Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-3et ħlas parzjali 2011) /* KUMM/2011/0661 finali - 2011/0289 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Skont l-Artikolu 57(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-10ar FEŻ, din il-proposta tkopri l-ammont tat-tielet ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2011 ("n+1" fis-sens tal-proċeduri permanenti stabbiliti f'dak l-Artikolu). Il-Kunsill irid jiddeċiedi fuq din il-proposta sa mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta tagħha u l-Istati Membri jridu jgħaddu t-tielet ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni sa mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara d-data li fiha d-deċiżjoni tal-Kunsill tiġi nnotifikata lilhom. 2. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Skont l-Artikolu 57(7) tar-Regolament Finanzjarju tal-10ar FEŻ, l-ammont ġestit mill-Kummissjoni u l-ammont ġestit mill-BEI huma speċifikati kemm għal waħda kif ukoll għall-ieħor. Skont l-Artikolu 145 tar-Regolament Finanzjarju tal-10ar FEŻ, il-BEI bagħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu ta' impenji u ħlasijiet skont l-istrumenti li jiġġestixxi. L-Artikolu 58(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-10ar FEŻ jipprovdi li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet l-ewwel jużaw l-ammonti stabbiliti għall-FEŻ preċedenti, wieħed wara l-ieħor. Għalhekk, is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet f'din il-proposta jikkonċernaw l-ammonti taħt l-10ar FEŻ għall-Kummissjoni u taħt id-9a’ FEŻ għall-BEI. L-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju tal-10ar FEŻ jipprovdi li Stat Membru li ma jagħmilx il-ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni dovuta sad-data ta' skadenza jkun mitlub iħallas l-imgħax fuq l-ammont mhux imħallas; l-arranġamenti għall-ħlas tal-imgħax huma speċifikati fl-istess Artikolu. 2011/0289 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-3et ħlas parzjali 2011) IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 217 tiegħu, Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn fuq naħa l-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, u fuq oħra l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat f''Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000[1] kif l-aħħar emendat f’Ouagadougou, Burkina Faso, fit-22 ta' Ġunju 2010[2], u b'mod partikulari l-Artikolu 10(1) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja skont il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu bejn l-2008 u l-2013 skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u għat-Territorji ekstra-Ewropej li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Raba’ Parti tat-Trattat tal-KE[3], (“il-Ftehim Intern”) u b’mod partikulari l-Artikolu 7 tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10ar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (minn hawn ‘il quddiem jissejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju tal-10ar FEŻ")[4] kif l-aħħar emendat fil-11 ta’ April 2011[5], u b’mod partikulari l-Artikolu 57(5) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Skont il-proċedura spjegata fl-Artikoli 57(5) tar-Regolament Finanzjarju tal-10ar FEŻ, il-Kummissjoni se tressaq proposta sal-10 ta’ Ottubru 2011 li tispeċifika (a) l-ammont tat-tielet ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni tal-2011, u (b) ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għas-sena 2011 skont il-bżonnijiet reali, f’każ fejn, skont l-Artikolu 7(3) tal-Ftehim Intern, l-ammont annwali jvarja mill-bżonnijiet reali. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi sa mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta tagħha u l-Istati Membri għandhom jgħaddu t-tielet ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni sa mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara d-data li fiha d-deċiżjoni tal-Kunsill tkun innotifikata lilhom. (2) Fil-5 ta’ Novembru 2010[6] il-Kunsill adotta, fuq proposta magħmula mill-Kummissjoni, id-deċiżjoni li tiffissa EUR 3 690 000 000 bħala sehem il-Kummissjoni u EUR 210 000 000 bħala sehem il-BEI mill-ammont annwali tal-kontribuzzjoni tal-Istati Membri għall-FEŻ għall-2011. Fuq proposta sussegwenti magħmula mill-Kummissjoni, il-Kunsill iddeċieda fl-20 ta' Ġunju 2011[7] li jimmodifika s-sehem tal-Kummissjoni għall-2011għal EUR 3 100 000 000. (3) Skont l-Artikolu 7(3) tal-Ftehim Intern għall-10ar FEŻ, jekk il-kontribuzzjonijiet deċiżi jitbiegħdu mill-bżonnijiet reali tal-FEŻ, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta lill-Kunsill biex temenda l-ammonti tal-kontribuzzjoni fi ħdan il-limitu diġà deċiż. Għalhekk, l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-FEŻ għall-2011 allokat lill-BEI għandu jkun stabbilit bħala EUR 200 000 000. (4) Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 145 tar-Regolament Finanzjarju tal-10ar FEŻ, il-Bank Ewropew tal-Investiment bagħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-ħlasijiet għall-istrumenti li jimmaniġġja. (5) L-Artikolu 58(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-10ar FEŻ jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stabbiliti għal FEŻ preċedenti. Għalhekk, għandha ssir sejħa għal fondi skont id-9a’ FEŻ, anke abbażi tal-Artikolu 58(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-10ar FEŻ għall-BEI. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-FEŻ għall-2011 hu stabbilit hawnhekk għal EUR 200 000 000 li għandu jkun iġġestit mill-Bank Ewropew tal-Investiment biex jiffinanzja l-Faċilità ta’ Investiment. Artikolu 2 Il-kontribuzzjonijiet individwali għall-FEŻ li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment bħala t-tielet ħlas parzjali għall-2011 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness. Artikolu 3 Din id-deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS It-tielet ħlas parzjali tal-kontribuzzjonijiet għall-2011 (f’EUR) STATI MEMBRI | L-10ar FEŻ ewlenin | it-3et ħlas parzjali | % | Il-Kummissjoni L-10ar FEŻ | IL-BELĠJU | 3.53 | 6 707 000 | ID-DANIMARKA | 2.00 | 3 800 000 | IL-ĠERMANJA | 20.50 | 38 950 000 | IL-GREĊJA | 1.47 | 2 793 000 | SPANJA | 7.85 | 14 915 000 | FRANZA | 19.55 | 37 145 000 | L-IRLANDA | 0.91 | 1 729 000 | L-ITALJA | 12.86 | 24 434 000 | IL-LUSSEMBURGU | 0.27 | 513 000 | IL-PAJJIŻI L-BAXXI | 4.85 | 9 215 000 | L-AWSTRIJA | 2.41 | 4 579 000 | IL-PORTUGALL | 1.15 | 2 185 000 | IL-FINLANDJA | 1.47 | 2 793 000 | L-ISVEZJA | 2.74 | 5 206 000 | IR-RENJU UNIT | 14.82 | 28 158 000 | Sotto-total EUR 15 | 96.38 | 183 122 000 | IL-BULGARIJA | 0.14 | 266 000 | IR-REPUBBLIKA ĊEKA | 0.51 | 969 000 | L-ESTONJA | 0.05 | 95 000 | ĊIPRU | 0.09 | 171 000 | IL-LATVJA | 0.07 | 133 000 | IL-LITWANJA | 0.12 | 228 000 | L-UNGERIJA | 0.55 | 1 045 000 | MALTA | 0.03 | 57 000 | IL-POLONJA | 1.30 | 2 470 000 | IR-RUMANIJA | 0.37 | 703 000 | IS-SLOVENJA | 0.18 | 342 000 | IS-SLOVAKKJA | 0.21 | 399 000 | Sotto-total EUR 12 | 3.62 | 6 878 000 | TOTAL EUR 27 | 100.00 | 190 000 000 | [1] ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355. [2] ĠU L 287, 4/11/2010, p. 3. [3] ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32. [4] ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1. [5] ĠU L 102, 16/04/2011, p. 1. [6] 15831/10 [7] 11689/11