Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar linji gwidi tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew /* KUMM/2011/0650 finali - 2011/0294 (COD) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA 1.1. Sfond u għanijiet Il-politika tan-netwerk tat-trasport
Trans-Ewropew (TEN-T) ilha tistabbilixxi l-qafas tal-politika
għall-iżvilupp ta’ infrastruttura għall-funzjonament
mingħajr xkiel tas-suq intern u sabiex tiġi żgurata
koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u aċċessibbiltà
mtejba madwar l-UE sa min-nofs is-snin tmenin(80s). Fl-1992, dan wassal
għall-inklużjoni ta’ bażi legali speċifika għan-netwerks
trans-Ewropej fit-Trattat ta’ Maastricht u fl-1994, ,għall-adozzjoni ta'
lista ta' 14-il proġett ewlieni fil-Kunsill Ewropew ta' Essen. Fl-1996, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill
adottaw l-ewwel Linji Gwidi li jiddefinixxu l-politika u l-ippjanar
tal-infrastruttura tat-TEN-T[1].
Fl-2004, saret reviżjoni sostanzjali tal-Linji Gwida b'kunsiderazzjoni
għat-tkabbir tal-UE u għat-tibdil mistenni fil-flussi tat-traffiku[2]. Barra dan, ġiet
estiża l-lista tal-14-il proġett prijoritarju . Twaqqfu bosta strumenti finanzjarji u mhux
finanzjarji sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni
tal-proġetti. Dawn l-istrumenti jinkludu r-Regolament Finanzjarju TEN[3], il-Fond ta’ Koeżjoni,
il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u s-self
mill-Bank Ewropew tal-Investiment, flimkien ma’ inizjattivi ta’ koordinazzjoni
min-naħa tal-Kummissjoni. Fl-2010, għall-fini
taċ-ċarezza, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw
id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE, li hija riformulazzjoni tal-Linji
Gwida TEN-T[4]. Sal-lum, l-infrastruttura tat-trasport
fl-Unjoni Ewropea hija żviluppata tajjeb. Madankollu, għadha
frammentata, kemm ġeografikament kif ukoll bejn u fil-moduli tat-trasport.
L-għan ewlieni ta’ dawn il-Linji Gwida ġodda, li se jieħdu post
id-Deċiżjoni 661/2010, huwa li jitwaqqaf netwerk tat-trasport
Trans-Ewropew komplut u integrat, li jkopri l-Istati Membri u r-reġjuni
kollha u jipprovdi l-bażi għall-iżvilupp ibbilanċjat
tal-moduli kollha tat-trasport sabiex jiġu ffaċilitati
l-vantaġġi rispettivi tagħhom, u b’hekk jiġi massimizzat
il-valur miżjud tan-netwerkgħall-Ewropa.. Fid-dawl tal-isfidi għall-politika
tat-TEN-T, identifikati wkoll bil-White Paper ‘Pjan direzzjonali għal
Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u
li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti[5] ("il-White Paper"),
dawn il-Linji Gwida se jiddefinixxu strateġija fuq perjodu twil
għall-politika TEN-T sal-2030/2050. 1.2. Kwistjonijiet indirizzati Jeħtieġ li jiġu indirizzati
ħames problemi ewlenin fil-livell tal-UE. L-ewwel,
il-konnessjonijiet nieqsa, b’mod partikolari f’sezzjonijiet transkonfinali, huma
ostakolu ewlieni għall-moviment ħieles tal-merkanzija u
l-passiġġieri fi u bejn l-Istati Membri u mal-ġirien
tagħhom. It-tieni, hemm dispartià konsiderevoli u li
ilha teżisti fil-kwalità u d-disponibbiltà tal-infrastruttura bejn u
fl-Istati Membri (konġestjonijiet). B’mod partikolari l-konnessjonijiet
bejn il-Lvant u l-Punent jirrikjedu titjib, permezz tal-ħolqien ta’
infrastruttura ġdida tat-trasport u/jew tal-manutenzjoni,
ir-riabilitazzjoni jew it-titjib tal-infrastruttura eżistenti. It-tielet, l-infrastruttura
tat-trasport bejn il-moduli tat-trasport hija frammentata. Rigward il-fatt li
għandhom jitwaqqfu konnessjonijiet multimodali, ħafna mit-terminals
Ewropej għat-trasport tal-merkanzija, l-istazzjonijiet
tal-passiġġieri, il-portijiet marittimi, l-ajruporti u n-nodi urbani
mhumiex ta’ livell li jippermetti li jwettqu l-kompitu tagħhom. Billi dawn
in-nodi huma nieqsa minn kapaċità multimodali, il-potenzjal tat-trasport
multimodali u l-ħila tiegħu li jneħħi l-konġestjonijiet
tal-infrastruttura u li joħloq konnessjonijiet li fil-preżent huma
nieqsa mhuwiex qed jiġi sfruttat biżżejjed. Ir-raba’,
l-investimenti fl-infrastrutturi tat-trasport għandhom jikkontribwixxu
sabiex jintlaħqu l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra
fit-trasport b’60% sal-2050. Finalment,
l-Istati Membri għadhom iżommu regoli tal-operat u rekwiżiti
differenti, b’mod partikolari fil-qasam tal-interoperabilità, li jżidu
l-ostakli u l-konġestjonijiet fl-infrastruttura tat-trasport. 1.3. Oqsma ta’ azzjoni Din il-proposta għandha l-għan li
tistabbilixxi u tiżviluppa TEN-T komplut, li jikkonsisti f’infrastruttura
għall-ferroviji, il-kanali interni, it-toroq, it-trasport marittimu u
bl-ajru, u b'hekk tiżgura l-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq
intern u t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet,
l-ewwel qasam ta’azzjoni huwa l-“ippjanar kunċettwali”. Abbażi ta’
input minn konsultazzjoni pubblika tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni
kkonkludiet li l-aħjar mod li bih jista' jiġi żviluppat it-TEN-T
huwa permezz ta’ approċċ ta’ saff doppju, li jikkonsisti f’netwerk
komprensiv u netwerk ewlieni. In-netwerk komprensiv jikkostitwixxi s-saff
bażiku tat-TEN-T. Huwa jikkonsisti fl-infrastruttura eżistenti u
pjanata kollha li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Linjigwida. In-netwerk
komprensiv għandu jiġi stabbilit mhux iktar tard
mill-31 ta' Diċembru 2050. In-netwerk ewlieni huwa sovrappost fuq
in-netwerk komprensiv u jikkonsisti mill-partijiet l-iżjed importanti
tiegħu mil-lat strateġiku. Huwa jikkostitwixxi s-sinsla tan-netwerk
tal-mobilità multimodali. Huwa jikkonċentra fuq dawk il-komponenti
tat-TEN-T bl-ogħla valur miżjud Ewropew: konnessjonijiet
transkonfinali nieqsa, konġestjonijiet ewlenin u nodi multimodali.
In-netwerk ewlieni għandu jitwaqqaf mhux iktar tard
mill-31 ta’ Diċembru 2030. It-tieni qasam ta’azzjoni jikkonċerna
l-istrumenti tal-implimentazzjoni. Il-Kummissjoni żviluppat
il-kunċett ta’ kurituri tan-netwerk ewlieni, b’kunsiderazzjoni xierqa
tal-kurituri għat-trasport tal-merkanzija bil-ferroviji[6]. Dawn il-kurituri se jipprovdu
l-istrument qafas għall-implimentazzjoni koordinata tan-netwerk ewlieni.
Għal dak li jirrigwarda l-ambitu, il-kurituri tan-netwerk ewlieni se
jkopru bħala prinċipju tliet moduli tat-trasport u jaqsmu mill-inqas
tliet Stati Membri. Jekk ikun possibbli, għandhom jistabbilixxu
konnessjoni ma' port marittimu. F'termini tal-attivitajiet, il-kurituri
tan-netwerk ewlieni se jipprovdu pjattaforma għall-ġestjoni
tal-kapaċitajiet, l-investimenti, il-bini u l-koordinazzjoni tal-faċilitajiet
multimodali tat-trasbord, u l-mobilitazzjoni ta’ sistemi interoperabbli
tal-ġestjoni tat-traffiku. 1.4. Konsistenza ma’ politiki u
għanijiet oħra tal-UE Il-proposta taqbel
mal-politika mħabbra mill-Kummissjoni fil-White Paper. Hija tissemma b’mod
espliċitu bħala parti mill-Inizjattiva 34 li tikkonċerna
n-netwerk ewlieni tal-infrastruttura strateġika Ewropea[7]. B’mod partikolari,
dawn il-Linji Gwida jsegwu l-istrateġija stabbilita fil-White Paper:
sabiex jitneħħew l-ostakli u l-konġestjonijiet ewlenin f’oqsma
ewlenin tal-infrastruttura tat-trasport. L-għan huwa li tinħoloq
Żona Unika tat-Trasport Ewropew b’servizzi tat-trasport aħjar u
netwerk tat-trasport integrat kompletament. Dan għandu jgħaqqad
il-moduli differenti u jġib tibdil profond fil-moduli tat-trasport
għall-passiġġieri u l-merkanzija. Dan it-tibdil huwa
meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan tat-tnaqqis
tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport b’60% sal-2050. Mingħajr
l-appoġġ ta’ netwerk adegwat u approċċ iżjed
intelliġenti fl-użu tiegħu, l-ebda tibdil sostanzjali
fit-trasport ma jkun possibbli. L-ippjanar u l-iżvilupp fl-infrastruttura
huma kkunsidrati essenzjali sabiex tiġi żviluppata sistema
tat-trasport sostenibbli. Il-proposta se
tikkontribwixxi wkoll għall-ilħuq tal-għanijiet tal-politika
deskritti fil-qosor fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Aġenda
Diġitali għall-Ewropa”[8]
billi tappoġġja l-implimentazzjoni ta’ sistemi tat-trasport
intelliġenti. Hija wkoll waħda mill-miżuri tal-Att tas-Suq Uniku
proposta mill-Kummissjoni f’April tal-2011[9]
billi n-netwerks huma s-sinsla tas-suq intern u għandhom irwol ewlieni
sabiex tiġi mħeġġa ċirkolazzjoni fluwida u
effiċjenti tal-merkanzija u s-servizzi. Barra dan,
il-promozzjoni ta' trasport sostenibbli ġiet identifikata bħala
waħda mill-mezzi għall-ilħuq ta’ waħda mit-tliet
prijoritajiet ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 għal żvilupp
intelliġenti, sostenibbli u inklussiv adottata mill-Kummissjoni
fit-3 ta’ Marzu 2010[10],
prinċipalment żvilupp sostenibbli, billi jiġu indirizzati
konġestjonijiet kritiċi, b’mod partikolari sezzjonijiet
transkonfinali u nodi intermodali (bliet, portijiet, pjattaformi
loġistiċi). Barra dan,
il-proposta tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koeżjoni
territorjali tat-territorju tal-UE – li hija waħda mill-għanijiet
tal-UE – flimkien mal-koeżjoni ekonomika u soċjali. 2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT 2.1. Konsultazzjoni tal-partijiet
interessati Il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika
wiesgħa u intensiva mal-partijiet interessati minn Frar tal-2009 sa
Ġunju 2010. Il-Kummissjoni
nediet il-proċess tal-konsultazzjoni bl-adozzjoni ta’ Green Paper. Hija fetħet id-dibattitu dwar sfidi u
għanijiet ewlenin għall-politika TEN-T u modi possibbli kif
jistgħu jintlaħqu[11]. Billi kompliet
tibni fuq il-kontributi mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni
stabbilixxiet sitt Gruppi Esperti, li bejn Novembru 2009 u April 2010
analizzaw għadd ta’ aspetti ewlenin tal-iżvilupp tal-ġejjieni
tat-TEN-T[12]. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Gruppi Esperti ġew
inklużi f’Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni ppreżentat
għall-konsultazzjoni pubblika fl-4 ta’ Mejju tal-2010[13]. Dawn
il-konsultazzjonijiet pubbliċi attiraw iżjed minn total ta'
530 kontribuzzjoni. Maġġoranza
kbira tal-kontributuri appoġġjaw l-għażla ta’
approċċ ta’ saff doppju ġdid għall-ippjanar tat-TEN-T,
b’netwerk komprensiv bħala s-saff bażiku u netwerk ewlieni li
jikkonsisti mill-partijiet l-iżjed importanti mil-lat strateġiku
tat-TEN-T. F’Ottubru 2009
u f’Ġunju 2010 inżammu konferenzi ministerjali u tal-partijiet
interessati f’Napli u f'Zaragoza rispettivament. Fi Frar 2011,
il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew Dokument ta’
Ħidma tal-Persunal[14]
li kompla jiżviluppa l-metodoloġija u x-xenarji tal-ippjanar u l-implimentazzjoni. 2.2. Ġbir u użu
ħiliet esperti Minbarra l-konsultazzjoni pubblika
tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni żammet kuntatt kontinwu
mal-Istati Mmbri permezz tal-kumitat għall-monitoraġġ tal-Linji
Gwida u l-iskambju ta’ informazzjoni, stabbilit bid-Deċiżjoni
Nru 1692/96/KE. Permezz ta’ dan il-kumitat, li ilu jiltaqa’ kull xahar sa
mill-2010, l-Istati Membri ġew mgħarrfa dwar il-progress u l-kontenut
tal-proċess ta’ reviżjoni. Barra dan, is-servizzi tal-Kummissjoni
organizzaw bosta sessjonijiet ta’ laqgħat bilaterali u multilaterali
mal-Istati Membri, sabiex jiddiskutu fid-dettall l-iżvilupp tan-netwerk
komprensiv u jippreżentaw il-karatteristiċi ewlenin tan-netwerk
ewlieni. Ġew stabbiliti kuntatti ma’ partijiet
interessati individwali permezz ta’ laqgħat separati, f’konferenzi u
permezz tal-Koordinaturi tal-UE f’laqgħat tal-Proġetti ta’ Prijorità
rispettivi tagħhom. 2.3. Valutazzjoni tal-Impatt Il-Valutazzjoni tal-Impatt tidentifika erba’
għanijiet speċifiċi sabiex tiġi indirizzata l-problema ta’
netwerk frammentat. Għat-titjib
tal-koordinazzjoni fl-ippjanar tal-UE, l-ewwel għan speċifiku huwa
li: –
Jiġi definit approċċ koerenti u
trasparenti sabiex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-UE tat-TEN-T,
bl-indirizzar ta’ aspetti tal-frammentazzjoni tan-netwerk relatati
mal-konnessjonijiet nieqsa, il-multimodalità, u konnessjonijiet adegwati ma’
pajjiżi ġirien u dawk terzi, kif ukoll sabiex tiġi żgurata
kopertura ġeografika adegwata. Bl-għan li
tiġi ddisinjata struttura ta' governanza solida sabiex tiġi żgurata
l-implimentazzjoni ta' konfigurazzjoni ottimali tan-netwerk, it-tliet
għanijiet speċifiċi l-oħra huma li: –
Titrawwem l-implimentazzjoni ta’ standards
Ewropej għas-sistemi tal-ġestjoni u jsiru sforzi
għall-iżvilupp ta' regoli armonizzati tal-operat għall-proġetti
tat-TEN-T ta' interess komuni. Dan l-għan m’għandux il-mira li
jimponi standards u regoli ġodda speċifiċi, iżda pjuttost
li jiġu żgurati l-adozzjoni u l-implimentazzjoni effettivi ta'
standards komuni Ewropej diġà żviluppati. –
Tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri
sabiex jiġu koordinati l-investimenti, iż-żmien,
l-għażla tar-rotot, u l-valutazzjonijiet ambjentali u
tal-benefiċċju mal-kost għall-proġetti ta’ interess komuni. –
Jiġi żgurat li l-konfigurazzjoni ottimali
tan-netwerk tkun element ewlieni fl-allokazzjoni tal-finanzjament tal-UE sabiex
jiġi permess li jsir iffukar fuq is-sezzjonijiet transkonfinali,
il-konnessjonijiet nieqsa u l-konġestjonijiet. Ir-riżultat
kien żewġ għażliet ta' politika: –
Għażla 1, il-kombinazzjoni ta’
approċċ ta’ ippjanar fil-parti l-kbira bbażat fuq il-politika
attwali, iżda b’ċertu emendi fid-dawl tal-esperjenza miksuba, ma’
approċċ imsaħħaħ ta’ koordinazzjoni lejn
l-implimentazzjoni; –
Għażla 2, il-kombinazzjoni ta’
approċċ iżjed b’saħħtu ma' koordinazzjoni tal-ippjanar,
permezz tal-identifikazzjoni ta’ konfigurazzjoni ottimizzata għall-“qalba”
strateġika tat-TEN-T, bl-istess approċċ imsaħħaħ
ta’ koordinazzjoni lejn l-implimentazzjoni. Kull
għażla għandha ġġib titjib sinifikanti meta mqabbla
mal-approċċ tal-politika bażi, kemm f’termini ta’ effikaċja
fl-implimentazzjoni kif ukoll f’termini ta’ impatti ekonomiċi,
soċjali u ambjentali. L-Għażla 2, minħabba
l-koordinazzjoni iżjed b’saħħitha kemm fil-livell ta' ppjanar
kif ukoll f'dak tal-implimentazzjoni, għandu jkollha impatt pożittiv
ġenerali ogħla. 2.4. Metodoloġija
għad-disinn tan-netwerk ewlieni Id-disinn
tan-netwerk ewlieni kif inkluż f’din il-proposta huwa r-riżultat ta’
metodoloġija li fuqha ntlaħaq ftehim komuni. Ġie ddisinjat skont
il-metodoloġija li ġejja bbażata fuq żewġ passi[15]. L-ewwel stadju
kien l-identifikazzjoni tan-nodi ewlenin: –
In-nodi urbani ewlenin, li jinkludu l-ibliet
kapitali tal-Istati Membri kollha, l-ibliet “MEGA” kollha skont l-EPSON u
ż-żoni urbani jew il-konurbazzjonijiet kbar l-oħra kollha,
inkluża l-infrastruttura multimodali rilevanti kollha tagħhom sakemm
tkun parti min-netwerk komprensiv; ġie identifikat total ta’ 82 nodi
urbani li huma elenkati f’anness għal-Linji Gwidi; il-portijiet u
l-ajruporti li jagħmlu parti b’mod dirett min-nodu urban huma parti
min-netwerk ewlieni; –
Fuq barra ta' dawn in-nodi urbani ewlenin,
il-portijiet li jaqbżu ċertu limitu massimu ta' volum jew li
jilħqu ċertu kriterji ġeografiċi; bħala total,
fl-anness għal-Linji Gwida hemm elenkati 82 port; –
Il-punti l-iżjed rilevanti ta’ qsim minn
fruntiera għal oħra: wieħed kull modulu bejn kull Stat Membru u
kull pajjiż tal-viċinat; bħala total, fl-anness għal-Linji
Gwida, hemm elenkati 46 punti ta’ qsim minn fruntiera għal oħra. It-tieni pass kien
jikkonsisti fil-konnessjoni ta’ dawn in-nodi ewlenin permezz ta’
konnessjonijiet multimodali (toroq, ferroviji, kanali interni), skont
id-disponibbiltà jew il-fattibbiltà, b’kunsiderazzjoni
għall-effikaċja u l-effiċjenza u preferibbilment bl-użu
tal-infrastruttura eżistenti. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA 3.1. Sommarju tal-miżuri
proposti Ir-Regolament propost se jirrevoka u
jissostitwixxi d-Deċiżjoni 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-linji gwidi tal-Unjoni
għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew. Il-proposta tinkludi l-elementi ewlenin li
ġejjin: –
It-TEN-T se jiġi żviluppat b’mod gradwali
permezz tal-implimentazzjoni ta’ approċċ ta’ saff doppju, li jinkludi
netwerk komprensiv u netwerk ewlieni. –
In-netwerk komprensiv għandu jitwaqqaf l-iktar
tard sal-31 ta’ Diċembru 2050, waqt li n-netwerk ewlieni
għandu jiġi implimentat bħala prijorità
sal-31 ta’ Diċembru 2030. –
Il-Linji Gwida jistabbilixxu l-qafas
għall-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni. Dawn
il-proġetti jikkontribwixxu għall-iżvilupp u t-twaqqif ta’ TEN-T
permezz tal-ħolqien, il-manutenzjoni, ir-riabilitazzjoni u t-titjib
tal-infrastruttura, permezz ta’ miżuri għall-promozzjoni tal-użu
b’effiċjenza tar-riżorsi tal-infrastruttura u billi jippermettu li
jitwettqu servizzi tat-trasport tal-merkanzija sostenibbli u effiċjenti. –
- Bl-għan li jkun hemm kooperazzjoni
mal-pajjiżi terzi u dawk ġirien[16],
l-Unjoni Ewropea tista’ tippromwovi proġetti ta’ interess reċiproku. –
In-netwerk komprensiv jiġi speċifikat bi: –
mapep; –
komponenti tal-infrastruttura; –
rekwiżiti tal-infrastruttura; –
prijoritajiet għall-promozzjoni ta’
proġetti ta’ interess komuni. –
It-terminals għat-trasport tal-merkanzija,
l-istazzjonijiet tal-passiġġieri, il-portijiet interni, il-portijiet
marittimi u l-ajruporti se jgħaqqdu l-moduli tat-trasport sabiex
jippermettu t-trasport multimodali. –
In-nodi urbani jiffurmaw elementi ewlenin
fin-netwerk komprensiv bħala punti ta’ konnessjoni bejn l-infrastrutturi
differenti tat-trasport. –
Il-linji gwida jistabbilixxu rekwiżiti
speċifiċi għan-netwerk ewlieni, minbarra r-rekwiżiti
għan-netwerk komprensiv, pereżempju d-disponibbiltà ta’ karburanti
alternattivi. Il-Kummissjoni se timmonitorja u tevalwa l-progress magħmul
fl-implimentazzjoni tan-netwerk ewlieni. –
Il-kurituri tan-netwerk ewlieni huma strument
għall-implimentazzjoni tan-netwerk ewlieni. Għandhom jiġu
bbażati fuq l-integrazzjoni u l-interoperabbiltà modali u jwasslu
għal żvilupp u ġestjoni koordinati. –
Il-Koordinaturi Ewropej se jiffaċilitaw
l-implimentazzjoni koordinata tal-kurituri, b’kooperazzjoni ma’ pjattaformi
tal-kuritur li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri
kkonċernati. –
Kull pjattaforma tal-kuritur se tistabbilixxi pjan
multiannwali ta’ żvilupp, inklużi pjanijiet ta’ investiment u
implimentazzjoni, bħala struttura tal-ġestjoni. Abbażi ta’ din
l-informazzjoni, il-Kummissjoni se tadotta atti ta’ implimentazzjoni
(deċiżjonijiet) għal kull kuritur. –
Il-proposta tirrikjedi reviżjoni regolari
tal-annessi permezz ta’ atti ddelegati sabiex jiġu aġġornati l-mapep
tan-netwerk komprensiv. Hija timplika wkoll reviżjoni tan-netwerk ewlieni
sal-2023. 3.2. Bażi legali Il-bażi legali għal din il-proposta
huwa l-Artikolu 172 tat-TFUE. 3.3. Prinċipju
tas-sussidjarjetà L-iżvilupp
ikkoordinat ta’ netwerk tat-trasport trans-Ewropew għall-appoġġ
tal-flussi tat-trasport fis-suq uniku Ewropew u l-koeżjoni ekonomika,
soċjali u territorjali fl-Ewropa tirrikjedi azzjoni li għandha
tittieħed f’livell tal-Unjoni Ewropea, billi azzjoni bħal din ma
setgħetx tittieħed b’mod individwali mill-Istati Membri. B’mod
partikolari dan huwa l-każ għas-sezzjonijiet transkonfinali. 3.4. Prinċipju
tal-proporzjonalità Il-proposta
tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità, u taqa’ fl-ambitu għal
azzjoni fil-qasam tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, kif definit
fl-Artikolu 170 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-azzjoni
maħsuba b’din il-proposta hija limitata b’mod speċifiku
għad-dimensjoni Ewropea tan-netwerks tal-infrastruttura tat-trasport. 3.5. Għażla ta' strument Il-Linji Gwida
tat-TEN-T kurrenti ġew proposti u adottati bħala Deċiżjoni
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Din id-Deċiżjoni hija
indirizzata b’mod speċifiku lill-Istati Membri, li jfisser li l-Linji
Gwida jorbtu fl-intier tagħhom għall-Istati Membri kollha. Waqt li l-Istati
Membri tradizzjonalment kienu l-atturi ewlenin involuti fl-iżvilupp u
l-ġestjoni tal-infrastruttura tat-trasport, l-iżviluppi
jissuġġerixxu li din is-sitwazzjoni qiegħda tinbidel b’mod
progressiv. L-awtoritajiet reġjonali u lokali, il-maniġers
tal-infrastruttura, l-operaturi tat-trasport u entitajiet pubbliċi u
privati oħra wkoll saru atturi ewlenin fl-iżvilupp
tal-infrastruttura. B’iżjed
atturi minbarra l-Istati Membri li qegħdin jiġu involuti fl-ippjanar,
l-iżvilupp u l-operat tat-TEN-T, huwa importanti li jiġi żgurat
li l-Linji Gwida jkunu vinkolati għal kulħadd. Għalhekk
il-Kummissjoni għażlet Regolament bħala l-istrument legali
għal din il-proposta. Barra dan,
għandu jiġi nnotat li huwa maħsub li l-proposta tkopri l-perjodu
li jasal sal-2050. Għalhekk huwa diffiċli li jiġu
antiċipati l-kategoriji ta' atturi li jistgħu jiġu involuti
fil-proġetti tal-implimentazzjoni tat-TEN-T f'dak il-perjodu. 3.6. Żona
Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna kwistjoni
taż-ŻEE u għalhekk għandu jestendi għaż-Żona
Ekonomika Ewropea. 4. IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI Il-proposta m’hu se timplika ebda spiża
addizzjonali għall-baġit tal-UE. 5. FAĊILITÀ TAL-KONNESSJONI TAL-EWROPA Fil-kuntest
tal-Komunikazzjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014-2020[17], il-Kummissjoni ħabbret
il-ħolqien ta’ strument ġdid fil-livell tal-UE, il-“Faċilità
tal-Konnessjoni tal-Ewropa”, li se jiffinanzja l-infrastruttura prijoritarja
tal-UE fit-trasport, l-enerġija u l-broadband diġitali. Il-faċilità
se tappoġġja infrastrutturi b’dimensjoni ta’ Suq Ewropew u Uniku,
billi timmira li tikseb l-appoġġ tal-UE dwar netwerks prijoritarji li
jridu jiġu implimentati sal-2020 u fejn l-azzjoni Ewropea hija l-aktar
meħtieġa. Il-faċilità se jkollha fond uniku ta’
EUR 50 biljun għall-perjodu 2014-2020, li minnhom
EUR 31.7 biljun se jiġu allokati għat-trasport, u minn dawn
EUR 10 biljun huma ring fenced (separati) għal investimenti
relatati ma’ infrastrutturi tat-trasport fl-Istati Membri eliġibbli
għall-Fond ta’ Koeżjoni. Il-Komunikazzjoni tissuġġerixxi
wkoll li proġetti ta’ infrastruttura ta’ interess għall-UE li
jgħaddu minn pajjiżi tal-viċinat u dawk ta’ qabel
l-adeżjoni, fil-ġejjieni għandhom jiġu kkoordinati u
msaħħa permezz tal-Faċilità l-ġdida tal-Konnessjoni
tal-Ewropa[18].
Flimkien mal-Faċilità
tal-Konnessjoni tal-Ewropa, il-linji gwidi attwali se jistabbilixxu
l-prijoritajiet għal finanzjament Ewropew tal-infrastruttura tat-trasport. 6. SiMPLIFIKAZZJONI Il-proposta tikkontribwixxi
għas-simplifikazzjoni tar-regoli eżistenti. Permezz tal-approċċ
tal-kuritur il-ġdid u t-twaqqif ta’ pjattaformi ta’ kurituri,
it-tħejjija tal-proġett tista' tiġi ssimplifikata. 2011/0294 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL dwar linji gwidi tal-Unjoni
għall-iżvilupp tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 172
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[19],
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[20], Waqt li jaġixxu skont il-proċedura
leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1)
Id-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar
il-linji gwidi tal-Komunità għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport
trans-Ewropew[21]
ġiet riformulata fl-interess taċ-ċarezza bid-Deċiżjoni
Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-linji gwidi tal-Unjoni
għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew[22]. (2)
L-ippjanar, l-iżvilupp u l-operat tan-netwerks
tat-trasport trans-Ewropew jikkontribwixxu għall-ilħuq ta'
għanijiet ewlenin tal-Unjoni, bħall-funzjonament mingħajr xkiel
tas-suq intern u t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali
u għandhom ukoll l-għanijiet speċifiċi li jippermettu
l-mobilità mingħajr interruzzjonijiet u sostenibbli tal-persuni u
l-merkanzija u jiżguraw l-aċċessibbiltà għar-reġjuni
kollha tal-Unjoni. (3)
Dawn l-għanijiet speċifiċi
għandhom jintlaħqu bit-twaqqif ta’ interkonnessjonijiet u
interoperabbiltà bejn in-netwerks tat-trasport nazzjonali b’mod effiċjenti
fir-riżorsi. (4)
Iż-żieda fit-traffiku rriżultat
f’żieda fil-konġestjoni fil-kurituri tat-trasport internazzjonali.
Sabiex tiġi żgurata l-mobilità internazzjonali tal-merkanzija u
l-passiġġieri, il-kapaċità tan-netwerk tat-trasport
trans-Ewropew u l-użu ta’ din il-kapaċità għandhom jiġu
ottimizzati u, jekk ikun meħtieġ, imkabbra bit-tneħħija
tal-punti ta’ konġestjoni tal-infrastruttura u l-ħolqien ta’
konnessjonijiet ta’ infrastruttura nieqsa fi u bejn l-Istati Membri. (5)
Kif iddikjarat fil-White Paper dwar it-Trasport
“Pjan Direzzjonali għal Żona tat-Trasport Ewropea Unika – Lejn
sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod
effiċjenti”[23],
l-effiċjenza u l-effikaċja tat-trasport jistgħu jittejbu b’mod
sinifikanti billi tiġi żgurata integrazzjoni modali aħjar matul
in-netwerk, f’termini ta’ infrastruttura, flussi ta’ informazzjoni u
proċeduri. (6)
Il-White Paper tirrikjedi l-mobilitazzjoni ta’
teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni relatata mat-trasport
sabiex tiġi żgurata ġestjoni tat-traffiku mtejba u integrata u
sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri amministrattivi permezz ta'
loġistika mtejba tat-trasport tal-merkanzija, rintraċċar
tat-tagħbija,u skedi u flussi tat-traffiku ottimizzati. Billi miżuri
bħal dawn jippromwovu l-ġestjoni u l-użu effiċjenti tal-infrastruttura
tat-trasport, għandhom jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta’
dan ir-Regolament. (7)
Il-politika tan-netwerk ta’ trasport trans-Ewropew
għandha tikkunsidra l-evoluzzjoni tal-politika ta’ trasport u s-sjieda
tal-infrastruttura. Fl-imgħoddi, l-Istati Membri kienu l-entità ewlenija
inkarigata mill-ħolqien u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-trasport.
Madankollu, entitajiet oħra, inklużi dawk privati, saru wkoll
rilevanti għat-twettiq ta’ netwerk tat-trasport trans-Ewropew multimodali,
inklużi pereżempju maniġers tal-infrastruttura,
konċessjonarji jew awtoritajiet tal-portijiet u tal-ajruporti. (8)
Fil-parti l-kbira tiegħu, in-netwerk ta’
trasport trans-Ewropew jikkonsisti f' infrastruttura eżistenti. Din
l-infrastruttura eżistenti hija ġestita minn entitajiet pubbliċi
u privati differenti. Sabiex jintlaħqu b'mod sħiħ
l-għanijiet tal-politika l-ġdida tan-netwerk ta’ trasport
trans-Ewropew, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti uniformi dwar
l-infrastruttura f’Regolament sabiex ikun hemm konformità magħhom minn
kwalunkwe entità responsabbli għall-infrastruttura tan-netwerk ta’
trasport trans-Ewropew. (9)
L-aħjar mod li bih jista’ jiġi
żviluppat in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew huwa permezz
tal-approċċ tas-saff doppju, li jikkonsisti f’netwerk komprensiv u
netwerk ewlieni, fejn dawn iż-żewġ saffi huma l-ogħla
livell ta' ppjanar ta' infrastruttura fl-Unjoni. (10)
In-netwerk komprensiv għandu jkun netwerk
tat-trasport mifrux mal-Ewropa kollha li jiżgura l-aċċessibbiltà
tar-reġjuni kollha fl-Unjoni, inklużi l-iktar reġjuni remoti u
mbiegħda, kif stabbilit ukoll fil-Politika Marittima Integrata[24] u t-tisħiħ
tal-koeżjoni bejniethom. Il-linji gwidi għandhom jistabbilixxu
r-rekwiżiti għall-infrastruttura tan-netwerk komprensiv, sabiex
jinkiseb netwerk ta' kwalità għolja madwar l-Unjoni sal-2050. (11)
In-netwerk ewlieni għandu jiġi
identifikat u implimentat bħala prijorità fil-qafas ipprovdut bin-netwerk
komprensiv sal-2030. Huwa għandu jikkostitwixxi s-sinsla tal-iżvilupp
ta’ netwerk tat-trasport multimodali u jistimola l-iżvilupp tan-netwerk
komprensiv kollu. Għandu jippermetti li l-azzjoni tal-Unjoni
tikkonċentra fuq dawk il-komponenti tan-netwerk ta’ trasport trans-Ewropew
bl-ogħla valur miżjud Ewropew, b’mod partikolari s-sezzjonijiet
transkonfinali, il-konnessjonijiet nieqsa, il-punti ta’ konnessjoni multimodali
u l-punti ewlenin ta’ konġestjoni. (12)
Sabiex jistabbilixxu n-netwerk ewlieni u komprensiv
b’mod koordinat u fil-ħin, u b’hekk tkun possibbli l-massimizzazzjoni
tal-benefiċċji tan-netwerk, l-Istati Membri kkonċernati
għandhom jiżguraw li l-proġetti ta' interess komuni jiġu
finalizzati sal-2030 u l-2050 rispettivament. (13)
Huwa meħtieġ li jiġu identifikati
proġetti ta’ interess komuni li jikkontribwixxu għall-ilħuq
tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u li jikkorrispondu
għall-prijoritajiet stabbiliti fil-linji gwidi. (14)
Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom
juru valur miżjud Ewropew ċar. Il-proġetti transkonfinali
tipikament għandhom valur miżjud Ewropew għoli, iżda jista’
jkollhom effetti ekonomiċi diretti iżjed baxxi meta mqabbla ma’
proġetti purament nazzjonali. Għalhekk, huwa probabbli li ma
jiġux implimentati mingħajr l-intervent tal-Unjoni. (15)
Billi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni
tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew ma jitwettqux biss mill-Istati Membri,
il-promoturi kollha tal-proġetti ta' interess komuni
bħall-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-maniġers
tal-infrastruttura jew entitajiet privati jew pubbliċi oħra
għandhom ikunu soġgetti għad-drittijiet u l-obbligi ta’ dan
ir-Regolament, kif ukoll għal regoli u proċeduri rilevanti oħra
tal-Unjoni u nazzjonali, meta jkunu qegħdin iwettqu proġetti
bħal dawn. (16)
Il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi ġirien u
dawk terzi hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konnessjoni
u l-interoperabilità bejn in-netwerks rispettivi tal-infrastruttura.
Għalhekk fejn ikun xieraq l-Unjoni għandha tippromwovi proġetti
ta’ interess reċiproku ma’ dawk il-pajjiżi. (17)
Sabiex tintlaħaq integrazzjoni modali matul
in-netwerk, huwa meħtieġ ippjanar adegwat tan-netwerk tat-trasport
trans-Ewropew. Dan jimplika wkoll l-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti
speċifiċi matul in-netwerk f’termini ta’ infrastruttura, sistemi
intelliġenti ta’ trasport, tagħmir, u servizzi. Għalhekk huwa
meħtieġ li tkun żgurata mobilitazzjoni adegwata u
kkonċertata ta’ rekwiżiti bħal dawn fl-Ewropa kollha għal
kull modulu tat-trasport u għall-interkonnessjoni tagħhom matul
in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u lil hinn minnu, sabiex jinkisbu
l-benefiċċji tal-effett tan-netwerk sabiex ikunu possibbli
operazzjonijiet tat-trasport trans-Ewropew fuq medda twila. (18)
Sabiex jiġu determinati infrastrutturi
eżistenti u ppjanati għan-netwerk komprensiv u ewlieni, għandhom
jiġu pprovduti u adatti maż-żmien mapep li għandhom
jikkunsidraw l-evoluzzjoni tal-flussi tat-traffiku. Il-bażi teknika
tal-mapep hija pprovduta mis-sistema TENtec tal-Kummissjoni li tinkludi livell
ogħla ta’ dettall dwar l-infrastruttura tat-trasport trans-Ewropew. (19)
Il-linji gwidi għandhom jistabbilixxu
prijoritajiet sabiex jintlaħqu l-għanijiet saż-żmien
speċifiku stipulat. (20)
Is-sistemi tat-trasport intelliġenti huma
meħtieġa sabiex jipprovdu l-bażi għall-ottimizzazzjoni
tal-operat tat-traffiku u t-trasport u t-titjib tas-servizzi relatati. (21)
Il-linji gwidi għandhom jipprovdu
għall-iżvilupp tan-netwerk komprensiv fin-nodi urbani, billi dawk
in-nodi huma l-punt tal-bidu jew id-destinazzjoni finali (“l-aħħar
mil”) għall-passiġġieri u l-merkanzija li jkunu miexja fuq
in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u huma punti ta’ trasferiment fi jew bejn
moduli ta’ trasport differenti. (22)
In-netwerk tat-trasport trans-Ewropew,
minħabba l-iskala kbira tiegħu, għandu jipprovdi l-bażi
għall-mobilitazzjoni fuq skala kbira ta’ teknoloġiji ġodda u
innovazzjoni, li, pereżempju, jistgħu jgħinu fit-titjib tal-effiċjenza
ġenerali tas-settur tat-trasport Ewropew u jnaqqsu l-impronta tal-karbonju
tiegħu. Dan se jikkontribwixxi lejn l-istrateġija Ewropa 2020 u
l-mira tal-White Paper tat-Trasport ta' tnaqqis ta' 60% fl-emissjonijiet
tal-gassijiet serra sal-2050 (fuq bażi tal-livelli tal-1990) u fl-istess
ħin jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għan
taż-żieda tas-sigurtà tal-karburanti għall-Unjoni. (23)
In-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandu
jiżgura multimodalità effiċjenti sabiex jippermetti
għażliet modali aħjar li għandhom isiru u volumi kbar li
għandhom jiġu konsolidati għat-trasferimenti fuq distanzi twal.
Dan għandu jagħmel il-multimodalità iżjed ekonomikament
attraenti għall-kumpaniji tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar. (24)
Sabiex tintlaħaq infrastruttura tat-trasport
ta’ kwalità għolja u effiċjenti matul il-moduli kollha, il-linji
gwidi għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza u
s-sigurtà tal-movimenti tal-passiġġieri u l-merkanzija, l-impatt
tat-tibdil fil-klima u tad-diżastri potenzjali u dawk maħluqa
mill-bnedmin tal-infrastruttura u l-aċċessibbiltà għall-utenti
kollha tat-trasport. (25)
In-netwerk ewlieni għandu jkun sottogrupp
tan-netwerk komprensiv li jkun qed jissovrastah. Għandu
jirrappreżenta n-nodi l-iżjed importanti mil-lat strateġiku
tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, skont il-ħtiġijiet tat-traffiku.
Għandu jkun multimodali, jiġifieri jinkludi l-moduli kollha
tat-trasport u l-konnessjonijiet tagħhom kif ukoll sistemi rilevanti
tal-ġestjoni tat-traffiku u l-informazzjoni. (26)
Sabiex ikun implimentat in-netwerk ewlieni
fil-perjodu ta' żmien mogħti, approċċ ta’ kuritur jista'
jintuża bħala strument għall-koordinazzjoni ta' proġetti
fuq bażi transnazzjonali u għas-sinkronizzazzjoni tal-iżvilupp
tal-kuritur, u b'hekk ikunu massimizzati l-benefiċċji. (27)
Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom
jindirizzaw ukoll għanijiet usa’ tal-politika tat-trasport u
jiffaċilitaw l-integrazzjoni modali u l-operat multimodali. Dan
għandu jippermetti kurituri żviluppati b’mod speċjali li jkunu
ottimizzati f’termini ta’ użu enerġetiku u emissjonijiet, u b'hekk
jimminimizzaw l-impatti ambjentali, u huma wkoll attraenti
għall-affidabilità, il-konġestjoni limitata u spejjeż tal-operat
u amministrattivi baxxi tagħhom. Lista tal-bidu tal-kurituri għandha
tiġi inkluża fir-Regolament (UE) XXX/2012 [Faċilità
tal-Konnessjoni tal-Ewropa], iżda għandha tkun adattabbli sabiex
tikkunsidra t-tibdil fil-flussi tat-traffiku. (28)
L-iddisinjar tal-istruttura tajba tal-governanza u
l-identifikazzjoni tas-sorsi tal-finanzjament għall-proġetti
transkonfinali kumplessi jsir eħfef bil-ħolqien ta’ pjattaformi
tal-kurituri għal dawn il-kurituri tan-netwerk ewlieni. Il-Koordinaturi
Ewropej għandhom jiffaċilitaw l-implimentazzjoni koordinata
tal-kurituri tan-netwerk ewlieni. (29)
Fl-iżvilupp tal-kurituri tan-netwerk ewlieni
għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa għall-kurituri
tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija mwaqqfa skont ir-Regolament (UE)
Nru 913/2010 tat-22 ta’ Settembru 2010 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta’
merkanzija kompetittiv[25]
kif ukoll għall-Pjan Ewropew għall-Mobilitazzjoni għal ERTMS
ipprovdut fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/561/KE tat-22 ta’ Lulju
2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/679/KE rigward l-implimentazzjoni
tal-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabilità relatata
mas-subsistema tal-kmand-kontroll u s-senjalar tas-sistema ferrovjarja
konvenzjonali trans-Ewropea[26]. (30)
Sabiex tiġi massimizzata l-konsistenza bejn
il-linji gwidi u l-programmazzjoni tal-istrumenti finanzjarji rilevanti
disponibbli f’livell tal-Unjoni, il-finanzjament tan-netwerk tat-trasport
trans-Ewropew għandu jkun ibbażat fuq dan ir-Regolament u jiddependi
fuq il-Faċilità tal-Konnessjoni tal-Ewropa[27]. B’mod korrispondenti,
għandu jimmira għall-allinjament u l-għaqda tal-finanzjament
minn strumenti interni u esterni rilevanti bħal fondi strutturali u ta’
koeżjoni, il-Faċilità tal-Investiment fil-Viċinat (NIF),
l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA)[28], u mill-finanzjament
mill-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u
l-Iżvilupp u istituzzjonijiet finanzjarji oħra. B'mod partikolari,
meta jkun qed jiġi żviluppat in-netwerk tat-trasport Trans-Ewropew,
l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-kundizzjonalitajiet ex ante
applikabbli għat-trasport kif previst fl-Anness IV
għar-Regolament UE Nru XXX2012 [Regolament li jistabbilixxi
dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp
Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni,
il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew
għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, kopert mill-Qafas Strateġiku
Komuni u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond
Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u
l-Fond ta' Koeżjoni u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1083/2006][29]. (31)
Sabiex jiġu aġġornati l-Annessi u
b’mod partikolari l-mapep sabiex jiġi kkunsidrat tibdil possibbli li
jirriżulta mill-użu effettiv ta’ ċertu elementi ta’
infrastruttura tat-trasport analizzati skont limiti massimi kwantitattivi
stabbiliti minn qabel, is-setgħa li jiġu adottati atti skont
l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni rigward l-emendi tal-Annessi.
Hija ta’ importanza partikolari għall-Kummissjoni li twettaq
konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha,
inkluż f'livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda
tħejji u tabbozza atti delegati, għandha tiżgura
trażmissjoni simultanja, fil-ħin opportun u xierqa tad-dokumenti
rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. (32)
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet
uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat
tal-implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni. Dawk
is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont
ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011
li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw
il-mekkaniżmi għall-kontroll min-naħa tal-Istati Membri
tal-eżerċizzju tal-implimentazzjoni tas-setgħat tal-Kummissjoni[30]. (33)
Billi l-għanijiet tal-azzjoni li għandha
tittieħed, u b’mod partikolari t-twaqqif u l-iżvilupp ikkoordinat
tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, ma jistgħux jintlaħqu
biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu,
minħabba l-ħtieġa għal koordinazzjoni ta’ dawn
l-għanijiet, jintlaħqu aħjar f’livell tal-Unjoni, l-Unjoni
tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif
stabbilit fl-Artiklu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont
il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit ukoll f’dak l-Artikolu,
dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex
jintlaħqu dawk l-għanijiet. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT KAPITOLU I PRINĊIPJI ĠENERALI Artikolu 1
Suġġett 1.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-linji gwidi
tal-Unjoni (minn hawn 'il quddiem “il-linji gwida”) għall-iżvilupp
tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew li jiddeterminaw l-infrastruttura
tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew li fih jiġu identifikati
proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku. 2.
Il-linji gwida jispeċifikaw ir-rekwiżiti
li għandhom jiġu rispettati mill-entitajiet responsabbli
għall-ġestjoni tal-infrastruttura tan-netwerk tat-trasport
trans-Ewropew. 3.
Il-linji gwida jistabbilixxu l-prijoritajiet
għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew. 4.
Il-linji gwida jipprovdu miżuri
għall-implimentazzjoni tan-netwerk trans-Ewropew. Artikolu 2
Kamp ta' Applikazzjoni 1.
Il-linji gwida għandhom japplikaw
għan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew li jinkludi –
infrastruttura tat-trasport eżistenti u
ppjanata msemmija fil-paragrafu 2, u –
miżuri li jippromwovu l-ġestjoni u l-użu
effiċjenti ta’ din l-infrastruttura. 2.
L-infrastruttura tat-trasport tan-netwerk
tat-trasport trans-Ewropew tikkonsisti fi: (a)
infrastruttura tat-trasport ferrovjarju kif
determinat fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II; (b)
infrastruttura tal-kanali interni kif determinat
fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu II; (c)
infrastruttura tat-trasport bit-toroq kif dterminat
fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu II; (d)
infrastruttura tat-trasport marittimu kif
determinat fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II; (e)
infrastruttura tat-trasport bl-ajru kif determinat
fit-Taqsima 5 tal-Kapitolu II; (f)
infrastruttura għat-trasport multimodali kif
determinat fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu II; (g)
is-sistemi tat-tagħmir u tat-trasport
intelliġenti assoċjati mal-infrastruttura tat-trasport imsemmija
fil-punti (a) sa (f). Artikolu 3
Definizzjonijiet Għall-fini ta’ dan ir-Regolament,
għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a)
‘proġett ta’ interess komuni’ tfisser
kwalunkwe biċċa ta’ infrastruttura ppjanata, ta’ infrastruttura
tat-trasport eżistenti jew kwalunkwe tibdil fl-infrastruttura tat-trasport
eżistenti li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II
u kwalunkwe miżura li tipprovdi l-ġestjoni u l-użu
effiċjenti ta’ infrastruttura bħal din. (b)
‘proġett ta’ interess reċiproku’ tfisser
proġett li jinvolvi kemm l-Unjoni kif ukoll pajjiż terz wieħed
jew iżjed minn wieħed li jkollu l-għan li jgħaqqad
in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew man-netwerks tal-infrastruttura
tat-trasport ta’ dawk il-pajjiżi sabiex jiġu ffaċilitati
l-flussi tat-trasport ewlenin. (c)
‘pajjiż terz’ tfisser kwalunkwe pajjiż
tal-viċinat u l-pajjiżi l-oħra kollha li magħhom tista’
tikkoopera l-Unjoni sabiex jintlaħqu l-għanijiet fil-mira ta’ dan
ir-Regolament. (d)
‘pajjiż tal-viċinat’ tfisser
il-pajjiż li jaqa’ taħt il-Politika Ewropea tal-Viċinat,
inkluża s-Sħubija Strateġika[31],
il-Politika tat-Tkabbir, iż-Żona Ekonomika Ewropea u
l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. (e)
Il-‘valur miżjud Ewropew’ tfisser, fir-rigward
ta' proġett, il-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa
addizzjonali għall-valur li kien jinħoloq b'azzjoni minn Stat Membru
waħdu (f)
‘maniġer tal-infrastruttura’ tfisser kwalunkwe
korp jew impriża responsabbli b’mod partikolari għall-istabbiliment u
l-manutenzjoni ta’ infrastruttura tat-trasport. Dan jista’ jinkludi wkoll
il-ġestjoni ta’ sistemi ta’ kontroll u sikurezza tal-infrastruttura; (g)
‘sistemi intelliġenti tat-trasport (ITS)’
tfisser sistemi li jużaw teknoloġiji ta’ informazzjoni,
komunikazzjoni, navigazzjoni u pożizzjonar/lokalizzazzjoni sabiex
jiġġestixxu l-mobbiltà u t-traffiku fuq in-netwerk tat-trasport
trans-Ewropew u sabiex jipprovdu servizzi ta’ valur miżjud
liċ-ċittadini u l-operaturi, inkluż għal użu
tan-netwerk sikur, mingħajr periklu, ambjentalment b'saħħtu u
b'effiċjenza tal-kapaċitajiet. Jistgħu jinkludu wkoll strumenti
ta’ abbord, bil-kundizzjoni li jiffurmaw sistema indiviżibbli
mal-komponenti tal-infrastruttura korrispondenti. Huma jinkludu sistemi,
teknoloġiji u servizzi msemmija fil-punti (h)-(l); (h)
‘sistema tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru’
tfisser sistema kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 552/2004
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar
l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru
(ir-Regolament tal-interoperabilità)[32]
u fil-Plan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru
(ATM) kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’
Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta
għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida
għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)[33]. (i)
'Sistemi ta’ Monitoraġġ u Informazzjoni
tat-Traffiku Marittimu’ (VTMIS) tfisser sistemi skjerati
għall-monitoraġġ u l-ġestjoni tat-traffiku u t-trasport
marittimu, bl-użu ta’ informazzjoni mis-Sistemi tal-Identifikazzjoni
Awtomatika tal-Vapuri (AIS), l-Identifikazzjoni u r-Rintraċċar fuq
Medda Twila tal-Vapuri (LRIT), sistemi kostali tar-radar u l-komunikazzjonijiet
bir-radju kif ipprovdut fid-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema
għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku
tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill
93/75/KEE[34]; (j)
'Servizzi tal-Informazzjoni dwar ix-Xmajjar (RIS)’
tfisser teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fuq
passaġġi fuq l-ilma interni kif definit fid-Direttiva 2005/44/KE
tal-Parlament u l-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar
is-servizzi armonizzati ta’ informazzjoni tax-xmajjar (RIS)
f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità[35]; (k)
‘Servizzi Marittimi elettroniċi’ tfisser
servizzi li jużaw teknoloġiji avvanzati u interoperabbli
tal-informazzjoni fis-settur tat-trasport marittimu sabiex jiġi
ffaċilitat l-immaniġġjar tal-volum tal-merkanzija fuq
il-baħar u fiż-żoni tal-portijiet; (l)
'Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku
Ferrovjarju (ERTMS)’ tfisser is-sistema definita fid-Deċiżjoni
tal-Kummissjoni 2006/679/KE tat-28 ta’ Marzu 2006[36] u d-Deċiżjoni
tal-Kummissjoni 2006/860 tas-7 ta’ Novembru 2006[37] dwar l-ispeċifikazzjoni
teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-sottosistemi
tal-kontroll-kmand u tas-senjalar tas-sistemi ferrovjarji trans-Ewropej
konvenzjonali u ta’ veloċità għolja: (m)
‘modulu tat-trasport’ tfisser trasport ferrovjarju,
tal-kanali interni, bit-toroq, marittimu jew bl-ajru. (n)
‘trasport multimodali’ tfisser il-ġarr ta’
merkanzija jew ta' passiġġieri, jew it-tnejn li huma, bl-użu ta’
żewġ moduli jew iżjed ta’ trasport; (o)
‘nodu urban’ tfisser żona urbana fejn
l-infrastruttura tat-trasport tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew hija
konnessa ma’ partijiet oħra ta’ dik l-infrastruttura u mal-infrastruttura
għat-traffiku reġjonali u lokali; (p)
‘pjattaforma loġistika’ tfisser żona li
hija konnessa direttament mal-infrastruttura tat-trasport tan-netwerk
tat-trasport trans-Ewropew li tinkludi mill-inqas terminal wieħed
tal-merkanzija, u tippermetti li jitwettqu attivitajiet loġistiċi; (q)
‘terminal tal-merkanzija’ tfisser struttura
mgħammra għat-trasbord bejn mill-inqas żewġ moduli
tat-trasport u għall-ħżin temporanju tal-merkanzija, bħal
portijiet, portijiet interni, ajruporti u terminals ferrovjarji; (r)
‘Reġjun NUTS’ tfisser reġjun li kif inhu
definit fin-Nomenklatura tal-Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Artikolu 4
Għanijiet tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew 1.
In-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandu
jippermetti s-servizzi u l-operat tat-trasport li: (a)
jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ mobilità u
trasport tal-utenti tiegħu fl-Unjoni u fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi
terzi, u b’hekk jikkontribwixxu sabiex ikun hemm iżjed żvilupp
ekonomiku u kompetittività; (b)
ikunu ekonomikament effiċjenti,
jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet ta’ trasport b’livell
baxx ta’ karbonju u nadif, is-sigurtà tal-karburant u l-ħarsien
ambjentali, ikunu siguri u jkollhom standards ta’ kwalità għolja, kemm
għat-trasport tal-passiġġieri kif ukoll għal dak
tal-merkanzija; (c)
jippromwovu l-kunċetti teknoloġiċi u
tal-operat l-iżjed avvanzati; (d)
jipprovdu aċċessibbiltà xierqa
tar-reġjuni kollha tal-Unjoni, u b’hekk ikunu qegħdin jippromwovu
l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u jappoġġjaw
l-iżvilupp inklużiv. 2.
Fl-iżvilupp tal-infrastruttura tan-netwerk tat-trasport
trans-Ewropew, għandhom jiġu segwiti l-għanijiet li ġejjin: (a)
l-interkonnessjoni u l-interoperabilità
tan-netwerks tat-trasport nazzjonali; (b)
it-tneħħija tal-punti ta’
konġestjoni u l-ħolqien ta’ konnessjonijiet nieqsa,kemm
fl-infrastrutturi tat-trasport kif ukoll fil-punti tal-konnessjoni bejn dawn,
fit-territorji tal-Istati Membri u fil-punti tal-qsim minn konfini
għall-ieħor bejniethom; (c)
l-iżvilupp tal-moduli kollha tat-trasport
b’mod konsistenti mal-iżgurar ta’ trasport sostenibbli u ekonomikament
effiċjenti fuq perjodu twil; (d)
l-aħjar integrazzjoni u l-interkonnessjoni
tal-moduli kollha tat-trasport; (e)
l-użu effiċjenti tal-infrastruttura; (f)
il-promozzjoni ta’ użu wiesgħa ta’
trasport bl-iżjed effett newtrali ta' karbonju; (g)
il-konnessjonijiet tal-infrastruttura tat-trasport
bejn in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u n-netwerks tal-infrastruttura
tat-trasport tal-pajjiżi ġirien, u l-promozzjoni tal-interoperabilità
tagħhom; (h)
l-istabbiliment ta’ rekwiżiti
tal-infrastruttura, prinċipalment fil-qasam tal-interoperabilità,
is-sigurtà u s-sikurezza, li se jkunu punt ta’ referenza għall-kwalità,
l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tas-servizzi tat-trasport; (i)
kemm għat-traffiku tal-passiġġieri
kif ukoll għal dak tal-merkanzija, konnessjonijiet mingħajr xkiel
bejn l-infrastruttura tat-trasport għat-traffiku fuq distanzi twal
min-naħa waħda, u traffiku reġjonali u lokali min-naħa
l-oħra; (j)
infrastruttura tat-trasport li tirrifletti
s-sitwazzjonijiet speċifiċi fil-partijiet differenti tal-Unjoni u
tipprovdi għal kopertura bilanċjata tar-reġjuni Ewropej,
inklużi r-reġjuni l-aktar imbiegħda u oħra periferiċi; (k)
aċċessibbiltà għall-persuni anzjani,
persuni ta’ mobilità mnaqqsa u għall-passiġġieri
b’diżabilità. (j) (k) Artikolu 5
Netwerk b’effiċjenza fir-riżorsi L-Istati Membri u, kif xieraq, l-awtoritajiet
reġjonali u lokali, il-maniġers tal-infrastruttura, l-operaturi
tat-trasport u, kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra
għandhom jippjanaw, jiżviluppaw u joperaw in-netwerk tat-trasport
trans-Ewropew b’mod effiċjenti għar-riżorsi, permezz ta’: (a)
titjib tal-integrazzjoni u l-interkonnessjoni
tal-infrastruttura; (b)
il-mobilitazzjoni wiesgħa ta’ teknoloġiji
ġodda u ITS; (c)
it-titjib u l-manutenzjoni tal-infrastruttura
tat-trasport eżistenti; (d)
il-kunsiderazzjoni ta’ sinerġiji possibbli ma’
netwerks oħra, b’mod partikolari netwerks trans-Ewropej tal-enerġija
u/jew tat-telekomunikazzjoni; (e)
il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali
strateġiku, bl-istabbiliment ta’ pjanijiet u programmi xierqa u ta'
impatti dwar il-mitigazzjoni tal-klima; (f)
miżuri sabiex tiġi ppjanata u mkabbra
l-kapaċità tal-infrastruttura fejn dan ikun meħtieġ; (g)
kunsiderazzjoni adegwata għall-vulnerabbiltà
tal-infrastruttura tat-trasport rigward klima li qed tinbidel kif ukoll
diżastri naturali u dawk maħluqa mill-bnedmin. Artikolu 6
Struttura b’saff doppju tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew 1.
L-iżvilupp gradwali tan-netwerk tat-trasport
trans-Ewropew b’mod partikolari għandu jintlaħaq bl-implimentazzjoni
ta’ struttura b'saff doppju għal dan in-netwerk, li tinkludi netwerk komprensiv
u netwerk ewlieni. 2.
In-netwerk komprensiv għandu jkun magħmul
mill-infrastrutturi kollha eżistenti u ppjanati tat-trasport tan-netwerk
tat-trasport trans-Ewropew kif ukoll miżuri li jippromwovu l-użu
effiċjenti ta’ infrastrutturi bħal dawn. Għandu jiġu
żviluppat skont il-Kapitolu II. 3.
In-netwerk ewlieni għandu jikkonsisti f'dawk
il-partijiet tan-netwerk komprensiv li huma tal-ogħla importanza
strateġika għall-ilħuq tal-għanijiet
għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew. Għandu jiġi
identifikat u żviluppat skont il-Kapitolu III. Artikolu 7
Proġetti ta’ interess komuni 1.
Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom
jikkontribwixxu għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew
permezz tal-ħolqien ta’ infrastruttura ġdida tat-trasport, il-manutenzjoni,
ir-riabilitazzjoni u t-titjib tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti u
permezz ta’ miżuri li jippromwovu l-użu tiegħu b’effiċjenza
tar-riżorsi. 2.
Proġett ta’ interess komuni għandu: (a)
(a) jikkontribwixxi għall-għanijiet
stabbiliti fl-Artikolu 4; (b)
jikkonforma mal-Kapitolu II u, jekk
jikkonċerna n-netwerk ewlieni, jikkonforma wkoll mal-Kapitolu III; (c)
ikun ġie suġġett għal
analiżi soċjo-ekonomika tal-benefiċċju tal-kostijiet li
tirriżulta f'valur nett preżenti pożittiv; (d)
juri valur miżjud Ewropew ċar. 3.
Proġett ta’ interess komuni jista’ jinkludi
ċ-ċiklu komplut tiegħu, inkluż l-istudji dwar
il-fattibbiltà u l-proċeduri għall-ksib tal-permessi,
l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni. 4.
L-Istati Membri u promoturi oħra
tal-proġetti kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri
kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-proġetti jitwettqu
b’konformità mar-regoli u l-proċeduri rilevanti tal-Unjoni, b’mod
partikolari mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent,
il-ħarsien tal-klima, is-sigurtà, is-sikurezza, il-kompetizzjoni, l-għajnuna
mill-Istat, l-akkwist pubbliku u s-saħħa pubblika. 5.
Il-proġetti ta’ interess komuni huma
eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni taħt
l-istrumenti disponibbli għan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, b’mod
partikolari l-Faċilità tal-Konnessjoni tal-Ewropa stabbilita
bir-Regolament (UE) Nru XXX/2012. Artikolu 8
Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi 1.
L-Unjoni tista’ tappoġġja proġetti
ta’ interess komuni sabiex tikkonnettja n-netwerk ta' trasport trans-Ewropew
ma' netwerks tal-infrastruttura ta’ pajjiżi terzi koperti mill-Politika
Ewropea tal-Viċinat, il-Politika tat-Tkabbir, iż-Żona Ekonomika
Ewropea u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles u li
l-għan tagħhom huwa li: (a)
jikkonnettjaw in-netwerk ewlieni fil-punti ta’ qsim
minn konfini għall-ieħor; (b)
jiżguraw il-konnessjoni bejn in-netwerk
ewlieni u n-netwerks tat-trasport tal-pajjiżi terzi; (c)
Jikkompletaw l-infrastruttura tat-trasport
f'pajjiżi terzi li sservi ta' ħolqa bejn partijiet tan-netwerk
ewlieni fl-Unjoni; (d)
jimplimentaw sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku
f’dawk il-pajjiżi. Dawn il-proġetti ta' interess komuni
għandhom isaħħu l-kapaċità jew l-utilità ta' netwerks li
jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar. 2.
L-Unjoni tista’ tikkoopera ma’ pajjiżi terzi
sabiex tippromwovi proġetti ta’ interess reċiproku. Dawn
il-proġetti għandhom jippruvaw li: (a)
jippromwovu l-interoperabilità bejn in-netwerk
tat-trasport trans-Ewropew u n-netwerks tal-pajjiżi ġirien; (b)
jippromwovu l-estensjoni tal-politka tan-netwerk
tat-trasport trans-Ewropew fil-pajjiżi terzi; (c)
jiffaċilitaw it-trasport bl-ajru
mal-pajjiżi terzi, b’mod partikolari billi jestendu l-Ajru Uniku Ewropew u
l-kooperazzjoni fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru; (d)
jiffaċilitaw it-trasport marittimu u
jippromvovu l-awtostradi tal-baħar mal-pajjiżi terzi. 3.
Il-proġetti ta’ interess reċiproku li
jaqgħu taħt il-paragrafu 2(a) għandhom jikkonformaw
mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu II. 4.
L-Anness III jinkludi mapep indikattivi
tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew estiż għal pajjiżi
ġirien speċifiċi. 5.
L-Unjoni tista' tuża strumenti
tal-koordinazzjoni u finanzjarji eżistenti jew twaqqaf u tuża
oħra ġodda mal-pajjiżi tal-viċinat, bħall-Facilità
tal-Investiment fil-Viċinat (NIF), jew l-Istrument għall-Assistenza
ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), għall-promozzjoni ta' proġetti
ta' interess reċiproku. 6.
L-Unjoni tista’ tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet
u korpi internazzjonali u reġjonali sabiex tilħaq kwalunkwe għan
ieħor fil-mira ta’ dan l-Artikolu KAPITOLU II IN-NETWERK KOMPRENSIV Artikolu 9
Dispożizzjonijiet ġenerali 1.
In-netwerk komprensiv għandu jikkostitwixxi
l-bażi għall-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni. 2.
In-netwerk komprensiv għandu: (a)
ikun kif speċifikat fil-mapep fl-Anness I
dan ir-Regolament; (b)
jiġi speċifikat permezz tad-deskrizzjoni
tal-komponenti tal-infrastruttura; (c)
jikkonforma mar-rekwiżiti
għall-infrastrutturi tat-trasport stabbiliti f’dan il-Kapitolu; (d)
jistabbilixxi l-qafas għall-iżvilupp ta’
infrastruttura prijoritarja kif imsemmi fl-Artikoli 10 sa 35. 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
n-netwerk komprensiv jitlesta u jkun jikkonforma kompletament
mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Kapitolu mhux iktar tard
mill-31 ta’ Diċembru 2050. Artikolu 10
Prijoritajiet L-Unjoni, l-Istati Membri, il-maniġers
tal-infrastrutturi u promoturi oħra ta’ proġetti, waqt
l-iżvilupp ta’ netwerk komprensiv, għandhom jagħtu
kunsiderazzjoni partikolari lill-miżuri li huma meħtieġa
għal: (a)
l-implimentazzjoni u l-mobilitazzjoni ta’ sistemi
tat-trasport intelliġenti, inklużi miżuri li jippermettu
l-ġestjoni tat-traffiku, l-iskedar multimodali u s-servizzi
tal-informazzjoni, ir-rintraċċar multimodali, l-ippjanar
tal-kapaċitajiet u s-servizzi integrati onlajn ta' riservazzjoni u ta'
xiri ta’ biljetti; (b)
il-ħolqien ta’ konnessjonijiet nieqsa u
t-tneħħija ta’ punti ta’ konġestjoni,prinċipalment
fis-sezzjonijiet transkonfinali; (c)
it-tneħħija tal-ostakli amministrattivi u
tekniċi, b’mod partikolari għall-interoperabilità tan-netwerk u
għall-kompetizzjoni; (d)
l-iżgurar tal-aħjar integrazzjoni
tal-moduli tat-trasport; (e)
l-iżgurar ta’ aċċessibbiltà xierqa
għar-reġjuni kollha tal-Unjoni; (f)
it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità
tal-infrastruttura f’termini ta’ effiċjenza, sigurtà, sikurezza, klima u
fejn ikun xieraq reżistenza għad-disastri, prestazzjonijiet
ambjentali, kundizzjonijiet soċjali, aċċessibbiltà
għall-utenti kollha, kwalità tas-servizzi u l-kontinwità tal-flussi
tat-traffiku; (g)
il-promozzjoni tal-iżvilupp teknoloġiku
avvanzat; (h)
-iżgurar tas-sikurezza tal-karburant billi
jiġi permess l-użu ta’ sorsi tal-enerġija alternattivi u b’mod
partikolari dawk b’livell baxx jew żero ta’ karbonju u sistemi ta’
propulsjoni (i)
l-evitar taż-żoni urbani għat-trasport
ferrovjarju tal-merkanzija. Taqsima 1
INFRASTRUTTURA TAT-TRASPORT FERROVJARJU Artikolu 11
Mapep Il-linji ferrovjarji li jiffurmaw parti
min-netwerk komprensiv huma indikati fuq il-mapep fl-Anness I. Artikolu 12
Komponenti tal-infrastruttura 1.
L-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju tinkludi
b’mod partikolari: (a)
linji ferrovjarji ta’ veloċità għolja u
konvenzjonali, inklużi: (i) binarji żgħar maġenb
il-binarju ewlieni (sidings) (ii) mini; (iii) pontijiet; (b)
terminals għat-trasport tal-merkanzija u
pjattaformi loġistiċi għat-trasbord ta’ merkanzija fil-modulu
ferrovjarju u bejn il-ferroviji u moduli oħra tat-trasport: (c)
stazzjonijiet fuq il-linji indikati fl-Anness I
għat-trasferiment tal-passiġġieri fil-modulu ferrovjarju u bejn
il-ferroviji u moduli oħra tat-trasport; (d)
tagħmir assoċjat; (e)
ITS. 2.
Il-linji ferrovjarji għandu jkollhom
waħda mill-forom li ġejjin: (a)
Linji ferrovjarji għat-trasport ta’ veloċità
għolja li huma: (i) linji ta’ veloċità għolja
mibnija b’mod speċjali mgħammra għall-veloċitajiet li jkunu
ekwivalenti għal jew ogħla minn 250 km/h; (ii) linji konvenzjonali mtejba b’mod
speċjali mgħammra għall-veloċitajiet ta’ madwar 200 km/h; (b)
Linji ferrovjarji għat-trasport konvenzjonali.
3.
It-tagħmir tekniku assoċjat mal-linji
ferrovjarji għandu jinkludi sistemi tal-elettrifikazzjoni, tagħmir
għat-tlugħ u l-inżul tal-passiġġieri u t-tagħbija
u l-ħatt tal-merkanzija fl-istazzjonijiet, il-pjattaformi
loġistiċi u t-terminals għat-trasport tal-merkanzija. Huwa
għandu jinkludi kwalunkwe faċilità meħtieġa sabiex
jiġi żgurat l-operat sikur, sigur u effiċjenti tal-vetturi. Artikolu 13
Rekwiżiti tal-infrastruttura tat-trasport 1.
L-operaturi tat-terminals tal-merkanzija
għandhom jiżguraw li kwalunkwe terminal tal-merkanzija jkun
miftuħ għall-peraturi kollha. L-operaturi tal-pjattaformi loġistiċi
għandhom joffru mill-inqas terminal wieħed li jkun miftuħ
għall-operaturi kollha. L-operaturi tat-terminals tal-merkanzija u
l-pjattaforma loġistika għandhom jipprovdu dan l-aċċess
b’mod mhux diskriminatorju u japplikaw tariffi trasparenti. 2.
L-operaturi tal-istazzjonijiet
tal-passiġġieri għandhom jiżguraw li l-istazzjonijiet
tal-passiġġieri jipprovdu aċċess għal informazzjoni,
ix-xiri tal-biljetti u l-attivitajiet kummerċjali għat-traffiku
ferrovjarju matul in-netwerk komprensiv kollu u fejn ikun xieraq informazzjoni
dwar il-konnessjoni mat-trasport lokali u reġjonali, skont ir-Regolament
tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta’ Mejju 2011 dwar
l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabilità relatata
mas-subsistema ‘applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi
tal-passiġġieri’ tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea[38]. 3.
Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati
Membri u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li: (a)
il-linji ferrovjarji jkunu mgħammra b’ERTMS. (b)
l-infrastruttura ferrovjarja tikkonforma
mad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’
Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità[39] u l-miżuri ta’
implimentazzjoni tagħha sabiex tintlaħaq l-interoperabilità
tan-netwerk komprensiv; (c)
l-infrastruttura ferrovjarja tikkonforma
mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni teknika ta’ Interoperabilità (TSI)
adottata skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/57/KE għal linji ġodda
u mtejba, minbarra f’każijiet ġustifikati kif xieraq, fejn ikun
permess mit-TSI rilevanti jew taħt il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 9
tad-Direttiva 2008/57/KE. Fi kwalunkwe każ, l-infrastruttura
ferrovjarja għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin: (a) (1)
it-track gauge nominali għal-linji ferrovjarji
ġodda: 1 435 mm[40]; (2)
elettrifikazzjoni; (3)
linji li jintużaw minn ferroviji
għat-trasport tal-merkanzija konvenzjonali[41]: tagħbija tal-fus ta’
22,5 t, u tul tal-ferrovija ta’ 750 metru; (4)
diżlivelli massimi għal-linji ġodda
li għandhom jintużaw minn ferroviji għat-trasport ta’ merkanzija
konvenzjonali: 12,5 mm/m[42] Artikolu 14
Qafas għall-iżvilupp ta’ infrastruttura prijoritarja L-Istati Membri u promoturi oħra ta’
proġetti, meta jkunu qegħdin jippromwovu proġetti ta’ interess
komuni u minbarra l-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 10, għandhom
jagħtu konsiderazzjoni partikolari lil: (a)
il-mobilitazzjoni tal-ERTMS; (g) (b)
il-mitigazzjoni tal-impatt tal-istorbju
kkawżat mit-trasport tal-ferroviji; (h) (c)
l-ilħuq ta’ standards ogħla minn dawk
stabbiliti bħala rekwiżiti minimi fl-ispeċifikazzjonijiet
tekniċi, kif deskritt fl-Artikolu13. (i) (j) (k) Taqsima 2
INFRASTRUTTURA TAT-TRASPORT TAL-KANALI INTERNI Artikolu 15
Mapep Il-kanali interni u l-portijiet interni li
jagħmlu parti min-netwerk komprensiv huma indikati fuq il-mapep
fl-Anness I. Artikolu 16
Komponenti tal-infrastruttura 1.
L-infrastruttura tal-kanali interni partikolarment
tinkludi: (a)
xmajjar; (b)
kanali; (c)
għadajjar; (d)
infrastruttura relatata bħal serraturi,
elevejters, pontijiet, ġibjuni; (e)
portijiet interni inkluża l-infrastruttra
meħtieġa għall-operat tat-trasport fiż-żona tal-port; (f)
tagħmir assoċjat; (g)
ITS. 2.
Il-portijiet interni għandu jkollhom volum
annwali ta’ trasbord tal-merkanzija li jaqbeż il-500 000 tunnellata.
Il-volum annwali totali ta’ trasbord tal-merkanzija huwa bbażat fuq
l-aħħar medja ta’ tliet snin disponibbli, kif ippubblikat
mill-Eurostat. 3.
B’mod parikolari t-tagħmir assoċjat mal-portijiet
għandu jippermetti l-użu tas-sistemi tal-propulsjoni u l-operat li
jnaqqsu t-tniġġis, il-konsum tal-enerġija u l-intensità
tal-karbonju. Huwa jinkludi l-faċilitajiet għar-rimi tal-iskart. Artikolu 17
Rekwiżiti tal-infrastruttura tat-trasport 1.
Fl-isfera tar-responsabbiltajiet tagħhom,
l-Istati Membri, l-operaturi tal-portijiettal-portijiet u l-maniġers
tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-portijiet interni jkunu
konnessi mal-infrastruttura tat-toroq u dik ferrovjarja tan-netwerk komprensiv. 2.
L-operaturi tal-portijiettal-portijiet
għandhom jiżguraw li kwaunkwe port intern joffri mill-inqas terminal
wieħed għat-trasport tal-merkanzija li jkun miftuħ
għall-operaturi kollha b'mod mhux diskriminatorju u li japplika tariffi
trasparenti. 3.
Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati
Membri u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li: (a)
ix-xmajjar, il-kanali u l-għadajjar
għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi għall-kanali
tal-Klassi IV kif stabbilit fil-Ftehim Ewropew dwar il-Kanali Interni
Ewlenin ta’ Importanza Internazzjonali (AGN) dwar il-klassifikazzjoni
l-ġdida tal-kanali interni[43]
u jiżguraw ikklerjar kontinwu tal-pontijiet. (b)
ix-xmajjar, il-kanali u l-għadajjar ikunu
mgħammra b’RIS. Artikolu 18
Qafas għall-iżvilupp ta’ infrastruttura prijoritarja L-Istati Membri u promoturi oħra ta’
proġetti, meta jkunu qegħdin jippromwovu proġetti ta’ interess
komuni u minbarra l-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 10, għandhom
jagħtu konsiderazzjoni partikolari lil: (a)
għall-kanali interni eżistenti: l-implimentazzjoni
tal-miżuri meħtieġa sabiex jintlaħqu l-istandards
tal-kanali interni tal-klassi IV; (b)
fejn ikun xieraq, l-ilħuq ta’ standards
ogħla minn dawk tal-kanali interni tal-klassi IV, sabiex jiġu
sodisfatti d-domandi tas-suq; (c)
l-implimentazzjoni tal-ITS, inkluż RIS; (d)
il-konnessjoni tal-infrastruttura tal-portijiet
interni mal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju. Taqsima 3
INFRASTRUTTURA TAT-TRASPORT FIT-TOROQ (b) Artikolu 19
Mapep It-toroq li jagħmlu parti min-netwerk
komprensiv huma indikati fuq mapep fl-Anness I. Artikolu 20
Komponenti tal-infrastruttura 1.
L-infrastruttura tat-trasport marittimu tinkludi
b’mod partikolari : (a)
toroq ta’ kwalità għolja, inklużi (i) pontijiet; (ii) mini; (iii) punti ta’ konġunzjoni; (iv) passaġġi; (v) interskambji; (b)
żoni ta' parkeġġ; (c)
tagħmir assoċjat; (d)
ITS; (e)
terminals għat-trasport tal-merkanzija u
pjattaformi loġistiċi; (f)
stazzjonijiet tal-karozzi tal-linja. 2.
It-toroq ta’ kwalità għolja msemmija
fil-paragrafu 1(a) huma dawk li għandhom irwol importanti
għat-traffiku tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri fuq
distanzi twal, jintegraw iċ-ċentri urbani u ekonomiċi ewlenin,
joħolqu interkonnessjoni ma’ moduli oħra tat-trasport u jgħaqqdu
r-reġjuni NUTS 2 maqtugħa mill-baħar u dawk periferiċi
mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni. 3.
It-toroq ta’ kwalità għolja għandhom
jiġu ddisinjati u mibnija b’mod speċjali għat-traffiku
tal-vetturi bil-mutur, u għandhom ikunu kemm toroq prinċipali
għall-vetturi bil-mutur (motorways) kif ukoll toroq li jgħaqqdu bliet
direttament u bil-ħeffa (express). (a)
Triq prinċipali għall-vetturi bil-mutur
hija triq iddisinjata b’mod speċifiku u mibnija għat-traffiku
tal-vetturi bil-mutur, li ma sservix proprjetajiet li jmissu magħha, u li: (i) tiġi pprovduta, minbarra f’punti
speċjali jew temporanjament, b’karreġġjati separati
għaż-żewġ direzzjonijiet tat-traffiku, separati minn xulxin
bi strixxa diviżorja mhux maħsuba għat-traffiku, jew, b’mod
eċċezzjonali, b’mezzi oħra. (ii) ma taqsamx f’livell mal-ebda triq,
binarju ferrovjarju jew tat-tramm, jew mogħdija tar-riġel; u (iii) tiġi ssenjalata fit-toroq
bħala triq prinċipali għall-vetturi bil-mutur. (b)
Triq li tgħaqqad bliet direttament u
bil-ħeffa hija triq riservata għat-traffiku tal-vetturi bil-mutur
aċċessibbli minn interskambji jew punti ta’ konġunzjoni kkontrollati
biss u li: (i) tipprojbixxi l-waqfien u
l-parkeġġ fuq il-karreġġjata; u (ii) ma taqsamx f’livell mal-ebda binarju
ferrovjarju jew tat-tramm, jew mogħdija tar-riġel. 4.
It-tagħmir assoċjat mat-toroq għandu
jinkludi b’mod partikolari tagħmir għall-ġestjoni tat-traffiku,
gwida għall-ksib ta’ informazzjoni u dwar ir-rotot, għall-ġbir
tat-tariffi tal-utenti, għas-sigurtà, għat-tnaqqis tal-effetti
ambjentali negattivi, għar-riforniment bil-karburant jew l-iċċarċġjar
mill-ġdid ta’ vetturi b’tip ta’ sewqan alternattiv u
għaż-żoni ta’ parkeġġ siguri għall-vetturi
kummerċjali. Artikolu 21
Rekwiżiti tal-infrastruttura tat-trasport Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom,
l-Istati Membri u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom
jiżguraw li: (a)
It-toroq jikkorrispondu
għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(3). (b)
Is-sigurtà tal-infrastruttura tat-trasport
fit-toroq tkun garantita, immonitojrata u, meta jkun meħtieġ, imtejba
skont il-proċedura pprovduta mid-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar
il-ġestjoni tas-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq[44]. (c)
Il-mini bit-toroq b’tul ta’ iżjed minn
500 metru għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 2004/54/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar
ir-rekwiżiti minimi tas-sigurtà għall-mini fin-netwerk trans-Ewropew
tat-toroq[45]. (d)
L-interoperabilità tas-sistemi tal-ġbir
tal-ħlasijiet hija żgurata skont id-Direttiva 2004/52/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar
l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi tal-ġbir
tal-ħlasijiet tat-toroq fil-Komunità[46]
u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/750/KE
tas-6 ta’ Ottubru 2009 dwar id-definizzjoni tas-Servizz
Elettroniku Ewropew tal-Ġbir tal-Ħlasijiet u l-elementi tekniċi
tiegħu[47]. (e)
Ikunu mobilitizzati s-sistemi tat-trasport
intelliġenti tal-infrastruttura tat-trasport fit-toroq li jikkonformaw
mad-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-mobilitazzjoni ta’
Sistemi tat-Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport fit-toroq u
għall-interfaċċji ma’ moduli oħra ta’ trasport[48]. Artikolu 22
Qafas għall-iżvilupp ta’ infrastruttura prijoritarja L-Istati Membri u promoturi oħra ta’
proġetti, meta jkunu qegħdin jippromwovu proġetti ta’ interess
komuni u minbarra l-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 10, għandhom
jagħtu konsiderazzjoni partikolari lil: (a)
l-użu ta’ ITS, b’mod partikolari
l-informazzjoni multimodali u l-ġestjoni tat-traffiku u sabiex jiġu
permessi sistemi ta’ komunikazzjoni u ħlasijiet integrati; (b)
introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u
innovazzjoni għall-promozzjoni tat-trasport b’livell baxx ta’ karbonju; (c)
il-provvista ta’ żoni siguri ta’
parkeġġ; (d)
il-promozzjoni tas-sigurtà fit-toroq. Taqsima 4
INFRASTRUTTURA TAT-TRASPORT MARITTIMU Artikolu 23
Mapep Il-portijiet marittimi li jagħmlu parti
min-netwerk komprensiv huma indikati fuq il-mapep fl-Anness I. Artikolu 24
Komponenti tal-infrastruttura 1.
L-infrastruttura tat-trasport marittimu tinkludi
b’mod partikolari : (a)
spazju marittimu; (b)
kanali fil-baħar; (c)
portijiet marittimi, inkluża l-infrastruttura
meħtieġa għall-operat tat-trasport fiż-żona tal-port; (d)
għajnuniet navigazzjonali; (e)
approċċi għall-portijiet; (f)
awtostradi tal-baħar; (g)
tagħmir assoċjat; (h)
ITS. 2.
Il-portijiet marittimi għandhom ikunu punti
tad-dħul u l-ħruġ għall-infrastruttura tal- art tan-netwerk
komprensiv. Huma għandhom jissodisfaw mill-inqas wieħed mill-
kriterji li ġejjin: (a)
Il-volum totali annwali tat-traffiku
tal-passiġġieri jaqbeż l-0.1 % tal-volum totali annwali
tat-traffiku tal-passiġġieri tal-portijiet marittimi kollha
tal-Unjoni. L-ammont ta’ referenza għal dan il-volum totali huwa
l-aħħar medja disponibbli meħuda fuq tliet snin, ibbażata
fuq l-istatistiki ppubblikati mill-Eurostat. (b)
Il-volum totali annwali tal-merkanzija – kemm
għall-immaniġġjar tal-merkanzija bil-grossa kif ukoll għal
dik mhux bil-grossa – jaqbeż 0.1% tat-total annwali tal-volum ta’
merkanzija mmaniġġjata fil-portijiet marittimi kollha tal-Unjoni.
L-ammont ta’ referenza għal dan il-volum totali huwa l-aħħar
medja disponibbli meħuda fuq tliet snin, ibbażata fuq l-istatistiki
ppubblikati mill-Eurostat. (c)
Il-port marittimu jkun jinsab fuq gżira u
jipprovdi l-uniku punt ta’ aċċess għal reġjun NUTS 3
fin-netwerk komprensiv. (d)
Il-port marittimu jkun jinsab f’reġjun l-aktar
imbiegħed jew żona periferika, lil hinn minn raġġ ta’
200 kilometru mill-port l-iktar fil-qrib fin-netwerk komprensiv. 3.
It-tagħmir assoċjat mal-infrastruttura
tat-trasport marittimu għandu jinkludi b’mod partikolari tagħmir
għat-tkissir tas-silġ, stħarriġ idroloġiku, u
t-tħammil u l-manutenzjoni tal-port u l-approċċi
għall-port. Artikolu 25
Awtostradi tal-baħar 1.
L-awtostradi tal-baħar jirrappreżentaw
id-dimensjoni marittima tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew. Għandhom
jikkonsistu minn rotot tal-baħar ta’ distanzi qosra, infrastruttura u
tagħmir marittimu assoċjati, u faċilitajiet li jippermettu
t-trasport bil-baħar għal distanzi qosra u/jew servizzi
tal-baħar-xmajjar bejn mill-inqas żewġ portijiet, inklużi
l-konnessjonijiet fil-hinterland, f'mill-inqas żewġ Stati Membri
differenti. L-awtostradi tal-baħar għandhom jinkludu: (a)
konnessjonijiet marittimi bejn portijiet marittimi
tan-netwerk komprensiv; (b)
faċilitajiet tal-port, teknoloġiji
tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) bħas-sistemi elettroniċi
tal-ġestjoni tal-loġistika, proċeduri tas-sigurtà u s-sikurezza
u dawk amministrattivi u doganali f’mill-inqas wieħed mill-Istati Membri; (c)
infrastruttura għal aċċess dirett
tal-art u l-baħar. 2.
Il-proġetti ta’ interess komuni
għall-awtostradi tal-baħar fin-netwerk tat-trasport trans-Ewropew
għandhom jiġu proposti minn tal-inqas żewġ Stati Membri.
Huma għandhom jieħdu waħda mill-forom li ġejjin: (a)
ikunu l-komponent marittimu ta’ kuritur ta' netwerk
ewlieni kif definit fl-Artikolu 49, jew jikkostitwixxu l-komponent
marittimu bejn żewġ kurituri tan-netwerk ewlieni; (b)
jikkostitwixxu konnessjoni marittima u
l-konnessjonijiet tal-hinterland tagħha fin-netwerk ewlieni bejn
żewġ portijiet jew iżjed tan-netwerk ewlieni; (c)
jikkostitwixxu konnessjoni marittima u
l-konnessjonijiet tal-hinterland tagħha bejn port tan-netwerk ewlieni u
portijiet tan-netwerk komprensiv, b’iffokar speċjali fuq
il-konnessjonijiet tal-hinterland tal-portijiet tan-netwerk ewlieni u dak
komprensiv. 3.
Il-proġetti ta’ interess komuni
għall-awtostradi tal-baħar fin-netwerk tat-trasport trans-Ewropew
jistgħu jinkludu wkoll attivitajiet li jkollhom benefiċċji usa’
u ma jkunux konnessi ma’ portijiet speċifiċi, bħall-attivitajiet
għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali, attivitajiet sabiex
il-faċilitajiet għat-tkissir tas-silġ isiru disponibbli,
attivitajiet li jiggarantixxu navigabilità matul is-sena kollha, operat ta’
tħammil, facilitajiet alternattivi għall-għoti tal-karburant,
kif ukoll l-ottimizzazzjoni tal-proċessi, il-proċeduri u l-element
uman, pjattaformi tal-ICT u sistemi tal-informazzjoni, inkluż
il-ġestjoni tat-traffiku u s-sistemi elettroniċi ta' rapportar. Artikolu 26
Rekwiżiti tal-infrastruttura tat-trasport 1.
Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati
Membri, l-operaturi tal-portijiet u l-maniġers tal-infrastruttura
għandhom jiżguraw li: (a)
Il-portijiet marittimi huma konnessi mal-linji
ferrovjarji, it-toroq u, fejn ikun possibbli, il-kanali interni tan-netwerk
komprensiv, minbarra f’Malta u Ċipru sakemm l-ebda sistema ferrovjarja ma
tiġi stabbilita fit-territorju tagħhom. (b)
Kwalunkwe port marittimu joffri mill-inqas terminal
wieħed li jkun miftuħ għall-operaturi kollha b’mod mhux
diskriminatorju u li japplika tariffi trasparenti. (c)
Il-kanali fil-baħar, il-kanali navigabbli u
l-estwarji tal-portijiet jgħaqqdu żewġ ibħra, jew jipprovdu
aċċess mill-baħar għall-portijiet marittimi u
jikkorrispondu mill-inqas għall-klassi VI tal-kanali interni. 2.
L-operaturi tal-portijiet għandhom
jiżguraw li l-portijiet jinkludu t-tagħmir meħtieġ sabiex
jiżguraw il-prestazzjoni ambjentali tal-bastimenti fil-portijiet, b’mod
partikolari l-faċilitajiet ta’ rimi ta' skart iġġenerat
mill-bastimenti u r-residwi tal-merkanzija skont id-Direttiva 2000/59/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2000
dwar il-faċilitajiet fil-portijiet ta’ rimi ta' skart iġġenerat
mill-bastimenti u r-residwi tal-merkanzija[49].
3.
L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-VTMIS
kif ipprovdut fid-Direttiva 2002/59/KE. Artikolu 27
Qafas għall-iżvilupp ta’ infrastruttura prijoritarja L-Istati Membri u promoturi oħra ta’
proġetti, meta jkunu qegħdin jippromwovu proġetti ta’ interess
komuni u minbarra l-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 10, għandhom
jagħtu konsiderazzjoni partikolari lil: (a)
il-promozzjoni ta' awtostradi tal-baħar
inkluż trasport bil-baħar għal distanzi qosra; (b)
l-interkonnessjoni tal-portijiet marittimi
mal-kanali interni; (c)
l-implimentazzjoni ta’ VTMIS u sevizzi
elettroniċi Marittimi Taqsima 5
Infrastruttura tat-trasport bl-ajru Artikolu 28
Mapep L-ajruporti li jagħmlu parti min-netwerk
komprensiv huma indikati fuq il-mapep fl-Anness I. Artikolu 29
Komponenti tal-infrastruttura 1.
L-infrastruttura tat-trasport bl-ajru tinkludi
b’mod partikolari : (a)
spazju tal-ajru, rotot u passaġġi
tal-ajru; (b)
ajruporti; (c)
tagħmir assoċjat; (d)
ITS. 2.
L-ajruporti għandhom jikkonformaw ma’
wieħed mill-kriterji li ġejjin: (a)
Għall-ajruporti tal-passiġġieri: (i) it-traffiku totali annwali
tal-passiġġieri jkun mill-inqas 0.1 % tal-volum totali annwali
tal-passiġġieri tal-ajruporti kollha tal-Unjoni. Il-volum totali
annwali tal-passiġġieri huwa bbażat fuq l-aħħar medja
disponibbli fuq tliet snin, kif ippubblikat mill-Eurostat; (ii) il-limitu tal-volum ta’ 0.1% ma
japplikax jekk l-ajruport ikun jinsab lil hinn minn raġġ ta’
100 kilometru mill-eqreb ajruport fin-netwerk komprensiv, jew lil hinn
minn raġġ ta’ 200 kilometru jekk ir-reġjun li fih ikun
jinsab ikun ipprovdut b’linja ferrovjarja ta’ veloċità għolja.
Għall-ajruporti tal-merkanzija: (b) (b)
l-volum totali annwali tal-merkanzija huwa
mill-inqas 0.2 % tal-volum totali annwali tal-merkanzija tal-ajruporti kollha
tal-Unjoni Ewropea. Il-volum totali annwali tal-merkanzija huwa bbażat fuq
l-aħħar medja disponibbli meħuda fuq tliet snin, kif ippubblikat
mill-Eurostat. Artikolu 30
Rekwiżiti tal-infrastruttura tat-trasport 1.
Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati
Membri u l-operaturi tal-ajruporti għandhom jiżguraw li kwalunkwe
ajruport joffri mill-inqas terminal wieħed li jkun miftuħ
għall-operaturi kollha b’mod mhux diskriminatorju u li japplika tariffi
trasparenti. 2.
Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati
Membri, l-operaturi tal-ajruporti u l-linji tal-ajru għandhom
jiżguraw li l-istandards bażiċi komuni għas-salvagwardja
tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali, kif adottat
mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam
tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jirrevoka r-Regolament (KE)
Nru 2320/2002[50],
japplikaw għall-infrastruttura tat-trasport bl-ajru tan-netwerk
komprensiv. 3.
Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati
Membri, l-operaturi tal-ajruporti u l-linjital-ajru għandhom jiżguraw
li l-infrastruttra għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tippermetti
l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew, skont ir-Regolament (KE) Nru
549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li
jistabbilixxi l-qafas għall-ħolqien tal-ajru uniku Ewropew
(ir-Regolament qafas)[51],
ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’
Marzu 2004 dwar il-provvista ta’ servizzi għan-navigazzjoni bl-ajru
fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-provvista tas-servizz)[52], ir-Regolament (KE) Nru
551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar
l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew
(ir-Regolament dwar l-ispazju tal-ajru)[53]
u r-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’
Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tan-netwerk tal-Ġestjoni tat-Traffiku
tal-Ajru Ewropew (ir-Regolament tal-interoperabilità)[54] sabiex tittejjeb
il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni,
tar-regoli tal-implimentazzjoni u tal-ispeċifikazzjonijiet tal-Unjoni. Artikolu 31
Qafas għall-iżvilupp ta’ infrastruttura prijoritarja L-Istati Membri u promoturi oħra ta’ proġetti,
meta jkunu qegħdin jippromwovu proġetti ta’ interess komuni u
minbarra l-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 10, għandhom jagħtu
konsiderazzjoni partikolari lil: (a)
It-titjib tal-infrastruttura eżistenti; (b)
iż-żieda tal-kapaċità tal-ajruporti; (c)
l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-Ajru
Uniku Ewropew u tas-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, b'mod
partikolari dawk li jimmobilitizzaw is-SESAR Taqsima 6
Infrastruttura għat-trasport multimodali Artikolu 32
Mapep It-terminals tal-merkanzija u l-pjattaformi
loġistiċi li jagħmlu parti min-netwerk komprensiv huma indikati
fuq il-mapep fl-Anness I. Artikolu 33
Komponenti tal-infrastruttura It-terminals tal-merkanzija jew il-pjattaformi
loġistiċi għandhom jikkonformaw mill-inqas ma’ wieħed
mill-kriterji li ġejjin: (a)
it-trasbord totali tal-merkanzija tagħhom
jaqbeż il-limitu kwantitattiv massimu għall-portijiet marittimi
stabbilit fl-Artikolu 24; (b)
fejn ma jkun hemm l-ebda terminal tal-merkanzija
jew pjattaforma loġistika li jikkonformaw mal-punt (a) f’reġjun NUTS
2, it-terminal tal-merkanzija jew il-pjattaforma loġistika ewlenin
iddeżinjati mill-Istat Membru kkonċernat, konnessi mill-inqas ma’
toroq u ferroviji għar-reġjun NUTS 2. Artikolu 34
Rekwiżiti tal-infrastruttura tat-trasport 1.
Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati
Membri, l-operaturi ta’ terminals tal-merkanzija, portijiet u ajruporti, u
maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li: (a)
l-modi tat-trasport ikunu konnessi fi kwalunkwe
post minn dawn li ġejjin: Terminals tal-merkanzija, stazzjonijiet
tal-passiġġieri, portijiet interni, portijiet marittimi sabiex
jippermettu t-trasport multimodali tal-merkanzija u l-passiġġieri. (b)
Mingħajr preġudizzju
għad-dispożizzjonijiet applikabbli stabbiliti fil-liġi
tal-Unjoni u dik nazzjonali, it-terminals għat-trasport ta’ merkanzija u
l-pjattaformi loġistiċi, il-portijiet interni u dawk marittimi kif
ukoll l-ajruporti li jimmaniġġjaw it-tagħbija tal-merkanzija
huma mgħammra għall-provvista tal-flussi ta’ informazzjoni f’din l-infrastruttura
u bejn il-moduli tat-trasport tul il-katina loġistika. Sistemi bħal
dawn għandhom b’mod partikolari jippermettu l-informazzjoni f’ħin
reali dwar il-kapaċità tal-infrastruttura disponibbli, il-flussi
tat-traffiku u l-pożizzjonar u r-rintraċċar, u jiżguraw
is-sigurtà u s-sikurezza matul il-vjaġġi multimodali. (c)
Mingħajr preġudizzju
għad-dispożizzjonijiet applikabbli stabbiliti fil-liġi
tal-Unjoni u dik nazzjonali, it-traffiku kontinwu tal-passiġġieri
matul in-netwerk komprensiv għandu jiġi ffaċilitat permezz ta’
tagħmir xieraq u d-disponibbiltà tal-ITS fl-istazzjonijiet ferrovjarji,
l-istazzjonijiet tal-karozzi tal-linja, l-ajruporti u fejn ikun rilevanti
l-portijiet marittimi u dawk tal-kanali interni. 2.
L-operaturi tat-terminals tat-trasport
tal-merkanzija għandhom jiżguraw li t-terminals tal-merkanzija jkunu
mgħammra bi krejns, konvejers u strumenti oħra għall-ispostament
ta’ merkanzija bejn moduli differenti ta’ trasport u
għall-pożizzjonar u l-ħżin tal-merkanzija. Artikolu 35
Qafas għall-iżvilupp ta’ infrastruttura prijoritarja L-Istati Membri u promoturi oħra ta’
proġetti, meta jkunu qegħdin jippromwovu proġetti ta’ interess
komuni u minbarra l-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 10, għandhom
jagħtu konsiderazzjoni partikolari lil: (a)
il-provvista għal interkonnessjoni u integrazzjoni
effettivi tal-infrastruttura tan-netwerk komprensiv, inkluż permezz ta'
infrastruttura tal-aċċess fejn ikun meħtieġ u permezz ta’
terminals tat-trasport tal-merkanzija u pjattaformi loġistiċi; (b)
it-tneħħija tal-ostakli tekniċi u
amministrattivi ewlenin għat-trasport multimodali; (c)
l-iżvilupp ta’ fluss mingħajr xkiel ta’
informazzjoni bejn il-moduli tat-trasport u li tiġi permessa l-provvista
ta’ servizzi multimodali u ta’ modulu uniku matul is-sistema tat-trasport
trans-Ewropew, inkluż is-servizzi relatati ta’ komunikazzjoni, ħlas,
xiri ta’ biljetti u kummerċjalizzazzjoni. Taqsima 7
Dispożizzjonijiet komuni Artikolu 36
Nodi urbani L-Istati Membri u promoturi oħra ta’
proġetti, meta jkunu qegħdin jiżviluppaw in-netwerk komprensiv
fin-nodi urbani għandhom ikollhom l-għan li jiżguraw: (a)
għat-trasport tal-passiġġieri:
l-interkonnessjoni bejn l-infrastruttura ferrovjarja, tal-ajru u, skont kif
xieraq, tal-kanali interni, tat-toroq u dik marittima tan-netwerk komprensiv; (b)
għat-trasport tal-merkanzija: l-interkonnessjoni
bejn l-infrastruttura ferrovjarja u, skont kif xieraq, tal-kanali interni,
tal-ajru, dik marittima u tat-toroq tan-netwerk komprensiv; (c)
konnessjoni adegwata bejn stazzjonijiet ferrovjarji
differenti jew ajruporti tan-netwerk komprensiv fin-nodu urban; (d)
konnessjoni mingħajr xkiel bejn
l-infrastruttura tan-netwerk komprensiv u l-infrastruttura għat-traffiku
reġjonali u lokali, inklużi ċ-ċentri tal-konsolidazzjoni u
d-distribuzzjoni loġistiċi; (e)
l-evitar taż-żoni urbani
għat-trasport fit-toroq sabiex jiġu faċilitati l-flussi
tat-traffiku fuq distanzi twal fin-netwerk komprensiv; (f)
l-evitar taż-żoni urbani
għat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija; (g)
il-promozzjoni tal-kunsinna effiċjenti
tal-merkanzija urbana b’ħoss baxx u b'karbonju-baxx. Artikolu 37
ITS 1.
L-ITS għandu jippermetti l-ġestjoni
tat-traffiku u l-iskambju tal-informazzjoni fi u bejn il-moduli tat-trasport
għall-operat tat-trasport multimodali u s-servizzi b'valur miżjud
relatati mat-trasport, it-titjib tas-sigurtà, is-sikurezza u l-prestazzjoni
ambjentali. 2.
L-ITS għandu jiffaċilita l-konnessjoni
mingħajr xkiel bejn l-infrastruttura tan-netwerk komprensiv u
l-infrastruttura għat-trasport reġjonali u lokali. 3.
L-ITS assoċjat mal-moduli tat-trasport
għandu jinkludi b’mod partikolari: –
għall-ferroviji: ERTMS; –
għall-kanali interni: Servizzi ta’
Informazzjoni tax-Xmajjar u sevizzi Marittimi elettroniċi; –
għat-trasport bit-toroq: ITS skont
id-Direttiva 2010/40/UE; –
għat-trasport marittimu: VTMIS u servizzi
Marittimi elettroniċi; –
għat-trasport bl-ajru: sistemi tal-ġestjoni
tat-traffiku tal-ajru, b’mod partikolari dawk li jirriżultaw minn SESAR. Artikolu 38
Servizzi tat-trasport tal-merkanzija L-Unjoni, l-Istati Membri u promoturi
oħra ta’ proġetti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari
lill-proġetti ta’ interess komuni li jipprovdu servizzi effiċjenti
tat-trasport tal-merkanzija li jużaw l-infrastruttura tan-netwerk
komprensiv u jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-dijossidu
tal-karbonju. B’mod partikolari dawn il-proġetti għandu jkollhom
l-għan li: (a)
itejbu l-użu sostenibbli tal-infrastruttura
tat-trasport, inkluż il-ġestjoni effiċjenti tagħha; (b)
jippromwovu l-mobilitazzjoni ta’ servizzi
tat-trasport innovattivi jew kombinazzjonijiet ġodda ta’ servizzi
tat-trasport eżistenti li l-effiċjenza tagħhom tkun ġiet
ippruvata, inkluż permezz tal-applikazzjoni ta' ITS u t-twaqqif ta'
strutturi rilevanti ta' governanza; (c)
jiffaċilitaw l-operat tas-servizz tat-trasport
multimodali u jtejbu l-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizz
tat-trasport; (d)
jistimolaw l-effiċjenza fir-riżorsi u
l-karbonju, prinċipalment fl-oqsma tat-trazzjoni tal-vetturi,
is-sewqan/tisħin bil-fwar, l-ippjanar ta’ sistemi u operat,
il-kondiviżjoni tar-riżorsi u l-kooperazzjoni; (e)
janalizzaw, jipprovdu informazzjoni dwar u
jagħmlu monitoraġġ tas-swieq, il-karatteristiċi u
l-prestazzjoni tal-flotot, ir-rekwiżiti amministrattivi u r-riżorsi
umani. Artikolu 39
Teknoloġiji ġodda u innovazzjoni In-netwerk komprensiv għandu jżomm
aġġornat mal-iżviluppi u l-mobilitazzjoni b’teknoloġija
avvanzata. B’mod partikolari dawn għandu jkollhom l-għan li: (a)
jippermettu d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport
permezz ta’ tranżizzjoni lejn teknoloġiji innovattivi tat-trasport; (b)
jippermettu d-dekarbonizzazzjoni tal-moduli kollha
tat-trasport billi jistimolaw l-effiċjenza tal-enerġija kif ukoll
l-introduzzjoni ta’ sistemi alternattivi ta’ propulsjoni u l-provvista
tal-infrastruttura korrispondenti. Infrastruttura bħal din tista’ tinkludi
gradilji u faċilitajiet oħra meħtieġa għall-provvista
tal-enerġija, b’kunsiderazzjoni tal-infrastruttura - interfaċċja
tal-vetturi u tinkludi sistemi tat-trasport intelliġenti; (c)
itejbu s-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-moviment
tal-persuni u l-merkanzija; (d)
itejbu l-operat, l-aċċessibbiltà,
l-interoperabilità, il-multimodalità u l-effiċjenza tan-netwerk,
inkluż ix-xiri tal-biljetti multimodali; (e)
jippromwovu miżuri għat-tnaqqis
tal-ispejjeż esterni, bħat-tniġġis ta’ kwalunkwe tip,
inkluż l-istorbju, il-konġestjoni u l-ħsara
għas-saħħa; (f)
jintroduċu teknoloġija tas-sikurezza u
standards tal-identifikazzjoni konformi fuq in-netwerks; (g)
itejbu r-reżistenza għat-tibdil
fil-klima; (h)
itejbu aktar l-iżvilupp u l-mobilitazzjoni ta'
sistemi ta' trasport intelliġenti fi u bejn il-moduli tat-trasport. Artikolu 40
Infrastruttura ta’ sigurtà u sikura L-Istati Membri u promoturi oħra ta’
proġetti għandhom jagħtu konsiderazzjoni partikolari sabiex
jiġi garantit li l-infrastruttura tat-trasport tipprovdi grad għoli
ta’ sigurtà u sikurezza għall-movimenti tal-passiġġieri u
tal-merkanzija. Artikolu 41
Infrastruttura b’garanzija li tiflaħ għat-tibdil fil-klima u
r-reżistentza għad-diżastri Waqt l-ippjanar tal-infrastruttura, l-Istati
Membri u promoturi oħra ta’ proġetti għandhom jagħtu
konsiderazzjoni xierqa għall-valutazzjonijiet tar-riskju u l-miżuri
tal-adozzjoni li jtejbu b’mod adegwat ir-reżistenza għat-tibdil
fil-klima, b’mod partikolari b’relazzjoni mal-preċipitazzjonijiet,
l-għargħar, il-maltempati, it-temperaturi għolja u l-imwieġ
ta’ sħana, in-nixfiet, it-tlugħ fil-livell tal-baħar u
l-mewġ fuq il-kosta, b’konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit li jista’
jiġi stabbilit fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Fejn ikun xieraq, għandha tingħata
kunsiderazzjoni xierqa għar-reżistenza tal-infrastruttura
għad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem
b’konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit li jista’ jiġi stabbilit
fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Artikolu 42
Ħarsien ambjentali L-Istati Membri u promoturi oħra ta’
proġetti għandhom iwettqu valutazzjoni ambjentali ta’ pjanijiet u
proġetti b’mod partikolari kif ipprovdut fid-Direttivi tal-Kunsill
85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima ta’
l-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent[55] u 92/43/KEE
tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ habitat
naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa[56], u d-Direttivi tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill:2000/60/KE tat-23 ta’ Ottubru 2000 li
tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’
l-ilma[57],
2001/42/KE tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’
l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent[58], u 2009/147/KE
tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni
tal-għasafar selvaġġi[59]
sabiex jiġu evitati jew, meta ma jkunx possibbli, jitnaqqsu jew
jikkumpensaw għal impatti negattivi fuq l-ambjent,
bħall-frammentazzjoni tal-pajsaġġ, l-impermeabilità
tal-ħamrija, it-tniġġis tal-arja u l-ilma kif ukoll l-istorbju,
u sabiex tiġi mħarsa b’mod effikaċi l-bijodiversità. Artikolu 43
Aċċessibbiltà għall-utenti kollha L-infrastruttura tat-trasport għandha
tippermetti mobilità u aċċessibbiltà mingħajr xkiel
għall-utenti kollha, b’mod partikolari l-persuni anzjani, il-persuni
b’mobilità mnaqqsa u l-passiġġieri b’diżabilità. KAPITOLU III IN-NETWERK EWLIENI Artikolu 44
Identifikazzjoni tan-netwerk ewlieni 1.
In-netwerk ewlieni għandu jikkonsisti minn
dawk il-partijiet tan-netwerk komprensiv li huma tal-ogħla importanza
strateġika għall-ilħuq tal-għanijiet tal-politika
tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew. In-netwerk ewlieni għandu b’mod
partikolari jikkontribwixxi għall-ġestjoni tajba ta' mobilità li
dejjem qiegħda tiżdied u għall-iżvilupp ta' sistema
tat-trasport b'livell baxx ta' karbonju. 2.
In-netwerk ewlieni għandu jkun interkonness
f’nodi u jipprovdi għal konnessjonijiet man-netwerks tal-infrastruttura
tat-trasport tal-pajjiżi tal-viċinat. 3.
L-infrastrutturi tat-trasport li jikkostitwixxu
n-netwerk ewlieni huma indikati fil-mapep korrispondenti tan-netwerk komprensiv
fl-Anness I. Artikolu 45
Rekwiżiti 1.
In-netwerk ewlieni għandu jirrifletti
d-domanda tat-traffiku li tkun qiegħda tevolvi u l-ħtieġa
għal trasport multimodali. Għandhom jiġu kkunsidrati
teknoloġiji avvanzati u miżuri regolatorji u ta’ governanza
għall-ġestjoni tal-użu tal-infrastruttura sabiex jiġi
garantit użu b’effiċjenza tar-riżorsi tal-infrastruttura
tat-trasport u ssir provvista għal kapaċità suffiċjenti. 2.
L-infrastruttura tan-netwerk ewlieni għandha
tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu II mingħajr
eċċezzjoni. Barra minn hekk, għandhom ikunu ssodisfati wkoll
mill-infrastruttura r-rekwiżiti li ġejjin tan-netwerk ewlieni: (a)
għall-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju:
–
elettrifikazzjoni sħiħa tal-linji
ferrovjarji; –
il-linji bi traffiku regolari ta’ merkanzija:
tal-inqas 22.5 t ta’ piż tal-fus, veloċità tal-linja ta’ 100 km/h u
tul tal-ferrovija ta’ 750 m; (b)
għall-infrastruttura tan-navigazzjoni interna
u t-trasport marittimu: –
id-disponibilità ta’ karburanti nodfa alternattivi; (c)
għall-infrastruttura tat-trasport bit-toroq: –
l-iżvilupp ta’ żoni ta’ mistrieħ
madwar kull 50 kilometru fuq l-awtostradi sabiex inter alia
jiġi pprovdut spazju biżżejjed għal parkeġġ
għall-utenti kummerċjali tat-toroq b’livell xieraq ta’ sigurtà u
sikurezza; –
id-disponibilità ta’ karburanti nodfa alternattivi; (d)
għall-infrastruttura tat-trasport bl-ajru: –
il-kapaċità li jsiru disponibbli karburanti
nodfa alternattivi. Artikolu 46
Żvilupp tan-netwerk ewlieni 1.
L-infrastruttura tat-trasport inluża
fin-netwerk ewlieni għandha tiġi żviluppata skont
id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Kapitolu II. 2.
Il-proġetti ta’ interess komuni li
jikkontribwixxu għat-tkomplija tan-netwerk ewlieni għandhom jiġu
implimentati bħala prijorità. 3.
Bla ħsara għall-Artikolu 47(2) u (3),
l-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-netwerk ewlieni jitlesta u
jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu l-iktar tard
sal-31 ta’ Diċembru 2030. Artikolu 47
Nodi tan-netwerk ewlieni 1.
In-nodi tan-netwerk ewlieni huma stabbiliti
fl-Anness II u jinkludu: –
nodi urbani, inklużi l-portijiet u l-ajruporti
tagħhom; –
il-portijiet marittimi; –
il-punti ta’ qsim minn konfini
għall-ieħor f’pajjiżi tal-viċinat. 2.
Il-portijiet marittimi indikati fil-Parti 2
tal-Anness II għandhom jiġu konnessi mal-infrastruttura
tat-trasport ferrovjarju u dak tat-toroq tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew
mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2030, minbarra
f’każijiet li jiġu ġustifikati kif xieraq. 3.
L-ajruporti ewlenin indikati fil-Parti 1b
tal-Anness II għandhom ikunu konnessi mal-infrastruttura tat-trasport
ferrovjarju u tat-toroq tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew mhux iktar tard
mill-31 ta’ Diċembru 2050. B’kunsiderazzjoni għad-domanda
potenzjali tat-traffiku, ajruporti bħal dawn għandhom jiġu
integrati fin-netwerk ferrovjarju ta’ veloċità għolja kull fejn ikun
possibbli. KAPITOLU IV IMPLIMENTAZZJONI TAN-NETWERK EWLIENI PERMEZZ TA’
KURITURI TAN-NETWERK EWLIENI Artikolu 48
Għan ġenerali tal-kurituri tan-netwerk ewlieni 1.
Il-kurituri tan-netwerk ewlieni huma strument li
jiffaċilita l-implimentazzjoni koordinata tan-netwerk ewlieni. Il-kurituri
tan-netwerk ewlieni għandhom jiġu bbażati fuq l-integrazzjoni
modali, l-interoperabilità, kif ukoll fuq żvilupp u ġestjoni
koordinati tal-infrastruttura, sabiex iwasslu għal trasport multimodali u
effiċjenti fir-riżorsi. 2.
Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom
jipprovdu għal approċċ ikkoordinat rigward l-użu
tal-infrastruttura u l-investimenti, sabiex jiġġestixxu
l-kapaċitajiet bl-iżjed mod effiċjenti. L-infrastruttura
multimodali fil-kurituri tan-netwerk ewlieni għandha tinbena u tiġi
koordinata, kull fejn ikun meħtieġ, b’mod li jottimizza l-użu
ta’ kull modulu tat-trasport u l-kooperazzjoni tagħhom. Il-kurituri
tan-netwerk ewlieni għandhom jappoġġjaw il-mobilitazzjoni
komprensiva tas-sistemi interoperabbli tal-ġestjoni tat-traffiku. Artikolu 49
Definizzjoni tal-kurituri tan-netwerk ewlieni 1.
Il-kurituri tan-netwerk ewlieni jikkonsistu
f'partijiet tan-netwerk ewlieni. Huma għandhom jinvolvu mill-inqas tliet
moduli tat-trasport u jaqsmu mill-inqas tliet Stati Membri. Huma jkopru
l-flussi transkonfinali fuq distanza twila l-iżjed importanti fin-netwerk
ewlieni. 2.
F’każijiet li jiġu ġustifikati kif
xieraq il-kuritur tan-netwerk ewlieni jista' jinvolvi biss żewġ
moduli tat-trasport. 3.
Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom
jinkludu portijiet marittimi u l-aċċessi għalih, minbarra
f’każijiet li jiġu ġġustifikati kif xieraq. Artikolu 50
Lista tal-kurituri tan-netwerk ewlieni 1.
Kull Stat Membru għandu jipparteċipa
f’mill-inqas kuritur wieħed tan-netwerk ewlieni. 2.
Il-lista tal-kurituri tan-netwerk ewlieni hija
stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru XXX/2012 ta’ …
[Faċilità tal-Konnessjoni tal-Ewropa]. Artikolu 51
Koordinazzjoni tal-kurituri tan-netwerk ewlieni 1.
Sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni
koordinata tal-kurituri tan-netwerk ewlieni, il-Kummissjoni għandha
tinnomina, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, u wara
konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, persuni msejħa “Koordinatur
Ewropew”. 2.
Il-Koordinatur Ewropew għandu
jintgħażel, b’mod partikolari, fuq il-bażi tal-esperjenza
tiegħu/tagħha tal-istituzzjonijiet Ewropej u l-għarfien
tal-kwistjonijiet relatati mal-finanzjament u l-evalwazzjoni
soċjo-ekonomika u ambjentali tal-proġetti ewlenin. 3.
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinnomina
Koordinatur Ewropew għandha tispeċifika kif ix-xogħlijiet
imsemmija fil-paragrafu 5 għandhom jitwettqu. 4.
Il-Koordinatur Ewropew għandu jaġixxi
f’isem il-Kummissjoni. Il-mandat tal-Koordinatur Ewropew għandu jkun
relatat ma’ kuritur uniku tan-netwerk ewlieni. Il-Koordinatur Ewropew
għandu jfassal flimkien mal-Istati Membri kkonċernati pjan ta’
ħidma għall-attivitajiet li jkollhom jitwettqu. 5.
Il-Koordinatur Ewropew għandu: (a)
imexxi l-implimentazzjoni koordinata tal-kuritur
tan-netwerk ewlieni sabiex jippermetti li tiġi rispettata l-iskeda
tal-orarji stabbilita fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni
għall-kuritur tan-netwerk ewlieni individwali; (b)
jirrapporta lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u,
skont kif xieraq, lill-entitajiet l-oħra kollha involuti direttament
fl-iżvilupp tal-kuritur tan-netwerk ewlieni dwar kwalunkwe diffikultà li
tinħoloq u jikkontribwixxi sabiex jinstabu soluzzjonijiet xierqa; (c)
jagħmel rapport kull sena għall-Parlament
Ewropew, il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati dwar il-progress
milħuq fl-implimentazzjoni tal-kuritur tan-netwerk ewlieni; (d)
jikkonsulta, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri
kkonċernati, b’mod parikolari l-awtoritajiet reġjonali u lokali,
il-maniġers tal-infrastruttura, l-operaturi tat-trasport, l-utenti
tat-trasport u, skont kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra,
bl-għan li jinkiseb għarfien iżjed komplut tad-domanda
għas-servizzi tat-trasport, il-possibbiltajiet ta’ fondi ta’ investiment u
finanzjament u tal-passi li għandhom jittieħdu u l-kundizzjonijiet li
għandhom jintlaħqu sabiex jiġi ffaċilitat
l-aċċess għal fondi jew finanzjament bħal dawn. 6.
L-Istati Membri kkonċernati għandhom
jikkooperaw mal-Koordinatur Ewropew u għandhom jagħtu
lill-Koordinatur l-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq
tax-xogħlijiet imsemmija fil-paragrafu 5. 7.
Mingħajr preġudizzju
għall-proċeduri applikabbli stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u dik
nazzjonali, il-Kummissjoni tista’ titlob l-opinjoni tal-Koordinatur Ewropew
fl-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-fondi tal-Unjoni
għall-kurituri tan-netwerk ewlieni li għalihom il-Koordinatur Ewropew
ikun responsabbli. Artikolu 52
Governanza tal-kurituri tan-netwerk ewlieni 1.
Għal kull kuritur tan-netwerk ewlieni,
l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu pjattaforma
tal-kuritur responsabbli għad-definizzjoni tal-għanijiet
ġenerali tal-kuritur tan-netwerk ewlieni u għat-tħejjija u
s-superviżjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 53(1). 2.
Il-pjattaforma tal-kuritur għandha tkun
magħmula minn rappreżentanti tal-Istati Membri kkonċernati u,
skont kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra. Fi kwalunkwe
każ, il-maniġers tal-infrastruttura rilevanti kif definiti
fid-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’
Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura u
t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura
tal-ferroviji[60]
u ċertifikazzjoni tas-sigurtà għandhom jipparteċipaw
fil-pjattaforma tal-kuritur. 3.
Il-Koordinatur Ewropew għandu jippresjedi
l-pjattaforma tal-kuritur. 4.
Il-pjattaforma tal-kuritur tista’ tiġi
stabbilita bħala entità legali permanenti, bħall-Grupp Ewropew ta’
Interess Ekonomiku. 5.
L-istabbiliment tal-pjattaformi tal-kuritur huwa
mingħajr preġudizzju għall-prinċipju li l-benefiċjarju
tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandu r-responsabbiltà finali
għall-implimentazzjoni tal-proġetti. Artikolu 53
Pjan tal-iżvilupp tal-kuritur 1.
Għal kull kuritur tan-netwerk ewlieni,
l-Istati Membri kkonċernati, b’kooperazzjoni mal-pattaforma tal-kuritur,
għandhom ifasslu u jinnotifikaw b’mod konġunt lill-Kummissjoni pjan
ta’ żvilupp tal-kuritur fi żmien sitt xhur wara d-dħul
fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Dan il-pjan għandu jinkludi
b’mod partikolari: (a)
deskrizzjoni tal-karatteristiċi tal-kuritur
tan-netwerk ewlieni, inkluż il-punti tal-konġestjoni; (b)
l-għanijiet għall-kuritur tan-netwerk
ewlieni b’mod partikolari f’termini ta’ prestazzjoni espressa bħala
l-kwalità tas-servizz, il-kapaċità tiegħu u l-konformità tiegħu
mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II; (c)
il-programm tal-miżuri meħtieġa
għall-iżvilupp tal-kuritur tan-netwerk ewlieni; (d)
studju tas-suq tat-trasport multimodali; (e)
pjan ta’ implimentazzjoni li jinkludi: –
pjan tal-mobilitazzjoni relatat mas-sistemi
interoperabbli tal-ġestjoni tat-traffiku fuq il-kurituri multimodali
tat-trasport tal-merkanzija mingħajr preġudizzju
għal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni; –
pjan għat-tneħħija tal-ostakli
fiżiċi, tekniċi, operattivi u amministrattivi bejn u fil-moduli
tat-trasport u għat-titjib tat-trasport u s-servizzi multimodali
effiċjenti; –
miżuri għat-titjib tal-kapaċità
amministrattiva u teknika sabiex jiġu maħsuba, ippjanati,
iddisinjati, akkwistati, implimentati u mmonitorjati proġetti ta’ interess
komuni; –
valutazzjoni tar-riskju, inklużi l-impatti
possibbli tat-tibdil fil-klima fuq l-infrastruttura u fejn xieraq miżuri
proposti għat-titjib tar-reżistenza għall-klima; –
miżuri li għandhom jittieħdu sabiex
jiġu mitigati l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra; (f)
pjan ta’ investiment, li għandu jiġi
aġġornat regolarment, inkluż: –
il-lista tal-proġetti għall-estensjoni,
it-tiġdid jew il-mobilitazzjoni mill-ġdid ta’ infrastruttura
tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 2(2) għal kull wieħed
mill-moduli tat-trasport involuti fil-kuritur tan-netwerk ewlieni; –
il-pjan finanzjarju relatat, bis-sorsi differenti
maħsuba għal fondi u finanzjament, f’livell internazzjonali,
nazzjonali, reġjonali, lokali u tal-Unjoni, inkluż, kull meta jkun
possibbli, sistemi ssenjalati ta’ finanzjament reċiprokut kif ukoll
kapital privat, flimkien mal-ammont ta’ impenji diġà meħuda u, fejn
applikabbli, referenza għall-kontribut tal-Unjoni maħsub taħt
il-programmi finanzjarji tal-Unjoni. 2.
Fuq bażi tal-pjan ta’ żvilupp tal-kuritur
ipprovdut mill-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni se tagħti
l-opinjoni tagħha. 3.
Sabiex tappoġġja l-implimentazzjoni
tal-kurituri tan-netwerk ewlieni, il-Kummissjoni tista’ tadotta
deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni għall-kurituri tan- netwerk
ewlieni. Dawn id-deċiżjonijiet jistgħu: (a)
jinkludu l-ippjanar tal-investiment,
l-ispejjeż relatati u l-orarju tal-implimentazzjoni, stmati bħala
meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-kurituri tan-netwerk ewlieni
b’konformità mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament; (b)
jiddefinixxu l-miżuri kollha għat-tnaqqis
tal-ispejjeż esterni, b’mod partikolari l-emissjonijiet tal-gassijiet
serra u l-istorbju, u jkunu mmirati sabiex jippromwovu l-introduzzjoni ta’
teknoloġiji ġodda fil-ġestjoni tat-traffiku u
l-kapaċitajiet; (c)
jipprevedu miżuri oħra li huma
meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ żvilupp
tal-kuritur u għall-użu effiċjenti tal-infrastruttura
tal-kuritur tan-netwerk ewlieni Dawk l-atti tal-implimentazzjoni għandhom
jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija
fl-Artikolu 55(2). kapitolu V DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI Artikolu 54
Aġġornament u rapportar 1.
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu
lill-Kummissjoni kontinwament permezz tas-sistema tal-informazzjoni
ġeografika u teknika interattiva għan-netwerk tat-trasport
trans-Ewropew (TENtec), dwar il-progress magħmul fl-implimentazzjoni ta’
proġetti ta’ interess komuni u l-investimenti magħmula għal dan
il-għan. L-Istati Membri għandhom jipprovdu
lill-Kummissjoni b'sommarji tal-pjanijiet u l-programmi nazzjonali li jkunu
qegħdin ifasslu bl-għan li jiżviluppaw in-netwerk tat-trasport
trans-Ewropew, b’mod partikolari b’relazzjoni man-netwerk ewlieni. Ladarba
jiġu adottati, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-pjanijiet u
l-programmi nazzjonali lill-Kummissjoni għall-informazzjoni. 2.
Kull sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’
dan ir-Regolament u wara l-konsultazzjoni tal-Kumitat imsemmi
fl-Artikolu 54, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport
tal-progress dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwidi, li għandu jiġi
sottomess lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u
Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. 3.
Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 56 dwar
l-adattament tal-l-Annessi I, II u III sabiex tikkunsidra t-tibdil
possibbli li jirriżulta mil-limiti kwantitattivi stabbiliti
fl-Artikoli 16, 24, 29 u 33. Meta tkun qiegħda tadotta l-Annessi,
il-Kummissjoni għandha: (a)
tinkludi pjattaformi loġistiċi, terminals
għat-trasport tal-merkanzija, portijiet interni, portijiet marittimi u
ajruporti fin-netwerk komprensiv, jekk jintwera li l-aħħar medja
meħuda fuq sentejn tal-volum tat-traffiku taqbeż il-limitu rilevanti; (b)
teskludi pjattaformi loġistiċi, terminals
għat-trasport tal-merkanzija, portijiet interni, portijiet marittimi u
ajruporti min-netwerk komprensiv, jekk jintwera li l-medja tal-volum
tat-traffiku tagħhom fuq l-aħħar sitt snin huwa iżjed baxx
mil-limitu rilevanti; (c)
taġġusta l-mapep
għall-infrastruttura tat-toroq, il-ferroviji u l-kanali interni sabiex
jirriflettu l-progress fit-tkomplija tan-netwerk. Meta tkun qiegħda
taġġusta dawk il-mapep, il-Kummissjoni ma għandha tammetti
l-ebda aġġustament fl-allinjament tar-rotot lil hinn minn dak li huwa
permess mill-proċedura rilevanti tal-awtorizzazzjoni tal-proġett. L-adattamenti taħt il-punti (a) u (b)
għandhom ikunu bbażati fuq l-istatistiki disponibbli l-iżjed
reċenti ppubblikati mill-Eurostat. 4.
Il-proġetti ta’ interess komuni li
jikkonċernaw infrastruttura li għadha kif ġiet inkluża
fin-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandhom ikunu eliġibbli
għall-finijiet tal-Artikolu 7(5) mid-data tad-dħul fis-seħħ
tal-atti delegati skont il-paragrafu 3. Il-proġetti ta’ interess komuni li
jikkonċernaw l-infrastruttura li ġew esklużi min-netwerk
tat-trasport trans-Ewropew m’għandhomx ikunu eliġibbli iżjed
mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati skont il-paragrafu
3. It-tmiem tal-eliġibbiltà m'għandux jaffettwa
d-deċiżjonijiet ta’ finanzjament jew għotja meħuda
mill-Kummissjoni qabel din id-data. Artikolu 55
Kumitat 1.
Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita
minn kumitat. Il-kumitat għandu jkun kumitat skont ir-Regolament (UE)
Nru 182/2011. 2.
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu,
għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Artikolu 56
Eżerċitar ta’ delega 1.
Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati
bħal dawn qiegħda tingħata lill-Kummissjoni soġġetta
għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2.
Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija
fl-Artikolu 54(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu
mingħajr limitu, minn [data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament]. 3.
Id-delega tas-setgħat imsemmija
fl-Artikolu 54(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien
mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka
għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni.
Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni
tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
jew f’data iktar tard speċifikata f’dan. Ma għandha taffettwa
l-validità tal-ebda att delegat li diġà jkun fis-seħħ. 4.
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni
għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill. 5.
Att delegat adottat skont l-Artikol 54(3)
għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa
l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill
f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u
l-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew
kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma
joġġezzjonawx. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż
b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 57
Reviżjoni Mhux iktar tard
mill-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha
twettaq reviżjoni tal-implimentazzjoni tan-netwerk ewlieni, sabiex tevalwa
l-konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament
preżenti u l-progress fl-implimentazzjoni. Artikolu 58
Awtorità ta' Kuntatt Uniku L-Istati Membri jistgħu jaħtru
Awtorità ta' Kuntatt Uniku sabiex tiffaċilta u tikkoordina l-proċess
tal-permess għall-proġetti ta' interess komuni, b'mod partikolari
l-proġetti transkonfinali, f'konformità mal-acquis tal-Unjoni rilevanti. Artikolu 59
Dewmien fit-tkomplija tan-netwerk ewlieni 1.
Fl-eventwalità ta’ dewmien sinifikanti fil-bidu jew
it-tlestija tax-xogħol fuq in-netwerk ewlieni, il-Kummissjoni għandha
titlob lill-Istati Membri kkonċernati biex jipprovdu r-raġunijiet
għad-dewmien fi żmien tliet xhur. Fuq il-bażi tat-tweġiba
li tingħata, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Istati Membri
kkonċernati sabiex issolvi l-problema li tkun qiegħda twassal
għad-dewmien. 2.
Il-Kummissjoni tista’, bħala parti
mill-monitoraġġ attiv tal-implimentazzjoni tan-netwerk ewlieni u
b’kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipju tal-proporzjonalità u
s-sussidjarjetà, tiddeċiedi li tieħu miżuri xierqa. 3.
Il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri
għandhom jiġu mgħarrfa minnufih bi kwalunkwe miżura
meħuda. Artikolu 60
Konformità mal-liġi tal-Unjoni u l-politiki tal-Unjoni L-azzjonijiet meħuda skont dan
ir-Regolament għandhom jikkunsidraw kwalunkwe politika rilevanti
tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk relatati mal-kompetizzjoni,
l-aċċess għas-swieq, il-ħarsien tal-ambjent,
is-saħħa, l-iżvilupp sostenibbli, u l-akkwist pubbliku. Artikolu 61
Promozzjoni u evalwazzjoni Il-Kummissjoni għandha tippromwovi u
tevalwa l-progress tal-politika tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u
l-implimentazzjoni ġenerali tagħha. Artikolu 62
Revoka Id-deċiżjoni Nru 661/2010/UE
qiegħda tiġi revokata: Għad-deċiżjonijiet finanzjarji
kollha bbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 680/2007[61], għandha tkompli tapplika
d-Deċiżjoni Nru 611/2010/UE. Artikolu 63
Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati
Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] Id-Deċiżjoni Nru 1692/96 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq il-linji gwida
tal-Komunità għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew,
ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1 [2] Id-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 t’April 2004 li temenda
d-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE dwar il-linji gwida Komunitarji sabiex
jiġi żviluppat network trans-Ewropew tat-trasport, ĠU L 201,
7.6.2004, p. 1 [3] Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi regoli ġenerali
għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam
tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija. ĠU L 162, 22.6.2007, p. 1 [4] Id-Deċiżjoni 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 fuq Linji Gwida tal-Unjoni
għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (riformulazzjoni),
ĠU L L204, 5.8.2010 p. 1. [5] COM(2011)144 [6] Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tat-22 ta’ Settembru
2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew
għat-trasport ta’ merkanzija kompetittiv, ĠU L 276, 20.10.2010, p.
22. [7] Ara t-taqsima 3.1: "Infrastruttura
tat-trasport: koeżjoni territorjali u żvilupp ekonomiku” tal-Anness 1
għall-White Paper. [8] COM(2010) 245 finali/2 [9] COM (2011) 206 finali [10] COM (2010) 2020 finali [11] "TEN-T: Reviżjoni tal-politika. Lejn netwerk transewropew
integrat aħjar għad-dispożizzjoni tal-politika komuni
tat-trasport”, COM (2009) 44 finali [12] L-oqsma koperti mill-gruppi esperti huma: l-istruttura ta’
netwerk komprensiv u ewlieni u l-metodoloġija għall-ippjanar
tat-TEN-T, l-integrazzjoni tal-politika tat-trasport fl-ippjanar tat-TEN-T,
sistemi intelliġenti tat-trasport u teknoloġiji ġodda fil-qafas
tat-TEN-T, TEN-T u konnessjonijiet barra l-UE, il-finanzjament tat-TEN-T,
aspetti legali u mhux finanzjarji tat-TEN-T. [13] "Konsultazzjoni dwar il-politika futura tan-netwerk
trans-ewropew tat-trasport", COM(2010)212 finali [14] "Il-Politika Ġdida tan-Netwerk tat-Trasport
Trans-Ewropew. Kwistjonijiet ta’ ippjanar u implimentazzjoni", SEC(2011)
101. [15] Il-metodoloġija dettaljata ġiet ippubblikata
fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “Il-Politika
l-Ġdida tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew – Kwistjonijiet ta’
Ippjanar u Implimentazzjoni f’Jannar tal-2011. Ġie soġġett
għal aġġustamenti żgħar dwar kwistjonijiet li tqajmu
f’laqgħa tal-Ministri tat-Trasport fis-7/8 ta’ Frar tal-2011 u
f’laqgħat b’rappreżentanti ta’ livell għoli tal-Istati Membri
kollha tal-UE. [16] Fl-Anness III, in-netwerks tat-trasport reġjonali ta'
dawn il-pajjiżi huma previsti u saħansitra diġà ġew
definiti. Għall-pajjiż tal-viċinat taħt is-Sħubija
tal-Lvant, in-netwerk reġjonali se jiġi definit wara x-xogħol
tal-Panil tat-Trasport taħt is-Sħubija tal-Lvant, imsejjes fuq
ix-xogħol li sar fil-kuntest tat-TRACECA. Għall-pajjiż tal-viċinat
fin-Nofsinhar, in-netwerk reġjonali se jkun definit abbażi
tax-xogħol li sar fil-kuntest tal-Forum tat-Trasport Ewro-Mediterranju [17] COM (2011) 500 finali [18] Din il-koordinazzjoni fost affarijiet oħra tista'
tinkludi finanzjament mill-Faċilità ta' Investiment tal-Viċinat (NIF)
jew mill-Istrument ta' Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) [19] ĠU C, , p. [20] ĠU C, , p. [21] ĠU L 228, 9.9.1996, p.1. [22] ĠU L 204, 5.8.2010. p. 1. [23] COM (2011) 144 finali [24] COM (2007) 575 finali [25] ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22 [26] ĠU L 194, 25.7.2009, p. 60 [27] Regolament (UE) Nru XXX/2012 ta’…[Faċilità
tal-Konnessjoni tal-Ewropa] [28] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju
2006 li jistabbilixxi Strument għal-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni
(IPA), ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82. [29] COM (2011) 615 finali [30] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13 [31] COM (2004) 106 finali [32] ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26. [33] ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1. [34] ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10 [35] ĠU L 255, 30.9.2005, p. 152 [36] ĠU L 284, 16.10.2006, p. 1 [37] ĠU L 342, 7.12.2006, p. 1 [38] ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11 [39] ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1 [40] Qies standard nominali tal-binarju Ewropew kif imsemmi
fl-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità dwar
l-infrastruttura, Taqsima 4.2.5.1. għal-linji konvenzjonali (minn hawn ‘il
quddiem: CR TSI) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/275/UE
tas-26 ta’April 2011 dwar speċifikazzjoni teknika
għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema tal-‘infrastruttura’
tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea, ĠU L 126, 14.5.2011,
p. 53, u t-Taqsima 4.2.2. għal-linji ta’ veloċità għolja (minn
hawn 'il quddiem: HS TSI) tad-Deċiżjoni
tal-Kummissjoni 2008/217/UE tal-20 ta' Diċembru2007 dwar
speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward
tas-subsistema tal-‘infrastruttura’ tas-sistema ferrovjarja ta’ veloċità
għolja trans-Ewropea, ĠU L 77, 19.3.2008, p. 1. [41] Ara r-rekwiżiti tal-kategorija tas-serje V-F
speċifikati fit-taqsima 4.2.2. tal-CR TSI. [42] Rekwiżiti għall-kategoriji tas-serje IV-F, IV-M,
VI-F u VI-M kif speċifikat fit-taqsima 4.2.4.3. tal-CR TSI. [43] Konferenza Ewropea tal-Ministri tat-Trasport (ECMT),
ECMT/CM(92)6/Finali. [44] ĠU L 319, 29.11.2008, p. 59 [45] ĠU
L 167, 30.4.2004, p. 39 [46] ĠU L 166, 30.4.2004, p. 124 [47] ĠU L 268, 13.10.2009, p. 11. [48] ĠU
L 207, 6.8.2010, p. 1 [49] ĠU L 332, 28.11.2000, p. 81 [50] ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72 [51] ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1. [52] ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10. [53] ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20. [54] ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26. [55] ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40. [56] ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7 [57] ĠU L 327, 22.12.2000, p.1.. [58] ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.. [59] ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7 [60] ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29. [61] Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi regoli
ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja
fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija ĠU L 162,
22.6.2007, p.1.