhom it-tendenza li jinjoraw il-komparabilità u l-utilità tar-rapporti finanzjarji, żiedu r-rekwiżiti ta’ rappurtar u n-numru ta’ alternattivi għall-Istati Membri, u finalment wasslu għal żieda fil-kumplessità u l-piż regolatorju għall-kumpaniji kollha. Din iż-żieda fil-piż taffettwa primarjament lill-kumpaniji ż-żgħar.

Il-partijiet konċernati indikaw ukoll il-ħtieġa li tiżdied iċ-ċarezza u l-komparabilità tar-rapporti finanzjarji, speċjalment għall-kumpaniji l-kbar li għandhom it-tendenza li jwettqu operazzjonijiet transfruntieri aktar estensivi.

Ir- raison d'être għad-Direttivi hija biex jiġi stabilit ir-rekwiżit għall-kumpaniji b’responsabilità limitata biex iħejju r-rapporti finanzjarji u biex jiġu stabiliti r-rekwiżiti minimi sabiex tittejjeb il-komparabilità tar-rapporti finanzjarji fl-UE kollha. Dan, min-naħa tiegħu, għandu jwassal għal funzjonament aħjar tas-Suq Uniku u, b’mod aktar konkret, żieda fl-aċċess għall-finanzi, tnaqqis fil-kost tal-kapital u żieda fil-livelli ta’ attività kummerċjali, ta’ fużjonijiet u ta’ akkwiżizzjoni transfruntieri. Kumplessivament, il-proposta tikkontribwixxi għat-titjib tal-kompetittività tal-Ewropa bl-istabiliment ta' ambjent regolatorju li jwassal għal tkabbir b'żieda fl-impjiegi.

Il-proposta tikkumplimenta l-proposta għal Direttiva tal-2009[2] dwar ir-rapporti finanzjarji tal-mikroentitajiet, li attwalment għadha qiegħda tiġi nnegozjata mill-koleġiżlaturi tal-UE. Minħabba li issa l-Kunsill u l-Parlament it-tnejn qablu fuq il-prinċipju ta’ reġim ta’ mikroentità, din il-proposta ma fiha l-ebda proposta ta’ politika ġdida dwar mikrokumpaniji kif ivvalutati fil-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanjaha. Il-Kummissjoni Ewropea hija lesta li tikkunsidra, flimkien mal-koleġiżlaturi tal-UE, l-aħjar mod kif tintegra l-ftehim inter-istituzzjonali finali dwar id-Direttiva tal-2009 f’din il-proposta.

Din il-proposta tappoġġa l-approċċ tal-Kummissjoni dwar il-kumpaniji mfissra kemm-il darba. L-istrateġija Ewropa 2020[3] timmira li tittrasforma l-UE f'ekonomija aktar intelliġenti, sostenibbli u inklużiva. L-Att dwar is-Suq Uniku[4] huwa mmirat biex jissimplifika ħajjet l-SMEs, li jirrappreżentaw 99 % tan-negozji tal-Ewropa, u biex itejjeb l-aċċess tal-kumpaniji għall-finanzi. L-Att tan-Negozji ż-Żgħar (SBA) jirrikonoxxi l-ħtieġa li jitqiesu bżonnijiet distinti għall-grupp tal-SMEs kif ukoll li jkun hemm segmenti f’dak il-grupp. Dan jappoġġa l-approċċ "l-ewwel aħseb fiż-żgħir". Il-proposta tifforma wkoll parti mill-programm kontinwu tal-Kummissjoni ta’ simplifikazzjoni u l-inizjattivi tat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattvi. Sewwasew, hi ġġib fis-seħħ l-impenn tal-Kummissjoni li tirrieżamina l- acquis tagħha biex jiġu żgurati r-relevanza, l-effikaċja u l-proporzjonalità tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, kif ukoll jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi billi jiġi ssemplifikat l-ambjent regolatorju[5].

Il-proposta tirrevoka d-Direttivi tal-Kontabilità attwali, u tissostitwixxi lilhom u l-emendi sussegwenti għalihom b'Direttiva waħda ġdida.

2. konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati u l-valutazzjoni tal-impatt

2.1. Konsultazzjoni mal-partijiet konċernati u interessati

Is-Servizzi tal-Kummissjoni żammew djalogu regolari mal-partijiet konċernati matul ir-Reviżjoni. L-għan kien li jinġabru l-opinjonijiet mill-partijiet interessati kollha, fosthom mill-preparaturi, mill-utenti, korpi tal-issettjar tal-istandards, mill-awtoritajiet pubbliċi, eċċ. Id-djalogu seħħ permezz ta’:

- Grupp informali ad hoc ta’ riflessjoni tal-SMEs li kien magħmul minn 10 esperti b’esperjenza u sfond diversi

- Żewġ konsultazzjonijiet pubbliċi, rispettivament dwar ir-Reviżjoni tad-Direttivi u dwar l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju għal Entitajiet Żgħar u Medji, it-tnejn segwiti minn laqgħat tal-partijiet konċernati biex jikkunsidraw u jkomplu jiddiskutu r-riżultati.

- Bosta laqgħat speċifiċi ma’ korpi li jissettjaw l-istandards nazzjonali, ma’ rappreżentattivi ta’ negozji żgħar u medji, banek, investituri u ma’ kontabilisti madwar l-UE.

- Konsultazzjonijiet mal-EFRAG (Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju) Grupp ta’ Ħidma dwar l-SMEs u l-Grupp ta’ ħidma ad hoc dwar l-SMEs tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità (ARC).

- Studju dwar l-effetti tal-piż amministrattiv b'riżultat ta' tibdil fid-Direttivi li sar miċ-Ċentru għas-Servizzi ta’ Evalwazzjoni u Strateġija (CSES).

Fir-rigward tar-rapportar pajjiż pajjiż, is-Servizzi tal-Kummissjoni organizzaw ukoll djalogu regolari ma' kategoriji differenti ta’ partijiet konċernati (bħal fassala, utenti u awtoritajiet pubbliċi). Twettqet konsultazzjoni pubblika fl-2010/2011 u ġew organizzati wkoll sensieli ta’ konsultazzjonijiet bilaterali mal-partijiet konċernati (partikolarment utenti u fassala) fl-2010 u l-2011. Barra minn hekk, il- Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) ta l-kontribut tiegħu dwar l-evalwazzjoni tal-ispejjeż amministrattivi tal-possibilità li jkun jeħtieġ rapportar finanzjarju pajjiż pajjiż.

2.2. Valutazzjoni tal-impatt

2.2.1. Rapporti finanzjarji

It-tħejjija ta’ rapporti finanzjarji ġiet identifikata bħala wieħed mill-aktar obbligi regolatorji onerużi għall-kumpaniji[6]. Il-kumpaniji ż-żgħar jiffaċċjaw piżijiet amministrattivi proporzjonalment ogħla meta mqabbla ma’ kumpaniji medji/kbar.

Il-Valutazzjoni tal-Impatt analizzat ħames alternattivi ta’ politika ġenerali li bdew mix-xenarju bażi. L-alternattiva wiesgħa ta’ reviżjoni u mmodernizzar ta’ rekwiżiti speċifiċi attwalment fid-Direttivi tal-Kontabilità finalment inżammet bħala l-alternattiva preferuta.

Wara li ġew eżaminati alternattivi aktar dettaljati, kien jidher li "reġim żgħir" speċifiku għall-kumpaniji ż-żgħar kien sejjer ikun l-aqwa alternattiva ta’ politika. Il-potenzjal għat-tnaqqis fil-piż amministrattiv ta’ din il-politika jammonta għal EUR 1.5 bn li jirriżulta minn tnaqqis fir-rekwiżiti ta’ rapportar fin-noti, laxkar ulterjuri tal-awditjar statutorju u l-eżenzjoni mit-tħejjija ta’ rapporti finanzjarji konsolidati għal gruppi żgħar.

It-tieni alternattiva dettaljata kienet tirrigwarda ż-żieda fil-livelli limitu għall-kumpaniji żgħar u medji kif iddefinit mid-Direttiva biex tirrifletti l-inflazzjoni għall-perjodu 2007 sa 2011. Il-potenzjal għat-tnaqqis fil-piż ta’ din il-proposta jammonta għal madwar EUR 0.2 bn.

Il-potenzjal stmat ta' ffrankar minn dawn ta’ hawn fuq huwa għalhekk stmat globalment għal EUR 1.7 bn. Il-mikrokumpaniji fi kwalunkwe każ sejrin jibbenfikaw mir-reġim simplifikat offrut lill-kumpaniji ż-żgħar[7]. Madankollu, l-impatt tal-alternattivi ta’ politika hawn fuq imsemmija, fuq il-mikroentitajiet, ġie injorat minħabba li l-proposta għal Direttiva dwar il-mikroentitajiet li hemm pendenti quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tindirizza speċifikament dan.

Dawn l-alternattivi ta’ politika se jnaqqsu l-ammont ta’ informazzjoni disponibbli għall-utenti ta’ rapporti finanzjarji ta’ kumpaniji żgħar u medji, inkluża informazzjoni pubblikament disponibbli. Il-protezzjoni tal-kredituri madankollu sejra tissaħħaħ minħabba li se jkunu obbligatorji żewġ divulgazzjonijiet li jikkonċernaw il-garanziji u l-impenji u t-tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati. Se jkun hemm impatt pożittiv żgħir fuq l-informazzjoni disponibbli fil-każ ta’ kumpaniji medji u kbar minħabba titjib fiċ-ċarezza u l-komparabilità tar-rapporti finanzjarji tagħhom.

Jista’ jkun hemm il-ħtieġa li l-awtoritajiet statistiċi jaġġustaw il-mod tagħhom ta’ kif jiġbru ċerta dejta mingħand kumpaniji iżgħar għalkemm l-armonizzazzjoni massima tal-limiti tippermettilhom li jiġbru dejta minn kumpaniji li oġġettivament ikunu tal-istess daqs madwar l-UE, u b’hekk titjieb il-komparabilità. Madankollu, l-armonizzazzjoni tal-livelli limitu jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-ġbir ta’ dejta statistika speċjalment fl-Istati Membri fejn il-proporzjon ta’ kumpaniji żgħar ikun għoli. Sabiex issir stima tal-indikaturi ekonomiċi nazzjonali, dawn l-Istati Membri jista’ jkollhom bżonn jirrevedu l-mod ta’ kif jiġbru d-dejta statistika mill-kumpaniji. Il-proposta tal-Kummissjoni għall-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji[8] għandha, bħala fattur mitiganti, ittejjeb l-aċċess transfruntier għal informazzjoni dwar il-kumpaniji. L-awtoritajiet tat-taxxa jkunu jżommu s-setgħa li jiddeċiedu kif għandhom jinħadmu l-profitti għall-finijiet tat-taxxa u liema għandhom ikunu r-rekwiżiti assoċjati ta’ rappurtar.

F’termini tal-impatt soċjali tal-proposta, ir-rekwiżiti kontabilistiċi simplifikati għandhom jippromwovu klima ta’ negozju li tinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ kumpaniji u l-intraprenditorija. Il-Valutazzjoni tal-Impatt ikkunsidrat li billi tillibera r-riżorsi disponibbli għall-kumpaniji, l-inizjattiva hija mistennija li tikkontribwixxi, għall-anqas b’mod marġinali, għall-ħolqien tal-impjiegi fl-UE. Xi ftit mill-iffrankar fuq livell ta’ kumpanija sejjer ikun riżultat tat-tnaqqis fil-tariffi imħallsa lil ditti tal-kontabilità jew lil kontabilisti esterni. L-impatt fuq l-impjiegi minħabba dan it-trasferiment ta’ riżorsi huwa mistenni li jkun newtrali jew biss marġinalment negattiv f’termini tal-livelli ġenerali ta’ impjiegi. Ma huwa mistenni l-ebda impatt ambjentali miżurabbli. Mhuwiex mistenni li l-introduzzjoni ta’ reġimi kontabilistiċi aktar sempliċi sejra toħloq diżinċentivi għall-kumpaniji żgħar biex jikbru minħabba li l-kontabilità tkun anqas oneruża mill-leġiżlazzjoni tat-taxxa jew soċjali f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, l-approċċ ta’ din il-proposta "l-ewwel aħseb fiż-żgħir" tippermetti li r-reġimi kontabilistiċi jaqdu daqsijiet differenti ta’ kumpaniji.

2.2.2. Rapportar ta’ pagamenti lill-gvernijiet

Il-Kummissjoni pubblikament esprimiet l-appoġġ tagħha għall-Inizjattiva tal-Industriji Estrattivi (Extractive Industry Transparency Initiative, EITI), u esprimiet ir-rieda tagħha li tippreżenta leġiżlazzjoni li tagħmel obbligatorji rekwiżiti ta’ divulgazzjoni għall-kumpaniji tal-industrija estrattiva[9]. Wegħda simili saret fid-Dikjarazzjoni ta’ konklużjoni tas-Samit tal-G8 f'Deauvillle ta’ Mejju 2011[10], fejn il-gvernijiet tal-G8 impenjaw ruħhom "li jdaħħlu fis-seħħ liġijiet u regolamenti dwar it-trasparenza jew li jippromwovu standards volontarji li jeħtieġu jew jinkuraġġixxu lill-kumpaniji taż-żejt, gass jew minjieri jiddivulgaw il-pagamenti li jagħmlu lill-gvernijiet" (traduzzjoni mhux uffiċjali). Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew ippreżenta Riżoluzzjoni[11] fejn tenna l-appoġġ tiegħu għal rekwiżiti ta’ rapportar pajjiż pajjiż, partikolarment għall-industriji estrattivi.

Il-leġiżlazzjoni tal-UE attwalment ma teħtieġx lill-kumpaniji jiddivulgaw, fuq bażi ta’ pajjiż, pagamenti lill-gvern magħmula fil-pajjiżi fejnjoperaw. Għaldaqstant tali pagamenti magħmula lill-gvernijiet f'pajjiż speċifiku normalment ma jkunux iddivulgati, anki minkejja tali pagamenti mill-industrija estrattiva (żejt, gass, minjieri) jew ħassad taz-zkuk[12] tal-foresti primarji[13] jistgħu jirrappreżentaw porzjon sinifikanti tad-dħul ta’ pajjiż, speċjalment f'pajjiżi terzi li huma rikki fir-riżorsi naturali. Sabiex il-gvernijiet ikollhom iwieġbu aktar għall-użu ta’ dawn ir-riżorsi u jippromwovu governanza tajba, qed jiġi propost li jkun jeħtieġ id-divulgazzjoni tal-pagamenti lill-gvernijiet fil-livell individwali jew konsolidat ta’ kumpanija. Din il-proposta hija komparabbli mal-Att Dodd-Frank tal-Istati Uniti[14], li ġie adottat f'Lulju 2010, u teħtieġ li l-kumpaniji tal-industriji estrattivi (kumpaniji taż-żejt, gass u minjieri) jirreġistraw mal-Kummissjoni tat-Titoli u l-Kambji (Securities and Exchange Commission, SEC) biex jirrapportaw pubblikament pagamenti lill-gvernijiet[15] abbażi tal-pajjiż u abbażi tal-proġett. Ir-regoli implimentattivi tas-SEC huma skedati li jiġu adottati sa tmiem l-2011.

Il-Valutazzjoni tal-Impatt[16] analizzat ħames alternattivi ta’ politika wiesa' li jibdew minn xenarju bażi (alternattiva ta’ politika 0), imbagħad l-eżami ta’ skemi possibbli li jirriżultaw fi ftehim globali għar-rapportar pajjiż pajjiż għall-MNCs tal-UE u mhux tal-UE (alternattiva ta’ politika 1), u fl-aħħar nett il-valutazzjoni ta’ diversi alternattivi ta’ politika li jobbligaw il-kumpaniji tal-UE biss biex jiddivulgaw l-informazzjoni skont il-pajjiż (alternattivi ta’ politika 2 sa 4). Filwaqt li l-alternattiva ta' politika 2 teħtieġ id-divulgazzjoni tal-pagamenti lill-gvernijiet skont il-pajjiż mill-industrija estrattiva u mill-ħassada tal-foresti primarji, l-alternattiva ta’ politika 3 teħtieġ id-divulgazzjoni ta’ tali informazzjoni abbażi tal-pajjiż u abbażi tal-proġett. Barra minn rapport dwar il-pagamenti lill-gvern, l-alternattiva ta’ politika 4 tkun teħtieġ sett sħiħ ta’ kontijiet pajjiż pajjiż jitħejjew mill-kumpaniji attivi fl-industrija estrattiva u l-ħassada tal-foresti primarji.

Inżammet l-alternattiva li teħtieġ rapportar pajjiż pajjiż (country-by-country reporting - CBCR) tal-pagamenti lill-gvern abbażi tal-pajjiż u tal-proġett mill-Kumpaniji Multinazzjonali (MNCs) tal-UE fl-industrija estrattiva u l-ħsad ta' foresti primarji (l-alternattiva ta' politika 3). L-industrija estrattiva tkopri l-kumpaniji kollha bl-attivitajiet li jinvolvu l-esplorazzjoni, l-iskopertura, l-iżvilupp u l-estrazzjoni tal-minerali, iż-żejt u d-depożiti tal-gass naturali. Il-ħsad ta’ foresti primarji jkopri l-kumpaniji kollha bl-attivitajiet li jinvolvu l-qtugħ bil-lant, qtugħ selettiv u tħaffif tal-foresti primarji. Id-divulgazzjoni tal-pagamenti lill-gvern abbażi tal-pajjiż u, skont il-każ abbażi tal-proġġett tkun aħjar biex taqdi l-eżiġenzi tal-partijiet konċernati li jitolbu divulgazzjonijiet aħjar filwaqt li l-ispejjeż ta’ alternattiva ta’ politika bħal din jibqgħu aċċettabbli, bil-kundizzjoni li jiddaħħal livell limitu xieraq ta’ materjalità. Dan l-approċċ joħloq bilanċ bejn aktar trasparenza mingħajr ma jixħet piż żejjed fuq il-kumpaniji, u mingħajr ma jpoġġi l-kumpaniji tal-UE fi żvantaġġ kompetittiv eċċessiv. Dan ma għandux jinkludi sforzi futuri mill-UE biex tilħaq ftehim internazzjonali, u toħloq permezz ta’ negozjati ma' sħab internazzjonali kundizzjonijiet ekwi dinji fir-rigward tas-CBCR.

Il-kwistjoni ta’ kunflitt potenzjali bejn ir-rekwiżit tal-UE ta’ divulgazzjoni u leġiżlazzjoni nazzjonali ta' pajjiż riċeventi li tipprojbixxi l-pubblikazzjoni ta' tali informazzjoni tqajmet minn xi kumpaniji fl-ambitu tal-proposta. Saru appelli biex tinħoloq eżenzjonijiet f'każijiet ta’ rapportar tal-pagamenti relevanti lill-gvernijiet. Minkejja l-Kummissjoni sabet vera ftit eżempji ta’ pajjiżi li jipprojbixxu d-divulgazzjonijiet, saret dispożizzjoni għal eżenzjoni strettament ċirkuskritta għal sitwazzjonijiet fejn kumpanija li tikkonforma mal-obbligi tad-divulgazzjoni tinstab fi ksur ċar tad-dritt kriminali tal-pajjiż konċernat.

Is-sigurtà tal-enerġija tinsab fuq nett tal-aġenda tal-UE għal diversi raġunijiet, fost l-oħrajn, għaliex l-enerġija ġġenerata fl-Istati Membri tal-UE ma tkoprix id-domanda attwali. Xi wħud jargumentaw li l-operaturi estrattivi tal-UE jistgħu jsibuha ibsa biex joperaw f'pajjiż terz li jkollu effett konsegwenzjali fuq is-sigurtà tal-provvisti taż-żejt u l-gass għall-Ewropa. Filwaqt li xi kumpaniji diġà jiddivulgaw il-pagamenti lill-gvernijiet abbażi tal-pajjiż mingħajr impedimenti f'attivitajiethom, dam jista' jkun xorta oħra għal oħrajn. Għalhekk għandu jkun hem rieżami li fost l-oħrajn jevalwa l-kwistjoni tas-sigurtà fil-provvista tal-enerġija fl-Ewropa. Tqajment il-kwistjoni li tali divulgazzjoni tista' tirriżulta fi żvantaġġ kompetittiv għall-industrija tal-UE. Il-Kummissjoni hija tal-ħsieb li fil-maġġoranza tal-każijiet id-divulgazzjoni tal-pagamenti lill-gvern abbażi tal-pajjiż u tal-proġett, fejn dawk il-pagamenti jkunu attribwiti għal proġett speċifiku (b'livell limitu ta’ materjalità), ma jrendux aċċess dirett għall-informazzjoni korporattiva kunfidenzjali, bħal-livelli ta’ fatturat, kostijiet u profitti. It-tisħiħ tal-EITI jkun ukoll arma kontra kwalunkwe telf ta’ terminu qasir possibbli tal-pożizzjoni kompetittiva, minħabba li twassal għal applikazzjoni aktar globali u reputazzjoni imtejba tal-kumpaniji konformi.

2.3. Implikazzjonijiet Baġitarji

Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet għall-baġit tal-Unjoni.

3. Informazzjoni Addizzjonali

3.1. Simplifikazzjoni

Il-proposta tintroduċi reġim speċifiku għall-kumpaniji ż-żgħar li sejjer inaqqas konsiderevolment l-piż amministrattiv li fil-preżent jinġarr mill-kumpaniji ż-żgħar meta jħejju r-rapporti finanzjarji tagħhom. Sejra tillimita d-divulgazzjonijiet permezz ta’ noti għall-kontijiet għall-(i) politiki kontabilistiċi; (ii) garanziji, impenji, kontinġenzi u arranġamenti li ma jkunux rikonoxxuti fil-karta bilanċjali; (iii) avvenimenti li jseħħu wara d-data tal-karta bilanċjali li ma jkunux rikonoxxuti fil-karta bilanċjali; (iv) djun fit-tul u assigurati; u (v) tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati. Għandu jiġi nnutat li l-mandat għad-divulgazzjoni tal-punti (iii) u (v) sejjer iwassal għal obbligi ġodda imposti fuq il-kumpaniji ż-żgħar minħabba li l-maġġoranza tal-Istati Membri ddisponew għal eżenzjonijiet minn dawn id-divulgazzjonijiet għal tali kumpaniji.

Il-proposta tfittex ukoll li tarmonizza l-livelli limitu biex tiżgura li t-tnaqqis fil-piż amministrattiv fil-fatt jilħaq lill-kumpaniji ż-żgħar kollha fl-UE. Attwalment ħafna kumpaniji li huma żgħar skont id-definizzjonijiet tal-UE jidħlu fil-kategorija ta’ kumpanija medja jew kbira minħabba li d-definizzjonijiet previsti fid-Direttivi huma aktar baxxi meta jiġu trasposti fil-livell ta’ Stat Membru.

It-tabella hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali fil-qosor tal-effetti ewlenin tas-simplifikazzjoni ta’ din il-proposta:

Kumpaniji Żgħar ~ 1.1 miljun kumpanija ~ 21 % tal-kumpaniji | L-armonizzazzjoni massima sejra tiżgura li kumpaniji tal-istess daqs igawdu minn kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni madwar l-UE. In-noti għall-kontijiet sejrin jiġu limitati għal ħames oqsma ewlenin biss. L-ebda ħtieġa ta’ awditjar statutorju. Il-gruppi żgħar se jkunu eżentati mit-tħejjija ta’ rapporti finanzjarji konsolidati. |

- 3.2. Provvedimenti oħra

Il-proposta għandha l-għan li ttejjeb il-komparabilità u ċ-ċarezza tar-rapporti finanzjarji mħejjija minn kumpaniji medji u kbar, u sa ċertu punt minn kumpaniji żgħar.

Għal dan il-għan, il-proposta tfittex li tnaqqas in-numru ta' alternattivi attwalment disponibbli għall-Istati Membri, sakemm dawn l-alternattivi jkunu ta’ detriment għall-komparabilità tar-rapporti finanzjarji. Prinċipji ġenerali bħal "is-sustanza tipprevali fuq il-forma" sejrin isiru obbligatorji sabiex tiżdied iċ-ċarezza tar-rapporti finanzjarji .

Fir-rigward tal-emendi għal dispożizzjonijiet eżistenti, it-tabella hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali fil-qosor tal-emendi ewlenin:

Kumpaniji Medji/Kbar ~ 0.3 miljun kumpanija ~ 4% tal-kumpaniji | Introduzzjoni tal-prinċipji ġenerali ta’ "materjalità" u "is-sustanza tipprevali fuq il-forma" Tnaqqis fin-numru ta’ alternattivi għall-Istati Membri. |

- 3.3 . IFRS għall-SMEs

L-adozzjoni tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju għall-SMEs (IFRS għall-SMEs) għall-użu obbligatorju fl-UE ġiet ikkunsidrata bħala alternattiva. Il-partijiet konċernati, b'mod partikolari l-awtoritajiet pubbliċi, kienu, madankollu, diviżi fuq din l-idea u l- Valutazzjoni tal-Impatt kkonkludiet ukoll li l-introduzzjoni ta’ dan l-istandard ġdid ma taqdix l-għanijiet tas-simplifikazzjoni u tat-tnaqqis fil-piż amministrattiv. Barra minn hekk, meta wieħed jikkunsidra li l-IFRS għall-SMEs huwa standard relattivament ġdid, l-esperjenza fl-implimentazzjoni tiegħu madwar id-dinja kienet għadha nieqsa.

L-adozzjoni obbligatorja tal-IFRS għall-SMEs mhijiex qiegħda tiġi segwita bħala politika fi ħdan din il-proposta, u d-differenzi bejn din id-Direttiva proposta u l-IFRS għall-SMEs fl-oqsma ta’ preżentazzjoni ta’ kapital azzjonarju sottoskritt mhux imħallas u l-perjodi ta’ ammortizzazzjoni għal avvjament li l-ħajja utli tiegħu ma tistax tiġi stmata b’mod affidabbli jfissru li l-adozzjoni sħiħa espliċita tal-IFRS għall-SMEs mhijiex sejra tkun possibbli.

3.4. Rapportar ta’ pagamenti lill-gvernijiet

Sabiex jiġu promossi r-responsabbiltà pubblika u l-governanza tajba tal-gvernijiet, il-proposta tintroduċi rekwiżiti ġodda ta’ rapportar għall-kumpaniji attivi fl-industrija estrattiva jew fil-ħsad tal-foresti primarji. Qed jiġi propost li l-kumpaniji jiddivulgaw il-pagamenti li jagħmlu lill-gvernijiet f'kull pajjiż fejn joperaw u għal kull proġett, fejn il-pagament ikun attribwit għal ċertu proġett u meta jkun materjali għall-gvern riċevent. B'konformità mal-objettiv kumplessiv u sabiex jiġi llimitat il-piż amministrattiv addizzjonali, ir-rekwiżit ġdid huwa limitat għal kumpaniji kbar u entitajiet ta' interess pubbliku.

3.5. Id-Direttiva proposta u r-revoka ta’ leġiżlazzjoni eżistenti

Il-proposta tieħu l-forma ta’ Direttiva ġdida li tirrevoka d-Direttivi tal-1978 u tal-1983 u l-emendi sussegwenti tagħhom.

3.6. Bażi ġuridika, is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 50(1) tat-Trattat, li huwa l-bażi legali għall-adozzjoni ta’ provvedimenti tal-Unjoni mmirati għall-kisba ta’ Suq Intern fil-liġi tal-kumpaniji.

Il-proposta tipprovdi li kumpaniji b'responsabilità limitata għandhom jippreparaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom skont sett ta' rekwiżiti maħsub biex itejjeb il-komparabilità fl-UE kollha tar-rapporti finanzjarji bl-objettiv favur funzjonament aħjar tas-Suq Uniku u b'żieda fil-livell ta’ kummerċ transfruntier. Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà l-UE għandha taġixxi biss fejn tkun tista' twassal għal riżultati aħjar minn intervent fil-livell tal-Istat Membru u l-azzjoni għandha tkun limitata għal dak neċessarju u proporzjonat sabiex jinkisbu l-objettivi tal-politika segwita. L-objettivi ta’ dan ir-rieżami huma tali li ma jistgħux jintlaħqu b'azzjoni unilaterali fil-livell tal-Istati Membri.

Ikun aktar vantaġġuż għall-kumpaniji żgħar li taħt l-approċċ "aħseb l-ewwel fiż-żgħir" ikunu soġġetti għal sett waħdieni ta’ rekwiżiti bażiċi fil-livell tal-UE. Kumpaniji żgħar għandhom jiġu trattati ugwalment fl-UE kollha sabiex jibbenefikaw mill-aċċess għas-suq uniku f'termini omoġeni. L-Istati Membri ma għandhom jimponu rekwiżiti addizzjonali bla bżonn. L-aqwa li dan jista’ jintlaħaq huwa permezz ta’ liġi koordinata tal-UE. Fil-każ tal-kumpaniji medji u kbar, ir-rapportar finanzjarju jeħtieġ li jsir aktar komparabbli fil-livell tal-UE minħabba li l-attivitajiet ta’ dawn il-kumpaniji spiss ikunu transfruntieri u relevanti għall-partijiet konċernati fis-suq intern kollu. Madankollu, l-Istati Membri għandu jkollhom ċerta diskrezzjoni fir-rigward ta’ rekwiżiti addizzjonali tar-rapportar għal dawn it-tipi ta’ kumpaniji. Għalhekk, Direttiva tkun l-aktar strument idoneu għaliex tippermetti ċertu marġni ta' manuvrar għall-Istati Membri. Direttiva tiżgura wkoll li l-kontenut u l-forma tal-azzjoni proposta tal-UE ma tmurx lil hinn minn dak neċessarju u proporzjonat sabiex jintlaħaq l-objettiv regolatorju tas-semplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi.

4. Kummenti dwar l-artikoli

L-Artikoli segwenti jibqgħu l-istess fis-sustanza bħall-Artikoli korrispondenti fir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE u s-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE, minkejja li f’ħafna każijiet in-numerazzjoni tagħhom tvarja min-numerazzjoni użata oriġinarjament. Dawn jinkludu l-Artikoli 1(1) (inklużi l-Annessi I u II), 2(2) sa 2(8), 3(6) sa 3(9), 4, 5(2) sa 5(3), 6(2) sa 6(3), 7, 8(1) sa 8(5), 10, 11(1) sa 11(7) u 11(11), 12(2), 19(2), 20, 21, 22, 28(2), 29(2) u 29(3), 30, 32, 33(1) sa 33(2), 34(1), 35 ħlief għal 35(3), 44, 45, 47, u 51. Ġiet ipprovduta tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Għall-finijiet ta’ konċiżjoni u ċarezza, huma pprovduti spjegazzjonijiet f’din is-sezzjoni biss fejn din il-proposta ġġib magħha modifiki sostanzjali meta mqabbla mad-Direttivi li se jitħassru.

Kienu introdotti għadd ta' bidliet fit-test kollu sabiex it-terminoloġija fid-Direttiva proposta tkun konformi mal-lingwa kontabilistika moderna, mingħajr l-ebda impatt fuq is-sustanza tal-artikoli rilevanti. Dawn jinkludu: is-sostituzzjoni ta’ " kumpanija " bit-terminu " impriża ", ir-referenzi kollha għal " kontijiet " ġew sostitwiti b’" rapporti finanzjarji ", u r-referenzi kollha għal " rapport annwali " ġew sostitwuti b’" rapport maniġerjali ".

4.1. Kapitolu 1 - Ambitu, definizzjonijiet u kategoriji ta’ impriżi

L-Artikolu 2 jiġbor flimkien għadd ta’ definizzjonijiet li qabel kienu mxerrda fid-Direttivi oriġinali. L-entitajiet ta’ interess pubbliku huma ddefiniti, permezz tad-definizzjoni użata fid-Direttiva 2006/43/KE dwar Awditjar Statutorju. Id-definizzjonijiet għal impriżi prinċipali, sussidjarji jew affiljati ġew stabiliti b’mod aktar ċar milli fis-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE. Madankollu, ma hemmx tibdil fit-tifsira bażika. Bl-istess mod l-impriżi assoċjati huma ddefiniti b’mod aktar ċar milli kif inhuma fil-preżent, u bis-suppożizzjoni li teżisti influwenza sinifikanti meta investitur jkollu 20% jew aktar tad-drittijiet għall-vot, id-definizzjoni hija skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità rilevanti – IAS 28.

L-Artikolu 3 joħloq bażi legali għall-espressjonijiet impriża "żgħira", "medja" u "kbira", u jżomm il-prattika li d-daqs ta’ impriża jiġi ddeterminat b’referenza għall-fatturat nett, it-total tal-karta bilanċjali u n-numru ta’ impjegati tagħha. Skont l-għan tal-politiki tal-UE, l-Unjoni tista’ tuża definizzjonijiet li sa ċertu punt jvarjaw minn dawk f’dan l-Artikolu[17]. Il-proposta hija li l-kriterji tad-daqs jiġu kompletament armonizzati, fejn qabel l-Istati Membri setgħu jagħżlu jekk daqsijiet differenti ta’ impriżi kellhomx jiġu rikonoxxuti jew le fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħhom u, sa ċertu punt, il-kriterji rilevanti tad-daqs.

Gruppi żgħar u medji huma ddefiniti f’termini li huma aktar ċari minn dawk użati fis-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE. Il-kriterji tad-daqs tal-fatturat nett u tat-total tal-karta bilanċjali żdiedu skont il-livell ta’ inflazzjoni minn meta dawn kienu riveduti l-aħħar fl-2006.

Id-definizzjonijiet u l-eżenzjonijiet għal "kumpaniji azzjonarji finanzjarji" u għal "ditti ta’ investiment" tneħħew, minħabba li t-trattament ta’ kontabilità speċifiku għall-industrija jostakola l-armonizzazzjoni. Barra minn hekk dawn id-dispożizzjonijiet ma kinux użati ħafna madwar l-UE.

4.2. Kapitolu 2 –Dispożizzjonijiet u prinċipji ewlenin

L-Artikolu 4, flimkien mal-Artikolu 17 (ara 4.4 hawn taħt), joħloq reġim kompletament armonizzat għat-tħejjija tar-rapporti finanzjarji ta’ impriżi żgħar li jikkonsisti fit-tħejjija ta’ rapport tal-introjtu (ir-rendikont tal-profitt u t-telf), karta bilanċjali u noti limitati. L-Istati Membri m'għandhomx jitolbu l-preżentazzjoni ta' informazzjoni ulterjuri.

Il-prinċipju ġenerali tal-materjalità ġie introdott fl-Artikolu 5. Dan jistipula li r-rikonoxximent, il-kejl, il-preżentazzjoni u d-divulgazzjoni fir-rapporti finanzjarji għandhom ikunu soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ materjalità. Dan jippermetti, per eżempju, il-kombinazzjoni ta’ entrati ta’ partita fir-rapport tal-introjtu jew fil-karta bilanċjali, jew it-tħollija barra ta’ noti ta’ divulgazzjonijiet fejn l-informazzjoni rilevanti tkun immaterjali. Bl-istess mod dovuti mhux materjali, prepagamenti u dispożizzjonijiet ma jkollhomx għalfejn jiġu rikonoxxuti. L-istabiliment tal-materjalità se jibqa’ r-responsabilità primarja ta’ kumpanija, irrispettivament minn jekk il-kumpanija tkunx soġġetta għal awditjar jew le.

Il-ħtieġa li r-realtà ekonomika ta’ tranżazzjoni tiġi ppreżentata fir-rapporti finanzjarji, u mhux sempliċiment il-forma ġuridika tagħha hija introdotta wkoll bħala prinċipju ġenerali fl-Artikolu 5 biex tipprovdi għal prinċipji ġenerali komuni, u b’hekk l-armonizzazzjoni, madwar l-UE. Fil-passat, dan il-metodu ta’ preżentazzjoni kien permess fid-Direttivi imma l-Istati Membri ma kinux meħtieġa li jadottaw il-prinċipju fid-dritt nazzjonali tagħhom.

Fl-Artikolu 6, inżammet l-opzjoni għall-Istati Membri li jippermettu kontabilità ta’ rivalwazzjoni għall-assi fissi, bħala alternattiva għall-ikkontabilizzar storiku filwaqt li, biex tiġi żgurata armonizzazzjoni akbar tal-bażijiet tal-valwazzjoni, tneħħew l-alternattivi li kellhom l-Istati Membri li kienu jippermettu l-ikkontibilizzar skont il-kost ta’ sostituzzjoni u l-metodi ta’ inflazzjoni tal-metodi kontabilistiċi.

4.3. Kapitolu 3 – Il-Karta bilanċjali u r-rapport tal-introjtu

Id-dispożizzjonijiet ġenerali fl-Artikolu 8 ġew emendati biex jesprimu b’mod aktar ċar li l-Istati Membri jistgħu jesiġu jew jippermettu li impriża assoċjata tiġi ttrattat fir-rapporti finanzjarji annwali bl-użu tal-metodu tal-ekwità.

Id-Direttiva proposta tipproponi format uniku tal-karta bilanċjali (ara l-Artikolu 9), fejn fil-passat l-Istati Membri setgħu jagħżlu bejn żewġ formati differenti. Dan għandu jiżgura komparabilità aħjar tar-rapporti finanzjarji minn ġuriżdizzjoni għall-oħra fl-UE. Barra minn hekk, l-ispejjeż tal-formazzjoni tneħħew minn kategorija ta’ assi, minħabba li r-rikonoxximent tagħhom kien jiddependi fuq id-definizzjoni tagħhom fid-dritt tal-Istati Membri. Jeħtieġ emenda konsegwenzjali fit-test dwar il-profitti distribwibbli stabilit fl-Artikolu 11.

L-Artikolu 11 jintroduċi wkoll il-ħtieġa li l-ammont rikonoxxut fir-rigward ta’ dispożizzjoni għandu jikkorrispondi mal-aqwa stima mill-impriża tal-obbligazzjoni jew tan-nefqa futura, u dan l-Artikolu jeskludi wkoll il-metodu ta’ valwazzjoni "l-ewwel tal-aħħar", (LIFO) bħala metodu ta’ valwazzjoni permess għall-istokks u oġġetti funġibbli. Dan it-tibdil sejjer jiżgura komparabilità aħjar tar-rapporti finanzjarji.

L-Artikoli 12 sa 15 jipprovdu għal żewġ formati biss għar-rapport tal-introjtu – waħda fuq bażi tan-"natura", u waħda fuq bażi tal-"funzjoni". Fil-passat kienu permessi erba’ formati. L-għan hawnhekk huwa li tinkiseb aktar komparabilità filwaqt li tinżamm preżentazzjoni li tkun familjari mal-utenti tar-rapporti finanzjarji. Id-distinzjoni preċedenti bejn l-entrati ordinarji u dawk straordinarji fir-rapport tal-introjtu tneħħiet, u b’hekk tneħħiet il-preferenza inerenti li kienet tiffavorixxi l-preżentazzjoni ta’ oġġetti ta’ spiża "kbar" jew "insoliti" bħala straordinarji, sabiex ma jfixklux iċ-ċifra tal-profitt nominali wara t-taxxa. Mill-banda l-oħra kien hemm preferenza inerenti biex entrati ta’ introjtu "kbar" jew "insoliti" jiġu ppreżentati bħala ordinarji sabiex isaħħu ċ-ċifra tal-profitt nominali. Biex tiġi żgurata preżentazzjoni newtrali ta’ tali entrati ta’ introjtu u nefqa hemm rekwiżit ġdid li dawn jiġu ddivulgati separatament fir-rapport tal-introjtu, b’nota ta’ spjegazzjoni. Għalhekk dawn l-entrati kollha se jiġu rikonoxxuti bħala li jwasslu għall-profitt wara t-taxxa.

Ir-reġim tar-rapporti finanzjarji fil-qosor huwa soġġett għal emendi konsegwenzjali fl-Artikolu 16, li jirrifletti t-tnaqqis fin-numru ta’ formati.

4.4. Kapitolu 4 – Noti għar-rapporti finanzjarji

Kienu jeżistu diversi alternattivi għall-Istati Membri fir-rigward tad-divulgazzjonijiet ta' noti fid-Direttivi preċedenti. Dan l-approċċ ġie sostitwit minn approċċ armonizzat, li se jfisser li madwar l-UE l-impriżi fl-istess kategorija ta’ daqs se jkollhom reġim ta’ divulgazzjoni simili jew komparabbli.

Dan il-kapitolu joħloq approċċ "minn isfel għal fuq" għall-għoti ta’ informazzjoni permezz ta’ noti għar-rapporti finanzjarji. L-Artikolu 17 jistabilixxi d-divulgazzjonijiet ta' noti li l-impriżi kollha jkollhom jagħmlu. B’mod ġenerali, l-impriżi ż-żgħar se jkollhom reġim aktar limitat ta’ divulgazzjoni, meta mqabbel mad-Direttivi preċedenti, u b’mod konsistenti mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 (ara 4.2 hawn fuq), qiegħed jiġi propost li l-Istati Membri ma għandhomx jeħtieġu li dawn il-kategoriji ta’ impriżi jiddivulgaw informazzjoni ulterjuri, minħabba li firxa kbira ta’ dawk ikkonsultati qablu li dawn kienu d-divulgazzjonijiet ewlenin għall-impriżi ż-żgħar.

L-impriżi medji jkollhom jiddivulgaw l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikoli 17 u 18, filwaqt li l-impriżi kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku jkollhom jiddivulgaw l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 17, 18 u 19.

L-Artikolu 17 jintroduċi l-ħtieġa li l-impriżi kollha jiddivulgaw avvenimenti li jkunu saru wara d-data tal-karta bilanċjali fin-noti tar-rapporti finanzjarji. Din l-informazzjoni ewlenija qabel kienet tiġi ddivulgata biss fir-rapport maniġerjali u l-Istati Membri kellhom l-għażla li jeżentaw id-divulgazzjoni tagħha. Biex jiġi żgurat livell għoli ta’ trasparenza, id-divulgazzjoni ta’ tranżazzjonjiet ma’ partijiet relatati issir obbligatorja wkoll għall-impriżi ta’ kull daqs, inkluż dawk bejn sussidjarji taħt sjieda sħiħa fir-rapporti finanzjarji annwali rispettivi tagħhom – fil-passat l-Istati Membri setgħu jeżentaw id-divulgazzjoni irrispettivament mid-daqs tal-impriża.

4.5. Kapitolu 5 – Rapport maniġerjali

Ma sarx tibdil sostanzjali fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kontenut ta’ dan ir-rapport meta mqabbel ma’ dawk li attwalment hemm dispost għalihom fir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE u fis-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE.

4.6. Kapitolu 6 - Rapporti finanzjarji konsolidati

Dan il-kapitolu jinkorpora d-dispożizzjonijiet tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE dwar il-kontijiet konsolidati, u b’hekk joħloq Direttiva waħda dwar il-forma u l-kontenut tar-rapporti finanzjarji annwali u konsolidati.

Saiex jiġi simplifikat it-test u tiġi evitata r-repetizzjoni, tneħħew partijiet kbar mit-test tad-Direttiva 83/349/KEE u ġew sostitwiti bil-prinċipju li fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji konsolidati għandu jiġi segwit it-trattament kontabilistiku fir-rapporti finanzjarji annwali u jittieħed kont tal-aġġustamenti essenzjali bħala riżultat tal-karatteristiċi partikolari tar-rapporti finanzjarji konsolidati meta mqabbla mar-rapporti finanzjarji annwali.

Il-bidliet fis-sustanza meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet preżenti fir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE u fis-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE huma:

Il-ħolqien ta’ sett ta' kriterji armonizzati ta’ konsolidament, fl-Artikolu 23 il-konsolidament se jkun meħtieġ f’sitwazzjonijiet fejn impriża waħda teżerċita influwenza dominanti jew kontroll fuq impriża oħra; jew fejn l-impriżi jkunu mmaniġjati fuq bażi unifikata. Fil-passat l-Istati Membri setgħu jagħżlu jekk ridux jikkonsolidaw f’dawn iċ-ċirkostanzi.

Fl-Artikolu 24 il-gruppi żgħar huma eżentati mir-rekwiżit li jħejju rapporti finanzjarji konsolidati, filwaqt li qabel l-Istati Membri kellhom l-alternattiva li jeżentaw tali impriżi. Dan jarmonizza l-eżenzjoni madwar l-UE u jnaqqas il-piż amministrattiv f’konformità mal-approċċ meħud dwar ir-rapporti finanzjarji annwali tal-impriżi ta’ kumpaniji żgħar.

L-opzjonijiet għall-Istati Membri biex jippermettu l-ikkontabilizzar ta' fużjoni u biex jippermettu l-ikkanċellar immedjat tal-avvjament għar-riżervi (l-Artikoli 20 u 30 rispettivament tad-Direttiva 83/349/KEE) tneħħew minħabba li ftit kienu użati u t-tneħħija tagħhom toħloq sett aktar armonizzat ta’ prinċipji ta' konsolidament. L-Artikolu 25 joħloq ukoll trattament ibbażat fuq il-prinċipji għar-rikonoxximent ta’ avvjament negattiv fir-rapport tal-introjtu konsolidat.

4.7. Kapitolu 7 – Pubblikazzjoni

Ma sarx tibdil sostanzjali fid-dispożizzjonijiet dwar il-pubblikazzjoni meta mqabbla ma’ dawk attwalment ipprovduti fir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE u fis-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE.

4.8. Kapitolu 8 – Awditjar

Ir-rekwiżiti ġenerali stabiliti fl-Artikolu 34 ġew emendati biex jirriflettu l-approċċ “l-ewwel aħseb fiż-żgħir” li jiggwida l-proposta. B’riżultat ta’ dan, mill-perspettiva tal-liġi dwar il-kumpaniji tal-UE, il-kumpaniji ż-żgħar se jkunu eżentati għal kollox mill-awditu. Dan l-Artikolu jispeċifika wkoll li l-entitajiet ta’ interess pubbliku se jkunu soġġetti għal awditu statutorju, irrispettivament mid-daqs tagħhom.

Barra minn hekk l-Artikolu 35.3 jiċċara kif ir-rekwiżiti tal-awditjar japplikaw għal gruppi ta’ impriżi.

4.9. Kapitolu 9 – Rapport dwar il-ħlasijiet lill-gvernijiet

Iddaħħlu rekwiżiti ġodda ta’ rapportar għal kumpaniji kbar u entitajiet ta’ interess pubbliku attivi fl-industrija estrattiva jew fil-ħsad tal-foresti primarji. Għal kull pajjiż fejn joperaw, fejn l-ammont ikun materjali għall-gvern riċevent, jiddivulgaw fuq bażi annwali l-pagamenti li jagħmlu lill-gvernijiet tul is-sena finanzjarja, u fejn il-pagamenti jkunu attribwiti għal proġett, il-pagamenti għal kull proġett. Fejn xieraq, ir-rapporti jitħejjew f'livell konsolidat. Jekk jitħejja rapport konsolidat, is-sussidjarji u l-kumpanija prinċipali li tħejji r-rapport ikunu eżentati. Ir-rapport jiġi ppubblikat skont ir-rekwiżiti tal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE.

4.10. Kapitolu 10 - Dispożizzjonijiet Finali

Il-Kumitat ta’ Kuntatt maħluq mir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE ma għadux aktar jintuża u ma hemmx dispost għalih f’din il-proposta.

Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi ekonomiċi u l-inflazzjoni, l-Artikolu 42 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex perjodikament tirrevedi l-livelli limiti biex jiġi ddeterminat id-daqs tal-impriżi li jinstabu fl-Artikolu 3. Dan huwa neċessarju biex jiġi ppreservat il-valur reali tal-livelli limiti maż-żmien.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li taġġorna t-tipi ta’ entitajiet fl-Annessi I u II sabiex jiġi żgurat li jikkorrispondu għal kwalunkwe tibdil fl-Istati Membri.

Huwa neċessarju li jiġi speċifikat u żviluppat ulterjorment il-kunċett ta’ materjalità tal-pagamenti sabiex jiġi żgurat il-livell relevanti u xieraq ta’ divulgazzjoni tal-pagamenti lill-gvernijiet mill-industrija estrattiva u l-ħassada tal-foresti primarji. Huwa xieraq li jintużaw l-atti delegati, sabiex jiddaħħlu regoli teknikament tajba u effikaċi, li jippermettu lill-Kummissjoni tqis l-għarfien espert disponibbli.

L-ambitu u l-modalitajiet eżatti ta’ dawn is-setgħat delegati huma ċirkoskirtti b’attenzjoni fl-Artikolu 42.

Fl-aħħar nett, l-Artikolu 46 ġie introdott biex jispeċifika li bħala regola ġenerali, l-entitajiet ta’ interess pubbliku fil-prinċipju ma jkunux intitolati għall-eżenzjonijiet fi ħdan id-Direttiva.

2011/0308 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari

l-Artikolu 50(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

5. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea"[18] għandha l-għan li tfassal u twassal regolamentazzjoni tal-ogħla kwalità, fir-rigward tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, filwaqt li tiżgura li l-piżijiet amministrattivi jkunu proporzjonali mal-benefiċċji tagħhom. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” – “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa (SBA)[19], adottata f’Ġunju 2008 u riveduta fi Frar 2011[20], tirrikonoxxi r-rwol ċentrali tal-impriżi żgħar u medji (SMEs) fl-ekonomija tal-Unjoni, u għandha l-għan li ttejjeb l-approċċ ġenerali għall-intraprenditorija u tankra l-prinċipju “aħseb l-ewwel fiż-żgħir” fit-tfassil tal-politika mir-regolamentazzjoni għas-servizz pubbliku. Il-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta’ Marzu 2011[21] laqgħa l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta l-Att tas-Suq Uniku bi provvedimenti għall-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi, li jwasslu għal riżultati tanġibbli għaċ-ċittadini u n-negozji. L-“Att dwar is-Suq Uniku”[22] adottat f’April 2011 jipproponi li jissimplifika d-Direttivi dwar il-Kontabilità fir-rigward tal-obbligi għall-informazzjoni finanzjarja u jnaqqas il-piż amministrattiv, partikolarment għall-SMEs. L-istrateġija Ewropa 2020[23] għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv għandha l-għan li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u ttejjeb l-ambjent tan-negozju, partikolarment għall-SMEs u biex tippromwovi l-internalizzazzjoni tal-SMEs. Il-Kunsill Ewropew msemmi hawn fuq talab li l-piż regolatorju ġenerali, partikolarment għall-SMEs, jitnaqqas kemm fuq livell Ewropew kif ukoll fuq livell nazzjonali u jissuġġerixxi miżuri għaż-żieda fil-produttività bħat-tneħħija tal-burokrazija u t-titjib fil-qafas regolatorju għall-SMEs. Din il-proposta tqis il-programm ta’ regolamentazzjoni aħjar tal-Kummissjoni Ewropea, u partikolarment il-Komunikazzjoni dwar "Regolamentazzjoni Intelliġenti tal-UE ta’ Ottubru 2010[24].

6. Fit-18 ta’ Diċembru 2008, il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar ir-rekwiżiti ta’ kontabilità fir-rigward ta’ kumpaniji żgħar u medji, partikolarment għall-mikroentitajiet[25], li ssostni li d-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE ħafna drabi huma ta’ piż kbir għal kumpaniji żgħar u medji, u partikolarment għall-mikroentitajiet, u staqsa lill-Kummissjoni biex tkompli bl-isforzi tagħha biex tirrevedi dawk id-Direttivi.

7. Il-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw il-preżentazzjoni u l-kontenut tar-rapporti finanzjarji annwali u tar-rapporti maniġerjali, il-bażijiet ta’ kejl, użati fihom u l-pubblikazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ ċerti impriżi b’responsabilità limitata huma ta’ importanza speċjali għall-protezzjoni tal-azzjonisti, tal-membri u tal-partijiet terzi. F’dawk l-oqsma hija neċessarja koordinazzjoni simultanja għal dawk il-forom ta’ impriżi għaliex, minn naħa, xi impriżi joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed u, min-naħa l-oħra, ma joffru l-ebda salvagwardji lil partijiet terzi lil hinn mill-ammonti tal-assi netti tagħhom.

8. Hemm għadd sostanzjali ta' sħubijiet u soċjetajiet limitati li l-membri kollha responsabbli għal kollox tagħhom huma kostitwiti jew bħala kumpaniji pubbliċi jew bħala kumpaniji privati b’responsabilità limitata, u għalhekk għandhom ikunu soġġetti għall-provvedimenti ta’ koordinazzjoni ta’ din id-Direttiva.

9. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li, fuq livell ta’ Unjoni jiġi stabilit livell minimu ta’ rekwiżiti legali fir-rigward tal-ammont ta' informazzjoni finanzjarja li għandha tkun disponibbli għall-pubbliku minn impriżi li jkunu f’kompetizzjoni ma’ xulxin.

10. Ir-rapporti finanzjarji annwali għandhom jagħtu stampa vera u ġusta tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ impriża, il-pożizzjoni finanzjarja u l-profitt jew it-telf. Għal dan il-għan għandu jiġi preskritt u stabilit format obbligatorju għall-karta bilanċjali u r-rapport tal-introjtu u l-kontenut minimu tan-noti għar-rapporti finanzjarji u r-rapport maniġerjali. Skont il-prinċipju ta’ "aħseb l-ewwel fiż-żgħir", ir-rekwiżiti mandatorji għall-impriżi ż-żgħar għandhom ikunu totalment armonizzati fil-leġiżlazzjoni. Sabiex jiġu evitati piżijiet sproporzjonati fuq dawn l-entitajiet, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu intitolati jeħtieġu l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni ulterjuri. L-Istati Membri jistgħu madankollu jimponu aktar rekwiżiti fuq impriżi medji u kbar.

11. L-impriżi żgħar, medji u kbar għandhom jiġu ddefiniti u distinti b’referenza għall-assi totali, il-fatturat u n-numru medju ta’ impjegati, minħabba li dawn l-elementi ġeneralment jipprovdu evidenza oġġettiva tad-daqs ta’ impriża.

12. Biex tiġi żgurata d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni komparabbli u ekwivalenti, il-prinċipji ta’ rikonoxximent u ta’ kejl għandhom jinkludu n-negozju avvjat, il-bażi ta’ prudenza u tad-dovuti. M'għandhiex tkun permessa tpaċija bejn l-entrati tal-assi u l-obbligazzjonijiet u l-entrati ta' introjtu u nefqa, u l-komponenti tal-assi u tal-obbligazzjonijiet għandhom jiġu valwati separatament. Il-preżentazzjoni tal-entrati fir-rapporti finanzjarji għandha tqis ir-realtà ekonomika jew is-sustanza kummerċjali tat-tranżazzjoni jew l-arranġament sottostanti. Il-prinċipju ta’ materjalità għandu jirregola r-rikonoxximent, il-kejl, il-preżentazzjoni u d-divulgazzjoni fir-rapporti finanzjarji.

13. L-entrati rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji annwali għandhom jitkejlu abbażi tal-prinċipju tal-prezz tax-xiri jew tal-kost tal-produzzjoni sabiex tiġi żgurata l-affidabilità tal-informazzjoni fir-rapporti finanzjarji. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jippermettu jew jeħtieġu li l-impriżi rivalwaw l-assi fissi sabiex tkun tista’ tiġi pprovduta informazzjoni aktar rilevanti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji.

14. Il-ħtieġa għall-komparabilità tal-informazzjoni finanzjarja madwar l-Unjoni titlob li l-Istati Membri jippermettu sistema ta’ kontabilità b’valur ġust għal ċerti strumenti finanzjarji. Barra minn hekk is-sistemi ta’ kontabilità b’valur ġust jipprovdu informazzjoni li tista’ tkun ta’ aktar rilevanza għall-utenti ta’ rapporti finanzjarji milli informazzjoni bbażata fuq il-prezz tax-xiri / il-kost tal-produzzjoni. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-adozzjoni ta’ sistema ta’ kontabilità b’valur ġust mill-impriżi kollha jew mill-klassijiet ta’ impriżi kemm fir-rigward tar-rapporti finanzjarji konsolidati u annwali jew fir-rigward tar-rapporti finanzjarji konsolidati biss. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jitħallew jippermettu jew jeħtieġu kontabilità b’valur ġust għall-assi, minbarra għall-istrumenti finanzjarji.

15. Format uniku għall-karta bilanċjali huwa neċessarju biex jippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji li jqabblu l-pożizzjoni finanzjarja tal-impriżi fi ħdan l-Unjoni. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jippermettu jew li jeħtieġu lill- impriżi jimmodifikaw il-format u jippreżentaw karta bilanċjali li tiddistingwi bejn l-entrati kurrenti u mhux kurrenti. Għandu jiġi permess format għar-rapport tal-introjtu li juri n-natura tal-ispejjeż u format għar-rapport tal-introjtu li juri l-funzjoni tal-ispejjeż. L-Istati Membri għandhom jippreskrivu l-użu ta’ wieħed jew taż-żewġ formati. L-Istati Membri għandhom ikollhom id-dritt ukoll li jippermettu lill-impriżi jippreżentaw dikjarazzjoni tal-prestazzjoni minflok rapport tal-introjtu imħejjija skont wieħed mill-formati permessi. Għandhom ikunu disponibbli simplifikazzjonijiet tal-formati meħtieġa għall-impriżi żgħar u medji.

16. Għal raġunijiet ta’ komparabilità, għandu jiġi pprovdut qafas komuni għar-rikonoxximent, il-kejl u l-preżentazzjoni fost l-oħrajn ta’ aġġustamenti fuq il-valur, avvjament, provvedimenti, ħażniet ta’ merkanzija u assi funġibbli, u introjtu u nefqa ta’ daqs eċċezzjonali jew ta’ inċidenza.

17. L-informazzjoni ppreżentata fil-karta bilanċjali u fir-rapport tal-introjtu għandha tiġi ssupplimentata b’divulgazzjonijiet permezz ta’ noti għar-rapporti finanzjarji. L-utenti ta’ rapporti finanzjarji ġeneralment ikollhom ħtieġa limitata ta’ informazzjoni supplimentari minn impriżi żgħar, u tista' tinvolvi spejjeż kbar għall-impriżi ż-żgħar biex jiġbru flimkien l-informazzjoni supplimentari li teħtieġ li tiġi ddivulgata. Għalhekk reġim ta’ divulgazzjoni limitata għall-impriżi ż-żgħar huwa ġustifikat. Madankollu meta impriża żgħira tħoss li jkun ta’ benefiċċju li tipprovdi divulgazzjonijiet addizzjonali tat-tipi meħtieġa mill-impriżi l-medji u kbar, hija ma tinżammx milli tagħmel dan.

18. Ġeneralment l-utenti ta’ rapporti finanzjarji mħejjija minn impriżi medji u kbar għandhom ħtiġijiet aktar sofistikati. Għalhekk, f’ċerti oqsma għandhom jiġu pprovduti divulgazzjonijiet ulterjuri. L-eżenzjoni minn uħud minn dawn l-obbligi ta’ divulgazzjoni għandha tkun ġustifikata meta jkunu ta’ preġudizzju għal ċerti persuni jew għall-impriża.

19. Ir-rapport maniġerjali u r-rapport maniġerjali konsolidat huma elementi importanti fir-rappurtar finanzjarju. Għandha tiġi pprovduta analiżi ġusta tal-iżvilupp tan-negozju u tal-pożizzjoni tiegħu, b'mod konsistenti mad-daqs u l-kumplessità tan-negozju. L-informazzjoni ma għandhiex tkun ristretta għall-aspetti finanzjarji tal-operat tal-impriża, u għandu jkun hemm analiżi tal-aspetti ambjentali u soċjali tan-negozju meħtieġa għall-għarfien tal-iżvilupp, il-prestazzjoni jew il-pożizzjoni tal-impriża. Fil-każijiet fejn ir-rapport maniġerjali konsolidat u r-rapport maniġerjali tal-impriża prinċipali jiġu ppreżentati f’rapport wieħed, jista’ jkun xieraq li ssir enfasi akbar fuq dawk il-kwistjonijiet li jkunu sinifikanti għall-impriżi inklużi fil-konsolidament b'mod kollettiv. Madankollu, wara li jitqies il-piż potenzjali fuq l-impriżi medji, ikun xieraq li jiġi dispost li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu li jirrinunzjaw l-obbligu li jipprovdu informazzjoni mhux finanzjarja fil-każ tar-rapport maniġerjali ta’ dawn l-impriżi.

20. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jeżentaw l-impriżi żgħar mill-obbligu li jfasslu rapport maniġerjali bil-kundizzjoni li jinkludu, fin-noti għar-rapporti finanzjarji, id-dejta li tirrigwarda l-akkwiżizzjoni tal-ishma tagħhom msemmija fl-Artikolu 22(2) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta’ Diċembru 1976 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi tal-membri u ta’ oħrajn, ikunu meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpaniji skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, fir-rigward tal-formazzjoni ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li dawn is-salvagwardji jsiru ekwivalenti[26].

21. Minħabba li l-entitajiet ta’ interess pubbliku jista’ jkollhom rwol prominenti fl-ekonomiji li fihom joperaw, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tad- dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva għandhom japplikaw għall-entitajiet kollha ta’ interess pubbliku.

22. Ħafna impriżi huma membri ta’ korpi ta’ impriżi. Għandhom jitfasslu rapporti finanzjarji konsolidati sabiex l-informazzjoni finanzjarja dwar dawn il-korpi ta’ impriżi tkun tista’ titwassal lill-membri u lil partijiet terzi. Id-dritt nazzjonali li jirregola r-rapporti finanzjarji konsolidati għandu għalhekk jiġi kkoordinat sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ komparabilità u ekwivalenza fl-informazzjoni li l-impriżi għandhom jippubblikaw fl-Unjoni.

23. Ir-rapporti finanzjarji konsolidati għandhom, fil-prinċipju, jippreżentaw l-attivitajiet ta’ impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha bħala entità ekonomika waħda (grupp); l-impriżi kkontrollati mill-impriża prinċipali għandhom jitqiesu bħala impriżi sussidjarji. Il-kontroll għandu jkun ibbażat fuq min ikollu l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot, imma jista’ jeżisti kontroll fejn ikun hemm ftehim mal-azzjonisti jew mal-membri sħab. F’ċerti ċirkustanzi l-kontroll jista’ jiġi eżerċitat b’mod effettiv meta l-impriża prinċipali jkollha minoranza ta’ ishma fis-sussidjarja. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jesiġu li l-impriżi li ma jkunux soġġetti għal relazzjoni ta’ kontroll, li jkunu mmaniġjati fuq bażi unifikata, jew li jkollhom korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju komuni jiġu inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati.

24. Impriża sussidjarja li hija stess tkun impriża prinċipali għandha tfassal rapporti finanzjarji konsolidati. Madankollu, l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li f’ċerti ċirkostanzi jeżentaw lil tali impriża prinċipali mill-obbligu li tipprepara tali rapporti finanzjarji konsolidati, bil-kundizzjoni li l-membri tagħha u l-partijiet terzi jkunu protetti biżżejjed.

25. Il-gruppi żgħar għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jħejju rapporti finanzjarji konsolidati billi l-utenti ta’ rapporti finanzjarji ta’ impriżi żgħar m’għandhomx ħtiġijiet sofistikati ta’ informazzjoni u t-tħejjija ta’ rapporti finanzjarji konsolidati flimkien mar-rapporti finanzjarji annwali tal-impriża prinċipali u tas-sussidjarja tista' tinvolvi ħafna spejjeż. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeżentaw gruppi medji mill-obbligu li jħejju rapporti finanzjarji konsolidati għall-istess raġunijiet ta’ kost/benefiċċju.

26. Il-konsolidament jeħtieġ l-inkorporazzjoni sħiħa tal-assi u l-obbligazzjonijiet u ta' introjtu u nefqa ta’ dawk l-impriżi u d-divulgazzjoni separata tal-interessi nonkontrollanti fil-karta konsolidata tal-bilanċi fi ħdan il-kapital u r-riżervi u d-divulgazzjoni separata tal-interessi nonkontrollanti fil-profitt jew it-telf tal-grupp fir-rapporti tal-introjtu konsolidati. Madankollu, għandhom isiru l-korrezzjonijiet neċessarji biex jiġu eliminati l-effetti tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-impriżi konsolidati. Partikolarment, id-dejn u t-talbiet bejn l-impriżi; l-introjtu u n-nefqa fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet bejn l-impriżi; u l-profitti u t-telf bħala riżultat ta’ tranżazzjonijiet bejn l-impriżi, meta jiġu inklużi fil-valur tal-assi skont il-kotba, jiġu eliminati mir-rapporti finanzjarji konsolidati.

27. Il-prinċipji applikabbli ta’ rikonoxximent u ta’ kejl fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji annwali għandhom japplikaw ukoll fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji konsolidati.

28. L-impriżi assoċjati għandhom jiġu inklużi fl-kontijiet konsolidati permezz tal-metodu tal-ekwità. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jippermettu jew li jesiġu li impriża b’kontroll konġunt tkun konsolidata b'mod proporzjonali fir-rapporti finanzjarji konsolidati.

29. Ir-rapporti finanzjarji konsolidati għandhom jinkludu d-divulgazzjonijiet kollha permezz ta’ noti għar-rapporti finanzjarji għall-impriżi inklużi fil-konsolidament meħuda flimkien. L-ismijiet, l-uffiċċji reġistrati u l-interess tal-grupp fil-kapital tal-impriżi għandhom jiġu ddivulgati wkoll fir-rigward tas-sussidjarji, l-impriżi assoċjati, l-impriżi b’kontroll konġunt u l-interessi ta’ parteċipazzjonijiet.

30. Ir-rapporti finanzjarji annwali tal-impriżi kollha li għalihom tapplika din id-Direttiva għandhom jiġu ppubblikati skont id-Direttiva 2009/101/KE. Madankollu huwa xieraq li jiġi previst li f’dan il-qasam jistgħu jingħataw ukoll ċerti derogi għal impriżi żgħar u medji.

31. L-Istati Membri huma mħeġġa ferm li jiżviluppaw sistemi ta’ pubblikazzjoni elettronika li jippermettu lill-impriżi jippreżentaw id-dejta kontabilistika, inklużi r-rapporti finanzjarji statutorji, darba waħda biss u f’forma li tippermetti li diversi utenti jaċċessaw u jużaw id-dejta b’mod faċli. Sistemi bħal dawn, madankollu, m’għandhomx ikunu onerużi għall-impriżi żgħar u medji.

32. Il-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji ta’ impriża għandhom, bħala rekwiżit minimu, ikunu kollettivament responsabbli għall-impriża sabiex jfasslu u jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji annwali u r-rapporti maniġerjali. L-istess approċċ għandu japplika wkoll għall-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriżi li jħejju r-rapporti finanzjarji konsolidati. Dawk il-korpi jaġixxu skont il-kompetenzi assenjati lilhom mid-dritt nazzjonali. Dan ma għandux iwaqqaf lill-Istati Membri milli jmorru lil hinn u jipprovdu għal responsabilità diretta lejn l-azzjonisti jew saħansitra lejn partijiet interessati oħra.

33. Ir-responsabilità għat-tfassil u l-pubblikazzjoni ta’ rapporti finanzjarji annwali u ta’ rapporti finanzjarji konsolidati kif ukoll ta’ rapporti maniġerjali u rapporti maniġerjali konsolidati hija bbażata fuq id-dritt nazzjonali. Għandhom japplikaw regoli xierqa ta’ responsabilità, kif stabiliti minn kull Stat Membru skont id-dritt nazzjonali tiegħu, għall-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji. L-Istati Membri għandhom ikunu permessi jiddeċiedu l-estent tar-responsabilità.

34. Sabiex jippromwovu proċessi kredibbli ta’ rappurtar finanzjarju madwar l-Unjoni, il-membri tal-korp tal-impriża responsabbli mit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji tal-impriża għandu jkollhom id-dmir li jiżguraw li l-informazzjoni finanzjarja mogħtija fir-rapporti finanzjarji annwali u fir-rapporti maniġerjali annwali tal-impriża jagħtu stampa veritiera u ġusta.

35. Ir-rapporti finanzjarji annwali u r-rapporti finanzjarji konsolidati għandhom jiġu awditjati. Ir-rekwiżit li opinjoni tal-awditjar għandha tiddikjara jekk ir-rapporti finanzjarji konsolidati jew annwali jagħtux stampa veritiera u ġusta skont il-qafas rilevanti dwar ir-rappurtar finanzjarju ma jirrappreżentax restrizzjoni tal-ambitu ta’ dik l-opinjoni imma jiċċara l-kuntest li fih tiġi espressa. Ir-rapporti finanzjarji annwali tal-impriżi ż-żgħar m’għandhomx ikunu koperti minn dan l-obbligu ta’ awditjar, minħabba li l-awditjar jista’ jkun ta’ piż amministrattiv sinifikanti għal din il-kategorija ta’ impriżi, filwaqt li għal ħafna impriżi żgħar l-istess persuni huma kemm azzjonisti kif ukoll maniġment u għalhekk għandhom ħtieġa limitata għal aċċertament minn terza parti dwar ir-rapporti finanzjarji.

36. Sabiex ikun dispost għal trasparenza mtejba tal-pagamenti magħmula lill-gvernijiet, impriżi kbar u entitajiet ta’ interess pubbliku li jkunu attivi fl-industrija estrattiva jew fil-ħsad tal-foresti primarji[27] għandhom jiddivulgaw f'rapport separat fuq bażi annwali pagamenti materjali magħmula lill-gvernijiet fil-pajjiżi fejn joperaw. Tali impriżi jkunu attivi f'pajjiżi rikki fir-riżorsi naturali, partikolarment minerali, żejt, gass naturali kif ukoll foresti primarji. Ir-rapport għandu jinkludi t-tipi ta’ pagamenti komparabbli għal dawk divulgati minn impriża li tipparteċipa fl-Inizjattiva tal-Industriji Estrattivi (Extractive Industry Transparency Initiative, EITI). L-inizjattiva hija wkoll komplimentari għall-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT tal-UE (l-Infurzar, Governanza u Kummerċ tal-Liġi Forestali)[28] u r-Regolament tal-Injam[29] li jeħtieġ il-kummerċjanti tal-prodotti tal-injam jeżerċitaw diliġenzadovuta sabiex jiġi pprevenut li jidħol injam illegali fis-suq tal-UE.

37. Ir-rapporti għandhom iservu biex jiffaċilitaw lill-gvernijiet ta’ pajjiżi rikki fir-riżorsi fl-implimentazzjoni tal-Prinċipji u Kriterji tal-EITI[30] u jirrapportaw liċ-ċittadini tagħhom il-pagamenti li tali gvernijiet jirċievu mill-impriżi attivi fl-industrija estrattiva jew ħassada ta' foresti primarji li joperaw fil-ġuriżdizzjoni tagħhom. Ir-rapport għandu jinkorpora d-divulgazzjonijiet abbażi tal-pajjiż u tal-proġett, fejn proġett jitqies fil-livell l-aktar baxx ta’ unità ta’ rapportar operazzjonali li fih l-impriża tħejji rapporti maniġerjali interni regolari, bħal konċessjoni, baċin ġeografiku, eċċ, u fejn il-pagamenti jkunu attribwiti għal tali proġetti. Fid-dawl tal-objettiv kumplessiv tal-promozzjoni ta' governanza tajba f'dawn il-pajjiżi, il-materjalità tal-pagamenti li jiġu rrapportati għandha tiġi vvalutata b'rabta mal-gvern riċevent. Jistgħu jinħasbu kriterji varji dwar il-materjalità, bħal pagamenti ta’ ammont assolut, jew livell limitu ta’ persentaġġ (bħal pagamenti f'eċċess fuq persentaġġ tal-PDG tal-pajjiż) u dawn jistgħu jiġu ddefiniti permezz ta’ att delegat. Ir-reġim ta’ rapportar għandu jkun soġġett għal rieżami u rappport mill-Kummissjoni fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Ir-rieżami għanu jqis l-effikaċja tar-reġim u jqis l-iżviluppi internazzjonali inkluż kwistjonijiet ta’ kompetittività u sigurtà tal-enerġija. Ir-rieżami għandu wkoll iqis l-esperjenza tal-fassala u l-utenti tal-informazzjoni dwar il-pagamenti u jqis jekk ikunx xieraq li tiġi inkluża informazzjoni addizzjonali dwar il-pagament bħar-rati ta’ taxxa effettivi u d-dettalji tar-riċevent, bħal informazzjoni dwar il-kont bankarju.

38. F'konformità mal-konklużjonijiet tal-Samit tal-G8 f-Deauville ta’ Mejju 2011 u sabiex jiġu promossi kundizzjonijiet internazzjonali ekwi, il-Kummissjoni għandha tkkompli tħeġġeġ is-sħab internazzjonali kollha biex idaħħlu rekwiżiti simili. L-insegwiment tal-ħidma fuq l-istandard kontabilistiku internazzjonali relevanti huwa ta’ importanza partikolari f'dan il-kuntest.

39. Sabiex jiġu kkunsidrati l-bidliet futuri fil-liġijiet tal-Istati Membri u fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward it-tipi ta’ kumpaniji, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-aġġornar tal-listi ta’ impriżi li jinstabu fl-Annessi I u II. L-użu ta’ atti delegati huwa meħtieġ ukoll biex jiġu adattati l-kriterji tad-daqs tal-impriża, minħabba li biż-żmien l-inflazzjoni tnaqqar il-valur reali tagħhom. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell ta’ esperti. Sabiex tiġi żgurata divulgazzjoni relevanti u ta’ livell xieraq tal-pagament lill-gvernijiet mill-industriji estrattivi u ħassada tal-foresti primarji u tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kunċett ta’ materjalità tal-pagamenti.

40. Meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

41. Billi l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-iffaċilitar ta’ investimenti transfruntieri u t-titjib tal-komparabilità madwar l-Unjoni kollha u l-kunfidenza pubblika fir-rapporti finanzjarji u fir-rapporti permezz ta’ divulgazzjonijiet speċifiċi mtejba u konsistenti, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din Direttiva, jintlaħqu aħjar fuq livell ta’ Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta provvedimenti, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

42. Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti partikolarment mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U KATEGORIJI TA’ IMPRIżI

ARTIKOLU 1

Kamp ta' applikazzjoni

43. Il-provvedimenti ta’ koordinazzjoni preskritti minn din id-Direttiva japplikaw għal:

44. il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrigwardaw it-tipi ta’ impriżi elenkati fl-Anness I;

45. il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrigwardaw it-tipi ta’ impriżi elenkati fl-Anness II fejn il-membri kollha li jkollhom responsabilità illimitata huma impriżi tat-tipi elenkati fl-Anness I jew impriżi li mhumiex irregolati mil-liġijiet ta’ Stat Membru iżda li jkollhom forma ġuridika komparabbli għal dawk elenkati fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/101/KE;

46. it-tipi ta’ impriżi elenkati fl-Anness II fejn il-membri kollha li jkollhom responsabilità illimitata jkunu:

(i) impriżi tat-tipi elenkati fl-Anness I jew impriżi li mhumiex irregolati mil-liġijiet ta’ Stat Membru imma li jkollhom forma ġuridika komparabbli għal dawk elenkati fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/101/KE jew

(ii) impriżi tat-tipi elenkati fl-Anness II fejn il-membri kollha li jkollhom responsabilità illimitata jkunu huma nfushom impriżi tat-tip stabilit fl-Anness I jew impriżi li mhumiex irregolati mil-liġijiet ta’ Stat Membru imma li jkollhom forma ġuridika komparabbli għal dawk elenkati fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/101/KE.

2. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadatta, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 42, il-listi ta’ impriżi inklużi fl-Anness I u II imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) ‘Entitajiet ta’ interess pubbliku’ tfisser entitajiet irregolati mil-liġi ta’ Stat Membru kif iddefinit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/43/KE[31];

(2) ‘Parteċipazzjoni’ tfisser id-drittijiet fil-kapital ta’ impriżi oħra, rappreżentati jew le permezz ta’ ċertifikati, li, bil-ħolqien ta' rabta durabbli ma’ dawk l-impriżi, ikunu maħsuba sabiex jikkontribwixxu għall-attivitajiet tal-impriża li żżomm dawn id-drittijiet; Iż-żamma ta’ parti mill-kapital ta’ impriża oħra hija kkunsidrata li tikkostitwixxi parteċipazzjoni meta din taqbeż perċentwali stabilit mill-Istati Membri li huwa anqas jew ekwivalenti għal 20%;

(3) ‘Parti relatata’ għandha l-istess tifsira bħal fl-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 24 adottat mir-Regolament (KE) Nru 1126/2008;

(4) ‘Assi fissi’ tfisser dawk l-assi li huma maħsuba biex jintużaw fuq bażi kontinwa għall-finijiet tal-attivitajiet tal-impriża;

(5) ‘Fatturat nett’ tfisser l-ammonti derivati mill-bejgħ oġġetti u l-forniment ta’ servizzi wara li jitnaqqas ir-ribassi fuq il-bejgħ u t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra direttament marbuta mal-fatturat d-dħul;

(6) ‘Prezz tax-xiri’ tfisser il-prezz pagabbli u kwalunkwe spejjeż aċċidentali magħhom.

(7) ‘Kost tal-produzzjoni’ tfisser il-prezz tax-xiri ta’ materji primi, konsumabbli u kostijiet oħra attribwibbli direttament għall-oġġett inkwistjoni. Proporzjon raġonevoli ta’ kostijiet oħra attribwibbli indirettament għall-oġġett inkwistjoni jista’ jiġi inkluż sakemm ikunu jirrigwardaw il-perjodu tal-produzzjoni. Il-kostijiet tad-distribuzzjoni ma jiġux inklużi;

(8) ‘Aġġustament fuq il-valur’ tfisser l-aġġustamenti maħsuba sabiex jinkludu t-tnaqqisiet fil-valur ta’ assi individwali stabilit fid-data tal-karta bilanċjali sew jekk it-tnaqqisa tkun finali kif ukoll jekk le;

(9) ‘Impriża prinċipali’ tfisser impriża li tikkontrolla impriża sussidjarja waħda jew aktar;

(10) ‘Impriża sussidjarja’ tfisser impriża li tkun ikkontrollata minn impriża prinċipali;

(11) ‘Grupp’ tfisser impriża prinċipali u l-impriżi kollha sussidjarji tagħha inklużi f’konsolidament;

(12) “Impriżi affiljati” tfisser żewġ impriżi jew aktar konnessi ma' xulxin fi grupp;

(13) ‘Impriża assoċjata’ tfisser impriża li jkollha parteċipazzjoni minn impriża oħra u li l-impriża l-oħra teżerċita influwenza sinifikanti fuq il-politiki operatorji u finanzjarji tagħha. Impriża titqies li teżerċita influwenza sinifikanti fuq impriża oħra meta jkollha 20% jew aktar tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’dik l- impriża;

Artikolu 3

Kategoriji u gruppi ta’ impriżi

47. Impriżi żgħar ikunu impriżi li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom ma jaqbżux il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

48. total tal-karta bilanċjali: EUR 5,000,000;

49. dħul nett: EUR 10,000,000;

50. numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 50

51. Impriżi medji jkunu impriżi li mhumiex impriżi żgħar u fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom ma jaqbżux il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

52. total tal-karta bilanċjali: EUR 20,000,000;

53. dħul nett: EUR 40 000 000;,

54. numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 250.

55. Impriżi kbar huma impriżi li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom jaqbżu tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

56. total tal-karta bilanċjali: EUR 20,000,000;

57. dħul nett: EUR 40 000 000;

58. numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 250.

59. Gruppi żgħar ikunu impriżi prinċipali u sussidjarji li fuq bażi konsolidata ma jaqbżux il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin fid-data tal-karta bilanċjali tal-impriża prinċipali:

60. total tal-karta bilanċjali: EUR 5 000 000;

61. fatturat nett: EUR 10 000 000;

62. numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 50.

63. Gruppi medji jkunu impriżi prinċipali u sussidjarji li mhumiex gruppi żgħar u li fuq bażi konsolidata ma jaqbżux il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin fid-data tal-karta bilanċjali tal-impriża prinċipali:

64. total tal-karta bilanċjali: EUR 20,000,000;

65. fatturat nett: EUR 40,000,000;

66. numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 250.

67. L-Istati Membri jippermettu li t-tpaċija msemmija fl-Artikolu 25(3) l-ewwel subparagrafu u l-eliminazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(7) ma jiġux affettwati meta jiġu kkalkolati l-limiti fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu. F’każijiet bħal dawn, il-limiti għat-total tal-karta bilanċjali u l-kriterji għall-fatturat nett jiżdiedu b’20 %.

68. Fil-każ ta’ dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro, l-ammont fil-munita nazzjonali ekwivalenti għall-ammonti stabiliti fil-paragrafi 1 sa 5 għandu jinkiseb billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe Direttiva li tistabilixxi dawk l-ammonti.

69. Meta fid-data tal-karta bilanċjali tagħha, impriża taqbeż jew ma tibqax taqbeż il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji stabiliti fil-paragrafi 1 sa 5, dak il-fatt jaffettwa l-applikazzjoni tad-derogi previsti f’din id-Direttiva biss jekk iseħħ f’sentejn finanzjarji konsekuttivi.

70. It-totali tal-karta bilanċjali msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu jikkonsistu mill-assi f’A sa D taħt ‘Assi’ fil-format preskritt fl-Artikolu 9.

71. Sabiex tagħmel aġġustament għall-effetti tal-inflazzjoni, il-Kummissjoni għandha teżamina perjodikament u, fejn meħtieġ, temenda, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 42, id-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, billi tqis il-miżuri ta’ inflazzjoni kif ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU 2

DISPOżIZZJONIJIET U PRINċIPJI ġENERALI

ARTIKOLU 4

Dispożizzjonijiet ġenerali

72. Ir-rapporti finanzjarji annwali jikkostitwixxu unità waħda komposta u għall-impriżi kollha jinkludu, bħala minimu, il-karta bilanċjali, ir-rapport tal-introjtu u n-noti għar-rapporti finanzjarji.

L-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-impriżi minbarra l-impriżi ż-żgħar jinkludu dikjarazzjonijiet oħra fir-rapporti finanzjarji annwali flimkien mad-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

73. Ir-rapporti finanzjarji annwali jitfasslu b’mod ċar u skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

74. Ir-rapporti finanzjarji annwali jagħtu stampa veritiera u ġusta tal-assi, l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjoni finanzjarja, u l-profitt jew it-telf tal-impriża. Meta l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma tkunx biżżejjed biex tinkiseb stampa veritiera u ġusta tal-assi, l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjoni finanzjarja u tal-profitt jew it-telf tal-impriża, għandha tingħata informazzjoni addizzjonali.

75. Meta f’każijiet eċċezzjonali l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva tkun inkompatibbli mal-obbligu stabilit fil-paragrafu 3, dik id-dispożizzjoni għandha tiġi derogata sabiex tingħata stampa veritiera u ġusta tal-assi, l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjoni finanzjarja u tal-profitt jew it-telf tal-impriża. Kwalunkwe devjazzjoni għandha tiġi ddivulgata fin-noti għar-rapporti finanzjarji flimkien ma’ spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliha u dikjarazzjoni tal-effett tagħha fuq l-assi, l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjoni finanzjarja u l-profitt jew it-telf.

76. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-impriżi minbarra l-impriżi ż-żgħar jiddivulgaw informazzjoni fir-rapporti finanzjarji annwali tagħhom li tkun supplimentari għal dik li teħtieġ tiġi ddivulgata skont din id-Direttiva.

Artikolu 5

Prinċipji Ġenerali għar-Rappurtar Finanzjarju

77. L-entrati ppreżentati fir-rapporti finanzjarji annwali jiġu rikonoxxuti u mkejla skont il-prinċipji ġenerali li ġejjin:

78. l-impriża għandha titqies li qiegħda tmexxi n-negozju tagħha bħala wieħed avvjat

79. il-politiki kontabilistiċi u l-bażijiet ta’ valwazzjoni jiġu applikati b’mod konsistenti minn sena finanzjarja għall-oħra;

80. ir-rikonoxximent u l-kejl għandu jsir fuq bażi prudenti, u partikolarment:

(i) jistgħu jiġu rikonoxxuti biss profitti li jkunu saru fid-data tal-karta bilanċjali,

(ii) l-obbligazzjonijiet kollha li jinħolqu matul is-sena finanzjarja konċernata jew xi waħda preċedenti jiġu rikonoxxuti, anki jekk dawn l-obbligazzjonijiet jidhru biss bejn id-data tal-karta bilanċjali u d-data li fiha titfassal,

(iii) kull deprezzament għandu jiġi rikonoxxut, sew jekk ir-riżultat tas-sena finanzjarja jkun ta’ telf jew ta’ profitt;

81. l-ammonti rikonoxxuti fil-karta bilanċjali u fir-rapport tal-introjtu jinħadmu fuq bażi tad-dovuti;

82. il-karta bilanċjali tal-ftuħ għal kull sena finanzjarja għandha tirrikonċilja mal-bilanċ riportat fuq il-karta bilanċjali tas-sena finanzjarja preċedenti;

83. il-komponenti tal-entrati tal-assi u l-obbligazzjonijiet jiġu valwati separatament;

84. kull tpaċija bejn entrati ta’ assi u ta’ obbligazzjonijiet, jew bejn entrati ta’ introjtu u nefqa, għandha tiġi pprojbita;

85. l-entrati fir-rapport tal-introjtu u fil-karta bilanċjali jiġu ppreżentati wara li tiġi kkunsidrata s-sustanza tat-tranżazzjoni jew tal-arranġament;

86. l-entrati rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji jitkejlu skont il-prinċipju tal-prezz tax-xiri jew tal-kost tal-produzzjoni;

87. ir-rikonoxximent, il-kejl, il-preżentazzjoni, u d-divulgazzjoni fir-rapporti finanzjarji annwali jikkunsidraw il-materjalità tal-entrati rilevanti.

88. Minbarra dawk l-ammonti rikonoxxuti skont il-paragrafu 1(c)(ii), l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu rikonoxximent tal-obbligazzjonijiet prevedibbli u t-telf potenzjali kollu li jirriżultaw matul is-sena finanzjarja konċernata jew xi waħda preċedenti, anki jekk dawn l-obbligazzjonijiet jew telf jidhru biss bejn id-data tal-karta bilanċjali u d-data li fiha titfassal.

89. Devjazzjonijiet minn dawn il-prinċipji ġenerali jiġu permessi f’każijiet eċċezzjonali sabiex tingħata stampa veritiera u ġusta tal-assi, l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjoni finanzjarja u l-profitt jew it-telf tal-impriża. Kwalunkwe devjazzjoni bħal din għandha tiġi ddivulgata fin-noti għar-rapporti finanzjarji u r-raġunijiet għaliha jingħataw flimkien ma’ valutazzjoni tal-effett tagħha fuq l-assi, l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjoni finanzjarja, u l-profitt jew it-telf.

Artikolu 6

Bażi alternattiva għall-kejl tal-assi fissi f’ammonti rivalwati

90. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5(1)(i), l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jitolbu kejl tal-assi fissi f’ammonti rivalwati fir-rigward tal-impriżi kollha jew ta’ xi klassijiet ta’ impriżi. Fejn id-dritt nazzjonali jiddisponi għal tali kejl, għandha tiddefinixxi l-kontenut u l-limiti tiegħu u r-regoli għall-applikazzjoni tiegħu.

2. Meta jiġi applikat il-paragrafu 1, l-ammont tad-differenza bejn il-kejl fuq bażi tal-prezz tax-xiri jew tal-kost tal-produzzjoni u l-kejl fuq bażi ta’ rivalwazzjoni għandu jiddaħħal fir-riżerva ta’ rivalwazzjoni taħt ‘Kapital u riżervi’.

Ir-riżerva ta’ rivalwazzjoni tista’ tiġi kapitalizzata kollha jew parzjalment fi kwalunkwe waqt.

Ir-riżerva ta’ rivalwazzjoni għandha titnaqqas meta l-ammonti trasferiti fiha ma jkunux għadhom meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-bażi ta’ rivalwazzjoni tal-kontabilità. L-Istati Membri jistgħu jistabilixxu regoli li jirregolaw l-applikazzjoni tar-riżerva ta’ rivalwazzjoni, bil-kundizzjoni li t-trasferimenti għar-rapport tal-introjtu mir-riżerva ta’ rivalwazzjoni jistgħu jsiru biss meta l-ammonti trasferiti jkunu ġew entrati bħala spiża fir-rapport tal-introjtu jew jirriflettu żidiet fil-valur li fil-fatt ikunu ġew realizzati. L-ebda parti tar-riżerva ta’ rivalwazzjoni ma tista’ titqassam, direttament jew indirettament, sakemm ma tkunx tirrappreżenta qligħ li fil-fatt ikun ġie realizzat.

Ħlief kif previst skont it-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, ir-riżerva ta’ rivalwazzjoni ma tistax titnaqqas.

3. L-aġġustamenti tal-valur jiġu kkalkulati kull sena fuq il-bażi tal-ammont rivalwat. Madankollu, b’deroga mill-Artikoli 8 u 12, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jeħtieġu li l-ammont biss tal-aġġustamenti tal-valur li jsiru b'riżultat tal-bażi ta' kejl tal-prezz tax-xiri jew tal-kost tal-produzzjoni jintwera taħt l-entrati rilevanti fil-formati preskritti fl-Artikoli 13 u 14 u li d-differenzi b’riżultat tal-kejl fuq bażi ta’ rivalwazzjoni skont dan l-Artikolu jintwerew b’mod separat fil-formati.

Artikolu 7

Bażi alternattiva għall-kejl tal-valur ġust

1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5(1)(i) u suġġett għall-kundizzjonijiet stabiliti f’dan l-Artikolu:

91. l-Istati Membri jippermettu jew jeħtieġu l-kejl ta’ strumenti finanzjarji, inklużi strumenti derivattivi, b’valur ġust fir-rigward tal-impriżi kollha jew għal xi klassijiet ta’ impriżi.

92. l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jeħtieġu l-kejl ta’ kategoriji speċifikati ta’ assi minbarra l-istrumenti finanzjarji f’ammonti determinati b’referenza għall-valur ġust fir-rigward tal-impriżi kollha jew għal xi klassijiet ta’ impriżi.

Tali permess jew rekwiżit jistgħu jkunu ristretti għar-rapporti finanzjarji konsolidati.

93. Għall-fini ta’ din id-Direttiva, kuntratti fuq bażi ta’ komodità li jagħtu lil kull parti kontraenti d-dritt li tissalda fi flus jew bi strument finanzjarju ieħor jitqiesu li huma strumenti finanzjarji derivattivi, ħlief meta jiġu osservati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

94. kienu seħħew u jkomplu jilħqu r-rekwiżiti mistennija tal-impriża dwar xiri, bejgħ jew użu;

95. mill-bidu tagħhom kienu indikati bħala kuntratti bbażati fuq komodità;

96. ikunu mistennija li jiġu ssaldati permezz tal-konsenja tal-komodità.

97. Il-paragrafu 1(a) għandu japplika biss għall-obbligazzjonijiet li ġejjin:

98. obbligazzjonijiet bħala parti minn portafoll ta’ negozju;

99. strumenti finanzjarji derivattivi.

100. Il-kejl skont il-paragrafu 1(a) ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:

101. strumenti finanzjarji nonderivati miżmuma sal-maturità;

102. selfiet u riċevibbli li kienu oriġinaw mill-impriża u li jkunux miżmuma għal raġunijiet ta’ negozju;

103. interessi f’sussidjarji, impriżi assoċjati u impriżi konġunti, strumenti azzjonarji maħruġa mill-impriża, kuntratti għal korrispettiv kontinġenti f’kombinament ta’ negozju kif ukoll strumenti finanzjarji oħra b’karatteristiċi speċjali li l-istrumenti, skont dak li huwa ġeneralment aċċettat, jiġu kkunsidrati b’mod differenti minn strumenti finanzjarji oħra.

104. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5(1)(i), l-Istati Membri jistgħu fir-rigward ta’ kwalunkwe assi u obbligazzjonijiet li jikkwalifikaw bħala oġġetti iħħeġġjati taħt sistema ta’ kontabilità ħħeġġjata b’valur ġust, jew ta' porzjonijiet identifikati ta’ dawn l-assi jew obbligazzjonijiet, jippermettu kejl fl-ammont speċifikat meħtieġ skont dik is-sistema.

105. Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu r-rikonoxximent, il-kejl u d-divulgazzjoni ta’ strumenti finanzjarji f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

106. Il-valur ġust skont dan l-Artikolu għandu jiġi ddeterminat b’referenza għal wieħed mill-valuri li ġejjin:

107. il-valur tas-suq, għal dawk l-istrumenti finanzjarji li għalihom ikun jista’ jiġi identifikat suq affidabbli. Meta l-valur tas-suq ma jkunx faċilment identifikabbli għal strument imma jkun jista’ jiġi identifikat għall-komponenti tiegħu jew għal strument simili, il-valur tas-suq jista’ jiġi derivat minn dak tal-komponenti tiegħu jew tal-istrument simili;

108. il-valur li jirriżulta minn mudelli u tekniki ta’ valwazzjoni aċċettati b'mod ġenerali, għal dawk l-istrumenti li għalihom ma jkunx jista’ jiġi faċilment identifikat suq affidabbli. Dawn il-mudelli u tekniki ta’ valwazzjoni jiżguraw approssimazzjoni raġonevoli tal-valur tas-suq.

Strumenti finanzjarji li ma jistgħux jitkejlu b’mod affidabbli permezz ta’ xi wieħed mill-metodi deskritti fil-punti (a) u (b), jitkejlu skont il-prinċipju tal-prezz tax-xiri jew tal-kost tal-produzzjoni.

109. Minkejja l-Artikolu 5(1)(c), meta strument finanzjarju jitkejjel bil-valur ġust, bidla fil-valur għandha tiġi inkluża fir-rapport tal-introjtu. Madankollu, din il-bidla għandha tiġi inkluża direttament f’riżerva ta’ valur ġust, meta:

110. l-istrument li jkun ikkontabilizzat ikun strument ta’ ħħeġġjar permezz ta’ sistema ta’ kontabilità għall-iħħeġġjar li tippermetti li l-bidla kollha jew parti minnha fil-valur ma tintweriex fir-rapport tal-introjtu; jew

111. il-bidla fil-valur tirrigwarda differenza fil-kambju b’riżultat ta’ entrata monetarja li tifforma parti mill-investiment nett ta’ impriża f’entità barranija.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jitolbu li bidla fil-valur ta’ assi finanzjarju disponibbli għall-bejgħ, minbarra strument finanzjarju derivattiv, tiġi inkluża direttament fir-riżerva ta’ valur ġust. Ir-riżerva ta’ valur ġust għandha tiġi aġġustata meta l-ammonti li jidhru fiha ma jkunux aktar meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-punti (a) u (b).

112. Minkejja l-Artikolu 5(1)(c), l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jitolbu li fir-rigward tal-impriżi kollha jew ta’ xi klassijiet ta’ impriżi, meta assi għajr l-istrumenti finanzjarji jitkejlu bil-valur ġust, il-bidla fil-valur għandha tiġi inkluża fir-rapport tal-introjtu.

KAPITOLU 3

IL-KARTA BILANĊJALI U R-RAPPORT TAL-INTROJTU

ARTIKOLU 8

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-karta bilanċjali u r-rapport tal-introjtu

113. Il-format tal-karta bilanċjali u tar-rapport tal-introjtu, ma għandux jinbidel minn sena finanzjarja għall-oħra. Devjazzjonijiet minn dan il-prinċipju jiġu permessi f’każijiet eċċezzjonali sabiex tingħata stampa veritiera u ġusta tal-assi, l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjoni finanzjarja u l-profitt jew it-telf tal-impriża. Kwalunkwe devjazzjoni bħal din tiġi ddivulgata fin-noti għar-rapporti finanzjarji flimkien ma’ spjegazzjoni għar-raġunijiet tagħha.

114. Fil-karta bilanċjali u fir-rapport tal-introjtu, l-entrati preskritti fl-Artikoli 9, 13 u 14 jintwerew separatament u fl-ordni indikata. Subdiviżjoni aktar dettaljata tal-entrati tiġi awtorizzata bil-kundizzjoni li jiġu mħarsa l-formati. Jistgħu jiżdiedu entrati ġodda bil-kundizzjoni li l-kontenut tagħhom ma jkunx kopert minn xi entrata preskritta fil-formati. L-Istati Membri jistgħu jitolbu subdiviżjoni bħal din jew entrati ġodda.

115. Il-format, in-nomenklatura u t-terminoloġija tal-entrati fil-karta bilanċjali u fir-rapport tal-introjtu li jkunu preċeduti b'figuri Għarab jiġu adattati meta n-natura speċjali ta’ impriża titlob dan. L-Istati Membri jistgħu jitolbu dawn l-addattamenti għal impriżi li jagħmlu parti minn settur ekonomiku partikolari.

116. Fir-rigward ta’ kull entrata fil-karta bilanċjali u fir-rapport tal-introjtu tintwera ċ-ċifra li tikkorrispondi mal-entrata għas-sena finanzjarja preċedenti. Kwalunkwe każ ta’ nonkomparabilità jew kwalunkwe aġġustament tal-figuri jiġi ddivulgat, bi spjegazzjonijiet, fin-noti għar-rapporti finanzjarji.

117. L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jitolbu l-adattament tal-format tal-karta bilanċjali u tar-rapport tal-introjtu sabiex jiġu inklużi l-allokazzjonijiet tal-profitt jew it-trattament ta’ telf.

118. Fir-rigward ta’ impriża assoċjata:

119. L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li impriża assoċjata tiġi kkontobilizzata fir-rapporti finanzjarji annwali permezz tal-metodu tal-ekwità kif dispost fl-Artikolu 27(2) sa (8), billi jittieħed kont tal-aġġustamenti essenzjali b’riżultat tal-karatteristiċi partikolari tar-rapporti finanzjarji annwali meta mqabbla mar-rapporti finanzjarji konsolidati.

120. L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-proporzjon tal-profitt jew tat-telf attribwit lill-impriża assoċjata jiġi rikonoxxut fir-rapport tal-introjtu biss sal-limitu tal-ammont li jikkorrispondi ma’ dividendi diġà riċevuti jew li l-ħlas tagħhom jista’ jintalab lura.

121. Meta l-profitt jew it-telf attribwibbli lill-impriża assoċjata rikonoxxuta fir-rapport tal-introjtu jaqbeż l-ammont ta’ dividendi diġà riċevut jew li l-ħlas tagħhom jista’ jintalab lura, l-ammont tad-differenza jitpoġġa f’riżerva li ma tistax titqassam lill-azzjonisti .

Artikolu 9

Il-format tal-karta bilanċjali

Għall-preżentazzjoni tal-karta bilanċjali l-Istati Membri jippreskrivu l-format ta’ hawn taħt:

Assi

A. Kapital sottoskritt mhux imħallas

li minnu ġie eżerċitat

(sakemm id-dritt nazzjonali ma jipprovdix li l-kapital eżerċitat jintwera taħt "kapital u reżervi". F'dak il-każ, il-parti tal-kapital eżerċitat imma għad mhux imħallas jintwera bħala assi taħt A jew taħt C (II) (5)).

B. Assi fissi

I. Assi intanġibbli

122. Kostijiet għar-riċerka u l-żvilupp, safejn id-dritt nazzjonali jippermettilhom li jidhru bħala assi.

123. Konċessjonijiet, privattivi, liċenzji, marki kummerċjali u drittijiet u assi simili, jekk kienu:

124. miksuba għal korrispettiv ta’ valur u ma jkunx hemm bżonn li jintwerew taħt B (I) (3); jew

125. inħolqu mill-impriża innifisha, safejn id-dritt nazzjonali jippermettilhom li jintwerew bħala assi.

126. Avvjament, sakemm kien inkiseb għal korrispettiv ta’ valur.

127. Pagamenti akkont.

II. Assi tanġibbli

128. Art u binjiet.

129. Impjant u makkinarju.

130. Strutturi u aċċessorji, għodda u tagħmir.

131. Pagamenti akkont u assi tanġibbli waqt il-kostruzzjoni.

III. Assi finanzjarji

132. Ishma f’impriżi affiljati.

133. Selfiet lil impriżi assoċjati.

134. Parteċipazzjonijiet.

135. Selfiet lil impriżi li magħhom l-impriża tkun marbuta permezz ta’ parteċipazzjonijiet.

136. Investimenti miżmuma bħala assi fissi.

137. Selfiet ieħor.

138. Ishma proprji (b’indikazzjoni tal-valur nominali tagħhom jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-valur par kontabilistiku tagħhom) sakemm id-dritt nazzjonali jippermettilhom li jintwerew fuq il-karta bilanċjali .

C. Assi kurrenti

I. Inventarji

139. Materja prima u konsumabbli.

140. Xogħol fl-idejn.

141. Oġġetti lesti u oġġetti għal rivendita.

142. Pagamenti akkont.

II. Debituri

(L-ammonti li jkunu dovuti u li jistgħu jitħallsu wara aktar minn sena jintwerew b’mod separat għal kull entrata.)

143. Debituri kummerċjali.

144. Ammonti dovuti minn impriżi affiljati.

145. Ammonti dovuti minn impriżi li magħhom l-impriża tkun marbuta permezz ta’ parteċipazzjonijiet.

146. Debituri oħra.

147. Kapital sottoskritt eżerċitat imma mhux imħallas (sakemm id-dritt nazzjonali ma jiddisponix li l-kapital eżerċitat jintwera bħala assi taħt A).

148. Prepagamenti u introjtu dovut (sakemm id-dritt nazzjonali ma jiddisponix li tali entrati jintwerew bħala assi taħt D).

III. Investimenti

149. Ishma f’impriżi affiljati.

150. Ishma proprji (b’indikazzjoni tal-valur nominali tagħhom jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-valur par kontabilistiku tagħhom) sakemm id-dritt nazzjonali jippermettilhom li jintwerew fuq il-karta bilanċjali .

151. Investimenti oħra.

IV. Flus il-bank u fl-idejn

D. Prepagamenti u introjtu dovut

(sakemm id-dritt nazzjonali ma jiddisponix li tali entrati jintwerew bħala assi taħt C (II) (6)).

Kapital, riżervi u obbligazzjonijiet

A. Kapital u riżervi

I. Kapital sottoskritt

(sakemm id-dritt nazzjonali ma jipprovdix li l-kapital eżerċitat jintwera taħt din il-partita. F'dak il-każ, l-ammonti tal-kapital sottoskritt u l-kapital imħallas jintwera separatement).

II. Kont tal-primjum tal-ishma

III. Riżerva ta’ rivalwazzjoni

IV. Riżervi

152. Riżerva legali, safejn id-dritt nazzjonali jitlob tali riżerva.

153. Riżerva għall-ishma proprji, safejn id-dritt nazzjonali jitlob tali riżerva, mingħajr ħsara għall-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva 77/91/KEE.

154. Riżervi li hemm dispost għalihom fl-istatut.

155. Riżervi oħra, inkluża r-riżerva ta’ valur ġust.

V. Profitt jew telf riportat

VI. Profitt jew telf għas-sena finanzjarja.

B. Provvedimenti

156. Provvedimenti għall-pensjonijiet u obbligi simili.

157. Provvedimenti għat-tassazzjoni.

158. Provvedimenti oħra.

C. Kredituri

(Ammonti li jsiru dovuti u pagabbli fi żmien sena u ammonti li jsiru dovuti u pagabbli wara aktar minn sena jintwerew b’mod separat għal kull entrata u għall-aggregat ta’ dawn l-entrati.)

159. Selfiet obbligazzjonarji, li juru selfiet konvertibbli b’mod separat.

160. Ammonti dovuti lil istituzzjonijiet ta’ kreditu.

161. Pagamenti riċevuti akkont ta’ ordnijiet sakemm ma jintwerewx b’mod separat bħala tnaqqisiet mill-inventarji.

162. Kredituri kummerċjali.

163. Kambjali pagabbli.

164. Ammonti dovuti lil impriżi affiljati.

165. Ammonti dovuti lil impriżi li magħhom l-impriża tkun marbuta permezz ta’ parteċipazzjonijiet.

166. Kredituri oħra inklużi t-taxxa u s-sigurtà soċjali.

167. Dovuti u introjtu differit (sakemm id-dritt nazzjonali ma jiddisponix li tali entrati jintwerew taħt D taħt ‘Dovuti u introjtu differit).

D. Dovuti u introjtu differit

(sakemm id-dritt nazzjonali ma jiddisponix li tali entrati jintwerew taħt C (9) taħt ‘Kredituri’).

Artikolu 10

Preżentazzjoni alternattiva tal-karta bilanċjali

L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jitolbu li l-impriżi, jew li ċerti klassijiet ta’ impriżi, jippreżentaw entrati fuq bażi ta’ distinzjoni bejn entrati kurrenti u entrati mhux kurrenti f’format differenti minn dak preskritt fl-Artikolu 9, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni li tingħata tkun mill-anqas ekwivalenti għal dik li kieku tkun meħtieġa mill-Artikolu 9.

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward ta’ ċerti entrati fil-karta bilanċjali

168. Meta assi jew obbligazzjoni tkun tirrigwarda aktar minn entrata waħda fil-format, ir-relazzjoni tagħha mal-entrati l-oħra tiġi ddivulgata jew taħt l-entrata fejn tidher jew fin-noti għar-rapporti finanzjarji.

169. L-ishma proprji u l-ishma f’impriżi assoċjati jintwerew biss taħt l-entrati preskritti għal dak il-għan.

170. Jekk assi partikolari jintwerewx bħala assi fissi jew assi kurrenti jiddependi fuq il-għan li għalih ikunu maħsuba.

171. Id-drittijiet għal beni immobbli u drittijiet simili kif iddefiniti mid-dritt nazzjonali jintwerew taħt ‘Art u binjiet’.

172. Il-prezz tax-xiri jew il-kost tal-produzzjoni ta’ assi fissi b’ħajja utli ekonomika limitata jitnaqqas permezz ta’ aġġustamenti tal-valur ikkalkulati biex iniżżlu l-valur ta’ dawn l-assi b’mod sistematiku matul il-ħajja utli ekonomika tagħhom, suġġett għal dan li ġej:

173. jistgħu jsiru aġġustamenti tal-valur fir-rigward ta’ assi finanzjarji fissi, sabiex jiġu valwati skont il-valur il-baxx li se jiġi attribwit lilhom fid-data tal-karta bilanċjali;

174. isiru aġġustamenti tal-valur fir-rigward ta’ assi fissi, sew jekk il-ħajja ekonomika utli tagħhom tkun limitata kif ukoll jekk le, sabiex jiġu valutati skont il-valur il-baxx li se jiġi attribwit lilhom fid-data tal-karta bilanċjali jekk ikun mistenni li t-tnaqqis fil-valur tagħhom se jkun permanenti;

175. l-aġġustamenti fil-valur li għalihom saret referenza fil-punti (a) u (b) jiġu allokati lir-rapport tal-introjtu u ddivulgati separatament fin-noti għar-rapporti finanzjarji jekk ma kinux intwerew b’mod separat fir-rapport tal-introjtu;

176. il-valwazzjoni fl-anqas mill-valuri previsti fil-punti (a) u (b) ma tistax titkompla jekk ir-raġunijiet li għalihom kienu saru l-aġġustamenti tal-valur ma jkunux għadhom japplikaw. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal aġġustamenti tal-valur li jsiru fir-rigward ta’ avvjament.

177. L-aġġustamenti tal-valur isiru fir-rigward ta’ assi kurrenti bil-għan li jintwerew fil-valur l-aktar baxx tas-suq jew, f’ċirkostanzi partikolari, fil-valur l-aktar baxx attribwit lilhom fid-data tal-karta bilanċjali.

Il-valwazzjoni fl-anqas valur previst fl-ewwel subparagrafu ma tistax titkompla jekk ir-raġunijiet li għalihom kienu saru l-aġġustamenti tal-valur ma jkunux għadhom japplikaw.

178. L-imgħax fuq il-kapital missellef biex jiffinanzja l-produzzjoni ta’ assi fissi jew kurrenti jista’ jiġi inkluż fil-kostijiet tal-produzzjoni sakemm dan jirrigwarda l-perjodu ta' produzzjoni. Kwalunkwe applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tiġi ddivulgata fin-noti għar-rapporti finanzjarji.

179. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prezz tax-xiri jew il-kost tal-produzzjoni ta’ inventarji ta’ oġġetti tal-istess kategorija u l-entrati funġibbli kollha inklużi l-investimenti jiġu kkalkulati jew fuq il-bażi ta’ prezzijiet medji peżati jew fuq il-bażi tal-metodu ‘joħroġ li daħal l-ewwel’ (FIFO), jew metodu simili.

180. Meta l-liġi nazzjonali tawtorizza l-inklużjoni tal-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp taħt ‘Assi’, dawn jitħassru wara perjodu massimu ta’ ħames snin. Sakemm l-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp ma jkunux tħassru kompletament, ma ssir l-ebda distribuzzjoni ta’ profitti sakemm l-ammont tar-riżervi disponibbli għad-distribuzzjoni u l-profitti riportati ma jkunux tal-anqas daqs dak tal-kostijiet mhux imħassra.

F’każijiet eċċezzjonali l-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mid-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti. Dawn id-derogi u r-raġunijiet għalihom jiġu ddivulgati fin-noti għar-rapporti finanzjarji.

181. L-avvjament jitħassar b’mod sistematiku matul il-ħajja utli tiegħu. Meta l-ħajja utli tiegħu ma tkunx tista’ tiġi stmata b’mod affidabbli jitħassar fuq perjodu massimu ta’ 5 snin. Spjegazzjoni tal-perjodu/i li fuqu jkun tħassar l-avvjament tiġi pprovduta fin-noti għar-rapporti finanzjarji.

182. Il-provvedimenti ikopru obbligazzjonijiet li n-natura tagħhom tkun definita b’mod ċar u li fid-data tal-karta bilanċjali jkunu probabbli li jridu jsiru, jew ċertament li jridu isiru imma mhux ċert dwar l-ammont jew id-data li fihom sejrin iseħħu.

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll il-ħolqien ta’ provvedimenti maħsuba biex ikopru spejjeż li n-natura tagħhom tkun ddefinita b’mod ċar u li fid-data tal-karta bilanċjali jkunu probabbli li jridu jiġġarrbu, jew ċertament li jridu jiġġarrbu imma mhux ċert dwar l-ammont jew id-data li fihom sejrin iseħħu.

Provvediment jirrappreżenta l-aqwa stima tal-ispejjeż li jkunu probabbli li jiġġarrbu, jew fil-każ ta’ obbligazzjoni, l-ammont meħtieġ biex jissaldaha fid-data tal-karta bilanċjali.

Artikolu 12

Format tar-rapport tal-introjtu

183. Fir-rigward tal-preżentazzjoni tar-rapport tal-introjtu, l-Istati Membri jippreskrivu waħda jew iż-żewġ formati previsti mill-Artikoli 13 u 14. Jekk Stat Membru jippreskrivi ż-żewġ formati, jista’ jippermetti lill-impriżi li jagħżlu l-format.

184. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-impriżi, jew xi klassijiet ta’ impriżi, jippreżentaw dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom minflok il-preżentazzjoni tal-entrati ta’ profitt u telf skont l-Artikoli 13 u 14, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni mogħtija tkun tal-anqas ekwivalenti għal dik meħtieġa fl-Artikoli 13 u 14.

Artikolu 13

Format tar-rapport tal-introjtu – skont in-natura tal-ispiża

185. Fatturat nett.

186. Varjazzjoni fl-inventarji ta’ oġġetti lesti u ta’ xogħol fl-idejn.

187. Xogħol li sar mill-impriża għall-iskopijiet tagħha u kapitalizzat.

188. Introjtu operatorju ieħor.

5. (a) Materja prima u konsumabbli.

(b) Spejjeż esterni oħra.

189. Il-kostijiet tal-persunal:

190. pagi u salarji;

191. il-kostijiet tas-sigurtà soċjali, b’indikazzjoni separata ta’ dawk relatati mal-pensjonijiet.

7. (a) Aġġustamenti tal-valur fir-rigward tal-assi fissi tanġibbli u intanġibbli.

(b) Aġġustamenti tal-valur fir-rigward tal-assi kurrenti, safejn jaqbżu l-ammont tal-aġġustamenti tal-valur li huma normali fl-impriża konċernata.

192. Spejjeż operatorji oħra.

193. Introjtu minn parteċipazzjonijiet, b’indikazzjoni separata ta’ dak derivat minn impriżi affiljati.

194. Introjtu minn investimenti u selfiet oħra li jagħmlu parti mill-assi fissi, b’indikazzjoni separata ta’ dak derivat minn impriżi affiljati.

195. Imgħax ieħor riċevut u introjtu simili, b’indikazzjoni separata ta’ dak derivat minn impriżi affiljati.

196. Aġġustamenti tal-valur fir-rigward ta’ assi finanzjarji u ta’ investiment miżmuma bħala assi kurrenti.

197. Imgħax pagabbli u spejjeż simili, b’indikazzjoni separata tal-ammonti pagabbli lil impriżi affiljati.

198. Taxxa fuq il-profitt jew it-telf.

199. Profitt jew telf wara t-tassazzjoni.

200. Taxxi oħra li ma jidhrux taħt l-entrati 1 sa 15.

201. Profitt jew telf għas-sena finanzjarja.

Artikolu 14

Format tar-rapport tal-introjtu – skont il-funzjoni tal-ispiża

202. Fatturat nett.

203. Kost tal-bejgħ (inkluż l-aġġustamenti tal-valur).

204. Profitt jew telf gross.

205. Kostijiet ta’ distribuzzjoni (inkluż l-aġġustamenti tal-valur).

206. Spejjeż amministrattivi (inkluż l-aġġustamenti tal-valur).

207. Introjtu operatorju ieħor.

208. Introjtu minn parteċipazzjonijiet, b’indikazzjoni separata ta’ dak derivat minn impriżi affiljati.

209. Introjtu minn investimenti u selfiet oħra li jagħmlu parti mill-assi fissi, b’indikazzjoni separata ta’ dak derivat minn impriżi affiljati.

210. Imgħax ieħor riċevibbli u introjtu simili b’indikazzjoni separata ta’ dak derivat minn impriżi affiljati.

211. Aġġustamenti tal-valur fir-rigward ta’ assi finanzjarji u ta’ investiment miżmuma bħala assi kurrenti.

212. Imgħax pagabbli u spejjeż simili, b’indikazzjoni separata tal-ammonti pagabbli lil impriżi affiljati.

213. Taxxa fuq il-profitt jew it-telf.

214. Profitt jew telf wara t-tassazzjoni.

215. Taxxi oħra li ma jidhrux taħt l-entrati 1 sa 13.

216. Profitt jew telf għas-sena finanzjarja.

Artikolu 15

Dispożizzjoni speċjali fir-rigward tar-rapport tal-introjtu

Meta entrati individwali ta’ introjtu jew nefqa ikunu ta’ daqs jew inċidenza eċċezzjonali, impriża tiddivulgahom b’mod separat fir-rapport tal-introjtu u tipprovdi spjegazzjonijiet għall-ammonti u n-natura tagħhom fin-noti għar-rapporti finanzjarji.

Artikolu 16

Simplifikazzjonijiet għall-impriżi żgħar u medji

217. L-Istati Membri jippermettu lill-impriżi ż-żgħar li jfasslu karti tal-bilanċi mqassra fejn juru biss dawk l-entrati wara l-ittri u n-numri Rumani fl-Artikolu 9, u jiddivulgaw b’mod separat l-informazzjoni mitluba f’parentesi f’C (II) taħt ‘Assi’ u C taħt ‘Kapital , riżervi u obbligazzjonijiet’, imma bħala total għal kull wieħed.

218. L-Istati Membri jippermettu lill-impriżi ż-żgħar u medji li jfasslu rapporti tal-introjtu mqassra fi ħdan il-limiti li ġejjin:

219. fl-Artikolu 13, l-entrati 1 sa 5 jistgħu jiġu kombinati taħt entrata waħda msejħa ‘Profitt jew telf gross’;

220. fl-Artikolu 14, l-entrati 1, 2, 3 u 6 jistgħu jiġu kombinati taħt entrata waħda msejħa ‘Profitt jew telf gross’.

KAPITOLU 4

NOTI GħAR-RAPPORTI FINANZJARJI

ARTIKOLU 17

Il-Kontenut tan-noti għar-rapporti finanzjarji relatati mal-impriżi kollha

1. Fin-noti għar-rapporti finanzjarji l-impriżi kollha, minbarra kull informazzjoni oħra meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva, mill-anqas jiddivulgaw informazzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:

221. il-politiki kontabilistiċi adottati, partikolarment il-bażi ta’ kejl applikat għall-entrati differenti fir-rapporti finanzjarji annwali;

222. meta l-assi fissi jitkejlu f’ammonti rivalwati, tabella li turi l-movimenti fir-riżerva ta’ rivalwazzjoni fis-sena finanzjarja, bi spjegazzjoni tat-trattament tat-taxxa tal-entrati fiha; l-ammont miżmum fil-kotba fil-karta bilanċjali li kien jiġi rikonoxxut kieku l-assi fissi ma kinux rivalwati.

223. Meta l-istrumenti finanzjarji jitkejlu bil-valur ġust, jiġu ddivulgati dawn li ġejjin:

(i) is-suppożizzjonijiet sinifikanti li fuqhom ikunu bbażati l-mudelli u t-tekniki ta’ valwazzjoni fejn il-valuri ġusti jkunu ġew iddeterminati skont l-Artikolu 7(7)(b);

(ii) għal kull kategorija ta’ strumenti finanzjarji, il-valur ġust, it-tibdil fil-valur direttament inkluż fir-rapport tal-introjtu kif ukoll it-tibdil inkluż fir-riżerva ta’ valur ġust;

(iii) għal kull klassi ta’ strumenti finanzjarji derivattivi, informazzjoni dwar l-estent u n-natura tal-istrumenti, inklużi patti u kundizzjonijiet sinifikanti li jistgħu jirriflettu l-ammont, l-għażla taż-żmien u ċertezza ta' flussi tal-flus fil-ġejjieni;

(iv) tabella li turi l-movimenti fir-riżerva ta’ valur ġust matul is-sena finanzjarja.

224. l-ammont totali ta’ kwalunkwe impenn finanzjarju, garanzija jew kontinġenza li ma jkunux inklużi fil-karta bilanċjali, u indikazzjoni tan-natura u l-forma ta’ kwalunkwe garanzija ta’ valur li ġiet ipprovduta; kwalunkwe impenn li jirrigwarda pensjonijiet u impriżi affiljati jew assoċjati jiġi ddivulgat separatament;

225. in-natura u l-għan kummerċjali tal-arranġamenti tal-impriża li ma jkunux inklużi fil-karta bilanċjali u l-impatt finanzjarju ta’ dawk l-arranġamenti fuq l-impriża;

226. in-natura ta’ avvenimenti materjali li jseħħu wara t-tmiem tas-sena li jkunux riflessi fir-rapport tal-introjtu jew fil-karta bilanċjali, u l-effett finanzjarju ta’ dawk l-avvenimenti.

227. l-ammonti dovuti mill-impriża li jagħlqu u jkunu pagabbli wara aktar minn ħames snin kif ukoll id-djun kollha tal-impriża koperti minn garanzija ta’ valur ippreżentata mill-impriża b’indikazzjoni tan-natura u l-forma tal-garanzija;

228. tranżazzjonijiet mill-impriża li jkunu saru ma’ partijiet relatati, inkluż l-ammont ta’ dawn it-tranżazzjonijiet, in-natura tar-relazzjoni tal-parti relatata u informazzjoni oħra dwar it-tranżazzjonijiet meħtieġa sabiex wieħed jifhem il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża, jekk dawn it-tranżazzjonijiet ma jkunux ġew konklużi taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. L-informazzjoni dwar tranżazzjonijiet individwali tista’ tiġi aggregata skont in-natura tagħhom ħlief meta tkun meħtieġa informazzjoni separata sabiex wieħed jifhem l-effetti ta’ tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża.

229. L-Istati Membri ma jeħtieġux divulgazzjoni ulterjuri għall-impriżi ż-żgħar lil hinn minn dawk li huwa meħtieġ minn dan l-Artikolu.

230. Meta n-noti għall-karta bilanċjali u r-rapport tal-introjtu jiġu ppreżentati skont dan il-Kapitolu, in-noti jiġu ppreżentati skont l-ordni tal-entrati kif ippreżentati fil-karta bilanċjali u fir-rapport tal-introjtu.

Artikolu 18

Divulgazzjonijiet addizzjonali għall-impriżi medji u kbar u għall-entitajiet ta’ interess pubbliku

231. Fin-noti għar-rapporti finanzjarji l-impriżi medji u kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku, minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 17 u kwalunkwe dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva, jistabilixxu informazzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:

232. Għad-diversi entrati ta’ assi fissi:

(i) il-prezz tax-xiri jew il-kost tal-produzzjoni, jew fejn tkun ġiet segwita bażi alternattiva ta’ kejl, il-valur ġust jew l-ammont rivalwat fil-bidu u t-tmiem tas-sena finanzjarja;

(ii) żidiet, disponimenti u trasferimenti matul is-sena finanzjarja;

(iii) l-aġġustamenti tal-valur akkumulat fil-bidu u t-tmiem tas-sena finanzjarja;

(iv) l-aġġustamenti tal-valur addebitat matul is-sena finanzjarja;

(v) movimenti fl-aġġustamenti tal-valur akkumulat fir-rigward ta’ żidiet, disponimenti u trasferimenti matul is-sena finanzjarja.

(vi) meta l-imgħax jiġi kkapitalizzat skont l-Artikolu 11(7), l-ammont kapitalizzat matul is-sena.

233. jekk l-assi fissi jew kurrenti jkunu s-suġġett ta’ aġġustamenti tal-valur għal raġunijiet ta’ tassazzjoni biss, l-ammont tal-aġġustamenti u r-raġunijiet għaliex saru;

234. meta l-istrumenti finanzjarji jitkejlu skont il-prezz tax-xiri jew il-kost tal-produzzjoni:

(i) fil-każ ta’ kull klassi ta’ strument finanzjarju derivattiv:

- il-valur ġust tal-istrumenti, jekk dan il-valur jista’ jiġi ddeterminat permezz ta’ wieħed mill-metodi preskritti fl-Artikolu 7(7)(a);

- informazzjoni dwar l-estent u n-natura tal-istrumenti;

(ii) fil-każ ta’ assi finanzjarji riportati f’ammont aktar mill-valur ġust tagħhom:

- il-valur skont il-kotba u l-valur ġust jew tal-assi individwali jew ta’ gruppi xierqa ta’ dawk l-assi individwali;

- ir-raġunijiet għaliex il-valur skont il-kotba ma tnaqqasx, fosthom in-natura tal-evidenza li tipprovdi l-bażi għas-suppożizzjoni li l-valur skont il-kotba ser jiġi rkuprat;

- l-ammont tal-emolumenti mogħtija fir-rigward tas-sena finanzjarja lill-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji minħabba r-responsabilità tagħhom, u kwalunkwe obbligu li jinqala’ jew li jsir fir-rigward tal-pensjonijiet tal-irtirar għall-eksmembri ta’ dawk il-korpi, b’indikazzjoni tat-total ta’ kull kategorija.

L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw il-ħtieġa li jipprovdu dik l-informazzjoni li tagħmilha possibbli li tiġi identifikata l-pożizzjoni ta’ membru speċifiku ta’ tali korp;

235. l-ammont ta’ pagamenti akkont bil-quddiem u krediti mogħtija lill-membri ta’ korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji, b’indikazzjonijiet tar-rati tal-imgħax, il-kundizzjonijiet ewlenin u kull ammont ripagat jew imħassar jew irrinunzjat, kif ukoll impenji li saru għan-nom tagħhom permezz ta’ garanziji ta’ kwalunkwe tip, b’indikazzjoni tat-total għal kull kategorija;

236. in-numru medju ta’ persuni impjegati matul is-sena finanzjarja, iddettaljati f’kategoriji u, jekk ma jkunux ġew iddivulgati b’mod separat fir-rapport tal-introjtu, l-kostijiet tal-persunal fir-rigward tas-sena finanzjarja, iddettaljati f'pagi u salarji, kostijiet tas-sigurtà soċjali u kostijiet tal-pensjonijiet;

237. il-bilanċi tat-taxxa differita fi tmiem is-sena finanzjarja, u l-moviment fiha matul is-sena finanzjarja;

238. l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta’ kull impriża li fihom l-impriża, jew hija stess jew permezz ta’ persuna li taġixxi f’isimha stess imma għan-nom tal-impriża, għandha parteċipazzjoni, li juri l-proporzjon tal-kapital miżmum, l-ammont tal-kapital u tar-riżervi, u l-profitt jew it-telf għall-aħħar sena finanzjarja tal-impriża konċernata li għaliha jkunu ġew adottati r-rapporti finanzjarji; l-informazzjoni dwar il-kapital u r-riżervi u l-profitt jew it-telf tista’ titħalla barra meta l-impriża konċernata ma tippubblikax il-karta bilanċjali tagħha u ma tkunx ikkontrollata mill-impriża .

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-informazzjoni meħtieġa li tiġi ddivulgata mill-ewwel subparagrafu ta' hawn fuq tieħu l-forma ta’ dikjarazzjoni depożitata skont l-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva 2009/101/KE; id-depożitu ta’ din id-dikjarazzjoni jiġi ddivulgat fin-noti għar-rapporti finanzjarji. L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll li l-informazzjoni titħalla barra meta n-natura tagħha tkun tali li tkun ta’ ħsara serja għal kull impriża li għaliha tirreferi. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dawn l-ommissjonijiet soġġetti għal awtorizzazzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja minn qabel. Kull ommissjoni bħal din tiġi ddivulgata fin-noti għar-rapporti finanzjarji;

239. in-numru u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-valur par kontabilistiku tal-ishma sottoskritti matul is-sena finanzjarja fil-limiti ta’ kapital awtorizzat, mingħajr ħsara, fir-rigward tal-ammont ta’ dan il-kapital, għall-Artikolu 2(1)(e) tad-Direttiva 2009/101/KE jew tal-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 77/91/KEE;

240. meta jkun hemm aktar minn klassi waħda ta’ ishma, in-numru u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-valur par kontabilistiku għal kull klassi;

241. l-eżistenza ta’ xi ċertifikati ta’ parteċipazzjoni, dejn obbligazzjonarju, ċertifikati (warrants), opzjonijiet jew titoli jew drittijiet simili, b’indikazzjoni tan-numru u d-drittijiet li jagħtu;

242. l-isem, l-uffiċċju prinċipali jew reġistrat u l-forma ġuridika ta’ kull waħda mill-impriżi li tagħhom l-impriża jew ditta tkun membru b’responsabilità illimitata.

243. l-isem u l-uffiċċju reġistrat tal-impriża li tfassal ir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-akbar korp ta’ impriżi li l-impriża tagħmel parti minnu bħala impriża sussidjarja;

244. l-isem u l-uffiċċju reġistrat tal-impriża li tfassal ir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-iżgħar korp ta’ impriżi li l-impriża tagħmel parti minnu bħala impriża sussidjarja u li jkun inkluż ukoll fil-korp ta’ impriżi li saret referenza għalih fil-punt (m);

245. il-post fejn jistgħu jinkisbu kopji tar-rapporti finanzjarji konsolidati li għalihom saret referenza fil-punti (m) u (n) sakemm dawn ikunu disponibbli;

246. l-approprjazzjoni proposta tal-profitt jew tat-trattament tat-telf;

247. l-approprjazzjoni tal-profitt jew tat-trattament tat-telf.

248. L-Istati Membri ma jeħtieġux japplikaw il-punt (h) għal impriżi rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jkunu impriżi prinċipali fil-każijiet li ġejjin:

249. meta l-impriża konċernata tkun inkluża fir-rapporti finanzjarji konsolidati ppreparati minn dik l-impriża prinċipali, jew fir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ korp akbar ta’ impriżi kif imsemmi fl-Artikolu 24(5);

250. meta l-parteċipazzjonijiet fl-impriża konċernata jkunu ġew ittrattati mill-impriża prinċipali fir-rapporti finanzjarji annwali tagħha skont l-Artikolu 8(6), jew fir-rapporti finanzjarji konsolidati ppreparati minn dik l-impriża prinċipali skont l-Artikolu 27(1) sa (8).

Artikolu 19

Divulgazzjonijiet addizzjonali għall-impriżi kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku

251. Fin-noti għar-rapporti finanzjarji l-impriżi kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku, minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 17 u 18 u kull dispożizzjoni oħra ta’ din id-Direttiva, jiddivulgaw informazzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:

252. il-fatturat nett maqsum skont il-kategoriji ta’ attività u skont is-swieq ġeografiċi safejn dawn il-kategoriji u swieq ivarjaw sostanzjalment minn xulxin, billi jiġi kkunsidrat il-mod kif ikunu organizzati l-bejgħ ta’ oġġetti u l-forniment ta' servizzi;

253. il-total ta’ tariffi għas-sena finanzjarja mitlub mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-awditjar għall-awditjar statutorju tar-rapporti finanzjarji annwali, u t-total ta’ tariffi mitlub mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-awditjar għal servizzi oħra ta’ assigurazzjoni, għal servizzi ta’ konsulenza tat-taxxa u għal servizzi oħra li mhumiex relatati mal-awditjar.

254. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) titħalla barra meta d-divulgazzjoni ta’ dik l-informazzjoni tkun ta’ ħsara serja għall-impriża. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dawn l-ommissjonijiet soġġetti għal awtorizzazzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja minn qabel. Kull ommissjoni bħal din tiġi ddivulgata fin-noti għar-rapporti finanzjarji.

KAPITOLU 5

RAPPORT MANIġERJALI

ARTIKOLU 20

Il-kontenut tar-rapport maniġerjali

255. Ir-rapport maniġerjali jinkludi mill-anqas analiżi ġusta tal-iżvilupp u l-prestazzjoni tan-negozju tal-impriża u tal-pożizzjoni tagħha, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-kompiti u l-inċertezzi ewlenin li tiffaċċja.

L-analiżi tkun waħda bilanċjata u komprensiva tal-żvilupp u l-prestazzjoni tan-negozju tal-impriża u tal-pożizzjoni tagħha, b’mod konsistenti mad-daqs u l-kumplessità tan-negozju.

Safejn meħtieġ għal fehim tal-iżvilupp, tal-prestazzjoni jew tal-pożizzjoni tal-impriża, l-analiżi tinkludi kemm indikaturi finanzjarji ewlenin tal-prestazzjoni u, fejn xieraq, indikaturi mhux finanzjarji rilevanti għan-negozju partikolari, fosthom informazzjoni li tirrigwarda kwistjonijiet ambjentali u dwar l-impjegati.

Meta jipprovdi l-analiżi, ir-rapport maniġerjali, fejn xieraq, jinkludi referenzi għal u spjegazzjonijiet ulterjuri dwar l-ammonti rrappurtati fir-rapporti finanzjarji annwali.

256. Ir-rapport maniġerjali jagħti wkoll indikazzjoni ta’:

257. xi avvenimenti importanti li seħħew mit-tmiem tas-sena finanzjarja;

258. l-iżvilupp probabbli tal-impriża fil-ġejjieni;

259. l-attivitajiet fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp;

260. l-informazzjoni dwar l-akkwiżizzjoni tal-ishma proprji preskritta mill-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 77/91/KEE;

261. l-eżistenza ta' fergħat tal-impriża ;

262. fir-rigward tal-użu ta’ strumenti finanzjarji mill-impriża u fejn materjali għall-valutazzjoni tal-assi, l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjoni finanzjarja u l-profitt jew it-telf tagħha:

(i) l-objettivi u l-politiki finanzjarji tal-impriża għall-immaniġjar tar-riskju, fosthom il-politika tagħha għall-iħħeġġjar ta’ kull tip prinċipali ta' tranżazzjoni prevista li għaliha tintuża l-kontabilità tal-iħħeġġjar;

(ii) l-iskopertura tal-impriża għar-riskju fuq iċ-ċaqliq tal-prezzijiet, ir-riskju fuq il-kreditu, ir-riskju ta’ likwidità u ir-riskju fuq il-flussi tal-flus.

263. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi żgħar mill-obbligu li jħejju rapporti maniġerjali, sakemm l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 77/91/KEE dwar impriża li takkwista l-ishma proprji tingħata fin-noti għar-rapporti finanzjarji.

264. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi medji mill-obbligu stabilit fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 safejn dan jirrigwarda informazzjoni mhux finanzjarja.

Artikolu 21

Dikjarazzjoni ta’ governanza korporattiva

265. Entità ta’ interess pubbliku tinkludi dikjarazzjoni ta’ governanza korporattiva fir-rapport maniġerjali tagħha. Dik id-dikjarazzjoni tiġi inkluża bħala sezzjoni speċifika tar-rapport maniġerjali u tinkludi mill-anqas l- informazzjoni li ġejja:

266. referenza għal wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(i) il-kodiċi ta’ governanza korporattiva li għalih tkun soġġetta l-impriża;

(ii) il-kodiċi ta’ governanza korporattiva li l-impriża setgħet volontarjament iddeċidiet li tapplika;

(iii) l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-prattiki ta’ governanza korporattiva applikati lil hinn mir-rekwiżiti skont il-liġi nazzjonali.

Meta ssir referenza għal kodiċi ta’ governanza korporattiva msemmi fil-punti (i) u (ii), l-impriża tindika wkoll il-post fejn it-testi rilevanti jkunu pubblikament disponibbli; meta ssir referenza għall-informazzjoni msemmija fil-punt (iii), l-impriża tagħmel il-prattiki ta’ governanza korporattiva tagħha pubblikament disponibbli;

267. meta impriża, skont id-dritt nazzjonali, ma ssegwix il-kodiċi ta’ governanza korporattiva msemmi fil-punti (a)(i) jew (ii), spjegazzjoni mill-impriża dwar liema partijiet tal-kodiċi ta’ governanza korporattiva ma tkunx segwiet u r-raġunijiet għal dan; meta l-impriża tkun iddeċidiet li ma tirreferi għall-ebda dispożizzjoni tal-kodiċi ta’ governanza korporattiva msemmi fil-punti (a)(i) jew (ii), hija tispjega r-raġunijiet tagħha għaliex tkun għamlet dan;

268. deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tas-sistemi ta’ kontroll intern u tal-immaniġjar tar-riskji fir-rigward tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju;

269. l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 10(1)(c), (d), (f), (h) u (i) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[32], meta l-impriża tkun soġġetta għal dik id-Direttiva;

270. sakemm l-informazzjoni ma tkunx diġà prevista għal kollox fil-liġi nazzjonali, l-operat tal-laqgħa tal-azzjonisti u s-setgħat ewlenin tagħha u deskrizzjoni tad-drittijiet tal-azzjonisti u kif dawn jistgħu jiġu eżerċitati;

271. il-kompożizzjoni u l-operat tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji u l-kumitati tagħhom.

272. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu titqiegħed f’rapport separat ippubblikat flimkien mar-rapport maniġerjali jew permezz ta’ referenza fir-rapport maniġerjali meta tali dokument ikun pubblikament disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-impriża.

Fil-każ li jsir rapport separat, id-dikjarazzjoni ta’ governanza korporattiva tista’ tinkludi referenza għar-rapport maniġerjali fejn tkun disponibbli l-informazzjoni mitluba fil-paragrafu 1(d) ta’ dan l-Artikolu. Rigward id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 (c) u (d) ta’ dan l-Artikolu, l-awditur statutorju jesprimi opinjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1). Għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a), (b), (e) u (f), l-Istati Membri jiżguraw li l-awditur statutorju jkun iċċekkja li d-dikjarazzjoni ta’ governanza korporattiva tkun saret.

273. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 46, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw entitajiet ta’ interess pubbliku li jkunu ħarġu biss titoli għajr l-ishma ammessi għan-negozju f’suq regolat, skont it-tifsira tal-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1(a), (b), (e) u (f), sakemm dawn l-entitajiet ta’ interess pubbliku ma jkunux ħarġu ishma li jkunu nnegozjati f’faċilità multilaterali tan-negozjar, skont it-tifsira tal-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE.

KAPITOLU 6

DIKJARAZZJONIJIET U RAPPORTI FINANZJARJI KONSOLIDATI

ARTIKOLU 22

Kamp ta' applikazzjoni

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, impriża prinċipali u l-impriżi sussidjarji tagħha kollha ikunu impriżi li jiġu kkonsolidati meta l-impriża prinċipali jew waħda jew aktar mis-sussidjarji tal-impriżi tkun stabilita bħala waħda mit-tipi ta’ impriżi elenkati fl-Anness I jew fl-Anness II.

Artikolu 23

Ir-rekwiżit li jitħejjew rapporti finanzjarji konsolidati

274. Stat Membru jesiġi li kull impriża rregolata bid-dritt nazzjonali tiegħu tipprepara rapporti finanzjarji konsolidati u rapport maniġerjali konsolidat jekk dik l-impriża (impriża prinċipali) tikkontrolla impriża waħda jew aktar (impriża/i sussidjarja/i) oħra f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

275. ikollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri fl-impriża/i l-oħra;

276. ikollha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża/i l-oħra u fl-istess ħin tkun azzjonista jew membru tagħhom;

277. ikollha d-dritt li teżerċita influwenza dominanti fuq l-impriża/i l-oħra li tagħhom tkun azzjonista jew membru, skont kuntratt li tkun daħlet fih mal- impriża/i jew skont dispożizzjoni fil-memorandum jew fl-istatut tagħha, meta l-liġi li tirregola l-impriża/i l-oħra tippermetti tali kuntratti jew dispożizzjonijiet.

278. ikollha s-setgħa li teżerċita, jew fil-fatt teżerċita, influwenza dominanti jew kontroll fuq l-impriża/i l-oħra;

279. hija u l-impriża/i l-oħra jkunu mmaniġjati fuq bażi unifikata mill-impriża prinċipali;

280. tkun azzjonista fi jew membru tal-impriża/i l-oħra, u:

(i) il-maġġoranza tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-impriża/i l-oħra li okkupaw kariga matul is-sena finanzjarja, matul is-sena finanzjarja preċedenti u saż-żmien meta tfasslu r-rapporti finanzjarji konsolidati, ikunu nħatru biss bħala riżultat tal-eżerċizzju tad-dritt tal-vot tagħhom; jew

(ii) tikkontrolla waħedha, skont ftehim ma’ azzjonisti oħra fi jew membri tal-impriża/i l-oħra, il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri.

Madankollu, il-punt (i) ma japplikax meta parti terza jkollha d-drittijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) fir-rigward tal-impriża/i l-oħra.

281. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a), (b) u (f), id-drittijiet tal-vot u d-drittijiet ta’ ħatra u tneħħija ta’ kwalunkwe impriża sussidjarja oħra kif ukoll dawk ta’ kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimha stess iżda għan-nom tal-impriża prinċipali jew ta’ impriża sussidjarja oħra jiżdiedu ma’ dawk tal-impriża prinċipali.

282. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a), (b) u (f), id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jitnaqqsu bid-drittijiet:

283. marbuta mal-ishma miżmuma għan-nom ta’ persuna li la tkun l-impriża prinċipali u lanqas sussidjarja tagħha; jew

284. marbuta mal-ishma miżmuma bħala garanzija, bil-kundizzjoni li d-drittijiet inkwistjoni jiġu eżerċitati skont l-istruzzjonijiet riċevuti, jew miżmuma b'rabta mal-għoti ta’ selfiet bħala parti mill-attivitajiet normali tan-negozju, bil-kundizzjoni li d-drittijiet tal-vot jiġu eżerċitati fl-interess tal-persuna li tipprovdi l-garanzija.

285. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a) u (f), it-total tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri fl-impriża sussidjarja jitnaqqas bid-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma minn dik l-impriża nnifisha minn impriża sussidjarja ta’ dik l-impriża jew minn persuna li taġixxi f’isimha stess imma għan-nom ta’ dawk l-impriżi.

286. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 24(10) impriża prinċipali u l-impriżi sussidjarji tagħha kollha ikunu impriżi li jridu jiġu kkonsolidati irrispettivament minn fejn jinstabu l-uffiċċji reġistrati ta’ dawk l-impriżi sussidjarji.

287. Għall-finijiet tal-paragrafu 5 kull impriża sussidjarja ta’ impriża sussidjarja titqies bħala impriża sussidjarja tal-impriża prinċipali li hija l-impriża prinċipali tal-impriża li sejra tiġi kkonsolidata.

288. Mingħajr ħsara għal dan l-Artikolu u għall-Artikoli 22 u 24, Stat Membru jista’ jitlob li kull impriża regolata bid-dritt nazzjonali tagħha tħejji rapporti finanzjarji konsolidati u rapport maniġerjali konsolidat jekk:

289. dik l-impriża u impriża waħda oħra jew aktar li ma jkunux konnessi magħha kif deskritt fil-paragrafi 1(a) sa (f), ikunu mmaniġjati fuq bażi unifikata skont kuntratt konkluż ma’ dik l-impriża jew skont dispożizzjonijiet fil-memorandum jew fl-istatut ta’ dawk l-impriżi; jew

290. il-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji ta’ dik l-impriża u ta’ impriża waħda jew aktar oħra li ma jkunux relatati magħhom, kif deskritt fil-paragrafi 1(a) sa (f), jikkonsistu fil-biċċa l-kbira mill-istess persuni fil-kariga matul is-sena finanzjarja u sakemm jitfasslu r-rapporti finanzjarji konsolidati.

Meta jiġi applikat l-ewwel subparagrafu, l-impriżi li jkunu relatati kif deskritt f’dak is-subparagrafu, flimkien mal-impriżi sussidjarji kollha tagħhom, jiġu kkonsolidati meta impriża waħda jew aktar minn dawk l-impriżi tkun stabilita bħala waħda mit-tipi ta’ impriża elenkati fl-Anness I jew fl-Anness II.

Il-paragrafi 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikoli 24(1) sa 24(3), 24(10) u 25 sa 29 japplikaw għar-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapport maniġerjali konsolidat imsemmi f’dan il-paragrafu. Ir-referenzi għall-impriżi prinċipali jinftiehmu bħala li jirreferu għall-impriżi kollha speċifikati fl-ewwel subparagrafu hawn fuq. Mingħajr ħsara għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(3), l-entrati ‘kapital’, ‘kont tal-primjum tal-ishma’, ‘riżerva ta’ rivalwazzjoni’, ‘riżervi’, ‘profitt jew telf riportat’, u ‘profitt jew telf għas-sena finanzjarja’ li jiġu inklużi fil-kontijiet konsolidati jkunu l-ammonti kollha li jistgħu jiġu attribwiti lil kull impriża speċifikata fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 24

Eżenzjonijiet mill-konsolidament

291. Gruppi żgħar ikunu eżentati mill-obbligu li jfasslu rapporti finanzjarji konsolidati u rapport maniġerjali konsolidat, ħlief meta impriża assoċjata tkun entità ta’ interess pubbliku.

292. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eżenzjoni għall-gruppi medji mill-obbligu li jfasslu rapporti finanzjarji konsolidati u rapport maniġerjali konsolidat, ħlief meta impriża assoċjata tkun entità ta’ interess pubbliku.

293. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjoni mill-obbligu ta' tfassil ta' rapporti finanzjarji konsolidati u rapport maniġerjali konsolidat meta l-impriża prinċipali ma tkunx kostitwita bħala waħda mit-tipi ta’ impriżi elenkati fl-Anness I jew fl-Anness II.

294. Minkejja l-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru jeżenta mill-obbligu ta' tfassil ta' rapporti finanzjarji konsolidati u rapport maniġerjali konsolidat lil kull impriża prinċipali rregolata mid-dritt nazzjonali tagħha li tkun ukoll impriża sussidjarja, jekk l-impriża prinċipali tagħha tkun irregolata mid-dritt ta’ Stat Membru fiż-żewġ każijiet li ġejjin:

295. dik l-impriża prinċipali jkollha l-ishma kollha fl-impriża eżentata. L-ishma f’dik l-impriża miżmuma minn membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji skont obbligu fil-liġi jew fil-memorandum jew fl-istatut jiġu injorati għal dan il-għan;

296. dik l-impriża prinċipali jkollha 90 % jew aktar tal-ishma fl-impriża eżentata u l-azzjonisti fi jew il-membri rimanenti ta’ dik l-impriża jkunu approvaw l-eżenzjoni.

297. L-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 ikunu soġġetti għall-konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

298. l-impriża eżentata u, mingħajr ħsara għall-paragrafu 10, l-impriżi sussidjarji kollha tagħha jiġu kkonsolidati fir-rapporti finanzjarji ta’ korp akbar ta’ impriżi, li l-impriża prinċipali tagħhom tkun irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru;

299. ir-rapporti finanzjarji konsolidati msemmija fil-punt (a) u r-rapport maniġerjali konsolidat tal-akbar korp ta’ impriżi jitfasslu mill-impriża prinċipali ta’ dak il-korp, skont il-liġi tal-Istat Membru li permezz tagħha tkun irregolata l-impriża prinċipali ta’ dak il-korp akbar ta’ impriżi, skont din id-Direttiva;

300. ir-rapporti finanzjarji konsolidati msemmija fil-punt (a) u r-rapport maniġerjali konsolidat imsemmi fil-punt (b), ir-rapport mill-persuna responsabbli għall-awditjar ta’ dawk ir-rapporti finanzjarji u, fejn xieraq, l-appendiċi msemmija fil-paragrafu 7 hawn taħt, jiġu ppubblikati għall-impriża eżentata kif ikun dispost fid-dritt tal-Istat Membru li tirregola dik l-impriża skont l-Artikolu 30; dak l-Istat Membru jista' jesiġi li dawk id-dokumenti jiġu ppubblikati fil-lingwa uffiċjali tagħhom u li t-traduzzjoni tiġi ċċertifikata;

301. in-noti għar-rapporti finanzjarji annwali tal-impriża eżentata jiddivulgaw dan li ġej:

(i) l-isem u l-uffiċċju reġistrat tal-impriża prinċipali li tfassal ir-rapporti finanzjarji konsolidati msemmija fil-punt (a);

(ii) l-eżenzjoni mill-obbligu ta' tfassil tar-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapport maniġerjali konsolidat.

302. Fil-każijiet li mhumiex koperti mill-paragrafu 4, Stat Membru jista’, mingħajr ħsara għall-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u għall-Artikolu 3(6), jeżenta mill-obbligu li jfasslu rapporti finanzjarji konsolidati u rapport maniġerjali konsolidat lil kull impriża prinċipali regolata mid-dritt nazzjonali tagħha li tkun ukoll impriża sussidjarja, li l-impriża prinċipali tagħha tkun irregolata mid-dritt ta’ Stat Membru, bil-kundizzjoni li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabiliti fil-paragrafu 5 u li l-azzjonisti fi jew il-membri tal-impriża eżentata li jkollha proporzjon minimu tal-kapital sottoskritt ta’ dik l-impriża ma jkunux talbu għat-tħejjija ta’ rapporti finanzjarji konsolidati mill-anqas sitt xhur qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja. L-Istati Membri jistgħu jistabilixxu dak il-proporzjon għal mhux aktar minn 10 % għal kumpaniji pubbliċi b’responsabilità limitata u għal soċjetajiet limitati b’kapital azzjonarju, u għal mhux aktar minn 20 % għal impriżi ta’ tipi oħra.

Stat Membru ma jistax jagħmilha kundizzjoni għal din l-eżenzjoni li l-impriża prinċipali li tkun ħejjiet ir-rapporti finanzjarji konsolidati deskritti f’paragrafu 5(a) tiġi rregolata wkoll mid-dritt nazzjonali tiegħu.

Stat Membru ma jistax jagħmel din l-eżenzjoni soġġetta għal kundizzjonijiet li jirrigwardaw it-tħejjija u l-awditjar tar-rapporti finanzjarji konsolidati msemmija fil-paragrafu 5(a).

303. Stat Membru jista’ jagħmel l-eżenzjonijiet previsti fil-paragrafi 4, 5 u 6 soġġetti għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni addizzjonali, f’konformità ma’ din id-Direttiva, fir-rapporti finanzjarji konsolidati msemmija fil-paragrafu 5(a), jew fl-appendiċi tagħhom, jekk dik l-informazzjoni tkun meħtieġa minn impriżi regolati mid-dritt nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru li jkunu obbligati li jħejju rapporti finanzjarji konsolidati u li jkunu qegħdin fl-istess ċirkostanzi.

304. Il-paragrafi 4 sa 7 ma jaffettwaw l-ebda leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar it-tfassil ta’ rapporti finanzjarji konsolidati jew rapporti maniġerjali konsolidati safejn dawk id-dokumenti jkunu meħtieġa

(i) għall-informazzjoni tal-impjegati jew tar-rappreżentanti tagħhom; jew

(ii) minn awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja għall-iskopijiet tagħha.

305. Mingħajr ħsara għall-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 3(6), Stat Membru jista’ jeżenta mill-obbligu li tfassal rapporti finanzjarji konsolidati u rapport maniġerjali konsolidat lil kull impriża prinċipali rregolata mid-dritt nazzjonali tiegħu li tkun ukoll impriża sussidjarja ta’ impriża prinċipali li ma tkunx irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru, jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

306. l-impriża eżentata u, mingħajr ħsara għall-paragrafu 10, l-impriżi sussidjarji tagħha kollha jkunu konsolidati fir-rapporti finanzjarji ta’ korp akbar ta’ impriżi;

307. ir-rapporti finanzjarji konsolidati msemmija fil-punt (a) u, fejn xieraq, ir-rapport maniġerjali konsolidat jiġu mfassla skont din id-Direttiva jew b’mod ekwivalenti għar-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti maniġerjali konsolidati mfassla skont din id-Direttiva;

308. ir-rapporti finanzjarji konsolidati msemmija fil-punt (a) ikunu ġew awditjati minn persuna waħda jew aktar awtorizzati biex jawditjaw rapporti finanzjarji skont id-dritt nazzjonali li jirregola l-impriża li tkun għamlithom.

Il-paragrafi 5(c) u (d), u 6 sa 8 japplikaw.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eżenzjonijiet skont dan il-paragrafu biss jekk huwa jipprovdi għall-istess eżenzjonijiet skont il-paragrafi 4 sa 8.

309. Impriża ma teħtieġx tiġi inkluża fir-rapporti finanzjarji konsolidati meta tiġi ssodisfata mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

310. restrizzjonijiet severi fit-tul ifixklu sostanzjalment:

(i) l-impriża prinċipali fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha fuq l-assi jew il-maniġment ta’ dik l-impriża; jew

(ii) l-eżerċizzju ta’ maniġment unifikat ta’ dik l-impriża fejn tkun f’waħda mir-relazzjonijiet definiti fl-Artikolu 23(7);

311. l-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija ta’ rapporti finanzjarji konsolidati skont din id-Direttiva ma tistax tinkiseb mingħajr spiża sproporzjonata jew dewmien żejjed;

312. l-ishma ta’ dik l-impriża jkunu miżmuma esklussivament bil-għan ta' rivendita.

Dan il-paragrafu japplika wkoll għall-entitajiet ta’ interess pubbliku.

Artikolu 25

It-tħejjija ta’ rapporti finanzjarji konsolidati

313. Il-Kapitoli 2 u 3 japplikaw fir-rigward tar-rapporti finanzjarji konsolidati, billi jitqiesu l-aġġustamenti essenzjali bħala riżultat tal-karatteristiċi partikolari tar-rapporti finanzjarji konsolidati meta mqabbla mar-rapporti finanzjarji annwali.

314. L-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ impriżi inklużi f'konsolidament jiġu inkorporati b'mod sħiħ fil-karta bilanċjali konsolidata.

315. Il-valuri tal-ishma skont il-kotba fil-kapital ta’ impriżi inklużi f’konsolidament jiġu paċuti mal-proporzjon li jirrappreżentaw tal-kapital u riżervi ta’ dawk l-impriżi skont dan li ġej:

316. dik it-tpaċija tiġi effettwata abbażi tal-valuri mniżżla fil-kotba fid-data li fiha dawk l-impriżi jiġu inklużi f’konsolidament għall-ewwel darba. Id-differenzi li jirriżultaw minn dik it-tpaċija safejn ikun possibbli jiddaħħlu direttament kontra dawk l-entrati fil-karta bilanċjali konsolidata li jkollhom valuri ogħla jew taħt il-valuri tagħhom imniżżla fil-kotba;

317. Stat Membru jista’ jippermetti jew jesiġi tpaċija abbażi tal-valuri ta’ assi u obbligazzjonijiet identifikabbli fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-ishma jew, fil-każ ta’ akkwiżizzjoni f’żewġ stadji jew aktar, fid-data li fiha l-impriża tkun saret sussidjarja;

318. kwalunkwe differenza li tibqa’ wara l-applikazzjoni tal-punt (a) jew li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-punt (b) tintwera bħala avvjament fil-karta bilanċjali konsolidata. Il-metodi użati biex jiġi kkalkulat l-avvjament u kull tibdil sinifikanti fir-rigward tas-sena finanzjarja preċedenti jiġu spjegati fin-noti għar-rapporti finanzjarji. Meta t-tpaċija ta’ avvjament pożittiv u negattiv tkun awtorizzata minn Stat Membru, tingħata wkoll analiżi tal-avvjament fin-noti għar-rapporti finanzjarji. Avvjament negattiv jista’ jiġi trasferit lir-rapport tal-introjtu konsolidat meta trattament bħal dan ikun skont il-prinċipji stabiliti fil-Kapitolu 2.

Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma japplikax għall-ishma fil-kapital tal-impriża prinċipali li jkunu miżmuma jew minn dik l-impriża nnifisha jew minn impriża oħra inkluża fil-konsolidament. Fir-rapporti finanzjarji konsolidati dawn l-ishma jiġu ttrattati bħala ishma proprji skont il-Kapitolu 3.

319. L-ammont attribwibbli lil ishma f’impriżi sussidjarji inklużi fil-konsolidament li jkunu miżmuma minn persuni minbarra l-impriżi inklużi fil-konsolidament jintwera fil-karta bilanċjali konsolidata bħala interessi nonkontrollanti.

320. L-introjtu u n-nefqa ta’ impriżi inklużi fil-konsolidament jiġu inkorporati b’mod sħiħ fir-rapport tal-introjtu konsolidat.

321. L-ammont ta' kwalunkwe profitt jew telf attribwibbli lill-ishma f’impriżi sussidjarji inklużi fil-konsolidament li jkunu miżmuma minn persuni għajr l-impriżi inklużi fil- konsolidament jintwera fir-rapport tal-introjtu konsolidat bħala profitt jew telf attribwibbli lil interessi nonkontrollanti.

322. Ir-rapporti finanzjarji konsolidati juru l-assi, l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjonijiet finanzjarji, il-profitt jew it-telf tal-impriżi inklużi f’konsolidament daqs li kieku kienu impriża waħda.

323. Ir-rapporti finanzjarji konsolidati jitfasslu fl-istess data bħar-rapporti finanzjarji annwali tal-impriża prinċipali.

Stat Membru jista’, madankollu, jesiġi jew jippermetti li r-rapporti finanzjarji konsolidati jitfasslu f’data oħra sabiex jittieħed kont tad-dati tal-karti bilanċjali tal-akbar numru jew tal-aktar impriżi importanti inklużi fil-konsolidament. Meta jsir użu minn din id-deroga, dak il-fatt jiġi ddivulgat fin-noti għar-rapporti finanzjarji konsolidati flimkien mar-raġunijiet għal dan. Barra minn hekk, jiġu kkunsidrati jew issir divulgazzjoni ta’ avvenimenti importanti li jirrigwardaw l-assi u l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjoni finanzjarja jew il-profitt jew it-telf ta’ impriża inkluża f’konsolidament, li jkunu saru bejn id-data tal-karta bilanċjali ta’ dik l-impriża u d-data tal-karta bilanċjali konsolidata.

Meta d-data tal-karta bilanċjali ta’ impriża tiġi qabel id-data tal-karta bilanċjali konsolidata b’aktar minn tliet xhur, dik l-impriża tiġi kkonsolidata fuq il-bażi ta’ rapporti finanzjarji interim imfassla fid-data tal-karta bilanċjali konsolidata.

324. Jekk il-kompożizzjoni tal-impriżi inklużi f’konsolidament tkun inbidlet b’mod sinifikanti matul sena finanzjarja, ir-rapporti finanzjarji konsolidati jinkludu informazzjoni li tagħmel sinifikattiv it-tqabbil ta’ settijiet suċċessivi ta’ rapporti finanzjarji konsolidati. Meta dak it-tibdil ikun wieħed sinifikanti, dan l-obbligu jista’ jitwettaq bit-tħejjija ta’ karta bilanċjali aġġustata u komparattiva u rapport tal-intrjotu aġġustat u komparattiv.

325. L-assi u l-obbligazzjonijiet li jiġu inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati jitkejlu fuq bażi uniformi u skont il-Kapitolu 2.

11. Impriża li tfassal rapporti finanzjarji konsolidati tapplika l-istess bażijiet ta’ kejl bħal fir-rapporti finanzjarji annwali tagħha. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li fir-rapporti finanzjarji konsolidati jintużaw bażijiet oħra ta’ kejl skont il-Kapitolu 2. Meta jsir użu minn din id-deroga, dak il-fatt jiġi ddivulgat fin-noti għar-rapporti finanzjarji konsolidati flimkien mar-raġunijiet għaliha.

12. Meta l-assi u l-obbligazzjonijiet li jiġu inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati jkunu ġew imkejla minn impriżi inklużi fil-konsolidament permezz ta’ bażijiet li jkunu differenti minn dawk użati għall-konsolidament, dawk l-assi u l- obbligazzjonijiet jiġu mkejla mill-ġdid skont il-bażijiet użati għall-konsolidament. Devjazzjonijiet minn dan il-prinċipju jiġu permessi f’każijiet eċċezzjonali. Kwalunkwe devjazzjoni bħal din tiġi ddivulgata fin-noti għar-rapporti finanzjarji konsolidati u r-raġunijiet għaliha.

13. Il-bilanċi ta’ taxxa differita jiġu rikonoxxuti mal-konsolidament bil-kundizzjoni li jkun probabbli li jinħoloq addebitament reali ta’ taxxa fil-futur qrib għal waħda mill-impriżi inklużi fil-konsolidament.

14. Meta l-assi li jiġu inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati kienu s-suġġett ta’ aġġustamenti tal-valur sempliċement għall-finijiet ta’ taxxa, huma jiġu inkorporati fir-rapporti finanzjarji konsolidati biss wara li dawk l-aġġustamenti jkunu ġew eliminati.

Artikolu 26

Konsolidament proporzjonali

326. Meta impriża inkluża f’konsolidament timmaniġja impriża oħra flimkien ma’ impriża waħda jew aktar li jkunux inklużi f’dak il-konsolidament, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu l-inklużjoni ta’ dik l-impriża l-oħra fir-rapporti finanzjarji konsolidati b’mod proporzjonali mad-drittijiet fil-kapital tagħha miżmuma mill-impriża inkluża fil-konsolidament.

327. L-Artikolu 24(10) u l-Artikolu 25 japplikaw mutatis mutandis għall-konsolidament proporzjonali li għalih sar riferiment fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 27

Kontabilità tal-ekwità tal-impriżi assoċjati

328. Meta impriża inkluża f’konsolidament jkollha impriża assoċjata, dik l-impriża assoċjata tintwera fil-karta bilanċjali konsolidata bħala entrata separata.

329. Meta dan l-Artikolu jiġi applikat għall-ewwel darba, l-impriża assoċjata tintwera fil-karta bilanċjali konsolidata u f’ammont li jikkorrispondi mal-proporzjon tal-kapital u tar-riżervi tal-impriża assoċjata rappreżentata bil-parteċipazzjoni. Id-differenza bejn dak l-ammont u l-valur imniżżel fil-kotba kkalkulat skont il-Kapitoli 2 u 3 tiġi ddivulgata separatament fil-karta bilanċjali konsolidata jew fin-noti għar-rapporti finanzjarji konsolidati. Dik id-differenza tiġi kkalkulata fid-data li fiha dak il-metodu jkun intuża għall-ewwel darba.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jitolbu l-kalkolu tad-differenza fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-ishma jew, meta l-ishma jkunu nkisbu f’żewġ stadji jew aktar, fid-data li fiha l-impriża saret impriża assoċjata.

330. Meta l-assi jew l-obbligazzjonijiet ta’ impriża assoċjata jkunu ġew valwati permezz ta’ metodi differenti minn dawk użati għall-konsolidament skont l-Artikolu 25(11), huma jistgħu, sabiex tiġi kkalkulata d-differenza msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jiġu mkejla mill-ġdid permezz tal-metodi użati għall-konsolidament. Meta ma jkunx sar dan il-kejl mill-ġdid, dak il-fatt jiġi ddivulgat fin-noti għar-rapporti finanzjarji konsolidati. L-Istati Membri jistgħu jitolbu dan il-kejl mill-ġdid.

331. L-ammont li jikkorrispondi mal-proporzjon tal-kapital u riżervi tal-impriża assoċjata li saret referenza għalih fil-paragrafu 2 jiżdied jew jitnaqqas skont l-ammont ta’ kull varjazzjoni li tkun saret matul is-sena finanzjarja fil-proporzjon tal-kapital u riżervi tal-impriża assoċjata rappreżentata mill-parteċipazzjoni. Dak l-ammont jitnaqqas bl-ammont tad-dividendi riċevuti mill-impriża assoċjata.

332. Meta d-differenza pożittiva msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx tista' tiġi relatata ma’ xi kategorija ta’ assi jew obbligazzjonijiet, din tiġi kkunsidrata bħala avvjament skont l-Artikolu 9, 11(5)(d), 11(10) u 25(3)(c).

333. Il-proporzjon tal-profitt jew it-telf tal-impriżi relatati li jista’ jiġi attribwit lill-parteċipazzjoni jintwera fir-rapport tal-introjtu konsolidat bħala entrata separata taħt intestatura xierqa.

334. Safejn il-fatti jkunu magħrufa jew jistgħu jiġu aċċertati, il-profitti u t-telf b'riżultat ta’ tranżazzjonijiet bejn l-impriżi relatati u impriżi oħra inklużi fil-konsolidament jiġu eliminati mir-rapporti finanzjarji konsolidati, meta jkunu ġew inklużi fil-valur tal-kotba tal-assi.

335. Meta impriża assoċjata tħejji rapporti finanzjarji konsolidati, il-paragrafi 1 sa 7 japplikaw għall-kapital u r-riżervi li jidhru f’dawn ir-rapporti finanzjarji konsolidati.

Artikolu 28

In-noti għar-rapporti finanzjarji konsolidati

336. In-noti għar-rapporti finanzjarji konsolidati jistabilixxu l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikoli 17, 18 u 19, flimkien ma' kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa skont dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-Direttiva, filwaqt li jittieħed kont tal-aġġustamenti essenzjali bħala riżultat tal-karatteristiċi partikolari tar-rapporti finanzjarji konsolidati meta mqabbla mar-rapporti finanzjarji annwali, sabiex l-informazzjoni tkun ta’ għajnuna waqt il-valutazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tal-impriżi inklużi fil-konsolidament meħuda flimkien.

L-aġġustamenti li ġejjin fl-informazzjoni meħtieġa mill-Artikoli 17, 18 u 19 japplikaw:

337. Fid-divulgazzjoni ta’ tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati, it-tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati inklużi f’konsolidament li jiġu eliminati mal-konsolidament ma jiġux iddivulgati;

338. Fid-divulgazzjoni tan-numru medju ta’ impjegati li kienu impjegati matul is-sena finanzjarja jkun hemm divulgazzjoni separata tan-numru medju ta’ impjegati li kienu impjegati mill-impriżi li ġew konsolidati b’mod proporzjonat;

339. Fid-divulgazzjoni tal-ammont ta’ emolumenti u ta’ pagamenti akkont bil-quddiem u ta’ krediti mogħtija lil membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji, jiġu ddivulgati biss l-ammonti mogħtija lil membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża prinċipali; id-divulgazzjoni tkopri l-ammonti mogħtija mill-impriża prinċipali u mill-impriżi sussidjarji tagħha.

340. In-noti għar-rapporti finanzjarji konsolidati, minbarra l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 1, jistabilixxu l-informazzjoni li ġejja:

341. L-ismijiet u l-uffiċċji reġistrati tal-impriżi inklużi fil-konsolidament, il-proporzjon tal-kapital miżmum f’impriżi inklużi fil-konsolidament, minbarra l-impriża prinċipali, mill-impriżi inklużi fil-konsolidament jew minn persuni li jaġixxu f’isimhom stess imma għan-nom ta’ dawk l-impriżi, u informazzjoni dwar liema mill-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 23(1) u 23(7) wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 23(2), (3) u (4) iffurmat il-bażi li fuqha sar il-konsolidament. Din l-aħħar divulgazzjoni tista’, madankollu, titħalla barra meta l-konsolidament jkun sar fuq il-bażi tal-Artikolu 23(1)(a) u meta l-proporzjon tal-kapital u l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot miżmuma jkunu l-istess.

L-istess informazzjoni tingħata fir-rigward ta’ impriżi esklużi minn konsolidament skont l-Artikolu 5(1)(j) u tingħata spjegazzjoni għall-esklużjoni tal-impriżi msemmija fl-Artikolu 24(10).

342. L-ismijiet u l-uffiċċji reġistrati ta’ impriżi assoċjati inklużi fil-konsolidament kif deskritt fl-Artikolu 27(1) u l-proporzjon tal-kapital tagħhom miżmum mill-impriżi inklużi fil-konsolidament jew minn persuni li jaġixxu f’isimhom stess imma għan-nom ta’ dawk l-impriżi;

343. L-ismijiet u l-uffiċċji reġistrati ta’ impriżi konsolidati b'mod proporzjonali skont l-Artikolu 26, il-fatturi li fuqhom ikun ibbażat l-immaniġjar konġunt, u l-proporzjon tal-kapital tagħhom miżmum mill-impriżi inklużi fil-konsolidament jew minn persuni li jaġixxu f’isimhom stess imma għan-nom ta’ dawk l-impriżi.

344. L-ismijiet u l-uffiċċju reġistrat ta’ kull impriża, minbarra dawk imsemmija fil-punti (a), (b) u (c), li fihom l-impriżi inklużi fil-konsolidament, jew huma nfushom jew permezz ta’ persuni li jaġixxu f’isimhom stess imma għan-nom ta’ dawk l-impriżi, ikollhom parteċipazzjoni. Jiġu ddivulgati wkoll il-proporzjon tal-kapital miżmum, l-ammont tal-kapital u r-riżervi, u l-profitt jew it-telf għall-aħħar sena finanzjarja tal-impriża konċernata li għaliha jkunu ġew adottati r-rapporti finanzjarji. L-informazzjoni dwar il-kapital u r-riżervi u l-profitt jew it-telf tista’ wkoll titħalla barra meta l-impriża konċernata ma tippubblikax il-karta bilanċjali tagħha.

345. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-informazzjoni meħtieġa mill-punti (a) sa (d) tieħu l-forma ta’ dikjarazzjoni depożitata skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/101/KE. Id-depożitu ta’ dikjarazzjoni bħal din jiġi ddivulgat fin-noti għar-rapporti finanzjarji. L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll li din l-informazzjoni titħalla barra meta n-natura tagħha tkun tali li tkun ta’ preġudizzju serju għall-impriżi li tirrigwarda. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dawn l-ommissjonijiet soġġetti għal awtorizzazzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja minn qabel. Kull ommissjoni bħal din tiġi ddivulgata fin-noti għar-rapporti finanzjarji.

Artikolu 29

Ir-rapport maniġerjali konsolidat

346. Ir-rapport maniġerjali konsolidat, minbarra kull informazzjoni oħra meħtieġa skont dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-Direttiva, jistabilixxi mill-anqas l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikoli 20 u 21, billi jikkunsidra l-aġġustamenti essenzjali bħala riżultat tal-karatteristiċi partikolari ta’ rapport maniġerjali konsolidat meta mqabbel ma’ rapport maniġerjali sabiex l-informazzjoni tkun ta' għajnuna waqt il-valutazzjoni tal-impriżi inklużi fil-konsolidament meħuda flimkien.

347. L-aġġustamenti li ġejjin fl-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 20 u 21 japplikaw:

348. fir-rappurtar ta’ dettalji tal-ishma proprji akkwiżiti, ir-rapport maniġerjali konsolidat jindika n-numru u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-valur par kontabilistiku tal-ishma kollha tal-impriża prinċipali miżmuma minn dik l-impriża nnifisha, minn impriżi sussidjarji ta’ dik l-impriża jew minn persuna li taġixxi f’isimha stess imma għan-nom ta’ dawk l-impriżi. Stat Membru jista’ jippermetti jew jesiġi d-divulgazzjoni ta’ dawk id-dettalji fin-noti għar-rapporti finanzjarji konsolidati;

349. fir-rappurtar dwar is-sistemi ta’ kontroll intern u għall-immaniġjar tar-riskju, id-dikjarazzjoni ta’ governanza korporattiva tirreferi għall-karatteristiċi ewlenin tas-sistemi ta’ kontroll intern u għall-immaniġjar tar-riskju għall-impriżi inklużi fil-konsolidament meħuda f'daqqa.

350. Meta jkun meħtieġ rapport maniġerjali konsolidat flimkien mar-rapport maniġerjali, iż-żewġ rapporti jistgħu jiġu ppreżentati bħala rapport wieħed.

KAPITOLU 7

PUBBLIKAZZJONI

ARTIKOLU 30

Rekwiżiti ġenerali għall-pubblikazzjoni

351. L-Istati Membri jiżguraw li l-impriżi jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji annwali u r-rapport maniġerjali approvati, flimkien mal-opinjoni sottomessa mill-awditur statutorju msemmi fl-Artikolu 34, kif stabilit mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE.

L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jeżentaw impriżi mill-obbligu li jippubblikaw ir-rapport maniġerjali. F’dan il-każ jkun possibbli li tinkiseb kopja tar-rapport kollu jew parti minnu meta jintalbu. Il-prezz tal-kopja ma jaqbiżx il-kost amministrattiv tagħha.

352. L-Istat Membru ta’ impriża msemmija fl-Anness II jista’ jeżenta lil dik l-impriża milli tippubblika r-rapporti finanzjarji tagħha skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE, bil-kundizzjoni li dawk ir-rapporti finanzjarji jkunu disponibbli għall-pubbliku fl-uffiċċju prinċipali, fil-każijiet li ġejjin:

353. il-membri kollha li jkollhom responsabilità illimitata tal-impriża konċernata jkunu impriżi msemmija fl-Anness I li huma regolati mil-liġijiet ta’ Stati Membri għajr l-Istat Membru li l-liġijiet tiegħu jirregolaw dik l-impriża, u l-ebda waħda minn dawk l-impriżi ma tkun ippubblikat ir-rapporti finanzjarji tal-impriża konċernata mar-rapporti finanzjarji tagħha;

354. il-membri kollha li jkollhom responsabilità illimitata jkunu impriżi li mhumiex irregolati mil-liġijiet ta’ Stat Membru imma li jkollhom forma ġuridika komparabbli għal dawk imsemmija fid-Direttiva 2009/101/KE.

Kopji tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu jinkisbu meta jintalbu. Il-prezz tal-kopja ma jaqbiżx il-kost amministrattiv tagħha.

355. Il-paragrafu 1 japplika fir-rigward tar-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti maniġerjali konsolidati.

Meta l-impriża li tkun qiegħda tfassal ir-rapporti finanzjarji konsolidati ma tkunx stabilita bħala waħda mit-tipi ta’ impriżi elenkati fl-Anness I u ma tkunx meħtieġa mid-dritt nazzjonali tagħha li tippubblika d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 bl-istess mod kif preskritt fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE, hija tal-anqas tagħmel dawk id-dokumenti disponibbli għall-pubbliku fl-uffiċċju prinċipali tagħha. Jkun possibbli li tinkiseb kopja ta’ dawk id-dokumenti meta tintalab. Il-prezz tal-kopja ma jaqbiżx il-kost amministrattiv tagħha.

Artikolu 31

Simplifikazzjonijiet għall-impriżi żgħar u medji

356. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi żgħar mill-obbligu li jippubblikaw ir-rapporti tal-introjtu u r-rapporti maniġerjali tagħhom.

357. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-impriżi medji jippubblikaw:

358. karti tal-bilanċi mqassra fejn juru biss dawk l-entrati wara l-ittri u n-numri Rumani fl-Artikolu 9 u jiddivulgawhom b’mod separat, jew fil-karta bilanċjali jew fin-noti għar-rapporti finanzjarji:

(i) B (I) (3), B (II) (1), (2), (3) u (4), B (III) (1), (2), (3), (4) u (7), C (II) (2), (3) u (6) u C (III) (1) u (2) taħt ‘Assi’ u C, (1), (2), (6), (7) u (9) taħt 'Kapital, riżervi u obbligazzjonijiet',

(ii) l-informazzjoni meħtieġa fil-parentesi taħt C (II) taħt ‘Assi’ u C taħt ‘Kapital, riżervi u obbligazzjonijiet" f’total għall-entrati kollha konċernati u separatament għal Ċ (II) (2) u (3) taħt ‘Assi’ u C (1), (2), (6), (7) u (9) taħt ‘Kapital, riżervi u obbligazzjonijiet’,

359. noti fil-qosor dwar ir-rapporti finanzjarji tagħhom mingħajr l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 18 (1)(g) u (k).

Dan il-paragrafu jkun mingħajr ħsara għall-Artikolu 30(1) fejn jittratta r-rapport tal-introjtu, ir-rapport maniġerjali u l-opinjoni tal-awditur statutorju.

Artikolu 32

Rekwiżiti oħra għall-pubblikazzjoni

360. Meta r-rapporti finanzjarji annwali u r-rapport maniġerjali jiġu ppubblikati sħaħ, huma jiġu riprodotti fil-forma u t-test li fuq il-bażi tagħhom l-awditur statutorju jkun fassal l-opinjoni tiegħu. Huma jkollhom magħhom it-test sħiħ tar-rapport tal-awditur statutorju.

361. Jekk ir-rapporti finanzjarji annwali ma jiġux ippubblikati sħaħ, jiġi indikat li l-verżjoni ppubblikata hija mqassra u ssir referenza għar-reġistru li fih ikunu ġew iffajljati r-rapporti finanzjarji skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE. Meta r-rapporti finanzjarji jkunu għadhom ma ġewx ippreżentati, dan il-fatt jiġi ddivulgat. Ir-rapport tal-awditur statutorju ma jkunx ma’ din il-pubblikazzjoni, imma jiġi ddivulgat jekk kinitx espressa opinjoni tal-awditajr mhux kwalifikata, kwalifikata jew negattiva, jew jekk l-awditur statutorju ma kienx kapaċi jesprimi opinjoni tal-awditjar. Jiġi ddivulgat ukoll jekk ir-rapport tal-awditur statutorju jinkludix referenza għal xi kwistjonijiet li dwarhom l-awditur statutorju kien ġibed l-attenzjoni permezz ta’ enfasi mingħajr ma kkwalifika l-opinjoni tal-awditjar.

Artikolu 33

Id-dmir u l-obbligazzjoni għat-tfassil u l-pubblikazzjoni tar-rapporti finanzjarji u r-rapport maniġerjali

362. L-Istati Membri jiżguraw li l-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża, flimkien ikollhom id-dmir li jiżguraw li r-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapport maniġerjali u, meta tiġi pprovduta separatament, id-dikjarazzjoni ta’ governanza korporattiva, jitfasslu u jiġu ppubblikati skont ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u, fejn applikabbli, f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002. Tali korpi jaġixxu skont il-kompetenzi assenjati lilhom mid-dritt nazzjonali.

363. L-Istati Membri jiżguraw li l-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża, flimkien ikollhom id-dmir li jiżguraw li r-rapporti finanzjarji konsolidati, ir-rapporti maniġerjali konsolidati u, meta tiġi pprovduta separatament, id-dikjarazzjoni ta’ governanza korporattiva konsolidata, jitfasslu u jiġu ppubblikati skont ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u, fejn applikabbli, skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002. Tali korpi jaġixxu skont il-kompetenzi assenjati lilhom mid-dritt nazzjonali.

364. L-Istati Membri jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom dwar ir-responsabilità japplikaw għall-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriżi, għall-anqas fir-rigward tal-impriża, għall-ksur tad-dmirijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

KAPITOLU 8

AWDITJAR

ARTIKOLU 34

Rekwiżiti ġenerali

365. L-Istati Membri jiżguraw li r-rapporti finanzjarji ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku, ta’ impriżi medji u kbar jiġu awditjati minn persuna waħda jew aktar li jkunu approvati mill-Istati Membri biex iwettqu awditjar statutorju fuq il-bażi tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[33].

L-awditur statutorju wkoll jesprimi opinjoni dwar il-konsistenza tar-rapport maniġerjali mar-rapporti finanzjarji għall-istess sena finanzjarja.

366. L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 japplika fir-rigward ta’ rapporti finanzjarji konsolidati. It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 japplika fir-rigward ta’ rapporti finanzjarji konsolidati u rapporti maniġerjali konsolidati.

Artikolu 35

Il-kontenut tar-rapport tal-awditur

367. Ir-rapport tal-awditur statutorju jinkludi:

368. introduzzjoni li mill-anqas tidentifika r-rapporti finanzjarji li jkunu s-soġġett tal-awditjar statutorju, flimkien mal-qafas għar-rappurtar finanzjarju li ġie applikat fit-tħejjija tagħhom;

369. deskrizzjoni tal-ambitu tal-awditu statutorju li mill-anqas jidentifika l-istandards tal-awditjar skont liema awditu statutorju jkun twettaq;

370. opinjoni tal-awditjar li tiddikjara b’mod ċar l-opinjoni tal-awditur statutorju dwar jekk ir-rapporti finanzjarji annwali jagħtux stampa veritiera u ġusta skont il-qafas rilevanti għar-rapportar finanzjarju u, fejn xieraq, jekk ir-rapporti finanzjarji annwali jkunux konformi mar-rekwiżiti statutorji; l-opinjoni tal-awditjar jew tkun opinjoni mhux kwalifikata, kwalifikata, jew negattiva jew, jekk l-awditur statutorju ma jkunx kapaċi jesprimi opinjoni tal-awditjar, ċaħda tal-opinjoni;

371. referenza għal kwalunkwe kwistjoni li l-awditur statutorju jiġbed l-attenzjoni għaliha permezz ta’ enfasi mingħajr ma jikkwalifika l-opinjoni tal-awditjar;

372. opinjoni dwar il-konsistenza tar-rapport maniġerjali mar-rapporti finanzjarji annwali għall-istess sena finanzjarja.

373. Ir-rapport jiġi ffirmat u datat mill-awditur statutorju.

374. Ir-rapport tal-awditur statutorju dwar ir-rapporti finanzjarji konsolidati jkun konformi mar-rekwiżiti stabiliti fil-paragrafi 1 u 2. Fir-rapportar dwar il-konsistenza tar-rapport maniġerjali u r-rapporti finanzjarji kif meħtieġ skont il-paragrafu 1(e), l-awditur statutorju jikkunsidra r-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapport maniġerjali konsolidat. Meta r-rapporti finanzjarji annwali tal-impriża prinċipali jkunu mehmuża mar-rapporti finanzjarji konsolidati, ir-rapporti tal-awdituri statutorji meħtieġa minn dan l-Artikolu jistgħu jiġu kkombinati.

KAPITOLU 9

Rapport dwar il-pagamenti lill-gvernijiet

Artikolu 36

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

375. "Impriża attiva fl-industrija estrattiva" tfisser impriża b'attività li tinvolvi l-esplorazzjoni, skoperta, l-iżvilupp u l-estrazzjoni ta' minerali, żejd u depożiti ta' gass naturali, kif imsemmi fit-Taqsima B-Diviżjoni 05 sa 08 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[34].

376. "Impriża attiva fil-ħsad tal-foresti primarji" tfisser impriża b'attivitajiet imsemmija fit-Taqsima B-Diviżjoni 2.2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[35], f'foresti primarji.

377. "Gvern" tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru jew pajjiż terz. Tinkludi dipartiment, aġenzija jew impriża kkontrollata minn dik l-awtorità kif stipulat fl-Artikolu 23(1) sa (6) ta' din id-Direttiva.

378. "Proġett" hija ekwivalenti għal unità operazzjonali relatriċi speċifika fl-aktar livell minuri fl-impriża fejn jitħejjew rapporti maniġerjali interni regolari biex jiġi mmonitorjat l-operat tagħha.

Artikolu 37

Impriżi meħtieġa jirrapportaw dwar pagamenti lill-gvernijiet

1. L-Istati Membri jeħtieġu impriżi kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku kollha attivi fl-industrija estrattiva jew fil-ħsar ta’ foresti primarji biex iħejju u jippubblikaw rapport dwar il-pagamenti li jsiru lill-gvernijiet fuq bażi annwali.

2. Dan l-obbligu ma japplikax għal kwalunkwe impriża rregolata mid-dritt ta’ Stat Membru li tkun sussidjarja jew impriża prinċipali, fejn iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

379. l-impriża prinċipali tkun soġġetta għal-liġijiet ta’ Stat Membru;

380. il-pagamenti lill-gvernijiet ta’ tali impriża jkunu inklużi fir-rapport konsolidat dwar il-pagamenti lill-gvernijiet imfassal mill-impriża prinċipali skont l-Artikolu 39.

Artikolu 38

Il-kontenut tar-rapport

381. Ir-rapport jispeċifika li ġej f'każ ta' materjalità għall-gvern riċevent:

382. l-ammont totali tal-pagamenti, inkluż pagamenti in natura , magħmula lil kull gvern f'sena finanzjarja;

383. l-ammont totali kull tip ta’ pagament, inkluż pagamenti in natura , magħmula lil kull gvern f'sena finanzjarja;

384. fejn dawk il-pagamenti jkunu attribwiti għal proġett speċifiku, l-ammont kull tip ta’ pagament, inkluż pagamenti in natura , magħmula għal kull tali proġett matul sena finanzjarja, u l-ammont totali ta’ pagamenti għal kull tali proġett.

385. Jiġu rrapportati t-tipi ta’ pagamenti li ġejjin:

386. produzzjoni ta’ intitolamenti;

387. taxxi fuq il-profitti;

388. royalties;

389. dividendi;

390. bonusijiet ta’ sigla, skopertura jew produzzjoni;

391. drittijiet ta’ liċenzja, tariffi ta’ kera, tariffi tad-dħul u korrispettivi oħra għall-liċenzji u/jew konċessjonijiet;

392. benefiċċji diretti oħra lill-gvern konċernat.

393. Fejn isiru pagamenti in natura lil gvern, dawn jiġu rapportati fil-valur u fil-volum. Fejn dawn jiġu rrapportati f'termini ta’ valur, jiġu pprovduti noti ta’ sostenn li jispjegaw kif ikun ġie ddeterminat il-valur tagħhom.

394. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 sabiex tispeċifika l-kunċett tal-materjalità tal-pagamenti.

395. Ir-rapport jeskludi kwalunkwe tip ta’ pagamenti li jsiru lil gvern f'pajjiż fejn id-divulgazzjoni pubblika ta’ dan it-tip ta’ pagament tkun ċarament projbita mil-leġiżlazzjoni kriminali ta' dak il-pajjiż. F'tali każijiet l-impriża tiddikkjara li ma tkunx irrapportat il-pagamenti skont il-paragrafi 1 sa 3, u tiddivulga l-isem tal-gvern konċernat.

Artikolu 39

Rapport konsolidat dwar il-pagamenti lill-gvernijiet

396. Stat Membru jeħtieġ li kwalunkwe impriża kbira jew entità ta’ interess pubbliku attiva fl-industrija estrattiva jew fil-ħsad ta' foresti primarji u rregolati bid-dritt nazzjonali rispettiva biex ifasslu rapport konsolidat dwar il-pagamenti lill-gvernijiet skont l-Artikoli 37 u 38 jekk dik l-impriża prinċipali tkun taħt l-obbligu li tħejji rapporti finanzjarji konsolidati kif stipulat fl-Artikolu 23(1) sa 23(6) ta’ din id-Direttiva.

397. L-obbligu tat-tfassil tar-rapport konsolidat imsemmi fil-paragrafu 1 ma japplikax għal:

398. impriża prinċipali jew grupp żgħir kif definit fl-Artikolu 3(4) għajr fejn kwalunkwe impriża affiljata tkun entità ta’ interess pubbliku;

399. impriża prinċipali jew grupp medju kif definit fl-Artikolu 3(5) għajr fejn kwalunkwe impriża affiljata tkun entità ta’ interess pubbliku;

400. impriża prinċipali rregolata bid-dritt ta’ Stat Membru li tkun ukoll impriża sussidjarja, jekk il-prinċipali tagħha tkun irregolata mid-dritt ta’ Stat Membru.

401. Impriża ma teħtieġx tiġi inkluża f'rapport konsolidati dwar pagamenti lil gvern fejn tiġi ssodisfata tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

402. restrizzjonijiet severi ta’ terminu twil sostanzjalment ixekklu lill-impriża prinċipali fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha fuq l-assi jew il-maniġment ta’ dik l-impriża;

403. l-informazzjoni neċessarja għat-tħejjija ta’ rapport konsolidat dwar il-pagamenti lil gvern skont din id-Direttiva ma tkun tista' tinkiseb mingħajr spiża sproporzjonata jew dewmien bla bżonn.

Artikolu 40

Pubblikazzjoni

Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 37 u r-rapport konsolidat imsemmi fl-Artikolu 39 dwar il-pagamenti lil gvern jiġu ppubblikati kif stabilit mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE.

Artikolu 41

Rieżami

Il-Kummissjoni tirrieżamina u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-effikaċja ta’ dan il-Kapitolu, partikolarment fir-rigward tal-ambitu tal-obbligu tar-rapportar u l-modalitajiet tar-rapportar abbażi tal-proġett. Ir-rieżami għandu jqis ukoll l-iżviluppi internazzjonali u jikkunsidra l-effetti fuq il-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Dan għandu jitlesta mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, fejn xieraq.

KAPITOLU 10

DISPOżIZZJONIJIET FINALI

ARTIKOLU 42

L-eżerċizzju tas-setgħat ta’ delega

404. Is-setgħa li tadotta atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabiliti f’dan l-Artikolu.

405. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(2), fl-Artikolu 3(10) u l-Artikolu 38(4) tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-data msemmija fl-Artikolu 50.

406. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(2), fl-Artikolu 3(10) u fl-Artikolu 38(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ ġurnata wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Dan ma jaffettwax il-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

407. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

408. Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(2), l-Artikolu 3(10) u l-Artikolu 38(4) jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill t-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 43

Eżenzjoni għal impriżi sussidjarji

Minkejja d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2009/101/KE u 77/91/KEE, Stat Membru ma jeħtieġx japplika d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-kontenut, l-awditjar u l-pubblikazzjoni tar-rapporti finanzjarji annwali u tar-rapport maniġerjali għal impriżi regolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jkunu impriżi sussidjarji, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

409. l-impriża prinċipali tkun soġġetta għal-liġijiet ta’ Stat Membru;

410. l-azzjonisti jew il-membri kollha tal-impriża sussidjarja jkunu ddikjaraw il-qbil tagħhom għall-eżenzjoni minn dan l-obbligu; din id-dikjarazzjoni ssir fir-rigward ta’ kull sena finanzjarja;

411. l-impriża prinċipali tkun iddikjarat li tiggarantixxi l-obbligi li l-impriża sussidjarja tkun daħlet fihom;

412. id-dikjarazzjonijiet msemmija fil-punti (2) u (3) ta’ dan l-Artikolu jiġu ppubblikati mill-impriża sussidjarja kif stabilit mil-liġijiet tal-Istat Membru f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE;

413. l-impriża sussidjarja tkun inkluża fir-rapporti finanzjarji konsolidati mfassla mill-impriża prinċipali f’konformità ma’ din id-Direttiva;

414. l-eżenzjoni tiġi ddivulgata fin-noti għar-rapporti finanzjarji konsolidati mfassla mill-impriża prinċipali;

415. ir-rapporti finanzjarji konsolidati msemmija fil-punt (5) ta’ dan l-Artikolu, ir-rapport maniġerjali konsolidat, u r-rapport mill-awditur statutorju jkunu ġew ippubblikati għall-impriża sussidjarja kif stabilit mil-liġijiet tal-Istat Membru f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE.

Artikolu 44

Impriżi li jkunu membri b’responsabilità illimitata ta’ impriżi oħra

416. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-impriżi msemmija fl-Anness I li jkunu rregolati mil-liġi tagħhom u li jkunu membri b’responsabilità illimitata ta’ xi impriża msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) u (ċ) ('entità konċernata'), ifasslu, ikunu awditjaw u ppubblikaw, mar-rapporti finanzjarji tagħhom, ir-rapporti finanzjarji tal-entità konċernata f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

F’dan il-każ, ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva ma japplikawx għall-entità konċernata.

417. L-Istati Membri ma jkunux obbligati japplikaw ir-rekwiżiti ta’ din id- Direttiva għall-entità konċernata meta:

418. ir-rapporti finanzjarji tal-entità konċernata jkunu tfasslu, awditjati u ppubblikati f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva minn impriża li tkun membru b’responsabilità illimitata ta’ dik l-entità u tkun irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru ieħor;

419. l-entità konċernata tkun inkluża fir-rapporti finanzjarji konsolidati mfassla, awditjati u ppubblikati skont din id-Direttiva minn membru b’responsabilità illimitata jew fejn l-entità konċernata tkun inkluża fir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ korp akbar ta’ impriżi li ġew imfassla, awditjati u ppubblikati f’konformità ma’ din id-Direttiva minn impriża prinċipali regolata mid-dritt ta’ Stat Membru. Din l-eżenzjoni tiġi ddivulgata fin-noti għar-rapporti finanzjarji konsolidati.

420. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-entità konċernata tiżvela l-isem tal-entità li tippubblika r-rapporti finanzjarji meta tintalab.

Artikolu 45

Eżenzjoni mir-rapport tal-introjtu għal impriżi prinċipali li jħejju rapporti finanzjarji konsolidati

Stat Membru ma jkunx meħtieġ li japplika d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-awditjar u l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-introjtu għal impriżi regolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jkunu impriżi prinċipali meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

421. l-impriża prinċipali tfassal rapporti finanzjarji konsolidati f’konformità ma’ din id-Direttiva u tkun inkluża fir-rapporti finanzjarji konsolidati;

422. l-eżenzjoni tiġi ddivulgata fin-noti għar-rapporti finanzjarji annwali tal-impriża prinċipali;

423. l-eżenzjoni tiġi ddivulgata fin-noti għar-rapporti finanzjarji konsolidati mfassla mill-impriża prinċipali;

424. il-profitt jew it-telf tal-impriża prinċipali, stabiliti skont din id-Direttiva, jidhru fil-karta bilanċjali tal-impriża prinċipali.

Artikolu 46

Restrizzjoni tal-eżenzjonijiet għall-entitajiet ta’ interess pubbliku

Sakemm ma jkunx espressament dispost f’din id-Direttiva, l-Istati Membri ma jagħmlux s-simplifikazzjonijiet u l-eżenzjonijiet stabiliti f’din id-Direttiva disponibbli għall-entitajiet ta’ interess pubbliku.

Artikolu 47

Penali

L-Istati Membri jistabilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jieħdu l-provvedimenti kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 48

Revoka

Id-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE huma mħassra.

Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 49

Traspożizzjoni

425. L-Istati Membri idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d- dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2014. Huma jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati b'mod uffiċjali. L-Istati Membri jistabilixxu kif issir tali referenza.

426. L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 50

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Artikolu 51

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Tipi ta’ impriżi li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1)

- Il-Belġju:

la société anonyme/de naamloze vennootschap, la société en commandite par actions / de commanditaire vennootschap op aandelen, la société de personnes à responsabilité limitée/de personenvennootschap met beperkte aansprakelijkheid;

- Il-Bulgarija:

акционерно дружество, дружество с ограничена отговорност, командитно дружество с акции;

- Ir-Repubblika Ċeka:

společnost s ručením omezeným, akciová společnost;

- Id-Danimarka:

aktieselskaber, kommanditaktieselskaber, anpartsselskaber;

- Il-Ġermanja:

die Aktiengesellschaft, die Kommanditgesellschaft auf Aktien, die Gesellschaft mit beschränkter Haftung;

- L-Estonja:

aktsiaselts, osaühing;

- L-Irlanda:

public companies limited by shares or by guarantee, private companies limited by shares or by guarantee;

- Il-Greċja:

η ανώνυμη εταιρία, η εταιρία περιωρισμένης ευθύνης, η ετερόρρυθμη κατά μετοχές εταιρία;

- Spanja:

la sociedad anónima, la sociedad comanditaria por acciones, la sociedad de responsabilidad limitada;

- Franza:

la société anonyme, la société en commandite par actions, la société à responsabilité limitée;

- L-Italja:

la società per azioni, la società in accomandita per azioni, la società a responsabilità limitata;

- Ċipru:

Δημόσιες εταιρείες περιορισμένης ευθύνης με μετοχές ή με εγγύηση, ιδιωτικές εταιρείες περιορισμένης ευθύνης με μετοχές ή με εγγύηση;

- Il-Latvja:

akciju sabiedrība, sabiedrība ar ierobežotu atbildību;

- Il-Litwanja:

akcinės bendrovės, uždarosios akcinės bendrovės;

- Il-Lussemburgu:

la société anonyme, la société en commandite par actions, la société à responsabilité limitée;

- L-Ungerija:

részvénytársaság, korlátolt felelősségű társaság;

- Malta:

kumpanija pubblika —public limited liability company, kumpanija privata —private limited liability company,

soċjetà in akkomandita bil-kapital maqsum f'azzjonijiet —partnership en commandite with the capital divided into shares;

- Il-Pajjiżi l-Baxxi:

de naamloze vennootschap, de besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid;

- L-Awstrija:

die Aktiengesellschaft, die Gesellschaft mit beschränkter Haftung;

- Il-Polonja:

spółka akcyjna, spółka z ograniczoną odpowiedzialnością, spółka komandytowo-akcyjna;

- Il-Portugall:

a sociedade anónima, de responsabilidade limitada, a sociedade em comandita por acões, a sociedadepor quotas de responsabilidade limitada;

- Ir-Rumanija:

societate pe acțiuni, societate cu răspundere limitată, societate în comandită pe acțiuni.

- Is-Slovenja:

delniška družba, družba z omejeno odgovornostjo, komanditna delniška družba;

- Is-Slovakkja:

akciová spoločnosť, spoločnosť s ručením obmedzeným;

- Il-Finlandja:

osakeyhtiö/aktiebolag;

- L-Isvezja:

aktiebolag;

- Ir-Renju Unit:

public companies limited by shares or by guarantee, private companies limited by shares or by guarantee

ANNESS II

Tipi ta’ impriżi li hemm referenza għalihom fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1)

- Belġju:

la société en nom collectif/de vennootschap onder firma, la société en commandité simple/de gewone commanditaire vennootschap;

- Il-Bulgarija:

събирателно дружество, командитно дружество;

- Ir-Repubblika Ċeka:

veřejná obchodní společnost, komanditní společnost, družstvo;

- Id-Danimarka:

interessentskaber, kommanditselskaber;

- Il-Ġermanja:

die offene Handelsgesellschaft, die Kommanditgesellschaft;

- L-Estonja:

täisühing, usaldusühing;

- L-Irlanda:

partnerships, limited partnerships, unlimited companies;

- Il-Greċja:

η ομόρρυθμος εταιρία, η ετερόρρυθμος εταιρία;

- Spanja:

sociedad colectiva, sociedad en comandita simple;

- Franza:

la société en nom collectif, la société en commandite simple;

- L-Italja:

la società in nome collettivo, la società in accomandita semplice;

- Ċipru:

Ομόρρυθμες και ετερόρρυθμες εταιρείες (συνεταιρισμοί);

- Il-Latvja:

pilnsabiedrība, komanditsabiedrība;

- Il-Litwanja:

tikrosios ūkinės bendrijos, komanditinės ūkinės bendrijos;

- Il-Lussemburgu:

la société en nom collectif, la société en commandite simple;

- L-Ungerija:

közkereseti társaság, betéti társaság, közös vállalat, egyesülés;

- Malta:

Soċjeta f'isem kollettiv jew soċjeta in akkomandita, bil-kapital li mhux maqsum f'azzjonijiet meta s-soċji kollha li għandhom responsabbilita' llimitata huma soċjetajiet in akkomandita bil-kapital maqsum f'azzjonijiet —Partnership en nom collectif or partnership en commandite with capital that is not divided into shares, when all the partners with unlimited liability are partnership en commandite with the capital divided into shares ;

- Il-Pajjiżi l-Baxxi:

de vennootschap onder firma, de commanditaire vennootschap;

- L-Awstrija:

die offene Handelsgesellschaft, die Kommanditgesellschaft;

- Il-Polonja:

spółka jawna, spółka komandytowa;

- Il-Portugall:

sociedade em nome colectivo, sociedade em comandita simples;

- Ir-Rumanija:

societate în nume colectiv, societate în comandită simplă;

- Is-Slovenja:

družba z neomejeno odgovornostjo, komanditna družba;

- Is-Slovakkja:

verejná obchodná spoločnosť, komanditná spoločnosť;

- Il-Finlandja:

avoin yhtiö/ öppet bolag, kommandiittiyhtiö/kommanditbolag;

- L-Isvezja:

handelsbolag, kommanditbolag;

- Ir-Renju Unit:

partnerships, limited partnerships, unlimited companies

ANNESS III

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Id-Direttiva 78/660/KEE | Id-Direttiva 83/349/KEE | Din id-Direttiva |

L-Artikolu 1 (1), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju | - | L-Artikolu 1(a) |

L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sas-sebgħa u għoxrin inċiż | - | L-Anness I |

L-Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu | - | L-Artikolu 1(b) |

L-Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu, il-punti (a) sa (aa) | - | L-Anness II |

L-Artikolu 1 (1), it-tielet subparagrafu | - | L-Artikolu 1(c) |

L-Artikolu 1(2) | - | - |

L-Artikolu 2(1) | - | L-Artikolu 4(1) |

L-Artikolu 2(2) | - | L-Artikolu 4(2) |

L-Artikolu 2(3) | - | L-Artikolu 4(3) |

L-Artikolu 2(4) | - | L-Artikolu 4(3) |

L-Artikolu 2(5) | - | L-Artikolu 4(4) |

L-Artikolu 2(6) | - | L-Artikolu 4(5) |

L-Artikolu 3 | - | L-Artikolu 8(1) |

L-Artikolu 4(1) | - | L-Artikolu 8(2) |

L-Artikolu 4(2) | - | L-Artikolu 8(3) |

L-Artikolu 4(3) | - | - |

L-Artikolu 4(4) | - | L-Artikolu 8(4) |

L-Artikolu 4(5) | - | - |

L-Artikolu 4(6) | - | L-Artikolu 5(1)(h) |

L-Artikolu 5 | - | - |

L-Artikolu 6 | - | L-Artikolu 8(5) |

L-Artikolu 7 | - | L-Artikolu 5(g) |

L-Artikolu 8 | - | - |

L-Artikolu 9(A) | - | L-Artikolu 9(A) |

L-Artikolu 9(B) | - | - |

L-Artikolu 9(C) | - | L-Artikolu 9(B) |

L-Artikolu 9(D) | - | L-Artikolu 9(C) |

L-Artikolu 9(E) | - | L-Artikolu 9(D) |

L-Artikolu 9(F) | - | - |

Obbligazzjonijiet L-Artikolu 9(A) | - | Kapital, riżervi u obbligazzjonijiet L-Artikolu 9(A) |

L-Artikolu 9(B) | - | L-Artikolu 9(B) |

L-Artikolu 9(C) | - | L-Artikolu 9(C) |

L-Artikolu 9(D) | - | L-Artikolu 9(D) |

L-Artikolu 9(E) | - | - |

L-Artikolu 10 | - | - |

L-Artikolu 10a | - | L-Artikolu 10 |

L-Artikolu 11, l-ewwel subparagrafu | - | L-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 16(1) |

L-Artikolu 11, it-tieni subparagrafu | - | - |

L-Artikolu 11, it-tielet subparagrafu | - | L-Artikolu 3(7) |

L-Artikolu 12(1) | - | L-Artikolu 3(8) |

L-Artikolu 12(2) | - | - |

L-Artikolu 12(3) | - | L-Artikolu 3(9) |

L-Artikolu 13(1) | - | L-Artikolu 11(1) |

L-Artikolu 13(2) | - | L-Artikolu 11(2) |

L-Artikolu 14 | - | L-Artikolu 17(1), il-punt (d) |

L-Artikolu 15(1) | - | L-Artikolu 11(3) |

L-Artikolu 15(2) | - | L-Artikolu 2(4) |

L-Artikolu 15(3), il-punt (a) | - | L-Artikolu 18(1), il-punt (a) |

L-Artikolu 15(3), il-punt (b) | - | - |

L-Artikolu 15(3), il-punt (c) | - | L-Artikolu 18(1), il-punt (a)(i) |

L-Artikolu 15(4) | - | - |

L-Artikolu 16 | - | L-Artikolu 11(4) |

L-Artikolu 17 | - | L-Artikolu 2(2) |

L-Artikolu 18 | - | - |

L-Artikolu 19 | L-Artikolu 2(8) |

L-Artikolu 20(1) | - | L-Artikolu 11(11), l-ewwel subparagrafu |

L-Artikolu 20(2) | - | L-Artikolu 11(11), it-tieni subparagrafu |

L-Artikolu 20(3) | - | - |

L-Artikolu 21 | - | - |

L-Artikolu 22, l-ewwel subparagrafu | - | L-Artikolu 12(1) |

L-Artikolu 22, it-tieni subparagrafu | - | L-Artikolu 12(2) |

L-Artikolu 23, l-entrati 1 sa 15 | - | L-Artikolu 13, l-entrati 1 sa 15 |

L-Artikolu 23, l-entrati 16 sa 19 | - | - |

L-Artikolu 23, l-entrati 20 u 21 | - | L-Artikolu 13, l-entrati 16 u 17 |

L-Artikolu 24 | - | - |

L-Artikolu 25, l-entrati 1 sa 13 | - | L-Artikolu 14, l-entrati 1 sa 13 |

L-Artikolu 25, l-entrati 14 sa 17 | - | - |

L-Artikolu 25, l-entrati 18 u 19 | - | L-Artikolu 14, l-entrati 14 u 15 |

L-Artikolu 26 | - | - |

L-Artikolu 27, l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju | - | L-Artikolu 3(2) |

L-Artikolu 27, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (c) | - | L-Artikolu 16(2), il-punti (a) u (b) |

L-Artikolu 27, l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (d) | - | - |

L-Artikolu 27, it-tieni subparagrafu | - | L-Artikolu 3(7) |

L-Artikolu 28 | - | L-Artikolu 2(5) |

L-Artikolu 29 | - | - |

L-Artikolu 30 | - | - |

L-Artikolu 31(1) | - | L-Artikolu 5(1), kliem introduttorju u l-punti (a) sa (f) |

L-Artikolu 31(1a) | - | L-Artikolu 5(2) |

L-Artikolu 31(2) | - | L-Artikolu 5(3) |

L-Artikolu 32 | - | L-Artikolu 5(1), il-punt (i) |

L-Artikolu 33(1), kliem introduttorju | - | L-Artikolu 6(1) |

L-Artikolu 33 (1)(a) u (b), u t-tieni u t-tielet subparagrafi | - | - |

L-Artikolu 33 (1)(c) | - | L-Artikolu 6(1) |

L-Artikolu 33(2)(a), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 33(2)(b), (c) u (d) | - | L-Artikolu 6(2) |

L-Artikolu 33(2)(a), it-tieni subparagrafu | - | L-Artikolu 17(1), il-punt (b) |

L-Artikolu 33(3) | - | L-Artikolu 6(3) |

L-Artikolu 33(4) | - | L-Artikolu 17(1), il-punt (b), l-aħħar sentenza |

L-Artikolu 33(5) | - | - |

L-Artikolu 34 | - | - |

L-Artikolu 35(1)(a) | - | L-Artikolu 5(1), il-punt (i) |

L-Artikolu 35(1)(b) u (c) | - | L-Artikolu 11(5) |

L-Artikolu 35(1)(d) | L-Artikolu 18(1), il-punt (b) |

L-Artikolu 35(2) | - | L-Artikolu 2(6) |

L-Artikolu 35(3) | - | L-Artikolu 2(7) |

L-Artikolu 35(4) | - | L-Artikolu 11(7) u l-Artikolu 18(1), il-punt (a)(vi) |

L-Artikolu 36 | - | - |

L-Artikolu 37(1) | - | L-Artikolu 11(9) |

L-Artikolu 37(2) | - | L-Artikolu 11(10) |

L-Artikolu 38 | - | - |

L-Artikolu 39(1)(a) | - | L-Artikolu 5(1), il-punt (i) |

L-Artikolu 39(1)(b) | - | L-Artikolu 11(6) |

L-Artikolu 39(1)(c) | - | - |

L-Artikolu 39(1)(d) | - | L-Artikolu 11(6) |

L-Artikolu 39(1)(e) | - | L-Artikolu 18(1), il-punt (b) |

L-Artikolu 39(2) | - | L-Artikolu 2(6) |

L-Artikolu 40(1) | - | L-Artikolu 11(8) |

L-Artikolu 40(2) | - | - |

L-Artikolu 41 | - | - |

L-Artikolu 42, l-ewwel subparagrafu | - | L-Artikolu 11(11), it-tielet subparagrafu |

L-Artikolu 42, it-tieni subparagrafu | - | - |

L-Artikolu 42a(1) | - | L-Artikolu 7(1), il-punt (a) |

L-Artikolu 42a(2) | - | L-Artikolu 7(2) |

L-Artikolu 42a(3) | - | L-Artikolu 7(3) |

L-Artikolu 42a(4) | - | L-Artikolu 7(4) |

L-Artikolu 42a(5) | - | L-Artikolu 7(5) |

L-Artikolu 42a(5a) | - | L-Artikolu 7(6) |

L-Artikolu 42b | - | L-Artikolu 7(7) |

L-Artikolu 42c | - | L-Artikolu 7(8) |

L-Artikolu 42d | - | L-Artikolu 17(1), il-punt (c) |

L-Artikolu 42e | - | L-Artikolu 7(1), il-punt (b) |

L-Artikolu 42f | - | L-Artikolu 7 (9) |

L-Artikolu 43(1), kliem introduttorju | - | L-Artikolu 17 (1), kliem introduttorju |

L-Artikolu 43(1), il-punt (1) | - | L-Artikolu 17(1), il-punt (a) |

L-Artikolu 43(1), il-punt (2), l-ewwel subparagrafu | - | L-Artikolu 18(1), il-punt (h) l-ewwel subparagrafu |

L-Artikolu 43(1), il-punt (2), it-tieni subparagrafu | - | L-Artikolu 18(1), il-punt (l) |

L-Artikolu 43(1), il-punt (3) | - | L-Artikolu 18(1), il-punt (h) |

L-Artikolu 43(1), il-punt (4) | - | L-Artikolu 18(1), il-punt (j) |

L-Artikolu 43(1), il-punt (5) | - | L-Artikolu 18(1), il-punt (k) |

L-Artikolu 43(1), il-punt (6) | - | L-Artikolu 17(1), il-punt (g) |

L-Artikolu 43(1), il-punt (7) | - | L-Artikolu 17 (1), il-punt (d) |

L-Artikolu 43(1), il-punt (7a) | - | L-Artikolu 17 (1), il-punt (e) |

L-Artikolu 43(1), il-punt (7b) | - | L-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 17(1), il-punt (h) |

L-Artikolu 43(1), il-punt (8) | - | L-Artikolu 19(1), il-punt (a) |

L-Artikolu 43(1), il-punt (9) | - | L-Artikolu 18(1), il-punt (f) |

L-Artikolu 43(1), il-punt (10) | - | - |

L-Artikolu 43(1), il-punt (11) | - | L-Artikolu 18(1), il-punt (g) |

L-Artikolu 43(1), il-punt (12) | - | L-Artikolu 18(1), il-punt (d) l-ewwel subparagrafu |

L-Artikolu 43(1), il-punt (13) | - | L-Artikolu 18(1), il-punt (e) |

L-Artikolu 43(1), il-punt (14)(a) | - | L-Artikolu 18(1), il-punt (c)(i) |

L-Artikolu 43(1), il-punt (14)(b) | - | L-Artikolu 18(1), il-punt (c)(ii) |

L-Artikolu 43(1), il-punt (15) | - | L-Artikolu 19(1), il-punt (b) |

L-Artikolu 43(2) | - | - |

L-Artikolu 43(3) | - | L-Artikolu 18(1), il-punt (d) it-tieni subparagrafu |

L-Artikolu 44 | - | - |

L-Artikolu 45(1) | - | L-Artikolu 18(1), il-punt (h) it-tieni subparagrafu L-Artikolu 28(2), il-punt (e) |

L-Artikolu 45(2) | - | L-Artikolu 19(2) |

L-Artikolu 46 | - | L-Artikolu 20 |

L-Artikolu 46a | - | L-Artikolu 21 |

L-Artikolu 47(1) u (1a) | - | L-Artikolu 30(1) u (2) |

L-Artikolu 47(2) | - | L-Artikolu 31(1) |

L-Artikolu 47(3) | - | L-Artikolu 31(2) |

L-Artikolu 48 | - | L-Artikolu 32(1) |

L-Artikolu 49 | - | L-Artikolu 32(2) |

L-Artikolu 50 | - | L-Artikolu 18(1), il-punti (p) u (g) |

L-Artikolu 50a | - | - |

L-Artikolu 50b | - | L-Artikolu 33(1) |

L-Artikolu 50c | - | L-Artikolu 33(2) |

L-Artikolu 51(1) | - | L-Artikolu 34(1) |

L-Artikolu 51(2) | - | - |

L-Artikolu 51(3) | - | - |

L-Artikolu 51a | - | L-Artikolu 35(1) u (2) |

L-Artikolu 52 | - | - |

L-Artikolu 53(2) | - | L-Artikolu 3(10) |

L-Artikolu 53a | - | L-Artikolu 46 |

L-Artikolu 55 | - | - |

L-Artikolu 56(1) | - | - |

L-Artikolu 56(2) | - | L-Artikolu 18(1), il-punti (m), (n) u (o) |

L-Artikolu 57 | - | L-Artikolu 43 |

L-Artikolu 57a | - | L-Artikolu 44 |

L-Artikolu 58 | - | L-Artikolu 45 |

L-Artikolu 59(1) | - | L-Artikolu 8(6), il-punt (a) |

L-Artikolu 59(2) sa (6), il-punt (a) | - | L-Artikolu 8(6), il-punt (a) u l-Artikolu 27 |

L-Artikolu 59(6), il-punti (b) u (c) | - | L-Artikolu 8(6), il-punti (b) u (c) |

L-Artikolu 59(7) u (8) | - | L-Artikolu 8(6), il-punt (a) u l-Artikolu 27 |

L-Artikolu 59(9) | - | - |

L-Artikolu 60 | - | - |

L-Artikolu 60a | - | L-Artikolu 47 |

L-Artikolu 61 | - | L-Artikolu 18(2) |

L-Artikolu 61a | - | - |

L-Artikolu 62 | - | L-Artikolu 51 |

- | L-Artikolu 1(1), il-punti (a), (b) u (c) | L-Artikolu 23(1), il-punti (a), (b) u (c) |

- | L-Artikolu 1(1), il-punt (d) | L-Artikolu 23(1), il-punt (f) |

- | L-Artikolu 1(2) | L-Artikolu 23(1), il-punti (d) u (e) |

- | L-Artikolu 2(1), (2) u (3) | L-Artikolu 23(2), (3) u (4) |

- | L-Artikolu 3(1) | L-Artikolu 23(5) |

- | L-Artikolu 3(2) | L-Artikolu 23(6) |

- | L-Artikolu 4(1) | L-Artikolu 22 |

- | L-Artikolu 4(2) | L-Artikolu 24(3) |

- | L-Artikolu 5 | - |

- | L-Artikolu 6(1) | L-Artikolu 24(2) |

- | L-Artikolu 6(2) | L-Artikolu 3(6) |

- | L-Artikolu 6(3) u (4) | - |

- | L-Artikolu 7(1) | L-Artikolu 24(4) |

- | L-Artikolu 7(2) | L-Artikolu 24(5) |

- | L-Artikolu 7(3) | L-Artikolu 46 |

- | L-Artikolu 8 | L-Artikolu 24(6) |

- | L-Artikolu 9(1) | L-Artikolu 24(7) |

- | L-Artikolu 9(2) | - |

- | L-Artikolu 10 | L-Artikolu 24(8) |

- | L-Artikolu 11 | L-Artikolu 24(9) |

- | L-Artikolu 12 | L-Artikolu 23(7) |

- | L-Artikolu 13(1), (2) u (2a) | - |

- | L-Artikolu 13(3) | L-Artikolu 24(10) |

- | L-Artikolu 15 | - |

- | L-Artikolu 16 | L-Artikolu 4 |

- | L-Artikolu 17(1) | L-Artikolu 25(1) |

- | L-Artikolu 17(2) | - |

- | L-Artikolu 18 | L-Artikolu 25(2) |

- | L-Artikolu 19 | L-Artikolu 25(3) |

- | L-Artikolu 20 | - |

- | L-Artikolu 21 | L-Artikolu 25(4) |

- | L-Artikolu 22 | L-Artikolu 25(5) |

- | L-Artikolu 23 | L-Artikolu 25(6) |

- | L-Artikolu 24 | - |

- | L-Artikolu 25(1) | L-Artikolu 5(1)(b) |

- | L-Artikolu 25(2) | L-Artikolu 5(3) |

- | L-Artikolu 26(1), sentenza introduttorja | L-Artikolu 25(7) |

- | L-Artikolu 26(1), il-punti (a), (b) u (c) | - |

- | L-Artikolu 26(2) u (3) | - |

- | L-Artikolu 27 | L-Artikolu 25(8) |

- | L-Artikolu 28 | L-Artikolu 25(9) |

- | L-Artikolu 29(1) | L-Artikolu 25(10) |

- | L-Artikolu 29(2) | L-Artikolu 25(11) |

- | L-Artikolu 29(3) | L-Artikolu 25(12) |

- | L-Artikolu 29(4) | L-Artikolu 25(13) |

- | L-Artikolu 29(5) | L-Artikolu 25(14) |

- | L-Artikolu 30 | - |

- | L-Artikolu 31 | L-Artikolu 25(3), il-punt (c) l-aħħar sentenza |

- | L-Artikolu 32(1) u (2) | L-Artikolu 26 |

L-Artikolu 32(3) | - |

- | L-Artikolu 33(1), l-ewwel sentence | L-Artikolu 27(1) |

L-Artikolu 33(1), it-tieni sentenza | L-Artikolu 2(13) |

- | L-Artikolu 33(2) sa (8) | L-Artikolu 27(2) sa (8) |

- | L-Artikolu 33(9) | - |

- | L-Artikolu 34, kliem introduttorju u l-Artikolu 34(1), l-ewwel sentenza | L-Artikolu 17(1), il-punt a |

- | L-Artikolu 34(1), it-tieni sentenza | - |

- | L-Artikolu 34 (2) | L-Artikolu 28(2), il-punt (a) |

- | L-Artikolu 34(3), il-punt (a) | L-Artikolu 28(2), il-punt (b) |

- | L-Artikolu 34(3), il-punt (b) | - |

- | L-Artikolu 34(4) | L-Artikolu 28(2), il-punt (c) |

- | L-Artikolu 34(5) | L-Artikolu 28(2), il-punt (d) |

- | L-Artikolu 34(6) | L-Artikolu 17(1), il-punt (g) |

- | L-Artikolu 34(7) | L-Artikolu 17(1), il-punt (d) |

- | L-Artikolu 34(7a) | L-Artikolu 17(1), il-punt (e) |

- | L-Artikolu 34(7b) | L-Artikolu 17(1), il-punt (h) |

- | L-Artikolu 34(8) | L-Artikolu 19(1), il-punt (a) |

- | L-Artikolu 34(9), il-punt (a) | - |

- | L-Artikolu 34(9), il-punt (b) | L-Artikolu 18(1), il-punt (d) u l-Artikolu 28(1), il-punt (b) |

- | L-Artikolu 34(10) u (11) | - |

- | L-Artikolu 34(12) u (13) | L-Artikolu 28(1), il-punt (c) |

- | L-Artikolu 34(14) | L-Artikolu 17(1), il-punt (c) |

- | L-Artikolu 17(1), il-punt (c) | L-Artikolu 18(1), il-punt (c) |

- | L-Artikolu 34(16) | L-Artikolu 19(1), il-punt (b) |

- | L-Artikolu 35(1) | L-Artikolu 28(2), il-punt (e) |

- | L-Artikolu 35(2) | - |

- | L-Artikolu 36(1) | L-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 29(1) |

- | L-Artikolu 36(2), il-punti (a), (b) u (c) | L-Artikolu 20(2), il-punti (a), (b) u (c) |

- | L-Artikolu 36(2), il-punt (d) | L-Artikolu 29(2), il-punt (a) |

- | L-Artikolu 36(2), il-punt (e) | L-Artikolu 20(2), il-punt (f) |

- | L-Artikolu 36(2), il-punt (f) | L-Artikolu 29(2), il-punt (b) |

- | L-Artikolu 36(3) | L-Artikolu 29(3) |

- | L-Artikolu 36a | L-Artikolu 33(2) |

- | L-Artikolu 36b | L-Artikolu 33(3) |

- | L-Artikolu 37(1) | L-Artikolu 34(2) |

- | L-Artikolu 37(2) | L-Artikolu 35(1) |

- | L-Artikolu 37(3) | L-Artikolu 35(2) |

- | L-Artikolu 37(4) | L-Artikolu 35(3) |

- | L-Artikolu 38(1) | L-Artikolu 30(1), l-ewwel subparagrafu u 30(3), l-ewwel subparagrafu |

- | L-Artikolu 38(2) | L-Artikolu 30(1), it-tieni subparagrafu |

- | L-Artikolu 38(3) | - |

- | L-Artikolu 38(4) | L-Artikolu 30(3), it-tieni subparagrafu |

- | L-Artikolu 38(5), (6) u (7) | - |

- | L-Artikolu 38a | - |

- | L-Artikolu 39 | - |

- | L-Artikolu 40 | - |

- | L-Artikolu 41(1) | L-Artikolu 2(12) |

- | L-Artikolu 41(1a) | L-Artikolu 2(3) |

- | L-Artikolu 41(2) sa (5) | - |

- | L-Artikolu 42 | - |

- | L-Artikolu 43 | - |

- | L-Artikolu 44 | - |

- | L-Artikolu 45 | - |

- | L-Artikolu 46 | - |

- | L-Artikolu 47 | - |

- | L-Artikolu 48 | L-Artikolu 47 |

- | L-Artikolu 49 | - |

- | L-Artikolu 50 | - |

- | L-Artikolu 50a | - |

- | L-Artikolu 51 | - |

[1] Ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54 (3) (g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji (78/660/KEE). Is-Seba’ Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju tal-1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54 (3) (g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (83/349/KEE).

[2] Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji fir-rigward ta' mikroentitajiet (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) {SEC(2009) 206} {SEC(2009) 207} COM/2009/0083 finali – COD 2009/0035, http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52009PC0083:MT:NOT

[3] http://ec.europa.eu/europe2020/index_mt.htm

[4] Ir-rieżami tad-Direttivi tal-Kontabilità huma mmarkati fit-taqsima 2.11 tal-Komunikazzjoni ta' April 2011 mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: "L-Att dwar is-Suq Uniku Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzart tal-fiduċja "Flimkien għal tkabbir ġdid" , disponibbli fi http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52011DC0206:MT:NOT

[5] http://ec.europa.eu/governance/better_regulation/key_docs_en.htm#_simplification

[6] http://ec.europa.eu/enterprise/policies/better-regulation/administrative-burdens/priority-areas/index_en.htm

[7] L-impatt fuq l-iffrankar għall-mikro-kumpaniji ma ġiex inkluż mal-impatti marbuta din il-proposta sabiex jiġi evitat l-għadd doppju mal-valutazzjoni tal-impatti tal-proposta tal-2009 għal Direttiva dwar il-mikro-entitajiet.

[8] Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 89/666/KEE, 2005/56/KE u 2009/101/KE fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji, 24.2.2011, COM(2011) 79.

[9] http://www.liberation.fr/monde/01012339133-lutter-contre-l-opacite-des-industries-extractives

[10] http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/president/news/speeches-statements/pdf/deauville-g8-declaration_en.pdf

[11] Riżoluzzjoni INI/2010/2102.

[12] Kemm jekk qtugħ bil-lant, qtugħ selettiv jew tħaffif fuq art ikklassifikata li jkun fiha żoni ta' foresta primarja jew disturb ieħor ta' tali foresta jew art forestali kkważat minn esplorazzjoni jew estrazzjoni tal- minjieri, minerali, ilma, żejt jew gass jew attivitajiet detrimentali oħra.

[13] Iddefiniti fid-Direttiva 2009/28/KE bħala "foresta u art oħra bis-siġar ta’ speċi nattivi, fejn m’hemmx indikazzjoni ċarament viżibbli ta’ attività tal-bniedem u l-proċessi ekoloġiċi mhumiex disturbati b’mod sinifikanti."

[14] http://www.sec.gov/about/laws/wallstreetreform-cpa.pdf

[15] Taxxi, royalties, tariffi (inkluż drittijiet tal-liċenzji), intitolamenti tal-produzzjoni, bonusijiet u benefiċċji materjali oħra.

[16] Fit-22 ta’ Lulju 2011 il-Bord tal-Valutazzjonijiet tal-Impatti tal-opinjoni pożittiva tiegħu għall-valutazzjoni tal-impatt. Il-kummenti espressi mill-Bord ġew inkorporati fil-verżjoni finali (indirizz tas-sit tal-internet), partikolarment: Ir-rapport ħtieġ jistabilixxi aktar ċar l-ambitu u l-objettiv ta’ qofol tal-inizjattiva. It-tieni, kellu jipprovdi xenarju bażi aktar komplet. It-tielet, l-alternattivi ħtieġu jiġu ppreżentati aħjar. Ir-raba', ir-rapport kellu jqis aħjar il-kostijiet u benefiċċji tal-alternattivi ta’ politika u jsaħħaħ l-analiżi tal-proporzjonalità tal-provvedimenti proposti. Fl-aħħar nett, ir-rapport kellu jipprovdi aktar informazzjoni dwar l-opinjonijiet tal-partijiet konċernati.

[17] Pereżempju, il-Kummissjoni tippromwovi definizzjonijiet ta’ mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u medji li huma ddefiniti biss għal ċerti kwistjonijiet, bħall-għajnuna mill-Istat, l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali jew tal-programmi tal-Komunità, b’mod partikolari l-Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku. Dawn jingħataw mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjonijiet ta’ intrapriżi żgħar u medji [Ġurnal Uffiċjali L 124 tal-20.05.2003]. Taħt dan il-qafas, intrapriża ta’ daqs medju hija definita bħala intrapriża li timpjega anqas minn 250 persuna u li l-fatturat annwali tagħha ma jaqbiżx il-EUR 50 miljun jew li t-total tal-karta bilanċjali annwali tagħha ma jaqbiżx il-EUR 43 miljun. Intrapriża żgħira hija ddefinita bħala intrapriża li timpjega anqas minn 50 persuna u li l-fatturat annwali tagħha u /jew it-total tal-karta bilanċjali annwali tagħha ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun. U mikrointrapriża hija ddefinita bħala intrapriża li timpjega anqas minn 10 persuni u li l-fatturat annwali u/jew li t-total tal-karta bilanċjali annwali tagħha ma jaqbiżx l-EUR 2 miljuni. Ara wkoll http://ec.europa.eu/enterprise/policies/sme/facts-figures-analysis/sme-definition/index_en.htm

[18] COM(2010)543.

[19] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” - “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa {SEC(2008) 2101} {SEC(2008) 2102}.

[20] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Reviżjoni tal-"Att dwar in-Negozji ż-Żgħar" għall-Ewropa, COM(2011) 78 finali.

[21] Il-Kunsill Ewropew tal-24 u 25 ta’ Marzu 2011 - Konklużjonijiet, Nru: EUCO 10/1/11, Brussell, 25/3/2011.

[22] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, L-Att dwar is-Suq Uniku - Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja - "Flimkien għal tkabbir ġdid" COM(2011) 206.

[23] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - EWROPA 2020 Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, COM(2010) 2020.

[24] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea, COM(2010) 543 finali. Ara wkoll: http://ec.europa.eu/governance/better_regulation/index_mt.htm

[25] ĠU 2010/C 45 E/10.

[26] ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1.

[27] Iddefiniti fid-Direttiva 2009/28/KE bħala "foresta u art oħra bis-siġar ta’ speċi nattivi, fejn m’hemmx indikazzjoni ċarament viżibbli ta’ attività tal-bniedem u l-proċessi ekoloġiċi mhumiex disturbati b’mod sinifikanti."

[28] http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2005:347:0001:0006:EN:PDF

[29] Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010. Il-kumpaniji li jimpurtaw prodotti tal-injam taħt ftehimiet volontarji tal-UE ser ikunu eżentati minn dan ir-rekwiżit.

[30] EITI(2005), Extractive Industries Transparency Initiative, Source book, disponibbli fuq: http://eiti.org/document/sourcebook.

[31] ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.

[32] ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.

[33] ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.

[34] ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.

[35] ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.