52011PC0625R(02)

/* COM/2011/0625 final/3 - 2011/0280 (COD) */ Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) għall-2014-2020 (il-proposta QFM)[1] tistabbilixxi l-qafas baġitarju u l-orjentazzjonijiet ewlenin għall-Politika Agrikola Komuni (PAK). Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tippreżenta sett ta’ regolamenti li jistabbilixxu l-qafas leġiżlattiv għall-PAK fil-perjodu 2014-2020, flimkien ma’ valutazzjoni tal-impatt ta’ xenarji alternattivi għall-evoluzzjoni tal-politika.

Il-proposti attwali ta’ riforma huma bbażati fuq il-Komunikazzjoni dwar il-PAK fid-dawl tas-sena 2020[2] li tat profil wiesa’ ta’ alternattivi ta’ politika bħala tweġiba għall-isfidi tal-ġejjieni għall-agrikoltura u għaż-żoni rurali u biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti għall-PAK, jiġifieri 1) produzzjoni vijabbli tal-ikel; 2) ġestjoni sostenibbli ta’ riżorsi naturali u ta’ azzjoni klimatika; u 3) żvilupp territorjali bbilanċjat. L-orjentazzjonijiet tar-riforma fil-Komunikazzjoni minn dak iż-żmien ’l hawn sabu l-appoġġ wiesa’ kemm fid-dibattitu[3] interistituzzjonali kif ukoll fil-konsultazzjoni mal-partijiet interessati li saru fil-qafas tal-valutazzjoni tal-impatt.

Tema komuni li ħarġet tul dan il-proċess hija l-ħtieġa li jkun promoss l-użu effiċjenti tar-riżorsi bil-għan li jkun hemm tkabbir b’mod intelliġenti, sostenibbli u inklussiv għall-agrikoltura u għaż-żoni rurali tal-UE skont l-istrateġija Ewropa 2020, billi tinżamm l-istruttura tal-PAK madwar żewġ pilastri li jużaw strumenti komplimentari għall-kisba tal-istess objettivi. Il-Pilastru I ikopri l-pagamenti diretti u l-miżuri għas-suq li jipprovdu appoġġ għad-dħul annwali bażiku lill-bdiewa tal-UE u appoġġ f’każ ta’ tfixkil speċifiku fis-suq, waqt li l-Pilastru II ikopri l-iżvilupp rurali fejn l-Istati Membri jfasslu u jikkofinanzjaw programmi multiannwali skont qafas komuni[4].

Permezz ta’ riformi suċċessivi l-PAK żiedet l-orjentazzjoni tas-suq għall-agrikoltura waqt li qed tipprovdi appoġġ għad-dħul għall-produtturi, tejbet l-integrazzjoni tar-rekwiżiti ambjentali u rrinforzat l-appoġġ għall-iżvilupp rurali bħala politika integrata għall-iżvilupp taż-żoni rurali mal-UE kollha. Madankollu, l-istess proċess ta’ riforma żied, minn naħa, l-esiġenzi għal distribuzzjoni aħjar ta’ appoġġ bejn l-Istati Membri u ġewwa fihom u min-naħa l-oħra, it-talbiet għal immirar aħjar tal-miżuri bil-għan li jkunu indirizzati l-isfidi ambjentali u biex iż-żieda fil-volatilità tas-suq tiġi indirizzata aħjar.

Fil-passat, ir-riformi wieġbu l-aktar għal sfidi endoġeni, minn kriżijiet ta’ ħafna ikel żejjed sa kriżijiet dwar is-sikurezza tal-ikel; huma qdew sewwa lill-UE kemm fil-qasam domestiku kif ukoll f’dak internazzjonali. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-isfidi tal-lum ġejjin minn fatturi li huma esterni għall-agrikoltura u, għalhekk, jeħtieġu tweġiba ta’ politika usa’.

Il-pressjoni fuq id-dħul mill-agrikoltura hija mistennija tissokta minħabba li l-bdiewa qed iħabbtu wiċċhom ma’ aktar riskji, produttività li qed tonqos u marġnijiet li qed jidjiequ minħabba li l-prezzijiet tal-materja prima qed jogħlew; hemm ħtieġa, għalhekk, li l-appoġġ għad-dħul jinżamm u li jkunu rrinforzati strumenti għall-ġestjoni aħjar tar-riskji u jkun hemm tweġiba għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Agrikoltura b’saħħitha hija vitali għall-industrija tal-ikel tal-UE u għas-sigurtà globali tal-ikel.

Fl-istess waqt, huwa mistenni li min-naħa tal-agrikoltura u taż-żoni rurali jiżdiedu l-isforzi biex jintlaħqu l-miri ambizzjużi dwar il-klima u l-enerġija u l-istrateġija dwar il-bijodiversità li huma parti mill-aġenda Ewropa 2020. Il-bdiewa, li flimkien ma’ dawk li jaħdmu fil-foresti huma dawk li l-aktar li jimmaniġġjaw l-art, ikun jeħtiġilhom li jkunu appoġġati meta jadottaw u jżommu sistemi u prattiki ta’ biedja li jkunu partikolarment favorevoli għall-objettivi ambjentali u klimatiċi għaliex il-prezzijiet tas-suq ma jirriflettux il-provvediment ta’ prodotti pubbliċi bħal dawn. Ikun essenzjali wkoll li l-potenzjal varju taż-żoni rurali jiġi utilizzat bl-aħjar mod u b’hekk ikun hemm kontribuzzjoni għal tkabbir u koeżjoni inklussivi.

Din ir-riforma tħaffef il-proċess ta' integrazzjoni tar-rekwiżiti ambjentali. Għall-ewwel darba tintroduċi komponent ta’ titjib ekoloġiku qawwi fl-ewwel pilastru tal-PAK u b’hekk tiżgura li l-bdiewa kollha tal-UE li jirċievu appoġġ imorru lil hinn mir-rekwiżiti tal-kundizzjonalità u jipproduċu benefiċċji ambjentali u klimatiċi bħala parti mill-attivitajiet tagħhom ta’ kuljum. Tletin fil-mija tal-pagamenti diretti issa se jkunu marbuta mat-titjib ekoloġiku, u dawn il-pagamenti se jiżguraw li l-azjendi agrikoli kollha jipproduċu benefiċċji ambjentali u klimatiċi permezz taż-żamma tal-karbonju fil-ħamrija u l-ħabitats ta’ bwar assoċjati ma’ mergħat permanenti, it-twassil tal-ilma u l-protezzjoni tal-ħabitat bl-istabbiliment ta' żoni b'fokus ekoloġiku u t-titjib tar-reżiljenza tal-ħamrija u l-ekosistemi permezz tad-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba'. Dawn se jinfurzaw il-kapaċità tal-art u tal-ekosistemi naturali biex jikkontribwixxu lejn l-indirizzar tal-objettivi dwar il-bijodiversità tal-UE u l-adattament għat-tibdil fil-klima. Il-kundizzjonalità se tkun il-bażi tal-pagamenti diretti u se tkun aktar iffukata lejn il-provvedimenti tal-protezzjoni tal-art mistagħdra u tal-ħamrija b’livell għoli ta’ karbonju filwaqt li fl-istess ħin għandha tkun simplifikata biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi. Il-Kummissjoni hija impenjata li tintroduċi d-Direttivi Qafas dwar l-Ilma fi ħdan il-kundizzjonalità meta l-Istati Membri kollha jkunu implimentawhom bis-sħiħ b’mod partikolari b’obbligi ċari għall-bdiewa. Fi ħdan l-iżvlupp rurali wkoll, l-objettivi tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u tal-azzjoni klimatika huma prijoritizzati permezz tar-restawr, il-preservazzjoni u t-titjib tal-ekosistemi kif ukoll permezz tal-promozzjoni tal-użu effiċjenti tar-riżorsi, livell baxx tal-karbonju u agrikoltura li tiflaħ għall-klima. L-iżvilupp rurali se jippermetti kontribut sinifikanti lejn it-tlestija tal-implimentazzjoni kemm ta’ Natura 2000 kif ukoll tad-Direttivi Qafas dwar l-Ilma u lejn il-kisba tal-istrateġija ta’ bijodiversità 2020 tal-UE.

Għalhekk, il-PAK tal-ġejjieni mhux se tkun politika li taqdi biss lil parti żgħira, għalkemm dan huwa essenzjali, tal-ekonomija tal-UE, iżda wkoll politika ta’ importanza strateġika għas-sigurtà tal-provvista tal-ikel, l-ambjent u l-bilanċ territorjali. Hemmhekk jinsab il-valur miżjud ta’ politika verament komuni tal-UE li tagħmel użu bl-aktar mod effiċjenti tar-riżorsi baġitarji limitati għaż-żamma ta’ agrikoltura sostenibbli mal-UE kollha, li tindirizza kwistjonijiet transkonfinali importanti bħat-tibdil fil-klima u tirrinforza s-solidarjetà fost l-Istati Membri, waqt li tippermetti wkoll il-flessibbiltà fl-implimentazzjoni għall-qadi ta’ ħtiġijiet lokali.

Il-qafas stabbilit fil-proposta QFM jipprevedi li l-PAK għandha żżomm l-istruttura tagħha ta’ żewġ pilastri bil-baġit għal kull pilastru miżmum f’termini nominali fil-livell tal-2013 tiegħu u b’mira ċara li jinkisbu riżultati fir-rigward tal-prijoritajiet ewlenin tal-UE. Il-pagamenti diretti għandhom jippromwovu produzzjoni sostenibbli billi 30 % tal-pakkett baġitarju tagħhom ikun assenjat għal miżuri obbligatorji li jkunu ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent. Il-livelli tal-pagamenti għandhom jikkonverġu progressivament u l-pagamenti lill-benefiċjarji kbar għandhom ikunu suġġetti għal limiti massimi progressivi. L-iżvilupp rurali għandu jkun inkluż f’Qafas Strateġiku Komuni ma’ fondi oħra tal-UE ta’ ġestjoni konġunta b’approċċ rinforzat orjentat lejn ir-riżultati u suġġett għal kondizzjonalitajiet ex-ante aktar ċari u mtejba. Fl-aħħar nett, dwar il-miżuri tas-suq, il-finanzjament tal-PAK għandu jkun rinforzat b’żewġ strumenti ’l barra mill-QFM: 1) riżerva ta’ emerġenza ta’ reazzjoni għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi; u 2) l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni.

Abbażi ta’ dan, l-elementi ewlenin tal-qafas leġiżlattiv għall-PAK matul il-perjodu 2014-2020 huma stabbiliti fir-regolamenti li ġejjin:

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni ('ir-Regolament dwar il-pagamenti diretti');

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni għas-swieq tal-prodotti agrikoli (‘ir-Regolament dwar l-OKS Unika’);

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (‘ir-Regolament dwar l-iżvilupp rurali’);

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (‘ir-Regolament orizzontali)’.

- Proposta għal Regolament tal-Kunsill li tistabbilixxi miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rimborżi relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli;

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 dwar l-applikazzjoni tal-pagamenti diretti lill-bdiewa għas-sena 2013;

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-reġim tal-iskema ta' pagament uniku u l-appoġġ għal min ikabbar id-dwieli.

Ir-Regolament dwar l-iżvilupp rurali jibni fuq il-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni fis-6 ta’ Ottubru 2011 li tistipula regoli komuni għall-fondi kollha li joperaw taħt Qafas Strateġiku Komuni[5]. Wara għandu jsegwi regolament dwar l-iskema għal persuni l-aktar fil-bżonn, li l-fondi għalihom bħalissa jitqiegħdu f’intestatura differenti minn tal-QFM.

Barra minn hekk, qed jiġu preparati regoli ġodda dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-benefiċjarji li jqisu l-oġġezzjonijiet espressi mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewroepa bil-għan li jinstab l-aktar mod xieraq biex id-dritt tal-benefeċjarji għad-dejta personali jkun rikonċiljat mal-prinċipju ta’ trasparenza.

2. RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Abbażi tal-evalwazzjoni tal-qafas tal-politika attwali u ta’ analiżi ta’ sfidi u ħtiġijiet għall-ġejjieni, il-valutazzjoni tal-impatt tivvaluta u tqabbel l-impatt ta’ tliet xenarji alternattivi. Dan huwa r-riżultat ta’ proċess twil mibdi f’April 2010 u mmexxi minn grupp ta’ interservizzi li ġab flimkien analiżi kwantitattiva u kwalitattiva estensiva, inkluż l-istabbiliment ta' linja bażi fl-għamla ta’ projezzjonijiet għal żmien medju għas-swieq agrikoli u d-dħul sal-2020, u l-mudell tal-impatt tax-xenarji differenti ta’ politika fuq l-ekonomija tas-settur.

It-tliet xenarji elaborati fil-valutazzjoni tal-impatt huma: 1) xenarju ta’ aġġustament li jissokta mal-qafas tal-politika attwali waqt li jindirizza n-nuqqasijiet l-aktar importanti tiegħu, bħad-distribuzzjoni tal-pagamenti diretti; 2) xenarju ta’ integrazzjoni li jimplika bidliet kbar ta’ politika fl-għamla ta’ mmirar imsaħħaħ u pagamenti diretti aktar ekoloġiċi u b’miri strateġiċi rinforzati għal politika ta’ żvilupp rurali b’koordinazzjoni aħjar ma’ politiki oħra tal-UE, kif ukoll li jestendi l-bażi legali għal kamp ta’ applikazzjoni usa’ ta’ kooperazzjoni mill-produtturi; u 3) xenarju ta’ rifokalizzazzjoni li jerġa’ jagħti orjentazzjoni lill-politika b’mod esklussiv lejn l-ambjent, b’pagamenti diretti li jispiċċaw f’fażijiet progressivi, jekk wieħed jassumi li tkun tista’ tinżamm kapaċità produttiva mingħajr appoġġ u li l-ħtiġijiet soċjoekonomiċi taż-żoni rurali jkunu jistgħu jiġu moqdijin minn politiki oħra.

Fl-isfond tal-kriżi ekonomika u l-pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi, li l-UE wieġbet għalihom bl-istrateġija Ewropa 2020 u bil-proposta QFM, it-tliet xenarji kollha għandhom jagħtu piż differenti lil kull wieħed mit-tliet objettivi tal-politika tal-PAK tal-ġejjieni li timmira għal agrikoltura aktar kompetittiva u sostenibbli f’żoni rurali attivi. Bil-għan li jkun hemm allinjament aħjar mal-istrateġija Ewropa 2020, l-aktar f’termini tal-użu effiċjenti tar-riżorsi, ikun dejjem aktar essenzjali li l-produttività agrikola titjieb permezz tar-riċerka, it-trasferiment tal-għarfien u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni u l-innovazzjoni (inkluż permezz tas-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar il-produttività u s-sostenibbiltà agrikola). Għalkemm il-politika agrikola tal-UE ma għadhiex topera aktar f’ambjent ta’ politika li tagħweġ il-kompetizzjoni, huwa mistenni li jkun hemm pressjoni addizzjonali fuq is-settur minn aktar liberalizzazzjoni, l-aktar fil-qafas tad-DDA jew tal-FTA mal-Mercosur.

It-tliet xenarji ta’ politika tfasslu billi tqiesu l-preferenzi espressi fil-konsultazzjoni li tmexxiet fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-impatt. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jissottomettu kontribuzzjonijiet bejn it-23.11.2010 u l-25.1.2011 u kien organizzat kumitat konsultattiv fit-12.1.2011. Il-punti ewlenin huma miġburin fil-qosor hawn taħt:[6]

- Hemm qbil wiesa’ fost il-partijiet interessati dwar il-ħtieġa ta’ PAK b’saħħitha bbażata fuq struttura ta’ żewġ pilastri biex ikunu indirizzati l-isfidi tas-sigurtà tal-provvista tal-ikel, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-iżvilupp territorjali.

- Ħafna minn dawk li wieġbu sabu li l-PAK għandha taqdi rwol biex ikunu stabbilizzati s-swieq u l-prezzijiet.

- Il-partijiet interessati għandhom opinjoniet differenti dwar l-immirar tal-appoġġ (speċjalment dwar ir-ridistribuzzjoni ta’ appoġġ dirett u l-limiti massimi tal-pagamenti).

- Hemm qbil li ż-żewġ pilastri jistgħu jaqdu rwol importanti biex titmexxa ’l quddiem l-azzjoni klimatika u tiżdied il-prestazzjoni ambjentali għall-benefiċċju tas-soċjetà tal-UE. Waqt li ħafna bdiewa jemmnu li dan diġà qed iseħħ illum, il-pubbliku inġenerali jargumenta li l-pagamenti tal-Pilastru I jistgħu jintużaw b’mod aktar effiċjenti.

- Dawk li wieġbu jridu li l-partijiet kollha tal-UE, inklużi żoni żvantaġġati, ikunu involuti fit-tkabbir u fl-iżvilupp fil-ġejjieni.

- L-integrazzjoni tal-PAK ma’ politiki oħra, bħal dawk għall-ambjent, is-saħħa, il-kummerċ u l-iżvilupp, kienet enfasizzata minn ħafna minn dawk li wieġbu.

- L-innovazzjoni, l-iżvilupp ta’ negozji kompetittivi u l-provvediment ta’ prodotti pubbliċi liċ-ċittadini tal-UE jitqiesu bħala modi kif isir l-allinjament tal-PAK mal-istrateġija Ewropa 2020.

Il-valutazzjoni tal-impatt b’hekk qabblet it-tliet xenarji alternattivi ta’ politika:

Ix-xenarju ta’ rifokalizzazzjoni għandu jħaffef l-aġġustament strutturali fis-settur agrikolu, billi jgħaddi l-produzzjoni għaż-żoni l-aktar kosteffikaċi u lis-setturi li jħallu l-akbar profitt. Waqt li jżid il-fondi għall-ambjent b’mod sinifikanti, huwa kieku jesponi lis-settur għal riskji akbar minħabba kamp ta’ applikazzjoni limitat għall-intervent fis-suq. Barra minn hekk, jiġi b’kost soċjali u ambjentali sinifikanti minħabba li ż-żoni anqas kompetittivi jkollhom iħabbtu wiċċhom ma’ telf konsiderevoli ta’ dħul u degradazzjoni ambjentali, minħabba li l-politika titlef mill-influwenza li jtuha l-pagamenti diretti flimkien mar-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità.

Fin-naħa l-oħra tal-ispettru, ix-xenarju ta’ aġġustament huwa l-aħjar biex titħalla tissokta l-kontinwità tal-politika b’titjib limitat imma tanġibbli kemm fil-kompetittività agrikola kif ukoll fil-prestazzjoni ambjentali. Madankollu, hemm dubji serji dwar jekk dan ix-xenarju jistax jindirizza adegwatament l-isfidi importanti dwar il-klima u l-ambjent għall-ġejjieni, li wkoll isaħħu l-bażi tas-sostenibbiltà fit-tul tal-agrikoltura.

Ix-xenarju ta’ integrazzjoni huwa xi ħaġa ġdida b’immirar imsaħħaħ u b’pagamenti diretti aktar ekoloġiċi. L-analiżi turi li t-titjib ekoloġiku huwa possibbli bi spiża raġjonevoli għall-bdiewa għalkemm xi piż amministrattiv ma jistax ikun evitat. B'mod simili, huwa possibbli li tingħata spinta ġdida lill-iżvilupp rurali bil-kundizzjoni li l-possibiltajiet il-ġodda jintużaw b’mod effiċjenti mill-Istati Membri u r-reġjuni u li l-Qafas Strateġiku Komuni, mal-fondi l-oħra tal-UE, ma jneħħix sinerġiji mal-Pilastru I jew idgħajjef is-saħħiet distintivi tal-iżvilupp rurali. Jekk jinstab il-bilanċ ix-xieraq, dan ix-xenarju jkun l-aħjar li jindirizza s-sostenibbiltà fit-tul tal-agrikoltura u taż-żoni rurali.

Fuq din il-bażi, il-valutazzjoni tal-impatt tikkonkludi li x-xenarju tal-integrazzjoni huwa l-aktar ibbilanċjat għall-allinjament b’mod progressiv tal-PAK mal-objettivi strateġiċi tal-UE u dan il-bilanċ jinstab ukoll fl-implimentazzjoni tal-elementi differenti fil-proposti leġiżlattivi. Ikun ukoll essenzjali li jiġi żviluppat qafas ta’ evalwazzjoni biex titkejjel il-prestazzjoni tal-PAK b’sett komuni ta’ indikaturi konnessi mal-objettivi tal-politika.

Is-simplifikazzjoni kienet kunsiderazzjoni importanti tul il-proċess kollu u għandha tissaħħaħ b’modi varji, pereżempju billi jiġu ssimplifikati l-kundizzjonalità u l-istrumenti tas-suq, jew it-tfassil tal-iskema għall-bdiewa żgħar. Barra minn dan, pagamenti diretti aktar ekoloġiċi għandhom jitfasslu b’tali mod li jkun imminimizzat il-piż amministrattiv, inklużi l-ispejjeż għall-kontrolli.

3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Qed jiġi propost li tinżamm l-istruttura kurrenti tal-PAK f’żewġ pilastri bil-miżuri annwali mandatorji ta’ applikazzjoni ġenerali fil-Pilastru I kkumplimentata b’miżuri volontarji mfassla aħjar għall-ispeċifiċitajiet nazzjonali u reġjonali taħt l-approċċ tal-ipprogrammar multiannwali fil-Pilastru II. Madankollu, id-disinn il-ġdid tal-pagamenti diretti qed ifittex li jisfrutta aħjar is-sinerġiji mal-Pilastru II, li min-naħa tiegħu jitqiegħed taħt il-Qafas Strateġiku Komuni biex jikkoordina aħjar ma' fondi oħrajn ta' ġestjoni kondiviża tal-UE.

Abbażi ta’ dan, tinżamm ukoll l-istruttura attwali ta’ erba’ strumenti legali bażiċi, għalkemm bil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament ta’ finanzjament imkabbar biex jinġiebu flimkien dispożizzjonijiet komuni f’dak li llum jissejjaħ ir-regolament orizzontali.

Il-proposti huma konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-PAK hija politika verament komuni: hija qasam ta’ kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri li qed titmexxa fil-livell tal-UE bil-għan li tinżamm agrikoltura sostenibbli u varjata mal-UE kollha, li tindirizza kwistjonijiet transkonfinali importanti bħat-tibdil fil-klima u li tirrinforza s-solidarjetà fost l-Istati Membri. Fid-dawl tal-importanza tal-isfidi tal-ġejjieni għas-sigurtà tal-provvista tal-ikel, l-ambjent u l-bilanċ territorjali, il-PAK tibqa’ politika ta’ importanza strateġika biex tkun żgurata l-aktar reazzjoni effikaċi għall-isfidi għall-politika u l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi baġitarji. Barra minn hekk, qed jiġi propost li tinżamm l-istruttura kurrenti tal-istrumenti fiż-żewġ pilastri fejn l-Istati Membri għandhom iżjed spazju biex ifasslu s-soluzzjonijiet għall-ispeċifiċitajiet lokali tagħhom u l-kofinanzjament tal-Pilastru II ukoll. Is-Sħubija Ewropea tal-Innovazzjoni l-ġdida u l-kaxxa tal-għodda tal-ġestjoni tar-riskju jinsabu wkoll fi ħdan il-Pilastru II. Fl-istess ħin il-politika se tkun allinjata aħjar mal-istrateġija tal-Ewropa 2020 (inkluż qafas komuni ma’ fondi oħra tal-UE) u l-introduzzjoni ta’ għadd ta’ titjib u elementi ta’ simplifikazzjoni. Fl-aħħar nett, l-analiżi li twettqet fil-qafas tal-valutazzjoni tal-impatt turi biċ-ċar id-dannu jekk ma tittieħed ebda azzjoni f’termini ta’ konsegwenzi ekonomiċi, ambjentali u soċjali negattivi.

Ir-regolament dwar il-pagamenti diretti jistabblixxi regoli komuni għall-iskema ta’ pagament bażiku u għal pagamenti relatati. Waqt li jibni fuq ir-riforma tal-2003 u fuq il-Verifika tas-Saħħa tal-2008 li ddiżakkopjaw il-pagamenti diretti mill-produzzjoni waqt li għamluhom suġġetti għal rekwiżiti ta’ kundizzjonalità, ir-regolament issa jfittex li jimmira aħjar l-appoġġ għal ċerti azzjonijiet, oqsma jew benefiċjarji, kif ikoll li jħejji t-triq għall-konverġenza tal-livell ta’ appoġġ fl-Istati Membri u bejniethom. Ir-regolament jinkludi wkoll taqsima dwar l-appoġġ akkoppjat.

Mill-2014 l-Iskema ta’ Pagament Uniku u l-Iskema ta’ Pagament Uniku skont l-Erja se jiġu sostitwiti minn skema unika mal-UE kollha li hija l-iskema ta’ pagament bażiku. L-iskema għandha topera abbażi ta’ drittijiet għall-pagament allokati f’livell nazzjonali jew reġjonali lill-bdiewa kollha skont l-ettari eliġibbli tagħhom fl-ewwel sena ta’ applikazzjoni. B’hekk ikun iġġeneralizzat l-użu tal-mudell reġjonali li ma kienx obbligatorju fil-perjodu attwali, kif ukoll, effettivament, tinġieb l-art agrikola kollha fis-sistema. Ir-regoli dwar il-ġestjoni tad-drittijiet u r-riżerva nazzjonali jsegwu b’mod ġenerali r-regoli attwali.

Bil-għan li jkun hemm distribuzzjoni aktar ekwa ta’ appoġġ, il-valur tad-drittijiet għandu jikkonverġi f’livell nazzjonali jew reġjonali lejn valur uniformi. Dan isir progressivament biex ikun evitat tfixkil kbir.

Element importanti huwa li titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-PAK billi l-pagamenti diretti jsiru aktar ekoloġiċi permezz ta' ċerti prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent u li l-bdiewa kollha se jkollhom isegwu, li jmorru lil hinn mill-kundizzjonalità u li min-naħa tagħhom huma l-bażi tal-miżuri tal-Pilastru II.

Id-definizzjoni ta’ bidwi attiv tkompli ssaħħaħ il-mira fuq bdiewa li ġenwinament ikunu impenjati f’attivitajiet agrikoli, u b’hekk tilleġittima l-appoġġ. Barra minn hekk, ikun previst it-tnaqqis progressiv u l-limitu massimu tal-appoġġ għal benefiċjarji kbar waqt li jitqiesu l-impjiegi.

Huma pprovduti l-pagamenti li ġejjin:

- pagament (30 % tal-livell massimu nazzjonali annwali) għall-bdiewa li jsegwu prattiki ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent: id-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’, iż-żamma ta’ mergħat permanenti u żoni ta’ konċentrazzjoni ekoloġika. Il-biedja organika tibbenefika awtomatikament minn dan il-pagament, waqt li bdiewa f’żoni ta’ Natura 2000 se jkollhom ikunu konformi mar-rekwiżiti rilevanti sakemm dawk ikunu konsistenti mal-leġiżlazzjoni ta’ Natura 2000;

- pagament volontarju (sa 5 % tal-livell massimu nazzjonali annwali) għall-bdiewa f’żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali speċifiċi (żoni delimitati bl-istess mod bħal għall-finijiet ta’ żvilupp rurali); dan il-pagament jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ appoġġ għad-dħul biex tinżamm preżenza f’żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali speċifiċi u jikkumplimenta l-appoġġ eżistenti għal żvilupp rurali;

- pagament (sa 2 % tal-livell massimu nazzjonali annwali) għall-bdiewa żgħażagħ meta jibdew il-karriera tagħhom, li jista’ jkun ikkumplimentat billi tkun stabbilita għajnuna għall-iżvilupp rurali; u

Fl-istess ħin, ir-regolament jistipula skema simplifikata għall-bdiewa żgħar (sa 10 % tal-livell massimu nazzjonali annwali), li jistgħu għalhekk jirċievu pagament ta’ ammont f’daqqa li jieħu post il-pagamenti diretti kollha u li jipproduċi simplifikazzjoni amministrattiva billi jnaqqas l-obbligi ta’ bdiewa bħal dawn relatati mal-ekoloġija, il-kundizzjonalità u l-kontrolli.

Hija pprovduta skema ta’ appoġġ akkoppjat volontarju għal tipi speċifiċi ta’ biedja jew għal sistemi agrikoli speċifiċi li jkunu għaddejjin minn ċerti diffikultajiet u li jkunu partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi u/jew soċjali; l-appoġġ huwa pprovdut sakemm ikun meħtieġ biex jinżammu livelli attwali ta’ produzzjoni (sa 5 % tal-livell massimu nazzjonali annwali bil-possibbiltà li jmur lil hinn minn hekk f’każijiet partikolari).

Barra minn dan, ir-regolament iżomm il-possibbiltà għal Pagamenti Diretti Nazzjonali Komplimentari għall-Bulgarija u r-Rumanija u jinkludi pagament speċifiku għall-qoton.

F’termini ta’ simplifikazzjoni, is-sistema l-ġdida ta’ pagamenti diretti għandha tkun ibbażata fuq tip wieħed ta’ drittijiet għall-pagament u regoli simplifikati ta’ trasferiment, biex b’hekk tkun issimplifikata l-ġestjoni tagħha; l-armonizzazzjoni ta’ dispożizzjonijiet għal pagamenti akkoppjati taħt intestatura waħda tagħmel il-qafas legali aktar faċli għall-utent u l-iskema għall-bdiewa żgħar, bil-ħtiġijiet u l-proċeduri simplifikati tagħha, għandha tnaqqas il-burokrazija għall-bdiewa żgħar u ssaħħaħ il-kompetittività tagħhom.

4. IMPLIKAZZJONI TAL-BAĠIT

Il-proposta tal-QFM tipprovdi li parti sinifikanti tal-baġit tal-UE għandha tkompli tkun iddedikata għall-agrikoltura, li hija politika komuni ta’ importanza strateġika. B’hekk, fi prezzijiet attwali, huwa propost li l-PAK għandha tiffoka fuq l-attivitajiet ewlenin tagħha b’EUR 317.2 biljuni allokati lill-Pilastru I u EUR 101.2 biljuni lill-Pilastru II tul il-perjodu 2014-2020.

Il-fondi għall-Pilastru I u l-Pilastru II huma kkumplimentati b’fondi addizzjonali ta’ EUR 17.1 biljun magħmulin minn EUR 5.1 biljun għar-riċerka u l-innovazzjoni, EUR 2.5 biljuni għas-sigurtà tal-provvista tal-ikel u EUR 2.8 biljuni għall-appoġġ f’ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn f’intestaturi oħra tal-QFM, kif ukoll ta’ EUR 3.9 biljuni f’riżerva ġdida għall-kriżijiet fis-settur agrikolu u sa EUR 2.8 biljuni fil-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni lil hinn mill-QFM, biex b’hekk it-total tal-baġit jinġieb għal EUR 435.6 biljuni tul il-perjodu 2014-2020.

Dwar id-distribuzzjoni tal-appoġġ fost l-Istati Membri, huwa propost li l-Istati Membri kollha b’pagamenti diretti ta’ anqas minn 90 % tal-medja tal-UE għandu jkollhom terz ta' din id-differenza mneħħi. Il-livelli massimi nazzjonali fir-regolament dwar il-pagamenti diretti huma kkalkulati fuq din il-bażi.

Id-distribuzzjoni tal-appoġġ għall-iżvilupp rurali hija bbażata fuq kriterji oġġettivi konnessi mal-objettivi ta’ politika li jqisu d-distribuzzjoni attwali. Bħalma huwa l-każ illum, ir-reġjuni inqas żviluppati għandhom ikomplu jibbenefikaw minn rati ogħla ta’ kofinanzjament, li għandhom japplikaw ukoll għal ċerti miżuri bħat-trasferiment tal-għarfien, il-gruppi tal-produtturi, il-kooperazzjoni u l-Leader.

Hija introdotta xi fessibbiltà għat-trasferimenti bejn il-pilastri (sa 5 % tal-pagamenti diretti): mill-Pilastru I għall-Pilastru II biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jsaħħu l-politika tagħhom ta' żvilupp rurali u mill-Pilastru II għall-Pilastru I għal dawk l-Istati Membri fejn il-livell tal-pagamenti diretti għadu taħt id-90 % tal-medja tal-UE.

Id-dettalji dwar l-impatt finanzjarju tal-proposti tar-riforma tal-PAK jinsabu fid-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja l-proposti.

2011/0280 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att ta’ Adeżjoni tal-1979, u partikolarment il-paragrafu 6 tal-Protokoll Nru 4 dwar il-qoton mehmuż miegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[7],

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[8],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[9],

Wara li kkonsultaw mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta[10],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

1. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali"[11] tistabbilixxi sfidi, objettivi u orjentazzjonijiet potenzjali għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) wara l-2013. Fid-dawl tad-dibattitu dwar dik il-Komunikazzjoni, il-PAK għandha tkun irriformata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Dik ir-riforma għandha tkopri l-istrumenti ewlenin kollha tal-PAK, inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003[12]. Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni tar-riforma, huwa xieraq li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 u jinbidel b’test ġdid. Ir-riforma għandha wkoll, kemm jista’ jkun, tagħmel id-dispożizzjonijiet konformi u sempliċi.

2. Dan ir-Regolament għandu jkun fih l-elementi bażiċi kollha relatati mal-pagamenti f’appoġġ mill-Unjoni lill-bdiewa u jiffissa l-kriterji u l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għal dawk il-pagamenti li għandhom rabta li ma tinħallx ma’ dawk l-elementi bażiċi.

3. Għandu jkun iċċarat li r-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni[13] [ir-Regolament PAK orizzontali: HZR – horizontal CAP Regulation] u d-dispożizzjonijiet adottati skont dan għandhom ikunu applikati b’rabta mal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament. F’ġieħ il-konsistenza ma’ strumenti legali oħra relatati mal-PAK, xi regoli li jissemmew bħalissa fir-Regolament (KE) Nru 73/2009, huma issa stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru […][HZR], partikolarment regoli li jiggarantixxu l-konformità mal-obbligi stabbiliti b’dispożizzjonijiet dwar il-pagamenti diretti, inklużi l-kontrolli u l-applikazzjoni ta’ miżuri amministrattivi u ta’ penalitajiet amministrattivi f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, regoli relatati mal-kundizzjonalità bħar-rekwiżiti statutorji tal-ġestjoni, il-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ miżuri u regoli rilevanti relatati mal-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti.

4. Sabiex ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament jiġu ssupplimentati jew emendati, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Waqt it-tħejjija u t-tfassil ta’ atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

5. Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u biex tevita kompetizzjoni inġusta jew diskriminazzjoni fost il-bdiewa , il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta': l-iffissar tal-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament bażiku; l-adozzjoni ta’ regoli dwar l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament; l-adozzjoni ta’ miżuri fir-rigward tar-riverżjoni tad-drittijiet għall-pagament mhux attivati għar-riserva nazzjonali; l-adozzjoni tar-rekwiżiti relatati man-notifika ta' trasferiment tad-drittijiet għall-pagament lill-awtoritajiet nazzjonali u d-dati ta’ skadenza li fihom għandha sseħħ notifika bħal din; l-istabbilment ta’ limitu massimu annwali għall-pagament għall-prassi agrikoli li huma benefiċjali għall-klima u l-ambjent; l-istipular tal-limitu massimu annwali għall-pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali; l-istipular tal-limitu massimu annwali għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ; l-istipular tal-limitu massimu annwali għall-pagament għall-appoġġ akkoppjat volontarju; l-adozzjoni ta’ regoli dwar il-proċedura għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni ta’ deċiżjonijiet fil-qafas tal-appoġġ akkoppjat volontarju; l-adozzjoni ta’ regoli dwar il-proċedura tal-awtorizzazzjoni u n-notifiki għall-produtturi relatati mal-awtorizzazzjoni tal-art u l-varjetajiet għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton; il-provvediment għal regoli dwar il-kalkolu tat-tnaqqis tal-ammont tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton; l-adozzjoni ta’ regoli li jirrigwardaw rekwiżiti ġenerali ta' notifika. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[14].

6. Fejn ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ħafna ta’ urġenza, f’każijiet ġustifikati kif imiss relatati ma’ miżuri eċċezzjonali ta’ ġestjoni, maħsubin biex isolvu problemi urġenti u imprevisti li jseħħu fi Stat Membru wieħed jew aktar, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih l-atti ta’ implimentazzjoni applikabbli.

7. L-objettivi ta’ dan ir-Regolament jistgħu jinkisbu b’mod aktar effiċjenti fil-livell tal-Unjoni permezz tal-garanzija multiannwali ta’ finanzjament mill-Unjoni u b’konċentrazzjoni fuq prijoritajiet identifikati b’mod ċar, b’qies tar-rabtiet bejn dan ir-Regolament u l-istrumenti l-oħra tal-PAK, fuq kemm huma kbar id-differenzi bejn id-diversi żoni rurali u l-limiti tar-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri f’Unjoni mkabbra. Dan ir-Regolament, għalhekk, huwa skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stipulat fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Peress li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament huwa limitat għal dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi tiegħu, jirrispetta wkoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità stipulat fl-Artikolu 5(4) ta’ dak it-Trattat.

8. Biex titqies leġiżlazzjoni ġdida dwar skemi ta’ appoġġ li jistgħu jkunu adottati wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-emendar tal-lista ta’ skemi ta’ appoġġ koperta b'dan ir-Regolament.

9. Biex jitqiesu elementi ġodda speċifiċi u biex tkun garantita l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-istipular ta’ aktar definizzjonijiet dwar l-aċċess għall-appoġġ skont dan ir-Regolament, u jiġi stabbilit qafas li fih l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-attivitajiet minimi li għandhom jitwettqu f’żoni li b'mod naturali jinżammu fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni kif ukoll il-kriterji li jridu jilħqu l-bdiewa biex jitqies li rrispettaw l-obbligu taż-żamma taż-żona agrikola fi stat tajjeb għall-produzzjoni u l-kriterju biex tiġi determinata l-predominanza ta' ħxejjex u foraġġ erbaċew ieħor fir-rigward tal-bwar permanenti.

10. Biex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-adozzjoni ta' regoli dwar il-bażi tal-kalkolu ta’ tnaqqis li għandhom ikunu applikati mill-Istati Membri lill-bdiewa skont l-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja.

11. Bil-għan li jkun żgurat li l-ammonti għall-finanzjament tal-PAK ikunu konformi mal-limiti massimi annwali stabbiliti fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR], għandu jinżamm aġġustament tal-livell ta’ appoġġ dirett f’kull sena kalendarja. L-aġġustament tal-pagamenti diretti għandu jkun applikat biss għal pagamenti li għandhom jingħataw lill-bdiewa f’aktar minn EUR 5 000 fis-sena kalendarja korrispondenti. Filwaqt li jitqiesu l-livelli ta’ pagamenti diretti lill-bdiewa fil-Bulgarija u fir-Rumanija fil-qafas tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ introduzzjoni progressiva għall-pagamenti diretti kollha mogħtija f’dawk l-Istati Membri, dan l-istrument ta’ dixxiplina finanzjarja għandu japplika biss f’dawk l-Istati Membri mill-1 ta’ Jannar 2016.

12. Biex jitqiesu l-iżviluppi relatati mal-ammonti massimi totali tal-pagamenti diretti li jistgħu jingħataw, inklużi dawk li jirriżultaw mid-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri dwar it-trasferimenti bejn l-ewwel u t-tieni pilastri, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tar-reviżjoni tal-limiti massimi nazzjonali u dawk nett stipulati f’dan ir-Regolament.

13. L-esperjenza mill-applikazzjoni tad-diversi skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa uriet li, f'għadd ta' każijiet, l-appoġġ ingħata lill-benefiċjari li l-fini tan-negozju tagħhom ma kinitx immirata lejn l-attività agrikola, jew kienet immirata b’mod marġinali biss, bħall-ajruporti, il-kumpaniji ferrovjarji, il-kumpaniji ta’ proprjetà immobbli u l-kumpaniji ta’ ġestjoni tal-grawnds tal-isports. Biex jiżguraw l-immirar aħjar tal-appoġġ, l-Istati Membri għandhom jevitaw li jagħtu pagamenti diretti lil persuni fiżiċi u ġuridiċi bħal dawn. Il-bdiewa part-time żgħar jikkontribwixxu direttament għall-vitalità taż-żoni rurali, u għalhekk ma għandhomx jiċċaħdu milli jingħataw pagamenti diretti.

14. Biex ikun evitat piż amministrattiv eċċessiv ikkawżat mill-ġestjoni ta’ pagamenti ta’ ammonti żgħar, l-Istati Membri għandhom b’mod ġenerali jibqgħu lura milli jagħtu pagamenti diretti fejn il-pagament ikun anqas minn EUR 100 jew l-erja eliġibbli tal-impriża li għaliha tintalab għajnuna tkun anqas minn ettaru. Madankollu, minħabba li l-istrutturi tal-ekonomiji agrikoli tal-Istati Membri jvarjaw konsiderevolment u jistgħu jkunu differenti b’mod sinifikanti mill-istruttura ta’ azjenda agrikola medja fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jitħallew japplikaw livelli ta’ limitu minimi li jirriflettu s-sitwazzjoni partikolari tagħhom. Minħabba l-istruttura ta’ biedja speċifika ħafna fir-reġjuni l-aktar imbiegħda u fil-gżejjer minuri tal-Eġew, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu jekk f'dawk ir-reġjuni għandhomx japplikaw xi livell minimu ta’ limitu. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jagħżlu l-implimentazzjoni ta’ wieħed miż-żewġ tipi ta’ livell minimu ta’ limitu wara li jqisu l-partikolaritajiet tal-istrutturi tas-setturi tal-biedja tagħhom. Minħabba li pagament jista’ jingħata lill-bdiewa li jkollhom l-hekk imsejħin impriżi ‘mingħajr art’, l-applikazzjoni tal-livell minimu ta’ limitu abbażi ta’ ettaru tkun mingħajr effett. L-ammont minimu relatat mal-appoġġ għandu, għalhekk, japplika għal bdiewa bħal dawn. Biex ikun żgurat trattament indaqs ta’ bdiewa li l-pagamenti diretti għalihom ikunu suġġetti għal introduzzjoni progressiva fil-Bulgarija u fir-Rumanija, il-livell minimu ta’ limitu għandu jkun ibbażat fuq l-ammonti finali li għandhom jingħataw fi tmiem il-proċess ta’ introduzzjoni progressiva.

15. Id-distribuzzjoni ta’ appoġġ dirett għad-dħul fost il-bdiewa hija kkaratterizzata mill-allokazzjoni ta’ ammonti sproporzjonati ta’ pagamenti lil għadd relattivament żgħir ta’ benefiċjarji kbar. Minħabba ekonomiji tal-qies, benefiċjarji akbar ma jeħtiġux l-istess livell ta’ appoġġ unitarju biex l-objettiv ta’ appoġġ għad-dħul jintlaħaq b’mod effiċjenti. Barra minn hekk, il-potenzjal għall-adattament jagħmilha eħfef għal benefiċjarji akbar biex joperaw b’livelli aktar baxxi ta’ appoġġ unitarju. Għalhekk, ikun ġust li tiddaħħal sistema għall-benefiċjarji kbar fejn il-livell ta’ appoġġ jinżel gradwalment u fl-aħħar nett ikollu limitu massimu biex titjieb id-distribuzzjoni ta’ pagamenti bejn il-bdiewa. Madankollu, sistema bħal din għandha tqis l-intensità tax-xogħol bil-paga biex ikunu evitati effetti sproporzjonati fuq azjendi agrikoli kbar b’ħafna impjegati. Dawk il-livelli massimi ma għandhomx japplikaw għal pagamenti mogħtijin lil prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent minħabba li l-objettivi ta’ benefiċċju li huma jsegwu jistgħu jonqsu b’riżultat t’hekk. Biex il-limitu massimu jkun effikaċi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu xi kriterji biex jevitaw operazzjonijiet abbużivi minn bdiewa li jfittxu li jevadu l-effetti tiegħu. Ir-rikavati mit-tnaqqis u mil-limitu massimu ta’ pagamenti lil benefiċjarji kbar għandu jibqa’ fl-Istati Membri fejn kien iġġenerat u għandu jintuża għall-finanzjament ta’ proġetti b’kontribut sinifikanti ta’ innovazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’….dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)[15] [RDR].

16. Biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-limitu massimu, l-aktar fir-rigward tal-proċeduri għall-għoti ta’ pagamenti diretti lill-bdiewa u t-trasferimenti korrispondenti għall-iżvilupp rurali, għandhom ikunu ddeterminati limiti massimi netti għal kull Stat Membru biex ikunu limitati l-pagamenti li għandhom jingħataw lill-bdiewa wara l-applikazzjoni tal-limitu massimu. Biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ għajnuna mill-PAK mogħtija skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod tal-Unjoni[16] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 tat-18 ta’ Settembru 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri tal-Eġew u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003[17], u l-fatt li dawn il-pagamenti diretti mhumiex suġġetti għal limitu massimu, il-limitu massimu nett għall-Istati Membri kkonċernati ma għandux jinkludi dawk il-pagamenti diretti.

17. Għandu jiġi speċifikat li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jistgħu jwasslu għal imġiba ta' Stat Membru possibbilment kostituttiv ta' għajnuna mill-Istat huma esklużi mill-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat minħabba li d-dispożizzjonijiet ikkonċernati jinkludu kundizzjonijiet xierqa għall-għoti ta' appoġġ, jew jinkludu l-adozzjoni ta' tali kundizzjonijiet mill-Kummissjoni, sabiex jevitaw tagħwiġ mhux xieraq tal-kompetizzjoni.

18. Biex jinkisbu l-objettivi tal-PAK, l-iskemi ta’ appoġġ jista’ jinħtiġilhom ikunu adattati għal żviluppi li qed jinbidlu, jekk ikun meħtieġ f’limiti ta’ żmien qosra. Għalhekk jeħtieġ li jkun hemm provvediment għall-analiżi possibbli tal-iskemi, partikolarment fid-dawl ta’ żviluppi ekonomiċi jew tas-sitwazzjoni baġitarja, li jfisser li l-benefiċjarji ma jistgħux joqogħdu fuq kundizzjonijiet għall-appoġġ li jibqgħu ma jinbidlux.

19. Il-bdiewa fl-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara, irċevew pagamenti diretti wara li kien hemm mekkaniżmu ta’ introduzzjoni progressiva pprovdut fl-Atti ta’ Adeżjoni rispettivi. Għall-Bulgarija u r-Rumanija, mekkaniżmu bħal dan se jkun għadu fis-seħħ fl-2014 u fl-2015. Barra minn hekk, dawk l-Istati Membri kienu tħallew jagħtu pagamenti diretti nazzjonali kumplimentari. Il-possibbiltà li jingħataw pagamenti bħal dawn għandha tinżamm għall-Bulgarija u r-Rumanija sakemm ikunu ġew introdotti progressivament b’mod sħiħ.

20. Biex tkun żgurata distribuzzjoni aħjar ta’ appoġġ fost artijiet agrikoli fl-Unjoni, inkluż f’dawk l-Istati Membri li applikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 73/2009, skema ġdida ta’ pagament bażiku għandha tissostitwixxi l-iskema ta’ pagament uniku stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa[18], u li ssoktat bir-Regolament (KE) Nru 73/2009, li għaqqad mekkaniżmi ta’ appoġġ eżistenti qabel fi skema waħda ta’ pagamenti diretti diżakkoppjati. Pass bħal dan għandu jġib miegħu l-iskadenza ta’ drittijiet għall-pagament miksubin skont dawk ir-Regolamenti u l-allokazzjoni ta’ oħrajn ġodda, għalkemm ikunu għadhom ibbażati fuq l-għadd ta’ ettari eliġibbli għad-dispożizzjoni tal-bdiewa fl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tal-iskema.

21. Minħabba l-integrazzjoni suċċessiva ta’ diversi setturi fl-iskema ta’ pagament uniku u l-perjodu ta’ wara ta’ aġġustament mogħti lill-bdiewa, sar dejjem iżjed diffiċli biex wieħed jiġġustifika l-preżenza ta' differenzi individwali sinifikanti fil-livell ta' appoġġ għal kull ettaru li jirriżulta mill-użu ta' referenzi storiċi. Għalhekk l-appoġġ għad-dħul dirett għandu jkun imqassam b’mod iktar ekwu bejn l-Istati Membri, billi titnaqqas ir-rabta mar-referenzi storiċi u jiġi kkunsidrat il-kuntest kumplessiv tal-baġit tal-Unjoni. Għalhekk l-appoġġ għad-dħul għandu jitqassam b’mod aktar ekwu bejn l-Istati Membri, billi titnaqqas ir-rabta ma’ referenzi storiċi u billi jitqies il-kuntest globali tal-baġit tal-Unjoni. Biex tiġi żgurata distribuzzjoni aktar ekwa ta’ appoġġ dirett, filwaqt li jitqiesu d-differenzi li għadhom jeżistu fil-livelli tal-pagi u l-ispejjeż tad-dħul, il-livelli ta’ appoġġ dirett għal kull ettaru għandhom jiġu aġġustati progressivament. matul dan il-perjodu, l-Istati Membri kollha b’pagamenti diretti inqas minn 90 % tal-medja għandhom jagħlqu terz mid-distakk bejn il-livell attwali tagħhom u dan il-livell. Din il-konverġenza għandha tiġi ffinanzjata b’mod proporzjonali mill-Istati Membri kollha b’pagamenti diretti 'l fuq mill-medja tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-drittijiet kollha għall-pagamenti attivati fl-2019 fi Stat Membru jew f’reġjun għandu jkollhom valur ta’ unità uniformi wara konverġenza lejn dan il-valur li għandha sseħħ matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni fi stadji lineari. Madankollu, biex ikunu evitati konsegwenzi finanzjarji ta’ tfixkil għall-bdiewa, l-Istati Membri, wara li jkunu użaw l-iskema ta’ pagament uniku, u partikolarment il-mudell storiku, għandhom ikunu jistgħu jqisu fatturi storiċi b’mod parzjali meta jikkalkulaw il-valur tad-drittijiet għall-pagament fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema l-ġdida. Id-dibattitu dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss għall-perjodu li se jibda fl-2021 għandu jiffoka wkoll fuq l-objettiv ta' konverġenza kompleta permezz tad-distribuzzjoni ekwa tal-appoġġ dirett mal-Unjoni Erwopea kollha matul dak il-perjodu.

22. L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku turi li xi wħud mill-elementi ewlenin tagħha għandhom jinżammu, inkluża d-determinazzjoni ta’ limiti massimi nazzjonali biex ikun żgurat li l-livell totali ta’ appoġġ ma jaqbiżx ir-restrizzjonijiet baġitarji attwali. L-Istati Membri għandhom ukoll ikomplu joperaw riżerva nazzjonali li tkun tista’ tintuża biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ bdiewa żgħażagħ ġodda fl-iskema jew jistgħu jintużaw biex jitqiesu ħtiġijiet speċifiċi f’ċerti reġjuni. Għandhom jinżammu regoli dwar it-trasferiment u l-użu ta’ drittijiet għall-pagament, iżda fejn ikun possibbli, b’mod simplifikat.

23. Biex tkun garantita l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji u biex ikunu kkjarifikati s-sitwazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jinqalgħu fl-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-adozzjoni ta’ regoli dwar l-eliġibbiltà u l-aċċess fir-rigward tal-iskema ta’ pagament bażiku għall-bdiewa fil-każ ta’ wirt u wirt antiċipat, wirt taħt kirja, bidla fl-istatus legali jew fid-denominazzjoni jew fil-każ ta' fużjoni jew diviżjoni fl-impriża; l-adozzjoni ta’ regoli dwar il-kalkolu tal-valur u l-għadd jew dwar iż-żieda fil-valur ta’ drittijiet għall-pagament b’rabta mal-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament, inklużi regoli dwar il-possibbiltà ta’ valur u għadd provviżorju jew ta’ żieda provviżorja ta’ drittijiet għall-pagament allokati abbażi tal-applikazzjoni mill-bidwi, dwar il-kundizzjonijiet biex ikunu stabbiliti l-valur u l-għadd provviżorju u definittiv tad-drittijiet għall-pagament u dwar il-każijiet fejn kuntratt ta’ bejgħ jew kiri jista’ jaffettwa l-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament; l-adozzjoni ta’ regoli biex ikunu stabbiliti u kkalkulati l-valur u l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament riċevuti mir-riżerva nazzjonali; l-adozzjoni ta’ regoli dwar il-modifika tal-valur tal-unità ta’ drittijiet għall-pagament fil-każ ta’ frazzjonijiet ta’ drittijiet għall-pagament u kriterji għall-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament skont l-użu tar-riżerva nazzjonali u għall-bdiewa li ma applikawx għall-appoġġ fl-2011.

24. Biex tkun żgurata l-ġestjoni tajba ta’ drittijiet għall-pagamenti, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-adozzjoni ta’ regoli għad-dikjarazzjoni u l-attivazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament.

25. Fir-rigward tal-qanneb, għandhom jinżammu miżuri speċifiċi biex ikun żgurat li prodotti tal-uċuħ tar-raba’ illegali ma jkunux jistgħu jinħbew qalb il-prodotti tal-uċuħ tar-raba' eliġibbli għall-pagament bażiku, u b’hekk tintlaqat b’mod ħażin l-organizzazzjoni tas-suq komuni tal-qanneb. Għalhekk, il-pagamenti għandhom ikomplu jingħataw biss għal żoni miżrugħin b’varjetajiet ta’ qanneb li joffru ċerti garanziji fir-rigward tal-kontenut ta’ sustanzi psikotropiċi. Biex tippreserva s-saħħa pubblika, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-adozzjoni ta’ regoli li jagħmlu l-għoti ta’ pagamenti suġġett għall-kundizzjoni ta’ użu ta’ żrieragħ iċċertifikati ta’ ċerti varjetajiet ta’ qanneb u li jistabbilixxu l-proċedura għad-determinazzjoni ta’ varjetajiet ta’ qanneb u għall-verifika tal-kontenut ta’ tetraidrokannabinol tagħhom.

26. Wieħed mill-objettivi tal-PAK il-ġdida huwa t-titjib ta’ prestazzjoni ambjentali permezz ta’ komponent ta’ “titjib ekoloġiku” obbligatorju ta’ pagamenti diretti li għandu jkun ta’ appoġġ għal prattiki agrikoli li jkunu ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent applikabbli mal-Unjoni kollha. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw parti mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għal pagamenti diretti biex jagħtu pagament annwali flimkien mal-pagament bażiku, għal prattiki obbligatorji li għandhom ikunu segwiti mill-bdiewa li jindirizzaw, bħala prijorità, miri ta’ politika kemm dwar il-klima kif ukoll l-ambjent. Dawk il-prattiki għandhom jieħdu l-għamla ta’ azzjonijiet sempliċi, ġeneralizzati, mhux kuntrattwali u annwali li jmorru lil hinn mill-kundizzjonalità u għandhom rabta mal-agrikoltura bħad-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’, il-manutenzjoni ta’ bwar permanenti u żoni ta’ fokus ekoloġiku. In-natura obbligatorja ta’ dawn il-prattiki għandha tinteressa wkoll lill-bdiewa li l-impriżi tagħhom ikunu għalkollox jew parzjalment f’żoni ta’ “Natura 2000” koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa[19] u bid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi[20], sakemm dawn il-prattiki jkunu kompatibbli mal-objettivi ta’ dawk id-Direttivi. Il-bdiewa li jħarsu b’mod sħiħ il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91[21] għandhom jibbenefikaw mill-komponent ta’ “titjib ekoloġiku” mingħajr ma jħarsu kull obbligu ieħor, meta jitqiesu l-benefiċċji ambjentali rikonoxxuti tas-sistemi ta’ biedja organika. In-nuqqas ta’ ħarsien tal-komponent ta’"titjib ekoloġiku" għandu jwassal għal penalitajiet abbażi tal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR].

27. Biex ikun żgurat li l-obbligi msemmija fil-miżura dwar id-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ jkunu applikati b’mod proporzjonat u mhux diskriminatorju u li jwassal għal titjib fil-protezzjoni tal-ambjent, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-adozzjoni tad-definizzjoni "uċuħ tal-tar-raba’" u għar-regoli rigward l-applikazzjoni tal-miżura.

28. Biex ikun żgurat li l-art taħt bwar permanenti tinżamm bħala tali mill-bdiewa, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-adozzjoni ta’ regoli dwar l-applikazzjoni tal-miżura.

29. Biex tkun żgurata l-implimentazzoni tal-miżura dwar erjas b’fokus ekoloġiku b’mod effikaċi u koerenti, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifitajiet tal-Istati Membri, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini ta' aktar definizzjoni tat-tipi ta' erjas b'fokus ekoloġiku msemmija skont dik il-miżura u ż-żieda u d-definizzjoni ta' tipi oħra ta' erjas b'fokus ekoloġiċi li jistgħu jitqiesu biex jiġi rispettat il-perċentwali msemmi f’dik il-miżura.

30. Biex issir promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli tal-agrikoltura f’żoni b’restrizzjonijiet naturali speċifiċi, l-Istati Membri għandhom ikun jistgħu jużaw parti mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għall-pagamenti diretti biex jagħtu pagament annwali abbażi tal-erja flimkien mal-pagament bażiku, lill-bdiewa kollha li joperaw f’żoni bħal dawn. Dak il-pagament ma għandux jissostitwixxi l-appoġġ mogħti taħt programmi ta' żvilupp rurali u ma għandux jingħata lil bdiewa f'żoni li ġew allokati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)[22] iżda li ma ġewx magħżula skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali minn-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)[23] [RDR].

31. Il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attività ekonomika ġdida fis-settur agrikolu minn bdiewa żgħażagħ hija ta’ sfida finanzjarjament u tikkostitwixxi element li għandu jitqies fl-allokazzjoni u fl-identifikazzjoni ta’ pagamenti diretti. Dan l-iżvilupp huwa essenzjali għall-kompetittività tas-settur agrikolu fl-Unjoni u, għal dik ir-raġuni, għandu jkun stabbilit appoġġ għad-dħul għall-bdiewa żgħażagħ li jkunu qed jibdew l-attivitajiet agrikoli tagħhom biex ikun iffaċilitat it-twaqqif inizjali tal-bdiewa żgħażagħ u jsir l-aġġustament strutturali tal-azjendi tagħhom wara t-twaqqif inizjali. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw parti mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għall-pagamenti diretti biex jagħu pagament annwali abbażi tal-erja, flimkien mal-pagament bażiku, lill-bdiewa żgħażagħ. Dak il-pagament għandu jingħata matul perjodu massimu ta’ ħames snin, minħabba li għandu jkopri biss il-perjodu inizjali tan-negozju u ma għandux isir għajnuna operattiva.

32. Biex tkun garantita l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji u biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni fosthom, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tad-definizzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom persuna ġuridika tista’ titqies eleġibbli biex tirċievi l-pagament għall-bdiewa żgħażagħ, b’mod partikolari l-applikazzjoni tal-limitu tal-età għal persuna fiżika waħda jew aktar li qed tipparteċipa/jipparteċipaw f’isem il-persuna ġuridika.

33. L-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw parti mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għal pagamenti diretti għal appoġġ akkoppjat f’ċerti setturi f’każijiet definiti b’mod ċar. Ir-riżorsi li jistgħu jintużaw għal kwalunkwe appoġġ akkoppjat għandhom ikunu limitati għal livell xieraq, waqt li appoġġ bħal dan jitħalla jingħata fl-Istati Membri jew fir-reġjuni speċifiċi tagħhom li jħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjonijiet partikolari, fejn tipi speċifiċi ta’ biedja jew setturi agrikoli speċifiċi jkunu partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi, ambjentali u/jew soċjali. L-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw sa 5 % mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għal dan l-appoġġ, jew 10 % fil-każ li l-livell tagħhom ta’ appoġġ akkoppjat f’sena waħda mis-snin tal-perjodu mill-2010 sal-2013 ikun aktar minn 5 %. Madankollu, f’każijiet ġustifikati kif imiss fejn jintwerew ċerti ħtiġijiet sensittivi f’reġjun, u wara approvazzjoni mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw aktar minn 10 % tal-limitu massimu nazzjonali tagħhom. L-appoġġ akkoppjat għandu jingħata biss sakemm ikun meħtieġ biex jinħoloq inċentiv biex jinżammu l-livelli attwali ta’ produzzjoni f’dawk ir-reġjuni. Dan l-appoġġ għandu wkoll ikun disponibbli għall-bdiewa li jkollhom, fil-31 ta’ Diċembru 2013, drittijiet speċjali għall-pagamenti allokati skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament (KE) Nru 73/2009 u li ma jkollhomx ettari eliġibbli għall-attivazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament. Fir-rigward tal-approvazzjoni tal-appoġġ akkoppjat volontarju li jkun aktar minn 10 % tal-limitu massimu nazzjonali ffissat għal kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa biex tadotta atti ta' implimentazzjoni mingħajr ma tapplika r-Regolament (UE) Nru 182/2011.

34. Biex tiżgura l-użu effiċjenti u mmirat tal-fondi tal-Unjoni u biex ikun evitat li jsir finanzjament doppju taħt strumenti ta’ appoġġ simili, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tad-definizzjoni tal-adozzjoni ta’ regoli dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ appoġġ akkoppjat volontarju u ta’ regoli dwar il-konsistenza tagħhom ma' miżuri oħra tal-Unjoni u dwar l-akkumulazzjoni tal-appoġġ.

35. Fir-rigward ta’ appoġġ lis-settur tal-qoton, skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 kienet tqieset meħtieġa dik il-parti tiegħu li kompla jkollha rabta mal-kultivazzjoni tal-qoton permezz ta’ pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ għal kull ettaru eliġibbli biex ikun żgurat li ma jkunx hemm riskju ta’ tfixkil fil-produzzjoni fir-reġjuni li jipproduċu l-qoton, filwaqt li tqiesu l-fatturi kollha li jinfluwenzaw din l-għażla. Din l-għażla għandha tinżamm skont l-objettivi stabbiliti fil-Protokoll Nru 4 dwar il-qoton mehmuż mal-Att ta’ Adeżjoni tal-1979.

36. Biex tkun żgurata l-applikazzjoni effikaċi tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-adozzjoni ta’ regoli u kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-art u l-varjetajiet fir-rigward tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton u ta' regoli dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' dak il-pagament speċifiku, dwar ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà u l-prassi agronomika, dwar il-kriterji għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali, dwar l-obbligi għall-produtturi u dwar is-sitwazzjoni fejn l-organizzazjoni interprofessjonali ma tirrispettax dawk il-kriterji.

37. Il-Kapitolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 637/2008 tat-23 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u li jistabbilixxi programmi ta’ ristrutturazzjoni nazzjonali għas-settur tal-qoton[24] ipprovda li kull Stat Membru li jipproduċi l-qoton għandu, jew kull erba’ snin u għall-ewwel darba sal-1 ta’ Jannar 2009, jippreżenta lill-Kummissjoni abbozz ta’ programm ta’ ristrutturar ta’ erba’ snin, jew jippreżenta lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2009, abbozz wieħed ta’ programm ta’ ristrutturar modifikat li jdum tmien snin. L-esperjenza wriet li r-ristrutturar tas-settur tal-qoton ikun servut aħjar permezz ta’ miżuri oħra, inklużi dawk ta’ programmar ta’ żvilupp rurali ffinanzjat skont ir-Regolament (UE) Nru […] [RDR], li jkun jippermetti wkoll għal koordinazzjoni akbar ma’ miżuri f’setturi oħra. Madankollu, għandhom jitħarsu d-drittijiet miksuba u l-aspettattivi leġittimi ta’ impriżi diġà involuti fi programmi ta’ ristrutturar. Għalhekk, il-programmi li għaddejjin ta’ erba’ u tminn snin għandhom ikunu jistgħu jkomplu sat-tmiem tagħhom. Fl-aħħar ta' dak il-perjodu, madankollu, il-programmi għandhom jiġu terminati. Il-fondi disponibbli mill-programi ta' erba' snin wara jkunu jistgħu jiġu integrati fil-fondi disponibbli tal-Unjoni għal miżuri taħt l-iżvilupp rurali mill-2014. Il-fondi disponibbli wara tmiem il-programmi ta’ tmien snin ma jkunux utli għal programmi ta’ żvilupp rurali fl-2018 meta jitqies il-perjodu ta’ programmar, u jistgħu, għalhekk, ikunu aktar utli jekk ikunu ttrasferiti għal skemi ta' appoġġ skont dan ir-Regolament, kif diġà pprovdut fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008. Ir-Regolament (KE) Nru 637/2008 ma għandux, għalhekk, jintuża aktar mill-1 ta’ Jannar 2014 jew mill-1 ta’ Jannar 2018 fir-rigward tal-Istati Membri li, rispettivament, ikollhom programmi ta’ erba’ jew tmien snin. Ir-Regolament (KE) Nru 637/2008 għandu għalhekk jitħassar.

38. Għandha tiġi stabbilita skema sempliċi u speċifika għall-bdiewa żgħażagħ biex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi marbuta mal-ġestjoni u l-kontroll tal-appoġġ dirett. Għal dak il-għan, għandu jkun stabbilit ħlas ta’ ammont f’daqqa li jissostitwixxi l-pagamenti diretti kollha. Għandhom jiddaħħlu regoli ta’ simplifikazzjoni tal-formalitajiet biex jitnaqqsu, fost affarijiet oħra, l-obbligi imposti fuq il-bdiewa żgħar bħal dawk relatati mal-applikazzjoni għall-appoġġ, ma’ prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent, ma’ kundizzjonalità u ma’ kontrolli kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru [...] [HZR], mingħajr ma jkun hemm periklu għall-kisba tal-objettivi globali tar-riforma, hekk kif jinftiehem li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kif imsemmija fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR] tapplika għall-bdiewa żgħar. L-objettiv ta’ dik l-iskema għandu jkun li tappoġġa l-istruttura agrikola eżistenti tal-azjendi agrikoli żgħar fl-Unjoni mingħajr ma tmur kontra l-iżvilupp lejn strutturi aktar kompetittivi. Għal dik ir-raġuni, l-aċċess għall-iskema għandu jkun limitat għall-impriżi eżistenti.

39. Biex ikunu protetti d-drittijiet tal-bdiewa, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-adozzjoni ta' regoli dwar il-parteċipazzjoni fl-iskema għall-bdiewa żgħar fejn is-sitwazzjoni tal-bidwi parteċipanti tinbidel.

40. Fl-interess tas-simplifikazzjoni u biex titqies is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-pagamenti diretti f’dawk ir-reġjuni għandhom ikunu mmaniġġati fil-programmi ta’ appoġġ stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 247/2006. Bħala konsegwenza, id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament relatati mal-iskema ta’ pagament bażiku u ma’ pagamenti relatati u ma’ appoġġ akkoppjat ma għandhomx japplikaw għal dawk ir-reġjuni.

41. Huma meħtieġa notifikazzjonijiet mingħand l-Istati Membri għall-fini ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u għall-fini tal-monitoraġġ, l-analiżi u l-ġestjoni ta’ pagamenti diretti. Biex tkun żgurata l-applikazzjoni tajba tar-regoli li jinsabu f’dan ir-Regolament, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-adozzjoni tal-miżuri neċessarji dwar in-notifikazzjonijiet li għandhom isiru mill-Istati Membri jew għall-fini tal-verifika, il-kontroll, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-awditjar ta' pagamenti diretti, l-implimentazzjoni ta' ftehimiet internazzjonali, inklużi r-rekwiżiti ta' notifika skont dawk il-ftehimiet u ta' regoli li jistipulaw in-natura u t-tip ta' informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata, dwar il-metodi ta' notifikazzjoni u dwar id-drittijiet ta’ aċċess għall-informazzjoni jew is-sistemi ta’ informazzjoni u dwar il-kundizzjonijiet u l-mezzi ta' pubblikazzjoni tal-informazzjoni.

42. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dejta bħal din, b’mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data [dejta] personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data [dejta][25] u r-Regolament (KE) Nru 2001/45 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data [dejta] personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data [dejta][26] huma applikabbli.

43. Bil-ħsieb li tissaħħaħ il-politika tal-iżvilupp rurali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jittrasferixxu fondi mil-limitu massimu tagħhom tal-pagamenti diretti għall-appoġġ assenjat għall-iżvilupp rurali. Fl-istess ħin, l-Istati Membri fejn il-livell ta’ appoġġ dirett għadu aktar baxx minn 90 % tal-livell medju ta' appoġġ tal-Unjoni għandhom jingħataw il-possibbiltà li jittrasferixxu fondi mill-appoġġ tagħhom assenjat għall-iżvilupp rurali għal-limitu massimu tagħhom tal-pagamenti diretti. Dawn it-tipi ta’ għażliet għandhom isiru darba u għall-perjodu kollu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fi ħdan ċerti limiti.

44. Biex tkun żgurata tranżizzjoni mingħajr diffikultajiet mill-arranġamenti pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-adozzjoni tal-miżuri meħtieġa biex ikunu protetti d-drittijiet miksuba u l-aspettattivi leġittimi tal-bdiewa.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

WERREJ

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 2

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA 2

2. RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TAL-IMPATT 5

3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA 7

4. IMPLIKAZZJONI TAL-BAĠIT 9

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni 10

TITOLU I KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET 25

TITOLU II DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR PAGAMENTI DIRETTI 28

KAPITOLU 1 Regoli komuni dwar il-pagamenti diretti 28

KAPITOLU 2 Dispożizzjonijiet li japplikaw għall-Bulgarija u għar-Rumanija 32

TITOLU III SKEMA TA’ PAGAMENT BAŻIKU U PAGAMENTI RELATATI 33

KAPITOLU 1 Skema ta’ pagament bażiku 33

Taqsima 1: Stabbiliment tal-iskema ta’ pagament bażiku 33

Taqsima 2: Riżerva nazzjonali 37

Taqsima 3: Implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku 38

KAPITOLU 2 Pagament għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent 41

KAPITOLU 3 Pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali 44

KAPITOLU 4 Pagament lill-bdiewa żgħażagħ 45

TITOLU IV GĦAJNUNA AKKOPPJATA 47

KAPITOLU 1 Appoġġ akkoppjat volontarju 47

KAPITOLU 2 Pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton 50

TITOLU V Skema għall-bdiewa żgħar 53

TITOLU VI programmi nazzjonali ta’ ristrutturar għas-settur tal-qoton 56

TITOLU VII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI 56

KAPITOLU 1 Notifikazzjonijiet u emerġenza 56

KAPITOLU 2 Delega ta’ setgħat u dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni 58

KAPITOLU 3 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali 59

ANNESS I Lista ta’ skemi ta’ appoġġ 61

ANNESS II Limiti massimi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 6 62

ANNESS III Limiti massimi netti msemmijin fl-Artikolu 7 64

ANNESS IV Koeffiċjenti li għandhom ikunu applikati skont l-Artikolu 10(1) 66

ANNESS V Dispożizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għall-Bulgarija u għar-Rumanija msemmijin fl-Artikoli 16 u 17 67

ANNESS VI Daqs medju ta’ impriża agrikola li għandu jkun applikat skont l-Artikolu 36(5) 68

ANNESS VII TABELLA TA’ KORRELAZZJONI 69

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 77

TITOLU I KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

L-Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi:

(a) regoli komuni dwar il-pagamenti mogħtija direttament lill-bdiewa skont l-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I (minn issa 'l quddiem imsejħa ‘pagamenti diretti’)

(b) regoli speċifiċi dwar:

(i) pagament bażiku għall-bdiewa (minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘skema ta’ pagament bażiku’);

(ii) pagament għall-bdiewa li jħarsu prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent;

(iii) pagament volontarju għall-bdiewa f’żoni b’restrizzjonijiet naturali;

(iv) pagament għall-bdiewa żgħażagħ li jibdew l-attività agrikola tagħhom;

(v) skema ta’ appoġġ akkoppjat volontarju;

(vi) pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton;

(vii) skema ssimplifikata għall-bdiewa żgħar;

(viii) qafas biex il-Bulgarija u r-Rumanija jkunu jistgħu jikkumplimentaw pagamenti diretti.

L-Artikolu 2

Emenda għall-Anness I

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 għall-fini tal-adattament tal-lista ta’ skemi ta’ appoġġ stipulata fl-Anness I.

L-Artikolu 3

Applikazzjoni għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u għall-gżejjer minuri tal-Eġew

L-Artikolu 11 ma għandux japplika għar-reġjuni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat, minn issa 'l quddiem imsejħa bħala "reġjuni l-aktar imbiegħda" u għall-pagamenti diretti mogħtija fil-gżejjer minuri tal-Eġew skont ir-Regolament (KE) Nru 1405/2006.

It-Titoli III, IV u V ma għandhomx japplikaw għar-reġuni l-aktar imbiegħda.

L-Artikolu 4

Definizzjonijiet

1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) "bidwi" tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, ikun x’ikun l-istatus legali mogħti lill-grupp u lill-membri tiegħu fil-liġi nazzjonali, li l-impriża tiegħu/tagħhom tkun fit-territorju tal-Unjoni, kif iddefinit fl-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikoli 349 u 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u li jeżerċita attività agrikola;

(b) "impriża" tfisser l-unitajiet kollha użati għall-attivitajiet agrikoli mmexxija minn bidwi li jinsabu fit-territorju tal-istess Stat Membru;

(c) "attività agrikola" tfisser:

- it-trobbija jew it-tkabbir ta' prodotti agrikoli inklużi l-ħsad, it-taħlib, it-trobbija tal-annimali u ż-żamma tal-annimali għall-finijiet ta’ biedja,

- iż-żamma ta’ żona agrikola fi stat li jagħmilha tajba għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni mingħajr ebda azzjoni partikolari li tmur lil hinn mill-metodi agrikoli u makkinarji tradizzjonali, jew

- it-twettiq ta’ attività minima li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri fuq żoni agrikoli li huma miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni;

(d) "prodotti agrikoli" tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd, kif ukoll il-qoton;

(e) "żona agrikola" tfisser kull żona meħuda minn raba’ li jinħarat, bwar permanenti jew uċuħ tar-raba’ permanenti;

(f) "raba'" tfisser art li hija kkultivata għall-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’ jew żoni disponibbli għall-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’ iżda li hija mistrieħa, inklużi żoni mwarrba skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru [...] [RDR], irrispettivament jekk l-art tinsabx taħt serer jew taħt kopertura fissa jew mobbli;

(g) "uċuħ tar-raba’" permanenti" tfisser uċuħ tar-raba’ li mhumiex taħt sistema ta’ rotazzjoni ħlief bwar permanenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew iżjed u jagħtu ħsad repetut, inklużi mixtliet, u msaġar b’rotazzjoni qasira;

(h) "bwar permanenti" tfisser art użata biex jitkabbru ħxejjex jew foraġġ erbaċew ieħor b’mod naturali (jitilgħu waħedhom) jew permezz ta’ kultivazzjoni (jinżergħu) u li ma jkunux inklużi fir-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ tal-impriża għal ħames snin jew aktar; jistgħu jinkudu speċijiet oħrajn tajbin għar-ragħa sakemm il-ħxejjex u foraġġ erbaċew ieħor jibqgħu predominanti.

(i) "ħxejjex jew foraġġ erbaċew ieħor" tfisser il-pjanti kollha erbaċej tradizzjonalment misjuba f’mergħat naturali u normalment inklużi f’taħlitiet ta’ żrieragħ għall-mergħat jew meded tal-art għar-ragħa fl-Istat Membru (kemm jekk jintużaw għall-annimali li jirgħu jew le).

(j) "mixtliet" tfisser iż-żoni li ġejjin ta’ pjanti li għadhom żgħar tal-għuda (għudin) li jitkabbru fil-mifuħ biex wara jinqalgħu u jitħawlu band’oħra:

- mixtliet ta’ dwieli u għeruq;

- mixtliet ta’ siġar tal-frott u frott tal-bosk;

- mixtliet ornamentali;

- mixtliet kummerċjali ta’ siġar tal-foresti (esklużi dawk għar-rekwiżiti tal-impriża stess imkabbra f’art imsaġġra);

- siġar u sġajriet biex jitħawlu f’ġonna, parks, mat-toroq u fuq ċnut (pereżempju pjanti ta’ sġajriet li jagħmlu sies, siġar tal-ward u sġajriet ornamentali oħrajn, koniferi ornamentali), inklużi fil-każijiet kollha z-zkuk tagħhom u n-nebbieta żgħar.

(k) "msajġar ta’ rotazzjoni qasira" tfisser żoni mħawlin b’dawk l-ispeċijiet ta’ siġar tal-kodiċi NM 06029041 li għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri, li jkunu magħmulin minn uċuħ tar-raba’ għudin, perenni, mir-riżomi jew mill-għeruq li jifdal fl-art wara l-ħsad, b’rimjiet ġodda li joħorġu fl-istaġun ta’ wara u b’ċiklu ta’ ħsad massimu li għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri.

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 tat-Trattat għall-finijiet ta’:

(a) l-istipular ta’ aktar definizzjonijiet dwar l-aċċess għall-appoġġ skont dan ir-Regolament;

(b) l-istabbiliment ta’ qafas li fih l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-attivitajiet minimi li għandhom jitwettqu f’żoni li jinżammu fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni;

(c) l-istabbiliment tal-kriterji li għandhom jintlaħqu mill-bdiewa biex ikun meqjus li rrispettaw l-obbligu taż-żamma taż-żona agrikola fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1(c);

(d) l-istabbiliment tal-kriterji li jiddeterminaw il-predominanza tal-ħxejjex u foraġġ erbaċew ieħor għall-fini tal-paragrafu 1(h).

TITOLU II DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR PAGAMENTI DIRETTI

KAPITOLU 1 Regoli komuni dwar il-pagamenti diretti

L-Artikolu 5

Finanzjament tal-pagamenti diretti

L-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandhom ikunu ffinanzjati skont l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR].

L-Artikolu 6

Limiti massimi nazzjonali

1. Għal kull Stat Membru u għal kull sena, il-limitu massimu nazzjonali li jkun jinkludi l-valur totali tad-drittijiet allokati kollha, tar-riżerva nazzjonali u tal-limiti massimi ffissati skont l-Artikoli 33, 35, 37 u 39 għandu jkun kif stabbilit fl-Anness II.

2. Biex tqis l-iżviluppi relatati mal-ammonti massimi totali ta’ pagamenti diretti li jistgħu jingħataw, inklużi dawk li jirriżultaw mid-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 għall-fini tar-reviżjoni tal-limiti massimi nazzjonali stabbiliti fl-Anness II.

L-Artikolu 7

Limiti massimi netti

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, l-ammont totali tal-pagamenti diretti li jistgħu jingħataw fi Stat Membru skont it-Titoli III, IV u V fir-rigward ta’ sena kalendarja, wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 11, ma għandux ikun ogħla mil-limiti massimi stipulati fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Biex ikun evitat li l-ammont totali ta’ pagamenti diretti jkun ogħla mil-limiti massimi stabbiliti fl-Anness III, l-Istati Membri għandhom iwettqu tnaqqis lineari fl-ammonti tal-pagamenti diretti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pagamenti diretti mogħtija skont ir-Regolamenti (KE) Nru 247/2006 u (KE) Nru 1405/2006.

2. Għal kull Stat Membru u għal kull sena, il-prodott stmat ta’ limitu massimu kif imsemmi fl-Artikolu 11, li jkun rifless fid-differenza bejn il-limiti massimi nazzjonali stabbiliti fl-Anness II, li magħhom jiżdied l-ammont disponibbli skont l-Artikolu 44, u l-limiti massimi netti stabbiliti fl-Anness III, isir disponibbli bħala appoġġ tal-Unjoni għal miżuri skont programmar ta’ żvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru [...] [RDR].

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 għall-fini tar-reviżjoni tal-limiti massimi stipulati fl-Annessi III.

L-Artikolu 8

Dixxiplina finanzjarja

1. Ir-rata ta’ aġġustament iddeterminata skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru [...] (HZR) għandha tapplika biss għall-pagamenti diretti li jkunu aktar minn EUR 5 000 li għandhom jingħataw lill-bdiewa fis-sena kalendarja korrispondenti.

2. Fil-qafas tal-introduzzjoni gradwali ta’ pagamenti diretti kif imsemmi fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika għall-Bulgarija u r-Rumanija mill-1 ta’ Jannar 2016.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar regoli għall-bażi tal-kalkolu tat-tnaqqis li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri lill-bdiewa skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

L-Artikolu 9

Bidwi attiv

1. Ma għandu jingħata ebda pagament dirett lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew lil gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, fejn japplika wieħed minn dawk li ġejjin:

(a) l-ammont annwali tal-pagamenti diretti huwa inqas minn 5 % tal-irċevuti totali li nkisbu minn attivitajiet mhux agrikoli fis-sena fiskali l-aktar riċenti; jew

(b) iż-żoni agrikoli tagħhom huma fil-biċċa l-kbira żoni miżmuma b'mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni u ma jwettqux l-attività minima stabbilita mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4(1)(c) f'dawk iż-żoni.

2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-bdiewa li jkunu rċevew anqas minn EUR 5 000 f’pagamenti diretti għas-sena ta’ qabel.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 tat-Trattat għall-finijiet tal-istipular ta’:

(a) kriterji biex jiġi stabbilit l-ammont ta’ pagamenti diretti rilevanti għall-fini tal-paragrafi 1 u 2, b’mod partikolari fl-ewwel sena tal-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti fejn il-valur tad-drittijiet għall-pagamenti għadu mhux stabbilit b'mod definittiv kif ukoll għall-bdiewa żgħażagħ;

(b) eċċezzjonijiet mir-regola li l-irċevuti matul l-aktar sena fiskali riċenti għandhom jitqiesu meta dawk iċ-ċifri mhumiex disponisbbli; u

(c) kriterji biex jiġi stabbilit meta ż-żona agrikola ta’ bidwi għandha titqies bħala żona li prinċipalment hija miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni.

L-Artikolu 10

Rekwiżiti minimi biex wieħed jirċievi pagamenti diretti

1. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu li ma jagħtux pagamenti diretti lil bidwi f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) fejn l-ammont totali ta’ pagamenti diretti mitlub jew li jkun imissu jingħata qabel it-tnaqqis u l-esklużjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR] f’sena kalendarja partikolari jkun anqas minn EUR 100;

(b) fejn l-erja eliġibbli tal-impriża li għaliha jintalbu pagamenti diretti jew li jkun imisshom jingħataw qabel it-tnaqqis u l-esklużjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR] tkun anqas minn ettaru.

Biex iqisu l-istruttura tal-ekonomiji agrikoli tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw il-livelli limitu msemmijin fil-punti (a) u (b) fil-limiti stabbiliti fl-Anness IV.

2. Fejn bdiewa li jirċievu l-appoġġ akkoppjat relatat ma’ annimali msemmija fit-Titolu IV jkollhom anqas ettari mil-livell limitu magħżul minn Stat Membru għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, dak l-Istat Membru għandu japplika l-punt (a) tal-paragrafu 1.

3. L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 1 fir-reġjuni l-aktar imbiegħda u fil-gżejjer minuri tal-Eġew.

4. Fil-Bulgarija u fir-Rumanija, għas-snin 2014 u 2015, l-ammont mitlub jew li jkun imissu jingħata kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat abbażi tal-ammont stabbilit fl-Anness V.A għas-sena korrispondenti .

L-Artikolu 11

Tnaqqis progressiv u l-limitu massimu tal-pagament

1. L-ammont ta’ pagamenti diretti li għandu jingħata lil bidwi skont dan ir-Regolament f'sena kalendarja partikolari għandu jitnaqqas kif ġej:

- b’20 % għas-segment ta’ aktar minn EUR 150,000 u sa EUR 200,000;

- b’40 % għas-segment ta’ aktar minn EUR 200,000 u sa EUR 250,000;

- b’70 % għas-segment ta’ aktar minn EUR 250,000 u sa EUR 300,000;

- b’100 % għas-segment ta’ aktar minn EUR 300 000.

2. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat billi jitnaqqsu s-salarji effettivament imħallsin u ddikjarati mill-bidwi fis-sena ta’ qabel, inklużi taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali relatati mal-impjiegi, mill-ammont totali ta’ pagamenti diretti dovuti inizjalment lill-bidwi mingħajr ma jitqiesu l-pagamenti li għandhom jingħataw skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ebda pagament ma jingħata lill-bdiewa li dwarhom ikun stabbilit li, mid-data tal-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal dan ir-Regolament, ikunu ħolqu artifiċjalment il-kundizzjonijiet biex ikunu evitati l-effetti ta’ dan l-Artikolu.

L-Artikolu 12

Talbiet multipli

L-erja li tkun taqbel mal-għadd ta’ ettari eliġibbli li fir-rigward tagħha tkun saret applikazzjoni għal pagament bażiku minn bidwi skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III, tista’ tkun is-suġġett ta’ applikazzjoni għal kwalunkwe pagament dirett ieħor, kif ukoll għal kwalunkwe għajnuna oħra mhux koperta b'dan ir-Regolament, ħlief kif espliċitament imsemmi xort’oħra f’dan ir-Regolament.

L-Artikolu 13

Għajnuna mill-Istat

B’deroga mill-Artikolu 146(1) tar-Regolament [sCMO], l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat ma għandhomx japplikaw għal pagamenti magħmulin mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament u b’konformità miegħu.

L-Artikolu 14

Flessibbiltà bejn il-pilastri

1. Qabel l-1 ta’ Awwissu 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli appoġġ addizzjonali għal miżuri skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru [...] [RDR], sa 10 % tal-limiti nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji mill-2014 sal-2019 kif stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament. B’riżultat ta’ dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa’ disponibbli għall-għoti tal-pagamenti diretti.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni sad-data msemmija f’dak is-subparagrafu.

Il-perċentwali nnotifikat skont it-tieni subparagrafu għandu jkun l-istess għas-snin imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

2. Qabel l-1 ta’ Awwissu 2013, il-Bulgarija, l-Estonja, il-Finlandja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti skont dan ir-Regolament, sa 5 % tal-ammont allokkat bħala appoġġ għall-miżuri skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR għall-perjodu 2015-2020 kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru [...] [RDR]. B’riżultat ta’ dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa’ disponibbli għall-miżuri ta’ appoġġ skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni sad-data msemmija f’dak is-subparagrafu.

Il-perċentwali nnotifikat skont it-tieni subparagrafu għandu jkun l-istess għas-snin imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

L-Artikolu 15

Reviżjoni

L-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ reviżjoni f’kull żmien fid-dawl tal-iżviluppi ekonomiċi u s-sitwazzjoni baġitarja.

KAPITOLU 2 Dispożizzjonijiet li japplikaw għall-Bulgarija u għar-Rumanija

L-Artikolu 16

Introduzzjoni gradwali ta’ pagamenti diretti

Fil-Bulgarija u fir-Rumanija, il-limiti massimi nazzjonali għall-pagamenti msemmija fl-Artikoli 33, 35, 37, 39 u 51fl-2014 u fl-2015 għandhom ikunu stabbiliti abbażi tal-ammonti stipulati fl-Anness V.A.

L-Artikolu 17

Pagamenti diretti nazzjonali kumplimentari u pagamenti diretti

1. Fl-2014 u fl-2015, il-Bulgarija u r-Rumanija jistgħu jużaw pagamenti diretti nazzjonali biex jikkumplimentaw pagamenti mogħtija skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III u, fil-każ tal-Bulgarija, biex tikkumplimenta wkoll pagamenti mogħtija skont il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton imsemmi fil-Kapitolu 2 tat-Titolu IV.

2. L-ammont totali ta’ pagamenti diretti nazzjonali kumplimentari għall-iskema ta’ pagament bażiku li jista’ jingħata fl-2014 u fl-2015 ma għandux ikun aktar mill-ammonti stipulati fl-Anness V.B għal kull waħda minn dawn is-snin.

3. Għall-Bulgarija, l-ammont totali ta’ pagamenti diretti nazzjonali kumplimentari għall-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton ma għandux ikun aktar mill-ammonti stipulati fl-Anness V .C għal kull waħda mis-snin imsemmija f’dak l-Anness.

4. Il-pagamenti diretti nazzjonali kumplimentari għandhom jingħataw skont kriterji oġġettivi u b’mod li jkun żgurat trattament indaqs bejn il-bdiewa u li jkun evitat tagħwiġ tas-suq u tal-kompetizzjoni.

TITOLU III SKEMA TA’ PAGAMENT BAŻIKU U PAGAMENTI RELATATI

KAPITOLU 1 Skema ta’ pagament bażiku

TAQSIMA 1: STABBILIMENT TAL-ISKEMA TA’ PAGAMENT BAżIKU

L-Artikolu 18

Drittijiet għall-pagament

1. L-appoġġ skont l-iskema ta’ pagament bażiku għandu jkun disponibbli għall-bdiewa jekk huma jiksbu drittijiet għall-pagament skont dan ir-Regolament permezz tal-ewwel allokazzjoni skont l-Artikolu 21, mir-riżerva nazzjonali skont l-Artikolu 23 jew permezz ta’ trasferiment skont l-Artikolu 27.

2. Id-drittijiet għall-pagament miksubin skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2013.

L-Artikolu 19

Limitu massimu għall-iskema ta’ pagament bażiku

1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament bażiku billi jitnaqqsu mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II l-ammonti annwali li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikoli 33, 35, 37 u 39. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

2. Għal kull Stat Membru u għal kull sena, il-valur totali tad-drittijiet kollha għall-pagamenti allokati u tar-riżerva nazzjonali għandu jkun ugwali għal-limitu massimu nazzjonali rispettiv adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.

3. F’każ ta’ modifika tal-limitu massimu adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 kif imqabbel mas-sena ta’ qabel, Stat Membru għandu b’mod lineari inaqqas jew iżid il-valur tad-drittijiet kollha għall-pagament biex tkun żgurata konformità mal-paragrafu 2.

L-Artikolu 20

Allokazzjoni reġjonali tal-limiti massimi nazzjonali

1. Qabel l-1 ta’ Awwissu 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw l-iskema ta’ pagament bażiku f’livell reġjonali. F’dak il-każ huma għandhom jiddefinixxu r-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħall-karatteristiċi agronomiċi u ekonomiċi tagħhom u l-potenzjal agrikolu reġjonali tagħhom, jew l-istruttura istituzzjonali jew amministrattiva tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jaqsmu l-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 19(1) bejn ir-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-limiti massimi reġjonali għandhom ikunu suġġetti għal modifiki progressivi annwali skont stadji annwali stabbiliti minn qabel u skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħall-potenzjal agrikolu jew il-kriterji ambjentali.

4. Sakemm ikun meħtieġ biex jitħarsu l-limiti massimi reġjonali applikabbli stabbiliti skont il-paragrafu 2 jew 3, l-Istati Membri għandhom iwettqu tnaqqis jew żieda lineari fil-valur tad-drittijiet għall-pagament f’kull wieħed mir-reġjuni tagħhom.

5. Sal-1 ta’ Awwissu 2013 l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, flimkien mal-miżuri meħuda għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3.

L-Artikolu 21

L-ewwel allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament

1. Suġġetti għall-paragrafu 2, id-drittijiet għall-pagament għandhom jiġu allokati lill-bdiewa jekk japplikaw għall-allokazzjoni għad-drittijiet għall-pagament taħt l-iskema ta’ pagament bażiku sal-15 ta’ Mejju 2014 ħlief fil-każ ta’ force majeure u ċirkustanzi eċċezzjonali.

2. Il-bdiewa li, fl-2011, attivaw tal-inqas dritt għall-pagament wieħed taħt l-iskema ta' pagament uniku jew talbu appoġġ taħt l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, it-tnejn li huma skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jirċievu drittijiet għall-pagament fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku sakemm huma jkunu intitolati għall-għoti ta’ pagamenti diretti skont l-Artikolu 9.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-bdiewa għandhom jirċievu drittijiet għall-pagament fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku, sakemm ikunu intitolati għall-għoti ta’ pagamenti diretti skont l-Artikolu 9, u sakemm fl-2011:

(a) ma jkunu attivaw ebda dritt taħt l-iskema ta’ pagament bażiku, iżda pproduċew b’mod esklussiv frott, ħaxix u/jew ikkultivaw vinja b’mod esklussiv;

(b) ma jkunu talbu ebda appoġġ taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja u kellhom biss art agrikola li ma kinitx f'kundizzjoni agrikola tajba fit-30 ta' Jannar 2003 kif hemm ipprovut fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Ħlief fil-każ ta’ force majeure jew ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament allokati għal kull bidwi għandu jkun ugwali għall-għadd ta’ ettari eliġibbli, skont it-tifsira tal-Artikolu 25(2), li l-bidwi jiddikjara skont l-Artikolu 26(1) għall-2014.

3. Fil-każ li parti mill-impriża jew l-impriża kollha tinbiegħ jew tinkera, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma konformi mal-paragrafu 2 jistgħu, b'kuntratt iffirmat qabel il-15 ta' Mejju 2014, jittrasferixxu d-dritt biex wieħed jirċievi d-drittijiet għall-pagament kif imsemmi fil-paragrafu 1 lil bidwi wieħed biss sakemm dan tal-aħħar ikun konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9.

4. Il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti ppreżentati fis-sena tal-allokazzjoni tad-drittijiet tal-pagamenti fejn dawk id-drittijiet tal-pagamenti jistgħu ma jkunux għadhom stabbiliti b'mod definittiv u fejn l-allokazzjoni hija affettwata minn ċirkustanzi speċifiċi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

L-Artikolu 22

Valur tad-drittijiet għall-pagament u l-konverġenza

1. Għall kull sena rilevanti, il-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagament għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali jkun diviż skont l-Artikoli 19 jew 20, wara applikazzjoni tat-tnaqqis lineari msemmi fl-Artikolu 23(1), bil-għadd ta’ drittijiet għall-pagament allokati f’livell nazzjonali jew reġjonali skont l-Artikolu 21(2) għall-2014.

2. L-Istati Membri li jkunu applikaw l-iskema ta’ pagament uniku kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 73/2009, jistgħu jillimitaw il-kalkolu tal-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagament previsti fil-paragrafu 1 għal ammont li jkun jikkorrispondi sa mhux anqas minn 40 % mil-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali stabbilit skont l-Artikoli 19 jew 20, wara applikazzjoni tat-tnaqqis lineari msemmi fl-Artikolu 23(1).

3. L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-possibbiltà pprovduta fil-paragrafu 2 għandhom jużaw il-parti tal-limitu massimu li tibqa’ wara l-applikazzjoni ta’ dak il-paragrafu biex iżidu l-valur tad-drittijiet għall-pagament f’każijiet fejn il-valur totali tad-drittijiet għall-pagament miżmum minn bidwi skont l-iskema ta’ pagament bażiku kkalkulat skont il-paragrafu 2 ikun anqas mill-valur totali tad-drittijiet għall-pagament, inklużi drittijiet speċjali, li l-bidwi kellu fil-31 ta’ Diċembru 2013, skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009. Għal dan il-għan, il-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali ta’ kull wieħed mid-drittijiet għall-pagament tal-bidwi konċernat għandu jiżdied b’sehem tad-differenza bejn il-valur totali tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku kkalkulat skont il-paragrafu 2 u l-valur totali tad-drittijiet għall-pagament, inklużi drittijiet speċjali, li l-bidwi kellu fil-31 ta’ Diċembru 2013 skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Għall-kalkolu taż-żieda, Stat Membru jista’ jqis ukoll l-appoġġ mogħti fis-sena kalendarja 2013 skont l-Artikoli 52, 53(1) u 68(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru ma jkunx iddeċieda li japplika l-appoġġ akkoppjat volontarju skont it-Titolu IV ta’ dan ir-Regolament għas-setturi rilevanti.

Għall-fini tal-ewwel sub paragrafu , bidwi jitqies li jkollu drittijiet għall-pagament fil-31 ta’ Diċembru 2013 fejn id-drittijiet għall-pagament ikunu ġew allokati jew ittrasferiti definittivament sa dik id-data.

4. Għall-finijiet tal- paragrafu 3 , Stat Membru jista’, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, jipprovdi, f’każijiet ta’ bejgħ jew għotja jew skadenza ta’ kirja sħiħa jew parti minnha ta’ żoni agrikoli wara d-data ffissata skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u qabel id-data ffissata skont l-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament, li ż-żieda, jew parti miż-żieda, fil-valur tad-drittijiet għall-pagament li jkollhom ikunu allokati lill-bidwi kkonċernat għandhom jitreġġgħu lura għar-riżerva nazzjonali fejn iż-żieda għandha twassal għal profitt mhux mistenni għall-bidwi konċernat.

Dawk il-kriterji oġġettivi għandhom ikunu stabbiliti b’mod li jkun żgurat trattament indaqs bejn il-bdiewa u biex ikun evitat tagħwiġ tas-suq u tal-kompetizzjoni u għandhom jinkludu, tal-anqas, dan li ġej:

(a) tul ta' żmien minimu għall-kirja;

(b) il-proporzjon tal-pagament riċevut li għandu jitreġġa’ lura għar-riżerva nazzjonali.

5. Mhux aktar tard mis-sena ta’ talba 2019, id-drittijiet kollha għall-pagament fi Stat Membru jew, fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20, f’reġjun, għandu jkollhom valur ta’ unità uniformi.

6. Meta jkunu applikati l-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri, waqt li jaġixxu b’konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jersqu lejn approssimazzjoni tal-valur tad-drittijiet għall-pagament f’livell nazzjonali jew reġjonali. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiffissaw il-passi li għandhom jittieħdu sal-1 ta’ Awwissu 2013. Dawk il-passi għandhom jinkludu modifiki progressivi annwali tad-drittijiet għall-pagament skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

Il-passi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni sad-data msemmija f’dak is-subparagrafu.

TAQSIMA 2: RIżERVA NAZZJONALI

L-Artikolu 23

Stabbiliment u użu tar-riżerva nazzjonali

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi riżerva nazzjonali. Għal dak il-għan, fl-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku, l-Istati Membri għandhom jipproċedu għal tnaqqis lineari tal-perċentwali tal-limitu massimu tal-iskema ta’ pagamenti f’livell nazzjonali biex jikkostitwixxu r-riżerva nazzjonali. Dan it-tnaqqis ma għandux ikun ogħla minn 3 % ħlief, jekk ikun meħtieġ, biex ikopri l-ħtiġijiet ta’ allokazzjoni stipulati fil-paragrafu 4 għas-sena 2014.

2. L-Istati Membri jistgħu jamministraw ir-riżerva nazzjonali f’livell reġjonali.

3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali skont kriterji oġġettivi u b’mod li jkun żgurat trattament indaqs bejn il-bdiewa u biex ikun evitat tagħwiġ tas-suq u tal-kompetizzjoni.

4. L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżerva nazzjonali biex jallokaw drittijiet għall-pagament, bħala kwistjoni ta’ prijorità, lill-bdiewa żgħażagħ li jibdew l-attività agrikola tagħhom.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, ‘bdiewa żgħażagħ li jibdew l-attività agrikola tagħhom’ tfisser bdiewa li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 36(2) li ma kienu jagħmlu ebda attività agrikola f’isimhom proprju u għar-riskju tagħhom infushom jew li ma kellhomx il-kontroll ta’ persuna ġuridika li kienet teżerċita attività agrikola fil-ħames (5) snin ta’ qabel il-bidu tal-attività agrikola ġdida. F’każ ta’ persuna ġuridika, il-persuna/i fiżika/ċi li jkollha/jkollhom il-kontroll tal-persuna ġuridika ma għandhiex/għandhomx tkun/ikunu għamlet/għamlu ebda attività agrikola f’isimha/isimhom proprju u għar-riskju tagħha/tagħhom stess jew kellha/kellhom il-kontroll ta’ persuna ġuridika li kienet teżerċita attività agrikola fil-ħames (5) snin ta’ qabel il-bidu tal-attività agrikola mill-persuna ġuridika.

5. L-Istati Membri jistgħu jużaw ir-riżerva nazzjonali biex:

(a) jallokaw drittijiet għall-pagament lill-bdiewa f’żoni suġġetti għal ristrutturar u/jew għal programmi ta’ żvilupp relatati ma’ għamla ta’ intervent pubbliku biex l-art ma titħalliex tkun abbandunata u/jew biex jingħata kumpens lill-bdiewa għal żvantaġġi speċifiċi f’dawk iż-żoni;

(b) iżidu b’mod lineari l-valur tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku f’livell nazzjonali jew reġjonali jekk ir-riżerva nazzjonali tkun aktar minn 3 % f’sena partikolari tkun liema tkun, bil-kundizzjoni li jibqgħu disponibbli ammonti biżżejjed għal allokazzjonijiet skont il-paragrafu 4, il-punt (a) ta' dan il-paragrafu u l-paragrafu 7.

6. Meta japplikaw il-paragrafi 4 u 5(a), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valur tad-drittijiet għall-pagament allokati lill-bdiewa abbażi tal-valur medju nazzjonali jew reġjonali ta’ drittijiet għall-pagament fis-sena ta’ allokazzjoni.

7. Fejn bidwi jkollu d-dritt jirċievi drittijiet għall-pagament jew iżid il-valur ta’ dawk eżistenti bis-saħħa ta’ deċiżjoni definittiva ta’ qorti jew bis-saħħa ta’ att amministrattiv definittiv tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, il-bidwi għandu jirċievi l-għadd u l-valur tad-drittijiet għall-pagament stabbiliti f’dik id-deċiżjoni jew f’dak l-att f’data li għandha tkun iffissata mill-Istat Membru. Madankollu, din id-data ma għandhiex tkun aktar tard mill-aħħar data għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-iskema ta’ pagament bażiku wara d-data tad-deċiżjoni tal-qorti jew tal-att amministrattiv, filwaqt li titqies l-applikazzjoni tal-Artikoli 25 u 26.

L-Artikolu 24

Riforniment tar-riżerva nazzjonali

1. Ir-riżerva nazzjonali terġa’ tkun fornuta b’ammonti li jirriżultaw minn:

(a) drittijiet għall-pagament li ma jagħtux dritt għal pagamenti matul sentejn konsekuttivi minħabba l-applikazzjoni ta’:

(i) l-Artikolu 9;

(ii) l-Artikolu 10(1).

(b) kull dritt għall-pagament li ma jkunx ġie attivat skont l-Artikolu 25 għal perjodu ta’ sentejn, ħlief fil-każ ta’ force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali;

(c) drittijiet għall-pagament volontarji li l-bdiewa jroddu lura;

(d) l-applikazzjoni tal-Artikolu 22(4).

2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri meħtieġa fir-rigward tat-treġġigħ lura ta’ drittijiet għall-pagament mhux attivati għar-riżerva nazzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

TAQSIMA 3: IMPLIMENTAZZJONI TAL-ISKEMA TA’ PAGAMENT BAżIKU

L-Artikolu 25

Attivazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament

1. L-appoġġ skont l-iskema ta’ pagament bażiku għandu jingħata lill-bdiewa mal-attivazzjoni, permezz ta’ dikjarazzjoni skont l-Artikolu 26(1), ta' dritt għall-pagament għal kull ettaru eliġibbli fl-Istat Membru fejn ikun ġie allokat. Id-drittijiet għall-pagament attivati għandhom jagħtu dritt għall-pagament annwali tal-ammonti ffissati hemmhekk, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dixxiplina finanzjarja, limitu massimu u tnaqqis progressiv, tnaqqis lineari skont l-Artikoli 7, 37(2) u 51(1), u kull tnaqqis u esklużjoni imposti skont ir-Regolament (UE) Nru [...] [HZR].

2. Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, ‘ettaru eliġibbli’ għandha tfisser:

(a) kull żona agrikola tal-impriża li tintuża għal attività agrikola jew, fejn l-erja tintuża wkoll għal attivitajiet mhux agrikoli, tintuża b’mod predominanti għal attivitajiet agrikoli; jew

(b) kull żona li tkun tat dritt għall-pagament fl-2008 skont l-iskema ta’ pagament uniku jew l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja stabbiliti, rispettivament, fit-Titolu III u fit-Titolu IV A tar-Regolament Nru (KE) 1782/2003, u li:

(i) ma tkunx għadha aktar konformi mad-definizzjoni ta’ 'ettaru eliġibbli' skont il-punt (a) bħala riżultat tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma[27] u d-Direttiva 2009/147/KE; jew

(ii) għat-tul iż-żmien li jdum l-impenn rilevanti tal-bidwi individwali, tkun saret foresta skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jew l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru […] [RDR] jew skont skema nazzjonali li l-kundizzjonijiet tagħha jkunu konformi mal-Artikolu 43(1), (2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru [...] [RDR]; jew

(iii) għat-tul ta’ żmien li jdum l-impenn rilevanti tal-bidwi individwali, titwarrab skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jew l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru [...] [RDR].

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, fejn żona agrikola ta’ impriża tintuża wkoll għal attivitajiet mhux agrikoli, dik iż-żona għandha titqies li għandha tintuża b’mod predominanti għal attivitajiet agrikoli bil-kundizzjoni li dawk l-attivitajiet agrikoli jkunu jistgħu jiġu eżerċitati mingħajr ma jkunu mfixklin b’mod sinifikanti mill-intensità, in-natura, it-tul ta’ żmien u l-waqt tal-attivitajiet mhux agrikoli. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji għall-implimentazzjoni ta’ dan is-subparagrafu fit-territorju tagħhom.

Biex ikunu eliġibbli, l-erjas għandhom ikunu konformi mad-definizzjoni ta’ ettaru eliġibbli tul is-sena kalendarja kollha, ħlief fil-każ ta’ force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali.

3. L-erjas użati għall-produzzjoni tal-qanneb għandhom ikunu biss ettari eliġibbli jekk il-varjetajiet użati jkollhom kontenut ta’ tetraidrokannabinol ta’ mhux aktar minn 0.2 %.

L-Artikolu 26

Dikjarazzjoni dwar ettari eliġibbli

1. Għall-finijiet tal-Artikolu 25(1), il-bidwi għandu jiddikjara l-ħbula tal-art li jkunu jikkorrispondu mal-ettari eliġibbli li jakkumpanjaw kull dritt għall-pagament. Ħlief fil-każ ta’ force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali, il-bidwi għandu jiddisponi minn dawk il-ħbula tal-art f’data ffissata mill-Istat Membru li ma għandhiex tkun aktar tard mid-data ffissata f’dak l-Istat Stat Membru biex tkun emendata l-applikazzjoni għall-għajnuna kif imsemmi fl-Artikoli 73(1) tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR].

2. L-Istati Membri jistgħu, f’ċirkostanzi ġustifikati kif imiss, jawtorizzaw lill-bidwi jimmodifika d-dikjarazzjoni tiegħu bil-kundizzjoni li huwa jżomm tal-anqas l-għadd ta’ ettari li jkunu jikkorrispondu mad-drittijiet għall-pagament tiegħu u jħares il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-pagament bażiku għall-erja kkonċernata.

L-Artikolu 27

Trasferiment ta’ drittijiet għall-pagament

1. Id-drittijiet għall-pagament jistgħu jkunu ttrasferiti biss lil bidwi stabbilit fl-istess Stat Membru, ħlief fil-każ ta’ trasferiment b’wirt attwali jew antiċipat.

Madankollu, anke fil-każ ta’ wirt attwali jew antiċipat, id-drittijiet għall-pagament jistgħu jintużaw biss fl-Istat Membru fejn id-drittijiet għall-pagament kienu stabbiliti.

2. Id-drittijiet għall-pagament jistgħu jkunu ttrasferiti biss fl-istess reġjun jew bejn reġjuni ta’ Stat Membru fejn il-valur tad-drittijiet għall-pagament għal kull ettaru li jirriżulta mill-applikazzjoni jew tal-Artikolu 22(1) jew tal-Artikolu 22(2) ikun l-istess.

3. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tadotta r-rekwiżiti neċessarji relatati man-notifika ta' trasferiment tad-drittijiet għall-pagament lill-awtoritajiet nazzjonali u d-dati ta’ skadenza li fihom għandha sseħħ notifika bħal din. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

L-Artikolu 28

Setgħat delegati

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 rigward:

(a) regoli dwar l-eliġibbiltà u l-aċċess fir-rigward tal-iskema ta’ pagament bażiku għall-bdiewa, f’każ ta’ wirt u wirt antiċipat, ta’ wirt suġġett għal kirja, bidla fl-istatus legali jew fid-denominazzjoni u fil-każ ta’ fużjoni jew qasma tal-impriża;

(b) regoli dwar il-kalkolu tal-valur u l-għadd jew dwar iż-żieda jew it-tnaqqis fil-valur tad-drittijiet għall-pagament b’rabta mal-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament skont kull dispożizzjoni ta’ dan it-Titolu, inklużi regoli:

(i) dwar il-possibbiltà ta’ valur u għadd provviżorji jew żieda provviżorja ta’ drittijiet għall-pagament allokati abbażi tal-applikazzjoni mill-bidwi,

(ii) dwar il-kundizzjonijiet biex ikunu stabbiliti l-valur u l-għadd provviżorji u definittivi tad-drittijiet għall-pagament,

(iii) dwar il-każijiet fejn kuntratt ta’ bejgħ jew kirja jista’ jolqot l-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament.

(c) regoli dwar l-istabbiliment u l-kalkolu tal-valur u l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament riċevuti mir-riżerva nazzjonali;

(d) regoli dwar il-modifika tal-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagament fil-każ ta’ frazzjonijiet ta’ drittijiet għall-pagament;

(e) kriterji li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri biex jallokaw id-drittijiet għall-pagament lill-bdiewa li ma attivaw ebda dritt fl-2011 jew li ma talbux appoġġ taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja fl-2011 kif ipprovdut fl-Artikolu 21(2) u biex jallokaw id-drittijiet għall-pagament fil-każ tal-applikazzjoni tal-klawżola tal-kuntratt imsemmija fl-Artikolu 21(3);

(f) kriterji għall-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament skont l-Artikolu 23(4) u (5);

(g) regoli dwar id-dikjarazzjoni u l-attivazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament;

(h) regoli dwar l-għoti ta’ pagamenti suġġett għall-kundizzjoni ta’ użu ta’ żrieragħ iċċertifikati ta’ ċerti varjetajiet ta’ qanneb u li jiddefinixxu l-proċedura għad-determinazzjoni ta’ varjetajiet tal-qanneb u l-verifika tal-kontenut ta’ tetraidrokannabinol tagħhom imsemmi fl-Artikolu 25(3).

KAPITOLU 2 Pagament għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent

L-Artikolu 29

Regoli ġenerali

1. Il-bdiewa intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmi fil-Kapitolu 1 għandhom jirrispettaw għall-ettari eliġibbli tagħhom kif iddefiniti fl-Artikolu 25(2) il-prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent li ġejjin:

(a) li jkollhom tliet uċuħ tar-raba’ differenti fir-raba’ li jinħarat tagħhom meta r-raba’ li jinħarat tal-bidwi jkopri aktar minn 3 ettari u ma jkunx użat kollu għall-produzzjoni ta’ ħaxix (miżrugħ jew naturali), jitħalla kollu mistrieħ jew ikkultivat kollu b’uċuħ tar-raba’ taħt l-ilma għal parti kbira tas-sena;

(b) li jżommu l-bwar permanenti eżistenti fl-impriża tagħhom; u u

(c) li jkollhom erja b’fokus ekoloġiku fiż-żona agrikola tagħhom.

2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4 u għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja, it-tnaqqis lineari skont l-Artikolu 7, u kull tnaqqis jew penalità imposta skont ir-Regolament (UE) Nru [...] [HZR], l-Istati Membri għandhom jagħtu l-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu lill-bdiewa li josservaw dawk il-prattiki mit-tlieta msemmija fil-paragrafu 1 li huma rilevanti għalihom, u fil-funzjoni tal-konformità tagħhom mal-Artikoli 30, 31 u 32.

3. Il-bdiewa li l-impriżi tagħhom ikunu jinsabu għalkollox jew parzjalment f’erjas koperti bid-Direttivi 92/43/KEE jew 2009/147/KE, għandhom ikunu intitolati għall-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu bil-kundizzjoni li dawk il-prattiki jkunu kompatibbli fl-impriża kkonċernata mal-objettivi ta’ dawk id-Direttivi.

4. Il-bdiewa li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 fir-rigward ta’ biedja organika għandhom ikunu intitolati ipso facto għall-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-unitajiet ta’ impriża li jintużaw għall-produzzjoni organika skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

5. Il-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jieħu l-għamla ta’ pagament annwali għal kull ettaru eliġibbli ddikjarat skont l-Artikolu 26(1) li l-ammont tiegħu għandu jkun ikkalkulat kull sena billi l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 33(1) ikun diviż bl-għadd totali ta’ ettari eliġibbli ddikjarati skont l-Artikolu 26 fl-Istat Membru kkonċernat.

L-Artikolu 30

Diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’

1. Fejn ir-raba’ li jinħarat tal-bidwi jkopri aktar minn 3 ettari u ma jkunx użat kollu għall-produzzjoni ta’ ħaxix (miżrugħ jew naturali), jitħalla kollu mistrieħ jew ikkultivat kollu b’uċuħ tar-raba’ taħt l-ilma għal parti kbira tas-sena, il-kultivazzjoni tar-raba’ li jinħarat għandha tkun magħmula minn tal-anqas tliet uċuħ tar-raba’ differenti. Ebda wieħed minn dawk l-uċuħ tar-raba’ ma għandu jkopri anqas minn 5 % tar-raba’ li jinħarat u dak ewlieni ma għandux ikopri aktar minn 70 % tar-raba’ li jinħarat.

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 li jistipula d-definizzjoni ta' 'uċuħ tar-raba’'' u r-regoli dwar l-applikazzjoni tal-kalkolu preċiż tal-ishma tal-uċuħ tar-raba' differenti.

L-Artikolu 31

Bwar permanenti

1. Il-bdiewa għandhom iżommu bħala bwar permanenti ż-żoni tal-impriżi tagħhom iddikjarati hekk fl-applikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 74(1) tar-Regolament (UE) Nru XXX (HZ) għas-sena ta’ talba 2014, minn issa ’l quddiem imsejħin ‘żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti’.

Iż-żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti għandhom jiżdiedu f'każijiet fejn il-bidwi għandu obbligu li jerġa' jbiddel iż-żoni lura għal bwar permanenti fl-2014 u/jew fl-2015 kif imsemmi fl-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) Nru […] [HZR].

2. Il-bdiewa għandhom ikunu jistgħu jbiddlu lura sa massimu ta’ 5 % taż-żoni ta’ referenza tagħhom ta’ bwar permanenti. Dak il-limitu ma għandux japplika f’każ ta’ force majeure jew f’ċirkustanzi eċċezzjonali.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 li jistabbilixxi regoli dwar iż-żieda taż-żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti kif stipulat fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, it-tiġdid ta’ bwar permanenti, il-bidla mill-ġdid ta’ żoni agrikoli fi bwar permanenti f’każ li t-tnaqqis awtorizzat imsemmi fil-paragrafu 2 jinqabeż, kif ukoll għall-modifika taż-żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti f’każ ta’ trasferiment tal-art.

L-Artikolu 32

Erja b’fokus ekoloġiku

1. Il-bdiewa għandhom jiżguraw li tal-anqas 7 % tal-ettari eleġibbli tagħhom kif definiti fl-Artikolu 25(2), esklużi żoni ta’ bwar permanenti, huma erjas b’fokus ekoloġiku bħala art li titħalla mistrieħa, terrazzi, iż-żamma ta’ karatteristiċi ta’ pajsaġġ, strixex ta’ lqugħ u żoni afforestati kif imsemmi fl-Artikolu 25(2)(b)(ii).

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tiddefinixxi aktar it-tipi ta' erjas b’fokus ekoloġiku msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u biex iżżid u tiddefinixxi tipi oħrajn ta' erjas b’fokus ekoloġiku li jistgħu jitqiesu biex jiġi rispettat il-perċentwali msemmi f'dak il-paragrafu.

L-Artikolu 33

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1. Biex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jużaw 30 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II.

2. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-pagament imsemmi f’dan Kapitolu f’livell nazzjonali jew, meta japplikaw l-Artikolu 20, f’livell reġjonali. F’każ ta’ applikazzjoni f’livell reġjonali, l-Istati Membri għandhom jużaw f’kull reġjun parti mil-limitu massimu skont l-Artikolu 3. Għal kull reġjun, din il-parti għandha tkun ikkalkulata billi l-limitu massimu reġjonali rispettiv ikun diviż kif stabbilit skont l-Artikolu 20(2) bil-limitu massimu determinat skont l-Artikolu 19(1).

3. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-limitu massimu korrispondenti għall-pagament imsemmi f’dan Kapitolu fuq bażi annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

KAPITOLU 3 Pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali

L-Artikolu 34

Regoli ġenerali

1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagament lill-bdiewa intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fil-Kapitolu 1 u li l-impriżi tagħhom ikunu jinsabu għalkollox jew parzjalment f’żoni b’restrizzonijiet naturali denominati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru [...] [RDR].

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 liż-żoni kollha li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak il-paragrafu jew, alternattivament, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li jillimitaw il-pagament għal xi wħud miż-żoni msemmijin fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru [...] [RDR].

3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 u għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja, it-tnaqqis progressiv u l-limiti massimi, it-tnaqqis lineari kif imsemmi fl-Artikolu 7, u kull tnaqqis u esklużjoni imposti skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR], il-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata fuq bażi annwali għal kull ettaru eleġibbli li jinsab fiż-żoni li għalihom l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħtu pagament skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u għandu jingħata mal-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament fuq dawk l-ettari fil-pussess tal-bidwi kkonċernat.

4. Il-pagament għal kull ettaru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat billi l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 35 ikun diviż bl-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarati skont l-Artikolu 26(1) li jinsabu fiż-żoni li l-Istati Membri jkunu ddeċidew li jagħtuhom pagament skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

5. L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-pagament imsemmi f’dan Kapitolu f’livell reġjonali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan paragrafu.

F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħal dawk tal-karatteristiċi ta’ restrizzjonijiet naturali tagħhom u kundizzjonijiet agronomiċi.

Stat Membru għandu jaqsam il-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 35(1) bejn ir-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

Il-pagament f’livell reġjonali għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu reġjonali kkalkulat skont it-tielet subparagrafu jkun diviż bl-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarati skont l-Artikolu 26(1) li jinsabu fiż-żoni li l-Istati Membri ddeċidew li jagħtuhom pagament skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

L-Artikolu 35

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1. Sal-1 ta’ Awwissu 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw sa 5 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II biex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi fl-Artikolu 34.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni sad-data msemmija f’dak is-subparagrafu.

Sal-1 ta’ Awwissu 2016, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw mill-ġdid id-deċiżjoni tagħhom b’effett mill-1 ta’ Jannar 2017.

2. Skont il-perċentwali tal-limitu massimu nazzjonali li għandu jintuża mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu massimu korrispondenti għal dak il-pagament fuq bażi annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

KAPITOLU 4 Pagament lill-bdiewa żgħażagħ

L-Artikolu 36

Regoli ġenerali

1. L-Istati Membri għandhom jagħtu pagament annwali lill-bdiewa żgħażagħ li huma intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fil-Kaptiolu 1.

2. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, "bdiewa żgħażagħ", għandha tfisser:

(a) persuni fiżiċi li qed jistabbilixxu impriża agrikola għall-ewwel darba bħala kap tal-impriża, jew li jkunu diġà stabbilixxew lilhom infushom fil-ħames snin qabel l-applikazzjoni għall-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 73(1) tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR], u

(b) ikollhom inqas minn 40 sena fl-età fil-mument meta jissottomettu l-applikazzjoni msemmija fil-punt (a).

3. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja, it-tnaqqis u l-istabbiliment ta' limiti massimi progressivi u t-tnaqqis lineari msemmija fl-Artikolu 7, u kull tnaqqis u esklużjoni imposti skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR], il-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jingħata fuq bażi annwali mal-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament mill-bdiewa.

4. Il-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata għal kull bidwi għal perjodu ta' mhux aktar minn ħames snin. Dak il-perjodu għandu jitnaqqas bl-għadd ta’ snin li jgħaddu bejn meta bidwi żagħżugħ jistabbilixxi lilu nnifsu u l-ewwel preżentazzjoni tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a).

5. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw kull sena l-ammont tal-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 billi jimmultiplikaw ċifra li tikkorrispondi għal 25 % tal-valur medju tad-drittijiet għall-pagament li għandu l-bidwi mal-għadd ta’ drittijiet li l-bidwi attiva skont l-Artikolu 26(1).

Meta japplikaw l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-limiti massimi li ġejjin fl-għadd ta' drittijiet għall-pagament attivati li għandhom jitqiesu:

(a) massimu ta’ 25 ettaru fl-Istati Membri fejn id-daqs medju tal-impriżi agrikoli kif stipulat fl-Anness VI huwa inqas minn, jew daqs, 25 ettaru;

(b) massimu li ma għandux ikun inqas minn 25 ettaru u mhux iktar mid-daqs medju, fl-Istati Membri fejn id-daqs medju tal-impriżi agrikoli kif stipulat fl-Anness VI huwa akbar minn 25 ettaru.

6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar il-kundizzjonijiet li skonthom persuna legali tista' tiġi kkunsidrata eliġibbli biex tirċievi l-pagament imsemmi fil-paragrafu 1, b’mod partikolari l-applikazzjoni tal-limitu tal-età stipulat fil-paragrafu 2(b) għal persuna fiżika waħda jew aktar li qed jipparteċipaw f’isem il-persuna ġuridika.

L-Artikolu 37

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1. Biex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi fl-Artikolu 36, l-Istati Membri għandhom jużaw il-perċentwali tal-limitu massimu nazzjonali annwali stipulat fl-Anness II li ma għandux ikun ogħla minn 2 %. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-1 ta’ Awwissu 2013, bl-istima tal-perċentwali meħtieġ biex jiffinanzjaw dak il-pagament.

Sal-1 ta’ Awwissu 2016, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw mill-ġdid l-istima tal-perċentwali tagħhom b’effett mill-1 ta’ Jannar 2017. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-perċentwali rivedut sal-1 ta’ Awwissu 2016.

2. Mingħajr preġudizzju għall-massimu ta’ 2 % stipulat skont il-paragrafu 1, fejn l-ammont totali tal-pagament li jkun hemm applikazzjoni għalih fi Stat Membru f'sena partikolari jaqbeż il-limitu massimu skont il-paragrafu 4, u fejn dak il-limitu massimu huwa inqas minn 2 % tal-limitu massimu nazzjonali stipulat fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom japplikaw tnaqqis lineari lill-pagamenti kollha li jkunu se jingħataw lill-bdiewa kollha skont l-Artikolu 25.

3. Fejn l-ammont totali tal-pagament li jkun hemm applikazzjoni għalih fi Stat Membru f'sena partikolari jaqbeż il-limitu massimu skont il-paragrafu 4, u fejn dak il-limitu massimu jammonta għal 2 % tal-limitu massimu annwali stipulat fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom japplikaw tnaqqis lineari fuq l-ammonti li għandhom jitħallsu skont l-Artikolu 36 biex ikunu konformi ma' dak il-limitu massimu.

4. Abbażi tal-istima tal-perċentwali nnotifikata mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu massimu korrispondenti għall-pagament imsemmi fl-Artikolu 36 fuq il-bażi ta’ sena b’sena. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

TITOLU IV GĦAJNUNA AKKOPPJATA

KAPITOLU 1 Appoġġ akkoppjat volontarju

L-Artikolu 38

Regoli ġenerali

1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat lill-bdiewa skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan Kapitolu.

L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata lis-setturi u l-produzzjonijiet li ġejjin ta’: ċereali, żrieragħ taż-żjut, uċuħ tar-raba’ li fihom il-proteini, legumi tal-qamħ, kittien, ross, ġewż, patata b’karboidrati, ħalib u prodotti tal-ħalib, żrieragħ, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, ċanga u vitella, żejt taż-żebbuġa, dud tal-ħarir, foraġġ niexef, ħops, pitravi, kannamiela u ċikwejra, frott u ħxejjex u msajġar b’rotazzjoni qasira.

2. L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata biss lil setturi jew lil reġjuni ta’ Stat Membru fejn tipi speċifiċi ta’ biedja jew setturi agrikoli speċifiċi jgħaddu minn ċerti diffikultajiet u jkunu partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi u/jew soċjali u/jew ambjentali.

3. B’deroga mill-paragrafu 2, l-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata wkoll lill-bdiewa li, fil-31 ta’ Diċembru 2013, ikollhom drittijiet għall-pagament mogħtija skont is-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu III u l-Artikolu 71m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u skont l-Artikolu 60 u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009; u li ma jkollhomx ettari eliġibbli biex ikunu attivati d-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku kif imsemmi fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament.

4. L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata biss sakemm ikun meħtieġ biex jinħoloq inċentiv għaż-żamma ta’ livelli attwali ta’ produzzjoni fir-reġjuni kkonċernati.

5. L-appoġġ akkoppjat għandu jieħu l-għamla ta’ pagament annwali u għandu jingħata f’limiti kwantitattivi definiti u jkun ibbażat fuq żoni u rendimenti fissi jew fuq għadd fiss ta’ annimali.

6. Kull appoġġ akkoppjat mogħti skont dan l-Artikolu għandu jkun konsistenti ma’ miżuri u politiki oħra tal-Unjoni.

7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 rigward:

(a) il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ imsemmi f’dan Kapitolu,

(b) regoli dwar konsistenza ma’ miżuri oħra tal-Unjoni u dwar l-akkumulazzjoni tal-appoġġ.

L-Artikolu 39

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1. Biex jiffinanzjaw l-appoġġ akkoppjat volontarju, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta’ Awwissu tas-sena ta’ qabel l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni ta’ appoġġ bħal dan, li jużaw sa 5 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II.

2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw sa 10 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali stipulat fl-Anness II sakemm:

(a) sal-31 ta’ Diċembru 2013 huma jkunu applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja kif stipulat fit-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jew ikunu ffinanzjaw miżuri skont l-Artikolu 111 ta’ dak ir-Regolament, jew huma kkonċernati bid-deroga li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 69(5), jew fil-każ ta’ Malta, fl-Artikolu 69(1) ta’ dak ir-Regolament; u/jew

(b) ikunu allokaw, matul tal-inqas sena waħda matul il-perjodu 2010-2013, aktar minn 5 % tal-ammont disponibbli tagħhom għall-għoti ta’ pagamenti diretti li hemm provvediment għalihom fit-Titoli III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV, għall-iffinanzjar tal-miżuri stipulati fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-appoġġ li hemm provvediment għalih fil-punti (i) sa (iv) tal-paragrafu 1(a) u l-paragrafi 1(b) u (e) tal-Artikolu 68 ta' dak ir-Regolament, jew il-miżuri skont il-Kapitolu 1, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6, tat-Titolu IV ta' dak ir-Regolament.

3. B’deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri li allokaw matul tal-inqas sena waħda matul il-perjodu 2010-2013, aktar minn 10 % tal-ammont disponibbli tagħhom għall-għoti ta’ pagamenti diretti li hemm provvediment għalihom fit-Titoli III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV, għall-iffinanzjar tal-miżuri stipulati fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament Nru 73/2009, l-appoġġ li hemm provvediment għalih fil-punti (i) sa (iv) tal-paragrafu 1(a) u l-paragrafi 1(b) u (e) tal-Artikolu 68 ta' dak ir-Regolament, jew il-miżuri skont il-Kapitolu 1, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6, tat-Titolu IV ta' dak ir-Regolament jistgħu jiddeċiedu li jużaw aktar minn 10 % tal-limitu massimu annwali stipulat fl-Anness II bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 41.

4. Sal-1 ta’ Awwissu 2016, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw mill-ġdid id-deċiżjoni tagħhom skont il-paragrafi 1, 2 u 3 u jiddeċiedu, b’effett mill-2017:

(a) li jżidu l-perċentwali ffissat skont il-paragrafi 1 u 2, fil-limiti stabbiliti hemmhekk u fejn japplika, u, fejn ikun jixraq, jimmodifikaw il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ;

(b) li jnaqqsu l-perċentwali użat għall-finanzjament tal-appoġġ akkoppjat u, fejn ikun jixraq, jimmodifikaw il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dak l-appoġġ;

(c) li jieqfu jagħtu l-appoġġ skont dan il-Kapitolu.

5. Abbażi tad-deċiżjoni meħuda minn kull Stat Membru skont il-paragrafi 1 sa 4 dwar il-proporzjon tal-limitu massimu nazzjonali li jkollu jintuża, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu massimu korrispondenti għall-appoġġ fuq bażi annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

L-Artikolu 40

Notifika

1. Id-deċiżjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 39 għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni sad-data msemmija f’dak Artikolu u, ħlief għad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 39(4)(c), in-notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar ir-reġjuni mmirati, it-tipi ta’ biedja jew setturi magħżulin u l-livell ta’ appoġġ li għandu jingħata.

2. Id-deċiżjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 39(2) u (3), jew, fejn ikun jixraq, fl-Artikolu 39(4)(a), għandhom jinkludu wkoll deskrizzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni partikolari fir-reġjun immirat u tal-karatteristiċi partikolari tat-tipi ta’ biedja, jew tas-setturi agrikoli speċifiċi, li jagħmlu l-perċentwali msemmi fl-Artikolu 39(1) insuffiċjenti biex jindirizzaw id-diffikultajiet imsemmijin fl-Artikolu 38(2) u li jiġġustifikaw livell ogħla ta’ appoġġ.

L-Artikolu 41

Approvazzjoni mill-Kummissjoni

1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tapprova d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 39(3), jew, fejn huwa xieraq, fl-Artikolu 39(4), meta tintwera waħda mill-ħtiġijiet li ġejjin fir-reġjun jew fis-settur ikkonċernat:

(a) il-ħtieġa li jinżamm ċertu livell ta’ produzzjoni speċifika minħabba n-nuqqas ta’ alternattivi u biex jitnaqqas ir-riskju li l-produzzjoni tkun abbandunata u l-problemi soċjali u/jew ambjentali li jirriżultaw;

(b) il-ħtieġa li tkun ipprovduta provvista stabbli lill-industrija lokali tal-ipproċessar, b’hekk tkun evitata l-konsegwenza soċjali u ekonomika negattiva ta’ kull ristrutturar li jiġi wara;

(c) il-ħtieġa li jkun hemm kumpens għall-iżvantaġġi li jolqtu lill-bdiewa f’settur partikolari li jkunu l-konsegwenza ta’ taqlib kontinwu fis-suq relatat;

(d) il-ħtieġa tal-intervent fejn l-eżistenza ta’ kull appoġġ ieħor disponibbli skont dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (UE) Nru [...] [RDR] jew skont kull skema approvata ta’ għajnuna mill-Istat titqies insuffiċjenti biex tilqa’ għall-ħtiġijiet imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c).

2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-proċedura tal-valutazzjoni u l-approvazzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

KAPITOLU 2 Pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton

L-Artikolu 42

Kamp ta' applikazzjoni

L-għajnuna għandha tingħata lill-bdiewa li jipproduċu l-qoton li jaqa' taħt il-kodiċi NM 5201 00 skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan Kapitolu ("pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton").

L-Artikolu 43

Eliġibbiltà

1. Il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton għandu jingħata għal kull ettaru ta’ erja eliġibbli ta’ qoton. Biex tkun eliġibbli, l-erja għandha tkun fuq art agrikola awtorizzata mill-Istat Membru għall-produzzjoni tal-qoton, tinżera’ b’varjetajiet awtorizzati u fil-fatt tinħasad skont kundizzjonijiet normali ta’ tkabbir.

Il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba' tal-qoton għandu jitħallas għal qoton ta' kwalità tajba, ġusta u kummerċjali.

2. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-art u l-varjetajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet li għandhom ikunu adottati skont il-paragrafu 3.

3. Biex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar regoli u kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ art u ta’ varjetajiet għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton.

4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-proċedura tal-awtorizzazzjoni u n-notifikazzjonijiet lill-produtturi relatati ma’ din l-awtorizzazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

L-Artikolu 44

Erjas bażi, rendimenti fissi u ammonti ta’ referenza

1. Huma stabbiliti l-erjas bażi nazzjonali li ġejjin:

- Il-Bulgarija: 3,342 ha,

- Il-Greċja: 250,000 ha,

- Spanja: 48,000 ha,

- Il-Portugall: 360 ha.

2. Huma stabbiliti r-rendimenti fissi li ġejjin fil-perjodu ta’ referenza:

- Il-Bulgarija: 1.2 tunnellata/ha,

- Il-Greċja: 3.2 tunnellata/ha,

- Spanja: 3,5 tunnellata/ha,

- Il-Portugall: 2,2 tunnellata/ha.

3. L-ammont tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ għal kull ettaru ta’ erja eliġibbli għandu jkun stabbilit billi r-rendimenti stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunu mmultiplikati bl-ammonti ta’ referenza li ġejjin:

- Il-Bulgarija: EUR 523,02 fl-2014. EUR 588,06 fl-2015; u EUR 661,79 għall-2016 u wara

- Il-Greċja: EUR 238.86

- Spanja: EUR 369.33

- Il-Portugall: EUR 232,57

4. Jekk l-erja eliġibbli ta’ qoton fi Stat Membru partikolari f’sena partikolari tkun aktar mill-erja bażi stabbilita fil-paragrafu 1, l-ammont imsemmi fil-paragrafu 3 għal dak l-Istat Membru għandu jitnaqqas proporzjonalment mar-rendiment żejjed tal-erja bażi.

5. Biex tkun tista’ ssir l-applikazzjoni tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 għal regoli dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton, dwar ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà u l-prattiki agronomiċi.

6. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tipprovdi regoli dwar il-kalkolu tat-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 4. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

L-Artikolu 45

Organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati

1. Għall-fini ta’ dan il-Kapitolu, "organizzazzjoni interprofessjonali approvata" għandha tfisser entità legali magħmula minn bdiewa li jipproduċu l-qoton u li jkollhom tal-anqas magna waħda li tissepara l-qoton minn maż-żerriegħa (‘ginner’), li jwettqu attivitajiet bħal:

(a) jgħinu biex ikun koordinat aħjar il-mod kif il-qoton jitqiegħed fis-suq, partikolarment permezz ta’ studji ta’ riċerka u stħarriġ tas-suq;

(b) ifasslu formoli standard kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni;

(c) jorjentaw il-produzzjoni lejn prodotti li jkunu aktar adatti għall-ħtiġijiet tas-suq u għad-domanda tal-konsumatur, partikolarment fir-rigward tal-kwalità u l-protezzjoni tal-konsumatur;

(d) jaġġornaw metodi u mezzi biex titjieb il-kwalità tal-prodott;

(e) jiżviluppaw strateġiji ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-promozzjoni tal-qoton permezz ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni tal-kwalità.

2. L-Istat Membru fejn il-‘ginners’ ikunu stabbiliti għandu japprova organizzazzjonijiet interprofessjonali li jħarsu l-kriterji li għandhom ikunu stabbiliti skont il-paragrafu 3.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 rigward:

(a) kriterji għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali;

(b) obbligi tal-produtturi;

(c) regoli għas-sitwazzjoni fejn l-organizzazzjoni interprofessjonali approvata ma tħarisx dawk il-kriterji.

L-Artikolu 46

Għoti tal-pagament

1. Il-bdiewa għandhom jingħataw il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton għal kull ettaru eliġibbli kif stabbilit fl-Artikolu 44.

2. Il-bdiewa li jkunu membri ta’ organizzazzjoni interprofessjonali approvata għandhom jingħataw il-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ tal-qoton għal kull ettaru eliġibbli fl-erja bażi stabbilita fl-Artikolu 44(1), miżjud b’ammont ta’ EUR 2.

TITOLU V Skema għall-bdiewa żgħar

L-Artikolu 47

Regoli ġenerali

1. Il-bdiewa li għandhom drittijiet għall-pagament allokati fl-2014 skont l-Artikolu 21 u li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 10(1) jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw fi skema simplifikata taħt kundizzjonajiet stipulati f’dan it-Titolu, minn issa 'l quddiem imsejħa ‘skema għall-bdiewa żgħar’.

2. Il-pagamenti taħt l-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jissostitwixxu l-pagamenti li għandhom jingħataw skont it-Titoli III u IV.

3. Il-bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom ikunu eżenti mill-prattiki agrikoli stabbiliti skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ebda pagament ma jingħata lill-bdiewa li għalihom ikun stabbilit li, mid-data tal-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal dan ir-Regolament, ikunu qasmu l-impriża tagħhom bl-għan waħdieni li jibbenefikaw mill-iskema għall-bdiewa żgħar. Dan għandu japplika wkoll għall-bdiewa li l-impriżi tagħhom ikunu r-riżultat ta’ qsim bħal dan.

L-Artikolu 48

Parteċipazzjoni

Il-bdiewa li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jippreżentaw applikazzjoni sal-15 ta’ Ottubru 2014.

Il-bdiewa li ma japplikawx għall-parteċipazzjoni fl-iskema għall-bdiewa żgħar sal-15 ta’ Ottubru 2014 jew li jiddeċiedu li jirtiraw minnha wara dik id-data jew li jintagħżlu għall-appoġġ skont l-Artikolu 20(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru […] [RDR], ma għandux jibqagħlhom id-dritt li jipparteċipaw f'dik l-iskema.

L-Artikolu 49

Ammont tal-pagament

45. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont tal-pagament annwali għall-iskema għall-bdiewa żgħar f’wieħed mil-livelli li ġejjin, suġġett għall-paragrafi 2 u 3:

(a) ammont li ma jkunx aktar minn 15 % tal-pagament medju nazzjonali għal kull benefiċjarju;

(b) ammont li jkun jikkorrispondi mal-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru mmultiplikat b’figura li tikkorrispondi għall-għadd ta’ ettari b’massimu ta’ tliet ettari.

Il-medja nazzjonali msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri abbażi tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u skont l-għadd ta’ bdiewa li jkunu kisbu drittijiet għall-pagament skont l-Artikolu 21(1).

Il-medja nazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri abbażi tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u skont l-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarata skont l-Artikolu 26 fl-2014.

46. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux ikun inqas minn EUR 500 u mhux aktar minn EUR 1 000. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51(1), fejn l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tirriżulta f’ammont anqas minn EUR 500 jew ogħla minn EUR 1 000, l-ammont għandu jiżdied jew jitnaqqas għall-eqreb numru sħiħ, rispettivament, għall-ammont minimu jew massimu.

47. B’deroga mill-paragrafu 2, l-ammont tal-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 f’Ċipru u f’Malta jista’ jkun stabbilit f’valur anqas minn EUR 500, iżda mhux anqas minn EUR 200.

L-Artikolu 50

Kundizzjonijiet speċjali

48. Matul il-parteċipazzjoni fl-iskema għall-bdiewa żgħar, il-bdiewa għandhom:

(a) iżommu tal-inqas għadd ta’ ettari li jkunu jikkorrispondu mal-għadd ta’ drittijiet miżmumin;

(b) jissodisfaw ir-rekwiżit minimu li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 10(1)(b)

49. Id-drittijiet għall-pagament attivati fl-2014 skont l-Artikoli 25 u 26 minn bidwi li jipparteċipa fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jitqiesu bħala drittijiet attivati għat-tul ta’ żmien tal-parteċipazzjoni tal-bidwi f’dik l-iskema.

Id-drittijiet għall-pagament miżmumin mill-bidwi matul il-parteċipazzjoni f’dik l-iskema ma għandhomx jitqiesu bħala drittijiet għall-pagament mhux użati riversibbli għar-riżerva nazzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 24(1)(b).

50. B’deroga għall-Artikolu 27, id-drittijiet għall-pagament miżmumin minn bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar ma għandhomx ikunu trasferibbli, ħlief f’każ ta’ wirt jew wirt antiċipat.

Bidwi li b’wirt jew b’wirt antiċipat jirċievi drittijiet għall-pagament mingħand bidwi li jipparteċipa fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandu jkun eliġibbli għall-parteċipazzjoni f’dik l-iskema jekk jissodisfa r-rekwiżiti biex jibbenefika mill-iskema ta’ pagament bażiku u jekk jiret id-drittijiet għall-pagament kollha li kienu miżmuma mill-bidwi li rċieva d-drittijiet għall-pagamenti mingħandu.

51. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fl-iskema fejn tinbidel is-sitwazzjoni tal-bidwi parteċipanti.

L-Artikolu 51

Dispożizzjonijiet finanzjarji

52. Sabiex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi f’dan it-Titolu, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammonti li jikkorrispondu mal-ammonti illi kieku kienu jkunu intitolati għalihom il-bdiewa żgħar bħala pagament bażiku msemmi fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III, bħala pagament għall-prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmi fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III u fejn huwa applikabbli, bħala pagament għal żoni b'restrizzjonijiet naturali msemmi fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III, bħala pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmi fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III u bħala appoġġ akkoppjat imsemmi fit-Titolu IV mill-ammonti totali disponibbli għall-pagamenti rispettivi.

Id-differenza bejn is-somma tal-pagamenti kollha dovuti skont l-iskema għall-bdiewa żgħar u l-ammont totali ffinanzjat skont l-ewwel subparagrafu għandha tiġi ffinanzjata bl-applikazzjoni ta' tnaqqis lineari fuq il-pagamenti kollha li għandhom jingħataw skont l-Artikolu 25.

L-elementi li abbażi tagħhom huma stabbiliti l-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jibqgħu l-istess għat-tul ta’ żmien kollu tal-parteċipazzjoni tal-bidwi fl-iskema.

53. Jekk l-ammont totali tal-pagamenti dovuti skont l-iskema għall-bdiewa żgħar jaqbeż l-10 % tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom japplikaw tnaqqis lineari fuq l-ammonti li għandhom jitħallsu skont dan it-Titolu sabiex jiġi rispettat dak il-perċentwali.

TITOLU VI PROGRAMMI NAZZJONALI TA’ RISTRUTTURAR GħAS-SETTUR TAL-QOTON

L-Artikolu 52

Użu tal-baġit annwali għall-programmi ta’ ristrutturar

1. Għall-Istati Membri li applikaw l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008, il-baġit annwali rilevanti disponibbli skont l-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament għandu jkun ittrasferit b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 bħala fondi addizzjonali tal-Unjoni għal miżuri skont programmar tal-iżvilupp rurali ffinanzjat skont ir-Regolament (UE) Nru [...] [RDR].

2. Għall-Istati Membri li applikaw it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008, il-baġit annwali tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament huwa inkluż b’effett mill-1 ta’ Jannar 2017 fil-limitu massimu nazzjonali tagħhom kif determinat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

TITOLU VII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

KAPITOLU 1 Notifikazzjonijiet u emerġenza

L-Artikolu 53

Rekwiżiti ta’ notifika

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55, dwar il-miżuri meħtieġa fir-rigward tan-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jew għall-fini ta’ verifika, kontroll, monitoraġġ, evalwazzjoni u awditjar ta’ pagamenti diretti, ta’ implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali, inklużi rekwiżiti ta’ notifika skont dawk il-ftehimiet. Permezz ta’ dan, il-Kummissjoni se tqis il-ħtiġijiet ta’ dejta u s-sinerġiji bejn sorsi potenzjali ta’ dejta.

L-informazzjoni miksuba tista’, fejn ikun jixraq, tkun trażmessa jew issir disponibbli għal organizzazzjonijiet internazzjonali u għall-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, u tista’ ssir pubblika, suġġetta għall-protezzjoni ta’ dejta personali u tal-interess leġittimu ta’ impriżi għall-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

2. Filwaqt li tqis il-ħtieġa li n-notifiki imsemmijin fil-paragrafu 1 isiru malajr, b’mod effiċjenti, eżatt u b'mod kosteffikaċi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 għall-fini li jkunu stabbiliti:

(a) in-natura u t-tip tal-informazzjoni li għandha tkun innotifikata;

(b) il-metodi ta’ notifika;

(c) ir-regoli relatati mad-drittijiet tal-aċċess għall-informazzjoni jew għas-sistemi ta’ informazzjoni disponibbli;

(d) il-kundizzjonijiet u l-mezzi ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta:

(a) regoli dwar il-forniment tal-informazzjoni li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu;

(b) arranġamenti għall-ġestjoni tal-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata, kif ukoll regoli dwar il-kontenut, il-forma, il-ħin, il-frekwenza u l-iskadenzi tan-notifiki;

(c) arranġamenti għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni u dokumenti jew biex informazzjoni jew dokumenti jkunu disponibbli għall-Istati Membri, organizzazzjonijiet internazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi jew lill-pubbliku, suġġetti għall-protezzjoni ta’ dejta personali u tal-interess leġittimu ta’ bdiewa u impriżi għall-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

L-Artikolu 54

Miżuri għar-riżoluzzjoni ta’ problemi speċifiċi

1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri li jkunu kemm meħtieġa kif ukoll ġustifikabbli f’emerġenza, għar-riżoluzzjoni ta’ problemi speċifiċi. Miżuri bħal dawn jistgħu jidderogaw minn dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, iżda biss sakemm, u għal dak il-perjodu li fih ikunu strettament meħtieġa. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

2. Għal raġunijiet indispensabbli b’mod ġustifikat ta’ urġenza relatati mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 56(3).

KAPITOLU 2 Delega ta’ setgħat u dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni

L-Artikolu 55

Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa li jkunu adottati l-atti delegati għandha tingħata lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Id-delega ta’ setgħa msemmija f’dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3. Id-delega ta’ setgħat imsemmija f’dan ir-Regolament tista’ tkun irrevokata f’kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun espressa ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn (2) min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn (2) fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

L-Artikolu 56

Proċedura tal-kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat imsejjaħ ‘Kumitat għall-Pagamenti Diretti’. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

KAPITOLU 3 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali

L-Artikolu 57

Revoki

1. Ir-Regolament (KE) Nru 637/2008 huwa mħassar.

Madankollu jkompli japplika sal-31 ta’ Diċembru 2017 fir-rigward tal-Istati Membri li eżerċitaw l-għażla stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament.

2. Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 huwa mħassar.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness VII.

3. Ir-referenzi magħmulin f’dan ir-Regolament għar-Regolamenti (KE) Nru 73/2009 u (KE) Nru 1782/2003 għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għal dawk ir-Regolamenti hekk kif kienu fis-seħħ qabel ir-revoka tagħhom.

L-Artikolu 58

Regoli tranżitorji

Biex tkun żgurata tranżizzjoni mingħajr diffikultajiet mill-arranġamenti pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar il-miżuri meħtieġa biex ikunu protetti d-drittijiet miksuba u l-aspettattivi leġittimi tal-bdiewa.

L-Artikolu 59

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi [is-seba’] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Madankollu, l-Artikoli 14, 20(5), 22(6), 35(1), 37(1) u 39 għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I Lista ta’ skemi ta’ appoġġ

Settur | Bażi legali | Noti |

Pagament bażiku | It-Titolu III, il-Kapitolu 1 ta’ dan ir-Regolament | Pagament diżakkoppjat |

Pagament lill-bdiewa li jsegwu prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent | It-Titolu III, il-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament | Pagament diżakkoppjat |

Pagament lill-bdiewa f’żoni b’restrizzjonijiet naturali speċifiċi | It-Titolu III, il-Kapitolu 3 ta’ dan ir-Regolament | Pagament diżakkoppjat |

Pagament lill-bdiewa żgħażagħ | It-Titolu III, il-Kapitolu 4 ta’ dan ir-Regolament | Pagament diżakkoppjat |

Appoġġ akkoppjat volontarju | It-Titolu IV, il-Kapitolu 1 ta’ dan ir-Regolament |

Qoton | It-Titolu IV, il-Kapitolu 2 ta’ dan ir-Regolament | Pagament għall-erja |

Pagament lill-bdiewa żgħar | It-Titolu V ta' dan ir-Regolament | Pagament diżakkoppjat |

Posei | It-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 | Pagamenti diretti skont miżuri stabbiliti fil-programmi |

Il-gżejjer tal-Eġew | Il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 | Pagamenti diretti skont miżuri stabbiliti fil-programmi |

ANNESS II Limiti massimi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 6

(F’eluf ta’ EUR) |

Sena kalendarja | 2014 | 2015 | 2016 | 2017 | 2018 | 2019 u s-sena ta’ wara |

Il-Belġju | 553 521 | 544 065 | 534 632 | 525 205 | 525 205 | 525 205 |

Il-Bulgarija | 655 661 | 737 164 | 810 525 | 812 106 | 812 106 | 812 106 |

Ir-Repubblika Ċeka | 892 698 | 891 875 | 891 059 | 890 229 | 890 229 | 890 229 |

Id-Danimarka | 942 931 | 931 719 | 920 534 | 909 353 | 909 353 | 909 353 |

Il-Ġermanja | 5 275 876 | 5 236 176 | 5 196 585 | 5 156 970 | 5 156 970 | 5 156 970 |

L-Estonja | 108 781 | 117 453 | 126 110 | 134 749 | 134 749 | 134 749 |

L-Irlanda | 1 240 652 | 1 239 027 | 1 237 413 | 1 235 779 | 1 235 779 | 1 235 779 |

Il-Greċja | 2 099 920 | 2 071 481 | 2 043 111 | 2 014 751 | 2 014 751 | 2 014 751 |

Spanja | 4 934 910 | 4 950 726 | 4 966 546 | 4 988 380 | 4 988 380 | 4 988 380 |

Franza | 7 732 611 | 7 694 854 | 7 657 219 | 7 619 511 | 7 619 511 | 7 619 511 |

L-Italja | 4 023 865 | 3 963 007 | 3 902 289 | 3 841 609 | 3 841 609 | 3 841 609 |

Ċipru | 52 273 | 51 611 | 50 950 | 50 290 | 50 290 | 50 290 |

Il-Latvja | 163 261 | 181 594 | 199 895 | 218 159 | 218 159 | 218 159 |

Il-Litwanja | 396 499 | 417 127 | 437 720 | 458 267 | 458 267 | 458 267 |

Il-Lussemburgu | 34 313 | 34 250 | 34 187 | 34 123 | 34 123 | 34 123 |

L-Ungerija | 1 298 104 | 1 296 907 | 1 295 721 | 1 294 513 | 1 294 513 | 1 294 513 |

Malta | 5 316 | 5 183 | 5 050 | 4 917 | 4 917 | 4 917 |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | 806 975 | 792 131 | 777 320 | 762 521 | 762 521 | 762 521 |

L-Awstrija | 707 503 | 706 850 | 706 204 | 705 546 | 705 546 | 705 546 |

Il-Polonja | 3 038 969 | 3 066 519 | 3 094 039 | 3 121 451 | 3 121 451 | 3 121 451 |

Il-Portugall | 573 046 | 585 655 | 598 245 | 610 800 | 610 800 | 610 800 |

Ir-Rumanija | 1 472 005 | 1 692 450 | 1 895 075 | 1 939 357 | 1 939 357 | 1 939 357 |

Is-Slovenja | 141 585 | 140 420 | 139 258 | 138 096 | 138 096 | 138 096 |

Is-Slovakkja | 386 744 | 391 862 | 396 973 | 402 067 | 402 067 | 402 067 |

Il-Finlandja | 533 932 | 534 315 | 534 700 | 535 075 | 535 075 | 535 075 |

L-Isvezja | 710 853 | 711 798 | 712 747 | 713 681 | 713 681 | 713 681 |

Ir-Renju Unit | 3 624 384 | 3 637 210 | 3 650 038 | 3 662 774 | 3 662 774 | 3 662 774 |

ANNESS III Limiti massimi netti msemmijin fl-Artikolu 7

(F’miljuni ta’ EUR) |

Sena kalendarja | 2014 | 2015 | 2016 | 2017 | 2018 | 2019 u s-sena ta’ wara |

Il-Belġju | 553.5 | 544.1 | 534.6 | 525.2 | 525.2 | 525.2 |

Il-Bulgarija | 656.2 | 733.6 | 799.7 | 801.2 | 801.2 | 801.2 |

Ir-Repubblika Ċeka | 892.5 | 891.7 | 890.9 | 890.0 | 890.0 | 890.0 |

Id-Danimarka | 942.8 | 931.6 | 920.4 | 909.3 | 909.3 | 909.3 |

Il-Ġermanja | 5 275.3 | 5 235.6 | 5 196.1 | 5 156.5 | 5 156.5 | 5 156.5 |

L-Estonja | 108.8 | 117.5 | 126.1 | 134.7 | 134.7 | 134.7 |

L-Irlanda | 1 240.7 | 1 239.0 | 1 237.4 | 1 235.8 | 1 235.8 | 1 235.8 |

Il-Greċja | 2 253.2 | 2 226.5 | 2 199.8 | 2 173.1 | 2 173.1 | 2 173.1 |

Spanja | 4 978.9 | 4 994.4 | 5 010.0 | 5 031.4 | 5 031.4 | 5 031.4 |

Franza | 7 732.6 | 7 694.9 | 7 657.2 | 7 619.5 | 7 619.5 | 7 619.5 |

L-Italja | 4 023.6 | 3 962.8 | 3 902.1 | 3 841.4 | 3 841.4 | 3 841.4 |

Ċipru | 52.3 | 51.6 | 51.0 | 50.3 | 50.3 | 50.3 |

Il-Latvja | 163.3 | 181.6 | 199.9 | 218.2 | 218.2 | 218.2 |

Il-Litwanja | 396.5 | 417.0 | 437.6 | 458.1 | 458.1 | 458.1 |

Il-Lussemburgu | 34.3 | 34.2 | 34.2 | 34.1 | 34.1 | 34.1 |

L-Ungerija | 1 289.2 | 1 288.0 | 1 286.8 | 1 285.7 | 1 285.7 | 1 285.7 |

Malta | 5.3 | 5.2 | 5.0 | 4.9 | 4.9 | 4.9 |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | 807.0 | 792.1 | 777.3 | 762.5 | 762.5 | 762.5 |

L-Awstrija | 707.5 | 706.9 | 706.2 | 705.5 | 705.5 | 705.5 |

Il-Polonja | 3 038.9 | 3 066.4 | 3 093.9 | 3 121.4 | 3 121.4 | 3 121.4 |

Il-Portugall | 573.2 | 585.8 | 598.4 | 611.0 | 611.0 | 611.0 |

Ir-Rumanija | 1 468.0 | 1 684.0 | 1 880.9 | 1 924.0 | 1 924.0 | 1 924.0 |

Is-Slovenja | 141.6 | 140.4 | 139.3 | 138.1 | 138.1 | 138.1 |

Is-Slovakkja | 384.4 | 389.5 | 394.5 | 399.4 | 399.4 | 399.4 |

Il-Finlandja | 533.9 | 534.3 | 534.7 | 535.1 | 535.1 | 535.1 |

L-Isvezja | 710.9 | 711.8 | 712.7 | 713.7 | 713.7 | 713.7 |

Ir-Renju Unit | 3 534.9 | 3 547.1 | 3 559.2 | 3 571.3 | 3 571.3 | 3 571.3 |

ANNESS IV Koeffiċjenti li għandhom ikunu applikati skont l-Artikolu 10(1)

Stat Membru | Limitu għall-minimu ta’ EUR (l-Artikolu 10(1)(a)) | Limitu għall-minimu ta’ ettari (l-Artikolu 10(1)(b)) |

Il-Belġju | 400 | 2 |

Il-Bulgarija | 200 | 0,5 |

Ir-Repubblika Ċeka | 200 | 5 |

Id-Danimarka | 300 | 5 |

Il-Ġermanja | 300 | 4 |

L-Estonja | 100 | 3 |

L-Irlanda | 200 | 3 |

Il-Greċja | 400 | 0,4 |

Spanja | 300 | 2 |

Franza | 300 | 4 |

L-Italja | 400 | 0,5 |

Ċipru | 300 | 0,3 |

Il-Latvja | 100 | 1 |

Il-Litwanja | 100 | 1 |

Il-Lussemburgu | 300 | 4 |

L-Ungerija | 200 | 0,3 |

Malta | 500 | 0,1 |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | 500 | 2 |

L-Awstrija | 200 | 2 |

Il-Polonja | 200 | 0,5 |

Il-Portugall | 200 | 0,3 |

Ir-Rumanija | 200 | 0,3 |

Is-Slovenja | 300 | 0,3 |

Is-Slovakkja | 200 | 2 |

Il-Finlandja | 200 | 3 |

L-Isvezja | 200 | 4 |

Ir-Renju Unit | 200 | 5 |

ANNESS V Dispożizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għall-Bulgarija u għar-Rumanija msemmijin fl-Artikoli 16 u 17

A. Ammonti għall-kalkolu tal-limiti massimi nazzjonali għall-pagamenti msemmija fl-Artikolu 16:

( f’eluf ta’ EUR )

2014 | 2015 |

Il-Bulgarija | 805 847 | 808 188 |

Ir-Rumanija | 1 802 977 | 1 849 068 |

B. Ammont totali ta’ pagamenti diretti nazzjonali kumplimentari għall-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 17(2):

( f’eluf ta’ EUR )

2014 | 2015 |

Il-Bulgarija | 150 186 | 71 024 |

Ir-Rumanija | 330 971 | 156 618 |

C. Ammont totali ta’ pagamenti diretti nazzjonali kumplimentari għall-pagament speċifiku għall-prodott tar-raba’ ta’ qoton imsemmi fl-Artikolu 17(3):

( f'EUR )

2014 | 2015 |

Il-Bulgarija | 556 523 | 295 687 |

ANNESS VI Daqs medju ta’ impriża agrikola li għandu jkun applikat skont l-Artikolu 36(5)

Stat Membru | Daqs medju ta’ impriża agrikola (f'ettari) |

Il-Belġju | 29 |

Il-Bulgarija | 6 |

Ir-Repubblika Ċeka | 89 |

Id-Danimarka | 60 |

Il-Ġermanja | 46 |

L-Estonja | 39 |

L-Irlanda | 32 |

Il-Greċja | 5 |

Spanja | 24 |

Franza | 52 |

L-Italja | 8 |

Ċipru | 4 |

Il-Latvja | 16 |

Il-Litwanja | 12 |

Il-Lussemburgu | 57 |

L-Ungerija | 7 |

Malta | 1 |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | 25 |

L-Awstrija | 19 |

Il-Polonja | 6 |

Il-Portugall | 13 |

Ir-Rumanija | 3 |

Is-Slovenja | 6 |

Is-Slovakkja | 28 |

Il-Finlandja | 34 |

L-Isvezja | 43 |

Ir-Renju Unit | 54 |

ANNESS VII TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 | Dan ir-Regolament | Ir-Regolament (UE) Nru […] [HZR] |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 | - |

- | L-Artikolu 2 | - |

L-Artikolu 2 | L-Artikolu 4 | - |

- | L-Artikolu 5(2) | - |

L-Artikolu 3 | L-Artikolu 5 | - |

L-Artikolu 4(1) | - | L-Artikolu 91 |

L-Artikolu 4(2) | - | L-Artikolu 95 |

L-Artikolu 5 | - | L-Artikolu 93 |

L-Artikolu 6(1) | - | L-Artikolu 94 |

L-Artikolu 6(2) | - | - |

L-Artikolu 7 | - | - |

L-Artikolu 8(1) u (2) | L-Artikolu 7(1) u (3) | - |

- | L-Artikolu 7(2) | - |

L-Artikolu 9 | - | - |

L-Artikolu 10 | - | - |

L-Artikolu 11(1) u (2) | - | L-Artikolu 25(1) u (2) |

- | L-Artikolu 8 | - |

L-Artikolu 12(1) u (2) | - | L-Artikolu 12 |

L-Artikolu 12(3) | - | L-Artikolu 14 |

L-Artikolu 12(4) | - | - |

L-Artikolu 13 | - | L-Artikolu 13(2) |

L-Artikolu 14 | - | L-Artikolu 68 |

L-Artikolu 15 | - | L-Artikolu 69 |

L-Artikolu 16 | - | L-Artikolu 70 |

L-Artikolu 17 | - | L-Artikolu 71 |

L-Artikolu 18 | - | L-Artikolu 72 |

L-Artikolu 19 | - | L-Artikolu 73 |

L-Artikolu 20 | - | L-Artikolu 75 |

L-Artikolu 21 | - | L-Artikolu 75(4) |

L-Artikolu 22 | - | L-Artikolu 96 |

L-Artikolu 23 | - | L-Artikolu 97 |

L-Artikolu 24 | - | L-Artikolu 99 |

L-Artikolu 25 | - | L-Artikolu 100 |

L-Artikolu 26 | - | L-Artikolu 63 |

L-Artikolu 27(1) | - | L-Artikolu 102(3) |

L-Artikolu 27(2) | - | L-Artikolu 49 |

L-Artikolu 27(3) | - | L-Artikolu 69(3) |

- | L-Artikolu 9 | - |

L-Artikolu 28(1) u (2) | L-Artikolu 10(1), (3) u (4) | - |

- | L-Artikolu 10(2) | - |

L-Artikolu 28(3) | L-Artikolu 23(1)(a)(ii) | - |

- | L-Artikolu 23(1)(a)(i), (c) u (d) | - |

- | L-Artikolu 11 | - |

L-Artikolu 29 | - | L-Artikolu 76 |

L-Artikolu 30 | - | L-Artikolu 62 |

L-Artikolu 31 | - | L-Artikolu 2(2) |

L-Artikolu 32 | L-Artikolu 15 | - |

L-Artikolu 33(1) | L-Artikolu 18(1) | - |

- | L-Artikolu 18(2) | - |

L-Artikolu 34(1) u (2) | L-Artikolu 25(1) u (2) | - |

L-Artikolu 35 | L-Artikolu 26 | - |

L-Artikolu 36 | - | - |

L-Artikolu 37 | L-Artikolu 12 | - |

- | L-Artikolu 14 | - |

L-Artikolu 38 | - | - |

L-Artikolu 39(1) | L-Artikolu 25(3) | - |

L-Artikolu 40(1) | L-Artikolu 6(1) | - |

L-Artikolu 40(2) | L-Artikolu 19(3) | - |

L-Artikolu 41(1) | L-Artikolu 23(1) | - |

L-Artikolu 41(2) | L-Artikolu 23(3) u (4) | - |

L-Artikolu 41(3) | L-Artikolu 23(5)(a) | - |

L-Artikolu 41(5) | L-Artikolu 23(5)(b) | - |

- | L-Artikolu 23(2), (6) u (7) | - |

L-Artikolu 41(6) | L-Artikolu 22(4) | - |

L-Artikolu 42 | L-Artikolu 24(1)(b) | - |

L-Artikolu 43(1) u (2) | L-Artikolu 25(1) u (2) | - |

L-Artikolu 43(3) | - | - |

L-Artikolu 44 | - | - |

L-Artikolu 45 | - | - |

- | - | - |

- | L-Artikolu 19(1) u (2) | - |

L-Artikolu 46(1) sa (4) | L-Artikolu 20(1) sa (4) | - |

L-Artikolu 46(5) | - | - |

- | L-Artikolu 21 |

L-Artikolu 47(1) | - | - |

L-Artikolu 47(2) | L-Artikolu 22(1) applikazzjoni reġjonali | - |

- | L-Artikolu 22(1) applikazzjoni nazzjonali | - |

- | L-Artikolu 22(2),(3),(5),(6) u (7) | - |

L-Artikolu 48 | - | - |

L-Artikolu 49 | - | - |

L-Artikolu 50 | - | - |

L-Artikolu 51 | - | - |

L-Artikolu 52 | - | - |

L-Artikolu 53 | - | - |

L-Artikolu 54 | - | - |

L-Artikolu 55 | - | - |

L-Artikolu 56 | - | - |

L-Artikolu 57 | - | - |

L-Artikolu 58 | - | - |

L-Artikolu 59 | - | - |

L-Artikolu 60 | - | - |

L-Artikolu 61 | - | - |

L-Artikolu 62 | - | - |

L-Artikolu 63 | - | - |

L-Artikolu 64 | - | - |

L-Artikolu 65 | - | - |

L-Artikolu 66 | - | - |

L-Artikolu 67 | - | - |

L-Artikolu 68 | - | - |

L-Artikolu 69 | - | - |

L-Artikolu 70 | - | - |

L-Artikolu 71 | - | - |

L-Artikolu 72 | - | - |

L-Artikolu 73 | - | - |

L-Artikolu 74 | - | - |

L-Artikolu 75 | - | - |

L-Artikolu 76 | - | - |

L-Artikolu 77 | - | - |

L-Artikolu 78 | - | - |

L-Artikolu 79 | - | - |

L-Artikolu 80 | - | - |

L-Artikolu 81 | - | - |

L-Artikolu 82 | - | - |

L-Artikolu 83 | - | - |

L-Artikolu 84 | - | - |

L-Artikolu 85 | - | - |

L-Artikolu 86 | - | - |

L-Artikolu 87 | - | - |

L-Artikolu 88 | L-Artikolu 42 | - |

L-Artikolu 89 | L-Artikolu 43 | - |

L-Artikolu 90 | L-Artikolu 44 | - |

L-Artikolu 91 | L-Artikolu 45 | - |

L-Artikolu 92 | L-Artikolu 46 | - |

L-Artikolu 93 | - | - |

L-Artikolu 94 | - | - |

L-Artikolu 95 | - | - |

L-Artikolu 96 | - | - |

L-Artikolu 97 | - | - |

L-Artikolu 98 | - | - |

L-Artikolu 99 | - | - |

L-Artikolu 100 | - | - |

L-Artikolu 101 | - | - |

L-Artikolu 102 | - | - |

L-Artikolu 103 | - | - |

L-Artikolu 104 | - | - |

L-Artikolu 105 | - | - |

L-Artikolu 106 | - | - |

L-Artikolu 107 | - | - |

L-Artikolu 108 | - | - |

L-Artikolu 109 | - | - |

L-Artikolu 110 | - | - |

L-Artikolu 111 | - | - |

L-Artikolu 112 | - | - |

L-Artikolu 113 | - | - |

L-Artikolu 114 | - | - |

L-Artikolu 115 | - | - |

L-Artikolu 116 | - | - |

L-Artikolu 117 | - | - |

L-Artikolu 118 | - | - |

L-Artikolu 119 | - | - |

L-Artikolu 120 | - | - |

L-Artikolu 121 | L-Artikolu 16 | - |

L-Artikolu 122 | - | - |

L-Artikolu 123 | - | - |

L-Artikolu 124 | - | - |

L-Artikolu 124(6) | - | L-Artikolu 98 |

L-Artikolu 125 | - | - |

L-Artikolu 126 | - | - |

L-Artikolu 127 | - | - |

L-Artikolu 128 | - | - |

L-Artikolu 129 | - | - |

L-Artikolu 130 | - | - |

L-Artikolu 131 | - | - |

L-Artikolu 132 | L-Artikolu 17 | - |

L-Artikolu 133 | - | - |

- | L-Artikolu 28 | - |

- | L-Artikolu 29 | - |

- | L-Artikolu 20 | - |

- | L-Artikolu 31 | - |

- | L-Artikolu 32 | - |

- | L-Artikolu 33 | - |

- | L-Artikolu 34 | - |

- | L-Artikolu 35 | - |

- | L-Artikolu 36 | - |

- | L-Artikolu 37 | - |

- | L-Artikolu 47 | - |

- | L-Artikolu 48 | - |

- | L-Artikolu 49 | - |

- | L-Artikolu 50 | - |

- | L-Artikolu 51 | - |

L-Artikolu 134 | - | - |

L-Artikolu 135 | - | - |

L-Artikolu 136 | - | - |

- | L-Artikolu 52 | - |

L-Artikolu 137 | - | - |

L-Artikolu 138 | L-Artikolu 3 | - |

L-Artikolu 139 | L-Artikolu 13 | - |

L-Artikolu 140 | L-Artikolu 53 | - |

L-Artikolu 141 | L-Artikolu 56 | - |

L-Artikolu 142 | L-Artikolu 55 | - |

L-Artikolu 142(r) | L-Artikolu 54 | - |

L-Artikolu 143 | - | - |

L-Artikolu 144 | - | - |

L-Artikolu 145 | - | - |

L-Artikolu 146 | L-Artikolu 55 | - |

L-Artikolu 146a | - | - |

L-Artikolu 147 | L-Artikolu 56 | - |

L-Artikolu 148 | - | - |

L-Artikolu 149 | L-Artikolu 57 | - |

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

Titlu tal-proposta/inizjattiva

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa fil-kuntest tal-iskemi ta' appoġġ fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni;

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq ta' prodotti agrikoli (Regolament dwar l-OKS Unika);

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR);

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni;

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 dwar l-applikazzjoni tal-pagamenti diretti lill-bdiewa għas-sena 2013;

- Proposta għal Regolament tal-Kunsill li tistabbilixxi miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rimborżi relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli;

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-reġim tal-iskema ta' pagament uniku u l-appoġġ għal min ikabbar id-dwieli.

Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura tal-ABM/ABB[28]

Titolu tal-Qasam ta' Politika 05 tal-Intestatura 2

Natura tal-proposta/inizjattiva (Qafas leġiżlattiv għall-PAK wara l-2013)

x Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[29]

x Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

x Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

Objettivi

L-objettiv/i strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Sabiex jitħeġġeġ l-użu effiċjenti tar-riżorsi bil-għan li jkun hemm tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv għall-iżvilupp agrikolu u rurali tal-UE skont l-Istrateġija Ewropa 2020, l-objettivi tal-PAK huma:

- Produzzjoni vijabbli tal-ikel;

- Ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u azzjoni klimatika;

- Żvilupp territorjali bbilanċjat.

L-objettiv/I speċifiku/ċi u l-attività(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernati

Objettivi speċifiċi għall-Qasam ta' Politika 05:

Objettiv speċifiku Nru 1:

Li jkunu pprovduti beni pubbliċi ambjentali

Objettiv speċifiku Nru 2:

Li jkun hemm kumpens għad-diffikultajiet fil-produzzjoni f'żoni b'limitazzjonijiet naturali speċifiċi

Objettiv speċifiku Nru 3:

Li jitkomplew il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-azzjonijiet ta' adattament

Objettiv speċifiku Nru 4:

Li l-baġit tal-UE (PAK) ikun ġestit skont standards għoljin ta' ġestjoni finanzjarja

Objettiv speċifiku għall-ABB 05 02 – Intervenzjonijiet fis-swieq agrikoli:

Objettiv speċifiku Nru 5:

Li titjieb il-kompetittività tal-qasam agrikolu u jissaħħaħ is-sehem tal-valur tagħha fil-katina alimentari

Objettiv speċifiku għall-ABB 05 03 – Għajnuniet diretti:

Objettiv speċifiku Nru 6:

Li jkun hemm kontribuzzjoni għall-introjtu agrikolu u tkun limitata l-varjabbiltà tiegħu

Objettiv speċifiku għall-ABB 05 04 – Żvilupp Rurali:

Objettiv speċifiku Nru 7

Li jitrawwem it-tkabbir ekoloġiku permezz tal-innovazzjoni

Objettiv speċifiku Nru 8:

Li jkun appoġġjat l-impjegar rurali u li tinżamm il-fibra soċjali taż-żoni rurali

Objettiv speċifiku Nru 9

Li tittejjeb l-ekonomija rurali u tkun imħeġġa d-diversifikazzjoni

Objettiv speċifiku Nru 10

Li jkun hemm lok għal diversità strutturali fis-sistemi tal-biedja

Riżultat(i) u impatt mistennija

F'dan l-istadju mhuwiex possibbli li jiġu stabbiliti miri kwantititattivi għall-indikaturi tal-impatt. Għalkemm il-politika tista' timxi f'ċerta direzzjoni, l-eżiti ekonomiċi, ambjentali u soċjali kumplessivi mkejla minn indikaturi bħal dawn, fl-aħħar mill-aħħar jiddependu wkoll fuq l-impatt ta' firxa ta' fatturi esterni, li hekk kif turi esperjenza riċenti, dawn saru sinifikanti u mhux prevedibbli. Għada qed issir analiżi ulterjuri, li għandha tkun lesta fil-perjodu wara l-2013.

Fir-rigward tal-pagamenti diretti, l-Istati Membri se jkollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu, sa ċertu punt, dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti komponenti tal-iskemi ta' pagamenti diretti.

Fir-rigward tal-iżvilupp rurali, ir-riżultati u l-impatt mistennija se jiddependu fuq il-programmi ta' żvilupp rurali li l-Istati Membri se jressqu lill-Kummissjoni. L-Istati Membri se jkunu mitluba jistabbilixxu miri fil-programmi tagħhom.

Indikaturi tar-riżultati u l-impatti

Il-proposti jipprovdu għat-twaqqif ta' qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni bl-għan li jitkejlu r-riżultati tal-Politika Agrikola Komuni. Dak il-qafas għandu jinkludi l-istrumenti kollha marbuta mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-miżuri tal-PAK u b'mod partikolari tal-pagamenti diretti, tal-miżuri tas-suq, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali kif ukoll tal-applikazzjoni tal-kundizzjonalità.

L-impatt ta' dawn il-miżuri tal-PAK għandhom jitkejlu b'rabta mal-objettivi li ġejjin:

(a) produzzjoni vijabbli tal-ikel, b'enfasi fuq l-introjtu agrikolu, il-produttività agrikola u l-istabbiltà tal-prezz;

(b) ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni klimatika, b'enfasi fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-bijodiversità, il-ħamrija u l-ilma;

(c) żvilupp territorjali bbilanċjat, b'enfasi fuq l-impjieg rurali, it-tkabbir u l-faqar fiż-żoni rurali.

Permezz tal-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi s-sett ta' indikaturi li huma speċifiċi għal dawn l-objettivi u l-oqsma.

Barra minn hekk, fir-rigward tal-iżvilupp rurali, qed tiġi proposta sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni komuni msaħħa. Dik is-sistema għandha l-għan (a) li turi l-progress u l-kisbiet tal-politika tal-iżvilupp rurali u tivvaluta l-impatt, l-effettività, l-effiċjenza u r-relevanza tal-interventi tal-politika tal-iżvilupp rurali, (b) li tikkontribwixxi biex ikun hemm appoġġ immirat aħjar lejn l-iżvilupp rurali, u (c) li tappoġġja proċess komuni ta' tagħlim marbut mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. Il-Kummissjoni se tistabbilixxi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, lista ta' indikaturi komuni marbuta mal-prijoritajiet tal-politika

Bażi għall-proposta/inizjattiva

Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u sodisfatt(i) fuq medda qasira jew twila ta’ żmien

Sabiex jintlaħqu l-objettivi strateġiċi multiannwali tal-PAK li huma l-istess bħal dak li hemm imniżżel fl-istrateġija Ewropa 2020 għaż-żoni rurali Ewropej u li jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tat-Trattat, il-proposti għandhom l-għan li jistabbilixxu l-qafas leġiżlattiv tal-Politika Agrikola Komuni għall-perjodu wara l-2013.

Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-PAK futura mhux biss se tkun politika li taħseb għal parti żgħira, iżda essenzjali tal-ekonomija tal-UE, iżda wkoll politika ta' importanza strateġika għas-sigurtà tal-provvista tal-ikel, l-ambjent u l-bilanċ territorjali. Għaldaqstant il-PAK, bħala politika tassew komuni, tuża bl-aktar mod effiċjenti r-riżorsi limitati tal-baġit billi żżomm agrikoltura sostenibbli fl-UE kollha, tindirizza kwistjonijiet transkonfinali importanti bħat-tibdil fil-klima u ssaħħaħ is-solidarjetà fost l-Istati Membri.

Kif hemm imsemmi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Baġit għall-Ewropa 2020"[30], il-PAK hija politika ġenwinament Ewropea. Minflok iħaddmu 27 politika u baġit agrikoli differenti, l-Istati Membri jikkondividu r-riżorsi sabiex joperaw politika Ewropea unika b'baġit Ewropew uniku. Naturalment dan ifisser li proporzjon sinifikanti mill-baġit tal-UE jiġi allokat għall-PAK. Madankollu, dan l-approċċ huwa kemm aktar effiċjenti kif ukoll aktar ekonomiku minn approċċ nazzjonali mhux ikkoordinat.

Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Abbażi tal-evalwazzjoni tal-qafas politiku attwali, ta' konsultazzjoni estensiva mal-partijiet interessati kif ukoll ta' analiżi tal-isfidi u l-ħtiġijiet futuri, twettqet valutazzjoni komprensiva tal-impatt. Aktar dettalji jinstabu fil-valutazzjoni tal-impatt u fil-memorandum ta' spjegazzjoni li jakkumpanjaw il-proposti legali.

Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn

Il-proposti leġiżlattivi kkonċernati minn din id-dikjarazzjoni finanzjarja għandhom ikunu kkunsidrati fil-kuntest l-aktar wiesa' tal-proposta għal regolament ta' qafas uniku b'regoli komuni għall-fondi tal-qafas strateġiku komuni (il-FAEŻR, il-FEŻR, l-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-EMFF). Dak ir-regolament qafas se jagħti kontribut importanti sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, sabiex il-fondi tal-UE jintefqu b'mod effettiv u sabiex isseħħ is-simplifikazzjoni fil-prattika. Dan isostni wkoll il-kunċetti ġodda tal-qafas strateġiku komuni għal dawn il-fondi kollha u l-Kuntratti ta' Sħubija li ġejjin li wkoll se jkopru dawn il-fondi.

Il-qafas strateġiku komuni, li se jkun stabbilit, se jsarraf l-objettivi u l-prijoritajiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 fi prijoritajiet għall-FAEŻR flimkien mal-FEŻR, l-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-EMFF, hekk kif għandhom jiżguraw l-użu integrat tal-fondi li jwassal għal għanijiet komuni.

Il-qafas strateġiku komuni se jistabbilixxi wkoll mekkaniżmi ta' koordinazzjoni mal-politiki u l-instrumenti l-oħra relevanti tal-Unjoni.

Barra minn hekk, fir-rigward tal-PAK, għandhom jinkisbu sinerġiji sinifikanti u effetti tas-simplifikazzjoni permezz tal-armonizzazzjoni u l-allinjament tar-regoli tal-ġestjoni u kontroll għall-ewwel (FAEG) u t-tieni (FAEŻR) pilastru tal-PAK. Ir-rabta b’saħħita bejn il-FAEG u l-FAEŻR għandha tinżamm u l-istrutturi li diġà qedgħin fis-seħħ mill-Istati Membri għandhom jinżammu.

It-tul taż-żmien u l-impatt finanzjarju

x Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien limitat (għal abbozzi ta' regolamenti dwar skemi ta' pagamenti diretti, żvilupp rurali u regolamenti tranżizzjonali)

54. x Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2014 sal-31/12/2020

55. x Impatt finanzjarju għall–perjodu tal-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss. Għall-iżvilupp rurali, impatt fuq il-pagamenti sal-2023.

x Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien mhux limitat (għall-abbozz ta' regolament dwar l-OKS Unika u r-regolament orizzontali)

- Implimentazzjoni mill-2014.

Metodu(i) ta' ġestjoni previst(i)[31]

x Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

( Ġestjoni ċentralizzata indiretta b’delegazzjoni tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

- ( aġenziji eżekuttivi

- ( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[32]

- ( korpi mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

- ( persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

x Ġestjoni flimkien mal-Istati Membri

( Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali ( li għandhom jiġu speċifikati )

Kummenti

Mhemmx tibdil sostantiv meta mqabbel mas-sitwazzjoni preżenti, jiġifieri l-maġġoranza tan-nefqa kkonċernata mill-proposti leġiżlattivi dwar ir-riforma tal-PAK se tkun ġestita mill-ġestjoni flimkien mal-Istati Membri. Madankollu, parti ferm żgħira se tkompli taqa' taħt il-ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni.

MIŻURI TA’ ĠESTJONI

Regoli tal-monitoraġġ u r-rappurtar

F'termini ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-PAK, il-Kummissjoni se tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull 4 snin. Il-preżentazzjoni tal-ewwel rapport għandha ssir mhux aktar tard minn tmiem l-2017.

Dan huwa kkumplimentat minn dispożizzjonijiet speċifiċi fl-oqsma kollha tal-PAK, b'diversi rekwiżiti ta' rappurtar u notifikazzjonijiet komprensivi li għandhom ikunu speċifikati fir-regoli ta' implimentazzjoni.

Fir-rigward tal-iżvilupp rurali, hemm ukoll ipprovduti regoli għall-monitoraġġ fuq il-livell tal-programm, li se jkun konformi mal-fondi l-oħrajn u abbinat mal-evalwazzjonijiet ex ante, dawk kontinwi u l-evalwazzjonijiet ex post.

Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

Riskju(i) identifikat(i)

Hemm aktar minn seba' miljun benefiċjarju tal-PAK, li jirċievu appoġġ fil-kuntest ta' varjetà kbira ta' skemi ta' għajnuna differenti, li kull waħda minnhom ikollha kriterji ta' eliġibbiltà ddettaljati u xi drabi kumplessi.

It-tnaqqis fir-rata ta' żbalji fil-qasam tal-politika agrikola komuni diġà jista' jitqies bħala xejra. Għaldaqstant, dan l-aħħar, rata ta' żball li tqarreb it-2 % tikkonferma l-valutazzjoni kumplessivament pożittiva għas-snin ta' qabel. L-intenzjoni hija li l-isforzi jissuktaw sabiex tinkiseb rata ta' żball taħt it-2 %.

Metodu(i) ta’ kontroll previst(i)

Il-pakkett leġiżlattiv, b'mod partikolari l-proposta għar-regolament dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, għandha l-għan li żżomm u ssaħħaħ is-sistema attwali stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Jipprovdi għal struttura amministrattiva obbligatorja fil-livell tal-Istat Membru, iffukat madwar l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati, li huma responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli fil-livell tal-benefiċjarju finali skont il-prinċipji stabbiliti fil-punt 2.3. Kull sena, il-kap ta' kull aġenzija tal-pagamenti huwa mitlub jipprovdi dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni li tkopri l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet, il-funzjonament xieraq tas-sistemi interni ta' kontroll u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti. Huwa meħtieġ korp ta' awditjar indipendenti sabiex jipprovdi opinjoni dwar dawn it-tliet elementi.

Il-Kummissjoni se tkompli tagħmel awditjar tan-nefqa agrikola, billi tuża approċċ ibbażat fuq ir-riskju sabiex tiżgura li l-eżerċizzji tal-awditjar huma mmirati lejn dawk l-oqsma bl-akbar riskju. Fejn dawn l-eżerċizzji tal-awditjar juru li n-nefqa tkun saret bi ksur tar-regoli tal-Unjoni, il-Kummissjoni se teskludi l-ammonti kkonċernati mill-finanzjament tal-Unjoni skont is-sistema ta' approvazzjoni tal-konformità.

Fir-rigward tal-ispiża tal-kontrolli, qed tkun ipprovduta analiżi ddettaljata fl-Anness 8 għall-valutazzjoni ta' impatt li takkumpanja l-proposti leġiżlattivi.

Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u ta' irregolaritajiet

Il-pakkett leġiżlattiv, b'mod partikolari l-proposta għar-regolament dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni, għandu l-għan li jżomm u jsaħħaħ is-sistemi dettaljati attwali għall-kontrolli u penalitajiet li għandhom jiġu applikati mill-aġenziji ta' pagamenti, b'karatteristiċi bażiċi komuni u regoli speċjali magħmula apposta għall-ispeċifikazzjonijiet ta' kull sistema ta' għajnuna. Ġeneralment, is-sistemi jipprovdu għal kontrolli amministrattivi eżawrjenti ta' 100 % tal-applikazzjonijiet tal-għajnuna, kontrolli reċiproċi ma' bażijiet ta' dejta oħra fejn dan huwa meqjus xieraq kif ukoll verifiki fuq il-post ta' ħlas minn qabel ta' għadd minimu ta' tranżazzjonijiet, li jiddependu fuq ir-riskju marbut mas-sistema inkwistjoni. Jekk dawn il-verifiki fuq il-post jiżvelaw għadd kbir ta' irregolaritajiet, għandhom jitwettqu verifiki addizzjonali. F'dan il-kuntest, l-aktar sistema importanti hija s-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK), li fis-sena finanzjarja 2010 kienet tkopri madwar 80 % tan-nefqa totali fil-kuntest tal-FAEG u l-FAEŻR. Għall-Istati Membri b'sistemi ta' kontroll li jiffunzjonaw kif xieraq u rati baxxi ta' żbalji, il-Kummissjoni se jkollha s-setgħa li tippermetti tnaqqis fin-numru ta' verifiki fuq il-post.

Il-pakkett għandu wkoll l-għan li l-Istati Membri jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-irregolaritajiet u l-frodi, li jimponu penalitajiet effettivi, dissważivi u proporzjonati kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali, u li jirkupraw kwalunkwe pagamenti irregolari flimkien mal-interessi. Jinkludi mekkaniżmu awtomatiku ta' approvazzjoni għall-każijiet ta' irregolarità, li jipprovdi li jekk l-irkupru ma jkunx seħħ fi żmien erba' snin mid-data tat-talba tal-irkupru, jew fi żmien tmien snin f'każ ta' proċedimenti legali, l-ammonti li ma jiġux irkuprati għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat. Il-mekkaniżmu se jkun inċentiv b'saħħtu għall-Istati Membri biex dawn jirkupraw pagamenti rregolari malajr kemm jista' jkun.

STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

L-ammonti indikati f'din id-dikjarazzjoni finanzjarja huma espressi fi prezzijiet kurrenti u f'impenji.

Barra minn dan, it-tibdiliet li jirriżultaw mill-proposti leġiżlattivi kif elenkati fit-tabelli mehmużin hawn taħt, il-proposti leġiżlattivi jimplikaw aktar tibdiliet li ma jkollhomx impatt finanzjarju.

F'dan l-istadju, għal kwalunkwe sena mill-perjodu ta' snin bejn l-2014 u l-2020, ma tistax tkun eskluża l-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja. Madankollu, dan mhux se jiddependi mill-proposti ta' riforma minnhom infushom, iżda minn fatturi oħra, bħall-użu tal-għajnuniet diretti jew żviluppi futuri fis-swieq agrikoli.

Fir-rigward tal-għajnuniet diretti, il-limiti massimi netti estiżi għall-2014 (sena kalendarja 2013) inklużi fil-proposta dwar it-tranżizzjoni huma ogħla mill-ammonti allokati għall-għajnuniet diretti indikati fit-tabelli mehmużin. L-għan ta' din l-estensjoni huwa li tkun żgurata kontinwazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti f'xenarju li fih l-elementi l-oħra kollha jibqgħu ma jinbidlux, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa possibbli li jiġi applikat il-mekkaniżmu finanzjarju ta' dixxiplina.

Il-proposti ta' riforma jinkludu dispożizzjonijiet li jagħtu lill-Istati Membri grad stabbilit ta' flessibbiltà fir-rigward tal-allokazzjoni tagħhom tal-għajnuniet diretti għall-iżvilupp rurali. F'każ li l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw dik il-flessibbiltà, dan għandu jħalli konsegwenzi finanzjarji fil-limiti tal-ammonti finanzjarji pprovduti, li f'dan l-istadju ma jistgħux ikunu kwantifikati.

Din id-dikjarazzjoni finanzjarja ma tikkunsidrax l-użu possibbli tar-riżerva għall-kriżijiet. Għandu jkun enfasizzat li l-ammonti kkunsidrati għan-nefqa marbuta mas-suq huma bbażati fuq nuqqas ta' xiri sfurzat b'intervent pubbliku u miżuri oħra marbuta mas-sitwazzjoni ta' kriżi fi kwalunkwe settur.

Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

Tabella 1: Ammonti għall-PAK li jinkludu ammonti kumplimentari previsti fil-proposti tal-QFM u l-proposti ta' riforma tal-PAK

F'miljun EUR (prezzijiet kurrenti)

2013 (1) | 2013 aġġustat | 2014 (2) |

Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009. | 40 165.0 | 40 530.5 | 541.9 |

Introduzzjoni progressiva fl-UE 10 | 616.1 |

Verifika tas-Saħħa | -64.3 |

Riformi preċedenti | -9.9 |

TOTAL 05 03 |

NEFQA TOTALI | 40 165.0 | 40 530.5 | 41 072.4 |

Noti:

(1) L-ammont tal-2013 jinkludi stima tat-tqaċċit tad-dwieli tal-inbid fl-2012.

(2) Il-limiti massimi netti estiżi jinkludu stima tat-trasferimenti tal-inbid lejn SPU ibbażati fuq id-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Istati Membri għall-2013.

Tabella 8: Kalkolu tal-impatt finanzjarju tal-proposti ta' riforma tal-PAK fir-rigward tal-iżvilupp rurali

F'miljun EUR (prezzijiet kurrenti)

SENA TAL-BAĠIT | Bażi legali | Allokazzjoni għall-iżvilupp rurali | Tibdil mill-2013 |

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Nota: Huwa stmat li l-proposti leġiżlattivi mhux se jkollhom impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, jiġifieri l-ħsieb huwa li l-qafas leġiżlattiv jista' jkun implimentat bil-livell preżenti ta' riżorsi umani u ta' nefqa amministrattiva.

Ħtiġijiet stmati ta’ riżorsi umani

- ( Il-proposta/inizjattiva ma teħtiġx l-użu ta’ riżorsi umani

- x Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Nota: Huwa stmat li l-proposti leġiżlattivi mhux se jkollhom impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, jiġifieri l-ħsieb huwa li l-qafas leġiżlattiv jista' jkun implimentat bil-livell preżenti ta' riżorsi umani u ta' nefqa amministrattiva. Iċ-ċifri għall-perjodu ta' żmien bejn l-2014 u l-2020 huma bbażati fuq is-sitwazzjoni tal-2011.

L-istima għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed)

Sena 2014 | Sena 2015 | Sena 2016 | Sena 2017 | Sena 2018 | Sena 2019 | Sena 2020 |

( Karigi fil-pjan ta’ stabiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) |

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) | 1 034 | 1 034 | 1 034 | 1 034 | 1 034 | 1 034 | 1 034 |

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) | 3 | 3 | 3 | 3 | 3 | 3 | 3 |

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) |

10 01 05 01 (Riċerka diretta) |

( Persunal estern (f’unità Ekwivalenti Full-Time : FTE) FTE)[38] |

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") | 78 | 78 | 78 | 78 | 78 | 78 | 78 |

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) |

10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) |

Linji tal-baġit oħrajn (speċifika) |

TOTAL[39] | 1 115 | 1 115 | 1 115 | 1 115 | 1 115 | 1 115 | 1 115 |

XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jkunu mill-persunal tad-DĠ li diġà huma assenjati bil-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji |

Persunal estern |

Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali kurrenti

- x Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal- PROPOSTI għall-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020 .

- ( Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

- ( Il-proposta teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

- Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

- X Il-proposta dwar l-iżvilupp rurali (FAEŻR) tipprovdi għall-kofinanzjament stimat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | … daħħal kemm ikunu meħtieġa kolonni biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) |

- | | | | | | | | | |Għal dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit affettwat(i).

Ara Tabelli 2 u 3 fit-taqsima 3.2.1.

[1] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Baġit għall-Ewropa 2020 , COM(2011)500 finali, 29.6.2011.

[2] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali , COM(2010)672 finali, 18.11.2010.

[3] Ara b’mod partikolari r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2011, 2011/2015(INI), u l-konklużjonijiet tal-Presidenza tat-18.3.2011.

[4] Il-qafas leġiżlattiv attwali jinkludi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (il-pagamenti diretti), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (l-istrumenti tas-suq), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (l-iżvilupp rurali) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (il-finanzjament).

[5] Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006, COM(2011) 615 tas-6.10.2011.

[6] Ara l-Anness 9 għall-valutazzjoni tal-impatt għal deskrizzjoni ġenerali tal-517-il kontribuzzjoni riċevuti.

[7] ĠU C […], […], p. […].

[8] ĠU C […], […], p. […].

[9] ĠU C […], […], p. […].

[10] ĠU C […], […], p. […].

[11] COM(2010) 672 finali, 18.11.2010.

[12] ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

[13] ĠU L …..

[14] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[15] ĠU L […], […], p. […].

[16] ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.

[17] ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.

[18] ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Regolament imħassar u sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 73/2009.

[19] ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

[20] ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.

[21] ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

[22] ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Regolament imħassar u mibdul bir-Regolament (KE) Nru...[RDR]

[23] ĠU L……

[24] ĠU L 178, 5.7.2008, p. 1.

[25] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

[26] ĠU L 8, 12.1.2011, p. 1.

[27] ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

[28] ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività (Activity-Based Management)–ABB: Baġit Ibbażat fuq l-Attività (Activity-Based Budgeting).

[29] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[30] COM(2011)500 finali tad-29 ta’ Ġunju 2011.

[31] Id-dettalji dwar il-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinstabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[32] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[33] Għajnuniet diretti għall-perjodu 2014-2020 jinkludu stima tat-trasferimenti tal-inbid lejn SPU ibbażati fuq id-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Istati Membri għall-2013.

[34] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[35] Ibbażata fuq l-eżekuzzjoni u l-estimi tal-passat fl-Abbozz tal-Baġit għall-2012. Għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fil-qasam tal-frott u l-ħaxix, l-ammonti f'konformità mar-riforma ta' dak is-settur u, kif diġà indikat fid-dikjarazzjonijiet tal-attività tal-Abbozz tal-Baġit għall-2012, l-eżiti se jkunu magħrufa biss lejn tmiem l-2011.

[36] Ibbażat fuq iż-żoni potenzjalment eliġibbli għall-2009.

[37] Ibbażat fuq l-ispiża medja ta' EUR 127 000 għall-karigi ta' uffiċjali u aġenti temporanji fil-pjan ta' stabbiliment.

[38] AK= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal tal-aġenzija (" Intérimaire "); JED= " Jeune Expert en Délégation " (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjoni); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat;

[39] Dan ma jinkludix il-limiti sekondarju tal-intestatura tal-baġit 05.010404.

[40] Dan se jkun stabbilit fil-programmi għall-iżvilupp rurali li għandhom jitressqu mill-Istati Membri.

[41] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, levies fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.