52011PC0659

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija /* KUMM/2011/0659 finali - 2011/0301 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

F’perjodu ta’ kostrizzjoni fiskali, jeħtieġ urġentement soluzzjonijiet innovattivi sabiex jiġi mmobilizzat sehem akbar tat-tfaddil privat u sabiex titjieb il-medda ta’ strumenti finanzjarji disponibbli għall-proġetti infrastrutturali, speċjalment fis-setturi tal-enerġija, tat-trasport u tal-ICT. It-tnaqqis fil-possibilitajiet għall-aċċess għal finanzjamenti għall-proġetti infrastrutturali jwassal għal ħtieġa għal sorsi alternattivi għall-iffinanzjar tad-dejn. In-norma għall-proġetti infrastrutturali b’potenzjal kummerċjali għandha tkun li jiġu kkombinati l-fondi tal-UE fi sħubijiet mas-suq kapitali u s-setturi bankarji, b’mod partikolari permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bħala l-korp finanzjarju tal-UE stabilit mit-Trattat.

(a) L-inizjattiva ta’ Bonds tal-Proġetti tal-Ewropa 2020 fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (2014-2020)

Fid-29 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-proposta tagħha għall-qafas finanzjarju multiannwali (MFF – “multi-annual financial framework”) għall-perjodu 2014-2020. Waħda mid-deċiżjonijiet ewlenin kienet li jerġa’ jingħaqad l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-infrastruttura tat-trasport, tal-enerġija u tal-ICT taħt qafas leġiżlattiv komuni, il-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa:

"Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi l-ħolqien ta’ Faċilità għall-Konnessjoni tal-Ewropa [Nikkollegawl-Ewropa] biex jitħaffef l-iżvilupp tal-infrastruttura li l-UE teħtieġ. (…) Il-Faċilità għall-Konnessjoni tal-Ewropa se tiffinanzja infrastrutturi preidentifikati ta’ trasport, ta’ enerġija u tal-ICT ta’ interess għall-UE, u kemm infrastrutturi fiżiċi kif ukoll tat-teknoloġija tal-informazzjoni b’konformità mal-kriterji tal-iżvilupp sostenibbli."[1]

B'segwitu għal din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni ser tagħmel proposta għal Regolament ġdid li jistabilixxi Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. L-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti sejra ssir parti minn medda ta’ strumenti ta’ dejn li fuqhom il-faċilità tista’ tibbaża flimkien mal-istrumenti ta’ ekwità u l-għotjiet.

Il-Faċilità sejra tipprovdi l-qafas ta’ terminu twil li jiżgura li l-proġetti fl-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni huma żviluppati u implimentati propizjożament u effikaċement. L-istrateġija komprensiva ta’ opportunitajiet prijoritarji ta’ proġetti infrastrutturali[2], għandha potenzjal sinifikanti sabiex tattira aktar finanzjament mis-settur privat u fl-istess waqt, tgħin sabiex jiġi kompletat is-suq intern.

L-istrumenti finanzjarji huma meħtieġa sabiex inaqqsu l-ostakli speċifiċi li jipprevjenu l-fluss tal-iffinanzjar tad-dejn u tal-ekwità. L-għan ewlieni tagħhom huwa li jiġi attirat u ffaċilitat l-iffinanzjar mis-settur privat għall-proġetti. Fl-istess waqt, żieda fl-attività tal-investimenti fil-proġetti infrastrutturali tistimula l-iżvilupp globali tas-swieq finanzjarji ta’ wara l-kriżi, ittejjeb il-veloċità tal-irkupru ekonomiku u tippomwovi t-tkabbir. L-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti se ssir parti integrali mill-istrumenti għall-kondiviżjoni tar-riskji tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020. L-istrumenti finanzjarji fil-Faċilità jistgħu jiġu estiżi għal setturi oħra bħall-infrastruttura soċjali, l-enerġija rinovabbli jew ċerti proġetti spazjali, sakemm dawn jissodisfaw il-kriterji ekonomiċi u finanzjarji adatti u l-Kummissjoni ser tara li tistieden firxa ta’ sħab, inkluż istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri b'missjoni pubblika, biex jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji post-2013.

(b) Il-fażi pilota tal-2012-2013 tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti

L-objettiv ewlieni tal-fażi pilota fl-2012-2013 huwa li tħejji l-fażi operazzjonali tal-inizjattiva taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020 u tipprovdi appoġġ immedjat għall-proġetti infrastrutturali.

Minħabba l-awsterità fiskali fl-Istati Membri, hemm il-periklu li l-proġetti infrastrutturali ta’ interess għall-UE ma jitwettqux bir-rittmu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020 u għaldaqstant, iqiegħdu f’riskju l-irkupru u t-tkabbir ekonomiku tal-UE.

Barra minn hekk, minħabba l-isfidi tal-likwidità u r-riskji li feġġew matul il-kriżi finanzjarja, il-banek irreaġixxew billi qassru l-maturitajiet tas-selfiet, flimkien ma’ żieda fir-rekwiżiti ta’ pprezzar u ta’ kollateral għall-proġetti infrastrutturali. Minkejja li s-swieq tad-dejn tal-banek juru sinjali ta’ rkupru, il-proġetti infrastrutturali għadhom qed jesperjenzaw diffikultajiet kbar sabiex jaċċessaw finanzjament tad-dejn ta’ terminu twil. Għaldaqstant, kibret l-importanza potenzjali tas-swieq tal-bonds bħala sors ta’ ffinanzjar. Madanakollu, minħabba li ma hemm l-ebda miżura pubblika u eżistenti ta’ titjib tal-kreditu, ma nħarġu l-ebda bonds ta’ proġetti fil-qasam tat-TEN-T (“Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew”), tat-TEN-E (“Netwerk tal-Enerġija Trans-Ewropew”) jew tal-broadband fl-aħħar ftit snin. Sakemm il-proġetti infrastrutturali jinvolvi karatteristiċi u riskji bħall-iżvilupp verġni, każ ta’ negozju inċert rigward il-flussi tad-dħul fil-ġejjieni, aspetti reġjonali inkluża l-influwenza tal-kriżi sovrana u l-impatt transfruntier li jirriżultaw fi tħejjija u implimentazzjoni tal-proġett li jkunu kemm impenjattivi kif ukoll li jieħdu ħafna ħin, tali proġetti jibqgħu ma jattirawx lill-investituri tas-suq kapitali.

Fid-dawl ta’ dan u biex ikun hemm kontribut għat-tlestija tas-Suq Uniku, huwa propost li titnieda fażi pilota għall-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti fil-qasam tat-trasport, l-enerġija u l-ICT. Din l-inizjattiva tipprova timmobilizza l-investiment f’oqsma li sejrin jistimulaw it-tkabbir u joħolqu impjiegi. Il-ħtiġijiet ta’ investiment infrastrutturali kbir u urġenti, ikkombinati mal-perjodi twal ta’ tħejjija tal-proġett, jitolbu li tittieħed azzjoni immedjata sabiex tiġi indirizzata l-iskarsezza ta’ finanzjament kif ukoll li nkomplu nibnu fuq il-momentum iġġenerat mill-konsultazzjoni pubblika, u b’hekk tissaħħaħ il-fiduċja tal-investituri.

L-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti timmira li tipprovdi t-titjib fil-kreditu meħtieġ sabiex jiġu attirati l-investituri tas-suq kapitali u sabiex jiġi ffaċilitat il-ħolqien ta’ klassi ġdida ta’ assi f’termini ta’ bonds ta’ proġetti infrastrutturali. Fil-kuntest tal-irkupru ekonomiku u l-azzjonijiet ta’ appoġġ li jistimulaw it-tkabbir, huwa meħtieġ li l-inizjattiva titvara matul perjodu meta l-investituri tas-suq kapitali jkunu bdew ifittxu opportunitajiet ta’ investiment fit-tul alternattivi bi dħul stabbli. Sabiex isseħħ implimentazzjoni aktar effiċjenti tal-istrumenti finanzjarji taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, jeħtieġ il-varar ta’ fażi pilota, kemm sabiex tkun tista’ ssir l-ottimizzazzjoni tad-diżinn kif ukoll sabiex jiġi stimulat l-interess tal-investituri għall-perjodu post-2013.

Minkejja li l-fażi pilota tkun limitata f’termini ta’ ambitu, disponibilità tal-baġit u numru ta’ proġetti li jistgħu jkunu appoġġjati, hija mistennija tistimula l-imġiba tas-suq lejn aċċettazzjoni akbar tal-iffinanzjar tad-dejn tas-suq kapitali għall-proġetti infrastrutturali inġenerali u għaldaqstant, twitti t-triq għal implimentazzjoni totali għall-perjodu 2014-2020.

Din l-inizjattiva tipprovdi valur miżjud tal-UE minħabba li l-kapaċità tagħha li tmur lil hinn mill-problemi ta’ frammentazzjoni tas-suq li inizjattiva bħal din tkun tiffaċċja fuq il-livell tal-Istati Membri. L-inizjattiva sejra tikkumplimenta, u mhux tieħu post is-self mill-banek u għalhekk, sejra tipprovdi sors alternattiv u kompetittiv ta’ ffinanzjar tad-dejn fit-tul għall-proġetti infrastrutturali. Il-mobilizzazzjoni tal-finanzjament mis-settur privat permezz tal-istrumenti finanzjarji tal-UE sejra tippreserva l-iffinanzjar skars ta’ għotjiet għal proġetti li ma jistgħux jirrikorru għall-kapital privat.

Fil-fażi pilota, il-Kummissjoni se taħdem mal-BEI sabiex tottimizza d-diżinn tal-inizjattiva sabiex ikun hemm implimentazzjoni ottimali mill-2014 ’il quddiem. L-esperjenza miksuba permezz tal-fażi pilota tippermetti lill-investituri u lill-isponsers tal-proġetti wkoll sabiex jiffamiljarizzaw irwieħhom mal-istruttura tal-bonds tal-proġett u jiġu kkunsidrati kif ikun meħtieġ għal kwalunkwe inizjattiva ulterjuri. Sabiex ikollha l-akbar impatt possibbli, l-inizjattiva tkun tista’ tiġi applikata wkoll għal proġetti f’fażi avvanzata tal-proċess tas-sottomissjoni tal-offerti bl-iskop ta’ rifinanzjament matul il-perjodu ta’ bini jew ftit wara tmiemu. Minkejja li tkun fil-fażi pilota tagħha, l-inizjattiva tiġi implimentata mal-BEI, imbagħad, għall-implimentazzjoni tal-fażi ta’ wara l-2013 se titfittex medda usa’ ta’ sħab għall-implimentazzjoni.

Taħt il-Qafas Multiannwali Finanzjarju attwali, l-UE diġà implimentat strument għall-kondiviżjoni tar-riskju flimkien mal-BEI msejjaħ l-istrument ta’ Garanzija tas-Self għall-proġetti tat-TEN-T (LGTT). It-tekniki ta’ kondiviżjoni tar-riskji u l-metodi ta’ ħidma tal-inizjattiva sejrin jiġu allinjati ma’ dawk tal-LGTT fejn l-ambitu se jiġi estiż għall-enerġija u t-telekomunikazzjonijiet. Għaldaqstant, b’mod simili għal-LGTT, il-kontribuzzjoni tal-UE tintuża sabiex jiġu kondiviżi ir-riskji mal-BEI. Għalhekk, minħabba s-similarità, huwa mistenni effett multiplikatur ta’ madwar 15-20 għall-Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti.

Fid-dawl tal-ftit żmien disponibbli, il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament u lill-Kunsill biex jadotta l-proposta għal fażi pilota kemm jista' jkun malajr.

2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Fit-28 ta’ Frar 2011, tvarat konsultazzjoni pubblika dwar il-prinċipji bażiċi tal-inizjattiva. Barra minn hekk, f'konferenza fil-11 ta’ April 2011 ġew diskussi l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-inizjattiva ppjanata. Fi tmiem il-perjodu ta’ konsultazzjoni, waslu aktar minn 100 tweġiba minn firxa ta’ setturi.

Il-partijiet interessati laqgħu bi pjaċir l-Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti. Ir-rispons dwar l-objettivi tal-inizjattiva kien pożittiv hekk kif il-partijiet interessati ħassew li din iżżid u tiffaċilita l-iffinanzjar tal-infrastuttura billi tiftaħ is-swieq tal-bonds bħala sors ta’ kapital tad-dejn f’forma li tkun ta’ interess għall-investituri istituzzjonali. Il-mekkaniżmu ssuġġerit u l-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-mira ta’ A/A- tqiesu bħala xierqa.

L-impatt tal-inizjattiva fuq il-kostijiet tal-finanzjament u l-maturitajiet jinħass bħala pjuttost favorevoli, jiġifieri il-kostijiet dehru jonqsu u l-maturitajiet jiżdiedu, bi 2 % biss mill-persuni li wieġbu jemmnu li l-inizjattiva ma tnaqqasx il-kostijiet ta’ finanzjament filwaqt li l-bqija jemmnu li fl-agħar xenarju l-impatt ikun newtrali mentri fl-aqwa xenarju l-impatt ikun pożittiv.

Rigward il-grad ta’ titjib fil-kreditu, il-maġġoranza tal-partijiet interessati li wieġbu għal din il-mistoqsija qalu li l-istrument ta’ titjib fil-kreditu ta’ 20% tal-ammont tad-dejn superjuri jkun biżżejjed, filwaqt li xi wħud niżżluh għal bejn l-10 u l-20% għas-setturi kunsidrati, l-aktar it-TEN-T, it-TEN-E u l-ICT. Kważi l-partijiet interessati kollha jemmnu li dawn it-tliet setturi għandhom jirrappreżentaw il-proġetti ewlenin li jridu jiġu ffinanzjati. Barra minn hekk, 1/4 mill-partijiet interessati jaħsbu li l-infrastuttura soċjali għandha tiġi inkluża u 1/5 tar-rispondenti jemmnu li r-rinnovabbli għandhom ikunu eliġibbli wkoll. Madankollu, proġetti bħal dawn ma jaqgħux taħt it-TEN-T, it-TEN-E u l-ICT u sejrin jiġu kkunsidrati f’fażi iktar tard.

Ma kienx hemm qbil dwar il-kwistjoni li jkun hemm kreditur kontrollanti uniku. Għaldaqstant, il-Kummissjoni mhux se tkun preskrittiva dwar dan il-punt, iżda sejra tinkoraġġixxi lill-investituri, lill-isponsers tal-proġetti u lill-parteċipanti l-oħra sabiex jiddeċiedu dwar arranġamenti aċċettabbli b’mod reċiproku.

Ir-rispons pożittiv kumplessiv jikkonferma li l-Kummissjoni u l-BEI identifikaw ħtieġa sinifikanti fis-suq fil-qasam tal-iffinanzjar tal-proġetti, li jiżguraw li, jekk l-inizjattiva tkun imfassla sew, din tirnexxi.

Il-valutazzjoni tal-impatt xeħtet dawl fuq xi xkiel potenzjali regolatorju fl-oqsma tal-akkwisti u r-regolamentazzjoni tas-swieq kapitali. Il-Kummissjoni sejra tkompli tindirizza dawn il-kwistjonijiet billi timxi ’l quddiem bil-għan li ssib soluzzjonijiet xierqa. Jinħass li dawn il-kwistjonijiet ma jippreġudikawx l-implimentazzjoni tal-fażi pilota, minkejja li jistgħu jdewmuha. Meta tiġi kkunsidrata l-attività ineżistenti de facto tas-suq tal-bonds tal-proġetti fl-Ewropa, il-partijiet interessati enfasizzaw il-bżonn li l-inizjattiva titvara malajr kemm jista’ jkun.

Meta jiġi kkunsidrat li bond ta’ proġett, tal-istrument finanzjarji tat-tip transsettorjali għadu ma jeżistix fuq livell Ewropew, il-fażi pilota fl-2012-2013 tkun tippermetti ttestjar tad-diżinn u l-aċċettazzjoni tas-suq tiegħu sabiex tittejjeb l-effikaċja tiegħu taħt is-CEF (“Connecting Europe Facility”) għall-perjodu 2014-2020. Fil-fażi pilota, l-enfasi tkun fuq proġetti li qegħdin fi stadju relattivament avvanzat[3] sabiex titħaffef l-implimentazzjoni u jiġi faċilitat il-ħolqien ta’ portafoll tal-proġett. Sabiex tinkiseb l-esperjenza relevanti biex jiġi żgurat użu rapidu wara l-2013, il-BEI huwa lest li jaħdem fuq operazzjonijiet konkreti b’mod parallel mal-proċess leġiżlattiv (jiġifieri qabel id-deċiżjoni politika formali) sabiex ikollu l-ewwel tranżazzjonijiet tiegħu mwettqa fl-2012.

Wara s-smigħ mal-Bord għall-Valutazzjoni tal-Impatt fil-31 ta’ Awwissu 2011, il-Bord bagħat l-opinjoni tiegħu fit-2 ta’ Settembru 2011. Fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet li daħlu, ir-rapport ġie abbozzat mill-ġdid skont il-linji ewlenin li ġejjin:

Il-valutazzjoni tal-impatt tanalizza s-sitwazzjoni attwali tas-suq b’rabta mal-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta tas-CEF li tinkludi sfond usa’ dwar il-potenzjal tal-istrumenti tas-CEF, id-diskrepanzi fil-finanzjament u l-imperfezzjonijiet tas-suq li jaffettwaw il-livelli attwali tal-investiment fl-infrastuttura. L-ewwel alternattiva vvalutata għandha x’taqsam mal-istatus quo, jiġifieri tkompli mal-programmi ta’ għoti attwali għall-enerġija u għat-trasport u l-programmi ta’ għoti attwali u l-istrumenti finanzjarji għat-trasport. It-tieni alternattiva għandha x’taqsam mal-inċentivi regolatorji u t-tielet waħda għandha x’taqsam mal-proposta sabiex tiġi implimentata l-Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti. F’dan il-kuntest, ir-riskji potenzjali li jxekklu l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva ġew analizzati u ħareġ impatt kwantifikabbli mistenni f’termini ta’ effett multiplikatur. Il-valutazzjoni tesponi wkoll kwistjonijiet relatati mal-qafas regolatorju li jawtorizza investiment fit-tul dak tal-akkwist, tas-Solvenza II jew tar-rekwiżiti kapitali.

3. ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA 3.1. Bażi ġuridika

Minħabba li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta jiffoka fuq in-netwerks Ewropej fil-qasam tat-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjonijiet u jemenda partikolarment ir-Regolament (KE) Nru 680/2007, huwa bbażat fuq il-bażijiet legali tagħhom, jiġifieri fuq l-Artikoli 172, 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.

3.2. Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà minħabba li l-għażla tar-Regolament tal-UE għall-iffinanzjar tal-proġetti ta’ netwerks trans-Ewropej b’bonds tal-proġetti hija l-aktar waħda xierqa sabiex tipprovdi mezzi effiċjenti f'termini ta’ piż amministrattiv biex jiġu attirati livelli għoljin ta’ finanzjament mis-settur privat, bl-effett multiplikatur mistenni f’termini tal-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għall-iffinanzjar globali stmat għal madwar 15-20. Billi tiffoka fuq l-ottimizzazzjoni tal-użu tal-fondi tal-UE, l-inizjattiva se jkollha l-għan li ttejjeb l-effikaċja kemm tal-azzjoni tal-UE kif ukoll tal-Istati Membri.

Il-proposta tikkonforma wkoll mal-prinċipju tal-proporzjonalità, minħabba li l-abbozz tar-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jikseb l-objettivi tiegħu.

Filwaqt li l-LGTT japplika biss għall-proġett tat-trasport, l-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti se tkun l-ewwel strument finanzjarju tal-UE li minnu jibbenefikaw il-proġetti infrastutturali f'diversi setturi bi ħtiġijiet ta’ finanzjament simili u għalhekk, se jipproduċi benefiċċji akbar f’termini ta’ impatt tas-suq, effiċjenza amministrattiva u użu tar-riżorsi. Se tipprovdi strument finanzjarju tal-UE koerenti għall-partijiet interessati tal-infrastutturi bħall-finanzjaturi, l-awtoritajiet pubbliċi, il-kumpaniji u l-operaturi tal-kostruzzjoni.

3.3. Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

Sabiex tkun tista’ titvara l-fażi pilota matul il-Qafas Finanzjarju Multiannwali attwali, id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE[4] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007[5] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' għajnuna finanzjarja tal-Unjoni fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija jeħtieġu l-modifiki li ġejjin:

Id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tistabilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, li jkopri l-ICT. Din teħtieġ tiġi emendata sabiex tippermetti t-tnedija tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti fil-qasam tal-ICT u b’mod partikolari tal-broadband b’veloċità għolja.

L-Artikolu 1(1) ta’ din il-proposta jżid il-kelma “broadband” mal-Artikolu 26(2)(b) eżistenti tad-Deċiżjoni tas-CIP. Minħabba li huwa mistenni li l-proġetti infrastrutturali taħt id-deċiżjoni tas-CIP se jiffukaw fuq l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ broadband b’veloċità qawwija, inħass li huwa neċessarju li dan jiġi enfasizzat.

L-Artikolu 1(2) huwa sostitwit bl-Artikolu 31(2) tad-Deċiżjoni CIP. Dan jimmira li jżid definizzjoni tal-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti. Dan se jippermetti lill-proġetti tal-ICT sabiex jibbenefikaw mill-inizjattiva fil-fażi pilota tagħha. L-istrument għandu jkun disponibbli sal-31 ta’ Diċembru 2014. L-obbligazzjoni tal-baġit tal-UE se tkun strettament limitata għall-approprjazzjonijiet tal-baġit, bir-riskju residwu jinġarr mill-BEI.

L-Artikolu 1 ser jippermetti wkoll trasferiment ta' sa EUR 20 miljun mill-baġit tal-ICT b'risq l-Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti tal-Europa 2020.

Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja mill-Unjoni fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija u joħloq ukoll l-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju msemmi l-‘istrument ta’ Garanzija tas-Self għall-proġetti TEN-T’ (LGTT). Bl-istess mod, ir-Regolament Nru 680/2007 jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jippermetti lill-UE timmodifika l-ambitu tas-sħubijiet eżistenti ta’ kondiviżjoni tar-riskju mal-BEI taħt l-LGTT u biex jippermetti lill-BEI sabiex jappoġġja l-iffinanzjar tal-bonds taħt l-inizjattiva.

Għaldaqstant, l-Artikolu 2(1) ta’ din il-proposta li jemenda l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 680/2007 jimmira li jżid definizzjoni tal-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju u t-titjib tal-kreditu għall-bonds tal-proġetti. Dan se jippermetti lill-proġetti tat-trasport u tat-TEN-E sabiex jibbenefikaw mill-inizjattiva f’din il-fażi pilota.

L-Artikolu 2(2) ta’ din il-proposta jemenda l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 680/2007 u jipprevedi li l-applikazzjonijiet għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti jsiru għand il-BEI, kif inhu attwalment il-każ taħt l-LGTT.

L-Artikolu 2(3) tal-proposta se jippermetti trasferiment li jammonta għal total ta’ EUR 200 miljun mill-istrument ta’ Garanzija tas-Self għall-proġetti TEN-Transport (LGTT) u EUR 10 miljun mill-baġit tat-TEN-E għall-benefiċċju tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti. L-obbligazzjoni tal-baġit tal-UE se tkun strettament limitata għall-approprjazzjonijiet baġitarji, bir-riskju residwu jinġarr mill-BEI.

Sabiex tkun tista’ ssir implimentazzjoni f’waqtha, l-Artikolu 3 tal-proposta jispeċifika li r-Regolament propost għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

L-inizjattiva sejra tkun iffinanzjata għal kollox mir-riallokazzjoni fi ħdan il-pakketti tal-programmi eżistenti fl-2012 u l-2013.

Ammont ta’ EUR 500 miljun diġà ġie ddeterminat mir-Regolament (KE) Nru 680/2007 għal-LGTT, li minnhom, sa EUR 200 miljun jistgħu jiġu riallokati għall-użu tal-bonds tal-proġetti matul il-fażi pilota fil-qasam tat-trasport kif ġej:

06 03 03 TEN Trasport            sa EUR 200 miljun fl-2012-2013

EUR 10 miljun u EUR 20 miljun rispettivament jistgħu jiġu riallokati mill-linji baġitarji tat-TEN-E u tas-CIP kif ġej:

32 03 02 TEN Enerġija            sa EUR 10 miljun fl-2012-2013 għall-proġetti tat-TEN-E

09 03 01 CIP                           sa EUR 20 miljun fl-2013 għall-ICT u l-proġetti tal-broadband

Dawn ir-riallokazzjonijiet baġitarji huma spjegati fid-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja l-proposta. Ma huwa se jkun hemm l-ebda obbligazzjonijiet kontinġenti għall-baġit tal-UE minħabba li l-kontribuzzjoni tal-UE jkollha limitu massimu għall-ammont li għandu jiġi impenjat għal dan il-għan taħt il-linji baġitarji.

2011/0301 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 172 u 173 (3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[7],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006[8] li tistabilixxi l-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) b’tipi differenti ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni mwettqa minn programmi speċifiċi, li fosthom ‘il-Programm ta' Sostenn għall-Politika dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjonijiet (ICT)’ jipprovdi appoġġ għat-tisħiħ tas-suq intern għall-prodotti u s-servizzi bbażati fuq l-ICT, u għandu l-għan li jistimula l-innovazzjoni permezz ta’ adozzjoni usa’ tal-ICT u permezz tal-investiment f’dan is-settur.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007[9] jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija u joħloq ukoll l-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju ‘Strument ta’ Garanzija tas-Self għall-proġetti TEN-Trasport’ (LGTT).

(3) Matul id-deċennju li jmiss, se jkunu meħtieġa volumi ta’ investiment mingħajr preċedenti fit-trasport, l-enerġija u n-netwerks tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni tal-Ewropa sabiex jiġu sostnuti l-azzjonijiet emblematiċi tal-Ewropa 2020 u sabiex jiġu żviluppati infrastrutturi intelliġenti, imtejba u interkonnessi għal kollox sabiex tissaħħaħ il-kompletezza tas-suq intern. Il-ħtiġijiet stmati tal-investimenti fin-netwerk tat-TEN-T jammontaw għal EUR 500 biljun. Fost il-proġetti infrastrutturali tal-enerġija b’relevanza Ewropea, madwar EUR 100 biljun f’investimenti jinsabu f’riskju li ma jiġux realizzati minħabba xkiel relatat mal-għoti tal-permessi, ir-regolazzjoni u l-finanzjament, filwaqt li EUR 100 biljun ieħor ser ikunu ffinanzjati mis-settur innifsu. Il-ħtiġijiet ta’ investiment sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-Aġenda Diġitali ta’ forniment ta’ aċċess għall-internet veloċi għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej kollha huma bejn EUR 181 u EUR 273 biljun, li minnhom l-investiment mis-settur privat huwa mistenni li jammonta bejn EUR 30 u EUR 100 biljun.

(4) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011 ‘Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva’[10] il-Parlament Ewropew enfasizza li l-Unjoni għandha tieħu azzjoni l-aktar sabiex ittejjeb l-użu tal-fondi tal-UE bħala katalist sabiex tattira finanzjamenti addizzjonali mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra u mis-settur privat u laqa’ l-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti, bħala mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tar-riskji mal-BEI, billi jiġi pprovdut appoġġ b’limitu massimu mill-baġit tal-UE, li għandu jservi ta’ ingranaġġ għall-fondi tal-UE u jattira interess addizzjonali mill-investituri privati sabiex jipparteċipaw fi proġetti prijoritarji tal-UE b’konformità mal-objettivi tal-Ewropa 2020;

(5) L-istrumenti finanzjarji jistgħu jtejbu l-effiċjenza tal-infiq baġitarju u jiksbu effetti multiplikaturi akbar f’termini ta’ attirazzjoni tal-iffinanzjar mis-settur privat u kisbu volumi tal-investimenti. L-effett multiplikatur mistenni tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti huwa ta’ bejn 15-20.

(6) Il-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2011 fakkar li jeħtieġ li l-istrumenti finanzjarji innovattivi jiġu vvalutati f’termini ta’ effetti ta’ ingranaġġ imqabbla mal-istrumenti eżistenti, ir-riskji li jiżdiedu mal-karti bilanċjali tal-gvern u l-possibilità li l-istituzzjonijiet privati jinqatgħu ’l barra. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni[11] dwar pilota għall-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti u l-valutazzjoni tal-impatt, li bbażaw fuq il-konsultazzjoni pubblika, jikkontribwixxu fl-indirizzar tal-kwistjonijiet imsemmija qabel.

(7) L-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti għandha objettiv doppju: l-ewwel sabiex tgħin tiffinanzja l-proġetti tal-prijoritajiet tal-politiki Ewropej u t-tieni, li tiffaċilita involviment akbar mis-settur privat fl-iffinanzjar fit-tul mis-swieq kapitali tal-proġetti infrastrutturali. Sejra terġa’ tiffoka l-infiq tal-baġit tal-UE lejn oqsma li jżidu t-tkabbir billi jiġu kkunsidrati d-dixxiplina baġitarja tal-Unjoni u l-limiti massimi taħt il-Qafas Finanzjarju Multiannwali attwali.

(8) Se tkun l-ewwel strument finanzjarju li minnu se jibbenefikaw il-proġetti infrastrutturali bi ħtiġijiet finanzjarji simili f’bosta setturi u għalhekk, tipproduċi benefiċċji akbar f’termini ta’ impatt fuq is-suq, effiċjenza amministrattiva u użu tar-riżorsi. Se tipprovdi strument koerenti lill-partijiet interessati tal-infrastrutturi bħall-finanzjaturi, l-awtoritajiet pubbliċi, il-kumpaniji u l-operaturi tal-kostruzzjoni.

(9) Bl-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti, il-bonds maħruġa minn kumpaniji tal-proġett u l-baġit tal-Unjoni flimkien mal-finanzjament minn sieħeb finanzjarju jintużaw sabiex itejbu l-kwalità ta’ kreditu tal-bonds sabiex jattiraw investituri tas-suq kapitali tad-dejn bħall-fondi tal-pensjoni u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni.

(10) L-appoġġ tal-Unjoni għandu jimmitiga r-riskju inerenti f’bonds tal-proġetti sakemm il-parteċipanti fis-suq kapitali jkunu lesti li jinvestu f’bonds tal-proġetti infrastrutturali b’volum akbar minn dak li jkun possibbli mingħajr l-appoġġ tal-Unjoni.

(11) L-irkupru ekonomiku tal-Ewropa ma għandux jitqiegħed f’riskju minħabba konġestjoni eskalenti tat-trasport, konnessjonijiet tal-enerġija neqsin u tnaqqis fil-penetrazzjoni tal-broadband minħabba d-diffikultajiet tal-proġetti tal-infrastruttura fil-kisba ta’ aċċess għal iffinanzjar privat jew finanzjament pubbliku fit-tul.

(12) Ir-rivalutazzjoni tal-programmi ta’ investiment fl-infrastruttura mill-Istati Membri fil-kuntest tal-awsterità fiskali u r-riformi strutturali tagħhom mhux se tiffaċilita l-aċċellerazzjoni meħtieġa tar-rittmu tal-investiment fl-infrastruttura. Barra minn hekk, is-self mill-banek fit-tul għall-proġetti infrastrutturali għadu mhuwiex biżżejjed u jiġi jiswa ħafna flus, u dan jitlob sorsi alternattivi u kompetittivi ta’ ffinanzjar tad-dejn.

(13) Madanakollu, l-iffinanzjar tas-suq kapitali tad-dejn mhuwiex disponibbli minnufih għall-proġetti infrastrutturali fl-UE. Minħabba l-frammentazzjoni tas-swieq tal-bonds madwar l-UE, flimkien mad-daqs u l-kumplessità tal-proġetti infrastrutturali li jeħtieġu perjodi twal għat-tħejjija tal-proġett, l-indirizzar ta’ din il-kwistjoni fuq livell tal-Unjoni permezz ta’ proċess aċċellerat minn sew qabel tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa huwa kemm f’waqtu kif ukoll xieraq.

(14) Għaldaqstant, huwa propost li titvara fażi pilota għall-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti matul il-qafas finanzjarju attwali sabiex jiġi żviluppat finanzjament tas-suq kapitali tad-dejn b'mod aktar ġeneriku fil-qasam tal-infrastruttura u sabiex tiġi estiża l-medda ta’ strumenti finanzjarji disponibbli bħalissa għall-proġetti tat-trasport.

(15) Sabiex tiġi implimentata l-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti, id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 għandhom jiġu emendati. Din il-fażi pilota timmira li tappoġġa l-proġetti infrastrutturali b'potenzjal kummerċjali fis-setturi tat-trasport, l-enerġija u l-ICT, filwaqt li wara l-2013 l-inizjattiva tista' testendi għal setturi oħra.

(16) Fid-dawl tal-kompetenza tal-BEI li ilha stabilita li huwa wkoll il-finanzjatur ewlieni tal-proġetti infrastrutturali u minħabba n-natura tiegħu bħala korp finanzjarju tal-UE stabilit mit-Trattat, il-Kummissjoni għandha tinvolvi lill-BEI fl-implimentazzjoni ta’ din il-fażi pilota. Il-patti u l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-kooperazzjoni inklużi l-kondiviżjoni tar-riskju u r-rimunerazzjoni tal-BEI, għandhom jiġu stabiliti fi ftehim bejn il-Kummissjoni u l-BEI.

(17) Il-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti għandha titvara fit-tħejjija tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa proposta. Il-fażi pilota se tgħin twitti t-triq għall-istrument finanzjarju ta’ kondiviżjoni ta-riskji finanzjarja taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

(18) L-applikazzjoni għall-appoġġ, l-għażla u l-implimentazzjoni tal-proġetti kollha għandhom ikunu soġġetti għad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat u għandhom jippruvaw li la joħolqu u lanqas ma jżidu distorsjonijiet fis-suq.

(19) Il-fażi pilota għandha sejra tiġi ffinanzjata permezz tar-riallokazzjoni tal-baġit fl-2012 u l-2013 mill-programmi tat-trasport, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjoni eżistenti. Għal dan il-għan, jistgħu jiġu riallokati sa EUR 200 miljun għal din l-inizjattiva mill-baġit tat-TEN-T, sa EUR 20 miljun mill-baġit tal-Programm tal-Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u sa EUR 10 miljun mill-baġit tat-TEN-E. Il-baġit disponibbli jillimita kemm l-ambitu tal-inizjattiva kif ukoll in-numru ta’ proġetti li jistgħu jiġu appoġġati.

(20) Il-fondi baġitarji għandhom jintalbu mill-BEI fuq il-bażi ta’ medda ta’ proġetti, li l-BEI jidhirlu li jkunu xierqa u li x'aktarx jitwettqu. Kwalunkwe talba bħal din għandha ssir qabel il-31 ta’ Diċembru 2013. Minħabba l-kumplessità ta’ proġetti infrastrutturali kbar, l-approvazzjoni reali tista’ ssir f’data aktar tard, iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.

(21) Sabiex dawk il-provvedimenti stipulati f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għad-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE

Id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE hija emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 26(2) il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(b) stimolu tal-innovazzjoni permezz ta’ adozzjoni usa’ tal-ICT u l-broadband u l-investiment fihom;"

2. L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2. "Il-proġetti għandom ifittxu li jippromwovu l-innovazzjoni, it-trasferiment teknoloġiku u t-tixrid tat-teknoloġiji l-ġodda li jkunu lesti għas-suq.

L-Unjoni tista’ tagħmel għotja li tikkontribwixxi għall-baġit tal-proġetti msemmija fil-paragrafu 1(a).

Inkella, l-Unjoni tista’ tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja lill-BEI għall-għotjiet u l-allokazzjoni ta’ kapital għal selfiet jew garanziji li jridu jinħarġu mill-BEI mir-riżorsi proprji tiegħu taħt l-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti msemmija fil-paragrafi 2a sa 2d."

(b) Jiddaħħlu l-paragrafi 2a sa 2d li ġejjin:

"2a. Strument ta’ kondiviżjoni tar-riskji għall-bonds tal-proġetti tfisser titjib tal-kreditu li jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a) jieħu l-forma ta’ selfa jew garanzija mill-BEI favur il-finanzjament ipprovdut għall-proġetti fil-qasam tal-ICT u tal-broadband.

(b) ikopri r-riskju tas-servizzjar tad-dejn ta’ proġett u jimmitiga r-riskju tal-kreditu tad-detenturi tal-bonds.

(c) jintuża biss għal proġetti li l-vijabilità finanzjarja tagħhom tissejjes fuq id-dħulijiet tal-proġetti.

2b. L-iskopertura tal-Unjoni għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti, inklużi t-tariffi tal-immaniġjar u kostijiet eliġibbli oħra, għandha tkun strettament limitata għall-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju u ma għandu jkun hemm l-ebda obbligazzjoni ulterjuri fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni. Ir-riskju residwu inerenti fl-operazzjonijiet kollha għandu jinġarr mill-BEI.

2c. Il-patti u l-kundizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskji għall-bonds tal-proġetti, inklużi l-monitoraġġ u l-kontroll tiegħu, għandhom jiġu stabiliti fi ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BEI.

2d. Fl-2013, ammont ta’ massimu ta’ EUR 20 miljun jista’ jintuża mill-baġit allokat għat-twettiq tal-politiki tal-ICT u l-broadband skont ir-regola stipulata fil-punt (b) tal-Anness I. L-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju jista’ jerġa’ juża kwalunkwe dħul riċevut matul il-perjodu ta’ investiment għal selfiet u garanziji ġodda."

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 680/2007

Ir-Regolament (KE) Nru 680/2007 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 2:

jiżdiedu l-punti 14 u 15 li ġejjin:

"14. "strument ta’ kondiviżjoni tar-riskji għall-bonds tal-proġetti" tfisser titjib tal-kreditu pprovdut għall-proġetti ta’ interess komuni. L-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti jkopri r-riskju ta’ servizz ta’ dejn ta’ proġett u jtaffi r-riskju ta’ kreditu tad-detenturi tal-bonds. Jintuża biss għal proġetti li l-vijabilità finanzjarja tagħhom hija bbażata fuq id-dħulijiet tal-proġetti.

15. "Titjib tal-kreditu" tfisser l-użu ta' selfa tal-BEI jew ta' garanzija tal-BEI biex tittejjeb il-kwalità tal-kreditu għall-proġett tad-dejn."

(2) Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4:

tiżdied is-sentenza li ġejja:

"L-applikazzjonijiet għall-istrumenti ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti" skont il-punt (g) tal-Artikolu 6(1) għandhom jiġu indirizzati lill-BEI skont il-proċedura standard ta’ applikazzjoni tal-BEI".

(3) L-Artikolu 6(1) huwa emendat kif ġej:

(a) fil-punt (d) tiżdied is-sentenza li ġejja:

"Fl-2012 u l-2013, ammont ta’ massimu ta’ EUR 200 miljun jista’ jiġi riallokat għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti fis-settur tat-trasport."

(b) jiżdied il-punt (g) li ġej:

"(g) kontribuzzjoni finanzjarja għll-BEI għall-provviżjonament u l-allokazzjon kapitali għas-selfiet jew garanziji li jinħarġu mill-BEI mir-riżorsi proprji tiegħu taħt l-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskji għall-proġetti tal-bonds fil-qasam tat-TEN-T u TEN-E. L-iskopertura tal-Unjoni għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju, inklużi t-tariffi tal-immaniġjar u kostijiet eliġibbli oħra, għandha tkun strettament limitata għall-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti u ma għandu jkun hemm l-ebda obbligazzjoni ulterjuri fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni. Ir-riskju residwu inerenti fl-operazzjonijiet kollha għandu jinġarr mill-BEI. Il-patti u l-kundizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, inklużi l-monitoraġġ u l-kontroll tiegħu, għandhom jiġu stabiliti fi ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BEI. Fl-2012 u l-2013, ammont sa massimu ta; EUR 210 miljun, li minnhom sa EUR 200 miljun għall-proġetti tat-trasport u sa EUR 10 miljun għall-proġetti tal-enerġija, għandu jiġi riallokat għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2) mil-linja baġitarja tat-TEN-T (LGTT) u t-TEN-E, rispettivament. L-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti jista’ jerġa’ juża kwalunkwe dħul riċevut matul il-perjodu ta’ investiment għal selfiet u garanziji ġodda."

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.        Titlu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.        Il-qasam/l-oqsma tal-politika konċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB

              1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.        L-objettiv(i)

              1.5.        Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.        Durata u l-impatt finanzjarju

              1.7.        Il-metodu(i) tal-immaniġjar previst(i)

2.           MIŻURI TA’ MMANIĠJAR

              2.1.        Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

              2.2.        Sistema tal-immaniġjar u tal-kontroll

              2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u l-irregolaritajiet

3.           L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.        L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i baġitarja tan-nefqa affettwata/i

              3.2.        L-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

              3.2.3.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4.     Il-kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

              3.2.5.     Il-parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.        L-impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titlu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE li tistabilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija.

1.2.        Il-qasam/l-oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB[12]

Qasam ta’ politika:                            Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Attività tal-ABB:   Operazzjonijiet u strumenti finanzjarji

Qasam tal-politika:                            Mobilità u Trasport

Attività tal-ABB:   Netwerks Trans-Ewropej

Qasam ta’ politika:                            Soċjetà Informatika u Mezzi ta’ Komunikazzjoni

Attivitajiet:            Użu tal-ICT (0903)

Qasam ta’ politika:                            Enerġija

Attività tal-ABB:   Netwerks Trans-Ewropej (3203)

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida

1.4.        Objettivi

1.4.1.     L-objettiv(i) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Sabiex titħejja s-CEF

Appoġġ għall-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-enerġija li jiżguraw kontinwità u sigurtà tal-provvista tal-enerġija u, għaldaqstant, il-funzjonament xieraq tal-ekonomija

Sabiex jiġu żgurati l-interkonnessjonijiet u l-interoperabilità tan-netwerks tat-trasport

Għall-appoġġ tal-użu tal-ICT

1.4.2.     L-objettiv(i) speċifiku/ċi u l-attività(jiet) tal-ABM/ABB konċernati

Objettiv speċifiku: L-għadd ta’ proġetti tat-trasport, l-enerġija u l-broadband appoġġati.

Attività tal-ABB:

ECFIN: Operazzjonijiet u strumenti finanzjarji

MOVE Interkonnessjonijiet u interoperabilità tan-netwerks permezz ta’ tneħħija tal-lmiebet

INFSO użu tal-ICT (0903)

ENER Sabiex titjieb is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija permezz tal-infrastruttura

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt mistenni(ja)

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

L-objettiv tal-inizjattiva huwa li tappoġġja lis-swieq Ewropej tal-bonds tal-proġetti sabiex jerġgħu jieħdu l-ħajja u tiffaċilita l-aċċess tal-proġetti infrastrutturali għall-iffinanzjar. L-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti hija strument finanzjarju ġdid għall-kondiviżjoni tar-riskju li għandu jitvara fil-politiki tat-TEN għat-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjonijiet, b’mod partikolari l-broadband. Għandha l-objettiv li tinkoraġġixxi aktar l-iffinanzjar tad-dejn mis-settur privat għall-azzjonijiet Ewropej tal-proġetti infrastrutturali.

Bħala parti mill-baġit tat-TEN-T, tat-TEN-E u tal-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) – minflok ma jintuża bħala għotja – il-baġit tal-UE huwa investit fil-forma ta’ għotjiet u allokazzjoni kapitali fil-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) sabiex jiġi kopert sehem tar-riskju li jġarrab il-BEI meta jiffinanzja proġetti infrastrutturali taħt din l-inizjattiva.

L-implimentazzjoni tal-faċilità għandha tippermetti:

a) Il-finanzjament mill-BEI ta’ volum akbar ta’ self għall-proġetti infrastrutturali, u proġetti infrastrutturali aktar riskjużi iżda li xorta waħda jkunu “bankabbli”.

b) Il-ġenerazzjoni ta’ effett multiplikatur tal-iffinanzjar mill-baġit tal-UE fuq l-investiment privat fl-infrastruttura, sabiex kull EUR 1 mill-fondi mill-UE allokat għall-inizjattiva jkun jista’ jiġġenera bejn EUR 15 u EUR 20 investiti fi proġetti infrastrutturali Ewropej.

Madankollu, meta jitqiesu l-ammonti disponibbli taħt l-intestaturi tal-baġit u n-nuqqas ta’ funġibilità tagħhom fil-fażi pilota, huwa stmat li n-numru ta’ proġetti li jistgħu jiġu appoġġjati huwa limitat għal madwar 5-14-il proġett infrastrutturali. Dan in-numru stmat ta’ proġetti sejjer jiddependi l-aktar fuq id-daqs tagħhom u l-aċċettazzjoni tagħhom mis-suq.

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

L-għan huwa li jiżdied l-iffinanzjar tal-obbligazzjonijiet tas-suq disponibbli għall-proġetti infrastrutturali li jkunu eliġibbli għall-appoġġ taħt ir-Regolament Nru 690/2007 u d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE. Għaldaqstant, jiġu applikati l-indikaturi li ġejjin:

- In-numru ta’ proġetti tat-TEN-T, tat-TEN-E u tal-broadband li rċevew finanzjament mill-BEI taħt l-inizjattiva.

- L-effett multiplikatur miksub, kumulattiv u għal kull settur. L-effett multiplikatur mistenni huwa sa 15-20 f’termini ta’ appoġġ tal-baġit tal-UE meta mqabbel mal-investiment totali miġbur għall-proġetti appoġġjati taħt l-inizjattiva u t-termini tat-tranżazzjonijiet.

- Il-volum tal-iffinanzjar tas-suq kapitali tad-dejn li jinġabar għal dawn il-proġetti, kumulattiv u għal kull settur inkwistjoni.

Il-monitoraġġ tar-riżultati se jkun ibbażat fuq ir-rapportar mill-BEI u r-riċerka tas-suq.

1.5.        Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li jrid(u) jintlaħaq/jintlaħqu fit-terminu qasir jew twil

Minħabba l-awsterità fiskali fl-Istati Membri, hemm il-periklu li l-proġetti infrastrutturali ta’ interess għall-UE ma jitwettqux bir-rittmu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020 u għaldaqstant, iqiegħdu f’riskju l-irkupru u t-tkabbir ekonomiku tal-UE.

Barra minn hekk, minħabba l-problema tal-likwidità u tar-riskju matul il-kriżi finanzjarja, il-banek irreaġixxew billi qassru l-maturitajiet tas-selfiet, żiedu r-rekwiżiti ta’ pprezzar u tal-kollateral għall-proġetti infrastrutturali. Minkejja li s-swieq tad-dejn tal-banek juru sinjali ta’ rkupru, il-proġetti infrastrutturali għadhom jesperjenzaw diffikultajiet sabiex ikollhom aċċess għall-iffinanzjar tad-dejn fit-tul. Għaldaqstant, kibret l-importanza potenzjali tas-swieq tal-bonds bħala sors ta’ ffinanzjar. Madankollu, minħabba li ma hemm l-ebda provvediment pubbliku permanenti ta’ titjib tal-kreditu, ma saret l-ebda operazzjoni ta’ bonds tal-proġett fil-qasam tat-TEN-T, tat-TEN-E u tal-broadband fl-aħħar snin.

L-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti għandha l-għan li tipprovdi t-titjib fil-kreditu meħtieġ sabiex tattira lill-investituri tas-suq kapitali u tiffaċilita l-ħolqien ta’ klassi ta’ assi ġdida f’termini ta’ bonds tal-proġetti infrastrutturali. Fil-kuntest tal-irkupru ekonomiku u l-azzjonijiet ta’ appoġġ li jistimulaw it-tkabbir, huwa meħtieġ li titvara l-inizjattiva matul perjodu meta l-investituri tas-suq kapitali jkunu bdew ifittxu alternattivi ta’ investimenti ta’ terminu twil, li jkunu pjuttost sikuri. Sabiex tiġi stimulata l-imġiba tas-suq u tkun tista’ ssir implimentazzjoni aktar effiċjenti tal-istrumenti finanzjarji taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, hija meħtieġa t-tnedija tal-fażi pilota, anki għal skopijiet ta’ ttestjar tas-suq, li tippermetti l-ottimizzazzjoni tad-diżinn għall-perjodu ta’ wara l-2013.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-Inizjattiva sejra tikkumplimenta, u mhux sejra tieħu post is-self mill-banek u għalhekk, tipprovdi sors alternattiv u kompetittiv ta’ ffinanzjar tad-dejn ta’ terminu twil għall-proġetti. Ma jeżistux strumenti simili li jattiraw finanzjamenti mis-suq kapitali lejn proġetti infrastrutturali ewlenin tal-UE.

Huma meħtieġa soluzzjonijiet innovattivi sabiex b’mod urġenti jimmobilizzaw sehem akbar ta’ tfaddil privat tal-UE u tfaddil barrani għall-proġetti infrastrutturali u jħaffu l-pressjonijiet fuq il-baġits nazzjonali pubbliċi. L-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI taħt l-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti sejrin jikkumplimentaw l-attivitajiet imwettqa taħt l-istrumenti attwali ta’ ekwità u tad-dejn, Marguerite u l-istrument ta’ Garanzija tas-Self għat-TEN-Trasport (LGTT).

L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI jirrappreżentaw għodda ferm viżibbli u effikaċi għall-appoġġ tal-proġetti infrastrutturali fil-qasam tat-trasport, tal-enerġija u tal-ICT li huma sinifikanti għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Ewropa 2020. Il-BEI jgħaddi l-vantaġġi finanzjarji kompleti li jirriżultaw mill-appoġġ tal-UE u l-kostijiet ta’ ffinanzjar attraenti tal-BEI lill-benefiċjarji aħħarija fil-forma ta’ rati tal-imgħax kompetittivi.

Dan l-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju jipprovdi għall-appoġġ finanzjarju meħtieġ mill-UE għall-proġetti li normalment ma jkunux joqogħdu fi ħdan il-linji gwida u l-kriterji standard tal-BEI.

1.5.3.     Lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fil-passat

Is-sejbiet huma mogħtija fil-qosor u analizzati fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja lil din il-proposta.

L-esperjenzi bl-Istrument ta’ Garanzija tas-Self għat-TEN-Trasport (LGTT) juru li huwa meħtieġ żmien sinifikanti sabiex is-swieq finanzjarji, il-konsulenti finanzjarji u legali, l-awtoritajiet pubbliċi, l-isponsers u l-operaturi tal-proġetti jikkonvinċu ruħhom sabiex jaċċettaw ideat ġodda u jifhmu l-impatt benefiċjarju tal-LGTT dwar l-istrutturar finanzjarju tal-proġetti. L-LGTT tvara fl-2007 u kien xi ħaġa ġdida, strument dedikat sabiex ikopri r-riskju operazzjonali wara l-perjodu ta’ bini tal-proġetti infrastrutturali tat-trasport. Għaldaqstant, huwa importanti li titnieda l-fażi pilota għall-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti sabiex ma jintilifx il-momentum minn dawn il-partijiet interessati, li laqgħu din l-inizjattiva.

1.5.4.     Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti relevanti oħra

Din l-inizjattiva hija koerenti mal-Istrateġija Ewropa 2020, bil-proposta li tiġi implimentata l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir.

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa se tipprovdi qafas għal perjodu itwal li jiżgura li l-proġetti fl-enerġija, fit-trasport u t-telekomunikazzjonijiet jiġu żviluppati u implimentati b’mod tempestiv u effettiv. Strateġija komprensiva ta’ opportunitajiet prijoritizzati ta’ proġetti infrastrutturali, kif propost mill-Kummissjoni fid-29 ta’ Ġunju 2011[13], għandha potenzjal sinifikanti sabiex tattira aktar iffinanzjar mis-settur privat u fl-istess waqt tgħin sabiex jiġi kompletat is-suq. L-istrateġija li tinkludi l-għażla ta’ proġetti eliġibbli għall-iffinanzjar hija trasparenti, u għalhekk tiżgura livell għoli ta’ ċertezza għall-partijiet interessati kollha. Fi ħdan din l-istrateġija, huma meħtieġa t-tfassil tal-prijoritajiet tal-politiki, ir-regolamenti, l-iskemi ta’ inċentivi, koordinazzjoni mill-viċin bejn il-partijiet interessati, kampanji ta’ informazzjoni u oħrajn li jrawmu għarfien sabiex jiġu stabiliti l-kundizzjonijiet ġenerali tal-qafas għall-investimenti infrastrutturali, billi jiġu infurzati bidliet fl-imġiba fost il-partijiet interessati u jiġi aċċellerat ir-rittmu ta’ intervent. Għotjiet u strumenti finanzjarji innovattivi, kull waħda taħt sett distint ta’ regoli finanzjarji, ikunu disponibbli b’mod koordinat.

L-istrumenti finanzjarji huma meħtieġa sabiex inaqqsu l-ostakli speċifiċi li jipprevjenu l-fluss tal-iffinanzjar tad-dejn u tal-ekwità. L-għan ewlieni tagħhom huwa li jiġi attirat u faċilitat l-iffinanzjar mis-settur privat għall-proġetti. Fl-istess waqt, żieda fl-attività tal-investimenti fil-proġetti infrastrutturali tistimula l-iżvilupp globali tas-swieq finanzjarji ta’ wara l-kriżi, ittejjeb il-veloċità tal-irkupru ekonomiku u tippomwovi t-tkabbir. L-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti se ssir parti integrali tal-istrumenti ta’ kondiviżjoni tar-riskju tas-CEF għall-perjodu 2014-2020. L-objettiv ewlieni tal-fażi pilota fl-2012-2013 se jkun appoġġ immedjat għall-proġetti infrastrutturali u t-tħejjija tal-fażi operazzjonali tal-inizjattiva fl-2014-2020.

1.6.        Id-durata u l-impatt finanzjarju

Implimentazzjoni b'perjodu ta’ tluq mill-2012 sal-2013.

1.7.        Mod(i) ta’ mmaniġjar previst(i)[14]

Immaniġjar konġunt bid-delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lill-BEI.

B’konformità mad-dispożizzjonijiet eżistenti, il-proposta tipprevedi li l-BEI jiffinanzja l-proġetti tal-investiment skont ir-regoli u l-proċeduri tiegħu. Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-immaniġjar tal-approprjazzjonijiet tal-baġit. Il-BEI u l-Kummissjoni jidħlu fi ftehim li jistabilixxi dispożizzjonijiet u proċeduri dettaljati rigward l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni proposta.

2.           MIŻURI TA’ MMANIĠJAR

2.1.        Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar, l-immaniġjar u l-kontroll

L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI se jiġu mmaniġjati mill-BEI skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi l-miżuri xierqa ta’ awditjar, kontroll u monitoraġġ. Kif previst mill-Istatut tal-BEI, il-Kumitat tal-Awditjar tal-BEI, li huwa appoġġjat minn awdituri esterni, huwa responsbbli mill-verifika tar-regolarità tal-operazzjonijiet u l-kontijiet tal-BEI. Il-kontijiet tal-BEI huma approvati annwalment mill-Bord tal-Gvernaturi tiegħu.

Barra minn hekk, il-Bord tad-Diretturi tal-BEI, fejn il-Kummissjoni hija rappreżentata minn Direttur u Direttur supplenti, japprova kull Operazzjoni ta’ Finanzjament tal-BEI u jara li l-BEI jiġi mmaniġjat skont l-Istatut tiegħu u d-direttivi ġenerali stabiliti mill-Bord tal-Gvernaturi.

Il-ftehim eżistenti bejn tliet partijiet, jiġifieri l-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-BEI ta’ Ottubru 2003, fl-2007 li ġġedded għal perjodu ta’ erba’ snin oħra, jagħti d-dettalji dwar ir-regoli skont liema, il-Qorti tal-Awdituri għandha twettaq l-awditi tagħha fuq l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI taħt il-garanzija tal-UE.

Rigward l-Artikolu 49 tal-Ftehim Interistituzzjonali, il-Kummissjoni għandha tirrapporta għand l-awtorità tal-baġit kull sena dwar l-attivitajiet imwettqa mill-BEI.

Barra minn hekk, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’dejta statistika, finanzjarja u kontabbilistika dwar kull waħda mill-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI kif dan ikun neċessarju sabiex iwettaq id-doveri ta’ rapportar tiegħu jew sabiex jissodisfa t-talbiet mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u għandu jipprovdi wkoll ċertifikat tal-awditur dwar l-ammonti pendenti tal-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI.

Monitoraġġ mill-Kummissjoni b’konformità ma’ mmaniġjar finanzjarju tajjeb għandu jinkludi t-tfassil ta’ rapporti regolari dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva permezz ta’ implimentazzjoni finanzjarja, riżultati u indikaturi tal-impatt. Ir-rapportar taħt l-Artikolu 49 tal-Ftehim Interistituzzjonali se jinkludi taqsima dwar din l-inizjattiva.

Finalment, il-Kummissjoni għandha l-għan li twettaq evalwazzjoni tal-fażi pilota fit-tieni nofs tal-2013 sabiex tevalwa s-suċċess tagħha matul il-perjodu qasir ta’ operat u kwalunkwe lezzjoni għall-implimentazzjoni post-2013 fi ħdan is-CEF.

2.2.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u l-irregolaritajiet

Minħabba li din l-inizjattiva tinvolvi l-immaniġjar operazzjonali mill-BEI, l-inizjattiva tibni fuq il-kontroll u l-monitorapp li huwa diġà implimentat għall-Istrument ta’ Garanzija tas-Self għall-proġetti TEN-Transport (LGTT). Il-BEI għandu r-responsabilità ewlenija għall-adozzjoni tal-miżuri ta’ kontra l-frodi, l-aktar permezz tal-applikazzjoni għall-operazzjonijiet iffinanzjati tal-“Politika tal-BEI dwar il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tal-Korruzzjoni, il-Frodi, il-Kollużjoni, il-Ġegħil, il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu fl-attivitajiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment” kif adottata f'April 2008.

Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI jinkludu, fost l-arranġamenti dettaljati għall-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni, il-kompetenza tal-OLAF sabiex iwettaq investigazzjonijiet interni. B’mod partikolari, f’Lulju 2004, il-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI approva deċiżjoni “li tikkonċerna l-patti u l-kundizzjonijiet għal investigazzjonijiet interni fir-rigward tal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali detrimentali għall-interessi finanzjarji tal-Komunità”.

3.           L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i baġitarja tan-nefqa affettwata/i

· Linja baġitarja eżistenti tan-nefqa. Il-finanzjament tal-istrument se jkun garantit mir-riallokazzjoni tal-baġit tal-UE fi ħdan il-programmi attwali fl-istess oqsma tal-politika (MOVE, ENER u INFSO) li huma kkonċernati minn dan l-istrument il-ġdid u taħt l-istess linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni………………………...……….] || Diff./mhux diff ([15]) || minn pajjiżi tal-EFTA[16] || minn pajjiżi kandidati[17] || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

1A || 06.03.03 TEN-T || Diff || LE || LE || / LE || LE

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Intestatura……………………………………..] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

1A || 32.03.02 TEN-E || Diff || LE || LE || LE || LE

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni || || ||

|| Numru [Intestatura……………………………………..] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

1A || 09.03.01 CIP ICT PSP || Diff || IVA || IVA || IVA || LE

3.2.        L-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Din id-deċiżjoni dwar il-krediti allokati għal din l-azzjoni sejra tittieħed mill-awtorità baġitarja fil-kuntest tal-proċedura annwali. Għaldaqstant, it-tqassim tal-approprjazzjonijiet tal-impenn u l-pagament tul is-snin huwa biss indikattiv. Fil-każijiet kollha, il-baġit totali tal-UE li huwa disponibbli għal-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti għandu limitu massimu ta’ EUR 230 miljun.

Fil-każ tad-DĠ MOVE u tat-TEN-T EA, l-isofrz amministrattiv meħtieġ huwa mistenni li jibqa’ stabbli fl-istess livell bħal dak attwalment meħtieġ għall-immaniġjar tal-Faċilità ta’ Garanzija tas-Self għat-TEN-Transport. Għaldaqstant, ma hemm l-ebda impatt nett fuq il-persunal. Għad-DĠ ENER u INFSO, dan jirrappreżenta azzjoni ġdida, filwaqt li għall-ECFIN, l-implimentazzjoni u s-segwitu jeħtieġu sforz amministrattiv. Għalhekk, hemm impatti fuq il-persunal, minkejja li huma differenti, li jirreflettu l-kompiti differenti, għal dawn id-DĠ.

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 1A || Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

DĠ: MOVE, ENER u INFSO || || || 2012[18] || 2013 || 2014 || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || ||

06.03.03 || Impenji || (1) || 100 || 100 || 0 || 200

Pagamenti || (2) || 40 || 60 || 100 || 200

32.03.02 || Impenji || (1a) || 0 || 10 || 0 || 10

Pagamenti || (2a) || 0 || 10 || 0 || 10

09.03.01 || Impenji || (1a) || 0 || 20 || 0 || 20

Pagamenti || (2a) || 0 || 20 || 0 || 20

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi[19] || 0 || 0 || 0 ||

Numru tal-linja baġitarja || || (3) || || || ||

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet għad-DĠ MOVE, ENER u INFSO || Impenji || =1+1a +3 || 100 || 130 || 0 || 230

Pagamenti || =2+2a +3 || 40 || 90 || 100 || 230

Ÿ TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 100 || 130 || 0 || 230

Pagamenti || (5) || 40 || 90 || 100 || 230

Ÿ TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || 0 || 0 || 0 || 0

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 1A tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 100 || 130 || 0 || 230

Pagamenti || =5+ 6 || 40 || 90 || 100 || 230

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || “ Nefqa amministrattiva ”

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

|| || || 2012 || 2013 || 2014 || 2015 || … daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

DĠ: MOVE, ENER, INFSO u ECFIN u TEN-T EA ||

Ÿ Riżorsi umani || 0.5 staff (ECFIN) + 0.1 staff (ENER) = 0.0762 (0.6*127000 kost standard għal kull kariga) || 0.1 staff (ECFIN) + 0.1 staff (ENER)+ 0.5 staff (INFSO) = 0.0889 (0.7*127000 kost standard għal kull kariga) || 0.1 staff (ECFIN) + 0.1 staff (ENER) = 0.0254 (0.2*127000 kost standard għal kull kariga) || || || || ||

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || - (ENER) || - (ENER) || - (ENER) || || || || ||

TOTAL tad-DĠ <…….> || Approprjazzjonijiet || 0.0762 || 0.0889 || 0.0254 || || || || ||

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Total Impenji = Total Pagamenti) || 0.0762 (ENER + ECFIN + INFSO) || 0.0889 (ENER + ECFIN + INFSO) || 0.0254 (ENER + ECFIN + INFSO) || || || || || || || ||

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

|| || || Sena 2012[20] || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || … daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 100.0762 || 130.0889 || 0.0254 ) || || || || || 230.1905

Pagamenti || 40.0762 || 90.0889 ) || 1000.0254 ) || || || || || 230.1905

3.2.2.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

– ¨      Il-proposta inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

– x        Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt: Madankollu, dawn il-ħtiġijiet se jiġu koperti permezz ta’ riallokazzjoni. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda kost fiss kull proġett minħabba li l-baġit tal-UE meħtieġ ser jiddependu fuq id-daqs tal-proġett u kundizzjonijiet oħra. Għalhekk, iċ-ċifri pprovduti hawn taħt huma biss estimi u indikattivi biex juru li l-għadd ta’ proġetti li jiġu appoġġati ser ikun limitat.

– L-eżiti huma l-għadd ta’ proġetti mtejba u l-kontribuzzjoni tal-baġit meħtieġa mill-UE lill-BEI.

Approprjazzjonijiet għal impenji f’EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Indika l-objettivi u l-eżiti ò || || || Sena 2012 || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena N+3 || … daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

EŻITI

Tip ta’ eżitu[21] || Kost medju tal-eżitu se tiddependi fuq id-daqs tal-proġett u l-klassifikazzjoni tar-riskju tiegħu, il-maturità, eċċ || Numru ta’ eżiti || Kost || Numru ta’ eżiti || Kost || Numru ta’ eżiti || Kost || Numru ta’ eżiti || Kost || Numru ta’ eżiti || Kost || Numru ta’ eżiti || Kost || Numru ta’ eżiti || Kost || Total Numru ta’ eżiti || Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1[22]… || L-għadd ta’ proġetti tat-trasport, l-enerġija u l-broadband appoġġati.

- Eżitu tal-MOVE || Nru ta’ proġetti || Stmati għal 20 || 1-2 || 40 || 1-3 || 60 || 1-6 || 100 || || || || || || || || || 3-11 || 200

- Eżitu tal-ENER || Nru ta’ proġetti || Stmati għal 10 || || || 1 || 10 || || || || || || || || || || || 1 || 10

- Eżitu tal-INFSO || Nru ta’ proġetti || Stmati għal 20 || || || 1-2 || 20 || || || || || || || || || || || 1-2 || 20

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1 || 1- || 40 || 3-6 || 90 || 1-6 || 100 || || || || || || || || || ||

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2… ||

- Eżitu || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

KOST TOTALI || 1-2 || 40 || 1-6 || 90 || 1-6 || 100 || || || || || || || || || 5-14 || 230

KOST TOTALI || 1-2 || 40 || 1-6 || 90 || 1-6 || 100 || || || || || || || || || 5-14 || 230

3.2.3.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨      Il-proposta inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

– X       Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

|| Sena 2012 [23] || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || … daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 0.0762 || 0.0889 || 0.0254 || || || || || 0.1905

Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || ||

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 0.0762 || 0.0889 || 0.0254 || || || || || 0.1905

Barra l-INTESTATURA 5[24] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva || || || || || || || ||

Subtotal Barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

TOTAL || 0.0762 || 0.0889 || 0.0254 || || || || || 0.1905

3.2.3.2.  Stima tar-rekwiżiti ta’ riżorsi umani

– Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

|| || 2012 || 2013 || 2014 || 2015 ||  Daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) ||

Ÿ Il-karigi tal-pjan tal-istabiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

|| ECFIN: 01 01 01 01, ENER 32.01.01, INFSO 09.01.01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0.1 (ENER) + 0.5 (ECFIN) || 0.1 (ENER) + 0.1 ECFIN + 0.5 INFSO || 0.1 (ENER) + 0.1 INFSO || || ||

|| Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)[25] ||

|| XX 01 02 01 (AK, INT, ENS mill-“pakkett globali”) || - (ENER) || - (ENER) || - (ENER) || || ||

|| XX 01 02 02 (AK, INT, JED, LA u ENS fid-delegazzjonijiet) || - (ENER) || - (ENER) || - (ENER) || || ||

|| XX 01 04 yy [26] || - at Kwartieri Ġenerali[27] || - (ENER) || - (ENER) || - (ENER) || || ||

|| - in delegazzjonijiet || - (ENER) || - (ENER) || - (ENER) || || ||

|| XX 01 05 02 (AK, INT, ENS – Riċerka indiretta) || - (ENER) || - (ENER) || - (ENER) || || ||

|| 10 01 05 02 (AK, INT, ENS – Riċerka diretta) || - (ENER) || - (ENER) || - (ENER) || || ||

|| Intestaturi oħra tal-baġit (speċifika) || - (ENER) || - (ENER) || - (ENER) || || ||

|| TOTAL || || || || || ||

Stima li għandha titfisser f’ammonti sħaħ (jew sa mhux aktar minn punt deċimali wieħed)

XX huwa l-qasam tal-politika jew it-titlu tal-baġit konċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa sejrin jiġu pprovduti minn persunal mid-DĠ li diġà huwa assenjat għall-immaniġjar tal-azzjoni u/jew li tqassam mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, u jekk ikun meħtieġ flimkien ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji. Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || Minħabba li r-responsabilità operazzjonali hija f’idejn il-BEI, il-persunal tal-Kummissjoni se jwettaq il-kompiti li ġejjin: - In-negozjar tal-arranġamenti kuntrattwali eċċ - L-amministrazzjoni tal-proċedura tal-baġit (ibbażata fuq is-sensiela ta’ proġetti pprovduti mill-BEI); - Il-valutazzjoni tal-informazzjoni regolari sottomessa mill-BEI u t-tħejjija ta’ rapporti għall-awtorità tal-baġit, bħal dawk taħt l-Artikolu 49 tal-Ftehim Interistituzzjonali; - Il-parteċipazzjoni f’laqgħat tal-grupp ta’ tmexxija sabiex tiġi sorveljata l-implimentazzjoni; - Il-kontabilità; - Ir-relazzjonijiet mal-Qorti tal-Awdituri, mal-Parlament u mal-Kunsill. - Il-forniment ta’ linji gwida dwar l-eliġibilità lill-BEI dwar il-każijiet individwali ta’ proġetti

Persunal estern || Mhux disponibbli

3.2.4.     Il-kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

– Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali. Dawn l-ammonti sejrin jiġu minn riallokazzjoni fi ħdan il-programmi eżistenti.

3.3.        L-impatt stmat fuq id-dħul

L-imgħax u dħul ieħor ġenerati mill-istrument, bħal ħlasijiet mill-benefiċjarji, u li daħlu sal-31 ta’ Diċembru 2013 jistgħu jiżdiedu mar-riżorsi tal-inizjattiva. Wara l-1 ta’ Jannar 2014, id-dħul imur lura fil-baġit tal-Unjoni. F’dan l-istadju, għadu mhuwiex possibbli li ssir stima tal-fluss u ż-żmien tad-dħul potenzjali.

– ¨      Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– X       Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨                  fuq ir-riżorsi proprji

– X                  fuq dħul mixxelanju

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena kurrenti tal-baġit || Impatt tal-proposta/inizjattiva[28]

2012 || 2013 || 2013 || Sena N+3 || … daħħal kemm-il kolonna hemm bżonn biex turi kemm se jdum l-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu …………. || || || || || || || ||

Għad-dħul mixxelanju assenjat, speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit affettwata.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[1]               COM(2011)500 finali.

[2]               COM(2011)500 Baġit għall-Ewropa 2020 u d-dokumenti ta’ ħidma relevanti tal-persunal tal-Kummissjoni.

[3]               Eż. proġetti li diġà huma fl-istadju ta’ offerent preferut u/jew ta’ rifinanzjar ta’ proġetti matul il-bini.

[4]               ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.

[5]               ĠU L 162, 22.6.2007, p. 1.

[6]               ĠU C , , p. .

[7]               ĠU C , , p. .

[8]               ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.

[9]               ĠU L 162, 22.6.2007, p. 1.

[10]             COM(2011)500.

[11]             COM(2011)660.

[12]             ABM: Immaniġjar Ibbażat fuq l-Attività (“Activity-Based Management”) – ABB: Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività (“Activity-Based Budgeting”).

[13]             COM(2011)500 - Baġit għall-Ewropa 2020 u d-dokumenti ta’ ħidma relevanti tal-persunal tal-Kummissjoni.

[14]             Dettalji dwar il-modi ta’ mmaniġjar u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[15]             Diff. = Approprjazzjonijiet Differenzjati / Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[16]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[17]             Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent.

[18]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[19]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (ex linji “BA”), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

[20]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[21]             Eżiti huma prodott jew servizzi li għandhom jitfornew (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, in-numru ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[22]             Kif spjegat fit-Taqsima 1.4.2. “L-objettiv(i) speċifiku/ċi…”

[23]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[24]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (ex linji “BA”), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

[25]             AK= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjoni ("Jeune Expert en Délégation"); LA= Aġent Lokali (“Local Agent”); ENS= Espert Nazzjonali Sekondat;

[26]             Taħt il-limitu massimu għal persunal estern minn approprjazzjonijiet operattivi (l-ex linji "BA").

[27]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[28]             Fir-rigward tar-riżorsi tradizzjonali tagħhom stess (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25% tal-kost tal-ġbir.