52011PC0652




MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA

Id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID – “Markets in Financial Instruments Directive”), fis-seħħ sa minn Novembru 2007, hija pilastru fundamentali għall-integrazzjoni tas-suq finanzjarju tal-UE. Adottata skont il-proċess “Lamfalussy”[1], din tikkonsisti f’Direttiva qafas (id-Direttiva 2004/39/KE)[2], Direttiva ta’ implimentazzjoni (id-Direttiva 2006/73/KE)[3] u Regolament ta’ implimentazzjoni (ir-Regolament Nru 1287/2006)[4]. L-MiFID tistabbilixxi qafas regolatorju għall-forniment ta’ servizzi ta’ investiment fl-istrumenti finanzjarji (bħal senserija, pariri, negozjar, immaniġjar tal-portafoll, sottoskrizzjoni eċċ.) minn banek u ditti tal-investiment u għat-tħaddim ta’ swieq regolati minn operaturi tas-suq. Tistabbilixxi wkoll is-setgħat u l-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali rigward dawn l-attivitajiet.

L-għan ewlieni huwa li jitjiebu l-integrazzjoni, il-kompetittività, u l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji tal-UE. F’termini konkreti, neħħiet il-possibbiltà li l-Istati Membri jeħtieġu li n-negozjar kollu fl-istrumenti finanzjarji jsir f’boroż speċifiċi u ppermetta li jkun hemm kompetizzjoni madwar l-Ewropa kollha bejn il-boroż tradizzjonali u ċ-ċentri alternattivi. Tat ukoll lill-banek u lid-ditti tal-investiment "passaport" imsaħħaħ sabiex ifornu servizzi ta’ investiment madwar l-UE kollha soġġetti għal konformità kemm mar-rekwiżiti tal-organizzazzjonali kif ukoll mar-rekwiżiti tar-rapportar flimkien ma’ regoli komprensivi mfassla sabiex jiżguraw protezzjoni tal-investitur.

Ir-riżultat wara 3.5 snin fis-seħħ huwa kompetizzjoni akbar bejn iċ-ċentri tan-negozjar tal-istrumenti finanzjarji, u għażla akbar għall-investituri f’termini ta’ fornituri tas-servizzi u strumenti finanzjarji disponibbli, progress li kien imsaħħaħ mill-avvanzi teknoloġiċi. Kumplessivament, naqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet u żdiedet l-integrazzjoni[5].

Madankollu, xi problemi reġgħu tfaċċaw. L-ewwel nett, dan l-ambjent aktar kompetittiv ġab miegħu sfidi ġodda. Il-benefiċċji minn din iż-żieda fil-kompetizzjoni ma seħħux bl-istess mod għand il-parteċipanti kollha tas-suq u mhux dejjem għaddew għand l-investituri aħħarija, fil-livell ta' konsumatur jew fil-livell ta' operatur. Il-frammentazzjoni tas-suq implikata mill-kompetizzjoni ġabet magħha ambjent tan-negozju aktar kumpless, speċjalment f’termini ta’ ġbir ta' dejta tan-negozju. It-tieni nett, l-iżviluppi tas-suq u fit-teknoloġija ssuperaw diversi dispożizzjonijiet fil-MiFID. L-interess komuni fit-trasparenza u l-kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd bejn iċ-ċentri tan-negozjar u d-ditti tal-investiment qiegħed f'riskju li jiddgħajjef. It-tielet nett, fil-kriżi finanzjarja feġġew dgħjufijiet fir-regolamentazzjoni tal-istrumenti, apparti l-ishma, negozjati l-aktar bejn investituri professjonali. Ma għadhomx validi s-suppożizzjonijiet preċedenti li trasparenza, sorveljanza u protezzjoni tal-investitur minimi huma aktar konduttivi għall-effiċjenza tas-suq. Finalment, l-innovazzjoni rapida u l-kumplessità li qed tikber fl-istrumenti finanzjarji jenfasizzaw l-importanza ta’ livelli għoljin u aġġornati ta’ protezzjoni tal-investitur. Filwaqt li kienu ġustifikati sew matul il-kriżi finanzjarja, ir-regoli komprensivi tal-MiFID xorta waħda għandhom bżonn ta' titjib immirat iżda ambizzjuż.

Għaldaqstant, ir-reviżjoni tal-MiFID hija parti integrali tar-riformi mmirati lejn l-istabbiliment ta’ sistema finanzjarja aktar sikura, soda, trasparenti u responsabbli li taħdem għall-ekonomija u s-soċjetà sħaħ fis-sitwazzjoni ta’ wara l-kriżi finanzjarja, kif ukoll biex jiġi żgurat suq finanzjarju tal-UE aktar integrat, effiċjenti u kompetittiv[6]. Hija wkoll mezz essenzjali sabiex jitlaħaq l-impenn tal-G20[7] li jiġu indirizzati l-partijiet inqas regolati u ċari tas-sistema finanzjarja, u ttejjeb l-organizzazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta’ diversi segmenti tas-suq, speċjalment f’dawk l-istrumenti li huma negozjati l-aktar barra l-borża (OTC – “Over The Counter”)[8], li jikkumplimenta l-proposta leġiżlattiva dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet[9].

Titjib immirat huwa wkoll meħtieġ sabiex titjieb is-sorveljanza u t-trasparenza tas-swieq tad-derivati tal-komoditajiet ħalli tiġi żgurata l-funzjoni tagħhom ta' ħħeġġjar u l-iskoperta tal-prezzijiet, kif ukoll fid-dawl tal-iżviluppi fl-istrutturi tas-suq u t-teknoloġija biex tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta u l-effikaċja tas-swieq. Huma neċessarji aktar tibdiliet speċifiċi fil-qafas tal-protezzjoni tal-investituri, li jqisu l-prassi li qed jevolvu u jsostnu l-fiduċja tal-investituri.

Finalment, b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp Larosière u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-ECOFIN[10], l-UE ħadet l-impenn li timminimizza, fejn xieraq, id-diskrezzjonijiet disponibbli għall-Istati Membri fid-Direttivi tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji. Dan huwa każ komuni fl-oqsma kollha koperti mill-analiżi tal-MiFID u se jikkontribwixxi sabiex tiġi stabbilita ġabra unika tar-regoli għas-swieq finanzjarji tal-UE, jgħin sabiex jiġu żviluppati kundizzjonijiet ekwi għal kulħadd għall-Istati Membri u l-parteċipanti tas-suq, jitjiebu s-superviżjoni u l-infurzar, jonqsu l-ispejjeż għall-parteċipanti tas-suq, u jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ aċċess u titjieb il-kompetittività globali tal-industrija finanzjarja tal-UE.

Konsegwentement, il-proposta li temenda l-MiFID hija maqsuma fi tnejn. Regolament li jistabbilixxi r-rekwiżiti relatati mad-divulgazzjoni tad-dejta dwar it-trasparenza tan-negozjar lill-pubbliku u d-dejta tat-tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti, sabiex jitneħħew l-ostakli għal aċċess mhux diskrimnatorju għall-faċilitajiet ta’ kklerjar, in-negozjar mandatorju tad-derivati fiċ-ċentri tan-negozjar organizzati, u azzjonijiet superviżorji speċifiċi rigward l-istrumenti finanzjarji u l-pożizzjonijiet fid-derivati, u l-forniment ta' servizzi minn ditti ta' pajjiż terzi mingħajr fergħa. Direttiva li temenda rekwiżiti speċifiċi rigward il-forniment ta’ servizzi ta’ investiment, l-ambitu tal-eżenzjonijiet mid-Direttiva attwali, ir-rekwiżiti organizzazzjonali u tal-kondotta tad-ditti tal-investiment, ir-rekwiżiti organizzazzjonali għaċ-ċentri tan-negozjar, l-awtorizzazzjoni u l-obbligi kurrenti applikabbli għall-fornituri tas-servizzi tad-dejta, is-setgħat disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, is-sanzjonijiet, u r-regoli applikabbli għal ditti ta’ pajjiżi terzi li joperaw permezz ta' fergħa.

RIżULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATTI

L-inizjattiva hija riżultat ta’ djalogu estensiv u kontinwu mal-partijiet interessati ewlenin kollha, inklużi r-regolaturi tat-titoli, it-tipi kollha ta’ parteċipanti tas-suq inklużi l-emittenti u l-investituri fil-livell tal-konsumatur. Tqis l-opinjonijiet espressi fil-konsultazzjoni pubblika mit-8 ta’ Diċembru 2010 sat-2 ta’ Frar 2011[11], permezz ta’ seduta pubblika kbira u b’attendenza tajba fuq jumejn li saret fl-20 u l-21 ta’ Settembru 2010[12], u l-kontribuzzjonijiet li ġew mil-laqgħat estensivi ma' firxa wiesgħa ta’ gruppi ta’ partijiet interessati sa minn Diċembru 2009. Finalment, il-proposta tikkunsidra l-osservazzjonijiet u l-analiżi li jinsabu fid-dokumenti u l-pariri tekniċi ppubblikati mill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (KRET), issa l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS)[13].

Barra minn hekk, ġew ikkummissjonati żewġ studji[14] minn konsulenti esterni sabiex titħejja l-analiżi tal-MiFID. L-ewwel wieħed, mitlub mingħand PriceWaterhouseCoopers fl-10 ta’ Frar 2010 u li wasal fit-13 ta’ Lulju 2010, iffoka fuq il-ġbir tad-dejta dwar l-attivitajiet tas-suq u kwistjonijiet oħra relatati mal-MiFID. It-tieni, li sar minn Europe Economics fuq mandat mogħti fil-21 ta’ Lulju 2010 wara sejħa miftuħa għall-offerti, li wasal fit-23 ta’ Ġunju 2011 iffoka fuq analiżi tal-ispejjeż meta mqabbla mal-benefiċċji tal-għażliet politiċi diversi li jridu jiġu kkunsidrati fil-kuntest tal-analiżi tal-MiFID.

F’konformità mal-politika tagħha ta’ “Regolamentazzjoni Aħjar”, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt tal-alternattivi politiċi. L-għażliet politiċi ġew valutati fil-kuntest ta’ kriterji differenti: it-trasparenza tal-operazzjonijiet tas-suq għar-regolaturi u l-parteċipanti tas-suq, il-protezzjoni u l-fiduċja tal-investituri, il-kundizzjonijiet ekwi għaċ-ċentri tan-negozjar u s-sistemi ta’ negozjar fl-UE, u l-kosteffiċjenza, jiġifieri sa fejn l-opzjonijiet kisbu l-għanijiet fil-mira u sa fejn jiffaċilitaw l-operazzjoni tas-swieq tat-titoli b’mod kosteffikaċi u effiċjenti. Kumplessivament, l-analiżi tal-MiFID hija stmata li tiġġenera spejjeż ta’ konformità ta’ darba ta’ bejn EUR 512 u EUR732 miljun u spejjeż rikorrenti ta’ bejn EUR 312 u EUR 586 miljun. Dan jirrappreżenta l-impatti tal-ispejjeż ta’ darba u rikorrenti ta' 0.10% sa 0.15 % u 0.06 % sa 0.12 % rispettivament tan-nefqa operattiva totali tas-settur bankarju tal-UE. Dan huwa ferm inqas mill-ispejjeż imposti fi żmien it-tnedija tal-MiFID. L-impatti tal-ispiża ta’ darba tat-tnedija tal-MiFID ġew stmati għal 0.56% (banek fil-livell ta' konsumatur u tat-tfaddil) u 0.68 % (banek tal-investimenti) tan-nefqa operattiva totali filwaqt li l-ispejjeż rikorrenti tal-konformità ġew stmati għal 0.11% (banek fil-livell ta' konsumatur u tat-tfaddil) sa 0.17 % (banek tal-investimenti) tan-nefqa operattiva totali.

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Bażi legali

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 114(1) tat-TFUE li jipprovdi bażi legali għal Regolament li joħloq dispożizzjonijiet uniformi mmirati lejn il-funzjonament tas-suq intern.

Filwaqt li d-Direttiva tittratta l-aktar l-aċċess għall-attività ekonomika tan-negozji u hija bbażata fuq l-Artikolu 53 tat-TFUE, ħtieġa għal sett uniformi ta’ regoli dwar kif jitwettqu dawn l-attivitajiet ekonomiċi tiġġustifika l-użu ta’ bażi legali differenti li tippermetti l-ħolqien ta’ Regolament.

Regolament huwa neċessarju sabiex jingħataw kompetenzi speċifiċi diretti lill-AETS fl-oqsma tal-intervent fuq il-prodotti u setgħat tal-immaniġjar tal-pożizzjonijiet. Għall-oqsma ta’ trasparenza tan-negozju u r-rapportar tat-tranżazzjonijiet, l-applikazzjoni tar-regoli spiss tiddependi fuq il-limiti numeriċi u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni speċifiċi. Kwalunkwe devjazzjoni fuq livell nazzjonali twassal għal distorsjonijiet tas-suq u abritraġġ regolatorju, li jipprevjenu l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ekwi għal kulħadd. Jekk jiġi impost Regolament, dan jiżgura li dawk ir-rekwiżiti jkunu direttament applikabbli għad-ditti tal-investiment u jippromwovi kundizzjonijiet ekwi billi jipprevjeni rekwiżiti nazzjonali diverġenti bħala konsegwenza tat-traspożizzjoni ta’ Direttiva.

Ir-Regolament propost ikun jindika wkoll li, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, id-ditti tal-investiment isegwu l-istess regoli fis-swieq kollha tal-UE, minħabba qafas legali uniformi li se jtejjeb iċ-ċertezza legali u jħaffef b’mod konsiderevoli l-operazzjonijiet tad-ditti attivi f’diversi ġurisdizzjonijiet. Regolament ikun jippermetti wkoll lill-UE biex fil-ġejjieni timplimenta kwalunkwe bidla aktar malajr, peress li l-emendi jkunu jistgħu japplikaw kważi immedjatament wara l-adozzjoni. Dan jippermetti lill-UE tilħaq id-dati ta’ skadenza, miftiehma fuq livell internazzjonali, għall-implimentazzjoni kif ukoll issegwi l-iżviluppi sinifikanti tas-suq.

Sussidjarjetà u proporzjonalità

Skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà (l-Artikolu 5.3 tat-TFUE), l-azzjoni fuq livell tal-UE għandha tittieħed biss meta l-miri previsti ma jkunux jistgħu jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħidhom u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar mill-UE.

Ħafna mill-kwistjonijiet koperti mir-reviżjoni diġà huma koperti mill-qafas legali attwali tal-MiFID. Barra minn hekk, is-swieq finanzjarji huma transkonfinali min-natura tagħhom stess u dejjem qed isiru aktar hekk. Il-kundizzjonijiet skont liema l-kumpaniji u l-operaturi jistgħu jikkompetu f’dan il-kuntest, kemm rigward ir-regoli dwar it-trasparenza ta’ qabel kif ukoll ta’ wara n-negozjar, jeħtieġ li l-protezzjoni tal-investitur jew il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskju mill-parteċipanti tas-suq ikunu l-istess fuq livell transkonfinali u llum kollha jinstabu fil-qalba tal-MiFID. Issa, azzjoni hija meħtieġa fuq livell Ewropew sabiex jiġi aġġornat u modifikat il-qafas regolatorju stabbilit mill-MiFID sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji minn meta ġie implimentat. Għaldaqstant, it-titjib li diġà ġabet id-Direttiva fl-integrazzjoni u l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji u s-servizzi fl-Ewropa jissaħħu bl-aġġustamenti xierqa biex jiġi żgurat li jinkisbu l-għanijiet ta’ qafas regolatorju robust għas-suq uniku. Minħabba din l-integrazzjoni, interventi nazzjonali iżolati jkunu ferm inqas effiċjenti u jwasslu għal frammentazzjoni tas-swieq, li tirriżulta f’arbitraġġ regolatorju u distorsjoni fil-kompetittività. Pereżempju, livelli differenti ta’ trasparenza tas-suq jew il-protezzjoni tal-investitur madwar l-Istati Membri jifframmentaw is-swieq, jikkompromettu l-likwidità u l-effiċjenza, u jwasslu għal arbitraġġ regolatorju li jagħmel il-ħsara.

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) ukoll għandu jkollha rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-proposti legali l-ġodda. Waħda mill-miri tal-ħolqien tal-Awtorità Ewropea hija li jitjieb aktar il-funzjonament tas-suq uniku għas-swieq tat-titoli; huma meħtieġa regoli ġodda fuq livell tal-Unjoni sabiex jingħataw is-setgħat xierqa kollha lill-AETS.

Il-proposta tieħu f’kunsiderazzjoni sħiħa l-prinċipju tal-proporzjonalità, billi hija adegwata biex jintlaħqu l-għanijiet u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex tagħmel hekk. Hija kompatibbli mal-prinċipju tal-proporzjonalità, billi tieħu f’kunsiderazzjoni l-bilanċ xieraq tal-interess pubbliku kkonċernat u l-kosteffiċjenza tal-miżura. Ir-rekwiżiti imposti fuq il-partijiet differenti ġew ikkalibrati bir-reqqa. B’mod partikolari, il-ħtieġa għall-ibbilanċjar tal-protezzjoni tal-investitur, l-effiċjenza tas-swieq u l-ispejjeż għall-industrija kienet transversali meta ġew stabbiliti dawn ir-rekwiżiti. Pereżempju, rigward ir-regoli ta’ trasparenza l-ġodda li jistgħu jiġu applikati għall-bonds u s-swieq tad-derivati, ir-reviżjoni tisħaqq li jkun hemm reġim ikkalibrat bir-reqqa jqis il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull klassi ta’ assi u possibilment kull tip ta’ derivat.

Konformità mal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE

Fit-23 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni adottat proposti għal Regolamenti li jistabbilixxu l-ABE, l-AEAPX, u l-AETS. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tixtieq tfakkar id-Dikjarazzjonijiet relatati mal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE li għamlet meta ġie adottat ir-Regolamenti li jistabbilixxu l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej li skonthom: "Fir-rigward tal-proċess għall-adozzjoni ta' standards regolatorji, il-Kummissjoni tenfasizza l-karattru uniku tas-settur tas-servizzi finanzjarji, b'segwitu għall-istruttura Lamfalussy u rikonoxxuta espliċitament fid-Dikjarazzjoni 39 TFUE. Madankollu, il-Kummissjoni għandha dubji serji jekk ir-restrizzjonijiet fuq ir-rwol tagħha meta tkun qed tadotta atti delegati u miżuri implimentattivi humiex konformi mal-Artikoli 290 u 291 TFUE."

Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

Ġenerali – kundizzjonijiet ekwi għal kulħadd

Il-mira ewlenija tal-proposta hija li tiżgura li n-negozjar organizzat kollu jitwettaq f’ċentri tan-negozjar regolati: swieq regolati, faċilitajiet multilaterali tan-negozjar (MTFs – “multilateral trading facilities”) u faċilitajiet organizzati tan-negozjar (OTFs – “organised trading facilities”). Rekwiżiti identiċi dwar it-trasparenza ta’ qabel u wara n-negozjar se japplikaw għal dawn iċ-ċentri kollha. Bl-istess mod, ir-rekwiżiti f’termini ta’ aspetti organizzazzjonali u sorveljanza tas-suq applikabbli għat-tliet ċentri huma kważi identiċi. Dan se jiżgura kundizzjonijiet ekwi għal kulħadd fejn hemm attivitajiet li huma funzjonalment simili li jgħaqqdu flimkien interessi tan-negozju ta’ partijiet terzi. Madankollu, huwa importanti li r-rekwiżiti tat-trasparenza se jiġu kkalibrati għal tipi ta’ strumenti differenti, l-aktar tal-ekwità, il-bonds, u d-derivati, u għal tipi differenti ta’ negozjar, l-aktar tar-reġistru tal-ordnijiet u s-sistemi bbażati fuq il-kwotazzjonijiet.

Fit-tliet ċentri kollha l-operatur tal-pjattaforma huwa newtrali. Is-swieq regolati u l-faċilitajiet multilaterali tan-negozjar huma karatterizzati minn eżekuzzjoni mhux diskriminatorja tat-tranżazzjonijiet. Dan ifisser li t-tranżazzjonijiet se jitwettqu skont ir-regoli predeterminati. Jikkompetu wkoll sabiex joffru aċċess għal sħubija wiesgħa dejjem jekk jilħqu sett trasparenti ta’ kriterji.

Min-naħa l-oħra, l-operatur ta’ OTF għandu grad ta’ diskrezzjoni dwar kif titwettaq tranżazzjoni. Konsegwentement, l-operatur huwa soġġett għar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-investitur, tal-kondotta tan-negozju, u l-aqwa eżekuzzjoni għall-klijenti li jkunu qed jużaw il-pjattaforma. . Għaldaqstant, filwaqt li kemm ir-regoli tal-aċċess u dwar il-metodoloġija tal-eżekuzzjoni ta’ OTF iridu jkunu trasparenti u ċari, jippermettu lill-operatur iwettaq servizz lill-klijenti li huwa kwalittivament, jekk mhux funzjonalment, differenti mis-servizzi fornuti mis-swieq regolati u l-MTFs lill-membri u l-parteċipanti tagħhom. Xorta waħda, sabiex jiġu żgurati kemm in-newtralità tal-operatur tal-OTF rigward kull tranżazzjoni li titwettaq kif ukoll li l-ħidma dovuta lill-klijenti ma jitqegħdux f’riskju minħabba possibbiltà ta’ profit għad-detriment tagħhom, huwa meħtieġ li l-operatur tal-OTF ma jitħalliex jinnegozja bil-kapital proprjetarju tiegħu stess.

Finalment, in-negozjar organizzat jista’ jseħħ ukoll permezz ta’ internalizzazzjoni sistematika. Internalizzatur sistematiku (SI – “systematic internaliser”) jista’ jwettaq tranżazzjonijiet tal-klijenti bil-kapital proprjetarju tiegħu stess. Madanakollu, SI ma jistax jgħaqqad flimkien interessi ta’ xiri u bejgħ ta’ partijiet terzi bl-istess mod funzjonali bħal suq regolat, MTF jew OTF, u għaldaqstant, mhuwiex ċentru tan-negozjar. Regoli dwar l-aħjar eżekuzzjoni u kondotta oħra tan-negozju jkunu japplikaw, u l-klijent ikun jaf biċ-ċar meta jkun qed jinnegozja ma’ ditta tal-investimenti u meta jkun qed jinnegozja ma’ partijiet terzi. Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozju u tal-aċċess speċifiċi japplikaw għall-SIs. Mill-ġdid, ir-rekwiżiti ta’ trasparenza se jiġu kkalibrati għal tipi differenti ta’ strumenti, l-aktar tal-ekwità, il-bonds, u d-derivati u japplikaw meta inqas minn limiti speċifiċi. Għaldaqstant, kwalunkwe negozjar f’isimhom minn ditti tal-investiment ma’ klijenti, inklużi ditti oħra tal-investiment, huwa kkunsidrat barra l-borża (OTC). L-attività ta’ negozjar OTC li ma tilħaqx id-definizzjoni ta’ attività SI, sabiex issir aktar inklużiva permezz ta’ emendi għal-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni, ikollha tkun mhux sistematika u irregolari.

Estensjoni tar-regoli ta’ trasparenza għall-istrumenti simili għal strumenti tal-ekwità u indikazzjonijiet azzjonabbli tal-imgħaxijiet (it-Titolu II, il-Kapitolu 1 – l-Artikoli 3-6)

Ir-raġuni ewlenija għat-trasparenza hija li tipprovdi lill-investituri b’aċċess għall-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ negozjar attwali, tiffaċilita l-formazzjoni tal-prezzijiet u tassisti lid-ditti jipprovdu l-aħjar eżekuzzjoni għall-klijenti tagħhom. Il-MiFID stabbilixxiet regoli ta’ trasparenza, kemm ta’ qabel kif ukoll ta’ wara n-negozju li japplikaw għall-ishma ammessi għan-negozjar fis-swieq regolati, anki meta dawk l-ishma huma negozjati f’MTF jew barra l-borża (OTC).

Id-dispożizzjonijiet proposti l-ewwel jestendu r-regoli ta’ trasparenza applikabbli minn dawn l-ishma għal strumenti simili għal strumenti tal-ekwità, bħal irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-borża, ċertifikati u istrumenti finanzjarji oħra simili maħruġa minn kumpaniji. Dawn l-istrumenti huma simili għall-ishma u għaldaqstant, għandhom jiġu sottomessi għall-istess reġim ta’ trasparenza. L-estensjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza se tkopri wkoll l-indikazzjonijiet applikabbli tal-imgħaxijiet (IOIs – “actionable indications of interests”). Dan se jevita li l-IOIs ikunu jistgħu jintużaw sabiex jipprovdu informazzjoni lil grupp ta’ parteċipanti tas-suq filwaqt li jiġu esklużi oħrajn.

Konsistenza akbar fl-applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet fit-trasparenza ta’ qabel in-negozju għas-swieq tal-ekwitajiet (l-Artikolu 4)

Id-dispożizzjonijiet proposti għandhom l-għan li jagħmlu l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet tat-trasparenza ta’ qabel in-negozju aktar konsistenti u aktar koerenti. Ir-raġunijiet għall-applikazzjoni ta' l-eżenzjonijiet mill-obbligi li jiġu ppubblikati f’ħin reali l-ordinijiet u l-kwotazzjonijiet attwali għadhom validi; pereżempju, l-operazzjonijiet ta’ skala kbira jistħoqqilhom trattament speċjali biex jiġi evitat li jkollhom impatt kbir wisq fuq is-suq meta jitwettqu. Madanakollu, il-kalibrazzjoni, il-kontenut attwali u l-applikazzjoni konsistenti jridu jitjiebu. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet proposti se jobbligaw lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinformaw lill-AETS dwar l-użu ta’ eżenzjonijiet fis-swieq tagħhom u l-AETS toħroġ opinjoni dwar il-kompatibbiltà tal-eżenzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u l-atti delegati prospettivi.

Estensjoni tar-regoli ta’ trasparenza għal bonds, prodotti u derivati strutturati ta’ ffinanzjar (Titolu II, Kapitolu 2 – l-Artikoli 7-10, )

Id-dispożizzjonijiet jestendu l-prinċipji tar-regoli tat-trasparenza li sa issa kienu applikabbli biss għas-swieq tal-ekwità għal bonds, prodotti strutturati ta’ ffinanzjar, kwoti tal-emissjonijiet u derivati. Din l-estensjoni hija ġustifikata mill-fatt li l-livell eżistenti ta’ trasparenza ta’ dawn il-prodotti li, f’ħafna każi, huma negozjati OTC mhijiex dejjem ikkunsidrata biżżejjed.

Id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu rekwiżiti ġodda kemm għat-trasparenza ta’ qabel kif ukoll ta’ wara n-negozjar għal dawn l-erba’ gruppi ta’ strumenti. Ir-rekwiżiti tat-trasparenza se jkunu l-istess fit-tliet ċentri tan-negozjar, is-Suq Regolat, l-MTF u l-OTF, iżda se jiġu kkalibrati skont l-istrumenti negozjati. L-eżenzjonijiet se jiġi definiti fl-atti ddelegati.

Għas-swieq regolati, ir-rekwiżiti ta’ trasparenza se jestendu għal bonds, prodotti strutturati ta’ ffinanzjar, kwoti tal-emissjonijiet u derivati ammessi għan-negozjar. Għall-MTFs u l-OTFs se jestendu għal bonds u prodotti strutturati ta’ ffinanzjar ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li għalihom ġie ppubblikat prospektus u għall-kwoti tal-emissjonijiet u d-derivati negozjati fl-MTFs u l-OTFs.

Rigward ir-rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozju, l-awtoritajiet kompetenti l-ewwel se jkunu jistgħu jużaw eżenzjoni għal tip speċifiku ta’ strumenti abbażi ta' mudell tas-suq, likwidità jew kriterji relevanti oħrajn. Se jkunu jistgħu japplikaw ukoll sett ta’ eżenzjonijiet differenti sabiex jeżentaw xi tranżazzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ trasparenza. Fiż-żewġ każijiet, rigward l-ekwitajiet, l-awtoritajiet kompetenti se jkollhom jinnotifikaw lill-AETS dwar l-intenzjoni li jintużaw eżenzjonijiet u l-AETS se tagħti opinjoni dwar il-kompatibbiltà tal-eżenzjoni mar-rekwiżiti legali. Il-format u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni ta’ qabel in-negozju li jridu jiġu provduti kif ukoll l-eċċezzjoni u l-eżenzjonijiet għal dawn ir-rekwiżiti se jiġi definiti fl-atti ddelegati.

Rigward it-trasparenza ta’ wara n-negozjar, id-dispożizzjonijiet proposti jagħtu l-possibbiltà għal pubblikazzjoni differita f’ċerti każijiet, jiddependi mid-daqs jew it-tip ta’ tranżazzjonijiet. B’mod simili għal ta’ qabel in-negozjar, l-ambitu tal-informazzjoni kif ukoll tal-kundizzjonijiet għall-pubblikazzjoni differita se jiġi stabbilit mill-atti ddelegati.

Konsolidazzjoni tad-dejta akbar u aktar effiċjenti (Titolu II, Kapitolu 3 – l-Artikoli 11, 12)

Il-qasam tad-dejta tas-suq f’termini ta’ kwalità, foramt, spejjeż u abbiltà għall-konsolidazzjoni huwa fundamentali sabiex ikun sostnut il-prinċipju ewlieni tal-MiFID rigward it-trasparenza, il-kompetizzjoni u l-protezzjoni tal-investitur. Id-dispożizzjonijiet proposti fir-Regolament u d-Direttiva jġibu magħhom numru ta’ bidliet fundamentali f’dan il-qasam.

Fir-Regolament, se jikkontribwixxu għal tnaqqis tal-ispejjeż tad-dejta billi jitolbu liċ-ċentri tan-negozjar, jiġifieri s-swieq regolati, l-MTFs jew l-OTFs sabiex jagħmlu disponibbli l-informazzjoni ta’ wara n-negozjar mingħajr ħlas 15-il minuta wara t-twettiq tat-tranżazzjoni, sabiex joffru dejta ta’ qabel u ta’ wara n-negozjar b’mod separat, u billi jagħtu l-possibbiltà lill-Kummissjoni sabiex permezz ta’ atti ddelegati tiċċara dwar x’jikkostitwixxi bażi kummerċjali raġonevoli.

Dan ir-Regolament jeħtieġ ukoll lid-ditti tal-investiment jippubblikaw in-negozjar li jitwettaq barra ċ-ċentri tan-negozjar permezz ta’ Arranġamenti Pubbliċi Approvati li ser ikunu wkoll regolati fid-Direttiva. Dan għandu jtejjeb b’mod sinifikanti l-kwalità tad-dejta dwar l-OTC u konsegwentement jiffaċilita l-konsolidazzjoni tagħha.

Trasparenza għad-ditti tal-investiment li jinnegozjaw OTC inklużi l-internalizzaturi sistematiċi (Titolu III – l-Artikoli 13-20)

Sabiex jiġu sostnuti kundizzjonijiet ekwi għal kulħadd, tiġi appoġġjata l-iskoperta tal-prezzijiet fis-suq kollu, u jiġu protetti l-investituri fil-livell tal-konsumatur, huma proposti regoli ta’ trasparenza speċifiċi għad-ditti tal-investiment li jaġixxu bħala internalizzatur sistematiku. Ir-regoli ta’ trasparenza eżistenti għall-internalizzaturi sistematiċi se japplikaw għall-ishma u l-istrumenti simili għal strumenti tal-ekwità, filwaqt li dispożizzjonijiet ġodda jiġu introdotti għal bonds, prodotti strutturati ta’ ffinanzjar ammessi għan-negozjar fis-suq regolat jew li għalihom ġie ppubblikat prospektus, kwoti tal-emissjonijiet u derivati li huma eliġibbli għall-ikklerjar jew li huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li huma negozjati f’MTF jew OTF. Barra minn hekk, għal ishma u strumenti simili għal strumenti tal-ekwità, ġie introdott daqs ta’ kwotazzjoni minimu, u huma meħtieġa kwotazzjonijiet bidirezzjonali. Huma proposti regoli ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar identiċi għal dawk applikabbli għal negozjar li jsir fiċ-ċentri tan-negozjar li japplikaw għall-ishma kollha inklużi l-istrumenti simili għal strumenti tal-ekwità, kif ukoll għal bonds u prodotti strutturati ta’ ffinanzjar li għalihom ġie ppubblikat prospektus, għal kwoti tal-emissjonijiet u għal derivati li huma ammessi għan-negozjar f'suq regolat jew negozjati fuq MTF jew OTF, kif ukoll għal derivati li huma eliġibbli għall-ikklerjar jew li huma rrapportati f’repożitorju tan-negozju.

Irrapportar tat-tranżazzjonijiet (Titolu IV – l-Artikoli 21-23)

Ir-rapportar tat-tranżazzjonijiet skont il-MiFID jippermetti lis-superviżuri jimmonitorjaw l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment u jiżgura konformità mal-MiFID u jimmonitorjaw għall-abbużi skont id-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq (MAD – “Market Abuse Directive”). Ir-rapportar tat-tranżazzjonijiet huwa utli wkoll għal monitoraġġ ġenerali tas-suq. Id-dispożizzjonijiet li huma proposti se jtejbu l-kwalità tar-rapportar tat-tranżazzjonijiet f’għadd ta’ aspetti.

Se jkun meħtieġ li t-tranżazzjonijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji jiġu rrapportati għand l-awtoritajiet kompetenti, għajr it-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji li mhumiex innegozjati b’mod organizzat u li mhumiex suxxettebbli għall-abbuż tas-suq u ma jistgħux jintużaw għal skopijiet abbużivi. L-awtoritajiet kompetenti se jkollhom aċċess sħiħ għar-rekords fl-istadji kollha fl-proċess tal-eżekuzzjoni tal-ordni, mid-deċiżjoni inizjali tan-negozjar, sat-twettiq tagħha.

L-ewwel nett, l-emendi joħolqu obbligu ġdid għas-swieq regolati, l-MTFs u l-OTFs biex jaħżnu dejta dwar l-ordni b’mod aċċessibbli għas-superviżuri għal tal-inqas 5 snin. Dan se jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw għal tentattivi ta’ abbuż tas-suq kif ukoll għal manipulazzjoni tar-reġistru tal-ordnijiet. Se jkun meħtieġ li l-informazzjoni maħżuna jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa wkoll għat-tranżazzjonijiet irrapportati, l-aktar inkluża l-identifikazzjoni tal-klijent, u tal-persuni responsabbli mit-twettiq tat-tranżazzjoni, pereżempju n-negozjanti, jew l-algoritmi tal-kompjuter.

It-tieni nett, l-ambitu tar-rapportar tat-tranżazzjonijiet li sa issa kien limitat għal strumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar f’suq regolat, inklużi tranżazzjonijiet fi strument bħal dan li jitwettqu barra s-suq, se jkun sostanzjalment estiż u għaldaqstant, allinjat mal-ambitu tar-regoli dwar l-abbuż tas-suq. L-uniċi strumenti li r-rekwiżit mhux ser ikun jgħodd għalihom se jkunu (i) l-istrumenti mhux ammessi għan-negozjar u li lanqas ma jkunu negozjati f’MTF jew OTF, (ii) l-istrumenti li l-valur tagħhom ma jiddependix fuq dak tal-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar jew innegozjati f’MTF jew OTF, (iii) l-istrumenti li n-negozjar tagħhom ma jistax ikollu impatt fuq strument ammess għan-negozjar jew fuq strument innegozjat f’MTF jew OTF.

It-tielet nett, minn naħa waħda d-dispożizzjonijiet ser itejbu l-kwalità tar-rapportar, billi jipprovdu għal identifikazzjoni aħjar tal-klijenti li d-ditta tal-investimenti wettqet it-tranżazzjoni f’isimhom u l-persuni responsabbli mit-twettiq tagħha, u min-naħa l-oħra, is-swieq regolati, l-MTFs u l-OTFs ser ikunu meħtieġa jirrapportaw id-dettalji tat-tranżazzjonijiet imwettqa mid-ditti li mhumiex soġġetti għall-obbligi ġenerali ta’ rapportar. Barra minn hekk, f’termini ta’ kwalità, id-dispożizzjonijiet proposti se jkunu jeħtieġu li r-rapportar isir permezz ta’ mekkaniżmi ta’ rapportar approvati mill-awtoritajiet kompetenti, skont id-Direttiva.

Sabiex ir-rapporti tat-tranżazzjonijiet u l-informazzjoni maħżuna tal-ordni jidentifikaw lill-klijent u lil dawk responsabbli mit-twettiq tat-tranżazzjoni, inklużi l-algoritmi tal-kompjuer, id-ditti tal-investiment se jkunu meħtieġa jgħaddu din l-informazzjoni meta jibagħtu ordni lil ditta oħra. F’każ li ma jkunux jixtiequ jgħaddu din l-informazzjoni lil ditti oħra, se jkollhom ukoll l-għażla li jirrapportaw ordni daqslikieku kienet tranżazzjoni.

Ir-raba’ nett, għal raġunijiet ta’ spejjeż u effiċjenza, għandhom jiġu evitati r-rapportar doppju ta’ negozjati skont il-MiFID u r-rekwiżiti tar-rapportar proposti reċentement għar-repożitorji tan-negozju (EMIR – “European market infrastructure regulation”). Għaldaqstant, ir-repożitorji tan-negozju se jkunu meħtieġa jittrażmettu rapporti lill-awtoritajiet kompetenti.

Finalment, jekk dawn il-bidliet juru li mhumiex biżżejjed sabiex tinkiseb ħarsa ġenerali sħiħa u preċiża tal-attività ta’ negozjar u l-pożizzjonijiet individwali, klawżola ta’ reviżjoni tistipola li, sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tintroduċċi miżuri li jeħtieġu li r-rapportar mid-ditti tal-investiment imorr direttament f'sistema magħżula mill-AETS.

Negozjar ta’ derivati (it-Titolu V – l-Artikoli 24-27)

Bħala parti mill-isforzi sinifikanti li għaddejjin sabiex jitjiebu l-istabbiltà, it-trasparenza u s-sorveljanza tas-swieq tad-derivati OTC, il-G20 qablu li n-negozjar f’derivati OTC standardizzati għandu jibda jsir f'boroż jew pjattaformi elettroniċi ta’ negozjar fejn xieraq.

B’konsistenza mar-rekwiżiti diġà proposti mill-Kummissjoni (EMIR) sabiex jiżdied l-ikklerjar ċentrali ta’ derivattivi OTC, id-dispożizzjonijiet proposti f’dan ir-Regolament se jeħtieġu li n-negozjar f’derivati żviluppati kif xieraq iseħħ biss fi pjattaformi eliġibbli, jiġifieri fis-swieq regolati, fl-MTFs jew fl-OTFs. Dan l-obbligu se jiġi impost kemm fuq il-kontropartijiet finanzjarji kif ukoll fuq dawk mhux finanzjarji li jaqbżu l-limitu ta’ kklerjar fl-EMIR. Id-dispożizzjonijiet iħallu f’idejn il-Kummissjoni u l-AETS il-kompitu biex permezz ta’ standards tekniċi jiddefinixxu l-lista ta’ derivati eliġibbli għal dan l-obbligu, billi tiġi kkunsidrata l-likwidità tal-istrument speċifiku.

Aċċess mhux diskriminatorju għall-ikklerjar (it-Titolu VI - l-Artikoli 28-30)

Minbarra r-rekwiżiti fid-Direttiva 2004/39/KE li jipprevjenu lill-Istati Membri milli jillimitaw l-aċċess mingħajr raġuni għall-infrastruttura ta’ wara n-negozjar, bħal kontroparti ċentrali (CCP - central counterparty) u arranġamenti ta’ saldu, huwa neċessarju li dan ir-Regolament ineħħi diversi ostakoli kummerċjali oħrajn li jistgħu jintużaw sabiex jipprevjenu l-kompetizzjoni fl-ikklerjar ta’ strumenti finanzjarji. L-ostakoli jistgħu jirriżultaw minn kontropartijiet ċentrali li ma jfornux servizzi ta’ kklerjar għal ċerti ċentri tan-negozjar, ċentri tan-negozjar li ma jipprovdux flussi ta’ dejta lil clearers potenzjalment ġodda jew billi informazzjoni dwar il-valuri referenzjarji jew indiċijiet ma jiġux ipprovduti lil clearers jew lil ċentri tan-negozjar.

Id-dispożizzjonijiet proposti se jipprojbixxu prattiki diskriminatorji u jipprevjenu ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-kompetizzjoni għall-ikklerjar tal-istrumenti finanzjarji. Dan se jżid il-kompetizzjoni għall-ikklerjar tal-istrumenti finanzjarji sabiex jonqsu l-ispejjeż tal-investiment u tat-teħid ta' self, jiġu eliminati l-ineffiċjenzi u titrawwem l-innovazzjoni fis-swieq Ewropej.

Superviżjoni tal-prodotti u l-pożizzjonijiet (it-Titolu VII, l-Artikoli 31-35)

Minbarra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-superviżjoni Finanzjarja tal-UE (10 ta’ Ġunju 2009), kien hemm qbil ġenerali li l-effikaċja tas-superviżjoni u l-infurzar trid tiżdied u li wara l-kriżi l-awtoritajiet kompetenti jridu jingħataw setgħat speċifiċi ġodda, partikolarment f’termini ta’ abbiltà ta’ skrutinju ta’ prodotti u servizzi li jkunu qed jiġu offruti.

L-ewwel nett, l-emendi proposti se jżidu ħafna s-superviżjoni tal-prodotti u s-servizzi billi minn naħa jintroduċu possibbiltajiet għall-awtoritajiet kompetenti biex b’koordinazzjoni mal-AETS jistipulaw projbizzjonijiet permanenti fuq prodotti jew attivitajiet jew prattiċi finanzjarji, u min-naħa l-oħra għall-AETS biex hi wkoll temporanjament tipprojbixxi prodotti u servizzi. Din il-projbizzjoni tkun tista' tikkonsisti minn projbizzjoni jew restrizzjoni fuq il-kummerċjalizzazzjoni jew bejgħ ta’ strumenti finanzjarji jew fuq xi prassi jew fuq persuni involuti fl-attività speċifika. Id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu kundizzjonijiet speċifiċi għall-attivazzjoni ta’ dawn iż-żewġ projbizzjonijiet, li l-aktar li jistgħu jseħħu huwa meta jkun hemm tħassib dwar il-protezzjoni tal-investitur, jew theddid għall-funzjonament ordinat tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

It-tieni nett, flimkien mas-setgħat proposti fid-Direttiva reveduta li jagħtu l-possibbiltà lill-awtoritajiet kompetenti jikkontrollaw il-pożizzjonijiet inkluż l-istipular ta’ limiti tal-pożizzjonijiet, id-dispożizzjonijiet proposti fir-Regolament jintroduċu rwol għall-AETS biex tikkoordina l-miżuri meħuda fuq livell nazzjonali. Tagħti wkoll setgħat speċifiċi lill-AETS biex timmaniġj jew tillimita l-pożizzjonijiet tal-parteċipanti tas-suq. Id-dispożizzjonijiet proposti jistabbilixxu kundizzjonijiet preċiżi sabiex iseħħ dan, l-aktar f’termini ta’ theddida għall-funzjonament ordinat tas-swieq jew għall-arranġamenti ta’ konsenja għal komoditajiet fiżiċi, jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni.

Kwoti tal-emissjonijet (Artikolu 1)

B'differenza min-negozjar fid-derivati, swieq spot sekondarji fil-kwoti tal-emissjonijiet tal-UE (EUAs) ftit li xejn huma rregolati. Seħħet firxa ta' prattiċi frawdalenti fis-swieq spot li tista' thedded il-fiduċja fl-iskema tan-negozjar tal-emissjonijiet (ETS - Emissions Trading Scheme), stabbilita mid-Direttiva tal-UE dwar l-ETS[15]. Flimkien mal-miżuri fid-Direttiva ETS tal-UE biex tissaħħaħ is-sistema tar-reġistri tal-EUA u l-kundizzjonijiet biex jinfetaħ kont tan-negozjar fl-EUAs, il-proposta tissoġġetta s-suq kollu tal-EUA għar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji. Kemm is-swieq spot kif ukoll dawk tad-derivati jkunu jaqgħu taħt superviżur wieħed. Ikunu japplikaw kemm l-MiFID kif ukoll id-Direttiva 2003/6/KE dwar l-abbuż tas-suq, b'hekk titjieb is-sigurtà tas-suq b'mod komprensiv mingħajr ma jkun hemm interferenza mal-għan tiegħu, li jibqa' dak li jitnaqqsu l-emissjonijiet. Aktar minn hekk, dan ser jiżgura l-koerenza mar-regoli li diġà japplikaw għad-derivati tal-EUA u jwassal għal aktar sigurtà peress li l-banek u d-ditti tal-investiment, entitajiet li huma obbligati jimmonitorjaw l-attività tan-negozju għall-frodi, l-abbuż u l-ħasil tal-flus, jieħdu rwol akbar fl-approvazzjoni ta' negozjanti spot prospettivi.

Forniment ta' servizzi tal-investiment minn ditti minn pajjiżi terzi mingħajr fergħa (it-Titolu VIII – l-Artikoli 36-39)

Il-proposta toħloq qafas armonizzat biex jingħata aċċess għas-swieq tal-UE lil ditti u operaturi tas-suq ibbażati f'pajjiżi terzi biex tingħeleb il-frammentazzjoni attwali fir-reġimi nazzjonali ta' pajjiżi terzi u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-atturi tas-servizzi finanzjarji kollha fit-territorju tal-UE. Il-proposta tintroduċi reġim ibbażat fuq valutazzjoni preliminari tal-ekwivalenza mill-Kummissjoni tal-ġurisdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi. Ditti minn pajjiżi terzi li fil-konfront tagħhom tkun ittieħdet deċiżjoni tal-ekwivalenza jkunu jistgħu jitolbu biex jibdew jipprovdu servizzi fl-Unjoni. Il-forniment ta' servizzi lil klijenti fil-livell ta' konsumatur tkun teħtieġ l-istabbiliment ta' fergħa; id-ditta minn pajjiż terz għandha tiġi awtorizzata fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa u f'xi oqsma l-fergħa tkun soġġetta għar-rekwiżiti tal-UE (rekwiżiti organizzazzjonali, regoli tal-kondotta tan-negozju, konflitti ta' interess, trasparenza u oħrajn). Il-forniment ta' servizzi lil kontrapartijiet eliġibbli ma jkunx jeħtieġ l-istabbiliment ta' fergħa; ikun jistgħu jipprovduhom ditti minn pajjiż terz bil-kundizzjoni li jkollhom reġistrazzjoni AETS. Ikunu superviżati fil-pajjiż tagħhom. Ikun meħtieġ ftehim ta' kooperazzjoni adegwat bejn is-superviżuri fil-pajjiżi terzi u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-AETS.

IMPLIKAZZJONI BAġITARJA

L-implikazzjonijiet speċifiċi tal-proposta għall-baġit huma relatati mal-kompitu allokat lill-AETS kif speċifikat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji leġiżlattivi mehmuża ma’ din il-proposta. Fid-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża ma’ din il-proposta huma vvalutati wkoll l-implikazzjonijiet baġitarji speċifiċi għall-Kummissjoni.

Il-proposta għandha implikazzjonijiet għall-baġit tal-Komunità.

2011/0296 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament [EMIR] dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tan-negozju

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[16],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

1. Il-kriżi finanzjarja esponiet dgħjufijiet fit-trasparenza tas-swieq finanzjarji. Għaldaqstant, it-tisħiħ tat-trasparenza huwa wieħed mill-prinċipji kondiviżi għat-tisħiħ tas-sistema finanzjarja kif ikkonfermat mid-dikjarazzjoni tal-G20 f’Londra fit-2 ta’ April 2009. Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza u jitjieb il-funzjonament tas-suq intern għall-istrumenti finanzjarji, għandu jiġi implimentat qafas ġdid li jistabbilixxi rekwiżiti uniformi għat-trasparenza tat-tranżazzjonijiet fis-swieq għall-istrumenti finanzjarji. Il-qafas għandu jistabbilixxi regoli komprensivi għal firxa wiesgħa ta’ strumenti finanzjarji. Għandu jikkumplimenta r-rekwiżiti għat-trasparenza tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet fir-rigward tal-ishma stabbiliti fid-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004.

2. Il-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Superviżjoni Finanzjarja fl-UE ppresedut minn Jacques de Larosière stieden lill-Unjoni sabiex tiżviluppa sett aktar armonizzat ta' regolamenti finanzjarji. Fil-kuntest tal-arkitettura tas-superviżjoni Ewropea tal-ġejjieni, il-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta’ Ġunju 2009 enfasizza wkoll il-ħtieġa li tiġi stabbilita ġabra Ewropea waħda tar-regoli applikabbli għall-istitzzjonijiet finanzjarji kollha fis-Suq Uniku.

3. Konsegwentement, il-leġiżlazzjoni l-ġdida għandha tikkonsisti f’żewġ strumenti legali differenti, Direttiva u dan ir-Regolament. Flimkien, iż-żewġ strumenti legali għandhom jifformaw il-qafas legali li jikkontrolla r-rekwiżiti applikabbli għad-ditti tal-investiment, is-swieq regolati u l-fornituri tas-servizzi ta’ rapportar tad-dejta. Għaldaqstant dan ir-Regolament għandu jinqara flimkien mad-Direttiva. Il-ħtieġa li tiġi stabbilita ġabra waħda ta' regoli għall-istituzzjonijiet kollha fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti u li jiġi evitat il-potenzjal tal-arbitraġġ regolatorju kif ukoll li tiġi pprovduta aktar ċertezza legali u anqas kumplessità regolatorja għall-parteċipanti tas-suq tiġġustifika l-użu ta’ bażi legali li tippermetti għall-ħolqien ta’ Regolament. Sabiex jitneħħew l-ostakli li fadal għan-negozju u d-distorzjonijiet sinifikanti fil-kompetizzjoni li jirrizultaw mid-diverġenzi bejn il-liġijiet nazzjonali u jiġi prevenut kwalunkwe ostaklu ulterjuri probabbli għan-negozju u distorzjonijiet sinifikanti fil-kompetizzjoni milli jinħolqu, huwa meħtieġ li jiġi adottat Regolament li jistabbilixxi regoli uniformi applikabbli fl-Istati Membri kollha. Dan l-att applikabbli direttament jimmira biex jikkontribwixxi b'mod effettiv lejn il-funzjonament bla intoppi tas-suq intern u għandu, konsegwentament, ikun ibbażat fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 114 tat-TFUE, kif interpretat skont il-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

4. Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 tistabbilixxi regoli sabiex in-negozjar fl-ishma ammessi għan-negozjar isir f’suq regolat qabel u wara n-negozjar ikun trasparenti u għar-rapportar lill-awtoritajiet kompetenti ta’ tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar f’suq regolat; id-Direttiva teħtieġ tiġi riformulata sabiex tirrefletti kif xieraq l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex tindirizza d-dgħjufijiet u sabiex tagħlaq il-lakuni li kienu fost l-oħrajn esposti matul il-kriżi tas-suq finanzjarju.

5. Id-dispożizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżiti tan-negozjar u tat-trasparenza regolatorja jeħtiġilhom jieħdu l-forma ta’ liġi applikabbli direttament applikata għad-ditti tal-investiment kollha li għandhom isegwu regoli uniformi fis-swieq kollha tal-Unjoni, sabiex ikun hemm applikazzjoni uniformi ta’ qafas regolatorju wieħed, sabiex isaħħu l-fiduċja fit-trasparenza tas-swieq madwar l-Unjoni, inaqqsu l-kumplessità regolatorja u l-ispejjeż tal-konformità tad-ditti, speċjalment għall-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fuq bażi transkonfinali, u jikkontribwixxu għat-tneħħija tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. L-adozzjoni ta' Regolament li jiżgura applikabbiltà diretta hija l-aktar adattata biex tilħaq dawn l-għanijiet regolatorji u tiżgura kundizzjonijiet uniformi billi tipprevjeni rekwiżiti nazzjonali diverġenti bħala konsegwenza ta' traspożizzjoni ta’ direttiva.

6. Għandhom jiġu introdotti u allenjati ma' xulxin mill-qrib definizzjonijiet ta' suq u MTF regolati biex jirriflettu l-fatt li jirrappreżentaw l-istess funzjonalità organizzata ta' negozjar. Id-definizzjonijiet għandhom jeskludu sistemi bilaterali fejn ditta tal-investiment tidħol għal kull biċċa negozju f'isimha stess, anki bħala kontraparti bla riskju interposta bejn il-bejjiegħ u x-xerrej. It-terminu 'sistema' jinkludi dawk is-swieq kollha li huma magħmula minn sett ta' regoli u pjattaforma tan-negozjar kif ukoll dawk li jiffunzjonaw biss abbażi ta' sett ta' regoli. Swieq u MTFs irregolati mhumiex obbligati joperaw sistema 'teknika' għal ordinijiet li jaqblu. Suq li huwa magħmul biss minn sett ta' regoli li jirregolaw aspetti relatati mas-sħubija, ammissjoni ta' strumenti għan-negozjar, negozjar bejn il-membri, rappurtar u fejn applikabbli obbligi ta' trasparenza huwa suq jew MTF regolat skont it-tifsira ta' din id-Direttiva u tranżazzjonijiet li jsiru skont dawn ir-regoli jitqiesu li saru skont is-sistemi ta' suq regolat jew MTF. It-terminu 'interessi ta’ xiri u bejgħ' għandu jinftiehem f'sens wiesa' u jinkludi ordnijiet, kwotazzjonijiet u indikazzjonijiet ta' interess. Ir-rekwiżit li l-interessi jinġiebu flimkien fis-sistema permezz ta' regoli nondiskriminatorji stipulati mill-operatur tas-sistema jfisser li jinġiebu flimkien skont ir-regoli tas-sistema jew permezz tal-protokolli jew il-proċeduri operazzjonali interni tas-sistema (fosthom proċeduri integrati f'softwer tal-kompjuter). It-terminu 'regoli nondiskriminatorji' ifisser li dawn ir-regoli ma jħallu l-ebda diskrezzjoni lid-ditta tal-investiment li topera MTF dwar kif l-interessi jistgħu jinteraġixxu. Id-definizzjonijiet jeħtieġu li l-interessi jinġiebu flimkien b'mod li jwasslu għal kuntratt, biex b'hekk l-eżekuzzjoni sseħħ skont ir-regoli tas-sistema jew permezz tal-protokolli jew il-proċeduri operazzjonali interni tas-sistema.

7. Sabiex is-swieq Ewropej isiru aktar trasparenti u biex il-kundizzjonijiet bejn id-diversi ċentri li joffru servizzi ta' negozjar isiru ekwi huwa neċessarju li tkun introdotta kategorija ġdida ta' faċilità organizzata ta' negozjar (organised trading facility - OTF). Din il-kategorija ġdida tkun iddefinita b'mod wiesa' ħalli issa u fil-futur tkun tista' tkopri t-tipi kollha ta' eżekuzzjonijiet organizzati u arranġamenti ta' negozjar li ma jikkorrispondux għall-funzjonalitajiet jew l-ispeċifikazzjonijiet regolatorji taċ-ċentri eżistenti. Konsegwentament jeħtieġ li jiġu applikati rekwiżiti organizzazzjonali xierqa u regoli trasparenti li jsostnu l-iskoperta effiċjenti tal-prezzijiet. Il-kategorija l-ġdida tinkludi sistemi ta' broker crossing, li jistgħu jiġu deskritti bħala sistemi elettroniċi interni ta' tqabbil operati minn ditta tal-investiment li jeżegwixxu l-ordnijiet tal-klijenti fil-konfront ta' ordnijiet ta' klijenti oħra. Il-kategorija l-ġdida tinkludi wkoll sistemi eleġibbli għan-negozjar ta' derivati eleġibbli għall-ikklerjar u likwidi biżżejjed. Ma għandhiex tinkludi faċilitajiet fejn ma tkunx qed isseħħ eżekuzzjoni jew arranġament ġenwin ta' negozju, bħal bords tal-avviżi użati għar-reklamar ta' interessi ta' xiri jew bejgħ, entitajiet oħra li jaggregaw jew jippuljaw interessi potenzjali ta' xiri jew bejgħ, jew servizzi elettroniċi ta' konferma wara n-negozjar.

8. Din il-kategorija ġdida ta' faċilità organizzata ta' negozjar ser tikkumplimenta t-tipi eżistenti ta' ċentri tan-negozjar. Filwaqt li swieq irregolati u l-faċilitajiet multilaterali ta' negozjar huma karatterizzati minn eżekuzzjoni nondiskriminatorja tat-tranżazzjonijiet, l-operatur ta' faċilità organizzata ta' negozjar għandu jkollu d-diskrezzjoni fuq kif tiġi eżekwita tranżazzjoni. Konsegwentament, ir-regoli tal-kondotta tan-negozju, l-aħjar eżekuzzjoni u l-maniġġ tal-ordnijiet tal-klijenti għandhom japplikaw għat-tranżazzjonijiet imwettqa f'OTF operata minn ditta tal-investiment jew operatur tas-suq. Madankollu, minħabba li OTF tikkostitwixxi pjattaforma ġenwina ta' negozjar, l-operatur tal-pjattaforma għandu jkun newtrali. Għalhekk, l-operatur ta' OTF ma għandu jitħalla jeżekwixxi l-ebda tranżazzjoni fl-OTF bejn interessi ta' xiri jew bejgħ ta' partijiet terzi multipli, inklużi ordnijiet ta' klijenti miġbura flimkien fis-sistema bil-kapital proprjetarju tiegħu stess. Dan jeskludihom ukoll milli jaġixxu bħala internalizzaturi sistematiċi fl-OTF operata minnhom.

9. In-negozjar organizzat kollu għandu jitwettaq f’ċentri tan-negozjar regolati u jkunu kompletament trasparenti, kemm qabel kif ukoll wara n-negozjar. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti ta’ trasparenza għandhom japplikaw għat-tipi kollha ta’ ċentri tan-negozjar, u għall-istrumenti finanzjarji kollha negozjati fihom.

10. In-negozjar f’irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati, strumenti finanzjarji simili u ishma għajr dawk ammessi għan-negozjar f’suq regolat ħafna drabi iseħħ bl-istess mod, u jilħaq għan ekonomiku kważi identiku, bħan-negozjar f’ishma ammessi għan-negozjar f’suq regolat. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet ta’ trasparenza applikabbli għall-ishma ammessi għan-negozjar fi swieq regolati għandhom jiġu estiżi għal dawn l-istrumenti.

11. Filwaqt li, fil-prinċipju, ir-rikonoxximent tal-ħtieġa għal reġim ta’ eżenzjonijiet minn trasparenza ta’ qabel in-negozju sabiex jiġi appoġġjat il-funzjonament effiċjenti tas-swieq, id-dispożizzjonijiet ta’ eżenzjoni attwali għall-ishma attwalment applikabbli fuq il-bażi tad-Direttiva 2004/39/KE u r-Regolament (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimentaw id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta’ investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva[17], jeħtieġu li jiġu skrutinizzati rigward l-adegwatezza tagħhom f’termini ta' ambitu u kundizzjonijiet applikabbli. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-eżenzjonijiet mit-trasparenza ta’ qabel in-negozju f’ishma u eventwalment strumenti simili oħrajn u prodotti mhux tal-ekwità għal mudelli speċifiċi tas-suq u tipi u daqs ta' ordnijiet, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) għandha tivvaluta l-kompatibbiltà tat-talbiet individwali għall-applikazzjoni ta’ eżenzjoni ma’ dan ir-Regolament u ma’ atti ddelegati futuri. Il-valutazzjoni tal-AETS għandha tkun fil-format ta’ opinjoni skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Barra minn hekk, l-eżenzjonijiet li jeżistu diġà għall-ishma għandhom jiġu reveduti mill-AETS f’perjodu ta’ żmien xieraq u għandha ssir valutazzjoni, li ssegwi l-istess proċedura, dwar jekk għadhomx konformi mar-regoli f’dan ir-Regolament u l-atti ddelegati futuri.

12. Il-kriżi finanzjarja esponiet dgħjufijiet speċifiċi fil-mod kif issir disponibbli l-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ negozjar u l-prezzijiet fl-istrumenti finanzjarji għajr l-ishma għall-parteċipanti tas-suq, l-aktar f’termini ta’ żmien, granularità, aċċess ekwu, u affidabbiltà. Għaldaqstant, għandhom jiġu introdotti rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel u wara n-negozjar li jikkunsidraw il-karatteristiċi differenti u l-istrutturi tas-suq ta’ tipi speċifiċi ta’ strumenti għajr l-ishma. Sabiex ikun provdut qafas tat-trasparenza b’sod għall-istrumenti relevanti kollha, dawn għandhom japplikaw għal bonds u prodotti finanzjarji strutturati bi prospektus jew li huma ammessi għan-negozjar jew f’suq regolat jew li huma negozjati f’faċilità multilaterali tan-negozjar (MTF) jew f’faċilità organizzata tan-negozjar (OTF), għal derivati li huma negozjati jew ammessi għan-negozjar fi swieq regolati, f’MTFs u OTFs jew li huma kkunsidrati eliġibbli għall-ikklerjar ċentrali, kif ukoll, fil-każ ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar, għal derivati rrapportati f’repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Għaldaqstant, ikunu barra l-ambitu tal-obbligi ta’ trasparenza biss dawk l-istrumenti finanzjarji li huma purament negozjati OTC u li jitqiesu li huma partikolarment illikwidi jew li huma personalizzati fid-disinn tagħhom.

13. Huwa neċessarju li jiġi introdott livell xieraq ta’ trasparenza tan-negozjar fis-swieq għal bonds, prodotti finanzjarji strutturati u derivati sabiex tiġi megħjuna l-valwazzjoni tal-prodotti kif ukoll l-effiċjenza tal-formazzjoni tal-prezz. Il-prodotti finanzjarji strutturati għandhom jinkludu l-aktar garanziji sostnuti b'assi kif definiti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 809/2004, li jinkludu fost l-oħrajn obbligi ta’ dejn kollateralizzati.

14. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet applikabbli uniformi bejn iċ-ċentri tan-negozjar, għandhom japplikaw l-istess rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel u wara n-negozjar għat-tipi differenti ta’ ċentri. Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza għandhom jiġu kalibrati għal tipi differenti ta’ strumenti, inklużi tal-ekwità, il-bonds u d-derivati, u għal tipi differenti ta’ negozjar, inkluż ir-reġistru tal-ordnijiet u s-sistemi mmotivati mill-kwotazzjonijiet kif ukoll sistemi ta' senserija ibrida u bil-vuċi u jitqiesu l-ħruġ, id-daqs tat-tranżazzjoni u l-karatteristiċi tas-swieq nazzjonali.

15. Sabiex jiġi żgurat li n-negozjar li jitwettaq OTC ma jheddidx l-iskoperta effiċjenti tal-prezzijiet jew kundizzjonijiet ekwi u trasparenti għal kulħadd bejn il-mezzi ta’ negozjar, ir-rekwiżiti ta’ trasparenza xierqa ta’ qabel in-negozjar għandhom japplikaw għad-ditti tal-investiment li jinnegozjaw f’isimhom stess fl-istrumenti finanzjarji OTC sakemm jitwettaq fil-kapaċità tagħhom bħala internalizzaturi sistematiċi relatati mal-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, il-fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati jew strumenti finanzjarji simili oħra, u bonds, prodotti strutturati ta’ ffinanzjar, u derivattivi eliġibbli għall-ikklerjar.

16. Ditta tal-investimenti li teżekwixxi ordnijiet tal-klijenti bil-kapital prjoprju tagħha għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku, sakemm it-tranżazzjonijiet ma jitwettqux barra s-swieq regolati, l-MTFs u l-OTFs fuq bażi okkażjonali, ad hoc u irregolari. Internalizzaturi sistematiċi għandhom jiġu definiti bħala ditti tal-investiment li, fuq bażi organizzata, frekwenti u sistematika jinnegozjaw f’isimhom stess billi jeżekwixxu ordnijiet tal-klijenti barra suq regolat, MTF jew OTF. Sabiex jiġu żgurati l-għan u l-applikazzjoni effettiva ta’ din id-definizzjoni għall-ditti tal-investiment, kwalunkwe negozjar bilaterali mwettaq ma’ klijenti għandu jkun relevanti u kriterji kwantitattivi għandhom jikkomplimentaw il-kriterji kwalitattivi għall-identifikazzjoni tad-ditti tal-investiment li jkunu meħtieġa jirreġistraw bħala internalizzaturi sistematiċi, stabbiliti fl-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1287/2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE. Filwaqt li OTF hija kwalunkwe sistema jew faċilità li fiha interessi ta’ partijiet terzi multipli għal xiri u bejgħ jinteraġixxu fis-sistema, l-internalizzatur sistematiku ma għandux jitħalla jiġbor flimkien interessi ta’ partijiet terzi għal xiri u bejgħ.

17. L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jiddeċiedu li jagħtu aċċess għall-kwotazzjonijiet tagħhom lill-klijenti mhux professjonisti biss, lill-klijenti professjonisti biss, jew lit-tnejn. Ma għandhomx jitħallew jagħmlu diskriminazzjoni f’dawk il-kategoriji ta’ klijenti. L-internalizzaturi sistematiċi mhumiex obbligati jippubblikaw il-kwotazzjonijiet tad-ditta relatati mat-tranżazzjonijiet li huma akbar mid-daqs standard tas-suq. Id-daqs standard tas-suq għal kwalunkwe klassi ta’ strument finanzjarju ma għandux ikun sproporzjonat b’mod sinifikanti għall-ebda strument finanzjarju inkluż f’dik il-klassi.

18. Mhijiex l-intenzjoni ta’ dan ir-Regolament li jobbliga l-applikazzjoni tar-regoli ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għal tranżazzjonijiet imwettaq fuq bażi OTC, li l-karatteristiċi tagħhom jinkludu li huma ad hoc u irregolari u jitwettqu ma’ kontropartijiet operaturi u li huma parti minn relazzjoni tan-negozju li hi stess hija kkaratterizzata minn negozjar akbar mid-daqs standard tas-suq, u fejn in-negozjar jitwettaq barra s-sistemi ġeneralment użati mid-ditta konċernata għan-negozju tagħha bħala internalizzatur sistematiku.

19. Id-dejta tas-suq għandha tkun disponibbli faċilment u minnufih għall-utenti f’format diżaggregat kemm jista’ jkun sabiex tippermetti lill-investituri, u lill-fornituri tas-servizz tad-dejta li jaqdu l-bżonnijiet tagħhom, sabiex jadattaw soluzzjonijiet tad-dejta sal-ogħla grad possibbli. Għaldaqstant, id-dejta tat-trasparenza ta’ qabel u wara n-negozjar għandha ssir disponibbli għall-pubbliku b’mod “diżaggregat” sabiex jonqsu l-ispejjeż għall-parteċipanti tas-suq meta jixtru d-dejta.

20. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data[18] u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta[19] għandhom ikunu kompletament applikabbli għall-iskambju, it-trażmissjoni u l-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari għat-Titolu IV, mill-Istati Membri u l-AETS.

21. Meta wieħed jikkunsidra li l-ftehim milħuq mill-partijiet fis-summit ta’ Pittsburgh tal-G20 fil-25 ta’ Settembru 2009 sabiex fejn ikun xieraq in-negozjar f’kuntratti ta’ derivati OTC standardizzati jibda' jsir f'boroż jew pjattaformi elettroniċi ta’ negozjar, għandha tiġi definita proċedura regolatorja formali sabiex jiġi obbligat in-negozjar bejn kontropartijiet finanzjarji u kontropartijiet mhux finanzjarji kbar fid-derivati kollha li ġew ikkunsidrati bħala eliġibbli għall-ikklerjar u li huma likwidi biżżejjed sabiex jitwettqu f’firxa ta’ ċentri tan-negozjar soġġetti għal regolament komparabbli u li jippermettu lill-parteċipanti jinnegozjaw ma’ kontropartijiet multipli. Il-valutazzjoni tal-likwidità suffiċjenti għandha tqis il-karatteristiċi tas-suq fil-livell nazzjonali fosthom elementi bħal l-għadd u t-tip ta' parteċipanti tas-suq f'suq partikolari, u l-karatteristiċi tat-tranżazzjonijiet, bħad-daqs u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet f'dak is-suq.

22. Meta wieħed jikkunsidra l-ftehim milħuq mill-partijiet fil-G20 f’Pittsburgh fil-25 ta’ Settembru 2009 sabiex minn naħa waħda, fejn ikun xieraq, in-negozjar f’kuntratti ta’ derivati OTC standardizzati jibda' jsir fil-boroż jew pjattaformi elettroniċi ta’ negozjar, u min-naħa l-oħra, il-likwidità relattivament aktar baxxa ta’ diversi derivati OTC, ikun xieraq li tiġi fornita firxa adegwata ta’ ċentri eliġibbli li fihom ikun jista’ jseħħ negozjar skont dan l-impenn. Iċ-ċentri eliġibbli kollha għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti regolatorji allinjati mill-qrib f’termini ta’ aspetti organizzazzjonali u operattivi, l-arranġamenti sabiex jiġu mitigati kunflitti ta’ interess, sorveljanza tal-attività kollha ta’ negozjar, it-trasparenza ta’ qabel u wara n-negozjar ikkalibrata mill-istrument finanzjarju, u biex interessi ta’ negozjar ta’ partijiet terzi multipli jkunu jistgħu jinteraġixxu flimkien. Madanakollu l-possibbiltà li l-operaturi ta’ ċentri jirranġaw tranżazzjonijiet skont dan l-impenn bejn partijiet terzi multipli b’mod diskrizzjonali għandha tiġi prevista sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni u l-likwidità.

23. L-obbligi ta’ negozjar stabbiliti għal dawn id-derivati għandhom jippermettu għal kompetizzjoni effiċjenti bejn iċ-ċentri tan-negozjar eliġibbli. Għaldaqstant, dawk iċ-ċentri tan-negozjar ma għandhomx ikunu jistgħu jkollhom il-pretensjoni għal drittijiet esklussivi relatati ma' kwalunkwe derivat soġġett għal dan l-obbligu ta’ negozjar u b'hekk jipprevjeni ċentri tan-negozjar oħra milli joffru negozjar f’dawn l-istrumenti. Minħabba l-kompetizzjoni effettiva bejn iċ-ċentri tan-negozjar għad-derivati, huwa essenzjali li ċ-ċentri tan-negozjar ikollhom aċċess nondiskriminatorju u trasparenti għall-kontropartijiet ċentrali (central counterparties – CCPs). Aċċess nondiskriminatorju għal CCP għandu jfisser li ċentru tan-negozjar għandu d-dritt għal trattament nondiskriminatorju f'termini ta' kif kuntratti nnegozjati fil-pjattaforma tiegħu jkunu trattati f'termini ta' rekwiżiti ta' kollateral u n-netting ta' kuntratti ekonomikament ekwivalenti u l-kontromarġinazzjoni ma' kuntratti korrelati kklerjati mill-istess CCP, u tariffi tal-ikklerjar nondiskriminatorji.

24. Is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu komplimentati b’mekkaniżmu espliċitu li jipprojbixxi jew jillimita l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ ta’ kwalunkwe strument finanzjarju li jġib miegħu tħassib serju rigward il-protezzjoni tal-investitur, il-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji, jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha, flimkien ma’ setgħat ta’ koordinazzjoni u kontinġenza xierqa għall-AETS. L-eżerċizzju ta’ setgħat bħal dawn għandu jkun soġġett għall-ħtieġa li jiġu ssodifati għadd ta’ kundizzjonijiet speċifiċi.

25. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-AETS dwar id-dettalji ta’ kwalunkwe talba tagħhom sabiex inaqqsu pożizzjoni relatata ma’ kuntratt derivattiv, dwar kwalunkwe limitu ta’ darba, kif ukoll dwar kwalunkwe limitu ta’ pożizzjonijiet ex-ante sabiex titjieb il-koordinazzjoni u l-konverġenza ta' kif ikunu applikati dawn is-setgħat. Id-dettalji essenzjali ta’ kwalunkwe limitu ta’ pożizzjonijiet ex-ante applikat minn awtorità kompetenti għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-AETS.

26. L-AETS għandha tkun tista’ titlob informazzjoni mingħand kwalunkwe persuna rigward il-pożizzjoni tagħhom relatata ma’ kuntratt derivat, titlob li dik il-pożizzjoni titnaqqas, kif ukoll tillimita l-abbiltà ta’ persuni li jwettqu tranżazzjonijiet individwali relatati mad-derivati ta’ komoditajiet. Imbagħad, l-AETS għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti relevanti bil-miżuri li tipproponi li jitwettqu u għandha wkoll tippubblika dawn il-miżuri.

27. Id-dettalji tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu rrapportati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jippermettulhom jidentifikaw u jinvestigaw każijiet potenzjali ta’ abbuż tas-suq, sabiex jimmonitorjaw li jkun hemm funzjonament ġust u ordinat tas-swieq, kif ukoll jimmonitorjaw l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment. L-ambitu ta’ din is-sorveljanza jinkludi l-istrumenti kollha li huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat, MTF jew OTF, kif ukoll l-istrumenti kollha li l-valur tagħhom jiddependi fuq jew inkella jinfluwenza l-valur ta’ dawk l-istrumenti. Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed fuq id-ditti tal-investiment, l-istrumenti finanzjarji mhux negozjati b’mod organizzat u li mhumiex suxxettibbli għall-abbuż tas-suq għandhom jiġu esklużi mill-obbligu ta’ rapportar.

28. Sabiex jaqdu l-għan tagħhom bħala għodda tal-monitoraġġ tas-suq, ir-rapporti ta’ tranżazzjonijiet għandhom jidentifikaw il-persuna li tkun ħadet id-deċiżjoni tal-investiment, kif ukoll dawk responsabbli mill-eżekuzzjoni tagħha. Huwa meħtieġ ukoll li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess sħiħ għar-rekords fl-istadji kollha fl-eżekuzzjoni tal-ordni, mid-deċiżjoni inizjali għan-negozjar, sat-twettiq tagħha. Għaldaqstant, id-ditti tal-investiment huma meħtieġa jżommu rekords tat-tranżazzjonijiet kollha tagħhom fl-istrumenti finanzjarji, u l-operaturi tal-pjattaformi huma meħtieġa jżommu r-rekords tal-ordinijiet kollha sottomessi fis-sistemi tagħhom. L-AETS għandha tikkoordina l-iskambju tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti sabiex tiżgura li jkollhom aċċess għar-rekords tat-tranżazzjonijiet u l-ordinijiet kollha, inklużi dawk imdaħħla fi pjattaformi li joperaw barra mit-territorju tagħhom, fl-istrumenti finanzjarji taħt is-superviżjoni tagħhom.

29. Għandu jiġi evitat ir-rapportar doppju tal-istess informazzjoni. Ir-rapporti sottomessi fir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet reġistrati jew rikonoxxuti skont ir-Regolament [EMIR] għall-istrumenti relevanti li fihom l-informazzjoni meħtieġa kollha għall-finijiet ta’ rapportar tat-tranżazzjonijiet ma għandhomx ikunu meħtieġa jiġu rrapportati lill-awtoritajiet kompetenti, iżda għandhom jiġu trażmessi lilhom permezz tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Ir-Regolament [EMIR] għandu jiġi emendat skont dan.

30. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti għandhom isiru skont ir-regoli dwar it-trasferiment ta’ dejta personali kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottobru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data[20]. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-AETS għandhom isiru skont ir-regoli dwar it-trasferiment tad-dejta personali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta[21], li għandhom ikunu applikabbli bis-sħiħ għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

31. Ir-Regolament [EMIR] jistabbilixxi l-kriterji skont liema klassijiet ta’ derivati OTC għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu ta’ kklerjar. Jipprevjeni wkoll id-distorsjonijiet fil-kompetittività billi jeżiġi aċċess nondiskriminatorju għas-CCPs li joffru kklerjar ta’ derivati OTC lil ċentri tan-negozjar u aċċess nondiskrimatorju għat-taqsimiet tan-negozjar taċ-ċentri tan-negozjar lis-CCPs li joffru kklerjar ta’ derivati OTC. Peress li d-derivati OTC huma definiti bħala kuntratti derivati li l-eżekuzzjoni tagħhom ma jsirx f’suq regolat, hemm bżonn li jiġu introdotti rekwiżiti simili għas-swieq regolati taħt dan ir-Regolament. Kemm-il darba l-AETS tiddikjara li d-derivati negozjati fi swieq regolati huma soġġetti għaliha, dawn għandhom ikunu soġġetti wkoll għall-obbligu ta’ kklerjar.

32. Minbarra r-rekwiżiti fid-Direttiva 2004/39/KE li jipprevjenu lill-Istati Membri milli jillimitaw l-aċċess mingħajr raġuni għall-infrastruttura ta’ wara n-negozjar, bħal CCP u arranġamenti ta’ saldi, huwa neċessarju li dan ir-Regolament ineħħi diversi ostakoli kummerċjali oħrajn li jistgħu jintużaw sabiex jipprevjenu l-kompetizzjoni fl-ikklerjar tal-istrumenti finanzjarji. Sabiex jiġu evitati prattiki diskriminatorji, is-CCPs għandhom jaċċettaw li jikklerjaw it-tranżazzjonijiet imwettqa f’ċentri tan-negozjar differenti, sakemm dawn iċ-ċentri jikkonformaw mar-rekwiżiti operattivi u tekniċi stabbiliti mis-CCP. L-aċċess għandu jiġi miċħud biss jekk ma jintlaħqux ċerti kriterji għall-aċċess speċifikati fl-atti ddelegati.

33. Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom ikunu meħtieġa wkoll jipprovdu aċċess, inkluż il-forniment ta’ dejta, fuq bażi trasparenti u nondiskriminatorja lis-CCPs li jixtiequ jikklerjaw tranżazzjonijiet imwettqa f’ċentri tan-negozjar. Il-liċenzjar u l-aċċess għal informazzjoni dwar l-indiċi u punti referenzjarji oħrajn li jintużaw sabiex jiġi determinat il-valur tal-istrumenti finanzjarji għandhom ukoll jiġu forniti lis-CCPs u liċ-ċentri tan-negozjar l-oħra fuq bażi nondiskriminatorja. It-tneħħija ta’ ostakoli u prattiki diskriminatorji għandha l-ħsieb li żżid il-kompetizzjoni għall-ikklerjar u n-negozjar ta’ strumenti finanzjarji sabiex tnaqqas l-ispejjeż tal-investiment u tat-teħid ta' self, telimina l-ineffiċjenzi u trawwem l-innovazzjoni fis-swieq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tkompli timmonitorja mill-viċin l-evoluzzjoni tal-infrastruttura ta’ wara n-negozjar u għandha, fejn ikun meħtieġ, tintervjeni sabiex tipprevjeni distorsjonijiet fil-kompetizzjoni milli jseħħu fis-Suq Intern.

34. Il-forniment ta' servizzi minn ditti minn pajjiżi terzi fl-Unjoni huwa soġġett għar-reġimi u r-rekwiżiti nazzjonali. Dawn ir-reġimi huma ddifferenzjati ħafna u d-ditti awtorizzati skonthom ma jgawdux il-libertà li jipprovdu servizzi u d-dritt ta' stabbiliment f'Stati Membri oħra għajr dak fejn huma stabbililti. Huwa xieraq li jiġi introdott qafas regolatorju komuni fil-livell tal-Unjoni. Ir-reġim għandu jarmonizza l-qafas frammentat eżistenti, jiżgura ċ-ċertezza u t-trattament uniformi tad-ditti minn pajjiżi terzi li jaċċessaw l-Unjoni, jiżgura li tkun twettqet valutazzjoni tal-ekwivalenza mill-Kummissjoni fir-rigward tal-qafas regolatorju u superviżorju tal-pajjiżi terzi u għandu jipprovdi għal livell paragunabbli ta' protezzjoni għall-investituri fl-UE li jirċievu servizzi minn ditti minn pajjiżi terzi.

35. Il-forniment ta' servizzi lil klijenti fil-livell ta' konsumatur għandu dejjem jeħtieġ l-istabbiliment ta' fergħa fl-Unjoni; L-istabbiliment tal-fergħa għandu jkun soġġett għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni fl-Unjoni. Għandu jkun hemm arranġamenti xierqa ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż terz. Il-forniment ta' servizzi mingħajr fergħat għandu jkun limitat għal kontropartijiet eleġibbli. Għandu jkun soġġett għal reġistrazzjoni mill-AETS u superviżjoni fil-pajjiż terz. Għandu jkun hemm arranġamenti xierqa ta' kooperazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż terz.

36. Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-regolament li jirregolaw il-forniment ta' servizzi minn ditti minn pajjiżi terzi fl-Unjoni ma għandux jaffettwa l-possibbiltà li persuni stabbiliti fl-Unjoni jirċievu servizzi ta' investiment minn ditta minn pajjiż terz fuq inizjattiva esklussiva tagħhom. Meta ditta minn pajjiż terz tipprovdi servizzi fuq inizjattiva esklussiva ta' persuna stabbilita fl-Unjoni, is-servizzi m'għandhomx jitqiesu li ngħataw fit-territorju tal-Unjoni. Fil-każ li ditta minn pajjiż terz tissolleċita klijenti jew klijenti potenzjali fl-Unjoni jew tippromwovi jew tirriklama servizzi jew attivitajiet ta' investiment flimkien ma servizzi anċillari fl-Unjoni, dawn ma għandhomx jitqiesu bħala servizz pprovdut fuq l-inizjattiva esklussiva tal-klijent.

37. Seħħet firxa ta' prattiċi frawdalenti fis-swieq sekondarji spot tal-kwoti tal-emissjonijiet (EUA) li tista' thedded il-fiduċja fl-iskemi ta' negozjar tal-emissjonijiet, stabbiliti mid-Direttiva 2003/87/KE, u qed jittieħdu miżuri sabiex tissaħħaħ is-sistema tar-reġistri tal-EUA u l-kondizzjonijiet biex jinfetaħ kont fil-kummerċ tal-EUAs. Sabiex tissaħħaħ l-integrità u jitħares il-funzjonament effiċjenti ta' dawk is-swieq, fosthom superviżjoni komprensiva tal-attività tan-negozjar, huwa xieraq li l-miżuri meħuda skont id-Direttiva 2003/87/KE jiġu komplimentati billi l-kwoti tal-emissjonijiet jinġiebu kompletament taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq), billi jiġu kklassifikati bħala strumenti finanzjarji.

38. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat. B’mod partikolari, l-atti ddelegati għandhom jiġu adottati fir-rigward tad-dettalji speċifiċi rigward id-definizzjonijiet; il-karatteristiċi preċiżi tar-rekwiżiti ta’ trasparenza tan-negozjar; il-kundizzjonijiet dettaljati għall-eżenzjonijiet mit-trasparenza ta’ qabel in-negozjar; l-arranġamenti tal-pubblikazzjoni ta’ wara n-negozjar differiti; il-kriterji għall-applikazzjoni tal-obbligi ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għall-internalizzaturi sistematiċi, id-dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-ispejjeż għad-disponibbiltà tad-dejta tas-suq; il-kriterji sabiex jingħata jew jiġi miċħud l-aċċess bejn iċ-ċentri tan-negozjar u s-CCPs; u d-determinazzjoni ulterjuri tal-kundizzjonijiet li taħthom it-theddid għall-protezzjoni tal-investitur, għall-funzjonament ordinat u għall-integrità tas-swieq finanzjarji, jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni jew parti minnha jistgħu jiġġustifikaw azzjoni mill-AETS.

39. Is-setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-ekwivalenza fir-rigward ta' oqfsa legali u ta' superviżjoni ta' pajjiżi terzi għall-forniment ta' servizzi minn ditti minn pajjiżi terzi għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[22].

40. Minkejja li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali qegħdin f'pożizzjoni aħjar sabiex jimmonitorjaw l-iżviluppi tas-suq, l-impatt kumplessiv tal-problemi relatati mat-trasparenza tan-negozjar, ir-rapportar tat-tranżazzjonijiet, in-negozjar tad-derivati, u l-projbizzjonijiet ta’ prodotti u prattiki jista’ jiġi perċevit kompletament biss fil-kuntest tal-Unjoni sħiħa. Għalhekk, l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament jistgħu jinkisbu aħjar fuq livell tal-Unjoni; l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jikseb dawn l-għanijiet.

41. L-istandards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw protezzjoni adegwata għad-depożitaturi, l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Unjoni. Bħala korp b’kompetenzi speċjalizzati ferm, ikun effiċjenti u xieraq li tiġi fdata l-AETS, bl-elaborazzjoni ta’ abbozz ta’ standards regolatorji u standards tekniċi implimentattivi li ma jinvolvux għażliet politiċi, għas-sottomissjoni għand il-Kummissjoni.

42. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-AETS skont l-Artikolu 23 rigward il-kontenut u l-ispeċifikazzjonijiet tar-rapporti ta’ tranżazzjoni, l-Artikolu 26 rigward il-kriterji ta’ likwidità għad-derivati li għandhom jitqiesu soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar f’ċentri organizzati tan-negozjar u l-Artikolu 36 dwar l-informazzjoni li d-ditta applikanti minn pajjiż terz għandha tipprovdi lill-AETS fl-applikazzjoni tagħha għar-reġistrazzjoni permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

43. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi implimentattivi permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-AETS għandha tiġi inkarigata mill-abbozzar tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni li jridu jiġi sottomessi għand il-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikolu 26 u jispeċifikaw jekk klassi ta’ derivati ddikjarati soġġetti għall-obbligu ta’ kklerjar skont ir-Regolament [ ] (EMIR) jew partita relevanti minnha għandhiex tiġi nnegozjata biss f’ċentri organizzati tan-negozjar.

44. L-applikazzjoni tar-rekwiżiti f’dan ir-Regolament għandha tiġi differita sabiex tallinja l-applikabbiltà mal-applikazzjoni tar-regoli trasposti tad-Direttiva riformulata u sabiex jiġu stabbiliti l-miżuri ta’ implimentazzjoni essenzjali kollha. Imbagħad, il-pakkett regolatorju sħiħ għandu jiġi applikat mill-istess mument. L-applikazzjoni tas-setgħat għall-miżuri ta’ implimentazzjoni biss ma għandhiex tiġi differita sabiex il-passi neċessarji għall-abbozzar u l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni jkunu jistgħu jibdew malajr kemm jista’ jkun.

45. Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonnoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, speċjalment id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8), il-libertà li jitwettaq negozju (l-Artikolu 16), id-dritt għall-protezzjoni tal-konsumaturi (l-Artikolu 38), id-dritt għal rimedju effettiv u smigħ ġust (l-Artikolu 47), u d-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn għall-istess reat (l-Artikolu 50), u għandu jiġi applikat skont dawn dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Titolu I

SUġġETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

ARTIKOLU 1 SUġġETT U KAMP TA' APPLIKAZZJONI

46. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti unifirmi rigward dawn li ġejjin:

47. divulgazzjoni ta’ dejta tan-negozjar lill-pubbliku;

48. rapportar ta’ tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti;

49. negozjar ta’ derivati f’ċentri organizzati;

50. aċċess nondiskriminatorju għall-ikklerjar u aċċess nondiskriminatorju għan-negozjar f’punti ta’ riferiment;

51. setgħat ta' intervent fil-prodott mill-awtoritajiet kompetenti u l-AETS u setgħat tal-AETS fuq l-immaniġjar tal-pożizzjonijiet u l-limiti tal-pożizzjonijiet;

52. forniment ta' servizzi jew attivitajiet ta' investiment mingħajr fergħa minn ditti minn pajjiż terzi.

53. Dan ir-Regolament japplika għad-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fid-Direttiva [l-MiFID ġdida] meta jipprovdu servizzi ta' investiment wieħed jew aktar u/jew meta jwettqu attivitajiet ta’ investimenti u swieq regolati.

54. It-Titolu V ta’ dan ir-Regolament japplika wkoll għall-kontropartijiet finanzjarji kollha kif speċifikat fl-Atikolu [2(6)] u għall-kontropartijiet mhux finanzjarji kollha li jaqgħu taħt l- Artikolu [5(1b)} tar-Regolament [ ] (EMIR).

55. It-Titolu VI ta' dan ir-Regolament japplika wkoll għas-CCPs u l-persuni bi drittijiet propretarji għall-punti ta' referiment.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

56. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

57. ‘ditti tal-investiment’ tfisser kwalunkwe persuna ġuridika li x-xogħol jew in-negozju regolari tagħha huwa l-forniment ta’ servizz tal-investiment wieħed jew aktar lil partijiet terzi u/jew it-twettiq ta’ attività tal-investimenti waħda jew aktar fuq bażi professjonali;

Fid-definizzjoni ta’ ditti tal-investiment, l-Istati Membri jistgħu jinkludu l-impriżi li mhumiex persuna ġuridika, jekk:

58. l-istatus legali tagħhom jiżgura livell ta’ protezzjoni għall-interessi ta’ partijiet terzi ekwivalenti għal dak li jista’ jingħata minn persuni ġuridiċi, u

59. huma soġġetti għal superviżjoni prudenzjali ekwivalenti xierqa għall-forma ġuridika tagħhom.

Madanakollu, fejn persuna fiżika tipprovdi servizzi li jinvolvu ż-żamma ta’ fondi jew titoli trasferibbli ta’ partijiet terzi, dik il-persuna tista’ titqies bħala ditta tal-investimenti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u d-Direttiva [l-MiFID ġdida] iżda biss jekk, mingħajr ħsara għar-rekwiżiti l-oħra imposti fid-Direttiva [l-MiFID ġdida] u f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva [CRD ġdida], tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

60. id-drittijiet ta’ sjieda tal-partijiet terzi fi strumenti u fondi jridu jiġu salvagwardjati, partikolarment f’każ ta’ insolvenza tad-ditta jew tal-proprjetarji tagħha, teħid, tpaċija jew kwalunkwe azzjoni oħra mill-kredituri tad-ditta jew tas-sidien tagħha;

61. id-ditta trid tkun soġġetta għal regoli mfassla sabiex jimmonitorjaw is-solvenza tad-ditta u dik tas-sidien tagħha;

62. il-kontijiet annwali tad-ditta jridu jiġi vverifikati minn persuna waħda jew aktar li għandha s-setgħa, skont il-liġi nazzjonali, jivverifikaw il-kontijiet;

63. fejn id-ditta għandha sid wieħed biss, dan irid jipprovdi għall-protezzjoni tal-investituri f’każ ta’ ċessjoni tan-negozju tad-ditta wara l-mewt tiegħu, l-inkapaċità tiegħu jew kwalukwe avveniment simili;

64. ‘istituzzjonijiet ta’ kreditu’ tfisser istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definit fid-Direttiva 2006/48/KE;

65. ‘internalizzatur sistematiku’ tfisser ditta tal-investimenti li, fuq bażi organizzata, frekwenti u sistematika, tinnegozja f’isimha billi teżekwixxi l-ordnijiet tal-klijenti barra suq regolat jew MTF jew OTF;

66. ‘operatur tas-suq’ tfisser persuna jew persuni li jimmaniġjaw u/jew joperaw in-negozju ta’ suq regolat. L-operatur tas-suq jista’ jkun is-suq regolat stess;

67. ‘suq regolat’ tfisser sistema multilaterali operata u/jew immaniġjata minn operatur tas-suq, li tgħaqqad flimkien jew tiffaċilita l-proċess sabiex jingħaqdu flimkien l-interessi ta’ bejgħ u xiri ta’ partijiet terzi fl-istrumenti finanzjarji – fis-sistema u skont ir-regoli nondiskrezzjonarji tagħha – b’mod li jirriżulta f’kuntratt, fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar taħt ir-regoli u/jew is-sistemi tagħha, u li hija awtorizzata u taħdem b’mod regolari u skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III tad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida];

68. ‘faċilità multilaterali tan-negozjar (multilateral trading facility - MTF)’ tfisser sistema multilaterali, operata minn ditta tal-investimenti jew operatur tas-suq, li tgħaqqad flimkien interessi multipli ta’ xiri u bejgħ ta’ partijiet terzi fl-istrumenti finanzjarji – fis-sistema u skont ir-regoli nondiskrezzjonarji – b’mod li jirriżulta f’kuntratt skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida];

69. ‘faċilità organizzata tan-negozjar (organised trading facility - OTF)’ tfisser kwalunkwe sistema jew faċilità, li mhijiex suq regolat jew MTF, operata minn ditta tal-investimenti jew operatur tas-suq, li fiha interessi multipli ta’ xiri u bejħ ta’ partijiet terzi fl-istrumenti finanzjarji jistgħu jinteraġixxu fis-sistema b’mod li jirriżulta f’kuntratt skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida];

70. ‘strument finanzjarju’ tfisser dawk l-istrumenti speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida];

71. ‘titoli trasferibbli’ tfisser dawk il-klassijiet ta’ titoli li huma negozjabbli is-suq kapitali, bl-eċċezzjoni tal-istrumenti ta’ ħlas, bħal:

72. ishma f’kumpaniji u titoli oħra ekwivalenti għal ishma f’kumpaniji, sħubijiet jew entitajiet oħra, u l-irċevuti ta' depożiti fir-rigward ta' ishma;

73. bonds jew forom oħra ta’ dejn titolizzat, inklużi l-irċevuti ta' depożiti fir-rigward ta’ tali titoli;

74. kull titolu ieħor li jagħti d-dritt għax-xiri jew bejgħ ta’ kwalunkwe tali titolu trasferibbli jew li jwassal għal saldu fi flus determinat minn referenza għal titoli trasferibbli, muniti, rati tal-imgħax jew renditi, komoditajiet jew indiċi jew miżuri oħra;

75. ‘l-irċevuti tad-depożiti’ tfisser dawk it-titoli li huma negozjabbli fis-suq kapitali u li jirrappreżentaw sjieda tat-titoli ta’ emittent mhux domiċiljat filwaqt li jkunu jistgħu jiġu ammessi għal negozjar f’suq regolat u negozjati indipendentement mit-titoli tal-emittent mhux domiċiljat;

76. ‘il-fondi nnegozjati fil-boroż’ tfisser l-unitajiet f’dawk l-iskemi ta’ investiment kollettiv mingħajr limiti li huma negozjabbli liberament fis-swieq kapitali u fil-maġġoranza tal-każijiet isegwu l-prestazzjoni ta’ indiċi;

77. ‘ċertifikati’ tfisser dawk it-titoli li huma negozjabbli fis-suq kapitali u li fil-każ ta’ ripagament tal-investiment mill-emittent huma kklassifikati ogħla mill-ishma iżda taħt l-istrumenti ta' bonds mhux garantiti u strumenti simili oħrajn;

78. ‘prodotti strutturati ta’ finanzjar’ tfisser dawk it-titoli maħluqa sabiex jittitolizzaw u jittrasferixxu r-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ pula ta’ assi finanzjarji li jintitolaw lid-detentur tat-titoli biex jirċievi ħlasijiet regolari li jiddependu fuq il-fluss tal-flus mill-assi sottostanti;

79. ‘derivati’ tfisser dawk l-istrumenti finanzjarji definiti fil-paragrafu 9(c) u msemmija fl-Anness I Taqsima C (4) sa (10) tad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida];

80. ‘derivati ta’ komoditajiet’ tfisser dawk l-istrumenti finanzjarji definiti fil-paragrafu 9(c) relatati ma’ komodità jew sottostanti msemmi fit-Taqsima C(10) tal-Anness I għad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida], jew fil-punti (5), (6), (7) u (10) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida];

81. ‘indikazzjoni azzjonabbli tal-interess’ tfisser messaġġ minn parteċipant għal ieħor f’sistema ta’ negozjar dwar l-interess ta’ negozjar disponibbli li fih l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex isir ftehim fuq negozjar;

82. ‘awtorità kompetenti’ tfisser l-awtorità, maħtura minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 48 tad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida], sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dik id-Direttiva;

83. ‘arranġament approvat ta’ pubblikazzjoni (approved publication arrangement - APA)’ tfisser persuna awtorizzata skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva [il-MiFID il-ġdida] biex tipprovdi servizz ta’ pubblikazzjoni tar-rapporti ta’ negozjar f’isem id-ditti tal-investiment skont l-Artikoli [11 u 12] ta’ dan ir-Regolament;

84. ‘fornitur ta’ tape konsolidat (consolidated tape provider - CTP)’ tfisser persuna awtorizzata skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva [il-MiFID il-ġdida] sabiex tipprovdi s-servizz ta’ ġbir tar-rapporti ta’ negozjar għall-istrumenti finanzjarji elenkati fl-Artikoli [5, 6, 11 u 12] ta’ dan ir-Regolament mis-swieq regolati, MTFs, OTFs u APAs u tikkonsolidahom f’xandir elettroniku kontinwu live tad-dejta li jipprovdi dejta dwar il-prezz u l-volum f’ħin reali għal kull strument finanzjarju;

85. ‘mekkaniżmu ta’ rapportar approvat (approved Reporting Mechanism - ARM)’ tfisser persuna awtorizzata skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva [il-MiFID il-ġdida] biex tipprovdi s-servizz ta’ rapportar tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompeteni jew lill-AETS f’isem id-ditti tal-investiment;

86. ‘korp tal-maniġment’ tfisser il-korp tat-tmexxija ta’ fornitur tas-servizzi ta’ rapportar tad-dejta, li jwettaq il-funzjonijiet superviżorji u maniġerjali, li għandu l-awtorità ta’ teħid tad-deċiżjoni finali u għandu s-setgħa li jistipula l-istrateġija, l-għanijiet u d-direzzjoni kumplessiva tal-entità. Il-korp tal-maniġment għandu jinkludi persuni li effettivament jidderiġu n-negozju tal-entità;

87. ‘funzjoni superviżorja’ tfisser il-korp tal-maniġment li jaġixxi fil-funzjoni superviżorja tiegħu ta’ sorveljanza u monitoraġġ tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-maniġment;

88. ‘maniġment superjuri’ tfisser dawk l-individwi li jwettqu funzjonijiet eżekuttivi fi ħdan il-fornitur tas-servizzi ta’ rapportar ta’ dejta u li huma responsabbli u inkarigati mill-immaniġjar ta’ kuljum.

89. 'punt referenzjarju' tfisser kwalunkwe indiċi kummerċjali jew figura ppubblikata kkalkolata mill-applikazzjoni ta’ formula għall-valur ta’ assi sottostanti wieħed jew aktar jew prezzijiet li skont ir-referenza tagħhom jiġi determinat l-ammont pagabbli skont strument finanzjarju.

90. ‘ċentru tan-negozjar’ tfisser kwalunkwe suq regolat, MTF jew OTF.

91. ‘kontroparti ċentrali' tfisser kontroparti ċentrali kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament [ ] (EMIR).

92. ‘servizzi u attivitajiet tal-investiment’ tfisser is-servizzi u l-attivitajiet definiti fl-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida].

93. ‘istituzzjoni finanzjarja minn pajjiż terz' tfisser entità, li l-uffiċċju prinċipali tagħha huwa stabbilit f’pajjiż terz, li huwa awtorizzat jew liċenzjat skont il-liġi tal-pajjiż terz biex iwettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fid-Direttiva 2006/48/KE, id-Direttiva [il-MiFID il-ġdida], id-Direttiva 2009/138/KE, id-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2003/41/KE jew id-Direttiva 2011/61/UE.

94. ‘prodott tal-enerġija fil-livell tal-operaturi’ tfisser dawk il-kuntratti u d-derivati definiti fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament [REMIT].

95. Id-definizzjonijiet provduti fil-paragrafu 1 japplikaw ukoll għad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida].

96. Skont l-Artikolu 41, permezz ta’ atti ddelegati, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li jispeċifikaw xi elementi tekniċi tad-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 biex taġġusthom għall-iżviluppi tas-suq;

Titolu II

TRASPARENZA GħAċ-ċENTRI TAN-NEGOZJAR

KAPITOLU 1

Trasparenza għall-istrumenti tal-ekwità

Artikolu 3Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għaċ-ċentri ta’ negozjar fir-rigward tal-ishma, l-irċevuti ta' depożiti, il-fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra

97. Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom jippubblikaw il-prezzijiet attwali tal-offerti u l-intensità tal-interessi għan-negozjar b’dawk il-prezzijiet li huma reklamati permezz tas-sistemi tagħhom għall-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, il-fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra ammessi għan-negozjar jew li huma negozjati f’MTF jew OTF. Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għall-indikazzjonijiet azzjonabbli tal-interessi. Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom ipoġġu din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq bażi kontinwa matul is-sigħat normali ta’ negozjar.

98. Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom jagħtu aċċess, b’termini kummerċjali raġonevoli u fuq bażi nondiskriminatorja, għall-arranġamenti li jużaw sabiex irendu pubblika l-informazzjoni skont l-ewwel subparagrafu lid-ditti tal-investiment li huma obbligati jippubblikaw il-kwotazzjonijiet tagħhom f’ishma, l-irċevuti ta' depożiti, il-fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra skont l-Artikolu 13.

Artikolu 4 Għoti ta’ eżenzjonijiet

99. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw lis-swieq regolati u lid-ditti tal-investiment u lill-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF mill-obbligu li jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) abbażi tal-mudell tas-suq jew fuq it-tip u d-daqs tal-ordnijiet fil-każijiet definiti skont il-paragrafu 3. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw mill-obbligi fir-rigward ta' ordnijiet li jkunu ta’ daqs kbir meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għas-sehem, l-irċevuta tad-depożitu, il-fond innegozjat fil-borża, iċ-ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor jew it-tip ta’ sehem, irċevuta tad-depożitu, fond innegozjat fil-borża, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor konċernat.

100. Qabel ma tingħata eżenzjoni skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn dwar l-użu maħsub ta’ kull talba għal eżenzjoni individwali u jipprovdu spjegazzjoni rigward il-funzjonament tagħhom. In-notifika tal-intenzjoni li tingħata eżenzjoni għandha ssir mhux inqas minn 6 xhur qabel id-data maħsuba biex tidħol fis-seħħ l-eżenzjoni. Fi żmien 3 xhur wara r-riċevuta tan-notifika, l-AETS għandha toħroġ opinjoni għall-awtorità kompetenti konċernata li fiha tivvaluta l-kompatibbiltà ta’ kull eżenzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u speċifikati fl-att iddelegat adottat skont il-paragrafi 3(b) u (c). Fejn l-awtorità kompetenti tagħti eżenzjoni u awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx, dik l-Awtorità kompetenti tista’ tirreferi l-kwistjoni lura lill-AETS, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-AETS għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u għandha tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar kif jiġu applikati fil-prattika.

101. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 41, miżuri li jispeċifikaw:

102. il-firxa tal-offerti jew tal-kwotazzjonijiet mingħand ġeneraturi tas-suq magħżula, u l-intensità tal-interess tan-negozjar b’dawk il-prezzijiet, li għandhom jiġu ppubblikati għal kull klassi ta' strument finanzjarju konċernat.

103. id-daqs jew it-tip tal-ordnijiet li għalihom tista’ ssir eżenzjoni minn divulgazzjoni ta’ qabel in-negozjar skont il-paragrafu 1 għal kull klassi ta' strument finanzjarju konċernat;

104. il-mudell tas-suq li għalih tista’ ssir eżenzjoni minn divulgazzjoni ta’ qabel in-negozjar skont il-paragrafu 1, u b’mod partikolari, l-applikabbiltà tal-obbligu għal metodi ta’ negozjar operati minn swieq regolati li jiffinalizzaw tranżazzjonijiet skont ir-regoli tagħhom permezz ta’ referenza għall-prezzijiet stabbiliti barra s-suq regolat jew permezz ta’ rkant perjodiku għal kull klassi ta' strument finanzjarju konċernat.

105. 4. Eżenzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 29(2) u 44(2) tad-Direttiva 2004/39/KE u l-Artikoli 18 sa 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu analizzati mill-AETS sa [sentejn (2) wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament]. L-AETS għandha toħriġ opinjoni għall-awtorità kompetenti inkwistjoni li fiha tivvaluta l-kompatibbiltà kontinwata ta’ kull waħda minn dawn l-eżenzjonijiet mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u kwalunkwe att delegat ibbażat fuq dan ir-Regolament.

Artikolu 5 Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar għal ċentri tan-negozjar fir-rigward ta’ ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra

106. Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom jippubblikaw il-prezz, il-volum u l-ħin tat-tranżazzjonijiet imwettqa fir-rigward tal-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, il-fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra ammessi għan-negozjar jew li huma negozjati f’MTF jew OTF. Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom jippubblikaw id-dettalji tat-tranżazzjonijiet kollha bħal dawn fl-iktar ħin viċin għall-ħin reali teknikament possibbli.

107. Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom jagħtu aċċess, b’termini kummerċjali raġonevoli u fuq bażi nondiskriminatorja, għall-arranġamenti li jużaw biex jippubblikaw l-informazzjoni skont il-paragrafu 1, lid-ditti tal-investimenti li huma obbligati jippubblikaw id-dettalji tat-tranżazzjonijiet tagħhom f’ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra skont l-Artikolu 19.

Artikolu 6 Awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni differita

108. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jawtorizzaw lis-swieq regolati biex jipprovdu għal pubblikazzjoni differita tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet abbażi tat-tip jew id-daqs tagħhom. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-pubblikazzjoni differita fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet li huma ta’ daqs kbir meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għal dak is-sehem, l-irċevuta tad-depożitu, il-fond innegozjat fil-boroż, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor jew dik il-klassi tas-sehem, tal-irċevuta tad-depożitu, tal-fond innegozjat fil-boroż, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor. Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom jiksbu l-approvazzjoni minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti tal-arranġamenti proposti għall-pubblikazzjoni tan-negozjar differita, u għandhom jiddivulgaw b’mod ċar dawn l-arranġamenti għall-parteċipanti tas-suq u għall-pubbliku. L-AETS għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dawn l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tan-negozjar differita u għandha tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar jiġu applikati fil-prattika.

109. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 41, miżuri li jispeċifikaw:

110. id-dettalji li jeħtiġilhom jiġu speċifikati mis-swieq regolati, mid-ditti tal-investiment, inklużi l-internalizzaturi sistematiċi u d-ditti tal-investiment u s-swieq regolati li joperaw MTF jew OTF fl-informazzjoni li trid issir disponibbli għall-pubbliku għal kull klassi ta' strument finanzjarju kkonċernat;

111. il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ suq regolat, ditta tal-investimenti, inkluż l-internalizzatur sistematiku jew ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq li jopera MTF jew OTF għal pubblikazzjoni tan-negozjar differita u l-kriterji li jridu jiġu applikati meta jiġu deċiżi t-tranżazzjonijiet li għalihom, minħabba d-daqs tagħhom jew it-tip ta’ sehem, irċevuta tad-depożitu, fond innegozjat fil-boroż, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor involut, il-pubblikazzjoni differita hija permessa għal kull klassi ta' strument finanzjarju konċernat.

Kapitolu 2

Trasparenza għall-istrumenti mhux tal-ekwità

Artikolu 7 Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għal ċentri tan-negozjar fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjari strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati

112. Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF abbażi tas-sistema ta’ negozjar operata għandhom jippubblikaw il-prezzijiet u l-intensità tal-interessi ta’ negozjar b’dawk il-prezzijiet għal ordnijiet jew kwotazzjonijiet reklamati permezz tas-sistemi tagħhom għall-bonds u l-prodotti finanzjarji strutturati ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li għalihom ġie ppubblikat prospektus, għall-kwoti tal-emissjonijiet u għad-derivati ammessi għan-negozjar jew li huma negozjati f’MTF jew OTF. Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għall-indikazzjonijiet azzjonabbli tal-interessi. Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom ipoġġu din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq bażi kontinwa matul is-sigħat normali ta’ negozjar.

113. Is-swieq regolati u l-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom jagħtu aċċess, f’termini kummerċjali raġonevoli u fuq bażi nondiskriminatorja, għall-arranġamenti li jużaw sabiex jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu lid-ditti tal-investiment li huma obbligati jippubblikaw il-kwotazzjonijiet tagħhom f’bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati skont l-Artikolu 17.

Artikolu 8Għoti ta’ eżenzjonijiet

114. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw lis-swieq regolati u lid-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF mill-obbligu li jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) għal settijiet speċifiċi ta’ prodotti bbażati fuq il-mudell tas-suq, il-karatteristiċi speċifiċi tal-attività ta’ negozjar fi prodott u l-likwidità f’każijiet definiti skont il-paragrafu 4.

115. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw lis-swieq regolati u lid-ditti tal-investiment u lill-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF mill-obbligu li jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 7 abbażi tat-tip u d-daqs tal-ordnijiet u l-metodi ta' negozjar skont il-paragrafu 4. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw mill-obbligu fir-rigward ta’ ordnijiet li huma ta’ daqs kbir meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għal bond, prodott finanzjarju strutturat, kwoti ta’ emissjoni jew derivat jew it-tip ta’ bond, prodott finanzjarju strutturat, kwota ta’ emissjoni jew derivat inkwistjoni.

116. Qabel ma tingħata eżenzjoni skont il-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra bl-intenzjoni li tingħata eżenzjoni u jipprovdu spjegazzjoni rigward il-funzjonament tagħha. In-notifika tal-intenzjoni li tingħata eżenzjoni għandha ssir mhux inqas minn 6 xhur qabel id-data maħsuba biex tidħol fis-seħħ l-eżenzjoni. Fi żmien 3 xhur wara l-irċevuta tan-notifika, l-AETS għandha toħroġ opinjoni għall-awtorità kompetenti inkwistjoni li fiha tivvaluta l-kompatibbiltà ta’ kull talba individwali għal eżenzjoni bir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 u speċifikati fl-att iddelegat adottat skont il-paragrafu 4(b). Fejn l-awtorità kompetenti tagħti eżenzjoni u awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx, dik l-Awtorità kompetenti tista’ tirreferi l-kwistjoni lura lill-AETS, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-AETS għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u għandha tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar kif jiġu applikati fil-prattika.

117. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 41, miżuri li jispeċifikaw:

118. il-firxa ta’ ordnijiet jew kwotazzjonijiet, il-prezzijiet u l-fond tal-interess ta’ negozjar b’dawk il-prezzijiet, li jridu jiġu ppubblikati għal kull klassi ta' strument finanzjarju konċernat skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 7;

119. il-kundizzjonijiet skont liema tista’ tingħata eżenzjoni mid-divulgazzjoni ta’ qabel in-negozjar għal kull klassi ta' strument finanzjarju konċernat skont il-paragrafi 1 u 2, abbażi ta':

(i) il-mudell tas-suq;

(ii) il-karatteristiċi speċifiċi tal-attività ta’ negozjar fi prodott;

(iii) Il-profil tal-likwidità, inklużi l-għadd u t-tip ta' parteċipanti tas-suq f'suq partikolari u kwalunkwe kriterju relevanti ieħor għall-valutazzjoni tal-likwidità;

(iv) id-daqs jew it-tip ta’ ordnijiet u d-daqs u t-tip ta’ ħruġ ta’ strument finanzjarju.

120. Eżenzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 29(2) u 44(2) tad-Direttiva 2004/39/KE u l-Artikoli 18 sa 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu analizzati mill-AETS sa [sentejn (2) wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament]. L-AETS għandha toħriġ opinjoni għall-awtorità kompetenti inkwistjoni li fiha tivvaluta l-kompatibbiltà kontinwata ta’ kull waħda minn dawn l-eżenzjonijiet mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u kwalunkwe att delegat ibbażat fuq dan ir-Regolament.

Artikolu 9 Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar għal ċentri tan-negozjar fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati

121. Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom jippubblikaw il-prezz, il-volum u l-ħin tat-tranżazzjonijiet imwettqa fir-rigward ta’ bonds u prodotti finanzjarji strutturati ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li għalihom ġie ppubblikat prospektus, għall-kwoti tal-emissjonijiet u għad-derivati ammessi għan-negozjar jew li huma negozjati f’MTF jew OTF. Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom jippubblikaw id-dettalji tat-tranżazzjonijiet kollha bħal dawn fl-iktar ħin viċin għall-ħin reali teknikament possibbli.

122. Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom jagħtu aċċess, f’termini kummerċjali raġonevoli u fuq bażi nondiskriminatorja, għall-arranġamenti li jużaw sabiex jippubblikaw l-informazzjoni skont l-ewwel paragrafu lid-ditti tal-investimenti li huma obbligati jippubblikaw id-dettalji tat-tranżazzjonijiet tagħhom f’bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati skont l-Artikolu 20.

Artikolu 10Awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni differita

123. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jawtorizzaw lis-swieq regolati u lid-ditti tal-investiment u lill-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF jipprovdu pubblikazzjoni differita tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet abbażi tat-tip jew id-daqs tagħhom. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-pubblikazzjoni differita fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet li huma ta’ daqs kbir meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għal dak il-bond, il-prodott strutturat ta’ ffinanzjar, il-kwoti tal-emissjoni jew id-derivat jew dik il-klassi ta’ bond, prodott finanzjarju strutturat, kwoti tal-emissjoni jew derivat.

Is-swieq regolati u d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom jiksbu l-approvazzjoni minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti għall-arranġamenti proposti għall-pubblikazzjoni tan-negozjar differita, u għandhom jiddivulgaw b’mod ċar dawn l-arranġamenti lill-parteċipanti tas-suq u lill-pubbliku li jinvesti. L-AETS għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dawn l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tan-negozjar differita u għandha tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar kif jintużaw fil-prattika.

124. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 41, miżuri li jispeċifikaw:

125. id-dettalji li jeħtiġilhom jiġu speċifikati mis-swieq regolati, mid-ditti tal-investiment, inklużi l-internalizzaturi sistematiċi u d-ditti tal-investiment u s-swieq regolati li joperaw MTF jew OTF fl-informazzjoni li trid issir disponibbli għall-pubbliku għal kull klassi ta' strument finanzjarju kkonċernat;

126. il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għal kull klassi ta' strument finanzjarju għal pubblikazzjoni tan-negozjar differita għal suq regolat, ditta tal-investimenti, inkluż internalizzatur sistematiku jew ditta tal-investimenti jew operatur tas-suq li jopera MTF jew OTF u l-kriterji li jridu jiġu applikati meta jiġu deċiżi t-tranżazzjonijiet li għalihom, minħabba d-daqs tagħhom jew it-tip ta’ bond, prodott finanzjarju strutturat, kwoti tal-emissjoni jew derivat involut, il-pubblikazzjoni differita u/jew it-tneħħija tal-volum tat-tranżazzjoni hija permessa

Kapitolu 3

Obbligu li tiġi offruta dejta tan-negozjar fuq bażi kummerċjali separata u raġonevoli

Artikolu 11Obbligu li d-dejta ta’ qabel u ta’ wara n-negozjar issir disponibbli b’mod separat

127. Is-swieq regolati u l-operaturi tas-suq u l-ditti tal-investiment li joperaw MTFs u OTFs għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikoli 3 sa 10 billi joffru d-dejta tat-trasparenza ta’ qabel u ta’ wara n-negozjar b’mod separat.

128. Permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 41, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li jispeċifikaw id-dejta tat-trasparenza tal-offerti ta' qabel u wara n-negozjar, inkluż il-livell ta’ diżaggregazzjoni tad-dejta li għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku kif imsemmmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 12 Obbligu sabiex id-dejta ta’ qabel u ta’ wara n-negozjar tkun disponibbli fuq bażi kummerċjali raġonevoli

129. Is-swieq regolati, l-MTFs u l-OTFs għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikoli 3 sa 10 fuq bażi kummerċjali raġonevoli. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli mingħajr ħlas kwarta (15-il minuta) wara l-pubblikazzjoni ta’ tranżazzjoni.

130. Permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 41, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li jiċċaraw x’jikksotitwixxi bażi kummerċjali raġonevoli sabiex l-informazzjoni ssir ppubblika kif imsemmi fil-paragrafu 1.

TITOLU III

TRASPARENZA GħAD-DITTI TAL-INVESTIMENT LI JINNEGOZJAW OTC INKLUżI L-INTERNALIZZATURI SISTEMATIċI

ARTIKOLU 13 OBBLIGU GħAD-DITTI TAL-INVESTIMENT SABIEX JAGħMLU PUBBLIċI L-KWOTAZZJONIJIET TAD-DITTI

131. L-internalizzaturi sistematiċi f’ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra għandhom jippubblikaw kwotazzjoni ta' ditta f’dawk l-ishma, fl-irċevuti tad-depożiti, fil-fondi nnegozjati fil-boroż, fiċ-ċertifikati u l-istrumenti finanzjarji simili oħra ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew negozjati f’MTF jew OTF li għalihom huma internalizzaturi sistematiċi u li għalihom hemm suq likwidu. Fil-każ tal-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, il-fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati u l-istrumenti finanzjarji simili oħra li għalihom mhemmx suq likwidu, fuq talba l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jiddivulgaw kwotazzjonijiet lill-klijenti tagħhom.

132. Dan l-Artikolu u l-Artikoli 14, 15 u 16 għandhom japplikaw għall-internalizzaturi sistematiċi waqt negozjar ta' daqsijiet sad-daqs standard tas-suq. L-internalizzaturi sistematiċi li jinnegozjaw biss f’daqsijiet akbar mid-daqsijiet standard tas-suq ma għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

133. L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jiddeċiedu d-daqs jew id-daqsijiet li fihom se jikkwotaw. Id-daqs minimu tal-kwotazzjoni għandu jkun tal-inqas l-ekwivalenti ta’ 10% tad-daqs standard tas-suq tas-sehem, tal-irċevuta tad-depożitu, tal-fond innegozjat fil-boroż, taċ-ċertifikat jew ta’ strument finanzjarju simili ieħor. Għal sehem, irċevuta ta’ depożitu, fond innegozjat fil-boroż, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor partikolari kull kwotazzjoni għandha tinkludi offerta tad-ditta u prezz tal-offerta jew prezzijiet għal daqs jew daqsijiet li jistgħu jaslu sad-daqs standard tas-suq għall-klassi tal-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, il-fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati jew strumenti finanzjarji simili oħra li jappartjeni għalihom l-istrument finanzjarju. Il-prezz jew il-prezzijiet għandhom jirreflettu wkoll il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq għal dak is-sehem, l-irċevuti tad-depożiti, il-fond innegozjat fil-boroż, iċ-ċeritifkat jew strument finanzjarju simili ieħor.

134. L-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, il-fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati u l-istrumenti finanzjarji simili oħra għandhom jinġabru fi gruppi fi klassijiet fuq il-bażi ta’ valur aritmetiku medju tal-ordnijiet eżekwiti fis-suq għal dak l-istrument finanzjarju. Id-daqs standard għas-suq għal kull klassi ta’ ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra għandu jkun daqs li jirrappreżenta l-valur aritmetiku medju tal-ordnijiet eżekwiti fis-suq għall-istrumenti finanzjarji inklużi f’kull klassi.

135. Is-suq għal kull sehem, irċevuta tad-depożitu, fond innegozjat fil-boroż, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor għandu jkun magħmul mill-ordnijiet kollha eżekwiti fl-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ dak l-istrument finanzjarju għajr dawk ta’ daqs kbir meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq.

136. L-awtorità kompetenti tas-suq l-aktar relevanti f’termini ta’ likwidità kif definit fl-Artikolu 23 għal kull sehem, irċevuta tad-depożitu, fond innegozjat fil-boroż, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor għandha tiddetermina tal-inqas darba fis-sena, abbażi tal-valur aritmetiku medju tal-ordnijiet eżekwiti fis-suq fir-rigward ta’ dak l-istrument finanzjarju, il-klassi li jappartjeni fiha. Din l-informazzjoni għandha tkun pubblika għall-parteċipanti kollha tas-suq.

137. Sabiex tiġi żgurata l-valwazzjoni effiċjenti tal-ishma, l-irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra u tiġi massimizzata l-possibbiltà tad-ditti tal-investiment li jiksbu tal-aħjar negozju għall-klijenti tagħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 41, miżuri li jispeċifikaw l-elementi relatati mal-pubblikazzjoni ta' kwotazzjoni ta' ditta kif imsemmi fil-paragrafu 1 u d-daqs standard tas-suq kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 14 Eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijenti

138. L-internalizzaturi sistematiċi għandhom jagħmlu pubbliċi l-kwotazzjonijiet tagħhom fuq bażi regolari u kontinwa matul is-sigħat normali ta’ negozjar. Għandhom ikunu intitolati jaġġornaw il-kwotazzjonijiet tagħhom fi kwalunkwe ħin. Għandhom jitħallew ukoll, f’ċerti kundizzjonijiet eċċezzjonali tas-suq, jirtiraw il-kwotazzjonijiet tagħhom.

Il-kwotazzjoni għandha tkun pubblika b’mod li huwa faċilment aċċessibbli għall-parteċipanti l-oħra tas-suq fuq bażi kummerċjali raġonevoli.

139. L-internalizzaturi sistematiċi għandhom, filwaqt li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27 tad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida], jeżekwixxu l-ordnijiet li jirċievu mill-klijenti tagħhom rigward l-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, il-fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra li għalihom huma l-internalizzaturi sistematiċi bil-prezzijiet kwotati meta tasal tal-ordni.

Madanakollu, jistgħu jeżekwixxu dawk l-ordnijiet bi prezz aħjar f’każijiet ġustifikati jekk dan il-prezz jaqa’ f'firxa pubblika qrib il-kundizzjonijiet tas-suq.

140. L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jwettqu wkoll ordnijiet li jirċievu mill-klijenti professjonisti tagħhom bi prezzijiet differenti minn dawk li jikkwotaw huma mingħajr ma jkollhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet fejn l-eżekuzzjoni f’diversi titoli tkun parti minn tranżazzjoni waħda u fir-rigward ta’ ordnijiet li jkunu soġġetti għal kundizzjonijiet għajr il-prezz attwali tas-suq.

141. Meta internalizzatur sistematiku li jikkwota biss kwotazzjoni waħda jew li l-ogħla kwotazzjoni tiegħu hija inqas mid-daqs standard tas-suq jirċievi ordni minn klijent ta’ daqs akbar mid-daqs tal-kwotazzjoni tiegħu, iżda inqas mid-daqs standard tas-suq, jista’ jiddeċiedi li jeżekwixxi dik il-parti tal-ordni li taqbeż id-daqs tal-kwotazzjoni tiegħu, sakemm tiġi eżekwita bil-prezz ikkwotat, għajr fejn ikun permess mod ieħor skont il-kundizzjonijiet fiż-żewġ subparagrafi preċedenti. Meta internalizzatur sistematiku ikun qed jikkwota f’daqsijiet differenti u jirċievi ordni bejn dawk id-daqsijiet, li hu jagħżel li jeżekwixxi, għandu jeżekwixxi l-ordni b’wieħed mill-prezzijiet kwotati b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida], għajr fejn huwa permess mod ieħor skont il-kundizzjonijiet fiż-żewġ subparagrafi preċedenti.

142. Sabiex tiġi żgurata l-valwazzjoni effiċjenti tal-ishma, l-irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra u tiġi massimizzata l-possibbiltà tad-ditti tal-investiment li jiksbu tal-aħjar negozju għall-klijenti tagħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 41, miżuri li jispeċifikaw il-kriterji li jispeċifikaw meta l-prezzijiet jaqgħu f'firxa pubblika qrib il-kundizzjonijiet tas-suq kif imsemmi fil-paragrafu 2.

143. Permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 41, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li jiċċaraw x’jikksotitwixxi bażi kummerċjali raġonevoli sabiex l-informazzjoni ssir ppubblika kif imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 15 Obbligi tal-awtoritajiet kompetenti

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw dan li ġej:

144. li d-ditti tal-investiment jaġġornaw regolarment il-prezzijiet tal-offerti ppubblikati skont l-Artikolu 13 u jżommu prezzijiet li jirriflettu l-kondizzjonijiet prevalenti tas-suq;

145. li d-ditti tal-investiment jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għat-titjib tal-prezz stabbiliti fl-Artikolu 14(2).

Artikolu 16Aċċess għall-kwotazzjonijiet

146. L-internalizzaturi sistematiċi għandhom jitħallew jiddeċiedu, abbażi tal-politika kummerċjali tagħhom u b’mod oġġettiv u nondiskriminatorju, lil liema investituri jagħtu aċċess għall-kwotazzjonijiet tagħhom. Għal dan il-għan, għandu jkun hemm standards ċari li jirregolaw l-aċċess għall-kwotazzjonijiet tagħhom. L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jirrifjutaw milli jidħlu jew itemmu r-relazzjonijiet kummerċjali ma' investituri fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet kummerċjali bħall-istat tal-kreditu tal-investitur, ir-riskju tal-kontroparti u s-saldu finali tat-tranżazzjoni.

147. Sabiex jillimitaw ir-riskju li jiġu esposti għal tranżazzjonijiet multipli mill-istess klijent, l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jitħallew jillimitaw b’mod nondiskriminatorju l-għadd ta’ tranżazzjonijiet mingħand l-istess klijent li huma jimpenjaw li jdaħħlu għalihom skont il-kundizzjonijiet ippubblikati. Għandhom jitħallew, b’mod nondiskriminatorju u skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida], jillimitaw l-għadd totali ta’ tranżazzjonijiet minn klijenti differenti fl-istess waqt sakemm dan ikun jista’ jsir biss meta l-għadd u/jew il-volum ta’ ordnijiet mixtieqa mill-klijenti jaqbeż in-norma b’mod konsiderevoli.

148. Sabiex tiġi żgurata l-valwazzjoni effiċjenti tal-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, il-fondi nnegozjati fil-boroż, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra u tiġi massimizzata l-possibbiltà tad-ditti tal-investiment li jiksbu tal-aħjar negozju għall-klijenti tagħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 41, miżuri li jispeċifikaw:

149. (a) il-kriterji li jispeċifikaw meta kwotazzjoni hija ppubblikata b'mod regolari u kontinwu u faċilment aċċessibbli kif ukoll il-mezzi li bihom id-ditti tal-investiment jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jagħmlu pubbliki l-kwotazzjonijiet tagħhom, li għandhom jinkludu l-possibbiltajiet li ġejjin:

(i) permezz tal-faċilitajiet ta' kwalunkwe suq regolat li jkun aċċetta l-istrument inkwistjoni għan-negozjar;

(ii) permezz ta' arranġament approvat tal-pubblikazzjoni;

(iii) permezz ta’ arranġamenti proprjetarji;

150. (b) il-kriterji li jispeċifikaw dawk it-tranżazzjonijiet fejn l-eżekuzzjoni f’diversi titoli tkun parti minn tranżazzjoni waħda jew ordnijiet li huma soġġetti għal kundizzjonijiet għajr il-prezz attwali tas-suq;

151. (c) il-kriterji li jispeċifikaw x’jista’ jiġi kkunsidrat bħala ċirkostanza eċċezzjonali tas-suq li tippermetti l-irtirar tal-kwotazzjonijiet kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-aġġorar tal-kwotazzjonijiet;

152. (d) il-kriterji li jispeċifikaw meta l-għadd u/jew il-volum tal-ordnijiet mixtieqa mill-klijenti jaqbeż b’mod konsiderevoli n-norma kif imsemmi fl-paragrafu 2;

153. il-kriterji li jispeċifikaw meta l-prezzijiet jaqgħu f’firxa pubblika qrib il-kundizzjonijiet tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 14(2).

Artikolu 17Obbligu għall-pubblikazzjoni ta’ kwotazzjonijiet tad-ditti f’bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati

154. L-internalizzaturi sistematiċi għandhom jipprovdu kwotazzjonijiet tad-ditti f’bonds u prodotti finanzjarji strutturati ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li għalihom ġie ppubblikat prospektus, kwoti tal-emissjonijiet u derivati li huma eliġibbli għall-ikklerjar jew li huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li huma negozjati f’MTF jew OTF meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

155. jintalbu kwotazzjoni minn klijent tal-internalizzatur sistematiku;

156. jaqblu li jipprovdu kwotazzjoni.

157. L-internalizzaturi sistematiċi għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni l-kwotazzjonijiet tad-ditti provduti skont il-paragrafu 1 lil klijenti oħra tad-ditta tal-investimenti b’mod oġġettiv nondiskriminatorju abbażi tal-politika kummerċjali tagħhom.

158. Għandhom jimpenjaw ruħhom li jidħlu fi tranżazzjonijiet ma’ kwalunkwe klijent ieħor li għalih tkun saret disponibbli l-kwotazzjoni skont il-kundizzjonijiet ippubblikati meta d-daqs ikkwotat ikun daqs jew inqas mid-daqs speċifikat għall-istrument.

159. L-internalizzaturi sistematiċi għandhom jitħallew jistabbilixxu limiti nondiskriminatorji u trasparenti fuq l-għadd ta’ tranżazzjonijiet li huma impenjaw ruħhom li jidħlu għalihom ma’ klijenti skont kwalunkwe kwotazzjoni partikolari.

160. Il-kwotazzjonijiet li jsiru skont il-paragrafu 1 u daqs jew inqas mid-daqs imsemmi fil-paragrafu 3 għandhom isiru pubbliċi b’mod li huwa faċilment aċċessibbli għal parteċipanti oħra tas-suq fuq bażi kummerċjali raġonevoli.

161. Il-kwotazzjonijiet għandhom ikunu b’tali mod li jiżguraw li d-ditta tikkonforma mal-obbligi tagħha tal-Artikolu 27 tad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida], u għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq rigward il-prezzijiet li fihom jiġu konklużi t-tranżazzjonijiet għall-istess strumenti jew għal oħrajn simili fi swieq regolati, MTFs jew OTFs.

Artikolu 18Monitoraġġ mill-AETS

162. L-awtoritajiet kompetenti u l-AETS għandhom jimmonitorjaw l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu rigward id-daqsijiet li fihom isiru disponibbli l-kwotazzjonijiet għall-klijenti tad-ditta tal-investiment u jsiru disponibbli għal parteċipanti oħra tas-suq skont attivitajiet oħra ta’ negozjar tad-ditta, u l-grad li fih il-kwotazzjonijiet jirreflettu l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq rigward it-tranżazzjonijiet fl-istess strument jew strumenti simili li jsiru fi swieq regolati, MTFs jew OTFs. Fi żmien sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ, l-AETS għandha tirrapporta għand il-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. F’każ ta’ kkwotar sinifikanti u attività ta’ negozjar ftit lil hinn mil-limitu msemmi fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 17 jew barra l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq, għandhom jirrapportaw għand il-Kummissjoni qabel din id-data ta’ skadenza.

163. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 41, miżuri li jispeċifikaw id-daqsijiet imsemmija fl-Artikolu 17(3) li fihom id-ditta għandha tidħol fit-tranżazzjonijiet ma’ kwalunkwe klijent ieħor li għalih tkun disponibbli l-kwotazzjoni.

164. Permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 41, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li jiċċaraw x’jikkostitwixxi bażi kummerċjali raġonevoli biex il-kwotazzjonijiet isiru pubbliċi kif imsemmi fl-Artikolu 17(5).

Artikolu 19Divulgazzjoni ta’ wara n-negozjar minn ditti tal-investiment, inklużi l-internalizzaturi sistematiċi, fir-rigward ta’ ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili

165. Ditti tal-investiment li, jew f’isimhom jew f’isem il-klijenti, jikkonkludu tranżazzjonijiet f’ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati jew strumenti finanzjarji simili oħra ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li huma negozjati f’MTF jew OTF, għandhom jippubblikaw il-volum u l-prezz ta’ dawk it-tranżazzjonijiet u fil-ħin meta ġew konklużi. Din l-informazzjoni għandha ssir pubblika permezz ta’ APA.

166. L-informazzjoni li ssir pubblika skont il-paragrafu 1 u l-limiti taż-żmien li fihom tiġi ppubblikata għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti adottati skont l-Artikolu 6. Fejn il-miżuri adottati skont l-Artikolu 6 jipprovdu għal rapportar differit għal ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet f’ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati jew strumenti finanzjarji simili oħra, il-possibbiltà għandha tapplika wkoll għal dawk it-tranżazzjonijiet meta jitwettqu barra swieq regolati, MTFs jew OTFs.

167. Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 41, miżuri li jispeċifikaw dan li ġej:

168. identifikaturi għat-tipi differenti ta’ negozjar ippubblikati f’dan l-Artikolu, li jiddistingwu bejn dawk determinati minn fatturi li huma primarjament marbutin mal-valwazzjoni tal-istrumenti u dawk determinati minn fatturi oħra;

169. elementi tal-obbligu skont l-paragrafu 1 għal tranżazzjonijiet li jinvolvu l-użu ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji għal kollateral, self jew għanijiet oħra fejn l-iskambju tal-istrumenti finanzjarji huwa determinat minn faturi oħra għajr il-valwazzjoni attwali tas-suq tal-istrument.

Artikolu 20 Divulgazzjoni ta’ wara n-negozjar minn ditti tal-investiment, inklużi internalizzaturi sistematiċi, fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati

170. Ditti tal-investiment li, jew f’isimhom jew f’isem il-klijenti tagħhom, jikkonkludu tranżazzjonijiet f’bonds u prodotti finanzjarji strutturati ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li għalihom ġie ppubblikat prospektus, il-kwoti tal-emissjonijiet u d-derivati li huma eliġibbli għall-ikklerjar jew li huma rrapportati għar-repożitorji tan-negozju skont l-Artikolu [6] tar-Regolament [EMIR] jew li huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li huma negozjati f’MTF jew OTF għandhom jagħmlu pubbliċi l-volum u l-prezz ta’ dawk it-tranżazzjonijiet u l-ħin meta ġew konklużi. Din l-informazzjoni għandha ssir pubblika permezz ta’ APA.

171. L-informazzjoni li ssir pubblika skont il-paragrafu 1 u l-limiti taż-żmien li fihom tiġi ppubblikata għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti adottati skont l-Artikolu 10. Fejn il-miżuri adottati skont l-Artikolu 10 jipprovdu għal rapportar differit għal ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet f’bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet jew derivati, din il-possibbiltà għandha tapplika wkoll għal dawk it-tranżazzjonijiet meta jitwettqu barra swieq regolati, MTFs jew OTFs.

172. Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 41, miżuri li jispeċifikaw dan li ġej:

173. identifikaturi għat-tipi differenti ta’ negozjar ippubblikati f’dan l-Artikolu, li jiddistingwu bejn dawk determinati minn fatturi li huma primarjament marbutin mal-valwazzjoni tal-istrumenti u dawk determinati minn fatturi oħra;

174. il-kriterji li jispeċifikaw l-obbligu skont l-paragrafu 1 għal tranżazzjonijiet li jinvolvu l-użu ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji għal kollateral, self jew raġunijiet oħra fejn l-iskambju tal-istrumenti finanzjarji huwa determinat minn faturi oħra għajr il-valwazzjoni attwali tas-suq tal-istrument.

TITOLU IV

IR-RAPPORTAR TA’ TRANżAZZJONIJIET

ARTIKOLU 21 OBBLIGU LI TINżAMM L-INTEGRITÀ TAS-SWIEQ

Mingħajr ħsara għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet għall-infurzar tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament [MAR il-ġdid], l-awtoritajiet kompetenti koordinati mill-AETS skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandhom jimmonitorjaw l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment sabiex jiżguraw li jaġixxu b’onestà, b’mod ġust u professjonali u b’manjiera li tippromwovi l-integrità tas-suq.

Artikolu 22 Obbligu għaż-żamma tar-rekords

175. Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, għal tal-inqas 5 snin, id-dejta relevanti relatata mat-tranżazzjonijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji li wettqu, kemm jekk f’isimhom kif ukoll jekk f’isem il-klijent. Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet imwettqa f’isem il-klijenti, ir-rekords għandhom jinkludu l-informazzjoni u d-dettalji kollha tal-identità tal-klijent, u l-informazzjoni meħtieġa skont id-Direttiva 2005/60/KE[23]. L-AETS tista’ titlob aċċess għal dik l-informazzjoni skont il-proċedura u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

176. L-operatur ta’ suq regolat, MTF jew OTF għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, għal tal-inqas ħames snin, id-dejta relevanti relatata mal-ordnijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji li huma reklamati permezz tas-sistemi tagħhom. Ir-rekords għandu jkun fihom id-dettalji kollha meħtieġa għall-finijiet tal-Artikolu 23(1) u (2). L-AETS għandu jkollha rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 23Obbligu ta’ rapportar ta’ tranżazzjonijiet

177. Id-ditti tal-investiment li jwettqu tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji għandhom jirrapportaw id-dettalji ta’ tali tranżazzjonijiet lill-awtorità kompetenti malajr kemm jista’ jkun, u mhux aktar tard minn tmiem il-ġurnata ta’ xogħol li jkun imiss. Skont l-Artikolu 89 tad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida], l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti neċessarji sabiex jiżguraw li l-awtorità kompetenti tal-aktar suq relevanti f’termini ta’ likwidità għal dawk l-istrumenti finanzjarji tirċievi din l-informazzjoni wkoll.

178. L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għal strumenti finanzjarji li mhumiex ammessi għan-negozjar jew negozjati f’MTF jew OTF, għal strumenti finanzjarji li l-valur tagħhom ma jiddependix fuq dak ta’ strument finanzjarju ammess għan-negozjar jew negozjat f’MTF jew OTF, u lanqas għal strumenti finanzjarji li ma għandhomx jew li aktarx mhux se jkollhom effett fuq strument finanzjarju ammess għan-negozjar jew negozjat f’MTF jew OTF.

179. B’mod partikolari, ir-rapporti għandhom jinkludu d-dettalji tal-ismijiet u l-għadd ta' strumenti mixtrija jew mibjugħa, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet tal-eżekuzzjoni, il-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet, deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-klijenti li f’isimhom id-ditta tal-investimenti tkun wettqet dik it-tranżazzjoni, deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-persuni u l-algoritmi tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment responsabbli mid-deċiżjoni tal-investiment u t-twettiq tat-tranżazzjoni, u l-mezzi ta’ identifikazzjoni tad-ditti tal-investimenti konċernati. Għat-tranżazzjonijiet mhux imwettqa f’suq regolat, MTF jew OTF, ir-rapporti għandhom jinkludu wkoll deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati t-tipi ta’ tranżazzjonijiet skont il-miżuri li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 19(3)(a) u l-Artikoli 20(3)(a).

180. Id-ditti tal-investiment li jittrażmettu ordnijiet għandhom jinkludu fit-trażmissjoni ta’ dik l-ordni d-dettalji kollha meħtieġa għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 3. Minflok ma tinkludi deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-klijenti li f’isimhom id-ditta tal-investiment trażmettiet dik l-ordni jew deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-persuni u l-argoritmi tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment responsabbli mid-deċiżjoni ta’ investiment u l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, ditta tal-investiment tista’ tagħżel ukoll li tirrapporta l-ordni trażmessa skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.

181. L-operatur ta’ suq regolat, MTF jew OTF għandu jirrapporta d-dettalji tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti negozjati fuq il-pjattaforma tagħhom li jiġu eżekwiti permezz tas-sistemi tagħhom minn ditta li mhijiex soġġetta għal dan ir-Regolament skont il-paragrafi 1 u 3.

182. Ir-rapporti għandhom isiru għand l-awtorità kompetenti jew mid-ditta tal-investiment stess, ARM li taġixxi f’isimha jew mis-suq regolat jew MTF jew OTF li permezz tas-sistemi tagħhom ġiet konkluża t-tranżazzjoni. Sistemi ta’ tqabbil tan-negozju jew rapportar, inklużi repożitorji tan-negozju reġistrati jew rikonoxxuti skont it-Titolu VI tar-Regolament [ ] (EMIR), jistgħu jiġu approvati mill-awtorità kompetenti bħala ARM. F’każijiet fejn it-tranżazzjonijiet huma rrapportati direttament lill-awtorità kompetenti minn suq regolat, MTF, OTF jew ARM, id-ditta tal-investiment tista’ tiġi eżentata mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1. F’każijiet fejn it-tranżazzjonijiet ġew irrapportati f’repożitorju tan-negozjar skont l-Artikolu [7] tar-Regolament [ ] (EMIR) u fejn dawn ir-rapporti fihom id-dettalji meħtieġa skont il-paragrafi 1 u 3, għandu jitqies li d-ditta tal-investiment hija konformi mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1.

183. Meta, skont l-Artikolu 37(8) tad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida], ir-rapporti previsti f’dan l-Artikolu jiġu trażmessi għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, din l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment, sakemm dawn ma jiddeċidux li ma jixtiqux jirċievu din l-informazzjoni.

184. L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina:

185. l-istandards u l-formats tad-dejta għall-informazzjoni li trid tiġi ppubblikata skont il-paragrafu 1 u 3, inklużi l-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji u l-forma u l-kontenut ta’ tali rapporti;

186. il-kriterji għad-definizzjoni ta’ suq relevanti skont il-paragrafu 1;

187. ir-referenzi tal-istrumenti mixtrija jew mibjugħa, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet tal-eżekuzzjoni, il-prezzijiet tat-tranżazzjoni, l-informazzjoni u d-dettalji tal-identità tal-klijent, deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-klijenti li f’isimhom il-kumpanija tal-investimenti wettqet dik it-tranżazzjoni, deżinazzjoni sabiex jiġu identifikati l-persuni u l-algoritmi tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment responsabbli mid-deċiżjoni tal-investiment u t-twettiq tat-tranżazzjoni, mezzi ta’ identifikazzjoni tad-ditti tal-investimenti konċernati, il-mod li bih twettqet it-tranżazzjoni, u t-taqsimiet tad-dejta meħtieġa għall-ipproċessar u l-analiżi tar-rapporti tat-tranżazzjonijiet skont il-paragrafu 3.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […].

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

188. Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-AETS għandha tirrapporta għand il-Kummissjoni dwar il-funzjonament ta’ dan l-Artikolu, inklużi jekk il-kontenut u l-format tar-rapporti ta’ tranżazzjonijiet riċevuti u skambjati bejn l-awtoritajiet kompetenti komprensivi jippermettux il-monitoraġġ tal-attivitajiet tad-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 21. Il-Kummissjoni tista’ tieħu passi sabiex tipproponi kwalunkwe bidla, inkluż dispożizzjoni biex it-tranżazzjonijiet jiġu trażmessi f’sistema magħżula mill-AETS minflok għand l-awtoritajiet kompetenti, li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti relevanti jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha rrapportata skont dan l-Artikolu.

TITOLU V

DERIVATI

ARTIKOLU 24 OBBLIGU GħAL NEGOZJAR FI SWIEQ REGOLATI, MTFS JEW OTFS

189. Kontropartijiet finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 2(6) u kontropartijiet mhux finanzjarji li jilħqu l-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikolu [5(1b)] tar-Regolament [ ] (EMIR) għandhom jikkonkludu tranżazzjonijiet li mhumiex tranżazzjonijiet intragrupp kif definit fl-Artikolu [2a] tar-Regolament [ ] (EMIR) ma’ kontropartijiet finanzjarji oħra kif definit fl-Artikolu 2(6) jew ma’ kontropartijiet mhux finanzjarji li jilħqu l-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikolu [5(1b)} tar-Regolament [ ] (EMIR) f’derivati li jappartjenu għal klassi ta’ derivati li ġiet dikjarata soġġetta għall-obbligu ta’ negozjar skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 u elenkata fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 27 biss fi:

190. swieq regolati;

191. MTFs;

192. OTFs; jew

193. ċentri tan-negozjar ta’ pajjiżi terzi, jekk il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 4 u jekk il-pajjiż terz jipprovdi rikonoxximent reċiproku ekwivalenti liċ-ċentri tan-negozjar awtorizzati skont id-Direttiva [il-MiFID il-ġdida] għall-ammissjoni għan-negozjar jew għan-negozjar ta' derivati dikjarati soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar f’dak il-pajjiż terz fuq bażi mhux esklużiva.

194. L-obbligu ta’ negozjar għandu japplika wkoll għall-kontropartijiet msemmija fil-paragrafu 1 li jdaħħlu fi tranżazzjonijiet ta' derivatili li jappartjenu għal derivati dikjarati soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar ma’ istituzzjonijiet finanzjarji ta’ pajjiż terz jew entitajiet ta’ pajjiż terz li jkunu soġġetti għall-obbligu ta’ kklerjar jekk kienu stabbiliti fl-Unjoni. L-obbligu ta’ negozjar għandu japplika wkoll għall-entitajiet ta’ pajjiżi terzi li jkunu soġġetti għall-obbligu ta’ kklerjar kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, li daħħlu fi tranżazzjonijiet ta' derivati li jappartjenu għal derivati dikjarati soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar, sakemm il-kuntratt ikollu effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni jew fejn dan l-obbligu jkun neċessarju jew xieraq sabiex jipprevjeni l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament.

195. Id-derivati ddikjarati soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar għandhom ikunu eliġibbli biex jiġu ammessi għan-negozjar jew biex jinnegozjaw fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar kif imsemmi fil-paragrafu 1 fuq bażi mhux esklużiva u nondiskriminatorja.

196. Skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjonijiet li jiddeterminaw li l-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jiżgura li ċentru tan-negozjar awtorizzat f’dak il-pajjiż terz jikkonforma mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti għaċ-ċentri tan-negozjar msemmija fis-subparagrafi (a) sa (c) tal-paragrafu 1 li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, mid-Direttiva [il-MiFID il-ġdida], u mir-Regolament [MAR il-ġdid], u li huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz.

Il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jitqies ekwivalenti meta dak il-qafas jilħaq il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

197. iċ-ċentri tan-negozjar f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni u l-infurzar effettivi fuq bażi kontinwa;

198. iċ-ċentri tan-negozjar ikollhom regoli ċari u trasparenti dwar l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar sabiex it-tali strumenti finanzjarji ikunu jistgħu jiġu negozjati b’mod ġust, ordinat u effiċjenti, u jkunu negozjabbli liberament;

199. l-emittenti tal-istrumenti finanzjarji huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ informazzjoni perjodiċi u kontinwi li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-investitur;

200. jiżgura t-trasparenza u l-integrità tas-suq billi jipprevjeni abbuż tas-suq f’forma ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

201. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 41, miżuri li jispeċifikaw it-tipi ta' kuntratti msemmija fil-paragrafu 2 li għandhom effett dirett, sostanzjali u prevedibbli fl-Unjoni u l-każijiet fejn l-obbligu tan-negozjar huwa neċessarju jew xieraq biex tkun prevenuta l-evażjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 25Obbligu ta’ kklerjar għad-derivati negozjati fi swieq regolati

L-operatur ta’ suq regolat għandu jiżgura li t-tranżazzjonijiet kollha f’derivati li jappartjenu għal klassi ta' derivati ddikjarata soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament [EMIR] li jiġu konklużi f’suq regolat ikunu kklerjati minn CCP.

Artikolu 26Proċedura ta’ obbligu ta’ negozjar

202. L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi jiġi determinat dan li ġej:

203. jekk il-klassi ta’ derivati ddikjarata soġġetta għall-obbligu ta’ kklerjar skont l-Artikolu 4 il-paragrafi 2 u 4 tar-Regolament [ ] (EMIR) jew partita relevanti minnha għandhiex tkun negozjata fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 24(1);

204. id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu ta’ negozjar.

L-AETS għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur wara li l-istandards tekniċi implimentattivi skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament [ ] (EMIR) ikun ġew adottati mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament 1095/2010.

205. Sabiex l-obbligu ta’ negozjar ikollu effett:

206. il-klassi ta’ derivati jew partita relevanti fiha trid tkun ammessa għal negozjar jew tkun negozjata tal-inqas f’suq regolat wieħed, MTF jew OTF msemmija fl-Artikolu 24(1), u

207. il-klassi ta’ derivati jew partita relevanti fiha huma kkunsidrati likwidi biżżejjed sabiex jinnegozjaw biss fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 24(1).

208. Matul l-iżvilupp tal-abbozz tal-istandards tekniċi implimentattivi, l-AETS għandha tikkunsidra l-klassi tad-derivati jew partita relevanti fiha bħala likwida biżżejjed skont il-kriterji li ġejjin:

209. il-frekwenza medja tan-negozjar;

210. id-daqs medju tan-negozjar;

211. l-għadd u t-tip tal-parteċipanti attivi tas-suq;

Qabel ma tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni, l-AETS għandha twettaq konsultazzjoni pubblika u, fejn xieraq, tista’ tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi.

212. L-AETS għandha, fuq inizjattiva tagħha stess, skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 u wara li twettaq konsultazzjoni pubblika, tidentifika u tinnotifika lill-Kummissjoni l-klassijiet ta’ derivati jew kuntratti ta’ derivati individwali li għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 24(1), iżda li għalihom l-ebda CCP għadha ma rċiviet awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 10 jew 11 tar-Regolament ----/---- (EMIR) jew li mhijiex ammessa għan-negozjar jew mhijiex negozjata f’ċentru tan-negozjar imsemmi fl-Artikolu 24(1).

Wara notifika mill-AETS, il-Kummissjoni tista’ tippubblika sejħa għall-iżvilupp ta' proposti għan-negozjar ta’ dawn id-derivati fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 24(1).

213. L-AETS għandha, skont il-paragrafu 1, tissottometti għand il-Kummissjoni l-abbozz il-ġdid ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex temenda, tissospendi jew tirrevoka l-istandards tekniċi implimentattivi eżistenti kull meta jkun hemm bidla materjali fil-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2. Qabel ma tagħmel dan, l-AETS tista’ tikkonsulta, fejn dan ikun xieraq, mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex temenda, tissospendi u tirrevoka l-istandards tekniċi implimentattivi eżistenti skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

214. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2(b), li jridu jiġi adottati skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament tal-UE 1095/2010. L-AETS għandha tissottometti abbozzi ta’ dawn l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa --/--/--.

Artikolu 27 Reġistru ta’ derivati soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar

L-AETS għandha tippubblika u żżomm fuq is-sit elettroniku tagħha reġistru li jispeċifika, b’mod eżawrenti u inekwivoku, id-derivati li huma soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 24(1), iċ-ċentri fejn huma ammessi għan-negozjar jew fejn huma negozjati, u d-dati li fihom jidħol fis-seħħ l-obbligu.

Titolu VI

AċċESS TA’ KKLERJAR NONDISKRIMINATORJU GħALL-ISTRUMENTI FINANZJARJI

ARTIKOLU 28 AċċESS NONDISKRIMINATORJU GħAL CCP

215. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8 tar-Regolament [ ] (EMIR), CCP għandha taċċetta li tikklirja strumenti finanzjarji fuq bażi nondiskriminatorja u trasparenti, anki fir-rigward ta’ rekwiżiti ta' kollateral u tariffi relatati mal-aċċess, irrispettivament miċ-ċentru tan-negozjar li fih titwettaq tranżazzjoni. Partikolarment dan għandu jiżgura li ċentru tan-negozjar għandu d-dritt għal trattament nondiskriminatorju f'termini ta' kif kuntratti nnegozjati fil-pjattaforma tiegħu jkunu trattati f'termini ta' rekwiżiti ta' kollateral u n-netting ta' kuntratti ekonomikament ekwivalenti u l-kontromarġinazzjoni ma' kuntratti korrelati kklerjati mill-istess CCP. CCP tista’ teħtieġ li ċ-ċentru tan-negozjar jikkonforma ma' rekwiżiti operattivi u tekniċi raġonevoli stabbiliti mis-CCP. Dan ir-rekwiżit ma japplika għall-ebda kuntratt ta' derivati li diġà huwa soġġett għall-obbligu ta’ aċċess skont l-Artikolu 8 tar-Regolament [EMIR].

216. Talba għal aċċess ta’ kontroparti ċentrali għandha tkun formalment sottomessa lil kontroparti ċentrali u lill-awtorità kompetenti relevanti tagħha permezz ta’ ċentru tan-negozjar.

217. Is-CCP għandha tipprovdi tweġiba bil-miktub liċ-ċentru tan-negozjar fi żmien tliet xhur fejn jew tippermetti l-aċċess, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti rilevanti ma kinitx ċaħdet l-aċċess skont il-paragrafu 4, jew fejn tiċħad l-aċċess. Is-CCP tista’ tiċħad talba għal aċċess skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 6 biss. Jekk CCP tiċħad l-aċċess, għandha tipprovdi r-raġunijiet sħaħ fit-tweġiba tagħha u tinforma bil-miktub lill-awtorità kompetenti tagħha dwar id-deċiżjoni. Is-CCP għandha tagħmel l-aċċess possibbli fi żmien tliet xhur minn meta tipprovdi tweġiba pożittiva għat-talba għal aċċess.

218. L-awtorità kompetenti tas-CCP tista’ tiċħad aċċess għal ta’ ċentru tan-negozjar lil CCP biss fejn it-tali aċċess ikun jhedded il-funzjonament bla intoppi jew ordinat tas-swieq finanzjarji. Jekk awtorità kompetenti tiċħad l-aċċess fuq dik il-bażi, għandha toħroġ id-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 2 u tipprovdi r-raġunijiet sħaħ lis-CCP u liċ-ċentri tan-negozjar inklużi l-provi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tagħha.

219. Ċentru tan-negozjar stabbilit f’pajjiż terz jista’ jitlob aċċess għal CCP stabbilita fl-Unjoni biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 24(4) rigward dak il-pajjiż terz u jekk il-qafas legali ta' dak il-pajjiż terz jipprovdi rikonoxximent ekwivalenti għal ċentri tan-negozjar awtorizzati skont id-Direttiva [il-MiFID il-ġdida] li jitolbu aċċess għal CCPs stabbiliti f’dak il-pajjiż terz.

220. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 41, miżuri li jispeċifikaw:

221. il-kundizzjonijiet li skonthom jista’ jiġi miċħud l-aċċess minn CCP, inklużi kondizzjonijiet abbażi tal-volum ta’ tranżazzjonijiet, l-għadd u t-tip ta’ utenti jew fatturi oħra li joħolqu riskji bla ħtieġa.

222. il-kondizzjonijiet skont liema jingħata l-aċċess, fosthom il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni provduta fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji matul il-fażi tal-iżvilupp, il-bażi nondiskriminatorja u trasparenti fir-rigward tat-tariffi tal-ikklerjar, ir-rekwiżit tal-kollateral u r-rekwiżiti operazzjonali fir-rigward tal-marġinazzjoni.

Artikolu 29 Aċċess nondiskriminatorju għal ċentru tan-negozjar

223. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8a tar-Regolament [ ] (EMIR), ċentru tan-negozjar għandu jipprovdi informazzjoni dwar in-negozjar fuq bażi nondiskriminatorja u trasparenti, inklużi fir-rigward ta’ tariffi relatati mal-aċċess, fuq talba lil kwalunkwe CCP awtorizzata jew rikonoxxuta mir-Regolament [ ] (EMIR) li tixtieq tikklerja t-tranżazzjonijiet finanzjarji mwettqa f’dak iċ-ċentru tan-negozjar. Dan ir-rekwiżit ma japplika għall-ebda kuntratt ta' derivati li diġà huwa soġġett għall-obbligi ta’ aċċess skont l-Artikolu 8a tar-Regolament [EMIR].

224. Talba għal aċċess għal ċentru tan-negozjar għandha tiġi formalment sottomessa għand ċentru tan-negozjar u l-awtorità kompetenti relevanti tiegħu minn CCP.

225. Iċ-ċentru tan-negozjar għandu jipprovdi tweġiba bil-miktub lis-CCP fi żmien tliet xhur fejn jew jippermetti l-aċċess, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti rilevanti ma kinitx ċaħdet l-aċċess skont il-paragrafu 4, jew fejn tiċħad l-aċċess. Iċ-ċentru tan-negozjar jista’ jiċħad aċċess biss skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 6. Jekk l-aċċess jiġu miċħud, iċ-ċentru tan-negozjar għandu jipprovdi r-raġunijiet sħaħ fit-tweġiba tiegħu liċ-ċentru tan-negozjar u jinforma bil-miktub lill-awtorità kompetenti tiegħu dwar id-deċiżjoni. Iċ-ċentru tan-negozjar għandu jagħmel l-aċċess disponibbli fi żmien tliet xhur minn meta jipprovdi tweġiba pożittiva għat-talba għal aċċess.

226. L-awtorità kompetenti taċ-ċentru tan-negozjar tista’ tiċħad lil CCP l-aċċess għal ċentru tan-negozjar biss meta t-tali aċċess jhedded il-funzjonament bla intoppi u ordinat tas-swieq. Jekk awtorità kompetenti tiċħad l-aċċess fuq dik il-bażi, għandha toħroġ id-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 2 u tipprovdi r-raġunijiet sħaħ liċ-ċentru tan-negozjar u lis-CCP inklużi l-provi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tagħha.

227. CCP stabbilita f’pajjiż terz tista’ titlob aċċess għal ċentru tan-negozjar fl-Unjoni bil-kundizzjoni li dik is-CCP tkun rikonoxxuta skont l-Artikolu 23 tar-Regolament [EMIR] u jekk il-qafas legali ta' dak il-pajjiż terz jipprovdi għal rikonoxximent ekwivalenti effettiv ta' CCP awtorizzata skont ir-Regolament [EMIR] għaċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti f'dak il-pajjiż terz.

228. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 41, miżuri li jispeċifikaw:

229. il-kundizzjonijiet li skonthom jista’ jiġi miċħud l-aċċess minn ċentru tan-negozjar, inklużi kondizzjonijiet abbażi tal-volum ta’ tranżazzjonijiet, l-għadd u t-tip ta’ utenti jew fatturi oħra li joħolqu riskji bla ħtieġa.

230. il-kondizzjonijiet skont liema jingħata l-aċċess, fosthom il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni provduta fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji matul il-fażi tal-iżvilupp, il-bażi nondiskriminatorja u trasparenti fir-rigward tat-tariffi relatati mal-aċċess.

Artikolu 30 Aċċess nondiskriminatorju u l-obbligu għall-liċenzjar ta’ punti ta’ riferiment

231. Fejn il-valur ta’ kwalunkwe strument finanzjarju huwa kkalkolat skont ir-referenza għal punt ta’ riferiment, persuna bid-drittijiet proprjetarji għall-punt ta’ riferiment għandha tiżgura għall-finijiet ta' negozjar u kklejar, li s-CCPs u ċ-ċentri tan-negozjar ikollhom aċċess nondiskriminatorju għal:

232. aġġornamenti relevanti dwar il-prezz u d-dejta u informazzjoni dwar il-kompożizzjoni, il-metodoloġija u l-ipprezzar ta’ dak il-punt ta’ riferiment; u għal

233. liċenzji.

L-aċċess għal dik l-informazzjoni għandu jingħata fuq bażi kummerċjali raġonevoli fi żmien tliet xhur minn meta ssir it-talba minn CCP jew ċentru tan-negozju, u fi kwalunkwe każ bi prezz mhuwiex ogħla mill-aktar prezz baxx li bih jingħata aċċess għall-punt ta’ riferiment jew huma liċenzjati d-drittijiet tal-propjetà intellettwali lil CCP oħra, ċentru tan-negozjar jew kwalunkwe persuna relatata għal raġunijiet ta’ kklerjar jew negozjar.

234. L-ebda CCP, ċentru tan-negozjar jew entità relatata ma tista’ tidħol fi ftehim ma' kwalunkwe fornitur ta’ punt ta’ riferiment li l-effett tiegħu jkun wieħed minn dawn:

235. il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe CCP oħra jew ċentru tan-negozjar ieħor milli jiksbu aċċess għal tali informazzjoni jew drittijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1; jew

236. il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe CCP oħra jew ċentru tan-negozjar ieħor milli jiksbu aċċess għal tali informazzjoni jew drittijiet f’termini li jkunu inqas vantaġġjużi minn dawk mogħtija lil dik is-CCP jew ċentru tan-negozjar.

237. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 41, miżuri li jispeċifikaw:

238. l-informazzjoni li trid issir disponibbli skont il-paragrafu 1(a);

239. il-kundizzjonijiet li skonthom jingħata aċċess, inkluża l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni provduta.

TITOLU VII

MIżURI SUPERVIżORJI DWAR INTERVENTI FUQ IL-PRODOTT U POżIZZJONIIJET

Kapitolu 1

Intervent fuq il-Prodott

Artikolu 31 Setgħat tal-AETS sabiex tintervjeni temporanjament

240. Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS tista’, fejn tkun sodisfatta fuq bażi raġonevoli li l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 huma milħuqa, temporanjament tipprojbixxi jew tirrestrinġi fl-Unjoni:

241. il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti strumenti finanzjarji jew strumenti finanzjarji b’ċerti karatteristiċi; jew

242. tip ta’ attività jew prassi finanzjarja.

Projbizzjoni jew restrizzjoni jistgħu japplikaw f’ċirkostanzi, jew ikunu soġġetti għal eżenzjonijiet, speċifikati mill-AETS.

243. L-AETS għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 fil-każ biss li jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

244. l-azzjoni proposta tindirizza theddida għall-protezzjoni tal-investitur jew għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni;

245. ir-rekwiżiti regolatorji skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li huma applikabbli għall-istrument jew l-attività finanzjarji relevanti ma jindirizzawx it-theddida;

246. awtorità jew awtoritajiet kompetenti ma ħadux azzjoni sabiex jindirizzaw it-theddida jew l-azzjonijiet li ttieħdu ma jindrizzawx adegwatament it-theddida.

247. Meta tieħu azzjoni taħt dan l-Artikolu l-AETS għandha tqis sa fejn l-azzjoni:

248. ma jkollhiex effett negattiv fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni; u

249. ma toħloqx riskju ta’ abritraġġ regolatorju.

Fejn awtorità jew awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu miżura skont l-Artikolu 32, l-AETS tista’ tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr ma toħroġ l-opinjoni prevista fl-Artikolu 33.

250. Qabel ma tiddeċiedi li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu, l-AETS għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bl-azzjoni li tipproponi.

251. L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu. L-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni u jispeċifika żmien wara l-pubblikazzjoni tal-avviż li minnu se jidħlu fis-seħħ il-miżuri. Projbizzjoni jew restrizzjoni għandha tapplika biss għal azzjonijiet wara li l-miżuri jidħlu fis-seħħ.

252. L-AETS għandha tirrevedi projbizzjoni jew restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 f’intervalli xierqa u tal-inqas kull tliet xhur. Il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni tiskadi jekk ma tiġix imġedda wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur.

253. L-azzjoni adottata mill-AETS skont dan l-Artikolu għandha tipprevali fuq kwalunkwe azzjoni preċedenti meħuda minn awtorità kompetenti.

254. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 41 li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi li jridu jiġu kkunsidrati mill-AETS sabiex jiġi determinat x'jikkostitwixxi theddid għall-protezzjoni tal-investitur jew għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji u għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 2(a).

Artikolu 32Intervent fuq il-prodott mill-awtoritajiet kompetenti

255. Awtorità kompetenti tista’ tipprojbixxi jew tirrestrinġi f’dak jew minn dak l-Istat Membru:

256. il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti strumenti finanzjarji jew strumenti finanzjarji b’ċerti karatteristiċi; jew

257. tip ta’ attività jew prassi finanzjarja.

258. Awtorità kompetenti tista’ tieħu l-azzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jekk tkun issodisfata fuq bażi raġonevoli li:

259. strument jew attività jew prattika finanzjarji joħolqu tħassib sinifikanti rigward il-protezzjoni tal-investitur jew huma ta' theddida serja għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha;

260. ir-rekwiżiti regolatorji eżistenti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-istrumenti jew l-attivitajiet jew il-prattiċi finanzjarji ma jindirizzawx biżżejjed ir-riskji msemmija fil-paragrafu (a) u l-kwistjoni ma tistax tiġi indirizzata aħjar permezz ta’ superviżjoni jew infurzar imtejba tar-rekwiżiti eżistenti;

261. l-azzjoni hija proporzjonata meta tiġi kkunsidrata n-natura tar-riskji identifikati, il-livell ta’ sofistikazzjoni tal-investituri jew tal-parteċipanti tas-suq konċernati u l-effett probabbli li l-azzjoni jista' jkollha fuq l-investituri u l-parteċipanti tas-suq li jista’ jkollhom, jużaw jew jibbenefikaw mill-istrument jew l-attività finanzjarja;

262. ikkonsultat kif xieraq mal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jistgħu jkunu affettwati b'mod sinifikanti mill-azzjoni; u

263. l-azzjoni ma għandhiex effett diskriminatorju fuq is-servizzi jew l-attivitajiet forniti minn Stat Membru ieħor.

Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-awtorità kompetenti.

264. L-awtorità kompetenti ma għandhiex tieħu azzjoni skont dan l-Artikolu sakemm, sa mhux inqas minn xahar qabel ma tieħu l-azzjoni, ma tkunx innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha u mill-AETS bil-miktub dwar id-dettalji ta’:

265. l-istrument jew l-attività jew il-prassi finanzjarja li magħhom hija relatata l-azzjoni proposta;

266. in-natura preċiża tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni proposta u meta hija maħsuba li tidħol fis-seħħ; u

267. il-provi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tagħha u li skonthom hija ssodisfata li ntlaħqu l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafu 1.

268. L-awtorità kompetenti għandha tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li timponi xi projbizzjoni jew restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni, żmien wara l-pubblikazzjoni tal-avviż li fih jidħlu fis-seħħ il-miżuri u l-provi li skonthom hija ssodisfata li ntlaħqu l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafu 1. Il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni għandhom japplikaw biss fir-rigward ta’ azzjonijiet li ttieħdu wara l-pubblikazzjoni tal-avviż.

269. L-awtorità kompetenti għandha tirrevoka projbizzjoni jew restrizzjoni jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma jibqgħux japplikaw.

270. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 41 li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi li jridu jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti meta jiddeterminaw x'jikkostitwixxi theddid għall-protezzjoni tal-investitur jew għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji u għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 2(a).

Artikolu 33Koordinazzjoni mill-AETS

271. L-AETS għandha tieħu rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward tal-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 32. B’mod partikolari, l-AETS għandha tiżgura li l-azzjoni meħuda minn awtorità kompetenti tkun ġustifikata u proporzjonata u li fejn xieraq jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti.

272. Wara li tirċievi notifika skont l-Artikolu 32 dwar kwalunkwe azzjoni li se tiġi imposta skont dak l-Artikolu, l-AETS għandha tadotta opinjoni dwar jekk tikkunsidrax il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni bħala ġustifikata u proporzjonata. Jekk l-AETS tikkunsidra li t-teħid ta’ miżuri minn awtoritajiet kompetenti oħra huwa meħtieġ sabiex jiġi indirizzat r-riskju, għandha tiddikjara dan fl-opinjoni tagħha wkoll. L-opinjoni għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-AETS.

273. Fejn awtorità kompetenti tipproponi li tieħu, jew tieħu, azzjoni li tmur kontra opinjoni tal-AETS skont il-paragrafu 2 jew ma taċċettax li tieħu azzjoni kuntrarjament għal opinjoni tal-AETS skont dak il-paragrafu, minnufih għandha tippubblika fuq is-sit tagħha avviż li jispjega bis-sħiħ ir-raġunijiet għalfejn għamlet dan.

Kapitolu 2

Pożizzjonijiet

Artikolu 34 Koordinazzjoni tal-miżuri nazzjonali tal-immaniġjar tal-pożizzjonijiet u limiti tal-pożizzjonijiet mill-AETS

274. L-AETS għandha twettaq rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward tal-miżuri meħuda minn awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 71(2) is-subparagrafu (i) u l-Artikolu 72(1) is-subparagrafi (f) u (g) tad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida]. B’mod partikolari, l-AETS għandha tiżgura li jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti rigward meta jiġu eżerċitati dawn is-setgħat, in-natura u l-ambitu tal-miżuri imposti, u t-tul taż-żmien u s-segwitu ta’ kull miżura.

275. Wara li tirċievi notifika dwar kwalunkwe miżura skont l-Artikolu 83(5) tad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida] l-AETS għandha tirreġistra l-miżura u r-raġunijiet għaliha. Rigward il-miżuri skont l-Artikolu 72(1) is-subparagrafu (f) u (g) tad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida], għandha żżomm u tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha bażi ta’ dejta b’sommarji tal-miżuri fis-seħħ inklużi d-dettalji dwar il-persuni jew il-klassi ta’ persuni konċernati, l-istrumenti finanzjarji applikabbli, kwalunkwe miżura kwantitattiva jew limiti bħall-għadd massmu ta’ kuntratti li l-persuni jistgħu jdaħħlu għalihom qabel ma jintlaħaq limitu, kwalunkwe eżenzjoni għalihom, u r-raġunijiet tagħhom.

Artikolu 35Setgħat tal-AETS relatati mal-immaniġjar tal-pożizzjonijiet

276. Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS għandha, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafu 2, tieħu waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

277. titlob minn kwalunkwe persuna informazzjoni, inkluża d-dokumentazzjoni relevanti kollha rigward id-daqs u l-għan ta’ pożizzjoni jew skopertura li daħlet għaliha permezz ta’ derivat];

278. wara li tanalizza l-informazzjoni miksuba, tobbliga lil tali persuna tieħu passi biex tnaqqas id-daqs tal-pożizzjoni jew tal-iskopertura;

279. tillimita l-abbiltà ta’ persuna milli tidħol f’derivat ta’ komodità.

280. L-AETS għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 fil-każ biss li jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

281. il-miżuri elenkati fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1 jindirizzaw theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji anki fir-rigward ta’ arranġamenti tal-forniment għal komoditajiet fiżiċi, jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni;

282. awtorità jew awtoritajiet kompetenti ma ħadux miżuri sabiex jindirizzaw it-theddida jew il-miżuri li ttieħdu ma jindirizzawx it-theddida b’mod suffiċjenti;

Għandhom jittieħdu miżuri relatati ma' prodotti tal-enerġija fil-livell ta' operatur wara konsultazzjoni mal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 713/2009.

283. Meta tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tqis sa fejn il-miżura:

284. tindirizza b’mod sinifikanti t-theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tal-arranġamenti tal-forniment ta' komoditajiet fiżiċi, jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni jew ittejjeb b’mod sinifikanti l-abbiltà tal-awtoritajiet kompetenti biex jimmonitorjaw it-theddida;

285. ma toħloqx riskju ta’ arbitraġġ regolatorju;

286. ma għandhiex effett ħażin fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji, inkluż it-tnaqqis tal-likwidità f’dawk is-swieq jew toħloq inċertezza għall-parteċipanti tas-suq, li huwa sproporzjonat għall-benefiċċji tal-miżura.

287. Qabel ma tiddeċiedi li tieħu jew iġġedded kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti relevanti bil-miżura li tkun qed tipproponi. Fil-każ ta’ talba skont is-subparagrafu (a) jew (b) tal-paragrafu 1 in-notifika għandha tinkludi l-identità tal-persuna jew tal-persuni li għalihom kienet indirizzata u d-dettalji u r-raġunijiet tagħha. Fil-każ ta’ miżura skont is-subparagrafu (c) tal-paragrafu 1 in-notifika għandha tinkludi d-dettalji dwar il-persuna jew il-klassi ta’ persuni konċernati, l-istrumenti finanzjarji applikabbli, il-miżuri kwantitattivi relevanti bħall-għadd massimu ta’ kuntratti li l-persuna jew il-klassi ta’ persuni inkwistjoni jistgħu jidħlu għalihom, u r-raġunijiet tagħha.

288. In-notifika għandha ssir mhux inqas minn 24 siegħa qabel ma l-miżura tkun maħsuba li tidħol fis-seħħ jew tiġġedded. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-AETS tista’ tagħmel in-notifika inqas minn 24 siegħa qabel ma l-miżura tkun maħsuba li tidħol fis-seħħ, meta ma jkunx possibbli li jingħata avviż minn 24 siegħa qabel.

289. L-AETS għandha tippubblika fis-sit elettroniku tagħha kwalunkwe deċiżjoni li timponi jew iġġedded kwalunkwe miżura msemmija fis-subparagrafu (c) tal-paragrafu 1. L-avviż għandu jinkludi dettalji dwar il-persuna jew il-klassi ta’ persuni konċernati, l-istrumenti finanzjarji applikabbli, il-miżuri kwantitattivi relevanti bħall-għadd massimu ta’ kuntratti li l-persuna jew il-klassi ta’ persuni inkwistjoni tista’ tidħol għailihom, u r-raġunijiet għal dan.

290. Miżura għadha tidħol fis-seħħ meta n-notifika tiġi ppubblikata jew f'ħin speċifikat fin-notifika li jkun wara l-pubblikazzjoni tiegħu u għandha tapplika biss rigward ta' tranżazzjoni li titwettaq wara li tkun daħlet fis-seħħ il-miżura.

291. L-AETS għandha tirrevedi l-miżuri tagħha msemmija fis-subparagrafu (c) tal-paragrafu 1 f’intervalli xierqa u tal-inqas kull tliet xhur. Jekk miżura ma tiġix imġedda wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur, għandha tiskadi awtomatikament. Il-paragrafi 2 sa 8 għandhom japplikaw għal tiġdid ta’ miżuri.

292. Miżura adottata mill-AETS skont dan l-Artikolu għandha tipprevali fuq kwalunkwe miżura preċedenti meħuda minn awtorità kompetenti skont it-Taqsima 1.

293. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 41 li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi li għandhom jitqiesu mill-AETS sabiex jiġi determinat x'jikkostitwixxi theddida għall-funzjonament ordinat u għall-integrità tas-swieq finanzjarji anki fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ forniment ta' komoditajiet fiżiċi, jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2(a).

Titolu VIII

FORNIMENT TA' SERVIZZI MINGħAJR FERGħA MINN DITTI MINN PAJJIż TERZ.

ARTIKOLU 36 Dispożizzjonijiet ġenerali

294. Ditta minn pajjiż terz tista' tipprovdi s-servizzi elenkati fl-Artikolu 30 tad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida] lil kontropartijiet eleġibbli stabbiliti fl-Unjoni mingħajr l-istabbiliment ta' fergħa f'każ biss li tkun reġistrata fir-reġistru tad-ditti minn pajjiżi terzi li jżomm l-AETS skont l-Artikolu 37.

295. L-AETS tista' tirreġistra ditta minn pajjiż terz li tkun applikat biex tforni servizzi u attivitajiet tal-investiment fl-Unjoni skont il-paragrafu 1 fil-każ biss li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

296. il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 37, il-paragrafu 1;

297. ditta tkun awtorizzata fil-ġurisdizzjoni fejn tkun stabbilita biex tipprovdi servizzi jew attivitajiet ta' investiment li jiġu fornuti fl-Unjoni u tkun soġġetta għal superviżjoni u infurzar li jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti applikabbli f'dak il-pajjiż terz;

298. ikun hemm stabbiliti arranġamenti ta' kooperazzjoni skont l-Artikolu 37, il-paragrafu 2.

299. Id-ditta minn pajjiż terz imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tissottometti l-applikazzjoni tagħha lill-AETS wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 37 li tiddetermina li l-qafas ġuridiku u superviżorju tal-pajjiż terz li fih tkun awtorizzata d-ditta minn pajjiż terz tkun ekwivalenti għar-rekwiżiti deskritti fl-Artikolu 37(1).

Id-ditta applikanti minn pajjiż terz għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għar-reġistrazzjoni tagħha. Fi żmien 30 jum tax-xogħol mill-wasla tal-applikazzjoni, l-AETS għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex sħiħa. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx sħiħa, l-AETS għandha tistipula skadenza sa meta d-ditta applikanti minn pajjiż terz trid tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali.

Id-deċiżjoni tar-reġistrazzjoni għandha tkun abbażi tal-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2.

Fi żmien 180 jum tax-xogħol mis-sottomissjoni ta' applikazzjoni sħiħa, l-AETS għandha tinforma bil-miktub lid-ditta mhux mill-UE bi spjega sħiħa tar-raġunijiet għalfejn ir-reġistrazzjoni ngħatat jew ġiet miċħuda.

300. Id-ditti minn pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi skont dan l-Artikolu għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom stabbiliti fl-Unjoni, qabel il-forniment ta' kwalunkwe servizz, li huma ma għandhomx permess jipprovdu servizzi lil klijenti oħra għajr lill-kontropartijiet eleġibbli u li huma mhumiex soġġetti għal superviżjoni fl-Unjoni. Għandhom jindikaw l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni fil-pajjiż terz.

L-informazzjoni fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata bil-miktub u b'mod prominenti.

Persuni stabbiliti fl-Unjoni għandhom ikollhom il-permess jirċievu servizzi ta' investiment minn ditta minn pajjiż terz mhux reġistrata skont il-paragrafu 1 fuq inizjattiva esklussiva tagħhom biss.

301. Kwalunkwe tilwima bejn ditti minn pajjiż terz u investituri mill-UE għandha tissolva skont il-liġi u soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.

302. Huma ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li ditta minn pajjiż terz għandha tipprovdi lill-AETS fl-applikazzjoni tagħha biex tirreġistra skont il-paragrafu 3 u l-format tal-informazzjoni li għandu jintuża skont il-paragrafu 4.

L-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu adottati skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-AETS għandha tissottometti l-abbozz ta’ dawn l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […].

Artikolu 37Deċiżjoni tal-ekwivalenza

303. Il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42 fir-rigward ta' pajjiż terz jekk l-arranġamenti legali u superviżorji ta' dak il-pajjiż terz jiżguraw li d-ditti awtorizzati f'dak il-pajjiż terz jikkonformaw ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva Nru [MiFID], f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2006/49/KE [id-Direttiva dwar l-Adegwatezza tal-Kapital] u fil-miżuri implimentattivi tagħhom u li l-qafas legali tal-pajjiż terz jipprovdi għal rikonoxximent ekwivalenti u reċiproku tal-qafas prudenzjali applikabbli għad-ditti tal-investiment awtorizzati skont din id-direttiva.

Il-qafas prudenzjali ta’ pajjiż terz jista’ jiġi kkunsidrat ekwivalenti fejn dak il-qafas jilħaq il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

304. id-ditti li jipprovdu servizzi u attivitajiet ta' investiment f'dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u superviżjoni effettiva u infurzar fuq bażi kontinwa;

305. id-ditti li jipprovdu servizzi u attivitajiet ta' investiment f'dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal rekwiżiti tal-kapital suffiċjenti u rekwiżiti xierqa applikabbli għall-azzjonisti u l-membri tal-korp tal-maniġment tagħhom;

306. ditti li jipprovdu servizzi u attivitajiet tal-investiment huma soġġetti għal rekwiżiti organizzazzjonali xierqa fil-qasam tal-funzjonijiet ta' kontroll interni;

307. ditti li jipprovdu servizzi u attivitajiet tal-investiment huma soġġetti għal regoli xierqa tal-kondotta tan-negozju;

308. jiżgura t-trasparenza u l-integrità tas-suq billi jipprevjeni abbuż tas-suq f’forma ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

309. L-AETS għandha tistabbilixxi arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiżi terzi li l-ofqsa legali u superviżorji tagħhom ġew rikkonoxxuti bħala ekwivalenti skont il-paragrafu 1. Dawn l-arranġamenti għandhom jispeċifikaw tal-anqas:

310. il-mekkaniżmi għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi konċernati, fosthom l-aċċess għall-informazzjoni kollha dwar id-ditti mhux mill-UE awtorizzati f'pajjiżi terzi li tintalab mill-AETS;

311. il-mekkaniżmu għan-notifika fil-pront lill-AETS meta awtorità kompetenti minn pajjiż terz tqis li ditta minn pajjiż terz li tkun taħt is-superviżjoni tagħha u li l-AETS tkun reġistrat fir-reġistru previst fl-Artikolu 38 tkun qed tikser il-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tagħha jew leġiżlazzjoni oħra li tkun obbligata tirrispetta;

312. il-proċeduri dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tas-superviżjoni fosthom, fejn ikun xieraq, spezzjonijiet fuq il-post.

Artikolu 38Reġistru

L-AETS għandha tirreġistra d-ditti mhux mill-UE permessi jipprovdu servizzi jew attivitajiet ta' investiment fl-Unjoni skont l-Artikolu 36. Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli pubblikament fuq is-sit elettroniku tal-AETS u għandu jkun fih informazzjoni dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li d-ditti mhux mill-UE huma permessi jipprovdu u referenza għall-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tagħhom fil-pajjiż terz.

Artikolu 39Irtirar ta' reġistrazzjoni

313. Jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 2, l-AETS għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta' ditta mhux mill-UE mir-reġistru stabbilit skont l-Artikolu 38 meta:

314. L-AETS ikollha raġunijiet fondati abbażi ta' evidenza dokumentata biex temmen li, fil-forniment tas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment fl-Unjoni, id-ditta mhux mill-UE qed taġixxi b'manjiera li hija ċarament ta' preġudizzju għall-interessi tal-investituri jew tal-funzjonament ordnat tas-swieq, jew

315. L-AETS ikollha raġunijiet fondati abbażi ta' evidenza dokumentata biex temmen li, fil-forniment tas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment fl-Unjoni, id-ditta mhux mill-UE tkun kisret id-dispożizzjonijiet applikabbli għaliha fil-pajjiż terz u li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni tkun adottat id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 37, il-paragrafu 1.

316. L-AETS għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 fil-każ biss li jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

317. L-AETS tkun irreferiet il-kwistjoni lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz u dik l-awtorità kompetenti ma tkunx ħadet il-miżuri xierqa meħtieġa biex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament tajjeb tas-swieq fl-Unjoni jew tkun naqset milli turi li d-ditta mill-pajjiż terz konċernat tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għaliha fil-pajjiż terz; u

318. l-AETS tkun infurmat lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz bl-intenzjoni tagħha li tirtira r-reġistrazzjoni tad-ditta mill-pajjiż terz, tal-anqas 30 jum qabel l-irtirar.

319. L-AETS għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafu 1 mingħajr dewmien u għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha fis-sit elettroniku tagħha.

320. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kondizzjonijiet skont liema kienet adottata d-Deċiżjoni skont l-Artikolu 37, il-paragrafu 1, għadhomx jeżistu fir-rigward tal-pajjiż terz ikkonċernat.

Titolu IX

ATTI DELEGATI U TA' IMPLIMENTAZZJONI

KAPITOLU 1

Atti Ddelegati

Artikolu 40Atti ddelegati

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 41 fir-rigward tal-Artikoli 2(3), 4(3), 6(2), 8(4), 10(2), 11(2), 12(2), 13(7), 14(5), 14(6), 16(3), 18(2), 18(3), 19(3), 20(3), 28(6), 29(6), 30(3), 31(8), 32(6), 35(10) u 45(2).

Artikolu 41Eżerċizzju tad-delega

321. Is-setgħa sabiex tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

322. Id-delega tas-setgħa għandha tingħata għal perjodu ta’ żmien indefinit mid-data msemmija fl-Artikolu 41, il-paragrafu 1.

323. Id-delega tas-setgħat tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

324. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

325. Att delegat għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn (2) tan-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn (2) fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Kapitolu 2

Atti ta’ implimentazzjoni

Artikolu 42Proċedura tal-kumitat

326. Għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 24, 26 u 37, il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE[24]. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011[25].

327. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, wara li kienu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.

Titolu X

DISPOżIZZJONIJIET FINALI

ARTIKOLU 43 RAPPORTI U ANALIżI

328. Qabel [sentejn (2) wara l-applikazzjoni tal-MiFIR kif speċifikat fl-Artikolu 41(2)], il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-AETS, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt fil-prattika tal-obbligi ta’ trasparenza stabbiliti skont l-Artikoli 3 sa 6 u 9 sa 12, b’mod partikolari dwar l-applikazzjoni u l-adegwatezza kontinwata tal-eżenzjonijiet għall-obbligi ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar stabbiliti skont l-Artikoli 3(2) u 4(2) u (3).

329. Qabel [sentejn (2) wara l-applikazzjoni tal-MiFIR kif speċifikat fl-Artikolu 41(2)], il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-AETS, għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill u lill-Parlament dwar il-funzjonament tal-Artikolu 13, inkluż jekk il-kontenut u l-format tar-rapporti tat-tranżazzjonijiet riċevuti u skambjati bejn l-awtoritajiet kompetenti jippermettux b’mod komprensiv li jiġu mmonitorjati l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 13(1). Il-Kummissjoni tista’ tagħmel kwalunkwe proposta xierqa, inkluż metodu sabiex it-tranżazzjonijiet jiġu rrapportati f’sistema magħżula mill-AETS minflok għand l-awtoritajiet kompetenti, li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti relevanti jaċċessaw l-informazzjoni kollha rapportata skont dan l-Artikolu.

330. Qabel [sentejn (2) wara l-applikazzjoni tal-MiFIR kif speċifikat fl-Artikolu 41(2)], il-Kummissjoni, wara li tikkonsluta mal-AETS, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress biex in-negozjar fid-derivti OTC standardizzati jibda jsir fil-boroż jew pjattaformi elettroniċi ta’ negozjar skont l-Artikoli 22 u 24.

Artikolu 44 Emenda tal-EMIR

331. Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 67(2) tar-Regolament [EMIR]: "Repożitorju tan-negozju għandu jittrasmetti dejta lill-awtoritajiet kompetenti skont ir-rekwiżiti fl-Artikolu 23 tar-Regolament [MiFIR].”

Artikolu 45 Dispożizzjoni tranżizzjonali

332. 1. Ditti eżistenti minn pajjiżi terzi għandhom ikunu jistgħu jkomplu jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet fl-Istati Membri, skont ir-reġimi nazzjonali sa [4 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament].

333. 2. Il-Kummissjoni tista' tadotta permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 41 miżuri li jispeċifikaw estensjoni tal-perjodu tal-applikabblità tal-paragrafu 2, filwaqt li tqis id-deċiżjonijiet tal-ekwivalenza diġà adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 37 u l-iżviluppi mistennija fil-qafas regolatroju u superviżorju tal-pajjiżi terzi.

Artikolu 46 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu japplika minn [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], għajr għall-Artikoli 2(3), 4(3), 6(2), 8(4), 10(2), 11(2), 12(2), 13(7), 14(5), 14(6), 16(3), 18(2,), 18(3), 19(3), 20(3), 23(8), 24(5), 26, 28(6), 29(6), 30(3), 31, 32, 33, 34 u 35, li għandhom japplikaw immedjadament wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[1] L-analiżi tal-Mifid hija bbażata fuq il-“proċess Lamfalussy” (approċċ regolatorju b’erba’ livelli rakkomandat mill-Kumitat tal-Għorrief dwar ir-Regolamentazzjoni tas-Swieq Ewropej tat-Titoli, ippresedut mill-Baruni Alexandre Lamfalussy u adottat mill-Kunsill Ewropew ta’ Stokkolma f’Marzu 2001 li jimmira għal regolamentazzjoni aktar effettiva tas-swieq tat-titoli) kif żviluppata ulterjorment mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq): fuq il-Livell 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw direttiva b’kodeċiżjoni li jkun fiha prinċipji ta’ qafas u li tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni taġixxi fuq il-Livell 2 biex tadotta atti ddelegati (Art 290 It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea C 115/47) jew atti ta’ implimentazzjoni (Art 291 It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea C 115/47). Matul it-tħejjija tal-atti ddelegati il-Kummissjoni se tikkonsulta mal-esperti maħtura mill-Istati Membri. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-AETS tista’ tagħti parir lill-Kummissjoni dwar id-dettalji tekniċi li jridu jiddaħħlu fil-leġiżlazzoni tal-livell 2. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni tal-Livell 1 tista’ tagħti s-setgħa lill-AETS sabiex tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji jew standards tekniċi ta’ implimentazzjoni skont l-Art 10 u 15 tar-Regolament AETS li jista’ jiġi adottat mill-Kummissjoni (soġġetta għal dritt ta’ oġġezzjoni mill-Kunsill u l-Parlament fil-każ tal-istandards tekniċi regolatorji). Fuq il-Livell 3, l-AETS taħdem ukoll fuq ir-rakkomandazzjonijiet, il-linji gwida u tqabbel il-prattika regolatorja permezz ta’ analiżi ta’ esperti ugwali fil-qasam sabiex tiżgura implimentazzjoni u applikazzjoni konsistenti tar-regoli adottati fuq il-Livelli 1 u 2. Finalment, il-Kummissjoni tivverifika l-konformità tal-Istati Membri mal-leġiżlazzjoni tal-UE u tista’ tieħu azzjoni legali kontra l-Istati Membri li ma jikkonformawx.

[2] Id-Direttiva 2004/39/KE (id-Direttiva qafas tal-MiFID).

[3] Id-Direttiva 2006/73/KE (id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-MiFID) li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE (id-Direttiva qafas tal-MiFID).

[4] Ir-Regolament Nru 1287/2006 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-MiFID) li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE (id-Direttiva qafas tal-MiFID) rigward l-obbligi taż-żamma tar-rekords għad-ditti ta’ investiment, rapportar tat-tranżazzjonijiet, trasparenza tas-suq, ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar u termini definiti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p.1).

[5] Monitoraġġ tal-Prezzijiet, tal-Ispejjeż u l-Volumi tan-negozjar u s-Servizzi ta' wara n-Negozjar, Oxera, 2011.

[6] Ara (COM (2010) 301 finali) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Bank Ċentrali Ewropew: Ir-Regolazzjoni tas-Servizzi Finanzjarji għat-Tkabbir Ekonomiku, Ġunju 2010.

[7] Ara d-dikjarazzjoni tal-Mexxjja tal-G-20 tas-Summit ta’ Pittsburgh, 24-25 ta’ Settembru 2009, http://www.pittsburghsummit.gov/mediacenter/129639.htm

[8] Konsegwentement, il-Kummissjoni ħarġet (COM (2009) 563 finali) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-iżgurar ta' swieq tad-derivati effiċjenti, sikuri u sodi: azzjonijiet futuri ta' politika, 20 ta’ Ottubru 2009.

[9] Ara (COM (2010) 484) Proposta għal Regolament dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet, Settembru 2010.

[10] Ara r-Rapport, Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Superviżjoni Finanzjarja fl-UE, ippresedut minn Jacques de Larosière, Frar 2009, u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-superviżjoni finanzjarja tal-UE, 10862/09, Ġunju 2009.

[11] Ara t-tweġibiet għall-konsultazzjoni pubblika fl-analiżi tal-MiFID:http://circa.europa.eu/Public/irc/markt/markt_consultations/library?l=/financial_services/mifid_instruments&vm=detailed&sb=Title u s-sommarju fl-Anness 13 għar-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Impatt

[12] Is-sommarju huwa disponibbli fuq http://ec.europa.eu/internal_market/securities/docs/isd/10-09-21-hearing-summary_en.pdf

[13] Ara l-Parir Tekniku tal-KRET lill-Kummissjoni Ewropea fil-Kuntest tal-Analiżi tal-MiFID u t-Tweġibiet lill-Kummissjoni Ewropea għat-Talba għal Informazzjoni Addizzjonali, 29 ta’ Lulju 2010 http://www.esma.europa.eu/popup2.php?id=7003 u t-tieni sett ta’ Pariri Tekniċi lill-Kummissjoni Ewropea tal-KRET fil-Kuntest tal-Analiżi tal-MiFID u t-Tweġibiet lill-Kummissjoni Ewropea għat-Talba għal Informazzjoni Addizzjonali, 13 ta’ Ottubru 2010http://www.esma.europa.eu/popup2.php?id=7279

[14] Dawn l-istudji tlestew minn żewġ konsulenti esterni li ntagħżlu skont il-proċess ta’ għażla stabbilit fir-regoli u r-regolamenti tal-Kummissjoni Ewropea. Dawn iż-żewġ studji ma jirriflettux l-ideat jew l-opinjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea.

[15] Id-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, ĠU L 275, 25.10.2003, kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2009/29/KE, ĠU L 140, p. 63.

[16] ĠU C , , p. .

[17] ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1

[18] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

[19] ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1

[20] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

[21] ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

[22] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[23] Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15 ).

[24] ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45.

[25] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.