Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 /* KUMM/2011/0615 finali - 2011/0276 (COD) */
{SEC(2011)1141
final} {SEC(2011)1142
final} MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.
IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA
Fid-29 ta’ Ġunju 2011,
il-Kummissjoni adottat proposta għall-qafas finanzjarju multiannwali li
jmiss għall-perjodu 2014-2020: Baġit għall-Ewropa 2020[1]. Is-simplifikazzjoni
tat-twettiq tal-politika, l-enfasi fuq ir-riżultati u l-użu akbar
tal-kundizzjonalità huma fost il-karatteristiċi ewlenin tas-sett ta’
programmi li jmiss. Is-simplifikazzjoni ġiet definita
bħala għan prinċipali fil-Komunikazzjoni dwar ir-Reviżjoni
tal-Baġit tal-UE[2],
l-aġenda tar-Regolamentazzjoni Intelliġenti[3] u l-komunikazzjoni msemmija
qabel dwar il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss. L-esperjenza turi li
fil-perjodu ta’ pprogrammar attwali, id-diversità u l-frammentazzjoni
tar-regoli li jirregolaw il-programmi tal-infiq ta’ spiss jiġu
perċepiti bħala kkumplikati bla bżonn u diffiċli biex
jiġu implimentati u kkontrollati. Dan jimponi piż amministrattiv tqil
fuq il-benefiċjarji kif ukoll fuq il-Kummissjoni u l-Istati Membri, li
jista’ jkollu l-effett li jiskoraġġixxi l-parteċipazzjoni,
iżid ir-rati ta’ żbalji u joħloq dewmien fl-implimentazzjoni.
Dan ifisser li l-benefiċċji potenzjali tal-programmi tal-UE ma
jitwettqux għal kollox. Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp
Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FES), il-Fond ta’
Koeżjoni (FK), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali
(FAEŻR) u l-Fond Ewropew futur għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(EMFF) (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-'Fondi tal-QSK') isegwu
għanijiet ta’ politika kumplimentari u l-ġestjoni tagħhom hija
kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Għalhekk, huwa
importanti li tiġi mmassimizzata l-effikaċja tal-istrumenti
strutturali kollha bil-għan li jilħqu l-għanijiet u l-miri
stabbiliti fil-programmi u jsir l-aħjar użu mis-sinerġiji u
l-effiċjenza tal-istrumenti differenti. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’
politika soda, kundizzjonijiet ta’ qafas regolatorji u istituzzjonali
għall-fondi, enfasi akbar fuq ir-riżultati u l-progress tal-monitoraġġ
lejn l-għanijiet u l-miri miftiehma fil-programmi, kif ukoll
l-armonizzazzjoni, sakemm ikun possibbli, tar-regoli tal-implimentazzjoni u
r-rekwiżiti tal-kontroll. F'dan l-isfond, dan ir-Regolament iwassal
għall-ħolqien ta' sett komuni ta' regoli bażiċi. Huwa
maqsum f'żewġ partijiet. L-ewwel parti tistabbilixxi serje ta’
dispożizzjonijiet komuni li jirregolaw l-istrumenti strutturali kollha
koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni. Dawn id-dispożizzjonijiet
jikkonċernaw il-prinċipji ġenerali tal-appoġġ,
bħas-sħubija, il-governanza fuq diversi livelli, l-ugwaljanza bejn
l-irġiel u n-nisa, is-sostenibbiltà u l-konformità mal-liġi tal-UE u
nazzjonali applikabbli. Il-proposta fiha wkoll l-elementi komuni ta' ppjanar
strateġiku u pprogrammar, inkluż lista ta’ għanijiet
tematiċi konġunti misluta mill-Istrateġija Ewropa 2020,
dispożizzjonijiet dwar il-Qafas Strateġiku Komuni fil-livell
tal-Unjoni u dwar il-Kuntratti ta’ Sħubija li jridu jiġu
konklużi ma’ kull Stat Membru. Hija tistabbilixxi approċċ komuni
sabiex tissaħħaħ l-orjentazzjoni tal-prestazzjoni tal-politika
ta’ koeżjoni, il-politika tal-iżvilupp rurali u l-politika
tal-affarijiet marittimi u s-sajd u għalhekk tinkludi
dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonalitajiet u l-analiżi
tal-prestazzjoni, iżda wkoll l-arranġamenti għall-monitoraġġ,
ir-rappurtar u l-evalwazzjoni. Minbarra dan, ġew stabbiliti wkoll
dispożizzjonijiet komuni dwar l-implimentazzjoni tal-Fondi tal-QSK
fir-rigward tar-regoli tal-eliġibbiltà, filwaqt li ġew definiti
arranġamenti speċjali għall-istrumenti finanzjarji u l-iżvilupp
lokali mmexxi mill-komunità. Xi arranġamenti marbuta mal-ġestjoni u
l-kontroll huma komuni għall-Fondi kollha tal-QSK. It-tieni parti tinkludi dispożizzjonijiet
speċifiċi stabbiliti għall-FEŻR, il-FSE u l-FK. Dawn
jinkludu dispożizzjonijiet relatati mal-missjoni u l-miri tal-Politika ta’
Koeżjoni, il-qafas finanzjarju, l-arranġamenti speċifiċi
tal-ipprogrammar u r-rappurtar, proġetti ewlenin u pjanijiet ta’ azzjoni
konġunta. It-tieni parti tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-sistemi
ta’ ġestjoni u kontroll taħt il-politika ta’ koeżjoni u telabora
l-arranġamenti speċifiċi għall-kontroll u l-ġestjoni
finanzjarja. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni se
tiżgura li jiġu ppreservati s-sinerġiji li diġà nkisbu
permezz tas-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-ewwel pilastru (il-FAEG -
Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija) u t-tieni pilastru (il-FAEŻR)
tal-Politika Agrikola Komuni. Għaldaqstant se tinżamm ir-rabta
b'saħħitha li hemm bejn il-FAEG u l-FAEŻR u se jiġu
ppreservati l-istrutturi li diġà hemm stabbiliti fl-Istati Membri.
2.
IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U
L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
2.1.
Konsultazzjonijiet u parir espert
Ir-Regolament huwa msejjes fuq
konsultazzjonijiet estensivi ma' partijiet interessati, fosthom Stati Membri,
reġjuni, imsieħba soċjali u ekonomiċi, esperti
akkademiċi u istituzzjonijiet internazzjonali fil-kuntest
tat-tħejjija tal-proposta għal kull fond strutturali għall-qafas
finanzjarju 2014-2020. Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet ex-post
imwettqa fuq il-programmi tal-2000-2006; u firxa wiesgħa ta’ studji u
pariri esperti ntużaw bħala kontribut. Għall-qafas tal-politika ta’
koeżjoni li jmiss, ġie pprovdut parir espert permezz tal-Grupp ta’
Livell Għoli li rrifletta fuq il-Politika ta’ Koeżjoni
tal-ġejjieni, b’10 laqgħat li saru bejn l-2009 u l-2011, pjattaforma
informali stabbilita sabiex issostni l-ħidma tal-Kummissjoni
fl-iżvilupp tad-direzzjonijiet fil-ġejjieni tal-politika ta’
koeżjoni, kif ukoll Task Force dwar il-Kondizzjonalità, li ltaqgħet
tliet darbiet kmieni fl-2011. Bejn it-12 ta’ Novembru 2010 u l-31 ta’ Jannar 2011
saret konsultazzjoni pubblika dwar il-konklużjonijiet tal-Ħames
Rapport ta’ Koeżjoni. Waslu total ta’ 444 kontribuzzjoni. Fit-13 ta’ Mejju 2011
ġie ppubblikat sommarju tar-riżultati[4].
Fir-rigward tal-ġejjieni
tal-iżvilupp rurali, saret konsultazzjoni pubblika bejn it-23 ta' Novembru
tal-2010 u l-25 ta' Jannar tal-2011 u fit-12 ta' Jannar tal-2011 ġie
organizzat kumitat konsultattiv mal-partijiet interessati.[5] Flimkien,
il-Kummissjoni rċeviet 517-il kontribuzzjoni. Minn fost
il-kontribuzzjonijiet minn organizzazzjonijiet, 44% ġew mis-settur
tal-biedja u tal-ipproċessar u 40% minn awtoritajiet nazzjonali,
reġjonali u lokali, organizzazzjonijiet ambjentali, gruppi ta’ riflessjoni
u istituti ta’ riċerka, kif ukoll minn organizzazzjonijiet
tal-iżvilupp, is-settur tal-kummerċ u organizzazzjonijiet
tal-konsumatur. Organizzazzjonijiet oħrajn (12%) li pparteċipaw
fil-konsultazzjoni kienu jinkludu organizzazzjonijiet għall-ħarsien
tas-saħħa, korpi għall-ġestjoni tal-ilma u
rappreżentanzi tas-soċjetà ċivili. F’April 2009 ġiet adottata Green Paper
dwar il-ġejjieni tal-politika komuni tas-sajd[6], segwita minn konsultazzjoni
pubblika. Minbarra l-konsultazzjoni pubblika, ġew organizzati madwar 200
laqgħa mal-Istati Membri, il-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u
l-Akkwakultura (ACFA) u l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (RACs),
l-industrija tas-sajd, is-settur tal-ipproċessar u
tal-kummerċjalizzazzjoni, trejdunjins, NGOs u l-komunità tar-riċerka.
B’mod partikolari: (i) saru żewġ laqgħat mal-Istati Membri, li
matulhom ġie diskuss il-finanzjament fil-ġejjieni, f’Gent (bejn it-12
u l-14 ta’ Settembru 2010) u f’Noordwijk (bejn id-9 u l-11 ta’ Marzu 2011);
(ii) fit-13 ta’ April 2010 ġie organizzat seminar apposta
fi Brussell dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd fil-ġejjieni
bil-parteċipazzjoni ta’ partijiet interessati mill-industrija,
mit-trejdunjins u mill-Istati Membri; (iii) saret konferenza fi Brussell dwar
il-ġejjieni tal-iżvilupp lokali fl-oqsma tas-sajd (it-12 u t-13 ta'
April 2011). Jistgħu jsiru għadd ta’
konklużjonijiet komuni mir-riżultati tal-konsultazzjonijiet
pubbliċi differenti li kkonfermaw dawn li ġejjin: –
Maġġoranza tal-partijiet interessati
talbu għal appoġġ finanzjarju kontinwu ta’ dawn il-politiki; –
L-appoġġ tal-UE għandu jiffoka fuq
għadd ta’ prijoritajiet u l-politiki differenti għandhom jiġu
allinjati mal-Istrateġija Ewropa 2020; –
B’mod partikolari għall-politika ta’
koeżjoni, il-partijiet interessati talbu għal approċċ aktar
orjentat lejn ir-riżultati u ngħata appoġġ qawwi għal
sett aktar trasparenti u simplifikat ta’ proċeduri tal-ġestjoni
finanzjarja; Maġġoranza tal-partijiet interessati
talbu għal approċċ aktar integrat jew strateġiji kkombinati
ma’ politiki u strumenti finanzjarji oħrajn tal-UE.
2.2.
Valutazzjoni tal-impatt
Din il-proposta tislet minn tliet
Valutazzjonijiet tal-Impatt: wieħed li sar fuq il-FEŻR, il-FK u l-FSE
flimkien; u wieħed fuq l-FAEŻR u wieħed fuq l-EMFF. Dawn
il-valutazzjonijiet tal-impatt analizzaw kwistjonijiet li jinkludu l-valur
miżjud tal-UE, il-prestazzjoni u t-twettiq tal-politki, kif ukoll
is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tar-regoli. L-għażliet
ivvalutati fil-valutazzjoni tal-impatt kienu relatati ma’ (i) it-titjib
fil-kapaċità tal-politiki li jkunu ta' valur miżjud Ewropew, (ii)
iż-żieda fil-prestazzjoni tal-politiki u (iii) is-simplifikazzjoni –
it-tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi u t-tnaqqis tar-riskju ta’
żball.
2.2.1.
It-twettiq ta' valur miżjud Ewropew
Sabiex ikunu jistgħu jwasslu valur
miżjud Ewropew akbar, il-programmi strutturali jeħtieġ li: a)
jikkonċentraw l-appoġġ tagħhom fuq il-prijoritajiet tal-UE
u b) jikkoordinaw ma’ politiki u strumenti finanzjarji oħrajn tal-UE.
L-Istrateġija Ewropa 2020 tipprovdi sett ċar ta’ għanijiet
komuni, inklużi miri primarji u inizjattivi ewlenin, bħala qafas
ċar għall-identifikazzjoni tal-prijoritajiet tal-finanzjament. Hemm
kunsens wiesa’ fost il-partijiet interessati fuq l-irwol tal-politiki
differenti (il-politika ta' koeżjoni, il-politika tal-iżvilupp
rurali, u l-politika tal-affarijiet marittimi u s-sajd) fil-kontribuzzjoni
għall-ksib tal-Istrateġija Ewropa 2020[7].
B'rabta mal-konċentrazzjoni fuq
prijoritajiet tal-UE, l-għażliet ivvalutati inkludew
approċċ flessibbli għall-konċentrazzjoni permezz
tal-allokazzjoni ta' dispożizzjonijiet; ħolqa aktar viżibbli u
komprensiva mal-miri ewlenin u l-Linji gwida intergrati tal-Ewropa 2020, li
tiżgura massa kritika għall-FSE u, it-tielet nett,
konċentrazzjoni dwar il-prijoritajiet tal-UE fi Stati Membri anqas
żviluppati biss. L-għażla ppreferuta hija li tiġi
stabbilita rabta b’saħħitha mal-miri ta’ Ewropea 2020 għax din
tkun tikkontribwixxi l-aktar għall-ilħuq tal-miri ewlenin. B'rabta mal-koordinazzjoni ma’ politiki u
strumenti finanzjarji oħra tal-UE, l-għażliet eżaminati
inkludew allinjament laxk ibbażat fuq Linji Gwida Strateġiċi
Komunitarji mhux vinkolanti, allinjament aktar komprensiv mal-objettivi
tal-Ewropa 2020 permezz tal-Kuntratt tas-Sħubija u l-Qafas Strateġiku
Komuni, u l-ebda allinjament ma’ politiki u strumenti finanzjarji oħra
tal-UE lil hinn mill-konformità formali. Arranġamenti ta’ ppjanar
strateġiku li jinkludu Qafas Strateġiku Komuni fil-livell tal-Unjoni
u Kuntratti ta’ Sħubija f'livell nazzjonali huma meqjsin li jiżguraw
koordinazzjoni effettiva bejn il-politiki u l-istrumenti tal-Unjoni.
2.2.2.
Iż-żieda fil-prestazzjoni tal-politika
L-effikaċja tal-istrumenti strutturali
differenti tiddependi fuq oqfsa politiċi, regolatorji u istituzzjonali
b’saħħithom. F’bosta setturi, hemm bżonn ta’ kombinazzjoni ta’
kundizzjonijiet strateġiċi u regolatorji u investiment pubbliku
sabiex jiġu indirizzati l-konġestjonijiet għal tkabbir b’mod
effiċjenti. L-għażliet eżaminati f’dan il-kuntest irrelataw
ma’: a) status quo (kundizzjonalità makrofiskali taħt l-FK,
konformità mal-proċeduri u ma' leġiżlazzjoni settorjali u oqfsa
strateġiċi tal-UE, għalkemm applikati b'mod mhux sistematiku,
l-ebda dispożizzjonijiet relatati mal-prestazzjoni; b) kundizzjonalitajiet
ex ante li jiġu ssodisatti qabel l-adozzjoni tal-programmi; c)
kondizzjonalitajiet ex post inkluż il-qafas ta’ prestazzjoni u
r-riżerva għall-prestazzjoni; d) tisħiħ tal-kundizzjonalità
makrofiskali; u e) għażliet ikkumbinati. L-għażla
ppreferuta kienet l-għażla kkombinata minħabba li din
l-għażla tippermetti l-indirizzar tal-prekondizzjonijiet
meħtieġa għall-użu effettiv tal-Fondi tal-QSK u tipprovdi
inċentivi sabiex jinkisbu objettivi u miri ddefiniti minn qabel u tallinja
l-implimentazzjoni tal-programmi mal-governanza ekonomika tal-Unjoni.
2.2.3.
Is-simplifikazzjoni - it-tnaqqis ta' kostijiet amministrattivi
u l-minimizzar tar-riskju ta’ żball
Il-ġestjoni soda, effettiva u
effikaċi tal-istrumenti strutturali teħtieġ sistemi xierqa,
effettivi u trasparenti li jinvolvu l-amministrazzjonijiet differenti
kkonċernati. Dawn is-sistemi jeħtieġ li jiżguraw
l-għażla ta’ operazzjonijiet ta’ kwalità għolja u
l-implimentazzjoni effettiva ta’ dawn l-operazzjonijiet sabiex jintlaħqu
l-miri tal-politika. Is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll għandhom
jiżguraw ukoll il-prevenzjoni u l-iżvelar ta' irregolaritajiet,
fosthom ta' frodi, u għaldaqstant assigurazzjoni raġonevoli dwar
ir-regolarità tan-nefqa. Fl-istess ħin is-sistema ta' twettiq għandha
tkun waħda sempliċi u effiċjenti kemm jista' jkun biex
tiżgura implimentazzjoni effiċjenti u t-tnaqqis tal-piż
amministrattiv għall-benefiċjarji. L-għażliet eżaminati
għall-politika ta’ koeżjoni inkludew għażliet differenti
ta’ rimborż (ibbażati fuq l-għażliet ta’ spejjeż reali
u ta’ spiża simplifikata), Governanza elettronika u assigurazzjoni.
Id-differenzi ewlenin bejn l-għażliet jirrelataw mal-livell
tal-involviment tal-Kummissjoni fil-valutazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni
u kontroll, mad-disponibbiltà tal-alternattivi ta' rimborż marbuta
mar-riżultati, u mal-mekkaniżmi għall-promozzjoni tal-Govenanza
elettronika fil-ġestjoni ta' kuljun tal-fondi tal-UE. Approċċ
proporzjonali li jinvolvi arranġamenti ta’ kontroll ibbażati fuq
ir-riskju, id-disponibilità ta’ firxa wiesgħa ta’ għażliet ta’
rimbors, u Governanza elettronika avvanzata fil-livell tal-Istati Membri u
reġjuni huwa l-għażla ppreferuta għaliex tista' twassal
għal tnaqqis potenzjali sinifikanti fl-ispiża tal-kontrolli u tnaqqis
fl-ammont tax-xogħol u tikkonforma aħjar ukoll mal-prinċipju
tas-sussidjarjetà.
3.
L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA
L-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata
kemm fuq il-bażi tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 174 tat-Trattat
dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) kif ukoll fuq il-prinċipju
tas-sussidjarjetà. Id-dritt li tittieħed azzjoni jinsab imnaqqax
fl-Artikolu 175 tat-TFUE li jsejjaħ b'mod espliċitu biex l-Unjoni
timplimenta din il-politika permezz ta' Fondi strutturali, flimkien
mal-Artikolu 177, li jiddefinixxi r-rwol tal-FK. L-għanijiet tal-FSE,
il-FEŻR u l-FK huwa ddefiniti fl-Artikoli 162, 176 u 177 tat-TFUE
rispettivament. L-azzjonijiet relatati mal-agrikoltura u s-sajd huma
ġġustifikati mill-Artikoli 38 u 39 tat-TFUE. L-Artikolu 174 tat-TFUE jiddikjara li
għandha tingħata attenzjoni partikolari għal żoni rurali,
żoni affettwati minn tranżizzjoni industrijali, u reġjuni li
jsofru minn żvantaġġi naturali u demografiċi severi u
permanenti bħar-reġjuni li jinsabu fil-partijiet l-aktar
imbiegħda tat-tramuntana b’densità tal-popolazzjoni baxxa ħafna u
gżejjer, reġjuni transkonfinali u muntanjużi. L-Artikolu 349 tat-TFUE jiddikjara li
għandhom jiġu adottati miżuri speċifiċi sabiex
jittieħed kont tas-sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika
tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, li hija aktar ikkumplikata
minħabba ċerti fatturi speċifiċi li jirrestrinġu bi
kbir l-iżvilupp tagħhom.
4.
L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-proposta tal-Kummissjoni għal qafas
finanzjarju multiannwali jipprevedi ammont ta’ EUR 376 biljun
għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
għall-perjodu 2014-2020. Baġit propost 2014-2020 || Biljuni ta' EUR Reġjuni anqas żviluppati Reġjuni fi tranżizzjoni Reġjuni aktar żviluppati Kooperazzjoni territorjali Fond ta' Koeżjoni Allokazzjoni addizzjonali għal reġjuni l-aktar imbiegħda b'poplazzjoni baxxa || 162,6 38,9 53,1 11,7 68,7 0,926 Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, għat-trasport, l-enerġija u l-ICT || 40 biljun (b’ EUR 10 biljuni addizzjonali separati delimitati fil-Fond ta’ Koeżjoni) *Iċ-ċifri
kollha bil-prezzijiet kostanti tal-2011 Il-proposta tal-Kummissjoni stabbilixxit
wkoll, bil-għan li tissaħħaħ l-kontribuzzjoni tal-Fondi
tal-QSK fit-twassil tal-miri ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020, ishma
minimi għall-FSE għal kull kategorija ta’ reġjuni.
L-applikazzjoni ta’ dawn l-ishma tirriżulta f’sehem globali miniminu
għall-FSE ta' 25% tal-baġit allokat għall-politika ta'
koeżjoni, jiġifieri EUR 84 biljun. Madankollu, huwa
importanti li jiġi nnotat li l-allokazzjoni minima indikata tal-FSE
tinkludi l-baġit għal proposta tal-Kummissjoni li jmiss dwar
l-appoġġ fil-forma ta’ ikel għall-aktar persuni fil-bżonn. Il-proposta tal-Kummissjoni għall-finanzjament
tal-FAEŻR u l-EMFF ser tkun inkluża fir-regolamenti
speċifiċi għall-Fondi għal kull Fond.
5.
SOMMARJU TAL-KONTENUT TAR-REGOLAMENT
5.1.
Dispożizzjonijiet komuni li jirregolaw
il-Fondi tal-QSK kollha
5.1.1.
Prinċipji ġenerali
Il-prinċipji ġenerali li jirregolaw
l-appoġġ għall-Fondi kollha tal-QSK ser jinkludu sħubija u
governanza fuq diversi livelli, il-konformità mal-liġi tal-UE u nazzjonali
applikabbli, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u
l-iżvilupp sostenibbli. F'dan il-kuntest, għall-FSE,
il-Kummissjoni ser tibqa' tiġi assistita mill-Kumitat previst fl-Artikolu 163
tat-Trattat u li huwa magħmul minn gvern rappreżentattiv,
rappreżentant tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u
rappreżentant mill-organizzazzjoni ta' min iħaddem minn kull Stat
Membru.
5.1.2.
Approċċ strateġiku
Sabiex jiġi massimizzat l-impatt
tal-politika fit-twassil tal-prijoritajiet Ewropej, il-Kummissjoni tipproponi
li tirrinforza l-proċess tal-ipprogrammar strateġiku. Dan jinvolvi
d-definizzjoni ta’ lista ta’ objettivi tematiċi fir-Regolament
b’konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020: (1) it-tisħiħ
tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni; (2) it-tisħiħ
tal-aċċess u l-użu u l-kwalità tat-teknoloġiji
tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; (3) it-tisħiħ tal-kompetittività
ta’ impriżi żgħar u medji u s-settur tal-agrikoltura
(għall-FAEŻR) u s-settur tas-sajd u l-akkwakultura (għall-EMFF); (4) is-sostenn tal-bidla lejn ekonomija
b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fis-setturi kollha; (5) il-promozzjoni tal-adattament
għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji; (6) il-protezzjoni tal-ambjent u
l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi; (7) il-promozzjoni ta' trasport
sostenibbli u t-tneħħija ta' ostakoli fl-infrastrutturi tan-netwerks
ewlenin; (8) il-promozzjoni tal-impjieg u
s-sostenn tal-mobilità tax-xogħol; (9) il-promozzjoni ta’ inklużjoni
soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar; (10) l-investiment fl-edukazzjoni,
il-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja; (11) it-tisħiħ tal-kapaċità
istituzzjonali u amminstrazzjoni pubblika effiċjenti. Il-Qafas Strateġiku Komuni għandu
jittraduċi l-objettivi u l-miri tal-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklużiv f’azzjonijiet ewlenin
għall-FEŻR, il-FK, il-FSE, il-FAEŻR u l-EMFF, li ser jiżguraw
użu integrat tal-fondi tal-QSK għat-twettiq ta' objettivi komuni Il-Kuntratti ta’ Sħubija bejn
il-Kummissjoni u kull Stat Membru ser jistabbilixxu l-impenji tal-imsieħba
fil-livell nazzjonali u reġjonali u tal-Kummissjoni. Huma ser ikunu
marbuta mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Programmi Nazzjonali
ta’ Riforma. Huma ser jistabbilixxu approċċ integrat
għall-iżvilupp territorjali appoġġjat mill-Fondi kollha
tal-QSK u jinkludu objettivi bbażati fuq indikaturi miftiehma,
investimenti strateġiċi u għadd ta’ kondizzjonalitajiet. Huma
ser ikun fihom impenji sabiex jingħata rendikont annwali tal-progress
fir-rapporti annwali dwar il-politika ta’ koeżjoni, il-politika
tal-iżvilupp rurali u f’rapporti pubbliċi oħrajn.
5.1.3.
Il-kondizzjonalitajiet u l-prestazzjoni
Sabiex tiġi rrinforzata l-prestazzjoni,
ser jiġu introdotti dispożizzjonijiet ġodda ta’ kondizzjonalità
bil-għan li jkun żgurat li l-finanzjament tal-UE joħloq
inċentivi qawwija għall-Istati Membri sabiex iwettqu l-objettivi u
l-miri tal-istrateġija Ewropa 2020. Il-kondizzjonalità ser tieħu
l-forma ta’ kondizzjonijiet ‘ex ante’ li għandhom ikunu
fis-seħħ qabel jinħarġu l-fondi u kondizzjonijiet ‘ex
post’ li għandhom jagħmlu r-rilaxx tal-fondi addizzjonali
kontinġenti fuq il-prestazzjoni. Ir-raġuni għat-tisħiħ
tal-kondizzjonalità 'ex-ante' għal dawn il-fondi hija li jiġi
żgurat li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-appoġġ
effettiv tagħhom ikunu fis-seħħ. L-esperjenza tal-passat
tissuġġerixxi li l-effettività tal-investimenti ffinanzjati mill-fondi
f’xi każijiet kienet imxekkla minn ostakoli fl-oqfsa tal-politika, dawk
regolatorji u istituzzjonali. Il-kunċett tal-kondizzjonalità mhuwiex
kunċett ġdid fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni. Matul perjodi
ta’ ipprogrammar suċċessivi, ġew introdotti għadd ta’
mekkaniżmi sabiex jimmassimizzaw l-effikaċja tal-interventi.
Uħud minnhom huma marbuta mad-dixxiplini tal-ġestjoni u l-kontroll,
filwaqt li oħrajn huma marbuta mal-oqfsa strateġiċi u
regolatorji kif ukoll mal-kapaċità amministrattiva. Madankollu, l-esperjenzi
bl-applikazzjoni tal-kondizzjonalitajiet jindikaw varjazzjonijiet fil-programmi
differenti. Applikazzjoni aktar trasparenti u sistematika hija għalhekk
ġustifikata. Il-kondizzjonalità 'ex post' ser
issaħħaħ l-enfasi fuq il-prestazzjoni u l-kisba tal-objettivi
tal-istrateġija Ewropa 2020. Hija ser tkun ibbażata fuq il-kisba
tal-għanijiet relatati mal-miri għall-produzzjoni u fuq
ir-riżultati marbuta mal-objettivi tal-Ewropa 2020 stabbiliti għal
programmi fil-kuntratt ta’ sħubija. 5% tal-baġit tal-fondi relevanti
ser jitwarrbu u jiġu allokati, matul analiżi tal-prestazzjoni ta'
nofs it-terminu, lil dawk l-Istati Membri li l-programmi tagħhom ikunu
laħqu l-għanijiet tagħhom. Minbarra r-riżerva
għall-prestazzjoni, in-nuqqas ta' lħuq tal-għanijiet jista'
jwassal għal sospensjoni tal-fondi, filwaqt li l-fatt li l-miri ta'
programm ma jintlaħqux b'mod tassew serju jista' jwassal għal revoka
tal-fondi. Sabiex jiġi żgurat li l-effettività
tal-fondi ma tkunx imxekkla minn politiki makrofiskali mhux tajbin, il-Kummissjoni
tipproponi li tirrinforza r-regoli li jirregolaw il-Fondi dwar
il-kondizzjonalità makro-fiskali u tallinjahom mal-miżuri ta’ infurzar
ġodda tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir li għandhom jiġu adottati
bħala parti mis-Sitt Pakkett ta’ Governanza Ekonomika. Fl-istess ħin, tista’ tiġi applikata
rata ta’ kofinanzjament ogħla (b’10 punti perċentwali) meta Stat
Membru jkun qiegħed jirċievi għajnuna finanzjarja skont
l-Artikoli 136 u 143 tat-TFUE, biex b’hekk jitnaqqas l-isforz meħtieġ
mill-baġits nazzjonali fi żmien ta’ konsolidazzjoni fiskali, filwaqt
li jinżamm l-istess livell globali ta’ finanzjament tal-UE.
5.1.4.
Arranġamenti komuni għall-ġestjoni
Il-proposta tipprevedi sistema ta’
ġestjoni u kontroll li hija simili matul strumenti ta’ ġestjoni
kondiviża u hija bbażata fuq prinċipji komuni. Ser tiġi
implimentata sistema ta’ akkreditazzjoni nazzjonali sabiex tenfasizza l-impenn
tal-Istati Membri għal ġestjoni finanzjarja tajba.
L-arranġamenti li jsostnu l-assigurazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward
tar-regolarità tal-infiq ġew armonizzati, filwaqt li ġew introdotti
xi elementi komuni ġodda, bħal dikjarazzjoni amministrattiva
tal-assigurazzjoni u l-approvazzjoni annwali tal-kontijiet, bil-għan li
tiġi rrinforzata l-assigurazzjoni.
5.1.5.
Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità
L-Istati Membri ser ikollhom il-possibbiltà li
jużaw proċessi komuni għat-tħejjija, in-negozjati,
il-ġestjoni u l-implimentazzjoni, u ser ikunu mħeġġa
jagħmlu dan partikolarment fejn il-ħtieġa għal
koordinazzjoni mtejba tal-investimenti fil-kapital uman u l-infrastruttura tkun
l-akbar. Il-Fondi tal-QSK
jeħtieġ li jindirizzaw il-ħtiġijiet multipli
tal-iżvilupp fil-livell sub-reġjonali u lokali. Sabiex tiġi
ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-interventi multidimensjonali u
trans-settorjali, il-Kummissjoni tipproponi li ssaħħaħ
l-inizjattivi mmexxija mill-komunità, tiffaċilita l-implimentazzjoni
tal-istrateġiji integrati tal-iżvilupp lokali u l-formazzjoni ta’
gruppi ta’ azzjoni lokali, abbażi tal-esperjenza tal-approċċ
LEADER.
5.1.6.
Strumenti finanzjarji
Minbarra l-għoti ta’ finanzjament, huwa
propost li l-appoġġ għall-impriżi u l-proġetti li huma
mistennija jiġġeneraw redditu finanzjarju sostanzjali ser
jingħata primarjament permezz ta’ strumenti finanzjarji innovattivi. Filwaqt li l-istrumenti finanzjarji ser
jibqgħu simili għal dawk applikati fl-2007-2013, għandhom
jiġu enfasizzati bosta elementi tas-simplifikazzjoni. L-ewwel nett,
il-Kummissjoni ser toffri soluzzjonijiet lesti permezz ta’ aċċess
għall-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell tal-UE u mudelli
għal fondi nazzjonali u reġjonali bbażati fuq termini u
kondizzjonijiet standard stabbiliti mill-Kummissjoni. It-tieni nett,
il-proposta tirrappreżenta qafas ċar għall-implimentazzjoni ta’
dawn l-istrumenti, u tindirizza l-ambigwitajiet li nħolqu fil-kuntest
tal-qafas leġiżlattiv għall-perjodu 2007-2013, sabiex b’hekk
iżżid iċ-ċertezza legali għall-partijiet kollha.
It-tielet nett, l-istrumenti finanzjarji jistgħu fil-ġejjieni
jintużaw għat-tipi kollha ta’ investiment u benefiċjarju, li
jirrappreżentaw estensjoni sinjifikanti tal-possibbiltajiet sabiex
jintużaw dawn l-istrumenti innovattivi.
5.1.7.
Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni
Id-dispożizzjonijiet komuni
għall-fondi kollha tas-CSF fil-qasam tal-monitoraġġ u
l-evalwazzjoni jinkludu l-irwol u l-kompożizzjoni tal-kumitat
tal-monitoraġġ, ir-rapporti annwali tal-implimentazzjoni,
il-laqgħat annwali ta’ reviżjoni, ir-rapporti tal-progress dwar
l-implimentazzjoni tal-Kuntratt ta’ Sħubija, l-evalwazzjonijiet ex-ante
u ex-post.
5.1.8.
Regoli tal-eliġibbiltà simplifikati u
razzjonalizzati
Attwalment, ħafna benefiċjarji li
jużaw fondi minn strumenti differenti ta’ finanzjament mill-Unjoni
qegħdin jiffaċċjaw regoli ta’ eliġibbiltà differenti li
żżid il-kumplessità tal-ġestjoni u b’hekk anke r-riskju ta’
żbalji. Għalhekk, tpoġġiet enfasi fuq il-miżuri li
jiżguraw li l-ispejjeż amministrattivi jkunu proporzjonati u li
l-piż amministrattiv assoċjat mal-ġestjoni tal-fondi tal-UE
mill-benefiċjarji jitnaqqas. L-għan huwa li, safejn ikun possibbli,
jiġu armonizzati dawn ir-regoli bażiċi għall-istrumenti
implimentati taħt ġestjoni kondiviża, sabiex titnaqqas
il-multipliċità tar-regoli applikati f’livell bażiku.
Għażliet ta’ spejjeż simplifikati bħal rati fissi u somom
f’daqqa jipprovdu l-mezzi għall-Istati Membri biex jintroduċu
ġestjoni orjentata lejn il-prestazzjoni fil-livell ta’ operazzjonijiet
individwali Id-dispożizzjonijiet komuni dwar
it-twettiq jinkludu regoli komuni dwar l-infiq eliġibbli, il-forom
differenti ta’ appoġġ finanzjarju, kostijiet issimplifikati, u
d-durabbiltà tal-operazzjonijiet. Il-proposta tipprevedi wkoll
il-prinċipji komuni għas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll. Fil-kuntest tal-PAK, ir-regoli attwali dwar
il-kostijiet amministrattivi u s-sistemi ta' kontroll ser jinżammu u
jiġu sostnuti.
5.2.
Dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli
għall-FEŻR, il-FSE u l-FK
It-Tielet Parti
tar-Regolament tiddefinixxi l-missjoni u l-miri tal-politika ta’ koeżjoni,
il-kopertura ġeografika tal-appoġġ, ir-riżorsi finanzjarji
u l-prinċipji tal-għajnuna, l-ipprogrammar, proġetti ewlenin, pjanijiet
ta’ azzjoni konġunta, l-iżvilupp territorjali,
il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni,
l-eliġibbiltà tal-infiq u s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll.
5.2.1.
Il-kopertura ġeografika tal-appoġġ
Din tinkludi d-distinzjoni fir-rigward ta'
reġjuni anqas żviluppati, reġjuni fi tranżizzjoni u
reġjuni aktar żviluppati. Reġjuni anqas żviluppati: Skont it-TFUE, is-sostenn tar-reġjuni anqas żviluppati se
jibqa’ prijorità importanti għall-politika ta’ koeżjoni.
Il-proċess ta’ rkupru ta’ reġjuni li għadhom lura ekonomikament
u soċjalment se jeħtieġ sforzi sostnuti fuq perjodu ta’
żmien twil f’dinja ta’ inċertezza li dejjem tiżdied. Din
il-kategorija tikkonċerna dawk ir-reġjuni li l-PDG minn ras għal
ras tagħhom huwa inqas minn 75 % tal-PDG medju tal-UE-27. Reġjuni fi tranżizzjoni: Se tiġi introdotta kategorija ta' reġjun ġdida
–'reġjuni fi tranżizzjoni' – sabiex tieħu post is-sistema ta'
tneħħiha u introduzzjoni gradwali (phasing-out and phasing-in) ta'
bħalissa. Din il-kategorija se tinkludi r-reġjuni kollha bi PDG per
capita ta’ bejn 75% u 90% tal-medja tal-UE-27. Reġjuni aktar żviluppati: Filwaqt li l-interventi fir-reġjuni anqas żviluppati se
jibqgħu l-prijorità għall-politika ta’ koeżjoni, hemm sfidi
importanti li jikkonċernaw l-Istati Membri kollha bħall-kompetizzjoni
globali fl-ekonomija bbażata fuq l-għarfien, il-bidla lejn
l-ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u polarizzazzjoni
soċjali ggravata mill-klima ekonomika attwali. Din il-kategorija tikkonċerna
dawk ir-reġjuni li l-PDG minn ras għal ras tagħhom hija aktar
minn 90 % tal-PDG medju tal-UE-27. Ir-reġjuni kollha li l-PDG per capita
tagħhom għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 kien anqas minn 75%
tal-medja tal-UE-25 għal matul il-perjodu ta' referenza iżda li l-PDG
per capita tagħhom żdied għal aktar minn 75% tal-medja tal-UE-27
ser jirċievu żewġ terzi tal-allokazzjoni tagħhom
għall-perjodu bejn l-2007-13. Ishma minimi għall-FSE se jiġu
stabbiliti għal kull kategorija ta’ reġjuni (25% għal
reġjuni ta’ konverġenza; 40% għal tranżizzjoni, u 52 %
għal reġjuni ta’ kompetittività). Il-FK ser jgħin lill-Istati Membri li
l-ING għal kull abitant tagħhom huwa inqas minn 90% tal-medja tal-UE-27
fl-investiment tagħhom fin-netwerks tat-trasport TEN-T u fl-ambjent. Parti
mill-allokazzjoni tal-FK (EUR 10 biljuni) se titwarrab
għall-finanzjament ta’ netwerks ewlenin tat-trasport taħt
il-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa. L-esperjenza fil-qafas finanzjarju attwali turi
li ħafna Stati Membri għandhom diffikultajiet biex jassorbu volumi
kbar ta’ fondi tal-UE matul perjodu limitat. Barra minn hekk, minħabba
s-sitwazzjoni fiskali f'xi Stati Membri sar aktar diffiċli biex
jinħarġu fondi li jipprovdu kofinanzjament nazzjonali. Sabiex
tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-assorbiment tal-finanzjament il-Kummissjoni
qed tipproponi numru ta’ passi: –
ir-rati massimi għal allokazzjonijiet
tal-koeżjoni jiġu ffissati għal 2,5 % tal-PDG –
ir-rati massimi ta' kofinanzjament fil-livell ta'
kull assi prijoritarju fi ħdan il-programmi operazzjonali jiġu
ffissati għal 85% għal reġjuni anqas żviluppati (jew
f'ċerti każi, 80% u 75%) u r-reġjuni l-aktar imbiegħda, 60%
għal reġjuni fi tranżizzjoni u 50% għal reġjuni aktar
żviluppati; –
l-inklużjoni ta' ċerti kondizzjonijiet
fil-kuntratti ta’ sħubija rigward it-titjib tal-kapaċità
amministrattiva.
5.2.2.
Programmar strateġiku rinfurzat immirat lejn
ir-riżultati
Il-Kummissjoni tipproponi proċess ta’
programmar iktar iffukat fuq ir-riżultati sabiex jiġi żgurat li
l-programmi tal-politika ta’ koeżjoni jkollhom loġika ta’ intervent
iktar ċara, u huma orjentati lejn ir-riżultati, u jinkludu
d-dispożizzjonijiet ix-xierqa għal approċċ integrat
għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni effettiva tal-Fondi. B’mod
partikolari, il-Kummissjoni tipproponi li tintroduċi l-Pjanijiet ta’
Azzjoni Konġunta, li huma operazzjonijiet li jinkludu grupp ta’
proġetti bħala parti minn programm operazzjonali, b’objettivi
speċifiċi, indikaturi tar-riżultati u riżultati miftehma
bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni. Huma joffru sistema ta’ ġestjoni u
kontroll simplifikata mmirata lejn il-prestazzjoni.
5.2.3.
Armonizzazzjoni tal-ġestjoni u l-kontroll
finanzjarju
Is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
jeħtieġ li jsibu bilanċ bejn l-ispejjeż tal-ġestjoni u
tal-kontroll u r-riskji involuti. L-irwol tal-Kummissjoni fl-analiżi ex-ante
ta’ sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u ta’ kontroll se jkun proporzjonat,
minħabba li reviżjoni obbligatorja mill-Kummissjoni se tiġi
sostitwita minn approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Programmi
żgħar se jiġu eżentati minn reviżjoni tal-Kummissjoni.
L-approċċ ibbażat fuq ir-riskju jnaqqas l-ispejjeż
amministrattivi assoċjati ma' programmi żgħar u
amministrazzjonijiet solidi. Jirrinforza wkoll l-assigurazzjoni, minħabba
li r-riżorsi tal-Kummissjoni jistgħu jintużaw b’mod aktar
effiċjenti u jiġu mmirati lejn żoni ta' riskji ogħla. Il-ġestjoni tad-dejta elettronika tista’
tkun sors prinċipali ta’ tnaqqis fil-piż amministrattiv u fl-istess
ħin żieda fil-kontrollabbiltà tal-proġetti u n-nefqa. Huwa
għalhekk propost li l-Istati Membri kollha jkunu meħtieġa li
jistabbilixxu sistemi sal-aħħar tal-2014 sabiex il-benefiċjarji
jkunu jistgħu jissottomettu l-informazzjoni kollha permezz ta' skambju
tad-dejta elettroniku. Waħda mill-kumplessitajiet assoċjati
mas-sistema ta’ ġestjoni finanzjarja fil-perjodu ta' programmar għall-2007-2013
hija r-regola ġenerali li d-dokumenti kollha ta’ appoġġ
għal operazzjonijiet individwali jridu jinżammu sa tliet snin wara li
jkun ingħalaq il-programm operazzjonali. Il-proposta għalhekk
tipprevedi għeluq annwali mandatorju ta’ operazzjonijiet li tlestew jew
in-nefqa fil-qafas tal-ssaldar annwali tal-kontijiet. Dan jimmira sabiex
inaqqas il-piż assoċjat ma’ perjodu twil ta’ żamma ta’ dokumenti
għal benefiċjarji individwali u r-riskji assoċjati mat-telf
tar-rekord għall-awditjar. 2011/0276 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li jistabbilixxi dispożizzjonijiet
komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond
Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew
għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti
mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet
ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali,
il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar
ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 177
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[8],
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[9], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti
tal-Awdituri[10], Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura
leġislattiva ordinarja, Billi: (1)
L-Artikolu 174 tat-Trattat jipprovdi li,
sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u
territorjali tagħha, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tnaqqas
id-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u
r-ritard ta' dawk ir-reġjuni jew gżejjer li huma anqas favoriti,
partikolarment iż-żoni rurali, żoni milquta minn
tranżizzjoni industrijali, u reġjuni li jbatu minn
żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti.
L-Artikolu 175 tat-Trattat jeħtieġ li l-Unjoni ssostni
l-ilħuq ta’ dawn l-objettivi permezz tal-azzjoni li tieħu permezz
tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, it-Taqsima tal-Gwida, il-Fond
Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali,
il-Bank Ewropew tal-Investiment u strumenti oħrajn. (2)
F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill
Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010, fejn ġiet adottata
l-istrateġija Ewropea għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u
inklużiv, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jimplimentaw it-twettiq
ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, filwaqt li
jippromwovu żvilupp armonjuż tal-Unjoni u jnaqqsu diverġenzi
reġjonali. (3)
Sabiex itejbu l-koordinazzjoni u jarmonizzaw
l-implimentazzjoni tal-Fondi li jipprovdi appoġġ taħt
il-politika tal-koeżjoni, jiġifieri l-Fond Ewropew
għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali
Ewropew (FSE) u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK), mal-Fondi
għall-iżvilupp rurali, jiġifieri l-Fond Agrikolu Ewropew
għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), u għas-settur marittimu u
tas-sajd, jiġifieri l-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd (EMFF),
għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet komuni għal dawn
il-Fondi kollha (‘Fondi tal-QSK’). Barra minn hekk, dan ir-Regolament fih
dispożizzjonijiet li huma komuni għall-FEŻR, l-FSE u l-FK,
iżda li ma japplikawx għall-FAEŻR u għall-EMFF.
Minħabba l-partikolaritajiet li jeżistu għal kull Fond CSF,
għandhom jiġu speċifikati regoli speċifiċi għal
kull Fond CSF u għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea skont
il-FEŻR, f’regolamenti separati. (4)
Fir-rigward tal-Politika Agrikola Komuni (PAK),
diġà nkisbu sinerġiji sinifikanti permezz tal-armonizzazzjoni u
l-allinjament tar-regoli ta' ġestjoni u kontroll għall-ewwel pilastru
(FAEG – il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija) u t-tieni pilastru (FAEŻR)
tal-PAK. Għaldaqstant għandha tinżamm ir-rabta qawwija bejn
il-FAEG u l-FAEŻR filwaqt li l-istrutturi li diġà ddaħħlu
fis-seħħ fl-Istati Membri għandhom jinżammu wkoll. (5)
Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda
għandhom jibbenefikaw minn miżuri speċifiki u finanzjament
addizzjonali biex jibbilanċja l-effetti negattivi li jirriżultaw
mill-fatturi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat. (6)
Biex tiġi żgurata l-interpretazzjoni
korretta u konsistenti tad-dispożizzjonijiet u biex jingħata
kontribut għaċ-ċertezza legali għall-Istati Membri u l-benefiċjarji,
huwa meħtieġ li jiġu definiti ċerti termini li
jintużaw fir-Regolament. (7)
Qiegħed jiġi stabbilit li dan
ir-Regolament huwa magħmul minn tliet partijiet, fejn l-ewwel parti fiha
l-premessi u d-definizzjonijiet, it-tieni fiha r-regoli applikabbli
għall-fondi tal-QSK u t-tielet tinkludi d-dispożizzjonijiet
applikabbli biss għall-FEŻR, l-FSE u l-FK ('il-Fondi'). (8)
Skont l-Artikolu 317 tat-Trattat, fil-kuntest
ta' tmexxija kondiviża, il-kondizzjonijiet li jippermettu lill-Kummissjoni
twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha għall-implementazzjoni
tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jiġu
speċifikati u r-responsabbiltajiet ta' koperazzjoni mill-Istati Membri
jiġu ċċarati. Dawk il-kondizzjonijiet għandhom jippermettu
lill-Kummissjoni li tikseb assigurazzjoni li l-Istati Membri qed jużaw
il-Fondi QSK b'mod legali u regolari u skont il-prinċipju ta'
ġestjoni finanzjarja tajba fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KE,
Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar
ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali
tal-Komunitajiet Ewropej[11].
L-Istati Membri u l-korpi maħtura minnhom għal dawn il-finijiet
għandhom ikunu responsabbli mill-programmi implimentattivi fil-livell
territorjali xieraq, skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju
tal-Istat Membru. Dawn l-approprjazzjonijiet jiżguraw ukoll li
tingħata attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu żgurati
l-komplementarità u l-konsistenza tal-intervent tal-Kummissjoni,
il-proporzjonalità ta' arranġamenti amministrattivi u tnaqqis tal-piż
amministrattiv tal-benefiċjarji tal-Fondi tal-QSK. (9)
Għall-Kuntratt ta' Sħubija u kull
programm b'mod rispettiv, Stat Membru għandu jorganizza sħubija
mar-rappreżentanti ta' awtoritajiet reġjonali, lokali, urbani u
pubbliċi oħrajn, sħab ekonomiċi u soċjali, u korpi li
jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, fosthom sħab
ambjentali, organizzazzjonijiet mhux governattivi, u korpi responsabbli
mill-promozzjoni tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni. Il-finijiet ta' tali
sħubija huma r-rispett ta' governanza f'diversi livelli, l-iżgurar
ta' appartenenza ta' interventi ppjanati minn partijiet interessati u l-bini
fuq l-esperjenza u l-għarfien ta' atturi relevanti. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati għal kodiċi
ta' kondotta sabiex tiżgura li s-sħab ikunu involuti
fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni
tal-Kuntratti ta' Sħubija u fil-programmi b'mod konsistenti. (10)
L-attivitajiet tal-Fondi tal-QSK u
l-operazzjonijiet li jsostnu għandhom ikunu konsistenti mal-liġi
tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli li hija relatata direttament jew
indirettament mal-implimentazzjoni tal-operazzjoni. (11)
Fil-kuntest tal-isforz tagħha li
żżid il-koeżjoni ekonomika, territorjali u soċjali,
l-Unjoni, fl-istadji kollha tal-implementazzjoni tal-Fondi tal-QSK,
għandha timmira lejn it-tneħħija tal-inugwaljanzi u
l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, kif ukoll
il-prevenzjoni ta' diskriminazzjoni abbażi ta' sess, ta' oriġini
razzjali jew etnika, ta' reliġjon jew twemmin, ta' diżabbiltà, ta'
età jew ta' orjentazzjoni sesswali. (12)
L-objettivi tal-Fondi tal-QSK għandhom
jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni
tal-Unjoni tal-għan li jiġi mħares u mtejjeb l-ambjent kif
stabbilit fl-Artikolu 11 u 19 tat-Trattat, filwaqt li jitqies
il-prinċipju ta’ ‘min iniġġes iħallas’. L-Istati Membri
għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-appoġġ
għall-objettivi tat-tibdil fil-klima f'konformità mal-ambizzjoni li
mill-anqas 20% tal-baġit tal-Unjoni jiġi allokat għal dan
il-għan, permezz ta' metodoloġija adottata mill-Kummissjoni permezz
ta' att ta' implimentazzjoni. (13)
Sabiex jinkisbu l-miri u l-objettivi
tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti,
sostenibbli u inklużiv, il-Fondi tal-QSK għandhom jiffokaw is-sostenn
tagħhom fuq numru limitat ta’ objettivi tematiċi. L-ambitu
preċiż ta' kull wieħed mill-Fondi tal-QSK għandu jiġi
stabbilit f'regoli speċifiċi għall-fondi u jista' jiġi
limitat biss għal ċerti objettivi tematiċi li huma definiti
f'dan ir-Regolament. (14)
Permezz ta' att delegat il-Kummissjoni għandha
tadotta Qafas Strateġiku Komuni li jittraduċi l-objettivi tal-Unjoni
f'azzjonijiet ewlenin għall-Fondi tal-QSK, sabiex tingħata direzzjoni
strateġika aktar ċara għall-proċess ta' pprogrammar
fil-livell tal-Istati Membri u tar-reġjuni. Il-Qafas Strateġiku
Komuni għandu jiffaċilita l-koordinazzjoni settorjali u territorjali
tal-intervent tal-Unjoni taħt il-Fondi tal-QSK u ma' politiki u strumenti
oħrajn tal-Unjoni. (15)
Għaldaqstant il-Qafas Strateġiku Komuni
għandu jistabbilixxi l-oqsma ewlenin ta’ appoġġ, sfidi
territorjali li għandhom jiġu indirizzati, objettivi politiċi,
oqsma prijoritarji għal attivitajiet ta' kooperazzjoni, mekkaniżmi
ta’ koordinazzjoni u mekkaniżmi għal koerenza u konsistenza
mal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni. (16)
Abbażi tal-Qafas Strateġiku Komuni
adottat mill-Kummissjoni, kull Stat Membru għandu jħejji,
f’kooperazzjoni mal-imsieħba tiegħu u fi djalogu mal-Kummissjoni,
Kuntratt ta' Sħubija. Il-Kuntratt ta' Sħubija għandu
jittraduċi l-elementi stabbiliti fil-Qafas Strateġiku Komuni
fil-kuntest nazzjonali u jistabbilixxi impenji sodi għall-ksib
tal-objettivi tal-Unjoni permezz tal-ipprogrammar tal-Fondi tal-QSK. (17)
L-Istati Membri għandhom jikkonċentraw
l-appoġġ biex jiżguraw kontribut sinifikanti għal-ksib
tal-objettivi tal-Unjoni f'konformità mal-ħtiġiet ta' żvilupp
speċifiċi kemm nazzjonali kif ukoll reġjonali. Għandhom
jiġu definiti kundizzjonalitajiet ex ante sabiex jiġi
żgurat li l-kundizzjonijiet qafas meħtieġa għall-użu
effettiv tal-appoġġ tal-Unjoni jkunu fis-seħħ. L-issodisfar
ta’ dawn il-kondizzjonalitajiet ex ante għandu jiġi vvalutat
mill-Kummissjoni fil-qafas tal-valutazzjoni tagħha tal-Kuntratt
tas-Sħubija u l-programmi. F'każi fejn il-kundizzjonalità ex ante
ma tiġix sodisfatta, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li
tissospendi l-pagamenti għall-programm. (18)
Għandu jiġi definit qafas ta'
prestazzjoni għal kull programm bil-għan li jsir monitoraġġ
tal-progress li jsir fil-ksib tal-objettivi u l-miri stabbiliti għal kull
programm matul il-perjodu ta' pprogrammar. Il-Kummissjoni għandha twettaq
analiżi tal-prestazzjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri bejn l-2017 u
l-2019. Għanda tiġi prevista riżerva għall-prestazzjoni li
tiġi allokata fl-2019 kulfejn jintlaħqu l-miri stabbiliti fil-qafas
tal-prestazzjoni. Minħabba d-diversità u n-natura transnazzjonali
tagħhom, ma għandu jkun hemm ebda riżerva
għall-prestazzjoni għal programmi ta' 'Kooperazzjoni Territorjali
Ewropea'. F'każi fejn l-għanijiet u l-miri ma jinkisbux b'mod
sinifikanti, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tissospendi l-pagamenti
lill-programm jew, fi tmiem il-perjodu ta' pprogrammar, tapplika
korrezzjonijiet finanzjarji, sabiex tizgura li l-baġit tal-Unjoni ma
jintużax b'ħela u ineffiċjenza. (19)
Il-fatt li tiġi stabbilita rabta bejn
il-politika ta' koeżjoni u l-governanza ekonomika tal-Unjoni jiżgura
li l-effikaċja tan-nefqa taħt il-Fondi tal-QSK tintrifed minn
politiki ekonomiċi sodi u l-fondi tal-QSK jkunu jistgħu, jekk
meħtieġ, jintużaw b'mod ieħor li jindirizza l-problemi ekonomiċi
li l-pajjiż ikun qiegħed iħabbat wiċċu magħhom.
Dan il-proċess għandu jkun wieħed gradwali, u jibda b'emendi
għall-Kuntratt ta' Sħubija u għall-programmi li
jappoġġjaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill għall-indirzzar
ta' żbilanċi makroekonomiċi u diffikultajiet ekonomiċi.
Fejn, minkejja l-użu mtejjeb tal-fondi tal-QSK, Stat Membru jonqos milli
jieħu azzjoni effettiva fil-kuntest tal-proċess ta' governanza
ekonomika, il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li tissospendi l-pagament
u l-impenji kollha jew parti minnhom. Id-deċiżjonijiet dwar
is-sospensjonijiet għandhom ikunu proporzjonali u effettivi, u jqisu
l-impatt tal-programmi individiwali għall-indirizzar tas-sitwazzjoni
ekonomika u soċjali tal-Istat Membru relevanti u emendi preċedenti
għall-Kuntratt ta' Sħubija. Fid-deċiżjoni tagħha dwar
is-sospensjonijiet, il-Kummissjoni għandha tirrispetta wkoll it-trattament
ugwali bejn l-Istati Membri, u tqis b'mod partikolari l-impatt tas-sospensjoni
fuq l-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat. Is-sospensjonijiet
għandhom jitneħħew u l-fondi jerġgħu jsiru disponibbli
għall-Istat Membru kkonċernat minnufih hekk kif l-Istat Membru
jieħu l-azzjoni meħteġa. (20)
Biex l-isforzi jiġu kkonċentrati fuq
il-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti,
sostenibbli u inklużiv, għandhom jiġu ddefiniti elementi komuni
għall-programmi kollha Għandhom
jiġu allinjati l-proċeduri għall-adozzjoni u l-emendar
tal-programmi biex jiġi żgurat li jkun hemm konsistenza bejn
l-arranġamenti tal-ipprogrammar għall-Fondi tal-QSK kollha L-ipprogrammar għandu jiżgura
l-konsistenza mal-Qafas Strateġiku Komuni u l-Kuntratt ta’ Sħubija,
il-koordinazzjoni tal-Fondi tal-QSK bejniethom stess u mal-istrumenti
finanzjarji eżistenti l-oħrajn u l-Bank Ewropew tal-Investiment. (21)
It-Trattat żied il-koeżjoni territorjali
bħala waħda mill-għanijiet tal-koeżjoni ekonomika u
soċjali, u jeħtieġ li jiġu indirizzati l-irwoli tal-bliet,
il-ġeografiji funzjonali u żoni subreġjonali li qegħdin
iħabbtu wiċċhom ma' problemi ġeografiċi jew
demografiċi speċifiċi. Għal
dan il-fini, biex jintuża aħjar il-potenzjal fil-livell lokali,
jeħtieġ li jissaħħaħ u jiġi ffaċilitat
l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità billi jiġu stabbiliti regoli
komuni u jkun hemm koordinazzjoni mill-qrib għall-Fondi tal-QSK kollha. Ir-responsabbiltà tal-implimentazzjoni ta'
strateġiji ta' żvilupp lokali għandha tingħata lil gruppi
ta' azzjoni lokali li jirrappreżentaw l-interessi tal-komunità, u dan
bħala prinċipju essenzjali. (22)
L-istrumenti finanzjarji huma dejjem aktar
importanti għall-effetti ta' ingranaġġ fuq il-Fondi tal-QSK,
minħabba l-kapaċità tagħhom li jikkombinaw forom differenti ta'
riżorsi pubbliċi u privati sabiex isostnu objettivi tal-politika
pubblika, u għaliex forom ta' finanzjament li jduru jwasslu biex dan
is-sostenn isir aktar sostenibbli fuq perjodu itwal ta' żmien. (23)
Strumenti finanzjarji sostnuti mill-Fondi tal-QSK
għandhom jintużaw sabiex jindirizzaw ħtiġijiet
speċifiċi tas-suq b’mod kosteffettiv, f’konformità mal-objettivi
tal-programmi, u m’għandhomx jeskludu l-finanzjament privat.
Id-deċiżjoni li jiġu ffinanzjati miżuri ta’ sostenn permezz
ta’ strumenti finanzjarji għandha tiġi determinata għalhekk
abbażi ta’ analiżi ex ante. (24)
Strumenti finanzjarji għandhom jiġu
mfassla u implimentati sabiex jippromwovu parteċipazzjoni sostanzjali minn
investituri tas-settur privat u istituzzjonijiet finanzjarji fuq bażi ta’
kondiviżjoni xierqa tar-riskju. Sabiex ikunu attraenti biżżejjed
għas-settur privat, l-istrumenti finanzjarji jeħtieġ li jiġu
mfassla u implimentati b’mod flessibbli. L-awtoritajiet tal-ġestjoni
għandhom għalhekk jiddeċiedu dwar l-aktar forom xierqa sabiex
jiġu implimentati l-istrumenti finanzjarji, sabiex jindirizzaw
il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni fil-mira, f’konformità
mal-objettivi tal-programm relevanti. (25)
L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandu
jkollhom il-possibbiltà li jikkontribwixxu riżorsi mill-programmi
għal strumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, jew għal
strumenti stabbiliti fil-livell reġjonali. L-awtoritajiet ta’
ġestjoni għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jimplimentaw
direttament l-istrumenti finanzjarji, permezz ta’ fondi speċifiċi jew
permezz ta' fondi ta' fondi. (26)
L-ammont ta’ riżorsi mħallsa fi kwalunkwe
ħin mill-Fondi tal-QSK lill-istrumenti finanzjarji għandu
jikkorrispondi mal-ammont meħtieġ sabiex jiġu implimentati
l-investimenti ppjanati u l-ħlasijiet lir-riċevituri finali,
inkluż l-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni, determinati
abbażi ta’ pjanijiet ta’ negozju u tbassir tal-fluss tal-flus għal
perjodu definit minn qabel li m’għandux ikun aktar minn sentejn. (27)
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti
regoli speċifiċi rigward l-ammonti li jridu jiġu
aċċettati bħala nefqa eliġibbli fl-għeluq, sabiex
jiġi żgurat li l-ammonti, inkluż l-ispejjeż u t-tariffi ta’
ġestjoni, imħallsa mill-Fondi tal-QSK lill-istrumenti finanzjarji
huma użati effettivament għall-investimenti u l-ħlasijiet
lir-riċevituri finali. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu
stabbiliti regoli speċifiċi rigward l-użu mill-ġdid ta’ riżorsi
attribbwibbli għas-sostenn mill-Fondi tal-QSK, inkluż l-użu ta'
riżorsi ta' wirt wara l-għeluq tal-programmi. (28)
L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw
il-programmi sabiex jirrivedu l-implimentazzjoni u l-progress lejn il-kisba
tal-objettivi tal-programm. Għal dan
il-għan, għandhom jitwaqqfu kumitati ta' monitoraġġ li
l-għamla u l-funzjonijiet tagħhom jiġu definiti għall-Fondi
tal-QSK. Jistgħu jitwaqqfu Kumitati ta'
Monitoraġġ Konġunt li jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn
il-Fondi tal-QSK sabiex tiġi żgurata l-effikaċja, il-kumitati
ta’ monitoraġġ għandhom ikunu jistgħu joħorġu
rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet amministrattivi fir-rigward
tal-implimentazzjoni tal-programm u għandhom jimmonitorjaw l-azzjonijiet
meħuda bħala riżultat tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom. (29)
L-allinjament tal-arranġamenti ta' monitoraġġ
u rappurtar tal-Fondi tal-QSK huwa meħtieġ biex jissimplifika
l-arranġamenti ta' ġestjoni fil-livelli kollha. Huwa importanti li jiġu żgurati
rekwiżiti ta' rappurtar proporzjonali iżda wkoll id-disponibbiltà ta'
informazzjoni komprensiva dwar il-progress li jsir fuq punti ta' analiżi
ewlenin. Għaldaqstant huwa
meħtieġ li r-rekwiżiti ta' rappurtar jirreflettu
l-ħtiġijiet ta' informazzjoni fi snin partikolari u jkunu allinjati
maż-żmien meta jkunu ser isiru l-analiżijiet tal-prestazzjoni. (30)
Bil-ħsieb tal-monitoraġġ
tal-progress tal-programmi, għandha sseħħ laqgħa ta'
reviżjoni annwali bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni. Madanakollu l-Istati Membri u l-Kummissjoni
għandhom ikunu jistgħu jaqblu li ma jorganizzawx il-laqgħa
sabiex jevitaw piż amministrattiv żejjed. (31)
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' timmonitorja
l-progress lejn il-kisba tal-objettivi tal-Unjoni, l-Istati Membri
għandhom jissottomettu rapporti ta' progress dwar l-implimentazzjoni
tal-Kuntratti ta' Sħubija tagħhom. Abbażi ta' dawn ir-rapporti,
il-Kummissjoni għandha tħejji rapport ta' strateġija dwar
il-progress fl-2017 u fl-2019. (32)
Huwa neċessarju li jiġu vvalutati
l-effikaċja, l-effiċjenza u l-impatt tal-assistenza mill-Fondi
tal-QSK biex jittejbu l-kwalità tal-implimentazzjoni u tat-tfassil tal-programmi
u biex jiġi ddeterminat l-impatt tal-programmi fid-dawl tal-miri
tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti,
sostenibbli u inklussiv u, fejn ikun relevanti, fir-rigward tal-PDG u
tal-qgħad. Ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni f'dan
il-kuntest għandhom jiġu speċifikati. (33)
Sabiex jitjiebu l-kwalità u d-disinn ta' kull
programm, u jiġi verifikat li l-objettivi u l-miri jistgħu
jintlaħqu, għandha titwettaq evalwazzjoni ex ante ta' kull
programm. (34)
Għandu jitfassal pjan ta' evalwazzjoni
mill-awtorità responsabbli għat-tħejjija tal-programm. Matul
il-perjodu tal-ipprogrammar, l-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom
jagħmlu valutazzjonijiet biex jivvalutaw l-effettività u l-impatt ta'
programm. Il-kumitat ta' monitoraġġ u l-Kummissjoni għandhom
jiġu infurmati bir-riżultati tal-valutazzjoni biex jiġu
ffaċilitati deċiżjonijiet ta' ġestjoni. (35)
Għandhom jitwettqu evalwazzjonijiet ex post
mill-Kummissjoni sabiex jiġu vvalutati l-effikaċja u
l-effiċjenza tal-Fondi tal-QSK u l-impatt globali tal-Fondi tal-QSK
għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. (36)
Ikun utli li jiġu speċifikati t-tipi ta'
azzjoni li jkunu jistgħu jittieħdu fuq inizjattiva tal-Kummissjoni u
tal-Istati Membri bħala assistenza teknika b'appoġġ mill-Fondi
tal-QSK. (37)
Sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv
tar-riżorsi tal-Unjoni, u jiġi evitat li l-operazzjonijiet ta'
ġenerazzjoni ta' dħul ma jiġux iffinanzjati aktar milli jkun
hemm bżonn, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli
għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni mill-Fondi tal-QSK għal operazzjoni
li tiġġenera dħul. (38)
Id-dati tal-bidu u tat-tmiem
għall-eliġibbiltà tan-nefqa għandhom jiġu definiti sabiex
tiġi provduta regola uniformi u ekwa li tapplika
għall-implementazzjoni tal-Fondi tal-QSK madwar l-Unjoni. Sabiex tiġi faċilitata l-eżekuzzjoni
ta' programmi, huwa xieraq li jiġi stabbilit li d-data tal-bidu
għall-eliġibbiltà tal-infiq tista' tkun qabel l-1 ta’ Jannar 2014
jekk l-Istat Membru konċernat jippreżenta programm qabel dik id-data. Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti restrizzjonijiet
dwar l-appoġġ għal operazzjonijiet ikkompletati bl-iskop li
jiġi żgurat li jkun hemm użu effettiv tal-Fondi tal-UE u li
jitnaqqas ir-riskju għall-baġit tal-UE. (39)
Skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà u
soġġett għall-eċċezzjonijiet previsti fir-Regolament(i)
(KE) Nru […] [Regolamenti dwar il-FERŻ, FSE, FK, ETC, FAERŻ,
EMFF], l-Istati Membri għandhom jadottaw regoli nazzjonali dwar
l-eliġibbiltà tan-nefqa. (40)
Bil-ħsieb tas-simplifikazzjoni tal-użu
tal-Fondi tal-QSK u t-tnaqqis fir-riskju ta’ żbalji, filwaqt li jsir
provvediment għad-differenzazzjoni fejn meħtieġ sabiex jiġu
riflessi l-ispeċifiċitajiet tal-politika, huwa xieraq li jiġu
definiti l-forom ta’ sostenn, il-kondizzjonijiet armonizzati ta’ rimborż
ta' għotjiet u finanzjament b’rata fissa, ir-regoli speċifiċi
ta’ eliġibbiltà għal għotjiet u kondizzjonijiet
speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tal-operazzjonijiet skont
il-lokalità. (41)
Sabiex ikunu żgurati l-effikaċja,
il-ġustizzja u l-impatt sostenibbli tal-intervent tal-Fondi CSF,
għandu jkun hemm dispożizzjonijiet li jiggarantixxu li l-investmenti
fin-negozji u l-infrastrutturi jdumu fit-tul u li jimpedixxu l-użu ta'
dawn il-Fondi tal-QSK għal vantaġġ mhux dovut. L-esperjenza turi li perjodu ta' ħames snin
huwa perjodu minimu xieraq li għandu jiġi applikat, minbarra fejn
ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ikunu jipprevedu perjodu differenti. Huwa xieraq li azzjonijiet appoġġati
mill-FSE u azzjonijiet li ma jinvolvux investiment produttiv jew investiment
fl-infrastruttura jiġu esklużi mir-rekwiżit ġenerali ta'
durabbiltà, sakemm rekwiżiti bħal dawn ma jkunux jirriżultaw
mir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, u li jiġu
esklużi kontributi għal strumenti finanzjarji jew minnhom. (42)
L-Istati Membri għandohm jadottaw miżuri
xierqa biex jiggarantixxu t-twaqqif u l-iffunzjonar xierqa tas-sistemi ta'
ġestjoni u kontroll sabiex tingħata assigurazzjoni dwar l-użu
legali u regolari tal-Fondi tal-QSK. L-obbligi
tal-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, u
l-prevenzjoni, u b'rabta mal-prevenzjoni, l-iskoperta u l-korrezzjoni ta’
irregolaritajiet u ksur tal-liġi tal-Unjoni għandhom jiġu
speċifikati. (43)
Skont il-prinċipji ta' ġestjoni
kondiviża, l-Istati Membri għandu jkollhom ir-responsabbiltà
ewlenija, permezz tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom,
għall-implementazzjoni u l-kontroll tal-operazzjonijiet tal-programmi.
Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontroll fuq
l-għażla u l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet u l-iffunzjonar
tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll, għandhom jiġu speċifikati
l-funzjonijiet tal-awtorità ta' ġestjoni. (44)
Sabiex tkun żgurata assigurazzjoni ex ante
fuq it-twaqqif u d-disinn tas-sistemi ewlenin tal-ġestjoni u l-kontroll,
l-Istati Membri għandhom jaħtru korp ta’ akkreditazzjoni li jkun
responsabbli għall-akkreditazzjoni u l-irtirar tal-akkreditazzjoni
tal-korpi ta’ ġestjoni u kontroll. (45)
Għandhom jiġu stabbiliti s-setgħat u
r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni li tivverifika l-funzjonament effettiv
tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, u li titlob li tittieħed azzjoni
mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandu
jkollha s-setgħa li twettaq awditjar iffukat fuq kwistjonijiet relatati
mal-ġestjoni finanzjarja tajba sabiex jinġibdu konklużjonijiet
dwar il-prestazzjoni tal-Fondi. (46)
L-impenji tal-baġit tal-Unjoni għandhom jiġu
effettwati kull sena. Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effettiva
tal-programm, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni għal
talbiet ta’ ħlasijiet interim, il-ħlas tal-bilanċ annwali, fejn
xieraq, u l-bilanċ aħħari, bla ħsara għar-regoli
tal-ħlasijiet addizzjonali li huma meħtieġa għal kull
wieħed mill-Fondi tal-QSK. (47)
Il-ħlas ta' prefinanzjament fil-bidu
tal-programmi jiżgura li l-Istat Membru jkollu l-mezzi li jagħti
appoġġ lill-benefiċjarji fl-implimentazzjoni tal-programm
mill-adozzjoni tal-programm. Għaldaqstant,
għandhom isiru dispożizzjonijiet għal ammonti ta'
prefinanzjament inizjali mill-Fondi tal-QSK. Il-prefinanzjament
inizjali għandu jiġi approvat bis-sħiħ meta jingħalaq
il-programm. (48)
Sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi
finanzjarji tal-Unjoni, għandu jkun hemm miżuri limitati
fiż-żmien li jippermettu lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni
b’delegazzjoni sabiex jinterrompi l-ħlasijiet fejn ikun hemm evidenza li
tissuġġerixxi nuqqas sinjifikanti fil-funzjonament tas-sistema ta’
ġestjoni u kontroll, evidenza ta’ irregolaritjiet marbuta ma’
applikazzjoni għal ħlas, jew nuqqas ta’ sottomissjoni tad-dokumenti
għall-iskop tal-issaldar tal-kontijiet. (49)
Sabiex jiġi żgurat li l-nefqa
kofinanzjata mill-baġit tal-Unjoni f'sena finanzjarja partikolari
tintuża skont ir-regoli applikabbli, għandu jinħoloq qafas
xieraq għall-approvazzjoni annwali tal-kontijiet. F'dan il-qafas, il-korpi
akkreditati għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, fir-rigward ta’ kull
programm, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-ġestjoni akkumpanjata
mill-kontijiet annwali ċċertifikati, rapport fil-qosor tal-kontrolli
u opinjoni ta’ awditjar indipendenti u rapport ta’ kontroll. (50)
Jista' jkun meħtieġ li l-Kummissjoni
tagħmel korrezzjonijiet baġitarji sabiex tħares il-baġit
tal-Unjoni. Huwa importanti li jiġu ddefiniti ċ-ċirkustanzi li
fihom il-ksur tal-liġi applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali jistgħu
jwasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni biex jiġi
żgurat li l-Istati Membri jkollhom ċertezza legali. Sabiex ikun
żgurat li l-korrezzjonijiet finanzjarji li l-Kummissjoni tista’ timponi
fuq l-Istati Membri huma relatati mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji
tal-UE, dawn għandhom ikunu limitati għal każijiet fejn il-ksur
tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali jikkonċerna direttament jew
indirettament l-eliġibbiltà, ir-regolarità, il-ġestjoni jew
il-kontroll tal-operazzjonijiet u l-infiq korrispondenti. Biex tiżgura
l-proporzjonalità, huwa importanti li l-Kummissjoni tqis in-natura u l-gravità
tal-ksur meta tiddeċiedi l-ammont ta' korrezzjoni finanzjarja. (51)
Sabiex tiġi inkoraġġita d-dixxiplina
finanzjarja, huwa xieraq li jiġu definiti l-arranġamenti
għad-diżimpenn ta’ kwalunkwe parti tal-impenn tal-baġit fi
programm, b’mod partikolari fejn l-ammont jista’ jkun eskluż
mid-diżimpenn, partikolarment meta d-dewmien fl-implimentazzjoni
jirriżulta minn ċirkostanzi li huma indipendenti mill-parti
kkonċernata, li jkunu anormali jew imprevedibbli u li l-konsegwenzi
tagħhom ma jistgħux jiġu evitati minkejja d-diliġenza
murija. (52)
Huma meħtieġa dispożizzjonijiet
ġenerali addizzjonali b'rabta mat-tħaddim speċifiku tal-Fondi.
B’mod partikolari, sabiex jiżdied il-valur miżjud tagħhom, u
biex jissaħħaħ il-kontribut tagħhom
għall-prijoritajiet tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, il-funzjonament ta’ dawn
il-Fondi għandu jiġi ssimplifikat u kkonċentrat fuq il-miri
tal-‘Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi’ u l-‘kooperazzjoni
territorjali Ewropea’. (53)
Fil-leġiżlazzjoni relevanti
speċifika għas-setturi partikolari hemm dispożizzjonijiet
addizzjonali dwar it-tħaddim speċifiku tal-FAEŻR u l-EMFF. (54)
Sabiex jiġu promossi l-objettivi tat-Trattat
ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, il-mira
tal-'Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi' għandha
tappoġġja r-reġjuni kollha. Sabiex jiġi pprovdut
appoġġ bilanċjat u gradwali u li jirrefletti l-iżvilupp
ekonomiku u soċjali, ir-riżorsi taħt dik il-mira għandhom
jiġu allokati mill-FEŻR u l-FSE fost l-inqas reġjuni żviluppati,
ir-reġjuni fi tranżizzjoni u r-reġjuni l-aktar żviluppati
skont il-prodott domestiku gross (PDG) tagħhom per capita skont il-medja
tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul
tal-investiment mill-Fondi Strutturali, ir-reġjuni kollha li l-PDG per
capita tagħhom għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 kien anqas minn 75%
tal-medja tal-UE-25 għal matul il-perjodu ta' referenza iżda li l-PDG
per capita tagħhom żdied għal aktar minn 75% tal-medja tal-UE-27
għandhom jirċievu tal-anqas żewġ terzi tal-allokazzjoni
tagħhom għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013. L-Istati Membri li
l-introjtu nazzjonali gross (ING) tagħhom għal kull ras huwa inqas
minn 90% ta’ dak tal-medja tal-Unjoni għandhom jibbenifikaw taħt
il-mira ta’ 'Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi' mill-FK. (55)
Għandhom jiġu stabbiliti kriterji
oġġettivi sabiex jintgħażlu reġjuni u żoni
eliġibbli għal appoġġ mill-Fondi.
Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u
ż-żoni fil-livell tal-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq
is-sistema komuni ta’ klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita
mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003
dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali
għall-istatistika (NUTS)[12]. (56)
Sabiex jiġi stabbilit qafas finanzjarju
xieraq, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' att ta'
implimentazzjoni, l-analiżi indikattiva annwali tal-approprazzjonijiet
għall-impenji disponibbli permezz ta' metodu oġġettiv u
trasparenti bil-għan li jintlaħqu dawk ir-reġjuni li
l-iżvilupp tagħhom ikun għadu lura, fosthom dawk li jirċievu
appoġġ tranżitorju. (57)
Jeħtieġ li jiġu ffissati l-limiti
ta’ dawk ir-riżorsi għal investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u
li jiġu adottati kriterji oġġettivi għall-allokazzjoni
tagħhom lir-reġjuni u lill-Istati Membri. Sabiex tiġi
nkoraġġita l-aċċellerazzjoni meħtieġa
tal-iżvilupp tal-infrastruttura fit-trasport u l-enerġija, kif ukoll
it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni madwar l-Unjoni,
għandha tinħoloq Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. L-allokazzjoni
tal-approprjazzjonijiet annwali mill-Fondi u l-ammonti trasferiti mill-Fond ta’
Koeżjoni lill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa lil xi Stat Membru
għandhom ikunu limitati għal limitu li jiġi ffissat filwaqt li
titqies il-kapaċità ta’ dak l-Istat Membru partikolari li jassorbi dawn
l-approprjazzjonijiet. Barra minn hekk,
f'konformità mal-miri ewlenin dwar it-tnaqqis tal-faqar, huwa meħtieġ
li l-iskema għall-appoġġ għall-ikel tiġi riorjentata
lejn l-aktar persuni fil-bżonn biex b'hekk issir il-promozzjoni tal-inklużjoni
soċjali u l-iżvilupp armonjuż tal-Unjoni. Huwa previst mekkaniżmu li jittrasferixxi r-riżorsi
lejn dan l-istrument u li jiżgura li dawn ikunu magħmula minn
allokazzjoni tal-FSE permezz ta' tnaqqis impliċitu korrispondenti
tal-perċentwali minima tal-Fondi Strutturali li għandha tiġi allokata
lill-FSE f'kull pajjiż. (58)
Sabiex tissaħħaħ l-enfasi fuq
ir-riżultati u l-ksib tal-objettivi u l-miri tal-Ewropa 2020, ħamsa
fil-mija tar-riżorsi għall-mira ta’ 'Investiment għat-tkabbir u
l-impjiegi' għandhom jitwarrbu bħala riżerva għall-
prestazzjoni għal kull Fond, u kategorija ta' reġjun f'kull Stat
Membru. (59)
Fir-rigward tal-Fondi u bil-għan li tiġi
żgurata allokazzjoni xierqa għal kull kategorija ta’ reġjuni,
ir-riżorsi ma għandhomx jiġu trasferiti bejn ir-reġjuni
inqas żviluppati, dawk fi tranżizzjoni u dawk aktar żviluppati
ħlief f’ċirkostanzi debitament ġustifikati marbuta mat-twettiq
ta’ objettiv tematiku wieħed jew aktar u għal mhux aktar minn 2 %
tal-approprjazzjoni totali għal dik il-kategorija ta’ reġjun. (60)
Sabiex jiġi żgurat impatt ekonomiku
ġenwin, l-appoġġ mill-Fondi ma għandux jissostitwixxi
l-infiq pubbliku jew l-infiq strutturali ekwivalenti mill-Istati Membri
taħt it-termini ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, sabiex
l-appoġġ mill-Fondi jieħu kont ta’ kuntest ekonomiku usa’,
il-livell ta’ infiq pubbliku għandu jiġi ddeterminat b’referenza
għall-kondizzjonijiet makroekonomiċi ġenerali li fihom isir
il-finanzjament abbażi tal-indikaturi pprovduti fil-Programmi ta’
Stabbiltà u Konverġenza kull sena mill-Istati Membri skont ir-Regolament (KE)
Nru. 1466/1997 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ
tas-sorveljanza tal-pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u
l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika[13].
Il-verifika mill-Kummissjoni tal-prinċipju tal-addizzjonalità għandha
tikkonċentra fuq l-Istati Membri li fihom ir-reġjuni inqas
żviluppati u ta’ tranżizzjoni jkopru mill-inqas 15% tal-popolazzjoni
minħabba l-livell tar-riżorsi finanzjarji allokati lilhom. (61)
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti
dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-ipprogrammar, il-ġestjoni,
il-monitoraġġ u l-kontroll tal-programmi operazzjonali
appoġġjati mill-Fondi. Il-programmi operazzjonali għandhom
jistabbilixxu l-assi prijoritarji għal objettivi tematiċi, jelaboraw
loġika konsistenti ta' intervent biex jiġu indirizzati
l-ħtiġiet ta' żvilupp identifikati, u jistabbilixxu qafas
għal valutazzjoni tal-prestazzjoni. Għandhom ukoll jinkludu elementi
neċessarji oħrajn li jkunu ta' bażi għall-implimentazzjoni
effettiva u effiċjenti tal-Fondi. (62)
Bl-iskop li jittejbu l-komplementaritajiet u
tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni, għandu jkun possibbli li
appoġġ mill-FK u mill-FEŻR jingħaqad ma' appoġġ
mill-FSE fi programmi operazzjonali konġunti taħt il-mira dwar
it-tkabbir u l-impjiegi. (63)
Il-proġetti l-ewlenin jirrappreżentaw
sehem sostanzjali mill-infiq tal-Unjoni u ta' spiss huma ta' importanza
strateġika fir-rigward tat-twettiq tal-istrateġija tal-Unjoni
għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għaldaqstant huwa ġġustifikat li
operazzjonijiet ta' daqs sostanzjali jkomplu jkunu suġġetti għall-approvazzjoni
tal-Kummissjoni taħt dan ir-regolament. Sabiex
tiġi żgurata ċ-ċarezza, huwa xieraq li jiġi definit
il-kontenut ta’ proġett kbir għal dan il-għan. Il-Kummissjoni għandu wkoll ikollha
l-possibbiltà li tiċħad l-appoġġ lil proġett ewlieni
meta l-għoti ta' dan l-appoġġ ma jkunx ġustifikat. (64)
Sabiex l-Istati Membri jingħataw
l-għażla li jimplimentaw parti minn programm operazzjonali permezz
ta' approċċ ibbażat fuq ir-riżultati, ikun utli li jkun
hemm dispożizzjoni għal pjan ta' azzjoni konġunta li jkun
jinkludi sensiela ta' azzjonijiet li għandhom jitwettqu minn
benefiċjarju biex jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-programm
operazzjonali. Sabiex tiġi ssimplifikata u msaħħa
l-orjentazzjoni tar-riżultati tal-Fondi, il-ġestjoni tal-pjan ta’
azzjoni konġunta għandha tkun ibbażata esklussivament fuq miri,
produzzjoni u riżultati maqbula b’mod konġunt kif definit
fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-pjan ta’ azzjoni
konġunta. Il-kontroll u l-awditjar ta’ pjan ta’ azzjoni konġunta
għandhom ikunu limitati wkoll għall-kisba ta’ dawn il-miri, prodotti
u riżultati. Konsegwentement, huwa meħtieġ li jiġu
stabbiliti regoli dwar it-tħejjija, il-kontenut, l-adozzjoni,
il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll ta' pjanijiet ta' azzjoni
konġunta. (65)
Meta strateġija ta’ żvilupp urban jew territorjali tkun
teħtieġ approċċ integrat minħabba li tkun tinvolvi
investimenti taħt aktar minn assi prijoritarju wieħed ta’ programm
operazzjonali wieħed jew aktar, l-azzjoni appoġġjata mill-Fondi
għandha titwettaq bħala investiment territorjali integrat fi
ħdan programm operazzjonali. (66)
Huwa meħtieġ li jiġu adottati regoli
speċifiċi fir-rigward tal-funzjonijiet tal-kumitat
tal-monitoraġġ u tar-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni
tal-programmi operazzjonali appoġġjati mill-Fondi. Fil-leġiżlazzjoni
relevanti speċifika għas-setturi partikolari hemm
dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tħaddim speċifiku
tal-FAEŻR. (67)
Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta'
informazzjoni essenzjali u aġġornata dwar l-implimentazzjoni ta'
programm, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni
b'dejta ewlenina fuq bażi regolari. Sabiex
jiġi evitat li jkun hemm piż addizzjonali fuq l-Istati Membri, dan
għandu jiġi llimitat għal dejta miġbura fuq bażi
kontinwa u t-trażmissjoni għandha titwettaq permezz ta' skambju ta'
dejta elettronika. (68)
Skont l-Artikolu 175 tat-Trattat,
il-Kummissjoni tissottometti Rapporti ta’ Koeżjoni lill-Parlament Ewropew,
lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat
tar-Reġjuni kull tliet snin dwar il-progress li jsir lejn il-kisba
tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni. Huwa
meħtieġ li jiġi stabbilit il-kontenut ta’ dan ir-rapport. (69)
Jitqies xieraq li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni
mal-Istati Membri twettaq evalwazzjoni ex post tal-Fondi biex tikseb
informazzjoni fil-livell approprjat dwar ir-riżultati u l-impatt
tal-interventi ffinanzjati. Jinħtieġu wkoll dispożizzjonijiet
speċifiċi biex tiġi stabbilita proċedura
għall-approvazzjoni tal-pjanijiet ta' evalwazzjoni tal-Fondi. (70)
Huwa importanti li l-kisbiet tal-Fondi tal-Unjoni
jinġiebu għall-attenzjoni tal-pubbliku ġenerali.
Iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jkunu jafu kif qegħdin
jiġu investiti r-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni. Ir-responsabbiltà li
jiġi żgurat li l-informazzjoni xierqa tiġi kkomunikata
lill-pubbliku għandha tkun kemm tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni kif
ukoll tal-benefiċjarji. Biex jiġi żgurat li jkun hemm aktar
effiċjenza fil-komunikazzjoni mal-pubbliku inġenerali u li jkun hemm
aktar sinerġiji bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni li jsiru fuq
inizjattiva tal-Kummissjoni, il-baġit allokat għall-azzjonijiet ta'
komunikazzjoni taħt dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxi wkoll
biex titkopra l-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi
tal-Unjoni Ewropea sa fejn dawn ikunu relatati mal-objettivi ġenerali ta'
dan ir-Regolament. (71)
Bil-għan li jiġi żgurat tixrid
wiesa’ tal-informazzjoni dwar il-kisbiet tal-Fondi u r-rwol tal-Unjoni fihom u
sabiex il-benefiċjarji potenzjali jiġu informati dwar
l-opportunitajiet ta’ finanzjament, ir-regoli dettaljati dwar il-miżuri
ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, kif ukoll ċerti karatteristiċi
tekniċi ta’ dawn il-miżuri, għandhom jiġu definiti f’dan
ir-Regolament. (72)
Bil-għan li jissaħħu
l-aċċessibbiltà u t-trasparenza tal-informazzjoni dwar
l-opportunitajiet ta’ finanzjament u l-benefiċjarji tal-proġett,
f’kull Stat Membru għandhom ikunu disponibbli websajt unika jew portal ta’
websajts li jipprovdu informazzjoni dwar il-programmi operazzjonali kollha,
inklużi l-listi ta’ operazzjonijiet appoġġjati taħt kull
programm operazzjonali. (73)
Huwa neċessarju li jiġu ddeterminati
l-elementi għall-modulazzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament mill-Fondi
għall-programmi operazzjonali, b’mod partikolari, sabiex jiżdied
l-effett multiplikatur tar-riżorsi tal-Unjoni. Huwa meħtieġ
ukoll li jiġu stabbiliti rati massimi ta' kofinanzjament skont
il-kategorija tar-reġjun sabiex jiġi żgurat ir-rispett
tal-prinċipju ta' kofinanzjament permezz ta' livell xieraq ta'
appoġġ nazzjonali. (74)
Huwa meħtieġ għal kull Stat Membru li
jinnomina awtorità ta’ ġestjoni, awtorità ta’ ċertifikazzjoni u
awtorità tal-awditjar funzjonalment indipendenti għal kull programm
operazzjonali. Sabiex l-Istati Membri
jingħataw il-flessibbiltà fit-twaqqif ta' sistemi ta' kontroll, ikun
xieraq li tingħata l-opzjoni li l-funzjonijiet tal-awtoritajiet ta'
ċertifikazzjoni jitwettqu minn awtorità ta' ġestjoni. L-Istat Membru għandu jkunu jista' wkoll
jaħtar korpi intermedji li jwettqu ċerti kompiti tal-awtorità ta’
ġestjoni jew tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni. F'dak il-każ l-Istat Membru għandu jistabbilixxi b'mod
ċar ir-responsabbiltajiet u l-funzjonijiet rispettivi tagħhom. (75)
L-awtorità ta' ġestjoni għandha
r-responsabbiltà prinċipali għall-implimentazzjoni effettiva u
effiċjenti tal-Fondi u għaldaqstant twettaq numru sostanzjonali
mill-funzjonijiet relatati mal-ġestjoni u l-monitoraġġ
tal-programmi, il-ġestjoni u l-kontrolli finanzjarji kif ukoll
l-għażla tal-proġetti. Ir-responsabbiltajiet
u l-funzjonijiet tagħha għandhom jiġu stipulati. (76)
L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni
għandha tħejji l-applikazzjonijiet għall-ħlas u
tissottomettihom lill-Kummissjoni. Hija għandha tħejji l-kontijiet
annwali, tiċċertifika li l-kontijiet annwali huma kompleti, akkurati
u veri u li l-ispiża li ddaħħlet fil-kontijiet tikkonforma
mar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli. Ir-responsabbiltajiet u
l-funzjonijiet tagħha għandhom jiġu stipulati. (77)
L-awtorità tal-awditjar għandha tiżgura
li jitwettaq awditjar fuq is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll, fuq kampjun
xieraq ta' operazzjonijiet u fuq il-kontijiet annwali. Ir-responsabbiltajiet u
l-funzjonijiet tagħha għandhom jiġu stipulati. (78)
Sabiex titqies l-organizzazzjoni speċifika
tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll għall-FEŻR, FSE u Fondi ta'
Koeżjoni u l-ħtieġa li jiġi żgurat approċċ
proporzjonali, huma meħtieġa dispożizzjonijiet
speċifiċi għall-akkreditazzjoni u l-irtirar tal-akkreditazzjoni
tal-awtorità ta' ġestjoni u l-awtorità li tiċċertifika. (79)
Bla ħsara għas-setgħat
tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kontroll finanzjarju, il-kooperazzjoni f'dan
il-qasam bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandha tiżdied u
għandhom jiġu stabbiliti kriterji li jippermettu lill-Kummissjoni li
tiddetermina, fil-kuntest tal-istrateġija tagħha ta' kontroll
tas-sistemi nazzjonali, il-livell ta' assigurazzjoni li tista' tikseb
mill-korpi nazzjonali tal-awditjar. (80)
Apparti regoli komuni dwar il-ġestjoni
finanzjarja, hemm bżonn ta’ dispożizzjonijiet addizzjonali
għall-FEŻR, FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni.
B’mod partikolari, bil-ħsieb li tiġi żgurata
assigurazzjoni raġonevoli lill-Kummissjoni qabel l-approvazzjoni annwali
tal-kontijiet, l-applikazzjonijiet għal ħlasijiet interim
għandhom jiġu rimborżati b’rata ta’ 90 % tal-ammont li
jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament għal kull
assi prijoritarju kif stabbilit fid-deċiżjoni li tadotta l-programm
operazzjonali għan-nefqa eliġibbli għall-assi prijoritarju. L-ammonti pendenti dovuti għandhom
jitħallsu lill-Istati Membri meta jkun hemm l-approvazzjoni annwali
tal-kontijiet, sakemm ma jkunx hemm assigurazzjoni raġonevoli dwar
l-eliġibbiltà tan-nefqa għas-sena koperta mill-proċedura ta'
approvazzjoni. (81)
Sabiex ikun żgurat li l-benefiċjarji
jirċievu l-appoġġ mill-aktar fis u sabiex
tissaħħaħ l-assigurazzjoni għall-Kummissjoni, huwa xieraq
li jinħtieġ li l-applikazzjonijiet għall-ħlas jinkludu biss
nefqa li tkun is-suġġett ta' appoġġ li jkun sar ħlas
dwaru lill-benefiċjarji. Għandu
jiġi previst prefinanzjament għal kull sena biex jiġi
żgurat li l-Istati Membri jkollhom mezzi suffiċjenti biex joperaw
taħt arranġamenti bħal dawn. Dan
il-prefinanzjament għandu jiġi approvat kull sena mal-approvazzjoni
tal-kontijiet. (82)
Sabiex jiġi żgurat li r-regoli
ġenerali dwar id-diżimpenn jiġu applikati b'mod xieraq,
ir-regoli stabbiliti għall-Fondi għandhom jagħtu dettalji dwar
kif l-iskadenzi għad-diżimpenn jiġu stabbiliti u kif l-ammonti
rispettivi jiġu kkalkulati. (83)
Jeħtieġ li l-proċedura fid-dettall
għall-issaldar annwali tal-kontijiet applikabbli għall-Fondi
tiġi speċifikata biex jiġi żgurat li jkun hemm bażi
ċara u ċertezza legali għal dawn l-arranġamenti. Huwa ta' importanza partikolari li tiġi
prevista possibbiltà limitata għall-Istat Membru biex jinkludi
provvediment fil-kontijiet annwali tiegħu għal ammont li jkun
is-suġġett ta' proċedura pendenti mal-awtorità tal-awditjar. (84)
Il-proċess tal-approvazzjoni annwali
tal-kontijiet għandu jsir flimkien ma' għeluq annwali ta'
operazzjonijiet ikkompletati (għall-FEŻR u l-FK) jew ta' nefqa
kkompletata (għall-FSE). Sabiex jitnaqqsu
l-ispejjeż assoċjati mal-għeluq finali tal-programmi operazzjonali,
jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u
tingħata ċertezza legali, l-għeluq annwali għandu jkun
obbligatorju biex b'hekk jiġi limitat il-perjodu li matulu għandhom
jinżammu d-dokumenti ta' appoġġ u li matulu tista' ssir verifika
tal-operazzjonijiet u jiġu imposti korrezzjonijiet finanzjarji. (85)
Sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi
finanzjarji tal-Unjoni u jiġu pprovduti l-mezzi li jiżguraw
l-implimentazzjoni effettiva tal-programmi, għandu jkun hemm miżuri
li jippermettu s-sospensjoni mill-Kummissjoni ta’ ħlasijiet fil-livell ta’
assi prijoritarju jew programm operazzjonali. (86)
Huwa xieraq li jiġu stabbiliti
l-arranġamenti u l-proċeduri speċifiċi
għall-korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni
fir-rigward tal-Fondi biex tingħata ċertezza legali lill-Istati
Membri. (87)
Il-frekwenza tal-awditjar ta' operazzjonijiet
għandha tkun proporzjonali skont id-daqs tal-appoġġ tal-Unjoni
mill-Fondi. B'mod partikolari, l-għadd
ta' verifiki mwettqa għandu jitnaqqas fejn it-total tan-nefqa
eliġibbli għal operazzjoni ma tkunx taqbeż il-EUR 100 000. Madankollu, għandu jkun possibbli li jitwettqu
verifiki fi kwalunkwe ħin fejn ikun hemm evidenza ta’ irregolarità jew
frodi, jew, wara l-għeluq ta’ operazzjoni kompluta, bħala parti minn
kampjun ta’ awditjar. Sabiex il-livell
tal-awditjar mill-Kummissjoni jkun proporzjonali għar-riskju,
il-Kummissjoni għandha tkun f'pożizzjoni li tnaqqas il-ħidma ta'
awditjar fir-rigward tal-programmi operazzjonali fejn ma jkun hemm l-ebda
nuqqas sinfikanti jew fejn l-awtorità tal-awditjar tkun affidabbli. (88)
Sabiex jiġu supplimentati u emendati
ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li
jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha
tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ kodiċi tal-kondotta
fuq l-objettivi u l-kriterji li jappoġġjaw l-implimentazzjoni
tas-sħubija, l-adozzjoni ta’ Qafas Strateġiku Komuni, regoli
addizzjonali dwar l-allokazzjoni tar-riżerva ta’ tkabbir u kompetittività,
id-definizzjoni taż-żona u l-popolazzjoni koperti
mill-istrateġiji tal-iżvilupp lokali, ir-regoli dettaljati dwar
l-istrumenti finanzjarji (valutazzjoni ex ante, l-eliġibbiltà
tal-ispejjeż, it-tipi ta’ attivitajiet mhux appoġġjati,
il-kombinazzjoni tal-appoġġ, it-trasferiment u l-ġestjoni
tal-assi, it-talbiet għall-ħlasijiet, u l-kapitalizzazzjoni ta’
pagamenti akkont annwali), id-definizzjoni tar-rata fissa għal
operazzjonijiet li jiġġeneraw dħul, ir-responsabbiltajiet
tal-Istati Membri fir-rigward tal-proċedura għar-rappurtar ta’ irregolaritajiet
u l-irkupru ta’ somom indebitament imħallsa, il-mudell tad-dikjarazzjoni
ta’ ġestjoni tal-assigurazzjoni fuq il-funzjonament tas-sistema ta’
ġestjoni u kontroll, il-kondizzjonijiet tal-verifiki nazzjonali,
il-kriterji ta’ akkreditazzjoni għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni u
l-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni, l-identifikazzjoni ta’ trasportaturi
tad-dejta aċċettati b’mod komuni, il-livell ta’ korrezzjoni
finanzjarja li għandu jiġi applikat, l-emendar tal-annessi u l-miżuri
speċifiċi meħtieġa għall-iffaċilitar
tat-tranżizzjoni mir-Regolament (KE) Nru. 1083/2006. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Annessi I u IV sabiex
jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ adattament fil-ġejjieni.
Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet
xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell
espert. (89)
Il-Kummissjoni, fil-preparazzjoni u t-tfassil
tal-atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha
u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. (90)
Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, fir-rigward
tal-Fondi kollha tal-QSK, deċiżjoni li japprovaw il-Kuntratti ta'
Sħubija, deċiżjonijiet li jallokaw ir-riżerva
għall-prestazzjoni u deċiżjonijiet li jissospendu
l-ħlasijiet marbuta mal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri; u
b'rabta mal-Fondi, deċiżjoni li jadottaw deċiżjonijiet ta'
programmi operazzjonali li japprovaw proġetti maġġuri,
deċiżjonijiet li jissospendu ħlasijiet u deċiżjoni
dwar korrezzjonijiet finanzjarji. (91)
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet
uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħat ta’
implimentazzjoni relatati mal-metodoloġija li tikkonċerna l-objettivi
tat-tibdil fil-klima, it-termini u l-kondizzjonijiet standard
għall-monitoraġġ tal-istrumenti finanzjarji,
il-metodoloġija għall-kalkolu tad-dħul nett għal
proġetti li jiġġeneraw dħul, l-identifikazzjoni
tar-reġjuni u l-Istati Membri li jissodisfaw il-kriterji tal-Investiment
għall-kriterji tat-tkabbir u l-impjiegi, il-mudell tal-programm
operazzjonali għall-Fondi, il-format għal informazzjoni dwar
proġetti kbar u l-metodoloġija li għandha tintuża biex
titwettaq analiżi tal-paragun bejn il-kostijiet u l-benefiċċji
fuq proġetti maġġuri, il-format standard għall-pjanijiet
ta' azzjoni konġunta, il-mudell tar-rapporti ta' implimentazzjoni annwali
u aħħarija, il-karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta’
informazzjoni u pubbliċità, l-iskambju ta’ informazzjoni mill-Istati
Membri u l-verifiki fuq il-post, il-mudell tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni,
il-mudelli għall-istrateġija tal-awditjar, l-użu tad-dejta
miġbura matul l-awditjar, il-mudell għall-applikazzjonijiet għal
ħlas għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE)
Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011
li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet
ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni
tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[14].
(92)
Dan ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li
jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew
għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond
ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999[15]. Dak ir-Regolament għandu
għalhekk jiġi revokat. (93)
Ladarba l-objettiv ta’ dan ir-Regolament,
jiġifieri li jitnaqqsu d-diverġenzi bejn il-livelli tal-iżvilupp
tad-diversi reġjuni u r-ritard ta’ dawk ir-reġjuni jew gżejjer
li huma anqas favoriti, partikolarment iż-żoni rurali, żoni milquta
minn tranżizzjoni industrijali, u reġjuni li jbatu minn
żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti, ma
jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’
jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri,
skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5
tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont
il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan
ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dawk li huwa meħtieġ sabiex
jinkiseb dak l-objettiv. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: L-EWWEL PARTI
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET Artikolu 1
Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli
komuni applikabbli għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp
Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta’
Koeżjoni (FK), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali
(FAEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (EMFF),
li qegħdin joperaw skont il-Qafas Strateġiku Komuni (il-'Fondi
tal-QSK'). Huwa jiddefinixxi wkoll id-dispożizzjonijiet meħtieġa
sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-Fondi tal-QSK u
l-koordinazzjoni tagħhom ma’ xulxin u ma’ strumenti oħrajn
tal-Unjoni. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli
ġenerali li jirregolaw il-FEŻR, il-FSE (li li flimkien jissejħu
bħala l-‘Fondi Strutturali’) u l-FK. Ir-Regolament jiddefinixxi l-kompiti,
l-objettivi ta’ prijorità u l-organizzazzjoni tal-Fondi Strutturali u l-FK
(il-'Fondi'), il-kriterji għall-Istati Membri u r-reġjuni li
għandhom ikunu eliġibbli għal sostenn mill-Fondi tal-QSK,
ir-riżorsi finanzjarji disponibbli u l-kriterji għall-allokazzjoni
tagħhom. Ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament
japplikaw bla ħsara għad-dispożizzjonijiet stipulati
fir-Regolament (UE) Nru […]/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar
il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika
agrikola komuni[16]
(li minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala r-Regolament
tal-‘PAK’) u għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stipulati
fir-Regolamenti li ġejjin: (1)
Ir-Regolament (UE) Nru […]/2012 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp
Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006[17] (ir-‘Regolament
tal-FEŻR’); (2)
Ir-Regolament (UE) Nru […]/2012 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp
Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1081/2006[18] (ir-‘Regolament
tal-FEŻR’); (3)
Ir-Regolament (UE) Nru […]/2012
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni u
li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1084/2006[19] (ir-‘Regolament tal-FK’); (4)
Ir-Regolament (UE) Nru […]/2012 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni territorjali Ewropea[20] (ir-‘Regolament tal-KTE’); (5)
Ir-Regolament (UE) Nru […]/2012 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp
Rurali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 11698/2005[21] (ir-‘Regolament
tal-FAEŻR’); kif ukoll (6)
Ir-Regolament (UE) Nru […]/2012 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Marittimu tas-Sajd Ewropew u li jħassar
ir-Regolament (KE) Nru 1198/2006[22]
(ir-‘Regolament tal-EMFF’); Artikolu 2
Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament,
id-definizzjonijiet tal-istrumenti finanzjarji stabbiliti fir-Regolament
Finanzjarju għandhom japplikaw għall-istrumenti finanzjarji
appoġġjati mill-Fondi tal-QSK, għajr fejn ikun stipulat mod
ieħor f’dan ir-Regolament. Barra minn dan, għandhom japplikaw
id-definizzjonijiet li ġejjin: (1)
'L-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklużiv" tfisser il-miri u
l-għanijiet kondiviżi li jmexxu l-azzjoni tal-Istati Membri u
tal-Unjoni li jinsabu fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Ewropa 2020:
Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u
inklużiv, u li huma fil-Konklużjonijiet adottati mill-Kunsill Ewropew
tas-17 ta' Ġunju 2010 fl-Anness I (Strateġija Ewropea Ġdida għall-Impjiegi
u t-Tkabbir, Miri Ewlenin tal-UE) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21
ta' Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar
l-impjiegi, u kull reviżjoni ta' dawn il-miri u objettivi kondiviżi. (2)
'Qafas Strateġiku Komuni' tfisser id-dokument
li jittraduċi l-objettivi u l-miri tal-istrateġija tal-Unjoni
għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv f’azzjonijiet
ewlenin għall-Fondi tal-QSK, li jistabbilixxi għal kull objettiv
tematiku l-azzjonijiet ewlenin li għandhom jiġu appoġġjati
minn kull Fond tal-QSK u l-mekkaniżmi li jiżguraw il-koerenza u
l-konsistenza tal-ipprogrammar tal-Fondi tal-QSK mal-politiki ekonomiċi u
tal-impjiegi tal-Istati Membri u tal-Unjoni; (3)
'Regoli speċifiċi għall-fondi'
tfisser id-dispożizzjonijiet stipulati, jew abbażi ta' dawk,
fit-Tielet Parti ta’ dan ir-Regolament u f’regolament speċifiku jew
ġeneriku li jirregola wieħed jew aktar mill-Fondi tal-QSK msemmija
jew elenkati fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1; (4)
‘ipprogrammar’ tfisser il-proċess tal-organizzazzjoni,
it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-allokazzjoni tar-riżorsi
finanzjarji f’diversi stadji maħsub għall-implimentazzjoni, fuq
bażi multiannwali, tal-azzjoni konġunta mill-Unjoni u l-Istati Membri
sabiex tinkiseb l-istrateġija tal-Unjoni dwar tkabbir intelliġenti,
sostenibbli u inklużiv; (5)
‘programm’ tfisser ‘programm operazzjonali’ imsemmi
fit-Tielet Parti ta’ dan ir-Regolament u fir-Regolament tal-EMFF, u ‘programm
ta’ żvilupp rurali’ imsemmi fir-Regolament tal-FAEŻR; (6)
‘prijorità’ tfisser ‘assi ta’ prijorità’ imsemmija
fit-Tielet Parti ta’ dan ir-Regolament u l-‘prijorità tal-Unjoni’ imsemmija
fir-Regolament tal-EMFF u fir-Regolament tal-FAEŻR; (7)
'operazzjoni' tfisser proġett, kuntratt,
azzjoni jew grupp ta’ proġetti magħżula mill-awtorità ta’
ġestjoni tal-programm ikkonċernat, jew taħt ir-responsabbiltà
tagħha, li tikkontribwixxi għall-objettivi tal-prijorità jew
prijoritajiet li magħha hija relatata; fil-kuntest tal-istrumenti
finanzjarji, l-operazzjoni tikkonsisti fil-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn
programm għall-istrumenti finanzjarji u l-appoġġ finanzjarju
sussegwenti pprovdut minn dawn l-istrumenti finanzjarji; (8)
'benefiċjarju' tfisser korp pubbliku jew
privat responsabbli għall-bidu jew għall-bidu u l-implimentazzjoni
ta' operazzjonijiet; fil-kuntest ta’ għajnuna mill-Istat, it-terminu
'benefiċjarju' jfisser il-korp li jirċievi l-għajnuna;
fil-kuntest ta’ strumenti finanzjarji, it-terminu 'benefiċjarju' jfisser
il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju; (9)
'riċevitur finali' jfisser persuna legali jew
fiżika li tirċievi sostenn finanzjarju minn strument finanzjarju; (10)
'Għajnuna mill-Istat' tfisser għajnuna li
taqa’ taħt l-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għandha titqies ukoll
għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament li tinkludi għajnuna de
minimis fis-sens tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006
tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87
u 88 tat-Trattat għal għajnuna de minimis[23], ir-Regolament tal-Kummissjoni
(KE) Nru 1535/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar
l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna
de minimis fis-settur tal-produzzjoni agrikola[24] u r-Regolament tal-Kummissjoni
(KE) Nru 875/2007 tal-24 ta’ Lulju 2007 dwar
l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna
de minimis fis-settur tas-sajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1860/2004[25]; (11)
'operazzjoni kompluta' tfisser operazzjoni li
tlestiet fiżikament jew ġiet implimentata għal kollox u
fir-rigward tagħha saru l-ħlasijiet relatati kollha
mill-benefiċjarji u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti tħallset
lill-benefiċjarji; (12)
‘sostenn pubbliku' jfisser kwalunkwe sostenn
finanzjarju għall-finanzjament ta’ operazzjoni li l-oriġini
tiegħu huwa l-baġit ta’ awtoritajiet pubbliċi nazzjonali,
reġjonali jew lokali, il-baġit tal-Unjoni relatat mal-Fondi tal-QFS,
il-baġit tal-korpi tal-liġi pubblika jew il-baġit ta’
assoċjazzjonijiet ta’ awtoritajiet pubbliċi jew korpi tal-liġi
pubblika; (13)
'korp tal-liġi pubblika' jfisser kwalunkwe
korp irregolat mil-liġi pubblika fis-sens tal-Artikolu 1(9)
tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[26] u kwalunkwe raggruppament
Ewropew ta’ kooperazjoni territorjali (REKT) stabbilit skont ir-Regolament (KE)
Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[27], irrispettivament minn jekk
id-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni nazzjonali rilevanti
jikkunsidrawx ir-REKT bħala korp tal-liġi pubblika jew korp
tal-liġi privata; (14)
'dokument' ifisser karta jew mezz elettroniku li
jġorr informazzjoni rilevanti fil-qafas ta’ dan ir-Regolament; (15)
'korp intermedju' jfisser kwalunkwe korp pubbliku
jew privat li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta' awtorità ta'
ġestjoni jew ta' ċertifikazzjoni, jew li jwettaq dmirijiet f'isem
tali awtorità vis-à-vis benefiċjarji li jimplementaw l-operazzjonijiet; (16)
‘strateġija ta’ żvilupp lokali’ tfisser
sett koerenti ta’ operazzjonijiet biex jissodisfaw l-objettivi u
l-ħtiġijiet lokali, li tikkontribwixxi għat-twettiq
tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli
u inklużiv, u li hija implimentata fi sħubija fil-livell xieraq; (17)
‘għeluq sostnut’ tfisser l-għeluq ta’
operazzjonijiet bħala riżultat tal-approvazzjoni annwali
tal-eżerċizzju tal-kontijiet u qabel l-għeluq ġenerali
tal-programm; (18)
'Kuntratt ta’ Sħubija' tfisser id-dokument
imħejji mill-Istat Membru bl-involviment ta’ imsieħba f'konformità
mal-approċċ ibbażat fuq governanza f’diversi livelli, li
jistabbilixxi l-istrateġija, il-prijoritajiet u l-arranġamenti
tal-Istat Membru għall-użu tal-Fondi tal-QSK b’mod effettiv u
effiċjenti sabiex tiġi segwita l-istrateġija tal-Unjoni
għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u li hija
approvata mill-Kummissjoni wara valutazzjoni u djalogu mal-Istat Membru; (19)
'kategorija ta’ reġjuni' tfisser
il-kategorizzazzjoni tar-reġjuni bħala 'reġjuni inqas
żviluppati', 'reġjuni fi tranżizzjoni' jew 'reġjuni aktar
żviluppati' skont l-Artikolu 82(2); (20)
'talba għal ħlas' tfisser applikazzjoni
għal ħlas jew dikjarazzjoni tal-infiq sottomessa mill-Istat Membru
lill-Kummissjoni; (21)
'BEI' tfisser il-Bank Ewropew tal-Investiment,
lill-Fond Ewropew tal-Investiment jew kwalunkwe sussidjarju stabbilit mill-Bank
Ewropew tal-Investiment; (22)
'SME' tfisser impriża mikro, żgħira
jew ta’ daqs medju fit-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE,
jew l-emendi sussegwenti tagħha; (23)
'sena fiskali', tfisser, għall-finijiet
tat-Tielet Parti, il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju,
għajr għall-ewwel sena fiskali, li fir-rigward tagħha tfisser
il-perjodu mid-data tal-bidu għal eliġibbiltà tan-nefqa sat-30 ta'
Ġunju 2015. Is-sena fiskali finali għandha tkun bejn l-1 ta' Lulju 2022
sal-l ta' Ġunju 2023; (24)
'sena finanzjarja' tfisser, għall-finijiet
tat-Tielet Parti, il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru. IT-TIENI PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI APPLIKABBLI GĦALL-FONDI TAL-QSK TITOLU I
Prinċipji ta’ appoġġ mill-Unjoni għall-Fondi tal-QSK Artikolu 3
Kamp
ta' applikazzjoni Ir-regoli stabbiliti f’din il-Parti
għandhom japplikaw bla ħsara għad-dispożizzjonijiet
stabbiliti fit-Tielet Parti. Artikolu 4
Prinċipji ġenerali 1. Il-Fondi tal-QFS
għandhom jipprovdu sostenn, permezz ta’ programmi multiannwali, li
jikkumplimenta intervent nazzjonali, reġjonali u lokali, sabiex titwassal
l-istrateġija tal-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti,
sostenibbli u inklużiv, filwaqt li jitqiesu l-Linji Gwida Integrati u
r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż skont
l-Artikolu 121(2) tat-Trattat u r-rakkomandazzjonijiet relevanti
tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-Trattat. 2. Il-Kummissjoni u l-Istati
Membri għandhom jiżguraw li s-sostenn mill-Fondi huwa konsistenti
mal-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni u komplementari għal strumenti
oħra tal-Unjoni. 3. Sostenn mill-Fondi tal-QSK
għandu jiġi implimentat f’kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni
u l-Istati Membri. 4 L-Istati Membri u l-korpi
maħtura minnhom għal dak il-għan għandhom ikunu
responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali u
għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament u
r-Regolamenti speċifiċi għall-Fond fil-livell territorjali
xieraq, skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tal-Istat Membru u
soġġett għal konformità ma’ dan ir-Regolament u r-regoli
speċifiċi għall-Fond. 5. Arranġamenti
għall-implimentazzjoni u l-użu tal-Fondi tal-QSK, u b’mod partikolari
r-riżorsi finanzjarji u amministrattivi meħtieġa
għall-implimentazzjoni tal-Fondi tal-QSK, fir-rigward tar-rappurtar,
l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għandhom iqisu
l-prinċipju ta’ proporzjonalità filwaqt li jiġi kkunsidrat il-livell
ta’ sostenn allokat. 6. Skont ir-responsabbiltajiet
rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom
jiżguraw il-koordinazzjoni fost il-Fondi tal-QSK, u ma’ politiki u
strumenti oħra tal-Unjoni, inklużi dawk fil-qafas tal-azzjoni esterna
tal-Unjoni. 7. Il-parti tal-baġit
tal-Unjoni allokata għall-Fondi tal-QSK għandha tiġi
implimentata fi ħdan il-qafas ta’ ġestjoni kondiviża bejn
l-Istati Membri u l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 53(b) tar-Regolament
tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002
dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali
tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ir-'Regolament
Finanzjarju')[28],
bl-eċċezzjoni tal-ammont tal-FK trasferit għall-Faċilità
Nikkollegaw l-Ewropa msemmija fl-Artikolu 84(4) u tal-azzjonijiet innovattivi
fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 9 tar-Regolament
tal-FEŻR, u assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. 8. Il-Kummissjoni u l-Istati
Membri għandhom japplikaw il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja
tajba skont l-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju. 9. Il-Kummissjoni u l-Istati
Membri għandhom jiżguraw l-effikaċja tal-Fondi tal-QSK,
partikolarment permezz tal-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni.
10. Il-Kummissjoni u l-Istati
Membri għandhom iwettqu r-rwoli rispettivi tagħhom fir-rigward
tal-Fondi tal-QSK bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv
għall-benefiċjarji. Artikolu 5
Sħubija u governanza
f’diversi livelli 1. Għall-Kuntratt
tas-Sħubija u kull programm ieħor rispettivament, Stat Membru
għandu jorganizza sħubija mal-imsieħba li ġejjin: (a)
l-awtoritajiet kompetenti reġjonali, lokali,
urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra; (b)
imsieħba ekonomiċi u soċjali; kif
ukoll (c)
korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà
ċivili, inkluż l-imsieħba ambjentali, organizzazzjonijiet mhux
governattivi u korpi responsabbli għall-promozzjoni ta' ugwaljanza u
nondiskriminazzjoni. 2. F’konformità
mal-approċċ tal-governanza f’diversi livell, l-imsieħba
għandhom jiġu involuti mill-Istati Membri fit-tħejjija
tal-Kuntratti ta' Sħubija u r-rapporti ta' progress u fit-tħejjija,
l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi.
L-imsieħba għandhom jipparteċipaw fil-kumitati ta’
monitoraġġ għall-programmi. 3. Il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 140
biex tipprovdi għal kodiċi ta' kondotta Ewropew li jistabbilixxi
objettivi u kriterji sabiex tiġi sostnuta l-implimentazzjoni
tas-sħubija u sabiex tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni
tal-informazzjoni, l-esperjenza, ir-riżultati u prattiki tajba fost
l-Istati Membri. 4. Mill-inqas darba fis-sena,
għal kull Fond tal-QSK, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta
mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-imsieħba fil-livell
tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni tas-sostenn mill-Fondi tal-QSK. Artikolu 6
Konformità mal-liġi
tal-Unjoni u dik nazzjonali Operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi CSF
għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli. Artikolu 7
Il-promozzjoni tal-ugwaljanza
bejn l-irġiel u n-nisa u nondiskriminazzjoni L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom
jiżguraw li l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u
l-integrazzjoni tal-ġeneru tiġi promossa fit-tħejjija u
l-implimentazzjoni tal-programmi. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom
jieħdu l-passi xierqa sabiex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni
abbażi ta' sess, ta' oriġini razzjali jew etnika, ta' reliġjon
jew twemmin, ta' diżabbiltà, ta' età jew ta' orjentazzjoni sesswali matul
it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi. Artikolu 8
Żvilupp sostenibbli L-objettivi tal-Fondi tal-QSK għandhom
jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni
tal-Unjoni tal-għan tal-ħarsien u t-titjib tal-ambjent, kif stabbilit
fl-Artikoli 11 u 19 tat-Trattat, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’
‘min iniġġes iħallas’. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom
jiżguraw li r-rekwiżiti tal-ħarsien ambjentali,
l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, il-mitigazzjoni tat-tibdil
fil-klima, ir-reżiljenza għal diżastri u l-prevenzjoni u
l-ġestjoni tar-riskju ta’ adattament jiġu promossi fit-tħejjija
u l-implimentazzjoni tal-Kuntratti ta’ Sħubija u l-programmi. L-Istati
Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-appoġġ
għall-objettivi tat-tibdil fil-klima bl-użu tal-metodoloġija
adottata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta din
il-metodoloġija permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. L-att ta’
implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura
tal-eżami msemmija fl-Artikolu 143(3). TITOLU II
APPROĊĊ STRATEĠIKU KAPITOLU I
Objettivi tematiċi għall-Fondi tal-QSK u l-Qafas Strateġiku
Komuni Artikolu 9
Objettivi tematiċi Kull Fond tal-QSK għandu
jappoġġa l-objettivi tematiċi li ġejjin skont il-missjoni
tiegħu sabiex jikkontribbwixxi għall-istrateġija tal-Unjoni
għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv: (1)
it-tisħiħ tar-riċerka,
l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni; (2)
it-tisħiħ tal-aċċess għal
teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni, u l-użu u l-kwalità
tagħhom; (3)
it-tisħiħ tal-kompetittività ta’
impriżi żgħar u medji u s-settur tal-agrikoltura
(għall-FAEŻR) u s-settur tas-sajd u l-akkwakultura (għall-EMFF); (4)
is-sostenn tal-bidla lejn ekonomija b’livell baxx
ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fis-setturi kollha; (5)
il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil
fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji; (6)
il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni
tal-effiċjenza tar-riżorsi; (7)
il-promozzjoni ta' trasport sostenibbli u
t-tneħħija ta' ostakoli fl-infrastrutturi tan-netwerks ewlenin; (8)
il-promozzjoni tal-impjieg u s-sostenn tal-mobilità
tax-xogħol; (9)
il-promozzjoni ta’ inklużjoni soċjali u
l-ġlieda kontra l-faqar; (10)
l-investiment fl-edukazzjoni, il-ħiliet u
t-tagħlim tul il-ħajja; (11)
it-tisħiħ tal-kapaċità
istituzzjonali u amminstrazzjoni pubblika effiċjenti. L-objettivi tematiċi għandhom
jiġu tradotti fi prijoritajiet speċifiċi għal kull Fond
tal-QSK u stabbiliti fir-regoli speċifiċi għall-Fond. Artikolu 10
Qafas
Strateġiku Komuni Sabiex jiġi promoss l-iżvilupp
armonjuż, ibbilanċjat u sostenibbli tal-Unjoni, Qafas Strateġiku
Komuni għandu jittraduċi l-objettivi u l-miri tal-istrateġija
tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv
f'azzjonijiet prinċipali għall-Fondi tal-QSK. Artikolu 11
Kontenut Il-Qafas Strateġiku Komuni għandu
jistabbilixxi: (a)
għal kull objettiv tematiku, l-azzjonijiet
prinċipali li jridu jiġu sostnuti minn kull Fond tal-QSK; (b)
l-isfidi territorjali ewlenin għal żoni
urbani, rurali, kostali u tas-sajd, kif ukoll għal żoni
b’karatteristiċi territorjali partikolari msemmija fl-Artikolu 174 u 349
tat-Trattat, li jridu jiġu indirizzati mill-Fondi tal-QSK; (c)
il-prinċipji orizzontali u l-objettivi ta’
politika għall-implimentazzjoni tal-Fondi tal-QSK; (d)
l-oqsma prijoritarji għall-attivitajiet ta’
kooperazzjoni territorjali għal kull wieħed mill-Fondi tal-QSK, fejn
xieraq, filwaqt li jitqiesu strateġiji makroreġjonali u
tal-baċiri; (e)
il-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni fost il-Fondi
tal-QSK, u ma’ politiki u strumenti rilevanti oħra tal-Unjoni,
inklużi strumenti esterni għall-kooperazzjoni; (f)
il-mekkaniżmi għall-iżgurar ta'
koerenza u konsistenza tal-ipprogrammar tal-Fondi tal-QSK
mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi skont
l-Artikolu 121(2) tat-Trattat u r-rakkomandazzjonijiet relevanti tal-Kunsill
adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-Trattat. Artikolu 12
Adozzjoni u reviżjoni Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa li tadotta att ta' delega skont l-Artikolu 142 dwar il-Qafas
Strateġiku Komuni fi żmien 3 xhur mill-adozzjoni ta' dan
ir-Regolament. Fejn ikun hemm tibdil maġġuri
fl-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir imtelliġenti, sostenibbli
u inklużiv, il-Kummissjoni għandha tirrevedi u, fejn xieraq, tadotta
Qafas Strateġiku Komuni rivedut, b’att iddelegat skont l-Artikolu 142. Fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni ta’ Qafas
Strateġiku Komuni, l-Istati Membri għandhom jipproponu emendi, fejn
meħtieġ, għall-Kuntratt ta’ Sħubija u l-programmi
tagħhom sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tagħhom mal-Qafas
Strateġiku Komuni rivedut.
KAPITOLU II
Kuntratt ta' Sħubija Artikolu 13
Tħejjija tal-Kuntratt
ta’ Sħubija 1.
Kull Stat Membru għandu jħejji Kuntratt
ta’ Sħubija għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.
2.
Il-Kuntratt ta’ Sħubija għandu jitfassal
mill-Istati Membri f'kooperazzjoni mal-imsieħba li hemm referenza
għalihom fl-Artikolu 5. Il-Kuntratt ta’ Sħubija għandu jiġi
preparat bi djalogu mal-Kummissjoni. 3.
Il-Kuntratt ta’ Sħubija għandu jkopri
s-sostenn kollu mill-Fondi tal-QSK fl-Istat Membru kkonċernat. 4.
Kull Stat Membru għandu jittrażmetti
l-Kuntratt ta’ Sħubija tiegħu lill-Kummissjoni fi żmien 3 xhur
mill-adozzjoni tal-Qafas Strateġiku Komuni. Artikolu 14
Kontenut tal-Kuntratt ta’
Sħubija Il-Kuntratt ta’ Sħubija
għandu jistabbilixxi: (a)
arranġamenti sabiex jiġi żgurat
allinjament mal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, inkluż: (i) analiżi tad-diverġenzi u
l-ħtiġijiet tal-iżvilupp b’referenza għall-objettivi
tematiċi u l-azzjonijiet prinċipali definiti fil-Qafas
Strateġiku Komuni u l-miri stabbiliti fir-rakkomandazzjonijiet
speċifiċi għall-pajjiż skont l-Artikolu 121(2)
tat-Trattat u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill adottati taħt
l-Artikoli 148(4) tat-Trattat; (ii) analiżi fil-qosor
tal-evalwazzjonijiet ex-ante tal-programmi li jiġġustifikaw
l-għażla tal-objettivi tematiċi u l-allokazzjonijiet indikattivi
tal-Fondi tal-QSK; (iii) għal kull objettiv tematiku,
sommarju tar-riżultati ewlenin mistennija għal kull wieħed
mill-Fondi tal-QSK; (iv) allokazzjoni indikattiva
għall-appoġġ mill-Unjoni permezz ta' objettivi tematiċi
fil-livell nazzjonali għal kull wieħed mill-Fondi tal-QSK, kif ukoll
l-ammont indikattiv totali tal-appoġġ previst għal objettivi
tat-tibdil fil-klima; (v) l-oqsma prijoritarji ewlenin
għall-kooperazzjoni, filwaqt li jitqiesu, fejn applikabbli
l-istrateġiji makro-reġjonali u tal-baċir tal-baħar; (vi) il-prinċipji orizzontali u
l-objettivi ta’ politika għall-implimentazzjoni tal-Fondi tal-QSK; (vii) il-lista tal-programmi taħt
l-FEŻR, il-FSE u l-FK, għajr dawk taħt il-mira tal-kooperazzjoni
territorjali Ewropea u tal-programmi tal-FAEŻR u l-EMFF bl-allokazzjonijiet
indikattivi rispettivi mill-Fond tal-QSK u skont is-sena; (b)
approċċ integrat għall-iżvilupp
territorjali sostnut mill-Fondi tal-QSK li jistabbilixxi: (i) il-mekkaniżmi f'livell nazzjonali u
reġjonali li jiżguraw il-koordinazzjoni bejn il-Fondi tal-QSK u
strumenti ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni u nazzjonali u mal-BEI; (ii) l-arranġamenti sabiex jiġi
żgurat approċċ integrat għall-użu tal-Fondi tal-QSK
għall-iżvilupp territorjali ta’ żoni urbani, rurali, kostali u
tas-sajd u żoni b’karatteristiċi territorjali partikolari, b’mod
partikolari l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għall-Artikoli 28 u 29
u 99; akkompanjati, fejn xieraq, b’lista tal-ibliet li se jipparteċipaw
fil-pjattaforma tal-iżvilupp urban imsemmija fl-Artikolu 7
tar-Regolament tal-FEŻR; (c)
approċċ integrat għall-indirizzar
tal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ żoni ġeografiċi
l-aktar milquta mill-faqar jew ta’ gruppi fil-mira bl-ogħla riskju ta’
diskriminazzjoni jew esklużjoni, b’kunsiderazzjoni speċjali għal
komunitajiet marġinalizzati, fejn xieraq, inkluż l-allokazzjoni
finanzjarja indikattiva għall-Fondi tal-QFS relevanti; (d)
arranġamenti sabiex tiġi żgurata
implimentazzjoni effettiva, inkluż: (i) tabella konsolidata tal-għanijiet u
l-miri stabbiliti fil-programmi għall-qafas ta’ prestazzjoni msemmija fl-Artikolu
19(1), flimkien mal-metodoloġija u l-mekkaniżmu sabiex tiġi
żgurata konsistenza tul il-programmi operazzjonali u l-Fondi tal-QSK; (ii) sommarju tal-valutazzjoni
tas-sodisfazzjon tal-kondizzjonalitajiet ex ante u tal-azzjonijiet li
jridu jittieħdu f’livell nazzjonali u reġjonali, u l-iskeda ta’
żmien għall-implimentazzjoni tagħhom, fejn
il-kondizzjonalitajiet ex ante mhumiex sodisfatti; (iii) l-informazzjoni meħtieġa
għal verifika ex ante tal-konformità mar-regoli dwar
l-addizzjonalità hekk kif inhuma definiti fil-Parti Tlieta ta’ dan
ir-Regolament; (iv) l-azzjonijiet meħuda
għall-involviment tal-imsieħba u r-rwol tagħhom
fit-tħejjija tal-Kuntratt ta’ Sħubija u r-rapport ta’ progress hekk
kif inhuma definiti fl-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament; (e)
arranġamenti sabiex tiġi żgurata
l-implimentazzjoni effiċjenti tal-Fondi tal-QSK inkluż: (i) valutazzjoni ta’ jekk hemmx
ħtieġa li tiġi rinfurzata l-kapaċità amministrattiva
tal-awtoritajiet u, fejn xieraq, il-benefiċjarji, u azzjonijiet li jridu
jittieħdu għal dan l-iskop; (ii) sommarju tal-azzjonijiet ippjanati u
l-miri korrispondenti fil-programmi sabiex jinkiseb tnaqqis fil-piż
amministrattiv għall-benefiċjarji; (iii) valutazzjoni tas-sistemi eżistenti
għall-iskambju tad-dejta elettronika, u l-azzjonijiet ippjanati sabiex
ikunu jistgħu jsiru li l-iskambji kollha ta’ informazzjoni bejn
benefiċjarji u awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni u
l-kontroll ta’ programmi li għandhom jitwettqu biss permezz ta' skambju
ta’ dejta elettronika. Artikolu 15
Adozzjoni u emenda
tal-Kuntratt ta’ Sħubija 1. Il-Kummissjoni għandha
tivvaluta l-konsistenza tal-Kuntratt ta' Sħubija ma' dan ir-Regolament,
mal-Qafas Strateġiku Komuni, u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi
għall-pajjiż skont l-Artikolu 121(2) tat-Trattat u r-rakkomandazzjonijiet
tal-Kunsill adottati skont 148(4) tat-Trattat, filwaqt li jitqiesu
l-evalwazzjonijiet ex ante tal-programmi, u għandha tagħmel
osservazzjonijiet fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni
tal-Kuntratt ta' Sħubija. L-Istat Membru għandu jipprovdi
l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u, fejn xieraq,
għandu jirrevedi l-Kuntratt ta’ Sħubija. 2. Il-Kummissjoni għandha
tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti implimentattivi, li tapprova
l-Kuntratt ta’ Sħubija mhux aktar tard minn sitt xhur wara s-sottomissjoni
tiegħu mill-Istat Membru, sakemm kwalunkwe osservazzjoni magħmula
mill-Kummissjoni tkun tqieset b’mod sodisfaċenti. Il-Kuntratt ta’
Sħubija ma għandux jidħol fis-seħħ qabel l-1 ta’ Jannar 2014. 3. Fejn Stat Membru jipproponi
emenda għall-Kuntratt ta’ Sħubija, il-Kummissjoni għandha
twettaq valutazzjoni skont il-paragrafu 1 u, fejn xieraq, għandha
tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti implimentattivi, li tapprova
l-emenda. KAPITOLU III
Konċentrazzjoni tematika, kondizzjonalitajiet ex ante u
analiżi tal-prestazzjoni Artikolu 16
Konċentrazzjoni tematika
L-Istati Membri għandhom
jikkonċentraw is-sostenn, skont ir-Regolamenti speċifiċi
għall-Fond, fuq azzjonijiet li jġibu l-akbar valur miżjud
fir-rigward tal-istrateġija tal-Unjoni tgħal tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, li jindirizzaw l-isfidi
identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi
għall-pajjiż skont l-Artikolu 121(2) tat-Trattat u
r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4)
tat-Trattat, u li jqisu l-ħtiġijiet nazzjonali u reġjonali. Artikolu 17
Kondizzjonalitajiet ex ante 1.
Kondizzjonalitajiet ex ante għandhom
ikunu definiti għal kull Fond tal-QSK fir-regoli speċifiċi
għall-Fond. 2.
L-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk
il-kundizzjonalitajiet ex ante humiex sodisfatti. 3.
Fejn il-kondizzjonalitajiet ex ante ma
jiġux sodisfatti fid-data tat-trażmissjoni tal-Kuntratt ta’
Sħubija, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-Kuntratt ta’
Sħubija sommarju tal-azzjonijiet li jridu jittieħdu fil-livell
nazzjonali jew reġjonali u l-iskeda għall-implimentazzjoni
tagħhom, sabiex jiżguraw li jiġu sodisfatti mhux aktar tard minn
sentejn wara l-adozzjoni tas-Sħubija ta' Kuntratt jew sal-31 ta’ Diċembru 2016,
liema waħda tiġi l-ewwel. 4.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu
l-azzjonijiet dettaljati relatati mas-sodisfazzjoni tal-kondizzjonalitajiet ex
ante, inkluż l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni
tagħhom, fil-programmi rilevanti 5.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta
l-informazzjoni provduta dwar is-sodisfazzjon tal-kondizzjonalitajiet ex
ante fil-qafas tal-valutazzjoni tagħha tal-Kuntratt ta’ Sħubija u
l-programmi. Tista’ tiddeċiedi, meta tadotta programm, li tissospendi
l-ħlasijiet interim kollha jew parti minnhom għal programm
sat-tlestija sodisfaċenti tal-azzjonijiet sabiex tiġi sodisfatta
kondizzjonalità ex ante. In-nuqqas li jitlestew l-azzjonijiet sabiex
tiġi sodisfatta kondizzjonalità ex ante sad-data tal-iskadenza
stabbilita fil-programm għandu jikkostitwixxi bażi
għas-sospensjoni tal-ħlasijiet mill-Kummissjoni. 6.
Il-paragrafi 1 u 5 ma għandhomx japplikaw
għall-programmi taħt l-objettiv ta' kooperazzjoni territorjali
Ewropea. Artikolu 18
Riżerva
għall-prestazzjoni 5% tar-riżorsi allokati għal kull
Fond tal-QSK u Stat Membru, bl-eċċezzjoni tar-riżorsi allokati
għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea u għat-Titolu V
tar-Regolament tal-EMFF, għandhom jikkostitwixxu riżerva
għall-prestazzjoni li għandha tiġi allokata skont l-Artikolu 20.
Artikolu 19
Analiżi tal-prestazzjoni 1. Il-Kummissjoni,
f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha twettaq analiżi
tal-prestazzjoni tal-programmi f’kull Stat Membru fl-2017 u fl-2019,
b'referenza għall-qafas tal-prestazzjoni stabbilit fil-Kuntratt ta'
Sħubija u l-programmi rispettivi. Il-metodu biex jiġi stabbilit qafas
ta' prestazzjoni huwa spjegat fl-Anness I. 2. L-analiżi għandha
teżamina l-ksib tal-għanijiet tal-programmi fil-livell ta’
prijoritajiet, abbażi tal-informazzjoni u l-valutazzjonijiet
ippreżentati fir-rapporti dwar il-progress ippreżentati mill-Istati
Membri fis-snin 2017 u 2019. Artikolu 20
Allokazzjoni ta' riżerva
għall-prestazzjoni 1. Fejn l-analiżi
tal-prestazzjoni mwettqa fl-2017 tiżvela li prijorità fi ħdan
programm ma tkunx kisbet l-għanijiet tiegħu stabbiliti għas-sena
2016, il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istat
Membru kkonċernat. 2. Abbażi tal-analiżi
li ssir fl-2019, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni,
permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, biex tiddetermina l-programmi u
l-prijoritajiet li jkunu kisbu l-miri tagħhom għal kull wieħed
mill-Fondi tal-QSK u għal kull Stat Membru. L-Istat Membru għandu
jipproponi l-allokazzjoni tar-riżerva għall-prestazzjoni
għall-programmi u l-prijoritajiet stabbiliti f'dik id-deċiżjoni
tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emenda
għall-programmi kkonċernati skont l-Artikolu 26. Fejn Stat Membru ma
jissottomettix l-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 46(2) u (3),
ir-riżerva għalal-prestazzjoni għall-programmi jew
il-prijoritajiet ikkonċernati, jew il-prijorità kkonċernat ma
għandhiex tiġi allokata. 3. Fejn ikun hemm evidenza li
tirriżulta minn reviżjoni tal-prestazzjoni li prijorità tkun naqset
milli tikseb l-għanijiet stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni,
il-Kummissjoni tista' tissospendi l-ħlas interim kollu jew parti minnu ta’
prijorità ta’ programm f'konformità mal-proċedura stabbilita mar-regoli
speċifiċi għall-Fond. 4. Fejn il-Kummissjoni,
abbażi tal-eżami tar-rapport ta’ implimentazzjoni finali
tal-programm, tistabbilixxi nuqqas serju sabiex jinkisbu l-miri stabbiliti
fil-qafas tal-prestazzjoni, tista’ tapplika korrezzjonijiet finanzjarji
fir-rigward tal-prijoritajiet ikkonċernati skont ir-regoli
speċifiċi għall-Fond. Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 142 li
jistabbilixxi l-kriterji u l-metodoloġija għad-determinazzjoni
tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li trid tiġi applikata. . 5. Il-paragrafu 2 ma
għandux japplika għal programmi taħt l-għan
tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea u għat-Titolu V tar-Regolament
tal-EMFF. KAPITOLU IV
Kondizzjonalitajiet makroekonomiċi Artikolu 21
Kondizzjonalità marbuta
mal-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri 1. Il-Kummissjoni għandha
titlob lil xi Stat Membru biex janalizza u jipproponi emendi għall-Kuntratt
ta’ Sħubija u l-programmi relevanti tiegħu, fejn dan ikun
meħtieġ: (a)
għall-appoġġ tal-implimentazzjoni
ta' rakkomandazzjoni, indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat u adottat
skont l-Artikoli 121(2) u/jew 148(4) tat-Trattat, jew
għall-appoġġ tal-miżuri ta' implimentazzjoni indirizzati
lill-Istat Membru kkonċernat u adottat skont l-Artikolu 136(1)
tat-Trattat; (b)
għall-appoġġ tal-implimentazzjoni
ta' rakkomandazzjoni tal-Kunsill indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat
u adottat skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat; (c)
għall-appoġġ tal-implimentazzjoni
ta' rakkomandazzjoni tal-Kunsill indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat
u adottata skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru .../2011 [dwar
il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi],
sakemm dawn l-emendi jitqiesu meħtieġa biex jgħinu
fil-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi; jew (d)
għall-immassimizzar tal-impatt tat-tkabbir u
l-kompetittività tal-Fond tal-QSK disponibbli skont il-paragrafu 4, jekk Stat
Membru jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) Assistenza finanzjarja tal-Unjoni
tingħatalu skont ir-Regolament (UE) No 407/2010; (ii) assistenza finanzjarja fuq terminu
medju tingħatalu skont ir-Regolament (KE) Nru 332/2002[29]; (iii) assistenza finanzjarja fis-sura ta' għoti
b'self mill-MES tingħatalu skont it-Trattat li jistabbilixxi
l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà. 2. L-Istat Membru għandu
jressaq proposta biex isiru emendi fuq il-Kuntratt ta' Sħubija u
l-programmi relevanti fi żmien xahar. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni
għandha tagħmel kummenti fi żmien xahar minn meta jitressqu
l-emendi, u f'dan il-każ l-Istat Membru għandu jerġa' jressaq
il-proposta tiegħu fi żmien xahar. 3. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx
għamlet kummenti jew fejn il-kummenti tagħha jkunu ġew ikkunsidrati
b'mod xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li
tapprova l-emendi għall-Kuntratt ta' Sħubija u l-programmi relevanti
mingħajr dewmien żejjed. 4. B'deroga mill-paragrafu 1,
fejn l-assistenza finanzjarja tingħata lil Stat Membru skont il-paragrafu 1(d)
u tkun marbuta ma' programm ta' aġġustament, il-Kummissjoni tista',
mingħajr ebda propsota mill-Istat Membru, temenda l-Kuntratt ta'
Sħubija u l-programmi bil-għan tal-immassimizzar tal-impatt
tat-tkabbir u l-kompetittività tal-Fondi tal-QSK disponibbli. Biex tiżgura
l-implimentazzjoni effettiva tal-Kuntratt ta' Sħubija u l-programmi
relevanti, il-Kummissjoni għandha tinvolvi ruħha fil-ġestjoni
kif inhu spjegat fil-programm ta' aġġustament jew fil-Memorandum ta'
Spjegazzjoni ffirmat mill-Istat Membru kkonċernat. 5. Fejn l-Istat Membru jonqos
milli jwieġeb għat-talba tal-Kummissjoni li hija msemmija
fil-paragrafu 1, jew ma jweġibx b'mod xieraq fi żmien xahar
għall-kummenti tal-Kummissjoni li huma msemmija fil-paragrafu 2,
il-Kummissjoni tista', fi żmien tliet xhur minn meta tagħmel
il-kummenti, tadotta deċiżjoni, permezz ta' atti ta'
implimentazzjoni, li tissospendi parti mill-ammont jew l-ammont kollu
tal-ħlasijiet għall-programmi kkonċernati. 6. Il-Kummissjoni għandha
tissospendi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, parti mill-ammont jew
l-ammont kollu tal-ħlasijiet u l-impenji għall-programmi
kkonċernati fejn: (a)
il-Kunsill jiddeċiedi li l-Istat Membru ma
jikkonformax ma' miżuri speċifiċi stabbiliti mill-Kunsill skont
l-Artikolu 136(1) tat-Trattat; (b)
il-Kunsill jiddeċiedi, skont l-Artikolu 126(8)
jew l-Artikolu 126(11) tat-Trattat, li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx
ħa azzjoni effettiva biex jirranġa d-defiċit eċċessiv
tiegħu; (c)
il-Kunsill jikkonkludi, skont l-Artikolu 8(3)
tar-Regolament (UE) Nru […]/2011 [dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta'
żbilanċi makroekonomiċi] li, f'żewġ ċirkostanzi
suċċessivi, l-Istat Membru ma jkunx ressaq pjan ta' azzjoni
korrettiva suffiċjenti jew il-Kunsill jadotta deċiżjoni fejn
jiddikjara nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 10(4) ta' dak ir-Regolament; (d)
il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Istat Membru ma
jkunx ħa miżuri biex jimplimenta l-programm ta' aġġustament
imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 jew ir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 u b'konsegwenza ta' dan tiddeċiedi li ma
tawtorizzax il-ħlas tal-assistenza finanzjarja lil dan l-Istat Membru; jew (e)
il-Bord tad-Diretturi tal-mekkaniżmu Ewropew
ta' stabbiltà jikkonkludi li l-kundizzjonalità marbuta mal-assistenza
finanzjarja tal-MES fis-sura ta' għoti b'self mill-MES lill-Istat Membru
kkonċernat ma tkunx ġiet issodisfatta u b'konsegwenza ta' dan
jiddeċiedi li ma jħallasx l-appoġġ ta' stabbiltà li jkun
ġie allokat. 7. Fid-deċiżjoni ta'
sospensjoni ta' parti mill-ammont jew tal-ammont kollu tal-ħlasijiet jew
impenji skont il-paragrafu 5 u 6 rispettivament, il-Kummissjoni għandha
tiżgura li s-sospensjoni tkun proporzjonali u effettiva, b'kunsiderazzjoni
għaċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali tal-Istat Membru
kkonċernat, partikolarment fir-rigward tal-ugwaljanza fit-trattament bejn
l-Istati Membri, u partikolarment fir-rigward tal-impatt tas-sospensjoni fuq
l-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat. 8. Il-Kummissjoni għandha,
mingħajr dewmien, tneħħi s-sospensjoni fuq il-pagamenti u
l-impenji meta Stat Membru jipproponi emendi għall-Kuntratt ta'
Sħubija u l-programmi relevanti kif jintalab mill-Kummissjoni, li tkun
approvathom u, fejn applikabbli: (a)
il-Kunsill ikun iddeċieda li l-Istat Membru
jikkonforma ma' miżuri speċifiċi stabbiliti mill-Kunsill skont
l-Artikolu 136(1) tat-Trattat; (b)
il-proċedura ta' defiċit
eċċessiv tinżamm pendenti skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE)
Nru 1467/97 jew il-Kunsill jiddeċiedi li, skont l-Artikolu 126(12)
tat-Trattat li jabroga d-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta'
defiċit eċċessiv; (c)
il-Kunsill ikun approva pjan ta' azzjoni korrettiva
mressaq mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament
(UE) Nru […] [ir-Regolament tal-EIP] jew il-proċedura dwar
żbilanċ eċċessiv tiġi sospiża skont l-Artikolu 10(5)
ta' dak ir-Regolament jew il-Kunsill ikun għalaq il-proċedura ta'
żbilanċ eċċessiv skont l-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament;
(d)
il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-Istat Membru
ma jkunx ħa miżuri biex jimplimenta l-programm ta'
aġġustament imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 jew
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 u b'konsegwenza ta' dan
tiddeċiedi li tawtorizza l-ħlas tal-assistenza finanzjarja lil dan
l-Istat Membru; jew (e)
il-Bord tad-Diretturi tal-mekkaniżmu Ewropew
ta' stabbiltà jkun ikkonkluda li l-kundizzjonalità marbuta mal-assistenza
finanzjarja tal-MES fis-sura ta' għoti b'self mill-MES lill-Istat Membru
kkonċernat ma tkun ġiet issodisfatta u b'konsegwenza ta' dan
jiddeċiedi li jħallas l-appoġġ ta' stabbiltà li jkun
ġie allokat. Fl-istess ħin, il-Kunsill għandu
jiddeċiedi, fuq proposta mill-Kummissjoni, li jerġa’ jipprovdi
l-baġit tal-impenji sospiżi skont l-Artikolu 8 tar-Regolament
tal-Kunsill (UE) Nru […] li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali
għas-snin 2014 sa 2020. Artikolu 22
Żieda fil-ħlasijiet
lil Stat Membru b’diffikultajiet baġitarji temporanji 1. Fuq it-talba ta' Stat Membri,
il-pagamenti interim u l-pagamenti tal-bilanċ finali jistgħu
jiżdiedu b'10 punti perċentwali aktar mir-rata ta' kofinanzjament
applikabbli għal kull prijorità għall-FEŻR, l-FSE u l-FK jew
għal kull miżura għall-FAEŻR u l-EMFF. Ir-rata
miżjuda, li ma tistax taqbeż il-100%, għandha tapplika għal
talbiet għal ħlas li jirrigwarda l-perjodu fiskali li fih l-Istat
Membru jkun ressaq it-talba tiegħu u f'perjodi fiskali sussegwenti li
matulhom l-Istat Membru jkun issodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li
ġejjin: (a)
fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta
l-euro, huwa jirċievi għajnuna makro-finanzjarja mill-Unjoni skont
ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010[30]; (b)
fejn l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx adotta
l-euro, huwa jirċievi għajnuna finanzjarja fuq perjodu ta’ żmien
medju skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002[31]; (c)
l-għajnuna finanzjarja ssir disponibbli
għalih skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’
Stabbiltà ffirmat fil-11 ta’ Lulju 2011. L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika
għall-programmi skont ir-Regolament tal-KTE. 2. Minkejja l-paragrafu 1,
l-appoġġ tal-Unjoni permezz tal-ħlasijiet interim u
l-ħlasijiet tal-bilanċ finali ma għandux ikun ogħla
mill-appoġġ pubbliku u l-ammont massimu ta’ appoġġ
mill-Fondi tal-QSK għal kull prijorità għall-FEŻR, il-FSE u
l-FK, jew għal kull waħda mill-miżuri tal-FAEŻR u l-EMFF,
kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm. TITOLU III
PROGRAMMAZZJONI KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi CSF Artikolu 23
It-tħejjija
tal-programmi 1. Il-Fondi CSF għandhom
jiġu implimentati permezz tal-programmi skont il-Kuntratt ta’
Sħubija. Kull programm għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014
sal-31 ta’ Diċembru 2020. 2. Il-programmi għandhom
jitfasslu mill-Istati Membri jew minn kwalunkwe awtorità maħtura minnhom,
b’kooperazzjoni mal-imsieħba. 3. Il-Programmi għandhom
jitressqu mill-Istati Membri fl-istess ħin mal-Kuntratt ta' Sħubija,
bl-eċċezzjoni tal-programmi ta' kooperazzjoni territorjali Ewropej,
li se jitressqu fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-Qafas
Strateġiku Komuni. Il-programmi kollha għandhom ikunu akkumpanjati
mill-valutazzjoni ex ante kif stabbilit fl-Artikolu 48. Artikolu 24
Il-kontenut tal-programmi 1. Kull programm għandu
jistabbilixxi strateġija għall-kontribut tal-programm
għall-istrateġija tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti,
sostenibbli u inklużiv li hu konsistenti mal-Qafas Strateġiku Komuni
u l-Kuntratt ta’ Sħubija. Kull programm għandu jinkludi
l-arranġamenti li jiżguraw implimentazzjoni effettiva,
effiċjenti u kkoordinata tal-Fondi CSF u tal-azzjonijiet biex jinkiseb
tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji. 2. Kull programm għandu
jiddefinixxi l-prijoritajiet li jistabbilixxu miri speċifiċi,
approprjazzjonijiet finanzjarji ta’ appoġġ mill-Fondi CSF u
l-kofinanzjament nazzjonali korrispondenti. 3. Kull prijorità għandha
tistabbilixxi l-indikaturi għall-valutazzjoni tal-progress
tal-implimentazzjoni tal-programm lejn l-ilħuq tal-objettivi bħala
l-bażi għall-monitoraġġ, l-valutazzjoni u r-reviżjoni
tal-prestazzjoni. Dawn għandhom jinkludu: (a)
indikaturi finanzjarji relatati man-nefqa allokata; (b)
indikaturi tal-produzzjoni relatati
mal-operazzjonijiet sostnuti; (c)
indikaturi tar-riżultati relatati
mal-prijorità. Għal kull Fond CSF (Community Support
Framework/Qafas ta' Appoġġ Komunitarju), ir-regoli
speċifiċi għall-Fond għandhom jistabbilixxu indikaturi
komuni u jistgħu jistipulaw indikaturi speċifiċi
għall-programmi. 4. Kull programm, għajr
dawk li jkopru esklussivament l-għajnuna teknika, għandu jinkludi
deskrizzjoni tal-azzjonijiet biex jiġu kkunsidrati l-prinċipji
stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8. 5. Kull programm, għajr
dawk fejn l-għajnuna teknika titwettaq fi programm speċifiku,
għandu jistabbilixxi l-ammont indikattiv ta’ appoġġ li jrid
jintuża għall-għanijiet tal-bidla fil-klima. 6. L-Istati Membri għandhom
jabbozzaw il-programm skont ir-regoli speċifiċi għall-Fond. Artikolu 25 Il-proċedura
għall-adozzjoni tal-programmi 1. Il-Kummissjoni għandha
tanalizza l-konsistenza tal-programmi ma’ dan ir-Regolament, ir-regoli
speċifiċi għall-Fond, il-kontribuzzjoni effettiva
għall-għanijiet tematiċi u l-prijoritajiet tal-Unjoni
speċifiċi għal kull Fond CSF, il-Qafas Strateġiku Komuni,
il-Kuntratt ta’ Sħubija, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi
għall-pajjiżi skont l-Artikolu 121(2) tat-Trattat u
r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 148(4)
tat-Trattat, billi tiġi kkunsidrata l-valutazzjoni ex ante.
L-analiżi għandha tindirizza, b’mod partikolari, l-adegwatezza
tal-istrateġija tal-programm, l-għanijiet korrispondenti,
l-indikaturi, il-miri u l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji. 2. Il-Kummissjoni għandha
tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha fi żmien tliet xhur mid-data
tas-sottomissjoni tal-programm. L-Istat Membru għandu jipprovdi
lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u,
fejn xieraq, jirrevedi l-programm propost. 3. Skont ir-regoli
speċifiċi għall-Fond, il-Kummissjoni għandha tapprova kull
programm mhux aktar tard minn sitt xhur wara s-sottomissjoni formali
tiegħu mill-Istat(i) Membru(i), sakemm kull osservazzjoni magħmula
mill-Kummissjoni tkun ġiet ikkunsidrata b'mod sodisfaċenti, iżda
mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2014 jew qabel l-adozzjoni
mill-Kummissjoni ta' deċiżjoni li tapprova l-Kuntratt ta'
Sħubija. Artikolu 26
Emenda ta’ programmi 1. It-talbiet għall-emenda
tal-programmi mressqin minn Stat Membru għandhom jiġu sostanzjati kif
mistħoqq u għandhom b’mod partikolari jistabbilixxu l-impatt mistenni
tal-bidliet għall-programm mal-ilħuq tal-istrateġija tal-Unjoni
ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u l-għanijiet
speċifiċi ddefiniti fil-programm, filwaqt li jitqiesu l-Qafas
Strateġiku Komuni u l-Kuntratt ta’ Sħubija. Għandhom ikunu
akkompanjati mill-programm rivedut u, fejn xieraq, minn Kuntratt ta’
Sħubija rivedut. Fil-każ ta’ emendar tal-programmi
fl-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, il-Kuntratt ta’
Sħubija relevanti ma għandux jiġi emendat. 2. Il-Kummissjoni għandha
tivvaluta l-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1 filwaqt li tqis
il-ġustifikazzjoni li jkun ipprovda l-Istat Membru. Il-Kummissjoni tista’
tagħmel l-osservazzjonijiet u l-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni
addizzjonali kollha meħtieġa lill-Kummissjoni. Skont ir-regoli
speċifiċi għall-Fond, il-Kummissjoni għandha tapprova
t-talbiet għall-emendar ta’ programm mhux aktar tard minn ħames xhur
mid-data li fiha jkunu tressqu formalment mill-Istat Membru, dejjem jekk kull
osservazzjoni li tkun għamlet il-Kummissjoni tkun tqieset b’mod xieraq.
Fejn jeħtieġ, fl-istess waqt, il-Kummissjoni għandha temenda
d-deċiżjoni li tapprova l-Kuntratt ta’ Sħubija skont l-Artikolu 15(3). Artikolu 27
Parteċipazzjoni tal-Bank
Ewropew tal-Investiment 1. Il-BEI jista', fuq talba
tal-Istati Membri, jipparteċipa fit-tħejjija tal-Kuntratt ta’
Sħubija, kif ukoll f'attivitajiet relatati mat-tħejjija
tal-operazzjonijiet, b'mod partikolari proġetti kbar, strumenti
finanzjarji, u sħubiji pubbliċi-privati. 2. Il-Kummissjoni tista’
tikkonsulta mal-BEI qabel l-adozzjoni tal-Kuntratt ta’ Sħubija jew
tal-programmi. 3. Il-Kummissjoni tista' titlob
lill-BEI biex jeżamina l-kwalità teknika u l-vijabbiltà ekonomika u
finanzjarja tal-proġetti kbar u tgħinu fir-rigward tal-istrumenti
finanzjarji li se jiġu implementati jew żviluppati. 4. Matul l-implimentazzjoni
tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’
tagħti għotjiet jew kuntratti ta’ servizz lill-BEI li jkopru l-inizjattivi
implimentati fuq bażi multiannwali. L-impenn tal-kontribuzzjonijiet
baġitarji tal-Unjoni fir-rigward ta’ dawn l-għotjiet jew kuntratti
ta’ servizz għandhom jitwettqu fuq bażi annwali. KAPITOLU
II Żvilupp
lokali mmexxi mill-Komunità Artikolu 28
Żvilupp lokali mmexxi
mill-Komunità 1. L-iżvilupp lokali mmexxi
mill-Komunità, li huwa magħżul bħala żvilupp lokali LEADER
fir-rigward tal-FAEŻR, għandu: (a)
jiffoka fuq territorji speċifiċi
subreġjonali; (b)
jkun immexxi mill-komunità, minn gruppi ta’ azzjoni
lokali komposti minn rappreżentanti tal-interessi soċjoekonomiċi
lokali pubbliċi u privati, fejn fil-livell tat-teħid
tad-deċiżjonijiet la s-settur pubbliku u lanqas kwalunkwe grupp ta’
interess uniku ma għandu jirrappreżenta aktar minn 49 %
tad-drittijiet tal-votazzjoni; (c)
jitwettaq permezz ta’ strateġiji
tal-iżvilupp lokali integrati abbażi tal-oqsma multisettorjali; (d)
jitfassal skont il-ħtiġijiet u
l-potenzjal lokali u jinkludi karatteristiċi innovattivi fil-kuntest
lokali, u netwerking, u fejn ikun applikabbli, il-kooperazzjoni. 2. L-appoġġ mill-Fondi
CSF għall-iżvilupp lokali għandu jkun konsistenti u koordinat
bejn il-Fondi CSF. Dan għandu jiġi żgurat inter alia
permezz tat-tisħiħ ikkoordinat tal-kapaċitajiet, tas-selezzjoni,
tal-approvazzjoni u l-finanzjament ta' strateġiji tal-iżvilupp lokali
u ta' gruppi tal-iżvilupp lokali. 3. Fejn il-kumitat
tas-selezzjoni għall-istrateġiji tal-iżvilupp lokali stabbilit
skont l-Artikolu 29(3) jiddetermina li l-implimentazzjoni
tal-istrateġija tal-iżvilupp lokali magħżula
teħtieġ is-sostenn minn aktar minn Fond wieħed, jista'
jinħatar Fond ewlieni. 4. Fejn jinħatar Fond
ewlieni, l-ispejjeż tat-tmexxija u l-attivitajiet tal-animazzjoni u
tan-netwerking għall-istrateġija tal-iżvilupp lokali
għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond ewlieni biss. 5. L-iżvilupp lokali
appoġġjat mill-Fondi CSF għandu jitwettaq skont prijorità
waħda jew aktar tal-programm. Artikolu 29
Strateġiji ta'
żvilupp lokali 1. Strateġija
għall-iżvilupp lokali għandha tinkludi bħala minimu
l-elementi li ġejjin: (a)
id-definizzjoni taż-żona u
tal-popolazzjoni koperti mill-istrateġija; (b)
analiżi tal-ħtiġijiet
tal-iżvilupp u l-potenzjal taż-żona li tinkludi analiżi
tal-punti pożittivi, id-dgħufijiet, l-opportunitajiet u t-theddid; (c)
deskrizzjoni tal-istrateġija u l-objettivi
tagħha, deskrizzjoni tal-karattru integrat u innovattiv
tal-istrateġija u ġerarkija tal-prijoritajiet, inklużi miri
ċari u miżurabbli għall-produzzjoni jew
għar-riżultati. L-istrateġija għandha tkun koerenti
mal-programmi relevanti tal-Fondi CSF kollha involuti; (d)
deskrizzjoni tal-proċess tal-involviment
komunitarju fl-iżvilupp tal-istrateġija; (e)
pjan ta’ azzjoni li juri kif il-prijoritajiet
jiġu tradotti f’azzjonijiet; (f)
deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’
ġestjoni u ta’ monitoraġġ tal-istrateġija li turi l-kapaċità
tal-grupp ta’ azzjoni lokali biex jimplimenta l-istrateġija u deskrizzjoni
tal-arranġamenti speċifiċi għall-valutazzjoni; (g)
il-pjan finanzjarju tal-istrateġija,
inkluża l-allokazzjoni ppjanata ta’ kull wieħed mill-Fondi CSF. 2. L-Istati Membri għandhom
jiddefinixxu l-kriterji għall-għażla tal-istrateġiji
tal-iżvilupp lokali. Ir-regoli speċifiċi għall-Fond
jistgħu jistabbilixxu l-kriterji għall-għażla. 3. L-istrateġiji
għall-iżvilupp lokali għandhom jintgħażlu minn kumitat
għall-għażla stabbilit għal dan il-għan
mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni relevanti tal-programmi. 4. Is-selezzjoni
tal-istrateġiji kollha tal-iżvilupp lokali għandhom jitlestew sa
mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015. 5. Id-deċiżjoni
tal-awtorità ta' ġestjoni li tapprova strateġija
għall-iżvilupp lokali għandha tistabbilixxi l-allokazzjonijiet
ta’ kull Fond CSF. Għandha tistabbilixxi wkoll ir-rwoli tal-awtoritajiet
responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programmi relevanti għall-kompiti
ta’ implimentazzjoni kollha li huma marbuta mal-istrateġija. 6. Il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 142
li jikkonċerna d-definizzjoni taż-żona u tal-popolazzjoni
koperti mill-istrateġija msemmija fil-paragrafu 1(a). Artikolu 30
Gruppi ta’ azzjoni lokali 1. Il-gruppi ta’ azzjoni lokali għandhom ifasslu u jimplimentaw
l-istrateġiji tal-iżvilupp lokali. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-rwoli
rispettivi tal-grupp ta’ azzjoni lokali u tal-awtoritajiet responsabbli
mill-implimentazzjoni tal-programmi relevanti, għall-kompiti ta’
implimentazzjoni kollha li huma marbutin mal-istrateġija. 2. L-awtorità ta’ ġestjoni
għandha tiżgura li l-gruppi ta’ azzjoni lokali jew jagħżlu
sieħeb wieħed fi ħdan il-grupp bħala sieħeb ewlieni fi
kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji, jew jingħaqgħu flimkien
fi struttura komuni mwaqqfa b’mod legali. 3. Il-kompiti tal-gruppi ta’
azzjoni legali għandhom jinkludu dan li ġej: (a)
it-tisħiħ tal-kapaċità ta’ atturi
lokali biex jiżviluppaw u jimplimentaw l-operazzjonijiet; (b)
it-tfassil ta’ proċedura ta’ selezzjoni
non-diskriminatorja u trasparenti u kriterji għas-selezzjoni ta'
operazzjonijiet, li jevitaw il-kunflitti ta' interess, li għandhom
jiżguraw li mill-inqas 50 % tal-voti fid-deċiżjonijiet
tas-selezzjoni huma mill-imsieħba li mhumiex mis-settur pubbliku, bi
provvediment għall-possibbiltà ta’ appell kontra deċiżjonijiet
ta’ selezzjoni u għall-possibbiltà ta' selezzjoni permezz ta’
proċedura bil-miktub; (c)
li jiżguraw il-koerenza mal-istrateġija
tal-iżvilupp lokali fl-għażla tal-operazzjonijiet billi
jiġu prijoritizzati skont il-kontribuzzjoni tagħhom biex
jintlaħqu l-objettivi u l-miri tal-istrateġiji; (d)
it-tħejjija jew il-ppubblikazzjoni ta’
sejħiet għal proposti jew ta' proċedura kontinwa ta’
sottomissjoni ta’ proġetti, inkluż id-definizzjoni tal-kriterji
tas-selezzjoni; (e)
li jirċievu l-applikazzjonijiet
għas-sostenn u jivvalutawhom; (f)
li jagħżlu l-operazzjonijiet u jiiffissaw
l-ammonti tas-sostenn u, fejn relevanti, jippreżentaw il-proposti
lill-korp responsabbli għall-verifika finali tal-eliġibbiltà qabel
l-approvazzjoni; (g)
il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-istrateġija tal-iżvilupp lokali u l-operazzjonijiet
appoġġjati u t-twettiq ta’ attivitajiet speċifiċi ta’
valutazzjoni marbuta mal-istrateġija tal-iżvilupp lokali. Artikolu 31
Sostenn mill-Fondi CSF
għall-iżvilupp lokali L-appoġġ għall-iżvilupp
lokali għandu jinkludi: (a)
l-ispejjeż tal-appoġġ
tat-tħejjija; (b)
l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet skont
l-istrateġija tal-iżvilupp lokali; (c)
it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' attivitajiet
ta' kooperazzjoni tal-grupp ta’ azzjoni lokali; (d)
il-kost operazzjonali u l-animazzjoni
tal-istrateġija tal-iżvilupp lokali sal-limitu ta’ 25 %
tan-nefqa pubblika totali mħallsa fi ħdan l-istrateġija
tal-iżvilupp lokali. TITOLU IV STRUMENTI FINANZJARJI Artikolu 32
Strumenti finanzjarji 1. Il-Fondi CSF jistgħu
jintużaw biex isostnu strumenti finanzjarji skont programm, dan jinkludi
meta jkunu organizzati permezz ta’ fondi ta’ fondi, biex jikkontribbwixxu
għall-kisba ta’ objettivi speċifiċi stabbiliti skont prijorità,
abbażi ta' valutazzjoni ex ante li tkun identifikat nuqqasijiet
fis-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment li huma inqas minn ideali, u
ħtiġijiet ta' investiment. L-istrumenti finanzjarji jistgħu
jintgħaqdu ma' għotjiet, ma' sussidji tar-rati tal-interessi u ma'
sussidji ta' tariffi ta' garanzija. F’dan il-każ, iridu jinżammu
rekords separati għal kull forma ta’ finanzjament. Il-Kummissjoni għandha tkun mogħtija
s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 142 li
jistabbilixxu regoli dettaljati li jikkonċernaw il-valutazzjoni ex ante
ta' strumenti finanzjarji, l-għaqda ta’ sostenn ipprovdut
lil-benefiċjarji finali permezz ta' għotjiet, sussidji tar-rati
tal-imgħax jew sussidji tat-tariffi ta' garanzija u strumenti finanzjarji,
regoli speċifiċi addizzjonali dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa u
regoli li jispeċifikaw it-tipi ta’ attivitajiet li ma għandhomx
jiġu sostnuti permezz ta’ strumenti finanzjarji. 2. Il-benefiċjarji finali
sostnuti minn strumenti finazjarji jistgħu jirċievu wkoll għotjiet
jew assistenza oħra minn programm jew minn strument ieħor sostnut
mill-baġit tal-Unjoni. F’dan il-każ, iridu jinżammu rekords
separati għal kull sors ta’ finanzjament. 3. Il-kontribuzzjonijiet in
natura ma jgħoddux bħala nfiq eliġibbli rispett l-istrumenti
finanzjarji, ħlief kontribuzzjonijiet ta' art jew ta' proprjetà immobbli
rispett l-investimenti bil-għan li jsostnu l-iżvilupp urban jew
ir-riġenerazzjoni urbana, fejn l-art jew il-proprjetà immobbli tkun parti
mill-investiment. Dan it-tip ta' kontribuzzjoni ta' art jew ta' proprjetà
immovvli għandhom ikunu eliġibbli sakemm jiġu sodisfatti
l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 59. Artikolu 33
Implimentazzjoni
tal-istrumenti finanzjarji 1. Matul l-implimentazzjoni
tal-Artikolu 32 l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistgħu jipprovdu
kontribuzzjoni finanzjarja għall-istrumenti finanzjarji li ġejjin: (a)
strumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell
tal-Unjoni, ġestiti direttament jew indirettament mill-Kummissjoni; (b)
strumenti finanzjarji stabbiliti f'livelli
nazzjonali, reġjonali, transnazzjonali jew transkonfinali, ġestiti
mill-awtorità ta’ ġestjoni jew taħt ir-responsabbiltà tagħha. 2. It-Titolu VIII
tar-Regolament Finanzjarju għandu japplika għall-istrumenti
finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1(a). Il-kontribuzzjonijiet mill-Fondi
CSF għall-istrumenti finanzjarji skont il-paragrafu 1(a)
għandhom jitqiegħdu f’kontijiet separati u użati, b’konformità
mal-għanijiet tal-Fondi CSF rispettivi, biex isostnu azzjonijiet u
benefiċjarji finali li huma konsistenti mal-programm jew il-programmi li
minnhom isiru dawn il-kontribuzzjonijiet. 3. Għall-istrumenti
finanzjarji skont il-paragrafu 1(b), l-awtorità ta' ġestjoni tista'
tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-istrumenti finanzjarji li
ġejjin: (a)
strumenti finanzjarji li jikkonformaw mat-termini u
l-kundizzjonijiet standard stabbiliti mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ta'
implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija
fl-Artikolu 143(3); (b)
strumenti finanzjarji li diġà jeżistu jew
li għadhom kif inħalqu li jkunu magħmulin speċifikament
biex jilħqu l-għan maħsub u li jirrispettaw ir-regoli
applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati
skont l-Artikolu 142 li jistabbilixxu regoli speċifiċi li
jirrigwardjaw ċerti tipi ta’ strumenti finanzjarji li hemm referenza
għalihom fil-punt (b), kif ukoll il-prodotti li jistgħu jitwasslu
permezz ta’ dawn l-istrumenti. 4. Meta ssostni strumenti
finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1(b) l-awtorità ta’ ġestjoni
tista’: (a)
tinvesti fil-kapital ta’ entitajiet legali eżistenti
jew maħluqa ġodda, inklużi dawk iffinanzjati minn Fondi CSF
oħrajn, iddedikati għall-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji
konsistenti mal-objettivi tal-Fondi CSF rispettivi, li se jwettqu l-kompiti ta'
implimentazzjoni; l-appoġġ għal dawn l-investimenti għandu
jkun limitat għall-ammonti neċessarji biex jiġu implimentati
strumenti finanzjarji ġodda konsistenti mal-għanijiet ta’ dan
ir-Regolament; jew (b)
tafda l-kompiti tal-implimentazzjoni: (i) lill-Bank Ewropew tal-Investiment; (ii) lil istituzzjonijiet finanzjarji
internazzjonali li fihom Stat Membru huwa azzjonist, jew lil istituzzjonijiet
finanzjarji stabbiliti fi Stat Membru li jimmiraw lejn il-kisba tal-interess
pubbliku taħt il-kontroll ta’ awtorità pubblika, magħżula skont
ir-regoli applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali; (iii) lil korp irregolat mil-liġi
pubblika jew privata magħżul skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni u
dawk nazzjonali. (c)
twettaq direttament kompiti ta’ implimentazzjoni,
fil-każ ta’ strumenti finanzjarji li jikkonsistu biss minn self jew
garanziji. Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 142 li
jistabbilixxu r-regoli li jikkonċernaw ftehimiet ta’ finanzjament, ir-rwol
u r-responsabbiltà tal-entitajiet li lilhom jiġu fdati l-kompiti
tal-implimentazzjoni, kif ukoll spejjeż u tariffi ta’ ġestjoni. 5. L-entitajiet imsemmija
fil-paragrafu 4(b)(i) u (ii), fl-implimentazzjoni ta' strumenti
finanzjarji permezz ta' fondi ta' fondi, jistgħu jafdaw parti
mill-implimentazzjoni lil intermedjarji finanzjarji sakemm dawn l-entitajiet
jiżguraw fir-responsabbiltà tagħhom li l-intermedjarji finanzjarji
jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 57 u 131 (1), (1a) u (3)
tar-Regolament Finanzjarju. L-intermedjarji finanzjarji għandhom jiġu
magħżula abbażi ta’ proċeduri miftuħa, trasparenti,
proporzjonati u non-diskriminatorji, biex b’hekk jiġu evitati kunflitti
ta’ interessi. 6. L-entitajiet imsemmija
fil-paragrafu 4(b) li lilhom ġew fdati l-kompiti ta’ implimentazzjoni
għandhom jiftħu kontijiet fiduċjarji f’isimhom u f’isem
l-awtorità ta’ ġestjoni. L-assi miżmuma fuq dawn il-kontijiet
fiduċjarji għandhom jiġu ġestiti skont il-prinċipju
ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, skont regoli prudenzjali xierqa u jkollhom
likwidità xierqa. 7. Il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 142
li jistabbilixxu regoli dettaljati li jikkonċernaw rekwiżiti
speċifiċi dwar it-trasferiment u l-ġestjoni tal-assi
ġestiti mill-entitajiet li lilhom ikunu ġew fdati l-kompiti tal-implimentazzjoni,
kif ukoll il-konverżjoni tal-assi bejn l-euro u muniti nazzjonali. Artikolu 34
Implimentazzjoni ta’
ċerti strumenti finanzjarji 1. Il-korpi akkreditati skont
l-Artikolu 64 ma għandhomx iwettqu verifiki fuq il-post ta’
operazzjonijiet li jinvolvu l-istrumenti finanzjarji implimentati skont
l-Artikolu 33(1)(a). Għandhom jirċievu rapporti regolari dwar
il-kontroll mill-korpi inkarigati mill-implimentazzjoni ta’ dawn l-istrumenti
finanzjarji. 2. Il-korpi responsabbli
mill-verifika tal-programmi ma għandhomx iwettqu verifika ta’
operazzjonijiet li jinvolvu l-istrumenti finanzjarji implimentati skont
l-Artikolu 33(1)(a) u s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll relatati ma’
dawn l-istrumenti. Għandhom jirċievu rapporti regolari dwar
il-kontroll mill-awdituri maħtura fil-ftehimiet li jistabbilixxi dawn
l-istrumenti finanzjarji. 3. Il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 142
dwar l-arranġamenti għall-ġestjoni u l-kontroll tal-istrumenti
finanzjarji implimentati skont l-Artikoli 33(1)(a) u 33(4)(b)(i), (ii) u
(iii). Artikolu 35
Talbiet għall-ħlas
inkluża n-nefqa għall-istrumenti finanzjarji 1. Fir-rigward tal-istrumenti
finanzjarji msemmija fl-Artikolu 33(1)(a) it-talba għall-ħlas
għandha tinkludi u turi b’mod separat l-ammont ta’ appoġġ
imħallas lill-istrument finanzjarju. 2. Fir-rigward tal-istrumenti
finanzjarji msemmija fl-Artikolu 33(1)(b) implimentati skont
l-Artikolu 33 (4)(a) u (b), in-nefqa totali eliġibbli
ppreżentata fit-talba għall-ħlas għandha tinkludi u turi
separatament, l-ammont totali tas-sostenn imħallas jew mistenni li
jitħallas lill-istrument finanzjarju għall-investimenti
f'benefiċjarji finali li jridu jsiru fuq perjodu definit minn qabel ta'
massimu ta' sentejn, inkluż l-ispejjeż jew it-tariffi ta'
ġestjoni. 3. L-ammont stabbilit skont
il-paragrafu 2 għandu jiġi aġġustat f’talbiet
għal ħlas sussegwenti, sabiex titqies id-differenza bejn l-ammont ta'
sostenn imħallas minn qabel lill-istrument finanzjarju kkonċernat, u
l-ammonti effettivament investiti f'benefiċjarji finali, flimkien
mal-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni mħallsa. Dawn l-ammonti
għandhom jiġu murija separatament fit-talba għall-ħlas. 4. Rigward l-istrumenti
finanzjarji msemmija fl-Artikolu 33(1)(b) implimentati skont
l-Artikolu 33(4)(c), it-talba għall-ħlas għandha tinkludi
l-ammont totali ta’ ħlasijiet maħruġa mill-awtorità ta’
ġestjoni għall-investimenti fil-benefiċjarji finali. Dawn
l-ammonti għandhom jiġu murija separatament fit-talba
għall-ħlas. 5. Permezz ta’ atti ddelegati skont
l-Artikolu 142, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta r-regoli speċifiċi li jikkonċernaw il-ħlasijiet u
l-irtirar ta’ ħlasijiet għall-istrumenti finanzjarji u l-konsegwenzi
possibbli fir-rigward tat-talbiet għal ħlasijiet. Artikolu 36
Nefqa eliġibbli
fl-għeluq 1. Fl-għeluq ta’ programm,
in-nefqa eliġibbli tal-istrument finanzjarju għandha tkun l-ammont
totali effettivament imħallas jew, fil-każ ta' fondi ta' garanzija
impenjati, mill-istrument finanzjarju fil-perjodu ta’ eliġibbiltà indikat
fl-Artikolu 55(2), li jikkorrispondi għal: (a)
il-ħlasijiet lill-benefiċjarji finali; (b)
ir-riżorsi impenjati għall-kuntratti ta’
garanzija, sewwa jekk pendenti kif ukoll jekk ikunu diġà mmaturaw, sabiex
jiġu onorati sejħiet possibbli ta’ garanzija għal telf,
ikkalkolati skont valutazzjoni tar-riskju ex ante prudenti, li jkopru
ammont multiplu ta' self ġdid sottostanti jew strumenti oħra li
jġorru r-riskju għall-investimenti ġodda f’benefiċjarji
finali; (c)
sussidji kapitalizzati tar-rati tal-imgħax jew
sussidji ta’ tariffi ta’ garanzija, li jridu jitħallsu f’perjodu li ma
jaqbiżx l-għaxar (10) snin wara l-perjodu ta’ eliġibbiltà
stabbilit fl-Artikolu 55(2), użati flimkien mal-istrumenti
finanzjarji, imħallsa f’kont miżmum minn terzi speċifikament
stabbilit għal dak l-iskop, għall-iżborżament effettiv wara
l-perjodu ta’ eliġibbiltà stabbilit fl-Artikolu 55(2), iżda
fir-rigward ta’ self jew strumenti li jġorru riskju ieħor
żborżati għall-investimenti f’benefiċjarji finali
fil-limitu tal-perjodu ta’ eliġibbiltà stabbilit fl-Artikolu 55(2); (d)
ir-rimborż tal-ispejjeż ta' ġestjoni
mħallsa jew il-ħlas ta' tariffi ta' ġestjoni
għall-istrument finanzjarju. 2. Fil-każ ta’ strumenti
bbażati fuq l-ekwità u l-mikrokreditu, spejjeż jew tariffi ta’
ġestjoni kapitalizzati li jridu jitħallsu għal perjodu li ma
jaqbiżx il-ħames (5) snin wara l-perjodu ta’ eliġibbiltà
stabbilit fl-Artikolu 55(2), fir-rigward ta' investimenti
f'benefiċjarji finali li seħħew f’dak il-perjodu ta'
eliġibbiltà u li ma jistgħux jiġu koperti mill-Artikoli 37
u 38, jistgħu jitqiesu bħala nefqa eliġibbli meta jitħallsu
f’kont miżmum minn terzi stabbilit speċifikament għal dak
l-iskop. 3. In-nefqa eliġibbli
ddeterminata skont il-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex taqbeż
it-total ta’: (i) (i) l-ammont totali tas-sostenn mill-Fondi
CSF mħallsa lill-istrument finanzjarju; kif ukoll (ii) kofinanzjament nazzjonali
korrispondenti. 4. Il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 142
dwar it-twaqqif ta' sistema ta' kapitalizzazzjoni ta' pagamenti annwali
għas-sussidji tar-rati tal-imgħax u s-sussidji tat-tariffi ta'
garanzija. Artikolu 37
Imgħax u dħul
ieħor iġġenerat permezz tas-sostenn mill-Fondi CSF
għall-istrumenti finanzjarji 1. Is-sostenn mill-Fondi CSF
imħallas lill-istrumenti finanzjarji għandu jitpoġġa
f'kontijiet li jagħtu l-imgħax domiċiljati f'istituzzjonijiet
finanzjarji fl-Istati Membri jew investiti fuq bażi temporanja skont
il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda. 2. L-imgħax u dħul
ieħor li jista' jiġi attribwit lis-sostenn mill-Fondi CSF
imħallas lill-istrumenti finanzjarji għandu jintuża
għall-istess għanijiet tas-sostenn oriġinali mill-Fondi CSF
fl-istess strument finanzjarju. 3. L-awtorità ta’ ġestjoni
għandha tiżgura li jinżammu rekords xierqa tal-użu
tal-imgħax u qligħ ieħor. Artikolu 38
L-użu mill-ġdid ta’
riżorsi attribbwibbli għas-sostenn mill-Fondi CSF sal-għeluq
tal-programm 1. Riżorsi kapitali li
jitħallsu lura lill-istrumenti finanzjarji li jkunu ġew minn
investimenti jew mir-rilaxx ta' riżorsi impenjati għall-kuntratti ta'
garanzija li jistgħu jiġu attribwiti għas-sostenn mill-Fondi
CSF, għandhom jintużaw mill-ġdid fuq investimenti ulterjuri
permezz tal-istess strumenti finanzjarji jew oħrajn, skont l-għanijiet
tal-programm jew il-programmi. 2. Qligħ u dħul jew
rendimenti oħra, inklużi l-imgħax, it-tariffi ta' garanzija,
is-sehem mill-profitti, profitti kapitali jew kull dħul
iġġenerat mill-investimenti li jista' jiġi attribwit
għas-sostenn mill-Fondi CSF lill-istrument finanzjarju, għandu
jintuża għall-għanijiet li ġejjin, fejn applikabbli,
sal-ammonti meħtieġa: (a)
ir-rimborż tal-ispejjeż ta’ ġestjoni
mħallsa u l-ħlas ta’ tariffi ta’ ġestjoni tal-istrument
finanzjarju; (b)
ir-rimunerazzjoni preferenzjali ta’ investituri li
qed joperaw skont il-prinċipju tal-investitur tal-ekonomija tas-suq, li
jipprovdu riżorsi tal-kontraparti lis-sostenn mill-Fondi CSF
lill-istrument finanzjarju jew li jikkoinvestu fil-livell ta' riċevituri
finali; (c)
aktar investimenti permezz tal-istess strumenti
finanzjarji jew strumenti finanzjarji oħra, skont l-għanijiet
tal-programm jew il-programmi. 3. L-awtorità ta’ ġestjoni
għandha tiżgura li jinżammu rekords xierqa tal-użu
tar-riżorsi u ta' qligħ ieħor imsemmi fil-paragrafi 1 u 2. Artikolu 39
Użu ta' riżorsi
legati wara għeluq il-programm L-Istati Membri għandhom jadottaw
il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-riżorsi u
l-qligħ kapitali u dħul jew rendimenti oħra li jistgħu
jiġu attribwiti lis-sostenn mill-Fondi CSF lil strumenti finanzjarji
jintużaw skont l-għanijiet tal-programm għal perjodu ta'
mill-inqas 10 snin wara l-għeluq tal-programm. Artikolu 40
Rapport dwar
l-Implimentazzjoni tal-Istrumenti Finanzjarji 1. L-awtorità ta' ġestjoni
għandha tibgħat rapport speċifiku dwar l-operazzjonijiet li
jinvolvu l-istrumenti finanzjarji lill-Kummissjoni anness mar-rapport annwali
ta' implimentazzjoni. 2. Ir-rapporti msemmija
fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu, għal kull strument
finanzjarju, l-informazzjoni li ġejja: (a)
l-identifikazzjoni tal-programm u tal-prijorità li
minnhom jiġi pprovdut is-sostenn mill-Fondi CSF; (b)
deskrizzjoni tal-istrument finanzjarju u
l-arranġamenti tal-implimentazzjoni; (c)
l-identifikazzjoni tal-korpi li lilhom ġew
fdati l-kompiti ta’ implimentazzjoni; (d)
l-ammont totali ta’ sostenn mill-programm u
l-prijorità lill-istrument finanzjarju inkluż fit-talbiet ta’ ħlas
imressqin lill-Kummissjoni; (e)
l-ammont totali ta’ sostenn imħallas jew
impenjat f’kuntratti ta’ garanzija mill-istrument finanzjarju
għall-benefiċjarji finali skont il-programm u l-prijorità jew
il-miżura inkluża fit-talbiet għall-ħlas imressqa
lill-Kummissjoni; (f)
id-dħul tal-istrument finanzjarju u
l-ħlasijiet mill-ġdid lilu; (g)
l-effett multiplikatur ta’ investimenti
magħmula mill-istrument finanzjarju u l-valur tal-investimenti u
l-parteċipazzjonijiet; (h)
il-kontribuzzjoni tal-istrument finanzjarju
għall-kisba tal-indikaturi tal-programm u tal-prijorità kkonċernati. 3. Permezz ta' att ta'
implimentazzjoni, skont il-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 143(3), il-Kummissjoni għandha tadotta l-kundizzjonijiet
uniformi li jikkonċernaw is-sorveljanza u l-forniment ta’ informazzjoni
dwar is-sorveljar lill-Kummissjoni anki għall-istrumenti finanzjarji
msemmija fl-Artikolu 33(1)(a).
TITOLU V
SORVELJANZA U VALUTAZZJONI KAPITOLU I
Sorveljanza Taqsima I
Is-Sorveljanza tal-Programmi Artikolu 41
Kumitat għas-sorveljanza 1. Fi żmien tliet xhur
mid-data tan-notifika lill-Istat Membru bid-deċiżjoni li tadotta
programm, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi kumitat biex jissorvelja
l-implimentazzjoni tal-programm, bi qbil mal-awtorità ta’ ġestjoni. Stat Membru jista' jistabbilixxi kumitat
waħdieni għas-sorveljanza tal-programmi kofinanzjati mill-Fondi QSK 2. Kull kumitat tas-sorveljanza
għandu jikkompila u jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Artikolu 42
Kompożizzjoni
tal-kumitat tas-sorveljanza 1. Il-kumitat tas-sorveljanza
għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-awtorità ta'
ġestjoni, minn korpi intermedji u minn rappreżentati tal-imsieba.
Kull membru tal-Kumitat tas-sorveljanza għandu jkollu d-dritt li jivvota. Il-kumitat tas-sorveljanza ta’ programm fi
ħdan l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea għandu
jinkludi wkoll rappreżentanti minn kull pajjiż terz li
jipparteċipa f’dak il-programm. 2. Il-Kummissjoni għandha
tipparteċipa fil-ħidma tal-kumitat tas-sorveljanza f'kapaċità
konsultattiva. 3. Jekk il-BEI jikkontribbwixxi
għal programm, jista’ jipparteċipa fil-ħidma tal-kumitat
tas-sorveljanza f’kapaċità konsultattiva. 4. Il-kumitat tas-sorveljanza
għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-Istat Membru jew
tal-awtorità ta' ġestjoni. Artikolu 43
Funzjonijiet tal-kumitat
tas-sorveljanza 1. Il-kumitat tas-sorveljanza
għandu jiltaqa' mill-inqas darba f'sena u għandu jirrevedi
l-implimentazzjoni tal-programm u l-progress lejn il-kisba tal-objettivi
tiegħu. B’hekk, għandu jqis id-dejta finanzjarja, l-indikaturi komuni
u speċifiċi għall-programm inklużi t-tibdiliet
fl-indikaturi tar-riżultati u l-progress lejn valuri fil-mira
kwantifikati, u l-għanijiet definiti fil-qafas tal-prestazzjoni. 2. Għandu jeżamina
fid-dettall il-problemi kollha li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-programm. 3. Il-kumitat tas-sorveljanza
għandu jiġi kkonsultat u joħroġ opinjoni dwar kull emenda
tal-programm proposta mill-awtorità ta’ ġestjoni. 4. Il-kumitat tas-sorveljanza
jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtorità ta’ ġestjoni
fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm u l-valutazzjoni tiegħu.
Għandu jissorvelja l-azzjonijiet meħuda bħala riżultat
tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Artikolu 44
Rapporti ta’ implimentazzjoni
1. Mill-2016 sa l-2022
(inkluża din is-sena), l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport
annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm fis-sena finanzjarja
preċedenti lill-Kummissjoni. L-Istat Membru għandu jippreżenta
rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm sat-30 ta’ Settembru 2023
għall-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni u rapport annwali dwar
l-implimentazzjoni għall-FAEŻR u l-EMFF (“Fond Marittimu u tas-Sajd
Ewropew”). 2. Ir-rapporti annwali dwar
l-implimentazzjoni għandhom jagħtu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni
tal-programm u l-prijoritajiet tiegħu b’referenza għad-dejta
finanzjarja, għall-indikaturi komuni u għal dawk speċifiċi
għall-programm u l-valuri kwantifikati tal-miri inklużi l-bidliet
fl-indikaturi tar-riżultati, u l-punti ta’ referenza definiti fil-qafas
tal-prestazzjoni. Id-dejta trasmessa għandha tkun marbuta mal-valuri
għall-indikaturi għal operazzjonijiet kompletament implimentati u
anki għal operazzjonijiet magħżula. Għandhom juru wkoll
l-azzjonijiet meħuda sabiex jintlaħqu l-kundizzjonalitajiet ex
ante u kull problema li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm, u
l-miżuri korrettivi meħuda. 3. Ir-rapport annwali dwar
l-implimentazzjoni ppreżentat fl-2017 għandu jipprovdi u janalizza
l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 flimkien mal-progress lejn
il-kisba tal-għanijiet tal-programm, inkluża l-kontribuzzjoni
tal-Fondi tal-QSK għall-bidliet fl-indikaturi tar-riżultat, meta
jkunu disponibbli provi mill-valutazzjonijiet. Għandu janalizza wkoll
l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet biex jiġu kkunsidrati l-prinċipji
stabbiliti fl-Artikoli 6, 7 u 8, u jirrapporta dwar l-appoġġ
użat għall-miri marbutin mat-tibdil fil-klima. 4. Ir-rapport
tal-implimentazzjoni annwali ppreżentat fl-2019 u r-rapport
tal-implimentazzjoni finali għall-Fondi tal-QSK għandhom, flimkien
mal-informazzjoni u l-valutazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3,
jinkludu informazzjoni dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi
tal-programm u l-kontribuzzjoni tiegħu lejn il-kisba tal-istrateġija
tal-Unjoni tal-promozzjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u
inklużiv u jivvalutawh. 5. Ir-rapporti
tal-implimentazzjoni annwali msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom
ikunu ammissibbli fejn jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa
f’dawk il-paragrafi. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri fi
żmien 15-il ġurnata tax-xogħol mid-data ta' meta tkun
irċeviet ir-rapport tal-implimentazzjoni annwali jekk dan ma jkunx
ammissibbli, u f’nuqqas li jsir dan għandu jitqies bħala ammissibbli. 6. Il-Kummissjoni għandha
teżamina r-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali u tinforma lill-Istat
Membru bl-osservazzjonijiet tagħha fi żmien xahrejn mid-data li fiha
tkun irċeviet ir-rapport tal-implimentazzjoni annwali u fi żmien
ħames (5) xhur wara d-data li fiha tkun irċeviet ir-rapport finali.
Fejn il-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet f’dawn id-dati
tal-iskadenza, ir-rapporti għandhom jitqiesu bħala
aċċettati. 7. Il-Kummissjoni tista’
toħroġ rakkomandazzjonijiet biex tindirizza kull kwistjoni li
taffettwa l-implimentazzjoni tal-programm. Fejn isiru dawn
ir-rakkomandazzjonijiet, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tinforma
lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur dwar il-miżuri korrettivi
meħuda. 8. Sommarju tal-kontenut
tar-rapporti tal-implimentazzjoni annwali u finali
għaċ-ċittadini għandu jiġi ppubblikat. Artikolu 45
Il-laqgħa annwali ta’
reviżjoni 1. Għandha tiġi
organizzata laqgħa annwali ta’ reviżjoni kull sena mill-2016 sal-2022
(din tal-aħħar inkluża) bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru
biex tiġi eżaminata l-prestazzjoni ta’ kull programm, filwaqt li
jitqies ir-rapport tal-implimentazzjoni annwali u l-osservazzjonijiet u
r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni fejn applikabbli. 2. Il-laqgħa annwali
tar-reviżjoni tista’ tkopri aktar minn programm wieħed. Fl-2017 u l-2019,
il-laqgħa annwali tar-reviżjoni għandha tkopri l-programmi
kollha fl-Istat Membru u għandha tqis ukoll ir-rapporti ta' progress
ippreżentati f'dawk is-snin mill-Istat Membru skont l-Artikolu 46. 3. L-Istat Membru u
l-Kummissjoni jistgħu jaqblu li ma jorganizzawx laqgħa annwali ta’
reviżjoni għal programm fi snin oħra għajr l-2017 u l-2019.
4. Il-laqgħa annwali ta’
reviżjoni għandha tiġi ppreseduta mill-Kummissjoni. 5. L-Istat Membru għandu
jiżgura li jingħata segwitu xieraq għal kull kumment
tal-Kummissjoni wara dik il-laqgħa. Taqsima II
Progress strateġiku Artikolu 46
Rapport ta' progress 1.
Sat-30 ta’ Ġunju 2017 u sat-30 ta’ Ġunju 2019
l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport ta’ progress dwar
l-implimentazzjoni tal-Kuntratt ta’ Sħubija lill-Kummissjoni fil-31 ta’ Diċembru 2016
u fil-31 ta’ Diċembru 2018 rispettivament. 2.
Ir-rapport ta’ progress għandu jivvaluta u
jistabbilixxi informazzjoni dwar: (a)
it-tibdil fil-ħtiġijiet tal-iżvilupp
fl-Istat Membru mill-adozzjoni tal-Kuntratt ta' Sħubija; (b)
il-progress lejn il-kisba tal-istrateġija
tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv,
partikolarment fir-rigward tal-għanijiet stabbiliti għal kull
programm fil-qafas tal-prestazzjoni u s-sostenn użat għall-objettivi
marbutin mat-tibdil fil-klima; (c)
jekk ġewx implimentati skont l-iskeda ta’
żmien stabbilita l-azzjonijiet meħuda biex jiġu sodisfatti
l-kondizzjonalitajiet ex ante mhux sodisfatti fid-data tal-adozzjoni
tal-Kuntratt ta' Sħubija; (d)
l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi li
jiżguraw il-koordinazzjoni bejn il-Fondi tal-QSK u strumenti ta'
finanzjament oħra nazzjonali u tal-Unjoni u mal-BEI; (e)
il-progress lejn il-kisba ta' oqsma prijoritarji
stabbiliti għall-kooperazzjoni; (f)
l-azzjonijiet meħuda biex jirrinfurzaw
il-kapaċità tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u fejn applikabbli,
il-benefiċjarji li jamministraw u jużaw il-Fondi tal-QSK; (g)
l-azzjonijiet ippjanati u l-miri korrispondenti
fil-programmi biex jinkiseb tnaqqis fil-piż amministrattiv
għall-benefiċjarji; (h)
ir-rwol għall-imsieħba msemmija
fl-Artikolu 5 fl-implimentazzjoni tal-Kuntratt ta’ Sħubija. 3.
Fejn il-Kummissjoni tiddetermina fi żmien
tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tar-rapport tal-progress, li
l-informazzjoni mressqa mhijiex sħiħa jew mhijiex ċara, tista’
titlob aktar informazzjoni mingħand l-Istat Membru. L-Istat Membru
għandu jipprovdi l-informazzjoni mitluba lill-Kummissjoni fi żmien
tliet xhur u, fejn xieraq jirrevedi r-rapport tal-progress kif
meħtieġ. 4.
Fl-2017 u l-2019, il-Kummissjoni għandha
tħejji rapport strateġiku li jagħti deskrizzjoni fil-qosor
tar-rapporti tal-progress tal-Istati Membri u għandha tissottomettih
lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. 5.
Fl-2018 u l-2020, il-Kummissjoni għandha
tinkludi fir-Rapport tal-Progress Annwali tagħha għal-laqgħa
tar-Rebbiegħa tal-Kunsill Ewropew, taqsima li tagħti deskrizzjoni
fil-qosor tar-rapport strateġiku, partikolarment fir-rigward tal-progress
li jkun sar lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.
KAPITOLU II
Valutazzjoni Artikolu 47
Dispożizzjonijiet
ġenerali 1. Għandhom jitwettqu
l-valutazzjonijiet biex tittejjeb il-kwalità tal-forma u l-implimentazzjoni
tal-programmi, kif ukoll biex jiġu vvalutati l-effikaċja,
l-effiċjenza u l-impatt tagħhom. L-impatt tal-programmi għandu
jiġi vvalutat, skont il-missjoni tal-Fondi tal-QSK rispettivi fir-rigward
tal-miri għall-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklużiv[32]
kif ukoll fir-rigward tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) u l-qgħad, fejn
dan huwa rilevanti. 2. L-Istati Membri għandhom
jipprovdu r-riżorsi meħtieġa għat-twettiq
tal-valutazzjonijiet, u għandhom jiżguraw li jkun hemm proċeduri
fis-seħħ għall-produzzjoni u l-ġbir tad-dejta
meħtieġa għall-valutazzjonijiet, inkluża d-dejta marbuta
ma’ indikaturi komuni u fejn applikabbli, indikaturi speċifiċi
għall-programmi. 3. Il-valutazzjonijiet
għandhom jitwettqu mill-esperti li huma funzjonalment indipendenti
mill-awtoritajiet responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programmi.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar kif jitwettqu
l-valutazzjonijiet. 4. Il-valutazzjonijiet kollha
għandhom jiġu ppubblikati sħaħ. Artikolu 48
Valutazzjoni ex ante 1.
L-Istati Membri għandhom iwettqu
valutazzjonijiet ex ante biex itejbu l-kwalità tat-tfassil ta’ kull
programm. 2.
Il-valutazzjonijiet ex-ante għandhom
jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità responsabbli
għat-tħejjija tal-programmi. Għandhom jiġu ppreżentati
lill-Kummissjoni flimkien mal-programm, u flimkien ma’ sommarju eżekuttiv.
Ir-regoli speċifiċi għall-Fondi jistgħu jistabbilixxu
limiti li taħthom il-valutazzjoni ex ante tista’ tingħaqad
mal-valutazzjoni ta’ programm ieħor. 3.
Il-valutazzjonijiet ex ante għandhom
jivvalutaw: (a)
il-kontribuzzjoni għall-għan tal-Unjoni
ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fir-rigward
tal-għanijiet u prijoritajiet tematiċi magħżula, filwaqt li
jitqiesu l-ħtiġijiet nazzjonali u reġjonali; (b)
il-koerenza interna tal-programm jew attività
proposti u r-relazzjonijiet tagħhom ma’ strumenti oħra rilevanti; (c)
il-konsistenza tal-allokazzjoni ta’ riżorsi
baġitarji mal-għanijiet tal-programm; (d)
il-konsistenza tal-għanijiet tematiċi
magħżula, tal-prijoritajiet u l-miri korrispondenti tal-programmi
mal-Qafas Strateġiku Komuni, tal-Kuntratt ta' Sħubija u
r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi skont
l-Artikolu 121(2) tat-Trattat u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill
adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-Trattat; (e)
ir-rilevanza u ċ-ċarezza tal-indikaturi
tal-programmi proposti; (f)
kif il-produzzjoni mistennija se tikkontribbwixxi
għar-riżultati; (g)
jekk il-valuri fil-mira kwantifikati
għall-indikaturi humiex realistiċi, filwaqt li jitqies is-sostenn
previst mill-Fondi tal-QSK; (h)
ir-raġunament għall-forma ta’ sostenn
proposta; (i)
l-adegwatezza tar-riżorsi umani u
l-kapaċità amministrattiva għall-ġestjoni tal-programm; (j)
kemm huma addattati l-proċeduri
għall-monitoraġġ tal-programm u għall-ġbir tad-dejta
meħtieġa biex jitwettqu l-valutazzjonijiet; (k)
kemm huma addattati l-għanijiet
magħżula għall-qafas tal-prestazzjoni; (l)
l-adegwatezza tal-miżuri ppjanati biex
jiġu promossi l-opportunitajiet ugwali għan-nisa u
għall-irġiel u tiġi evitata d-diskriminazzjoni; (m)
l-adegwatezza ta’ miżuri ppjanati biex
jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli. 4. Fejn xieraq, il-valutazzjoni ex
ante għandha tinkludi r-rekwiżiti għall-Valutazzjoni Ambjentali
Strateġika stabbilita fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/42/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001
dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent[33]. Artikolu 49
Valutazzjoni matul il-perjodu
ta’ programmazzjoni 1. Għandu jitfassal pjan
ta’ valutazzjoni mill-awtorità ta’ ġestjoni għal kull programm u dan
għandu jiġi ppreżentat skont ir-Regolamenti speċifiċi
għall-Fondi. 2. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li tkun disponibbli kapaċità xierqa ta’ valutazzjoni. 3. Matul il-perjodu ta’
programmazzjoni, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom iwettqu
l-valutazzjonijiet, inklużi l-valutazzjonijiet biex jiġu vvalutati
l-effikaċja u l-impatt, għal kull programm abbażi tal-pjan ta’
valutazzjoni. Mill-inqas darba matul il-perjodu ta’ programmazzjoni,
għandha ssir valutazzjoni biex tagħmel stima ta' kif is-sostenn
mill-Fondi tal-QSK ikun ikkontribbwixxa għall-għanijiet ta' kull
prijorità. Il-valutazzjonijiet kollha għandhom jiġu eżaminati
mill-kumitat għas-sorveljanza u jintbagħtu lill-Kummissjoni. 4. Fuq l-inizjattiva
tagħha, il-Kummissjoni tista’ twettaq il-valutazzjonijiet tal-programmi. Artikolu 50
Valutazzjoni ex post Il-valutazzjonijiet ex post
għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri, b’kooperazzjoni
mill-qrib. Il-valutazzjonijiet ex post għandhom jeżaminaw
l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Fondi tal-QSK u l-kontribuzzjoni
tagħhom għall-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklużiv skont ir-rekwiżiti
speċifiċi stabbiliti fir-regoli speċifiċi għall-Fondi.
Il-valutazzjonijiet ex-post għandhom jitlestew sal-31 ta’ Diċembru 2023.
TITOLU VI
GĦAJNUNA TEKNIKA Artikolu 51
Għajnuna teknika
fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni 1. Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jew f’isimha, il-Fondi tal-QSK
jistgħu jsostnu l-miżuri ta’ tħejjija, ta’ sorveljanza, ta’
amministrazzjoni, ta’ għajnuna teknika, ta’ awditjar u ta’ kontroll
neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu,
iżda ma għandhomx ikunu limitati għal: (a)
għajnuna għat-tħejjija u
għall-valutazzjoni tal-proġetti, inklużi dawk mal-BEI; (b)
sostenn għat-tisħiħ istituzzjonali u
t-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi
għall-ġestjoni effettiva tal-Fondi tal-QSK; (c)
l-istudji marbutin mar-rappurtar tal-Kummissjoni
dwar il-Fondi tal-QSK u r-rapport ta' koeżjoni; (d)
il-miżuri marbutin mal-analiżi,
mal-ġestjoni, mas-sorveljar, mal-iskambju tal-informazzjoni u
mal-implimentazzjoni tal-Fondi tal-QSK, kif ukoll il-miżuri marbutin
mal-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll u tal-għajnuna teknika u
amministrattiva; (e)
valutazzjonijiet, rapporti ta' esperti, statistika
u studji, inklużi dawk ta' natura ġenerali dwar l-operazzjoni attwali
u fil-ġejjieni tal-Fondi tal-QSK, li jistgħu jitwettqu fejn xieraq
mill-BEI; (f)
azzjonijiet ta' tixrid ta' informazzjoni, isir
netwerking ta’ sostenn, iwettqu attivitajiet ta’ komunikazzjoni, joħolqu
sensibilizzazzjoni u jippromwovu l-kooperazzjoni u jiskambjaw l-esperjenza,
inkluż ma’ pajjiżi terzi. Biex ikun hemm iktar effiċjenza
fil-komunikazzjoni mal-pubbliku ġenerali u sinerġiji aktar sodi bejn
l-attivitajiet ta' komunikazzjoni mwettqa fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni,
ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet ta' komunikazzjoni skont dan
ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni
korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea bil-kundizzjoni
li dawn ikunu marbuta mal-għanijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament; (g)
l-installazzjoni, l-operazzjoni u
l-interkonnessjoni ta' sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni,
is-sorveljanza, l-awditjar, il-kontroll u l-valutazzjoni; (h)
azzjonijiet li jtejjbu l-metodi ta' valutazzjoni u
l-iskambju ta' informazzjoni dwar prattiki ta' valutazzjoni; (i)
azzjonijiet marbutin mal-awditjar; (j)
it-tisħiħ tal-kapaċità nazzjonali u
reġjonali rigward l-ippjanar tal-investimenti, l-istima
tal-ħtiġijiet, it-tħejjija, it-tfassil u l-implimentazzjoni
tal-istrumenti finanzjarji, il-pjanijiet ta’ azzjoni konġunti u
l-proġetti ewlenin, inklużi l-inizjattivi konġunti mal-BEI. Artikolu 52
Għajnuna teknika
tal-Istati Membri 1. Fuq l-inizjattiva ta’ Stat
Membru, il-Fondi tal-QSK jistgħu jsostnu azzjonijiet
għat-tħejjija, il-ġestjoni, is-sorveljanza, il-valutazzjoni,
l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, netwerking, ir-riżoluzzjoni
tal-ilmenti, u l-kontroll u l-awditjar. Il-Fondi tal-QSK jistgħu
jintużaw mill-Istat Membru biex isostnu azzjonijiet għat-tnaqqis
tal-piż amministrattiv minn fuq il-benefiċjarji, inklużi
s-sistemi tal-iskambju tad-dejta elettronika, u azzjonijiet li jirrinfurzaw
il-kapaċità tal-awtoritajiet u tal-benefiċjarji tal-Istat Membru biex
jamministraw u jużaw il-Fondi tal-QSK. Dawn l-azzjonijiet jistgħu
jikkonċernaw perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti u sussegwenti. 2. Ir-regoli speċifiċi
għall-Fondi jistgħu jżidu jew jeskludu azzjonijiet li
jistgħu jiġu ffinanzjati mill-Għajnuna Teknika ta’ kull Fond
tal-QSK.
TITOLU VII
SOSTENN FINANZJARJU MILL-FONDI TAL-QSK KAPITOLU I
Sostenn mill-Fondi tal-QSK Artikolu 53
Determinazzjoni tar-rati ta’
kofinanzjament 1. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni
li tadotta programm għandha tistabbilixxi r-rata(i) ta’ kofinanzjament u
l-ammont massimu ta’ sostenn mill-Fondi tal-QSK skont ir-regoli
speċifiċċ għall-Fondi. 2 Il-miżuri ta'
għajnuna teknika implementati fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew
f'isimha jistgħu jiġu finanzjati bir-rata ta' 100%. Artikolu 54
Operazzjonijiet li
jiġġeneraw id-dħul 1. Dħul nett
iġġenerat wara t-tlestija ta’ operazzjoni matul perjodu
speċifiku ta’ referenza għandu jiġi determinat bil-quddiem
permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin: (a) l-applikazzjoni ta’ perċentwal ta’
dħul b’rata fissa għat-tip ta’ operazzjoni kkonċernata; (c) il-kalkolu tal-valur attwali
tad-dħul net tal-operazzjoni, filwaqt li titqies l-applikazzjoni
tal-prinċipju li min iniġġes iħallas u, jekk xieraq,
konsiderazzjoni et tal-ekwità marbuta mal-prosperità relattiva tal-Istat Membru
kkonċernat. In-nefqa eliġibbli tal-operazzjoni li trid
tiġi kofinanzjata ma għandhiex taqbeż il-valur attwali
tal-ispiża tal-investiment tal-operazzjoni nieqes il-valur attwali
tad-dħul nett, iddeterminat skont wieħed minn dawn il-metodi. Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 142 li
jikkonċerna d-definizzjoni tar-rata fissa msemmija fil-punt (a) hawn fuq. Il-Kummissjoni għandha tadotta
l-metodoloġija taħt il-punt (b) permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni
skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 143(3) 2. Fejn huwa
oġġettivament impossibbli li d-dħul jiġi determinat
bil-quddiem skont il-metodi stabbiliti fil-paragrafu 1, id-dħul nett
iġġenerat fi żmien tliet snin mit-tlestija ta’ operazzjoni jew
sat-30 ta’ Settembru 2023, skont liema data tiġi l-ewwel,
għandu jitnaqqas min-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni. 3. Il-paragrafi 1 u 2
għandhom japplikaw biss għal operazzjonijiet li l-ispiża totali
tagħhom taqbeż il-EUR 1 000 000. 4. Dan l-Artikolu ma
għandux japplika għall-FSE 5. Il-paragrafi 1 u 2 ma
għandhomx japplikaw għall-operazzjonijiet li huma soġġetti
għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jew dwar l-appoġġ
tal-istrumenti finanzjarji jew mill-istrumenti finanzjarji.
KAPITOLU II
Eliġibbiltà tan-nefqa u tul ta’ żmien Artikolu 55
Eliġibbiltà 1.
L-eliġibbiltà tan-nefqa għandha tiġi
ddeterminata abbażi tar-regoli nazzjonali, ħlief fejn ikunu
stabbiliti r-regoli speċifiċi f’dan ir-Regolament jew abbażi
tiegħu jew tar-regoli speċifiċi għall-Fondi. 2.
In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal
kontribuzzjoni mill-Fondi tal-QSK jekk tkun ġiet imħallsa minn
benefiċjarju bejn id-data tal-preżentazzjoni tal-programm
lill-Kummissjoni jew mill-1 ta’ Jannar 2014, skont liema data
tiġi l-ewwel, u l-31 ta’ Diċembru 2022. Barra minn
hekk, in-nefqa għandha tkun eliġibbli biss għal kontribuzzjoni
mill-FAEŻR u mill-EMFF jekk l-għajnuna rilevanti fil-fatt
titħallas mill-aġenzija tal-pagamenti bejn l-1 ta’ Jannar 2014
u l-31 ta’ Diċembru 2022. 3.
Fil-każ tal-ispejjeż rimborżati
abbażi tal-Artikolu 57(1)(b) u (ċ), l-azzjonijiet li
jikkostitwixxu l-bażi tar-rimborż għandhom jitwettqu bejn l-1 ta’ Jannar 2014
u l-31 ta’ Diċembru 2022. 4.
L-operazzjonijiet ma għandhomx jiġu
magħżula għall-appoġġ mill-Fondi tal-QSK fejn ikunu
tlestew fiżikament jew ġew implimentati bis-sħiħ qabel ma
tkun ġiet imressqa mill-benefiċjarju l-applikazzjoni għall-finanzjament
skont il-programm lill-awtorità ta’ ġestjoni, irrispettivament minn jekk
il-ħlasijiet relatati kollha jkunux saru mill-benefiċjarju. 5.
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr
ħsara għar-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-għajnuna teknika
fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stabbiliti fl-Artikolu 51. 6.
Id-dħul nett iġġenerat direttament
minn operazzjoni matul l-implimentazzjoni tagħha li ma jkunx tqies
fil-ħin tal-approvazzjoni tal-operazzjoni, għandu jitnaqqas min-nefqa
eliġibbli tal-operazzjoni fit-talba tal-ħlas finali mressqa
mill-benefiċjarju. Din ir-regola ma għandhiex tapplika
għall-istrumenti finanzjarji u l-premji. 7.
Fil-każ ta’ emenda ta programm, in-nefqa li
ssir eliġibbli minħabba l-emenda għall-programm għandha
tkun eliġibbli biss mid-data tat-tressiq tat-talba għall-emenda
quddiem il-Kummissjoni. 8.
Operazzjoni tista’ tirċievi l-appoġġ
minn wieħed jew aktar mill-Fondi tal-QSK u minn strumenti oħra
tal-Unjoni, diment li l-partita tan-nefqa inkluża fit-talba
għall-ħlas ta' rimborż minn wieħed mill-Fondi tal-QSK ma
tirċevix l-appoġġ minn Fond tal-QSK jew strument tal-Unjoni
ieħor, jew appoġġ mill-istess Fond taħt programm
ieħor. Artikolu 56
Forom ta' appoġġ Il-Fondi tal-QSK għandhom jintużaw
biex jipprovdu l-appoġġ fil-forma ta’ għotjiet, premjijiet,
għajnuna li titħallas lura, strumenti finanzjarji, jew taħlita
tagħhom. Fil-każ ta’
għajnuna li titħallas lura, l-appoġġ li jitħallas lura
lill-korp li pprovdieh jew lil awtorità kompetenti oħra tal-Istat Membru,
għandu jinżamm f’kont separat u jerġa’ jintuża għall-istess
għan jew skont l-għanijiet tal-programm. Artikolu 57
Forom tal-għotjiet 1. L-għotjiet jistgħu
jkunu fi kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin: (a)
rimborż tal-ispejjeż eliġibbli li
jkunu realment imġarrba u mħallsa, flimkien ma’ kontribuzzjonijiet in
natura u deprezzament, fejn huwa applikabbli; (b)
skala standard ta' spejjeż għal kull
unità; (c)
somom f’daqqa li ma jaqbżux il-EUR 100 000
ta’ kontribuzzjoni pubblika; (d)
finanzjament b’rata fissa ddeterminata permezz
tal-applikazzjoni ta’ perċentwal għal kategorija waħda ddefinita
ta’ spejjeż, jew aktar minn waħda. 2. L-għażliet
imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jingħaqdu biss fejn kull
waħda tkopri kategoriji differenti ta' spejjeż jew fejn dawn
jintużaw għal proġetti differenti li jiffurmaw parti minn
operazzjoni jew għal fażijiet suċċessivi ta' operazzjoni. 3. Fejn operazzjoni jew
proġett li jifforma parti minn operazzjoni jiġi implimentat
esklussivament permezz tal-akkwist ta’ xogħlijiet, oġġetti jew
servizzi, għandu japplika biss il-paragrafu 1(a). Fejn l-akkwist fi
ħdan operazzjoni jew proġett li jifforma parti minn operazzjoni
jiġi limitat għal ċerti kategoriji ta’ spejjeż,
l-għażliet kollha msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu
jiġu applikati. 4. L-ammonti msemmija
fil-paragrafi 1(b), (ċ) u (d) għandhom jiġu stabbiliti
abbażi ta’: (a)
metodu ta’ kalkolazzjoni ġust, ekwu u verifikabbli
bbażat fuq: (i) dejta stastistika jew informazzjoni
oġġettiva oħra; jew (ii) id-dejta storika verifikata ta’
benefiċjarji individwali jew l-applikazzjoni tal-prattiki ta’ kontabbiltà
tal-ispejjeż tas-soltu tagħhom; (b)
il-metodi u l-iskali korrispondenti ta'
spejjeż unitarji, somom f’daqqa u rati fissi applikabbli f’politiki
tal-Unjoni għal tip simili ta’ operazzjoni u ta' benefiċjarju; (c)
il-metodi u l-iskali korrispondenti ta’
spejjeż unitarji, somom f’daqqa u rati fissi applikati skont skemi
għall-għotjiet iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru
għal tip simili ta’ operazzjoni u ta' benefiċjarju; (d)
ir-rati stabbiliti minn dan ir-Regolament jew
ir-regoli speċifiċi għall-Fondi. 5. Id-dokument li jistabbilixxi
l-kundizzjonijiet għall-appoġġ ta' kull operazzjoni għandu
jistabbilixxi l-metodu li jrid jiġi applikat għad-determinazzjoni
tal-ispejjeż tal-operazzjoni u l-kundizzjonijiet għall-ħlas
tal-għotja. Artikolu 58 Finanzjament
b'rata fissa għal spejjeż indiretti għal għotjiet Fejn l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni
toħloq spejjeż indiretti, jistgħu jiġu kkalkolati
bħala rata fissa b’wieħed mill-modi li ġejjin: (a)
rata fissa ta’ sa 20 % tal-ispejjeż
diretti eliġibbli, fejn ir-rata tiġi kalkolata abbażi ta’ metodu
ta’ kalkolazzjoni ġust, ekwu u verifikabbli jew metodu applikat taħt
skemi għal għotjiet iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru
għal tip simili ta’ operazzjoni u ta' benefiċjarju; (b)
rata fissa ta’ mhux aktar minn 15 %
tal-ispejjeż eliġibbli fuq il-persunal; (c)
rata fissa applikata għal spejjeż diretti
eliġibbli bbażata fuq metodi eżistenti u rati korrispondenti,
applikabbli f’politiki tal-Unjoni għal tip simili ta' operazzjoni u ta'
benefiċjarju. Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 142 li
jikkonċerna d-definizzjoni tar-rata fissa u l-metodi relatati msemmija
fil-punt (c) hawn fuq. Artikolu 59
Regoli tal-eliġibbiltà
speċifiċi għall-għotjiet 1.
Kontribuzzjonijiet in natura fil-forma
tal-provvista ta’ xogħlijiet, oġġetti, servizzi, art u proprjetà
immobbli li għalihom ma jkun sar ebda ħlas fi flus sostnut minn
fatturi jew minn dokumenti ta’ valur probatorju ekwivalenti, jistgħu jkunu
eliġibbli sakemm ir-regoli ta’ eliġibbiltà tal-Fondi tal-QSK u
tal-programm jippermettu u dawn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin
jiġu sodisfatti: (a)
l-appoġġ pubbliku mogħti
lill-operazzjoni li jinkludi kontribuzzjonijiet in natura ma
għandhomx jaqbżu n-nefqa totali eliġibbli, minbarra
kontribuzzjonijiet in natura, fl-aħħar tal-operazzjoni; (b)
il-valur attribbwit lill-kontribuzzjonijiet in
natura ma jaqbiżx l-ispejjeż aċċettati ġeneralment
fis-suq in kwistjoni; (c)
il-valur u t-twassil tal-kontribuzzjonijiet jista’
jiġi vvalutat u vverifikat b’mod indipendenti; (d)
fil-każ tal-provvista ta’ art jew ta'
proprjetà immobbli, il-valur jiġi ċċertifikat minn espert
kwalifikat indipendenti jew minn korp uffiċjali awtorizzat kif
mistħoqq u ma jaqbiżx il-limitu stipulat fil-paragrafu 3(b); (e)
fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet in natura
fil-forma ta’ xogħol mhux imħallas, il-valur ta’ dak ix-xogħol
jiġi ddeterminat filwaqt li jitqies il-ħin meħud ivverifikat u
r-rata ta’ rimunerazzjoni għal xogħol ekwivalenti. 2.
L-ispejjeż ta’ deprezzament jistgħu
jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli taħt il-kundizzjonijiet li
ġejjin: (a)
ir-regoli ta’ eliġibbiltà tal-programm
jippermettu dan; (b)
l-ammont tan-nefqa huwa ġġustifikat
permezz ta’ dokumenti li jappoġġjawh li għandhom valur
probatarju ekwivalenti għall-fatturi fejn ir-rimborż ingħata
fil-forma msemmija fl-Artikolu 57(1)(a); (c)
l-ispejjeż ikunu marbuta b’mod esklussiv
mal-perjodu ta’ appoġġ għall-operazzjoni; (d)
ma kkontribbwixxewx għotjiet pubbliċi
għall-akkwist tal-assi deprezzati. 3.
L-infiq li ġej ma għandux ikun
eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi tal-QSK: (a)
l-imgħax fuq id-dejn; (b)
ix-xiri ta' art mhux mibnija u ta' art mibnija f'ammont
li jaqbeż l-10 % tan-nefqa totali eliġibbli
għall-operazzjoni kkonċernata. F'każi eċċezzjonali u
ġġustifikati kif meħtieġ, jista' jkun permess
perċentwal ogħla għall-operazzjonijiet li jikkonċernaw
il-konservazzjoni ambjentali; (c)
it-taxxa fuq il-valur miżjud. Iżda
l-ammonti tal-VAT għandhom ikunu eliġibbli fejn ma jkunux
jistgħu jintroddu lura skont il-leġiżlazzjoni tal-VAT nazzjonali
u jkunu tħallsu minn benefiċjarju li mhuwiex persuna mhux taxxabbli
kif iddefinit fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2006/112/KE,
sakemm dawn l-ammonti ta' VAT ma jkunux inġarrbu b'rabta mal-provvista
tal-infrastruttura. Artikolu 60
Eliġibblità
tal-operazzjonijiet skont il-lokalità 1. Operazzjonijiet
appoġġjati mill-Fondi tal-QSK, soġġetti għad-derogi
msemmija fil-paragrafi 2 u 3, u r-regoli speċifiċi
għall-Fondi, għandhom jinsabu fil-qasam koperta mill-programm li
skontu jiġu appoġġjati (minn hawn 'il quddiem imsejħa
il-'qasam tal-programm'). 2. L-awtorità ta’ ġestjoni
tista’ taċċetta li operazzjoni tiġi implimentata barra
miż-żona tal-programm iżda fl-Unjoni, sakemm jiġu
sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin kollha: (a)
l-operazzjoni hija għall-benefiċċju
taż-żona tal-programm; (b)
l-ammont totali allokat skont il-programm
għall-operazzjonijiet li jinstabu barra ż-żona tal-programm ma
jaqbiżx l-10 % tal-appoġġ mill-Fondi tal-FEŻR, il-Fond
ta' Koeżjoni u tal-EMFF f’livell prijoritarju jew
għall-appoġġ mill-FAEŻR, 3 % tal-appoġġ
fil-livell tal-programm; (c)
il-kumitat għas-sorveljanza jkun ta l-kunsens
tiegħu għall-operazzjoni jew għat-tipi ta’ operazzjonijiet
ikkonċernati; (d)
l-obbligi tal-awtoritajiet għall-programm
fir-rigward tal-ġestjoni, tal-kontroll u tal-awditjar li jikkonċernaw
l-operazzjoni jintlaħqu mill-awtoritajiet responsabbli għall-programm
li taħtu l-operazzjoni hija appoġġjata jew jidħlu fi
ftehimiet mal-awtoritajiet fiż-żona li fiha hija implimentata
l-operazzjoni jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti
fil-paragrafu 2(a) u l-obbligi fir-rigward tal-ġestjoni, tal-kontroll
u tal-awditjar li jikkonċernaw l-operazzjoni. 3. Għall-operazzjonijiet li
jikkonċernaw attivitajiet ta’ promozzjoni, in-nefqa tista’
tiġġarrab barra l-Unjoni jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet
stabbiliti fil-paragrafu 2(a) u l-obbligi fir-rigward tal-ġestjoni,
tal-kontroll u tal-awditjar li jikkonċernaw l-operazzjoni. 4.
Il-paragrafi 1 sa 3 ma għandhomx
japplikaw għall-programmi taħt l-għan ta' kooperazzjoni
territorjali Ewropea. Artikolu 61
It-tul ta' żmien
tal-operazzjonijiet 1. Operazzjoni li tinkludi
investiment fl-infrastruttura jew investiment produttiv għandha trodd lura
l-kontribuzzjoni mill-Fondi tal-QSK jekk fi żmien ħames snin
mill-ħlas finali lill-benefiċjarju jew fil-perjodu ta' żmien
stabbilit fir-regoli tal-għajnuna Statali, fejn applikabbli, tkun
soġġetta għal: (a)
waqfien jew rilokazzjoni ta’ attività produttiva; (b)
bidla tas-sjieda ta’ oġġett
infrastrutturali li tagħti vantaġġ mhux dovut lil impriża
jew lil korp pubbliku; jew (c)
bidla sostanzjali li taffettwa n-natura,
l-għanijiet jew il-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tagħha, li
jirriżulta fl-imminar tal-għanijiet oriġinali tagħha. Somon imħallsa indebitament fir-rigward
tal-operazzjoni għandhom jiġu rkuprati mill-Istat Membru. 2. Operazzjonijiet
appoġġjati mill-FSE u operazzjonijiet appoġġjati mill-Fondi
tal-QSK l-oħrajn li mhumiex investiment fl-infrastruttura jew investimenti
produttivi għandhom iħallsu mill-ġdid il-kontribuzzjoni
mill-Fond biss meta jkunu soġġetti għal obbligu
għaż-żamma ta' investiment skont ir-regoli applikabbli
tal-għajnuna mill-Istat u meta jgħaddu minn waqfien jew rilokazzjoni
ta' attività produttiva fil-perjodu stabbilit f'dawk ir-regoli. 3. Il-paragrafi 1 u 2 ma
għandhomx japplikaw għall-kontribuzzjonijiet lil strumenti
finanzjarji jew permezz tagħhom, jew għal ebda operazzjoni li
tgħaddi minn waqfien ta’ attività produttiva minħabba falliment mhux
doluż. 4. Il-paragrafi 1
u 2 ma għandhomx japplikaw għal persuni fiżiċi li huma
benefiċjarji tal-appoġġ tal-investiment u, wara t-tlestija
tal-operazzjoni tal-investiment, isiru eliġibbli
għall-appoġġ u jirċivuh skont il-FEG (Regolament [/2012] li
jistabbilixxi Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni) fejn l-investiment
ikkonċernat huwa direttament marbut mat-tip ta’ attività identifikata
bħala eliġibbli għall-appoġġ tal-FEG.
TITOLU VIII
ĠESTJONI U KONTROLL KAPITOLU I
Sistemi ta' ġestjoni u kontroll Artikolu 62
Prinċipji ġenerali
tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll Is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għandhom jistipulaw
dwar: (a)
deskrizzjoni tal-funzjonijiet ta’ kull korp
ikkonċernat fil-ġestjoni u l-kontroll, u l-allokazzjoni
tal-funzjonijiet fi ħdan kull korp; (b)
konformità mal-prinċipju ta' separazzjoni
tal-funzjonijiet bejn u fi ħdan dawn l-entitajiet; (c)
proċeduri biex tiġi żgurata
l-korrettezza u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata; (d)
sistemi kompjuterizzati għall-kontabbiltà,
għall-ħażna u t-trażmissjoni ta’ dejta finanzjarja u dejta
fuq indikaturi, għas-sorveljanza u għar-rappurtar; (e)
sistemi għar-rappurtar u għas-sorveljanza
fejn il-korp responsabbli jafda t-twettiq tal-kompiti f'idejn korp ieħor; (f)
arranġamenti għall-awditjar
tal-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll; (g)
sistemi u proċeduri li jiżguraw sekwenza
xierqa tat-tranżazzjonijiet; (h)
il-prevenzjoni, is-sejbien u l-korrezzjoni ta’
irregolaritajiet, inkluża l-frodi, u l-irkupru ta’ ammonti li ma kellhomx
jitħallsu, flimkien ma’ kull imgħax; Artikolu 63
Responsabbiltajiet tal-Istati
Membri 1. L-Istati Membri għandhom
iwettqu l-obbligi ta’ ġestjoni, kontroll u awditjar u jassumu
r-responsabbiltajiet li jirriżultaw stabbiliti fir-regoli dwar
il-ġestjoni kondiviża stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u
r-regoli speċifiċi għall-Fondi. Skont il-prinċipju ta’
ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli
mill-ġestjoni u l-kontroll tal-programmi. 2. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tagħhom
għall-programmi huma stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli
speċifiċi għall-Fondi u li s-sistemi jaħdmu b’mod effettiv.
3. L-Istati Membri għandhom
jistabbilixxu u jimplimentaw proċedura għall-eżami indipendenti
u r-riżoluzzjoni ta’ ilmenti li jikkonċernaw l-għażla jew
l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fondi tal-QSK. Fuq
talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw
ir-riżultati ta’ dan l-eżami. 4. L-iskambji tal-informazzjoni
uffiċjali kollha bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni għandhom
jitwettqu permezz ta' sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika stabbilita
mill-Kummissjoni.
KAPITOLU II
Akkreditazzjoni tal-korpi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll Artikolu 64
Akkreditazzjoni
u koordinazzjoni 1. Skont l-Artikolu 56(3)
tar-Regolament Finanzjarju, kull korp responsabbli mill-ġestjoni u
l-kontroll tan-nefqa taħt il-Fondi tal-QSK għandu jiġi
akkreditat minn deċiżjoni formali ta’ awtorità ta’ akkreditazzjoni
fuq livell ministerjali. 2. L-għoti
tal-akkreditazzjoni għandu jkun soġġett għall-kundizzjoni
li l-korp jikkonforma mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni dwar l-ambjent intern,
l-attivitajiet ta’ kontroll, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u
s-sorveljanza stabbiliti fir-regoli speċifiċi għall-Fondi. 3. L-akkreditazzjoni
għandha tkun ibbażata fuq opinjoni ta’ korp ta’ awditjar indipendenti
li janalizza l-konformità tal-korp mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni. Il-korp
tal-awditjar indipendenti għandu jwettaq il-ħidma tiegħu skont l-istandards
tal-awditjar li huma aċċettati fuq livell internazzjonali. 4. L-awtorità ta’
akkreditazzjoni għandha tissorvelja l-korp akkreditat u tneħħilu
l-akkreditazzjoni permezz ta’ deċiżjoni formali jekk kundizzjoni
waħda jew aktar minn waħda minn dawn li ġejjin ma jibqgħux
jiġu sodisfatti, sakemm il-korp ma jiħux l-azzjonijiet ta’ rimedju
meħtieġa matul perjodu ta’ prova li jrid jiġi stabbilit
mill-awtorità ta’ akkreditazzjoni skont is-severità tal-problema. L-awtorità
ta' akkreditazzjoni għandha minnufih tavża lill-Kummissjoni dwar
l-iffissar ta' kull perjodu ta' prova għal korp akkreditat u dwar kull
deċiżjoni ta' rtirar. 5. L-Istat Membru jista'
jaħtar korp ta' koordinazzjoni li r-responsabbiltà tiegħu tkun li
jikkomunika mal-Kummissjoni u jipprovdilha l-informazzjoni, jippromwovi
l-applikazzjoni armonizzata tar-regoli tal-Unjoni, jistabbilixxi rapport
sintesi li jipprovdi ħarsa ġenerali f'livell nazzjonali
tad-dikjarazzjonijiet tal-korp ġestjonarju u l-opinjonijiet dwar
l-awditjar u jikkoordina l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' rimedju rigward
defiċjenzi komuni. . 6. Mingħajr ħsara
għar-regoli stabbiliti fir-regoli speċifiċi għall-Fondi,
il-korpi li jridu jiġu akkreditati skont il-paragrafu 1 għandhom
ikunu: (a)
għall-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta’
Koeżjoni, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u, fejn jixraq, l-awtoritajiet
taċ-ċertifikazzjoni; (b)
għall-FAEŻR u l-EMFF, l-aġenziji li
jħallsu.
KAPITOLU III
Setgħat u responsabbiltajiet tal-Kummissjoni Artikolu 65
Setgħat u
responsabbiltajiet tal-Kummissjoni 1. Il-Kummissjoni għandha tissodisfa ruħha abbażi
tal-informazzjoni disponibbli, inklużi l-proċedura ta’
akkreditazzjoni, id-dikjarazzjoni annwali tal-korp ġestjonarju,
ir-rapporti annwali ta’ kontroll, l-opinjoni annwali dwar l-awditjar,
ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni u l-awditjar imwettaq mill-korpi
nazzjonali u tal-Unjoni, li l-Istati Membri stabbilixxew sistemi ta’
ġestjoni u ta' kontroll li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u r-regoli
speċifiċi għall-Fondi u li dawn is-sistemi jaħdmu b’mod
effettiv matul l-implimentazzjoni tal-programmi. 2. Mingħajr ħsara
għall-awditjar imwettaq mill-Istati Membri, l-uffiċjali
tal-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni
jistgħu jwettqu awditjar jew kontrolli fuq il-post wara li jkunu
avżaw b’mod xieraq dwar dan minn qabel. Il-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan
l-awditjar jew kontrolli jista’ jinkludi, b’mod partikolari, il-verifika
tal-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fi
programm jew parti minnu, operazzjonijiet u valutazzjoni tal-ġestjoni
finanzjarja soda ta’ operazzjonijiet jew ta' programmi. Uffiċjali jew
rappreżentanti awtorizzati tal-Istat Membru jistgħu jieħdu sehem
f'dan l-awditjar. Uffiċjali tal-Kummissjoni jew
rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni, li jkunu ngħataw
is-setgħa li jwettqu l-awditjar fuq il-post, għandu jkollhom
aċċess għar-rekords, għad-dokumenti u għall-metadejta
kollha, marbuta man-nefqa kofinanzjata mill-Fondi tal-QSK jew mas-sistemi ta'
ġestjoni u ta' kontroll, irrispettivament mill-mezz li bih
jinħażnu. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom
jipprovdulha l-kopji ta' dawn ir-rekords, dokumenti u metadejta. Is-setgħat stabbiliti f’dan il-paragrafu ma
għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali
li jirriżervaw ċerti atti għall-aġenti maħtura
speċifikament mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-uffiċjali
tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni ma
għandhomx jieħdu sehem, fost affarijiet oħra, fi żjarat
fid-djar jew fl-intervistar formali ta' persuni fil-qafas
tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Madankollu, huma għandu jkollhom
aċċess għall-informazzjoni miksuba b’dan il-mod. 3. Il-Kummissjoni tista’
teħtieġ li Stat Membru jieħu l-azzjonijiet meħtieġa
biex jiżgura t-tħaddim effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u
kontroll tiegħu jew il-korrettezza tan-nefqa skont ir-regoli
speċifiċi għall-Fondi. 4. Il-Kummissjoni tista'
teħtieġ li Stat Membru jeżamina ilment imressaq lill-Kummissjoni
li jikkonċerna l-għażla jew l-implimentazzjoni ta’
operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fondi tal-QSK jew il-funzjonament tas-sistema
ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.
TITOLU IX
ĠESTJONI FINANZJARJA, APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET U KORREZZJONIJIET
FINANZJARJI, DIŻIMPENN KAPITOLU I
Il-ġestjoni finanzjarja Artikolu 66
Impenji tal-baġit L-impenji baġitarji tal-Unjoni
fir-rigward ta’ kull programm għandhom isiru f’pagamenti annwali għal
kull Fond matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2020.
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm għandha
tikkostitwixxi d-deċiżjoni ta’ finanzjar fis-sens tal-Artikolu 75(2)
tar-Regolament Finanzjarju u ladarba tiġi nnotifikata lill-Istat Membru
kkonċernat, tkun impenn legali fis-sens ta’ dak ir-Regolament. Għal kull programm, l-impenn
baġitarju għall-ewwel ħlas parzjali għandu jsegwi
l-adozzjoni tal-programm mill-Kummissjoni. L-impenji baġitarji
għall-ħlasijiet parzjali sussegwenti għandhom isiru
mill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, abbażi
tad-deċiżjoni li hemm referenza għaliha fit-tieni
sottoparagrafu, għajr fejn japplika l-Artikolu 13 tar-Regolament
Finanzjarju. Fir-rigward tal-prestazzjoni u t-tkabbir u
r-riservi tal-kompetittività, l-impenji baġitarji għandhom isegwu
d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-emenda tal-programm. Artikolu 67
Regoli komuni
għall-pagamenti 1. Il-ħlasijiet
mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni mill-Fondi CSF għal kull programm
għandhom isiru skont l-approprjazzjonijiet tal-baġit u
soġġett għall-finanzjament disponibbli. Kull ħlas
għandu jkun assenjat lill-impenn tal-baġit miftuħ tal-Fond
ikkonċernat li jmur l-aktar lura fiż-żmien. 2. Il-ħlasijiet
għandhom jieħdu l-forma ta' prefinanzjament, ta' ħlasijiet
interim u ta' ħlas tal-bilanċ annwali, fejn applikabbli, u
tal-bilanċ finali. 3. Għal forom ta’
appoġġ skont l-Artikolu 57(1)(b), (c) u (d), l-ammonti
mħallsa lill-benefiċjarju għandhom jitqiesu bħala nfiq
eleġibbli. Artikolu 68
Regoli komuni
għall-kalkolazzjoni tal-ħlasijiet interim, tal-ħlas
tal-bilanċ annwali, fejn applikabbli, u tal-ħlas tal-bilanċ
finali Ir-regoli speċifiċi għall-Fondi
għandhom jistipulaw ir-regoli għall-kalkulazzjoni tal-ammont
rimborsat bħala ħlasijiet interim tal-bilanċ annwali, fejn
applikabbli, u tal-bilanċ finali. Dan l-ammont se jkun funzjoni tar-rata
ta’ kofinanzjament speċifika applikabbli għan-nefqa eleġibbli. Artikolu 69
Talbiet għall-ħlas 1. Il-proċedura
speċifika u l-informazzjoni li għandhom jiġu mressqa
għat-talbiet għal ħlas għandhom jiġu stabbiliti
fir-regoli speċifiċi għall-Fondi. 2. It-talba għal ħlas
li għandha titressaq lill-Kummissjoni trid tipprovdi l-informazzjoni
kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni tipproduċi kontijiet skont
l-Artikolu […] tar-Regolament Finanzjarju. Artikolu 70
L-akkumulazzjoni ta'
prefinanzjament u ta' ħlasijiet interim 1. It-total kumulattiv
tal-prefinanzjament u tal-ħlasijiet interim u, fejn applikabbli,
il-bilanċ annwali mill-Kummissjoni, ma għandux jaqbeż 95 %
tal-kontribuzzjoni mill-Fondi tal-QSK tal-programm. 2. Meta jintlaħaq il-limitu
massimu ta’ 95 %, l-Istati Membri għandhom ikomplu jittrasmettu t-talbiet
għal ħlas lill-Kummissjoni. Artikolu 71
L-użu tal-euro L-ammonti stabbiliti fil-programmi mressqin
mill-Istati Membri, it-tbassir tan-nefqa, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa,
it-talbiet għall-ħlas, il-kontijiet annwali u n-nefqa msemmija
fir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali u finali għandhom ikunu
denominati fil-munita euro. Artikolu 72
Ħlas ta’ prefinanzjament
inizjali 1. Wara d-deċiżjoni
tal-Kummissjoni li tadotta l-programm, ammont inizjali ta' prefinanzjament
għall-perjodu kollu ta’ programmazzjoni għandu jitħallas
mill-Kummissjoni. L-ammont ta’ prefinanzjament inizjali għandu
jitħallas fi ħlasijiet parzjali skont il-ħtiġijiet
baġitarji. Il-ħlasijiet parzjali għandhom jiġu ddefiniti fir-regoli
speċifiċi għall-Fondi. 2. Il-prefinanzjament għandu
jintuża biss biex isiru ħlasijiet lill-benefiċjarji
fl-implimentazzjoni tal-programm. Għandu jitpoġġa minnufih
għad disponizzjoni tal-korp responsabbli għal dan il-għan. Artikolu 73
Saldu tal-prefinanzjament L-ammont imħallas bħala
prefinanzjament inizjali għandu jiġi saldat għal kollox
mill-kontijiet tal-Kummissjoni mhux aktar tard minn meta jingħalaq
il-programm. Artikolu 74
L-interruzzjoni tal-limitu
ta' żmien tal-iskadenza għall-pagament 1. Id-data tal-għeluq
għal talba ta’ ħlas interim tista' tiġi interrotta
mill-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni b'delega fi ħdan it-tifsira
tar-Regolament Finanzjarju għal perjodu massimu ta' disa’ xhur jekk: (a)
wara informazzjoni pprovduta minn korp nazzjonali
jew Komunitarju tal-awditjar, ikun hemm provi li jissuġġerixxu
nuqqasijiet sinifikanti fil-funzjonament tas-sistema ta' ġestjoni u
kontroll; (b)
l-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni b'delega
għandu jwettaq verifiki addizzjonali wara li jkun ġie mgħarraf
b'informazzjoni li twissih li n-nefqa f’talba għal ħlas hija marbuta
ma' irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji; (c)
ma jiġix imressaq wieħed mid-dokumenti
meħtieġa skont l-Artikolu 75(1); 2. L-uffiċjal ta’
awtorizzazzjoni b’delega jista’ jillimita l-interruzzjoni għall-parti
tan-nefqa koperta mit-talba ta’ ħlas affettwata mill-elementi msemmija
fil-paragrafu 1. L-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni b’delega għandu
jgħarraf lill-Istat Membru u lill-awtorità ta’ ġestjoni minnufih
bir-raġuni għall-interruzzjoni u għandu jitlobhom jirmedjaw
is-sitwazzjoni. L-interruzzjoni għandha tintemm mill-uffiċjal ta’
awtorizzazzjoni permezz ta’ delega malli jittieħdu l-miżuri
neċessarji. KAPITOLU II
Saldu tal-kontijiet u korrezzjonijiet finanzjarji Artikolu 75
Sottomissjoni
tal-informazzjoni: 1. Sal-1 ta’ Frar tas-sena
ta’ wara t-tmiem tal-perjodu kontabilistiku, l-Istat Membru għandu
jissottometti d-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin għand
il-Kummissjoni skont l-Artikolu 56 tar-Regolament Finanzjarju: (a)
il-kontijiet annwali ċertifikati tal-korpi
relevanti akkreditati skont l-Artikolu 64; (b)
id-dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni mill-korp
ġestjonarju rigward il-kompletezza, il-preċiżjoni u
l-veraċità tal-kontijiet, il-funzjonament korrett tas-sistemi tal-kontroll
intern, kif ukoll rigward il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet
sottostanti u r-rispett għall-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja
soda; (c)
rapport sommarju tal-verifiki u kontrolli kollha
mwettqa, inkluża analiżi tan-nuqqasijiet sistemiċi jew
rikorrenti u wkoll l-azzjonijiet korrettivi meħuda jew ippjanati; (d)
opinjoni ta’ awditjar mingħand il-korp ta’
awditjar indipendenti maħtur, dwar id-dikjarazzjoni tal-korp
ġestjonarju ta’ assigurazzjoni li tkopri l-kompletezza,
il-preċiżjoni u l-validità tal-kontijiet annwali, il-funzjonament
korrett tas-sistemi interni ta’ kontroll kif ukoll dwar il-legalità u
r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti u r-rispett tal-prinċipju
ta’ ġestjoni finanzjarja soda, flimkien ma’ rapport ta’ kontroll li juri
s-sejbiet tal-awditjar imwettaq fir-rigward tas-sena ta' kontijiet koperta
mill-opinjoni. 2. Fuq talba tal-Kummissjoni,
l-Istat Membru għandu jipprovdi informazzjoni ulterjuri lill-Kummissjoni.
Jekk Stat Membru ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba sad-data tal-iskadenza
għas-sottomissjoni tagħha stabbilita mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni
tista’ tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar il-kontijiet
abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħha. 3. Sal-[15 ta’ Frar] tas-sena
ta’ wara tmiem il-perjodu kontabilistiku, l-Istat Membru għandu
jissottometti rapport ta’ sinteżi għand il-Kummissjoni skont
l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 56(5) tar-Regolament
Finanzjarju. Artikolu 76
Approvazzjoni tal-kontijiet 1. Sat-30 ta’ April tas-sena
ta’ wara tmiem il-perjodu kontabilistiku, il-Kummissjoni għandha
tiddeċiedi, skont ir-regoli speċifiċi għall-Fond, dwar
l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-korpi relevanti akkreditati skont
l-Artikolu 64 għal kull programm. Id-deċiżjoni ta’
approvazzjoni għandha tkopri l-kompletezza, il-preċiżjoni u
l-validità tal-kontijiet annwali sottomessi u għandha tkun mingħajr
ħsara għal kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja sussegwenti. 2. Il-proċeduri
għall-approvazzjoni annwali għandhom jiġu stabbiliti fuq
bażi tar-regoli speċifiċi għall-Fond. Artikolu 77
Korrezzjonijiet finanzjarji
mill-Kummissjoni 1. Il-Kummissjoni għandha
tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji billi tħassar il-kontribuzzjoni
kollha tal-Unjoni, jew parti minnha, lejn programm, u twettaq l-irkupru
mill-Istati Membri sabiex ma jiġrix li l-Unjoni tiffinanzja nefqa li jkun
bi ksur tal-liġi applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali, inkluż b’rabta
mad-defiċjenzi fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll ta’ Stati Membri
li jkunu nstabu mill-Kummissjoni jew il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. 2. Ksur tal-liġi tal-Unjoni
jew nazzjonali applikabbli għandu jwassal għal korrezzjoni
finanzjarja meta tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin
biss: (a)
il-ksur affettwa jew seta’ affettwa
l-għażla ta’ operazzjoni mill-korp responsabbli
għall-appoġġ mill-Fondi CSF; (b)
hemm riskju li l-ksur affettwa jew seta’ affettwa
l-ammont tan-nefqa ddikkjarata għar-rimborż mill-baġit
tal-Unjoni. 3. Meta tiddeċiedi dwar
l-ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni
għandha tqis in-natura u l-gravità tal-ksur tal-liġi nazzjonali jew
tal-Unjoni applikabbli u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit
tal-Unjoni. 4. Il-kriterji u
l-proċeduri għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji
għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli speċifiċi
għall-Fond.
Kapitolu III
Diżimpenn Artikolu 78
Prinċipji 1. Il-programmi kollha
għandhom jiġu sottomessi għal proċedura ta’ diżimpenn
stabbilita fuq il-bażi li għandhom jiġu diżimpenjati dawk
l-ammonti marbutin ma’ impenn li mhumiex koperti minn prefinanzjament jew minn
talba għal ħlas fi żmien perjodu definit. 2. L-impenn relatat
mal-aħħar sena tal-perjodu se jiġi diżimpenjat skont
ir-regoli li jridu jiġu segwiti għall-għeluq tal-programmi. 3. Ir-regoli speċifiċi
għall-Fond għandhom jispeċifikaw l-applikazzjoni
preċiża tar-regola ta’ diżimpenn għal kull Fond CSF. 4. Il-parti tal-impenji li tkun
għadha miftuħa għandha tiġi diżimpenjata jekk
kwalunkwe wieħed mid-dokumenti meħtieġa għall-għeluq
ma ġiex sottomess għand il-Kummissjoni sad-dati ta’ skadenza
stabbiliti fir-regoli speċifiċi għall-Fond. Artikolu 79
Eċċezzjoni għad-diżimpenn 1. L-ammont ikkonċernat
minn diżimpenn għandu jitnaqqas bl-ammonti li l-korp responsabbli ma
setax jiddikjara lill-Kummissjoni minħabba: (a) operazzjonijiet sospiżi minn
proċedura legali jew appell amministrattiv li għandhom effett ta’
sospensjoni; jew (b) raġunijiet ta’ forza
maġġuri li jaffettwaw b’mod serju l-implimentazzjoni tal-programm
kollu jew parti minnu. L-awtoritajiet nazzjonali li jiddikjaraw forza
maġġuri għandhom juru l-konsegwenzi diretti tagħha fuq
l-implementazzjoni tal-programm kollu jew ta' parti minnu. It-tnaqqis imsemmi hawn fuq jista' jintalab darba
jekk is-suspensjoni jew il-forza maġġuri tkun damet sa sena jew
diversi drabi korrispondenti għal kemm tkun damet il-forza
maġġuri jew għan-numru ta' snin bejn id-data
tad-deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva li tissospendi
l-implementazzjoni tal-operazzjoni u d-data tad-deċiżjoni
ġudizzjarja jew amministrattiva finali. 2. L-Istat Membru għandu
jibgħat lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-eċċezzjonijiet
imsemmija fil-paragrafu 1 sal-31 ta’ Jannar għall-ammont
li jrid jiġi dikjarat sat-tmiem tas-sena preċedenti. Artikolu 80
Proċedura 1. Il-Kummissjoni għandha
tgħarraf fi żmien xieraq lill-Istat Membru u lill-awtoritajiet
konċernati kull meta jkun hemm riskju ta' applikazzjoni ta’ diżimpenn
taħt l-Artikolu 78. 2. Abbażi tal-informazzjoni
li jkollha fil-31 ta' Jannar, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat
Membru u lill-awtorità ta’ ġestjoni dwar l-ammont tad-diżimpenn li
jirriżulta mill-informazzjoni li hija jkollha fil-pussess tagħha. 3. L-Istat Membru għandu
jkollu xahrejn sabiex jaqbel mal-ammont li se jiġi diżimpenjat jew
sabiex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu. 4. L-Istat Membru għandu
jissottometti lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju pjan ta'
finanzjament rivedut li jirrifletti għas-sena finanzjarja kkonċernata
l-ammont imnaqqas ta' sostenn rigward prijorità waħda tal-programm, jew
rigward diversi prijoritajiet. Fin-nuqqas li ssir din is-sottomissjoni,
il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-pjan ta’ finanzjament billi tnaqqas
il-kontribuzzjoni mill-Fondi CSF għas-sena finanzjarja kkonċernata.
Dan it-tnaqqis għandu jiġi allokat għal kull prijorità b’mod
proporzjonat. 5. Il-Kummissjoni għandha
temenda d-deċiżjoni li tadotta l-programm, permezz ta’ atti ta’
implimentazzjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru. IT-TIELET PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI APPLIKABBLI GĦALL-FEŻR, L-FSE U
s-CF (“Cohesion Fund”) TITOLU I
OBJETTIVI U L-QAFAS FINANZJARJU
KAPITOLU I
Missjoni, għanijiet u kopertura ġeografika tas-sostenn Artikolu 81
Missjoni u għanijiet 1. Il-Fondi għandhom
jikkontribbwixxu għall-iżvilupp u l-insegwiment tal-azzjonijiet
tal-Unjoni li jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika,
soċjali u territorjali tagħha skont l-Artikolu 174 tat-Trattat. L-azzjonijiet sostnuti mill-Fondi għandhom
jikkontribbwixxu għall-istrateġija tal-Unjoni ta’ tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. 2. Għal dan il-għan,
għandhom jiġu segwiti l-għanijiet li ġejjin: (a) 'Investiment għat-tkabbir u
l-impjiegi' fi Stati Membri u reġjuni, li jrid jiġi sostnut
mill-Fondi kollha; kif ukoll (b) 'kooperazzjoni territorjali Ewropea', li
trid tiġi sostnuta mill-FEŻR. Artikolu 82
Investiment għat-tkabbir
u l-impjiegi 1. Il-Fondi Strutturali
għandhom isostnu l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u
l-impjiegi fir-reġjuni kollha li jikkorrispondu għal-livell 2
tal-klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika
(minn hawn 'il quddiem imsejħa 'livell 2 NUTS') stabbilita mir-Regolament
(KE) Nru 1059/2003. 2. Riżorsi
għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi
għandhom jiġu allokati fost it-tliet kategoriji tal-livell 2 NUTS li
ġejjin: (a)
reġjuni anqas żviluppati, li l-PDG minn
ras għal ras tagħhom huwa anqas minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27.
(b)
reġjuni ta’ tranżizzjoni, li l-PDG minn
ras għal ras tagħhom huwa bejn 75 % u 90 % tal-medja
tal-PDG tal-UE-27; (c)
reġjuni aktar żviluppati, li l-PDG minn
ras għal ras tagħhom huwa aktar minn 90 % tal-medja tal-PDG
tal-UE-27. It-tliet kategoriji ta’ reġjuni jiġu
determinati abbażi ta’ kif il-PDG minn ras għal ras tagħhom,
imkejjel f'paritajiet ta' poter ta’ akkwist u kkalkolat abbażi tal-figuri
tal-Unjoni għall-perjodu 2006 – 2008, jirrelata mal-medja tal-PDG tal-UE-27
għall-istess perjodu ta’ referenza. 3. Il-Fond ta’ Koeżjoni
għandu jsostni lil dawk l-Istati Membri li l-introjtu nazzjonali gross
(ING) minn ras għal tagħhom, imkejjel f'paritajiet ta' poter ta’
akkwist u kkalkolat abbażi tal-figuri tal-Unjoni għall-perjodu 2007
sa 2009, ikun inqas minn 90 % tal-medja tal-ING minn ras għal ras
tal-UE-27 għall-istess perjodu ta’ referenza. L-Istati Membri eliġibbli
għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni fl-2013, iżda li l-ING
minn ras għal ras tagħhom jaqbeż id-90 % tal-medja tal-ING
minn ras għal ras tal-UE-27 kif ikkalkolat taħt l-ewwel subparagrafu
għandhom jirċievu sostenn mill-Fond ta’ Koeżjoni fuq bażi
tranżizzjonali u speċifika. 4. Immedjatament wara
d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha
tadotta deċiżjoni permezz ta’ att implimentattiv li jistabbilixxi
l-lista ta’ reġjuni li jissodisfaw il-kriterji tat-tliet kategoriji li
hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 u tal-Istati Membri li
jissodisfaw il-kriterji tal-paragrafu 3. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni
għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami
msemmija fl-Artikolu 143(3). Il-lista għandha tkun valida mill- 1 ta’ Jannar 2014
sal- 31 ta’ Diċembru 2020. 5. Fl-2017, il-Kummissjoni
għandha tirrevedi l-eliġibbiltà tal-Istati Membri għall-Fond ta’
Koeżjoni abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni tal-ING għall-perjodu
bejn l-2013 u l-2015 għall-UE-27. Dawk l-Istati Membri li l-ING nominali
tagħhom minn ras għal ras jaqbeż 90% tal-medja tal-ING minn ras
għal ras tal-UE-27, għandhom jirċievu appoġġ mill-Fond
ta’ Koeżjoni fuq bażi tranżitorja u speċifika.
KAPITOLU II
Qafas finanzjarju Artikolu 83
Riżorsi globali 1. Ir-riżorsi globali
disponibbli għall-impenji tal-baġit mill-Fondi għall-perjodu 2014
sa 2020 għandhom ikunu EUR 336 020 492 848 bil-prezzijiet tal-2011,
skont it-tqassim annwali muri fl-Anness I. Għall-finijiet ta'
programmazzjoni u tal-inklużjoni sussegwenti fil-baġit ġenerali
tal-Unjoni, l-ammont ta’ riżorsi globali għandu jkun indiċizzat
għal 2 % kull sena. 2. Il-Kummissjoni għandha
tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti implimentattivi, li tistabbilixxi
t-tqassim annwali tar-riżorsi globali skont l-Istat Membru, mingħajr
ħsara għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u
l-Artikolu 84(7). 3. 0,35 %
tar-riżorsi globali għandhom jiġu allokati għal assistenza
teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Artikolu 84
Riżorsi
għall-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u
għall-kooperazzjoni territorjali Ewropea 1. Riżorsi
għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi
għandhom jammontaw għal 96,52 % tar-riżorsi globali
(jiġifieri, total ta’ EUR 324 320 492 844) u
għandhom jiġu allokati kif ġej: (a)
50,13 % (jiġifieri, total ta’ EUR 162
589 839 384) għar-reġjuni anqas żviluppati; (b)
12,01 % (jiġifieri, total ta’ EUR 38
951 564 661) għar-reġjuni ta’ tranżizzjoni; (c)
16,39 % (jiġifieri, total ta’ EUR 53
142 922 017) għar-reġjuni aktar żviluppati; (d)
21,19 % (jiġifieri, total ta’ EUR 68
710 486 782) għall-Istati Membri sostnuti mill-Fond ta’ Koeżjoni; (e)
0,29 % jiġifieri, total ta’ EUR 925 680 000)
bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni l-aktar
imbiegħda identifikati fl-Artikolu 349 tat-Trattat u reġjuni
tal-livell 2 NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2
tal-Protokoll Nru 6 għat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Awstrija,
il-Finlandja u l-Isvezja. Ir-reġjuni kollha li jkollhom il-PDG per
capita għall-perjodu 2007-2013 anqas minn 75% tal-medja tal-UE-25
għall-perjodu ta' referenza, iżda li l-PDG per capita tagħhom
ikun aktar minn 75% tal-medja ta’ PDG tal-UE-27 għandhom jirċievu
allokazzjoni skont il-Fondi Strutturali li tkun ekwivalenti għal
mill-anqas żewġ terzi tal-allokazzjoni tagħhom għall-2007-2013. 2. Il-kriterji li ġejjin
għandhom jintużaw għat-tqassim skont l-Istat Membru: (a)
il-popolazzjoni eliġibbli, il-prosperità
reġjonali, il-prosperità nazzjonali u r-rata ta' qgħad
għar-reġjuni anqas żviluppati u r-reġjuni ta'
tranżizzjoni; (b)
il-popolazzjoni eliġibbli, il-prosperità
reġjonali, ir-rata ta' qgħad, il-livell tal-edukazzjoni u d-densità
tal-popolazzjoni għar-reġjuni aktar żviluppati; (c)
il-popolazzjoni, il-prosperità nazzjonali u
ż-żona tal-wiċċ għall-Fond ta’ Koeżjoni. 3. Mill-inqas 25 %
tar-riżorsi tal-Fondi Strutturali għal reġjuni anqas
żviluppati, 40 % għal reġjuni ta' tranżizzjoni u 52 %
għal reġjuni aktar żviluppati f’kull Stat Membru għandhom
jiġu allokati lill-FSE. Għall-fini ta’ din id-dispożizzjoni,
l-appoġġ lil Stat Membru permezz tal-[Istrument ‘Ikel għal
persuni fil-bżonn’] għandu jitqies bħala parti mis-sehem ta’
Fondi Strutturali allokat lill-FSE 4. Is-sostenn mill-Fond ta’
Koeżjoni għall-infrastruttura tat-trasport skont il-faċilità
Connecting Europe għandu jkun ta’ EUR 10 000 000 000. Il-Kummissjoni għandha tadotta
deċiżjoni billi timplimenta att li jistabbilixxi l-ammont li
għandu jiġi trasferit mill-allokazzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni
għal kull Stat Membru, għall-perjodu sħiħ. L-allokazzjoni
tal-Fond ta’ Koeżjoni ta’ kull Stat Membru għandha titnaqqas kif
meħtieġ. L-approprjazzjonijiet annwali li jikkorrispondu
għas-sostenn mill-Fond ta' Koeżjoni imsemmi fl-ewwel subparagrafu
għandhom jiddaħħlu fil-linji tal-baġit rilevanti
tal-faċilità Connecting Europe mill-eżerċizzju tal-baġit
tal-2014. Is-sostenn mill-Fond ta’ Koeżjoni skont
il-faċilità Connecting Europa għandu jiġi implimentat skont
l-Artikolu [13] tar-Regolament (EU) [...]/2012 dwar l-istabbilizzazzjoni
tal-Faċilità Connecting Europe[34],
f’relazzjoni ma’ proġetti elenkati fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament,
bl-għoti tal-akbar prijorità possibbli lil proġetti li jkunu
jirrispettaw l-allokazzjonijiet nazzjonali skont il-Fond ta’ Koeżjoni. 5. Is-sostenn mill-Fondi
Strutturali għal [ikel lil persuni fil-bżonn] skont l-Investiment
għat-Tkabbir u l-Impjiegi għandu jkun EUR 2 500 000 000. Il-Kummissjoni għandha tadotta
deċiżjoni billi timplimenta att li jistabbilixxi l-ammont li
għandu jiġi trasferit mill-allokazzjoni tal-Fondi Strutturali ta’
kull Stat Membru, għall-perjodu sħiħ f’kull Stat Membru.
L-allokazzjoni tal-Fond Strutturali ta’ kull Stat Membru għandha titnaqqas
kif meħtieġ. L-approprjazzjonijiet annwali li jikkorrispondu
għas-sostenn mill-Fondi Strutturali msemmija fl-ewwel subparagrafu
għandhom jiddaħħlu fil-linji tal-baġit rilevanti
tal-[istrument ‘ikel għal persuni fil-bżonn’]
mal-eżerċizzju tal-baġit tal-2014. 6. 5% tar-riżorsi
għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi
għandhom jikkostitwixxu r-riżerva tal-prestazzjoni li trid tiġi
allokata skont l-Artikolu 19. 7. 0,2% tar-riżorsi
FEŻR għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi
għandhom jiġu allokati għall-azzjonijiet innovattivi fuq
l-inizjattiva tal-Kummissjoni fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli. 8. Ir-riżorsi
għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhom
jammontaw għal 3,48 % tar-riżorsi globali disponibbli
għall-impenji tal-baġit mill-Fondi għall-perjodu 2014 sa 2020
(jiġifieri total ta’ EUR 11 700 000 004). Artikolu 85
Non-trasferibbiltà
tar-riżorsi 1.
L-approprjazzjonijiet totali allokati lil kull Stat
Membru fir-rigward ta’ reġjuni inqas żviluppati, reġjuni ta’
tranżizzjoni u reġjuni aktar żviluppati m'għandhomx ikunu
trasferibbli bejn kull waħda minn dawk il-kategoriji ta’ reġjuni. 2.
B’deroga mill-paragrafu 1, il-Kummissjoni
tista’ taċċetta, f’ċirkostanzi ġġustifikati kif
mistħoqq li huma marbuta mal-implimentazzjoni ta' objettiv tematiku
wieħed jew aktar, proposta minn Stat Membru fl-ewwel sottomissjoni
tiegħu tal-Kuntratt tas-Sħubija li jittrasferixxi sa 2%
tal-approprjazzjoni totali għal kategorija ta’ reġjuni lil kategoriji
oħra ta’ reġjuni. Artikolu 86
Addizzjonalità 1. Għall- finijiet ta'
din il-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw: (1)
‘nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti'
tfisser il-Formazzjoni tal-Kapital Fiss Gross tal-Gvern Ġenerali
rrapportata fil-Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza mħejjija
mill-Istati Membri skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97[35] sabiex jippreżentaw
l-istrateġija tal-baġit tagħhom fuq perjodu medju ta’
żmien; (2)
‘assi fissi’ tfisser l-assi tanġibbli u mhux
tanġibbli kollha prodotti bħala riżultati mill-proċessi ta’
produzzjoni li huma stess jintużaw b’mod ripetut, jew kontinwament,
fil-proċess ta’ produzzjoni għal aktar minn sena waħda. (3)
‘formazzjoni ta’ kapital fiss gross’[36] tfisser
l-akkwiżizzjonijiet kollha tal-produtturi residenti, bl-oġġetti
ta’ valur disponibbli mnaqqsa, ta’ assi fissi matul perjodu partikolari u
ċerti żidiet għall-valur ta’ assi mhux prodotti realizzati
mill-attività produttiva ta’ produttur jew unitajiet istituzzjonali; (4)
‘gvern ġenerali’ tfisser it-totalità ta'
unitajiet istituzzjonali li, flimkien mat-twettiq tar-responsabbiltajiet politiċi
tagħhom u r-rwol tagħhom ta' regolamentazzjoni ekonomika,
jipproduċu servizzi prinċipalment mhux tas-suq (possibbilment
oġġetti) għall-konsum individwali u kollettiv u jiddistribbwixxu
mill-ġdid id-dħul u l-ġid[37]. 2. L-appoġġ mill-Fondi
għall-mira ta’ Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi ma għandux
jieħu post in-nefqa pubblika jew strutturali ekwivalenti minn Stat Membru. 3. L-Istati Membri għandhom
iżommu għall-perjodu 2014-2020 livell ta’ nefqa strutturali pubblika
jew ekwivalenti mill-inqas ugwali għal-livell ta’ referenza stabbilit
fil-Kuntratt ta’ Sħubija. Il-livell ta’ referenza bħala medja kull sena
ta’ nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti għas-snin 2014-2020
għandu jiġi stabbiliti fil-Kuntratt ta’ Sħubija, abbażi ta’
verifika ex ante mill-Kummissjoni tal-informazzjoni sottomessa
fil-Kuntratt ta’ Sħubija, wara li tkun ikkunsidrat il-livell medju ta’
nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti kull sena fil-perjodu 2007-2013. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu
jqisu l-kondizzjonijiet makroekonomiċi ġenerali u
ċ-ċirkostanzi speċifiċi jew eċċezzjonali,
bħal privatizzazzjonijiet jew livell eċċezzjonali ta’ nefqa
strutturali pubblika jew ekwivalenti minn Stat Membru fil-perjodu 2007-2013.
Għandhom ukoll iqisu bidliet fl-allokazzjonijiet nazzjonali mill-Fondi
Strutturali kif imqabbel mas-snin 2007-2013. 4. Verifika ta’ jekk il-livell
tan-nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti taħt il-mira
tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi jkunx inżamm
għall-perjodu għandha sseħħ biss f’dawk l-Istati Membri li
fihom, ir-reġjuni inqas żviluppati u ta’ tranżizzjoni jkopru
mill-inqas 15 % tal-popolazzjoni totali. F’dawk l-Istati Membri li fihom, ir-reġjuni
inqas żviluppati u ta’ tranżizzjoni jkopru mill-inqas 70 %
tal-popolazzjoni, il-verifika għandha sseħħ fuq livell
nazzjonali. F’dawk l-Istati Membri, li fihom ir-reġjuni
inqas żviluppati u ta’ tranżizzjoni jkopru aktar minn 15 % u
inqas minn 70 % tal-popolazzjoni, il-verifika għandha sseħħ
fuq livell nazzjonali u reġjonali. Għal dik il-fini, dawk l-Istati
Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar in-nefqa
fir-reġjuni anqas żviluppati u ta' tranżizzjoni f'kull stadju
tal-proċess tal-verifika. 5. Il-verifika ta’ jekk
il-livell tan-nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti taħt il-mira
tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi tkunx inżammet għandha
sseħħ fil-ħin tas-sottomissjoni tal-Kuntratt ta’ Sħubija
(verifika ex ante), fl-2018 (verifika ta’ nofs il-perjodu), u fl-2022
(verifika ex post). Ir-regoli dettaljati relatati mal-verifika
tal-addizzjonalità huma stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness III. 6. Jekk jiġi stabbilit
mill-Kummissjoni fil-verifika ex post li Stat Membru ma jkunx
żamm il-livell ta’ referenza ta' nefqa strutturali pubblika jew
ekwivalenti stabbilit fil-Kuntratt ta' Sħubija kif stabbilit
fl-Anness III, il-Kummissjoni tista' twettaq korrezzjoni finanzjarja.
Fid-deċiżjoni dwar jekk twettaqx korrezzjoni finanzjarja jew le,
il-Kummissjoni se tqis jekk is-sitwazzjoni ekonomika tal-Istat Membru tkunx
inbidlet b’mod sinifikanti mill-verifika ta’ nofs it-terminu u jekk il-bidla
tqisitx dak iż-żmien. Ir-regoli dettaljati relatati mar-rati
tal-korrezzjoni finanzjarja huma stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness III. 7. Il-paragrafi 1 u 6 ma
għandhomx japplikaw għall-programmi operazzjonali taħt
l-objettiv ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea. TITOLU II
PROGRAMMAZZJONI KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Artikolu 87
Kontenut u adozzjoni
tal-programmi operazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir
u l-impjiegi 1. Programm operazzjonali
għandu jikkonsisti f’assi prijoritarji. Mingħajr ħsara
għall-Artikolu 52, assi prijoritarju għandu jikkonċerna
Fond wieħed għal kategorija ta’ reġjun, u għandu
jikkorrispondi għal objettiv tematiku u għandu jinkludi prijorità
waħda jew aktar ta’ investiment ta’ dak l-objettiv tematiku f’konformità
mar-regoli speċifiċi għall-Fond. Għall-FSE, assi
prijoritarju jista’ jikkombina prijoritajiet ta’ investiment minn objettivi
tematiċi differenti stabbiliti fl-Artikolu 9 (8), (9), (10), u (11)
sabiex tiġi faċilitata l-kontribuzzjoni tagħhom għal assi
prijoritarji oħra, f'ċirkostanzi ġustifikati kif mistħoqq. 2. Programm operazzjonali
għandu jistabbilixxi: (a)
strateġija għall-kontribut tal-programm
operazzjonali għall-istrateġija tal-Unjoni ta’ tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, li tinkludi: (i) identifikazzjoni tal-ħtiġijiet
sabiex jiġu indirizzati l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet
speċifiċi għall-pajjiżii u l-linji-gwida ġenerali
tal-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni skont l-Artikolu 121(2)
u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill li l-Istati Membri għandhom
jikkunsidraw fil-politika tal-impjiegi tagħhom adottati skont
l-Artikolu 148(4) tat-Trattat, u billi jiġu kkunsidrati
l-ħtiġijiet nazzjonali u reġjonali; (ii) ġustifikazzjoni
tal-għażla tal-objettivi tematiċi u l-prijoritajiet
korrispondenti ta' investiment, filwaqt li jitqies il-Kuntratt ta' Sħubija
u r-riżultati tal-evalwazzjoni ex ante; (b)
għal kull assi prijoritarju: (i) il-prijoritajiet ta’ investiment u
l-objettivi speċifiċi korrispondenti; (ii) l-indikaturi komuni u
speċifiċi tal-produzzjoni u tar-riżultati, u fejn xieraq, valur
bażi u valur kwantifikat tal-mira, f'konformità mar-regoli
speċifiċi għall-Fond; (iii) deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu
jiġu sostnuti inkluż l-identifikazzjoni tal-gruppi fil-mira ewlenin,
it-territorji speċifiċi mmirati u t-tipi ta' benefiċjarji fejn
xieraq u l-użu ppjanat ta' strumenti finanzjari; (iv) il-kategoriji korrispondenti ta’
intervent ibbażati fuq nomenklatura adottata mill-Kummissjoni permezz ta’
atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija
fl-Artikolu 143(3), u analiżi indikattiva tar-riżorsi pprogrammati; (c)
il-kontribut għall-approċċ integrat
għall-iżvilupp territorjali stabbilit fil-Kuntratt ta’ Sħubija
inkluż: (i) il-mekkaniżmi li jiżguraw
koordinazzjoni bejn il-Fondi, l-FAEŻR, l-EMFF u strumenti ta’ finanzjament
tal-Unjoni u nazzjonali oħra u mal-BEI; (ii) fejn xieraq, approċċ integrat
ippjanat għall-iżvilupp territorjali ta’ żoni urbani, rurali,
kostali u tas-sajd u żoni b’karatteristiċi territorjali partikolari,
b’mod partikolari l-arranġamenti ta' implimentazzjoni għall-Artikoli 28
u 29; (iii) il-lista ta’ bliet fejn se jkunu
implimentati azzjonijiet integrati ta’ żvilupp urban sostenibbli,
l-allokazzjoni annwali indikattiva tas-sostenn tal-FEŻR għal dawn
l-azzjonijiet, inkluż ir-riżorsi ddelegati lill-ibliet
għall-ġestjoni skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE);
[FEŻR] u l-allokazzjoni annwali indikattiva ta’ sostenn tal-FSE għal
azzjonijiet integrati; (iv) l-identifikazzjoni taż-żoni li
fihom l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità se jiġi implimentat; (v) l-arranġamenti għal azzjonijiet
interreġjonali u transnazzjonali ma’ benefiċjarji li jinsabu
mill-inqas fi Stat Membru wieħed ieħor; (vi) fejn xieraq, il-kontribuzzjoni
tal-inverventi ppjanati lejn strateġiji makroreġjonali u
strateġiji dwar qiegħ il-baħar; (d)
il-kontribuzzjoni għall-approċċ
integrat stabbilita fil-Kuntratt ta’ Sħubija sabiex jiġu indirizzati
l-ħtiġijiet speċifiċi ta' żoni ġeografiċi
l-aktar milquta mill-faqar jew gruppi fil-mira bl-ogħla riskju ta'
diskriminazzjoni jew esklużjoni, b'kunsiderazzjoni speċjali għal
komunitajiet marġinalizzati, u l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva. (e)
arranġamenti sabiex tiġi żgurata
l-implimentazzjoni effettiva tal-Fondi, inkluż: (i) qafas ta’ prestazzjoni f’konformità
mal-Artikolu 19(1); (ii) għal kull kondizzjonalità ex
ante, stabbilita skont l-Anness IV, li mhijiex sodisfatta fid-data
tas-sottomissjoni tal-Kuntratt ta’ Sħubija u programm operazzjonali,
deskrizzjoni tal-azzjonijiet sabiex tiġi sodisfatta l-kondizzjonalità ex
ante u skeda ta’ żmien għal dawn l-azzjonijiet; (iii) l-azzjonijiet meħuda sabiex
l-imsieħba jiġu involuti fit-tħejjija tal-programm
operazzjonali, u r-rwol tal-imsieħba fl-implimentazzjoni,
il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm operazzjonali. (f)
arranġamenti sabiex tiġi żgurata
l-implimentazzjoni effiċjenti tal-Fondi, inkluż: (i) l-użu ppjanat ta' assistenza
teknika inkluż l-azzjonijiet sabiex tiġi rinfurzata l-kapaċità
amministrattiva tal-awtoritajiet u l-benefiċjarji bl-informazzjoni
rilevanti li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2 (b)
għall-assi prijoritarju kkonċernat; (ii) valutazzjoni tal-piż
amministrattiv għall-benefiċjarji u l-azzjonijiet ppjanati sabiex
jinkiseb tnaqqis akkompanjat minn miri; (iii) lista ta' proġetti kbar li
għalihom id-data tal-bidu stmata għall-eżekuzzjoni
tax-xogħlijiet ewlenin hija qabel l-1 ta’ Jannar 2018; (g)
pjan finanzjarju li jkollu fih żewġ
tabelli: (i) tabella li tispeċifika għal
kull sena, skont l-Artikoli 53, 110 u 111, l-ammont
tal-approprjazzjoni finanzjarja totali prevista għall-kontribuzzjoni minn
kull wieħed mill-Fondi. (ii) tabella li tispeċifika,
għall-perjodu sħiħ ta’ programmazzjoni, għall-programm
operazzjonali u għal kull assi prijoritarju, l-ammont tal-approprjazzjoni
finanzjarja totali tas-sostenn mill-Fondi u l-kofinanzjament nazzjonali. Fejn
il-kofinanzjament nazzjonali jkun jikkonsisti minn kofinanzjament pubbliku u
privat, it-tabella għandha tagħti t-tqassim indikattiv bejn
il-komponenti pubbliċi u privati. Għandha
turi, għall-finijiet ta' informazzjoni, il-parteċipazzjoni prevista
mill-BEI. (h)
id-disposizzjonijiet ta’ implimentazzjoni
għall-programm operazzjonali li jkun fihom: (i) identifikazzjoni tal-korp ta’ akkreditazzjoni,
l-awtorità ta’ ġestjoni, l-awtorità li tiċċertifika fejn
applikabbli u l-awtorità ta’ verifika tal-kontijiet; (ii) identifikazzjoni tal-korp li għandhom isirulu l-ħlasijiet
mill-Kummissjoni; 3. Kull programm operazzjonali,
ħlief dawk fejn l-assistenza teknika titwettaq taħt programm
operazzjonali speċifiku, għandu jinkludi: (i) deskrizzjoni ta' azzjonijiet
speċifiċi sabiex jitqiesu rekwiżiti ta’ protezzjoni ambjentali,
l-effiċjenza fir-riżorsi, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u
l-addattament, ir-reżistenza għad-diżastri u l-prevenzjoni u
l-ġestjoni tar-riskji, fis-selezzjoni tal-operazzjonijiet; (ii) deskrizzjoni tal-azzjonijiet
speċifiċi sabiex jiġu promossi opportunitajiet ugwali u
tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi ta' sess, ta'
oriġini razzjali jew etnika, ta' reliġjon jew twemmin, ta'
diżabbiltà, ta' età jew ta' orjentazzjoni sesswali matul it-tħejjija,
id-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali u partikolarment
fir-rigward tal-aċċess għall-finanzjament filwaqt li jitqiesu
l-ħtiġijiet tad-diversi gruppi fil-mira f'riskju ta' din
id-diskriminazzjoni u partikolarment ir-rekwiżiti tal-iżgurar
tal-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà; (iii) deskrizzjoni tal-kontribut tiegħu
għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u, fejn
xieraq, l-arranġamenti sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni
tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livell tal-programm
operazzjonali u dak ta’ operazzjoni. L-Istati Membri għandhom jissottomettu
opinjoni tal-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza dwar il-miżuri stabbiliti
fil-punti (ii) u (iii) mal-proposta għal programm operazzjonali taħt
il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi. 4. L-Istati Membri għandhom
jabbozzaw il-programm operazzjonali skont il-mudell adottat mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta dak il-mudell
permezz ta’ atti implimentattivi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni
għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija
fl-Artikolu 143(2). 5. Il-Kummissjoni se tadotta
deċiżjoni li tapprova l-programm operazzjonali permezz ta’ atti ta’
implimentazzjoni Artikolu 88
Sostenn konġunt
mill-Fondi 1. Il-Fondi jistgħu
jipprovdu appoġġ b’mod konġunt għall-programmi
operazzjonali tal-mira għall-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi. 2. L-FEŻR u l-FSE jistgħu jiffinanzjaw, b’mod komplementari u
soġġett għal limitu ta’ 5 % tal-finanzjament tal-Unjoni
għal kull assi prijoritarju ta’ programm operazzjonali, parti minn
operazzjoni li għaliha l-ispejjeż huma eliġibbli għal
sostenn mill-Fond l-ieħor abbażi tar-regoli ta’ eliġibbiltà
applikati lil dak il-Fond, sakemm ikunu meħtieġa
għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-operazzjoni u huma marbuta
direttament magħha. 3. Il-paragrafi 1 u 2
m'għandhomx japplikaw għall-programmi taħt l-objettiv ta' kooperazzjoni
territorjali Ewropea. Artikolu 89
Ambitu
ġeografiku tal-programmi operazzjonali taħt
il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi Sakemm ma jsirx ftehim mod ieħor bejn
il-Kummissjoni u l-Istat Membru, il-programmi operazzjonali
għall-FEŻR u l-FSE għandhom jitfasslu fil-livell ġeografiku
xieraq u mill-inqas fil-livell 2 NUTS, skont is-sistema istituzzjonali
speċifika għall-Istat Membru. Il-programmi operazzjonali b’sostenn mill-Fond
ta’ Koeżjoni għandhom jitfasslu fil-livell nazzjonali. KAPITOLU II
Proġetti kbar Artikolu 90
Kontenut Bħala parti minn programm operazzjonali
jew minn programmi operazzjonali, il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni
jistgħu jiffinanzjaw infiq li jinkludi sensiela ta' xogħlijiet,
attivitajiet jew servizzi maħsuba fiha nfisha sabiex twettaq kompitu
indiviżibbli ta' natura ekonomika jew teknika preċiża, li jkollu
għanijiet identifikati b'mod ċar u li l-ispiża totali
tiegħu taqbeż EUR 50,000,000 miljun (‘proġett kbir’).
L-istrumenti finanzjarji ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala
proġetti kbar. Artikolu 91
Informazzjoni li għandha
tintbagħat lill-Kummissjoni 1.
L-Istat Membru jew l-awtorità ta' ġestjoni
għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja dwar
proġetti kbar malli jkun tlesta x-xogħol ta' tħejjija: (a)
informazzjoni dwar il-korp li se jkun responsabbli
għall-implementazzjoni tal-proġett kbir u l-kapaċità
tiegħu; (b)
deskrizzjoni ta’ u informazzjoni dwar l-investiment
u l-lokalità tiegħu; (c)
l-ispiża totali u l-ispiża eliġibbli
totali, billi jitqiesu r-rekwiżiti sabbiliti fl-Artikolu 54; (d)
informazzjoni dwar l-istudji tal-fattibilità
imwettqa, inkluż l-analiżi tal-għażliet, ir-riżultati,
u r-reviżjoni indipendenti ta' kwalità; (e)
analiżi tal-kost-benefiċċju,
inkluż analiżi ekonomika u finanzjarja, u valutazzjoni tar-riskju; (f)
analiżi tal-impatt ambjentali filwaqt li
jitqiesu l-ħtiġijiet tal-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil
fil-klima u r-reżistenza għad-diżastri; (g)
il-konsistenza mal-assi prijoritarji rilevanti
tal-programm jew il-programmi operazzjonali kkonċernati, u
l-kontribuzzjoni mistennija tiegħu għall-kisba tal-objettivi
speċifiċi ta’ dawk l-assi prijoritarji; (h)
il-pjan ta’ finanzjament li juri r-riżorsi
finanzjarji totali ppjanati u s-sostenn ippjanat mill-Fondi, il-BEI, u s-sorsi
l-oħra kollha ta’ finanzjament, flimkien mal-indikaturi fiżiċi u
finanzjarji għall-monitoraġġ tal-progress filwaqt li jitqiesu
r-riskji identifikati; (i)
skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni
tal-proġett kbir u, fejn il-perjodu ta' implimentazzjoni huwa
mistenni li jkun itwal mill-perjodu ta' programmazzjoni, il-fażijiet li
għalihom huwa mitlub sostenn mill-Fondi matul il-perjodu ta'
programmazzjoni 2014-2020. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida
indikattiva dwar il-metodoloġija li għandha tintuża sabiex
titwettaq l-analiżi kost-benefiċċju msemmija fil-punt (e) skont
il-proċedura konsultattiva li hemm referenza għaliha
fl-Artikolu 143(2). Il-format għall-informazzjoni dwar
proġetti kbar li trid tiġi sottomessa għandu jiġi stabbilit
skont il-mudell adottat mill-Kummissjoni, permezz ta' atti implimentattivi.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont
il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 143(2). 2. Proġetti kbar sottomessi
lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni jridu jiġu inklużi
fil-lista ta’ proġetti kbar fi programm operazzjonali. Il-lista
għandha tiġi riveduta mill-Istat Membru jew mill-awtorità ta’
ġestjoni sentejn wara l-adozzjoni ta' programm operazzjonali u tista' fuq
talba tal-Istat Membru tiġi aġġustata skont il-proċedura
stabbilita fl-Artikolu 26(2), partikolarment sabiex tinkludi proġetti
kbar li huma mistennija li jitlestew sal-aħħar tal-2022. Artikolu 92
Deċiżjoni dwar
proġett kbir 1. Il-Kummissjoni għandha
tivvaluta l-proġett kbir abbażi tal-informazzjoni msemmija
fl-Artikolu 91 sabiex tiddetermina jekk is-sostenn propost mill-Fondi
huwiex iġġustifikat. 2. Il-Kummissjoni għandha
tadotta deċiżjoni, permezz ta’ att implimentattiv, mhux aktar tard
minn tliet xhur wara d-data tas-sottomissjoni tal-informazzjoni li tapprova
proġett kbir skont l-Artikolu 91. Dik id-deċiżjoni
għandha tiddefinixxi s-suġġett fiżiku, l-ammont li
għalih tapplika r-rata ta' kofinanzjament għall-assi prijoritarju,
indikaturi fiżiċi u finanzjarji għall-monitoraġġ tal-progress,
u l-kontribuzzjoni mistenniija tal-proġett kbir għall-objettivi
tal-assi prijoritarju jew prijoritarji rilevanti. Deċiżjoni ta'
approvazzjoni għandha tkun kondizzjonali fuq il-fatt li l-kuntratt
tal-ewwel xogħlijiet jiġi konkluż fi żmien sentejn mid-data
tad-deċiżjoni. 3. Fejn il-Kummissjoni
tirrifjuta li tippermetti li sostenn mill-Fondi jingħata għal
proġett kbir, hija għandha tinnotifika lill-Istat Membru dwar
ir-raġunijiet tagħha fi żmien il-perjodu stabbilit
fil-paragrafu 2. 4. In-nefqa relatata ma'
proġetti kbar m'għandhiex tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet
tal-ħlas qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni ta' approvazzjoni
mill-Kummissjoni.
KAPITOLU III
Pjan ta’ azzjoni konġunta Artikolu 93
Kamp ta' Applikazzjoni 1. Pjan ta’ azzjoni
konġunta huwa operazzjoni definita u ġestita fir-rigward
tal-eżiti u r-riżultati li se jikseb. Jikkonsisti fi grupp ta’
proġetti li ma jikkonsistux fil-forniment ta’ infrastruttura mwettqa
taħt ir-responsabbiltà tal-benefiċjarju, bħala parti
mill-programm operazzjonali jew programmi operazzjonali. Il-produzzjoni u
r-riżultati ta’ pjan ta’ azzjoni konġunta għandhom jiġu
mifthiehna bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni u għandhom jikkontribbwixxu
għal objettivi speċifiċi tal-programmi operazzjonali u jiffurmaw
il-bażi ta' sostenn mill-Fondi. Ir-riżultati għandhom jirreferu
għall-effetti diretti tal-pjan ta’ azzjoni konġunta.
Il-benefiċjarju għandu jkun korp tal-liġi pubblika. Pjani ta’
azzjoni konġunta m’għandhomx jitqiesu bħala proġetti
maġġuri. 2. Is-sostenn pubbliku allokat
għal pjan ta’ azzjoni konġunta għandu jkun minimu ta' EUR 10 000 000 jew
20 % tas-sostenn pubbliku tal-programm operazzjonali jew programmi
operazzjonali, liema minnhom ikun l-anqas. Artikolu 94
Tħejjija tal-pjanijiet
ta’ azzjoni konġunta 1. L-Istat Membru, l-awtorità
ta’ ġestjoni jew kwalunkwe korp tal-liġi pubblika nnominat
jistgħu jissottomettu proposta għal pjan ta’ azzjoni konġunta
fl-istess ħin jew wara s-sottomissjoni tal-programmi operazzjonali
kkonċernati. Dan għandu jinkludi l-elementi kollha msemmija
fl-Artikolu 95. 2. Pjan ta’ azzjoni
konġunta għandu jkopri parti mill-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2014
u l-31 ta’ Diċembru 2022. Il-produzzjoni u r-riżultati
ta’ pjan ta’ azzjoni konġunta għandhom iwasslu għal rimborż
biss jekk jinkisbu wara d-data tad-deċiżjoni tal-approvazzjoni
tal-pjan ta’ azzjoni konġunta u qabel it-tmien tal-perjodu
tal-implimentazzjoni definit. Artikolu 95
Kontenut tal-pjanijiet ta’
azzjoni konġunta Il-pjan ta’ azzjoni konġunta għandu
jkun fih: (1)
analiżi tal-ħtiġijiet u
l-għanijiet tal-iżvilupp li jiġġustifikaw il-pjan ta’
azzjoni konġunta, billi jiġu kkunsidrati l-għanijiet
tal-programmi operazzjonali u, fejn ikunu applikabbli, ir-rakkomandazzjonijiet
speċifiċi għall-pajjiżi u l-linji-gwida ġenerali
tal-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni skont l-Artikolu 121(2)
u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill li l-Istati Membri għandhom
jikkunsidraw fil-politika tal-impjiegi tagħhom skont l-Artikolu 148(4)
tat-Trattat; (2)
il-qafas li jiddeskrivi r-raġunament bejn
l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-pjan ta’ azzjoni
konġunta, l-għanijiet u l-miri għall-produzzjoni u
r-riżultati, u l-proġetti jew it-tipi ta' proġetti previsti; (3)
l-indikaturi komuni u speċifiċi
użati sabiex jimmonitorjaw il-produzzjoni u r-riżultati, fejn
rilevanti, skont l-assi prijoritarju; (4)
informazzjoni dwar il-kopertura ġeografika u
l-gruppi fil-mira tal-pjan ta’ azzjoni konġunta; (5)
il-perjodu tal-implimentazzjoni mistenni tal-pjan
ta’ azzjoni konġunta; (6)
analiżi tal-effetti tal-pjan ta’ azzjoni
konġunta dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u
l-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni; (7)
analiżi tal-effetti tal-pjan ta’ azzjoni
konġunta fuq il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, fejn ikun
xieraq; (8)
id-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni
għall-pjan ta’ azzjoni konġunta, inkluż dan li ġej: (a)
in-nomina tal-benefiċjarju responsabbli
għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni konġunta, bil-provvista
ta’ garanziji għall-kompetenza tiegħu fid-dominju kkonċernat kif
ukoll il-kapaċità ta’ ġestjoni amministrattiva u finanzjarja tiegħu; (b)
l-arranġamenti għat-tmexxija tal-pjan ta’
azzjoni konġunta, skont l-Artikolu 97; (c)
l-arranġamenti għall-monitoraġġ
u l-evalwazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni konġunta inkluż
l-arranġamenti li jiżguraw il-kwalità, il-ġbir u
l-ħażna tad-dejta dwar il-kisba tal-għanijiet, il-produzzjoni u
r-riżultati;‑{}‑ (d)
l-arranġamenti li jiżguraw it-tixrid ta’
informazzjoni u l-komunikazzjoni dwar il-pjan ta’ azzjoni konġunta u dwar
il-Fondi; (9)
l-arranġamenti finanzjarji tal-pjan ta’
azzjoni konġunta, inkluż dan li ġej: (a)
l-ispejjeż tal-kisba tal-għanijiet,
il-produzzjoni u miri għall-produzzjoni u r-riżultati b'referenza
għall-punt (2), abbażi tal-metodi stabbiliti fl-Artikolu 57(4) u
fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-FSE; (b)
skeda indikattiva tal-ħlasijiet
lill-benefiċjarju marbuta mal-għanijiet u l-miri; (c)
il-pjan ta’ finanzjament skont il-programm
operazzjonali u l-assi prijoritarju, inkluż l-ammont totali eliġibbli
u l-appoġġ pubbliku. Il-format għall-pjan ta’ azzjoni
konġunta għandu jiġi stabbilit skont il-mudell adottat
mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti implimentattivi. Dawk l-atti ta’
implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura
konsultattiva msemmija fl-Artikolu 143(2). Artikolu 96
Deċiżjoni dwar
il-pjan ta’ azzjoni konġunta 1. Il-Kummissjoni għandha
tivvaluta l-pjan ta’ azzjoni konġunta abbażi tal-informazzjoni
msemmija fl-Artikolu 95 sabiex tkun tista’ tiddetermina jekk is-sostenn
mill-Fondi huwiex iġġustifikat. Fejn il-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur wara
s-sottomissjoni ta’ proposta ta’ pjan ta’ azzjoni konġunta, tikkunsidra li
ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni, għandha tagħmel
osservazzjonijiet lill-Istat Membru. L-Istat Membru għandu jipprovdi
lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa u,
fejn xieraq, jirrevedi l-pjan ta’ azzjoni konġunta kif meħtieġ. 2. Diment li kull osservazzjoni
tkun ġiet ikkunsidrata biżżejjed, il-Kummissjoni għandha
tadotta deċiżjoni li tapprova l-pjan ta’ azzjoni konġunta mhux
aktar tard minn sitt (6) xhur wara s-sottomissjoni tagħha minn Stat Membru
iżda mhux qabel l-adozzjoni tal-programmi operazzjonali konċernati. 3. Id-deċiżjoni
msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiddefinixxi l-benefiċjarju u
l-objettivi tal-pjan ta’ azzjoni konġunta, l-għanijiet u l-miri
għall-produzzjoni u r-riżultati, l-ispejjeż tal-kisba ta’ dawn
l-għanijiet, il-miri tal-produzzjoni u r-riżultati, u l-pjan ta’
finanzjament skont il-programmi operazzjonali, l-assi prijoritarju, inkluż
l-ammont eliġibbli totali u l-kontribuzzjoni pubblika, il-perjodu
tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni konġunta, u fejn rilevanti
l-kopertura ġeografika u l-gruppi fil-mira tal-pjan ta’ azzjoni
konġunta. 4. Fejn il-Kummissjoni
tirrifjuta li tippermetti li sostenn mill-Fondi jingħata għal pjan
ta’ azzjoni konġunta, għandha tinnotifika lill-Istat Membru
bir-raġunijiet tagħha fi ħdan il-perjodu stabbilit
fil-paragrafu 2. Artikolu 97
Il-Kumitat tat-Tmexxija u
l-emenda tal-pjan ta’ azzjoni konġunta 1. L-Istat Membru jew l-awtorità
ta’ ġestjoni għandu jistabbilixxi kumitat ta' tmexxija tal-pjan ta’
azzjoni konġunta, distint mill-kumitat ta' monitoraġġ
tal-programmi operazzjonali. Il-kumitat ta’ tmexxija għandu jiltaqa'
għall-inqas darbtejn fis-sena. Il-kompożizzjoni tiegħu għandha
tiġi deċiża mill-Istat Membru bi qbil mal-awtorità ta'
ġestjoni, li tirrispetta l-prinċipju ta’ sħubija. Il-Kummissjoni tista’ tipparteċipa
fil-ħidma tal-kumitat ta’ tmexxija f’kapaċità konsultattiva. 2. Il-kumitat ta’ tmexxija
għandu jwettaq l-attivitajiet li ġejjin: (a)
jirrevedi l-progress lejn il-kisba
tal-għanijiet, il-produzzjoni u r-riżultati tal-pjan ta’ azzjoni konġunta; (b)
jikkunsidra u japprova kwalunkwe proposta sabiex
jiġi emendat il-pjan ta’ azzjoni konġunta sabiex titqies kwalunkwe
kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tiegħu. 3. Talbiet għall-emenda
tal-pjanijiet ta’ azzjoni konġunta sottomessi minn Stat Membru għandhom
jiġu sostanzjati kif mistħoqq. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta
jekk it-talba għall-emenda hijiex ġustifikata, filwaqt li tqis
l-informazzjoni provduta mill-Istat Membru. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel
osservazzjonijiet u l-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni
bl-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa. Il-Kummissjoni
għandha tadotta deċiżjoni fuq talba għal emenda mhux aktar
tard minn tliet xhur wara s-sottomissjoni formali tagħha mill-Istat Membru
sakemm kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Kummissjoni tkun tqieset
b’mod sodisfaċenti. L-emenda għandha tidħol fis-seħħ
mid-data tad-deċiżjoni, sakemm mhux stabbilit mod ieħor
fid-deċiżjoni. Artikolu 98 Ġestjoni
u kontroll finanzjarju tal-pjan ta’ azzjoni konġunta 1. Ħlasijiet lill-benefiċjarju
ta’ pjan ta’ azzjoni konġunta għandhom jiġu ttrattati bħala
somom f’daqqa jew skali standard ta’ spejjeż unitarji. Għandu
japplika l-limitu massimu għal somma f’daqqa stabbilit fl-Artikolu 57(1)(c).
2. Il-ġestjoni, il-kontroll
u l-awditjar finanzjarji tal-pjan ta’ azzjoni konġunta għandhom isiru
esklussivament bil-għan li ssir verifika dwar jekk il-kundizzjonijiet ta’
pagament kif imfissra fid-deċiżjoni li tapprova l-pjan ta’ azzjoni
koġunta jkunux qed jiġu ssodisfatti. 3. Il-benefiċjarju u
l-entitajiet li jkunu qed jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tiegħu
jistgħu japplikaw il-prassi ta’ kontabbiltà tagħhom għall-kosti
tal-operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni Dawn il-prassi ta’ kontabbiltà, u
l-kosti li fil-fatt jispiċċa jġorr il-benefiċjarju
m’għandhomx ikunu suġġetti ta’ awditjar mill-awtorità
tal-awditjar jew mill-Kummissjoni.
KAPITOLU IV Żvilupp territorjali Artikolu 99
Investiment territorjali
integrat 1. Fejn strateġija
tal-iżvilupp urban jew strateġiji jew patti territorjali oħra,
hekk kif definiti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament…[FSE]
jeħtieġu approċċ integrat li jinvolvi investimenti
taħt aktar minn assi prijoritarju wieħed ta' programm operazzjonali
wieħed jew diversi programmi operazzjonali, l-azzjoni għandha
titwettaq bħala investiment territorjali integrat ('ITI'). 2. Il-programmi operazzjonali
rilevanti għandhom jidentifikaw l-ITIs ippjanati u jistabbilixxu
l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva minn kull assi prijoritarju għal
kull ITI. 3. L-Istat Membru jew l-awtorità
ta’ ġestjoni jista' jinnomina korp intermedju wieħed jew aktar,
inkluż l-awtoritajiet lokali, il-korpi tal-iżvilupp reġjonali
jew organizzazzjonijiet mhux governattivi, sabiex iwettqu l-ġestjoni u
l-implimentazzjoni ta’ ITI. 4. L-Istat Membru jew
l-awtoritajiet ta’ ġestjoni rilevanti għandhom jiżguraw li
s-sistema ta’ monitoraġġ għall-programm tipprovdi
għall-identifikazzjoni tal-operazzjonijiet u l-produzzjonijiet ta’ assi
prijoritarju li jikkontribbwixxi għal ITI.
TITOLU III
IL-MONITORAĠĠ, L-EVALWAZZJONI, L-INFORMAZZJONI U L-KOMUNIKAZZJONI KAPITOLU I
Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni Artikolu 100
Funzjonijiet tal-kumitat
għall-monitoraġġ 1. Il-kumitat
għall-monitoraġġ għandu jeżamina b’mod partikolari: (a)
kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni
tal-programm; (b)
il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan
tal-evalwazzjoni u s-segwitu li jingħata lis-sejbiet tal-evalwazzjonijiet; (c)
l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’
komunikazzjoni; (d)
l-implimentazzjoni ta’ proġetti kbar; (e)
l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni
konġunta; (f)
azzjonijiet li jippromwovu l-ugwaljanza bejn
in-nisa u l-irġiel, l-opportunitajiet indaqs, u n-non-diskriminazzjoni,
inkluż l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà; (g)
azzjonijiet li jippromwovu l-iżvilupp
sostenibbli; (h)
azzjonijiet fil-programm operazzjonali relatati
mas-sodisfazzjon tal-kondizzjonalitajiet ex ante. (i)
l-istrumenti finanzjarji 2. Il-kumitat
għall-monitoraġġ għandu jeżamina u japprova: (a)
il-metodoloġija u l-kriterji
għas-selezzjoni tal-operazzjonijiet; (b)
ir-rapporti annwali u finali tal-implimentazzjoni (c)
il-pjan tal-evalwazzjoni għall-programm u
kwalunke emenda tal-pjan; (d)
l-istrateġija tal-komunikazzjoni
għall-programm u kwalunkwe emenda tal-istrateġija; (e)
kwalunkwe proposta mill-awtorità ta’ ġesjoni
għal kull emenda għall-programm operazzjonali. Artikolu 101
Rapporti ta’ implimentazzjoni
għall-mira ta’ Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi 1. Sat-30 ta’ April 2016
u t-30 ta’ April ta’ kull sena sussegwenti sa u inkluż l-2022,
l-Istat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni rapport annwali skont
l-Artikolu 44(1). Ir-rapport sottomess fl-2016 għandu jkopri s-snin
finanzjarji 2014 u 2015, kif ukoll il-perjodu bejn id-data tal-bidu
għall-eliġibbiltà tan-nefqa u l-31 ta’ Diċembru 2013. 2. Ir-rapport annwali
tal-implimentazzjoni għandu jistabbilixxi informazzjoni dwar: (a)
implimentazzjoni tal-programm operazzjonali skont
l-Artikolu 44(2); (b)
progress fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’
proġetti kbar u l-pjanijiet ta’ azzjoni konġunta. 3. Ir-rapport annwali dwar
l-implimentazzjoni sottomess fl-2017 u fl-2019 għandu jipprovdi u
janalizza l-informazzjoni rikjesta skont l-Artikoli 44(3) u (4) rispettivament,
l-informazzjoni mogħtija fil-paragrafu 2, flimkien ma’: (a)
il-progress fl-implimentazzjoni
tal-approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali,
inkluż l-iżvilupp urban sostenibbli u l-iżvilupp lokali mmexxi
mill-komunità taħt il-programm; (b)
il-progress fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet
sabiex tiġi rinfurzata l-kapaċità tal-awtoritajiet u
l-benefiċjarji tal-Istat Membru sabiex jamministraw u jużaw il-Fondi;
(c)
il-progress fl-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe
azzjoni interreġjonali u transnazzjonali; (d)
il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan
tal-evalwazzjoni u s-segwitu mogħti lis-sejbiet tal-evalwazzjonijiet; (e)
l-azzjonijiet speċifiċi meħuda
sabiex tiġi promossa l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiela u sabiex
tiġi prevenuta d-diskriminazzjoni, inkluż l-aċċessibbiltà
għal persuni b’diżabbiltà, u l-arranġamenti implimentati sabiex
tiġi żgurata l-perspettiva tal-integrazzjoni tal-ġeneru
fil-programm u l-operazzjonijiet; (f)
azzjonijiet meħuda biex jiġi promoss
l-iżvilupp sostenibbli skont l-Artikolu 8; (g)
ir-riżultati tal-miżuri tal-informazzjoni
u ta’ pubbliċità tal-Fondi mwettqa taħt l-istrateġija
tal-komunikazzjoni; (h)
il-progress fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet
fil-qasam tal-innovazzjoni soċjali, fejn xieraq; (i)
il-progress fl-implimentazzjoni ta’ miżuri
sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi
taż-żoni ġeografiċi l-aktar milquta mill-faqar jew ta'
gruppi fil-mira bl-ogħla riskju ta' diskriminazzjoni jew esklużjoni,
b'kunsiderazzjoni speċjali għal komunitajiet marġinalizzati
inkluż, fejn xieraq, ir-riżorsi finanzjarji użati; (j)
l-involviment tal-imsieħba
fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm. 4. Ir-rapporti
tal-implimentazzjoni annwali u finali għandhom jitfasslu fuq mudelli
adottati mill-Kummissjoni permezz ta' atti implimentattivi. Dawn l-atti
implimentattivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura
konsultattiva msemmija fl-Artikolu 143(2). Artikolu 102
Trażmissjoni ta’ dejta
finanzjarja 1.
Sal-31 ta’ Jannar, it-30 ta’ April, il-31 ta’ Lulju u
l-31 ta’ Ottubru, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tittrasmetti b’mod
elettroniku lill-Kummissjoni għall-finijiet ta' monitoraġġ,
għal kull programm operazzjonali u skont l-ass prijoritarju: (a)
l-ispiża eliġibbli totali u pubblika
tal-operazzjonijiet u n-numru ta' operazzjonijiet magħżula
għas-sostenn; (b)
l-ispiża eliġibbli totali u pubblika ta'
kuntratti jew impenji legali oħra li jkunu daħlu għalihom
il-benefiċjarji fl-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet magħżula
għas-sostenn; (c)
l-ispiża eliġibbli totali ddikjarata
mill-benefiċjarji lill-awtorità ta’ ġestjoni. 2.
Barra minn hekk, it-trażmissjoni fil-31 ta’ Jannar għandha
tinkludi d-dejta kollha msemmija hawn fuq imqassma skont il-kategorija
tal-intervent. Din it-trażmissjoni għandha tiġi kkunsidrata li
tissodisfa r-rekwiżit għas-sottomissjoni tad-dejta finanzjarja
msemmija fl-Artikolu 44(2). 3.
Tbassir tal-ammont li għalih l-Istati Membri
huma mistennija li jissottomettu applikazzjonijiet ta’ ħlas għas-sena
finanzjarja attwali u s-sena finanzjarja sussegwenti għandu jakkompanja
t-trażmissjonijiet li jridu jsiru sal-31 ta’ Jannar u l-31
ta’ Lulju. 4.
Id-data tal-iskadenza għad-dejta sottomessa
taħt dan l-Artikolu għandu jkun l-aħħar tax-xahar ta’
qabel ix-xahar tas-sottomissjoni. Article103
Rapport
ta' Koeżjoni Ir-rapport tal-Kummissjoni msemmi
fl-Artikolu 175 tat-Trattat għandu jinkludi: (a)
rekord tal-progress magħmul fil-koeżjoni
ekonomika, soċjali u territorjali, inkluż is-sitwazzjoni
soċjo-ekonomika u l-iżvilupp tar-reġjuni, kif ukoll
l-integrazzjoni tal-prijoritajiet tal-Unjoni; (b)
rekord tar-rwol tal-Fondi, tal-BEI u tal-istrumenti
finanzjarji l-oħra, kif ukoll l-effett tal-linji politiċi Komunitarji
u nazzjonali l-oħra dwar il-progress magħmul. Artikolu 104
Evalwazzjoni 1.
Għandu jitfassal pjan ta’ evalwazzjoni
mill-awtorità ta’ ġestjoni għal kull programm operazzjonali. Il-pjan
ta’ evalwazzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-ewwel laqgħa
tal-kumitat ta’ monitoraġġ. Fil-każ fejn kumitat ta’ monitoraġġ
wieħed ikopri aktar minn programm operazzjonali wieħed, il-programmi
operazzjonali kkonċernati jistgħu jiġu koperti minn pjan ta’
evalwazzjoni wieħed. 2.
Sal-31 ta’ Diċembru 2020,
l-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni,
għal kull programm, rapport li jagħti deskrizzjoni fil-qosor
tas-sejbiet tal-evalwazzjonijiet imwettqa matul il-perjodu ta' programmazzjoni,
inkluż valutazzjoni tal-produzzjoni prinċipali u r-riżultati
tal-programm. 3.
Il-Kummissjoni għandha twettaq
valutazzjonijiet ex-post f’koperazzjoni mill-qrib mal-Istati
Membri u l-awtoritajiet ta’ amministrazzjoni.
KAPITOLU II
Informazzjoni u Komunikazzjoni Artikolu 105
Tagħrif u
pubbliċità 1. L-Istati Membri u
l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandu jkollhom ir-responsabbiltà
għal: (a)
li jkun hemm websajt unika jew portal ta' websajts
uniku li jipprovdi informazzjoni dwar u aċċess għall-programmi
operazzjonali kollha f’dak l-Istat Membru; (b)
li jinfurmaw lill-benefiċjarji potenzjali dwar
l-opportunitajiet ta’ finanzjament taħt programmi operazzjonali; (c)
li jippubbliċizzaw għall-benefiċċju
taċ-ċittadini tal-Unjoni l-irwol u l-kisbiet tal-politika ta’
koeżjoni u tal-Fondi permezz ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’
komunikazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatt tal-Kuntratti ta’ Sħubija,
il-programmi operazzjonali u l-operazzjonijiet. 2. L-Istati Membri
għandhom, sabiex jiżguraw it-trasparenza fis-sostenn tal-Fondi,
iżommu lista tal-operazzjonijiet skont il-programmi operazzjonali u skont
il-Fond f’format CSV jew XML li għandha tkun aċċessibbli permezz
tal-websajt unika jew tal-portal tal-websajts uniku u jipprovdu lista u
sommarju tal-programmi operazzjonali kollha f'dak l-Istat Membru. Il-lista tal-operazzjonijiet għandha
tiġi aġġornata mill-inqas kull tliet xhur. L-informazzjoni minima li trid tiġi
stabbilita fil-lista tal-operazzjonijiet hija stabbilita fl-Anness V. 3. Ir-regoli dettaljati li
jikkonċernaw il-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità
għall-pubbliku u l-miżuri ta’ informazzjoni għall-applikanti u
għall-benefiċjarji huma stabbiliti fl-Anness V. 4. Karatteristiċi
tekniċi ta' miżuri ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità
għall-operazzjoni u l-istruzzjonijiet għall-ħolqien ta’ emblema
u definizzjoni tal-kuluri standard għandhom jiġu adottati
mill-Kummissjoni permezz tal-atti implimentattivi skont il-proċedura
tal-eżami msemmija fl-Artikolu 143(3). Artikolu 106
Strateġija ta'
komunikazzjoni 1. L-awtorità ta’ ġestjoni
għandha tfassal strateġija ta’ komunikazzjoni għal kull
programm. Strateġija komuni ta’ komunikazzjoni tista’ titfassal għal
diversi programmi operazzjonali. L-istrateġija ta’ komunikazzjoni għandha
tinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness V u aġġornamenti ta’
kull sena b’dettalji tal-attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità
ppjanati li jridu jitwettqu. 2. L-istrateġija ta’
komunikazzjoni għandha tiġi diskussa u approvata mill-ewwel kumitat
għall-monitoraġġ wara l-adozzjoni tal-programm. Kwalunkwe reviżjoni
tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni għandha tiġi diskussa u
approvata mill-kumitat għall-monitoraġġ, 3. L-awtorità ta' ġestjoni
għandha tinforma lill-kumitat ta' monitoraġġ għal kull
programm mill-inqas darba f'sena bil-progress fl-implimentazzjoni
tal-istrateġija ta' komunikazzjoni u l-valutazzjoni tagħha
tar-riżultati. Artikolu 107
Uffiċjali
tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u n-netwerks tagħhom 1.
Kull Stat Membru għandu jinnomina
uffiċjal tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni sabiex jikkordina
l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni fir-rigward ta’ Fond
wieħed jew diversi Fondi u għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan. 2.
L-uffiċjal tal-informazzjoni u
tal-komunikazzjoni għandu jikkoordina u jippresedi laqgħat ta'
netwerk nazzjonali ta' komunikaturi tal-Fondi, inkluż programmi ta’
kooperazzjoni territorjali Ewropej rilevanti, il-ħolqien u
ż-żamma tal-websajt jew tal-portal ta’ websajts imsemmi
fl-Anness VI u l-obbligu li tiġi provduta ħarsa ġenerali
dwar il-miżuri ta’ komunikazzjoni meħuda fil-livell nazzjonali. 3.
Kull awtorità ta’ ġestjoni għandha
tinnomina persuna waħda sabiex tkun responsabbli għall-informazzjoni
u l-pubbliċità fil-livell tal-programm u għandha tinforma
lill-Kummissjoni b’dawk innominati. 4.
Netwerks tal-Unjoni li jinkludu l-membri nnominati
mill-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom jiġu
stabbiliti mill-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat skambju dwar ir-riżultati
tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ komunikazzjoni, l-iskambju
tal-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ informazzjoni u ta’
pubbliċità, u l-iskambju ta’ prattiki tajba.
TITOLU IV
ASSISTENZA TEKNIKA Artikolu 108
Għajnuna teknika
fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni Il-Fondi jistgħu jappoġġjaw
l-assistenza teknika sa limitu massimu ta’ 0,35 % tal-allokazzjoni annwali
rispettiva tagħhom. Artikolu 109
Għajnuna teknika
tal-Istati Membri 1. Kull wieħed mill-Fondi
jista' jiffinanzja operazzjonijiet ta' assistenza teknika eliġibbli
taħt kwalunkwe wieħed mill-Fondi l-oħra. L-ammont tal-Fondi
allokati għal għajnuna teknika għandu jiġi limitat
għal 4 % tal-ammont totali tal-Fondi allokati għal programmi
operazzjonali taħt kull kategorija ta’ reġjun tal-mira
tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi. 2. Assistenza teknika
għandha tieħu l-forma ta’ assi prijoritarju ta’ monofond fi ħdan
programm jew ta’ programm speċifiku operattiv. 3. L-allokazzjoni
għall-assistenza teknika minn Fond m'għandhiex taqbeż l-10 %
tal-allokazzjoni totali ta' dak il-Fond għall-programmi operazzjonali fi
Stat Membru taħt kull kategorija ta' reġjun tal-mira Investiment
għat-tkabbir u l-impjiegi.
TITOLU V
SOSTENN FINANZJARJU MILL-FONDI Artikolu 110
Determinazzjoni tar-rati ta’
kofinanzjament 1. Id-deċiżjoni
tal-Kummissjoni li tadotta programm operazzjonali għandha tiffissa r-rata
ta’ kofinanzjament u l-ammont massimu ta’ sostenn mill-Fondi għal kull
assi prijoritarju. 2 Għal kull assi
prijoritarju, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tistabbilixxi
jekk ir-rata ta’ kofinanzjament għall-assi prijoritarju se tiġix
applikata: (a) għan-n-nefqa totali eliġibbli
inkluż nefqa pubblika u privata; jew (b) għan-nefqa pubblika eliġibbli. 3. Ir-rata ta’ kofinanzjament
fil-livell ta’ kull assi ta’ prijorità tal-programmi operazzjonali fil-mira
għal Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi ma għandhiex tkun
ogħla minn: (a)
85 % għall-Fond ta’ Koeżjoni: (b)
85% għar-reġjuni l-anqas żviluppati
ta' dawk l-Istati Membri li l-PDG per capita tagħhom għall-perjodu 2007
sa 2009 kien anqas minn 85% tal-medja tal-UE-27 matul l-istess perjodu u
għar-reġjuni l-aktar imbiegħda; (c)
80% għar-reġjuni l-anqas żviluppati
ta’ Stati Membri barra dawk imsemmija fil-punt (b) eliġibbli
għar-reġim tranżitorju tal-Fond ta’ Koezjoni fl-1 ta’ Jannar 2014; (d)
75% għar-reġjuni l-anqas żvilppati
ta' Stati Mambri barra dawk imsemmija fil-punti (b) u (c), u
għar-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom
għall-perjodu 2007-2013 kien anqas minn 75% tal-medja tal-UE-25
għall-perjodu ta' referenza li iżda l-PDG tagħhom ikun
ogħla minn 75% tal-medja tal-PDG tal-UE-27; (e)
60 % għar-reġjuni ta’
tranżizzjoni oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (d); (f)
50 % għar-reġjuni l-aktar żviluppati
barra dawk imsemmija fil-punt (d); Ir-rata ta’ kofinanzjament fil-livell ta’ kull
assi ta’ prijorità tal-programmi operazzjonali taħt il-kooperazzjoni
territorjali Ewropea m’għandhiex tkun ogħla minn 75%.4. Ir-rata
ta’ kofinanzjament tal-allokazzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 84 (1)
(e) ma għandhiex tkun ogħla minn 50%. L-istess rata ta’ kofinanzjament għandha
tapplika għall-allokazzjoni addizzjonali tal-Artikolu 4(2)
tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [ir-Regolament ETC]. 5. Ir-rata massima ta’
kofinanzjament taħt il-paragrafu 3 fil-livell ta' assi prijoritarju
għandha tiżdied b'għaxar punti perċentwali, fejn l-assi
prijoritarju kollu jitwassal permezz ta' strumenti finanzjarji, jew permezz
tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità. 6. Il-kontribuzzjoni mill-Fondi
għal kull assi prijoritarju m'għandhiex tkun inqas minn 20 %
tan-nefqa pubblika eliġibbli. 7. Assi ta’ prijorità separat
b’rata ta’ kofinanzjament li tasal sa 100% jista’ jiġi stabbilit fi
ħdan il-programm operazzjonali sabiex jappoġġja
l-operazzjonijiet implimentati permezz tal-istrumenti finanzjarji mfassla fuq
livell tal-Unjoni u ġestiti direttament jew indirettament
mill-Kummissjoni. Fejn hija stabbilita prijorità separata għal dan
il-għan, l-appoġġ tal-assi jista’ ma jiġi implimentat
bl-ebda mod ieħor. Artikolu 111
Modulazzjoni tar-rati ta’
kofinanzjament Ir-rata ta’
kofinazjament mill-Fondi lill-assi prijoritarju tista' tiġi modulata
sabiex tqis: (1)
l-importanza tal-assi prijoritarju
għat-twassil tal-prijoritajiet tal-istrateġija tal-Unjoni għal
tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, filwaqt li jitqiesu
d-distakki speċifiċi li jridu jiġu indirizzati; (2)
il-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent, l-aktar
bl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' prekawzjoni, il-prinċipju ta'
azzjoni preventiva, u l-prinċipju li min iniġġeż
iħallas; (3)
ir-rata ta' mobilizzazzjoni tal-finanzjament
mill-privat; (4)
il-kopertura ta’ żoni bi
żvantaġġi naturali u demografiċi gravi u permanenti
definiti kif ġej: (a)
Stati Membri gżejjer eliġibbli taħt
il-Fond ta' Koeżjoni, u gżejjer oħra ħlief dawk fejn tkun
tinsab il-belt kapitali ta' Stat Membru jew li jkollhom kollegament fiss
mal-kontinent. (b)
żoni muntanjużi kif definiti
mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru; (c)
żoni b'densità ta' popolazzjoni baxxa (inqas
minn 50 abitant kull kilometru kwadru) u baxxa ħafna (inqas minn 8
abitanti kull kilometru kwadru);
TITOLU VI
ĠESTJONI U KONTROLL KAPITOLU I
Sistemi ta' ġestjoni u kontroll Artikolu 112
Responsabbiltajiet tal-Istati
Membri 1. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għall-programmi
operazzjonali huma stabbiliti skont l-Artikoli 62 sa 63. 2. L-Istati Membri għandhom
jipprevjenu, jindividwaw u jikkorreġu l-irregolaritajiet u għandhom
jirkupraw l-ammonti li tħallsu indebitament, flimkien mal-imgħax fuq
ħlasijiet li saru tard. Huma għandhom jgħarrfu b'dawn l-irregolaritajiet
lill-Kummissjoni, u għandhom iżommu lill-Kummissjoni mgħarrfa
dwar il-progress ta' proċeduri amministrattivi u legali. Meta l-ammonti mħallsa indebitament lil
benefiċjarju ma jistgħux jiġu rkuprati u dan huwa bħala
riżultat ta' żball jew negliġenza min-naħa ta’ Stat Membru,
l-Istat Membru għandu jkun responsabbli sabiex jirrimborża l-ammonti
kkonċernati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 142 li
jistabbilixxi regoli dettaljati rigward l-obbligi tal-Istati Membri
speċifikati f’dan il-paragrafu. 3. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014
l-iskambji kollha ta’ informazzjoni bejn il-benefiċjarji u l-awtoritajiet
ta' ġestjoni, l-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni, l-awtoritajiet ta'
verifika u l-korpi intermedji jistgħu jitwettqu biss permezz ta' sistemi
tal-iskambju tad-dejta elettronika. Is-sistemi għandhom jiffaċilitaw
l-interoperabbiltà ma’ oqfsa nazzjonali u tal-Unjoni u jippermettu
lill-benefiċjarji jissottomettu l-informazzjoni kollha msemmija
fis-subparagrafu preċedenti darba biss. Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni,
il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati rigward l-iskambji
tal-informazzjoni skont dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni
għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami
msemmija fl-Artikolu 143(3).
KAPITOLU II
L-awtoritajiet ta’ ġestjoni u kontroll Artikolu 113
L-għażla
tal-awtoritajiet 1. L-Istat Membru għandu jinnomina, għal kull programm
operazzjonali, awtorità jew korp pubbliku nazzjonali, reġjonali jew lokali
bħala awtorità ta’ ġestjoni. L-istess
awtorità jew korp pubbliku tista’ tiġi nnominata bħala awtorità ta’
ġestjoni għal aktar minn programm operazzjonali wieħed. 2. L-Istat Membru għandu
jinnomina, għal kull programm, awtorità jew korp pubbliku nazzjonali,
reġjonali jew lokali bħala awtorità ta’ ċertifikazzjoni,
mingħajr ħsara għall-paragrafu 3. L-istess awtorità li
tiċċertifika tista' tintgħażel għal aktar minn programm
operazzjonali wieħed. 3. L-Istat Membru jista’
jinnomina għal programm operazzjonali awtorità ta’ ġestjoni li
twettaq ukoll il-funzjonijiet tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni. 4. L-Istat Membru għandu
jinnomina, għal kull programm operazzjonali, awtorità jew korp pubbliku
nazzjonali, reġjonali jew lokali, funzjonalment indipendenti mill-awtorità
ta’ ġestjoni u l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, bħala l-awtorità
ta’ verifika. L-istess awtorità tista' tintgħażel għal aktar minn
programm operazzjonali wieħed. 5. Għall-mira
tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, sakemm jiġi rispettat
il-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet, l-awtorità ta’
ġestjoni, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, fejn applikabbli, u
l-awtorità ta’ verifika jistgħu jkunu parti mill-istess awtorità jew korp
pubbliku. Madankollu, għal dawk il-programmi operazzjonali li
għalihom l-ammont totali ta' sostenn mill-Fondi jaqbeż EUR 250 000 000,
l-awtorità ta’ verifika ma tistax tkun parti mill-istess awtorità jew korp
pubbliku bħall-awtorità ta’ ġestjoni. 6. L-Istat Membru jista'
jinnomina korp intermedju wieħed jew aktar sabiex iwettaq ċertu
kompiti tal-awtorità ta' ġestjoni jew ta' ċertifikazzjoni taħt
ir-responsabbiltà ta' dik l-awtorità. L-arranġamenti rilevanti bejn
l-awtorità ta’ ġestjoni jew l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni u l-korpi
intermedji għandhom jiġu rreġistrati formalment bil-miktub. 7. L-Istat Membru jew l-awtorità
ta’ ġestjoni tista’ tafda l-ġestjoni ta’ parti minn programm lil korp
intermedju permezz ta' ftehim bil-miktub bejn il-korp intermedju u l-Istat
Membru jew l-awtorità ta' ġestjoni ('għotja globali'). Il-korp
intermedju għandu jipprovdi garanziji tas-solvenza u l-kompetenza
tiegħu fid-dominju kkonċernat kif ukoll il-ġestjoni
amministrattiva u finanzjarja tiegħu. 8. L-Istat
Membru għandu jistabbilixxi bil-miktub regoli li jirregolaw ir-relazzjoni
tiegħu mal-awtoritajiet ta' ġestjoni, l-awtoritajiet ta'
ċertifikazzjoni u l-awtoritajiet ta' verifika, ir-relazzjonijiet bejn dawn
l-awtoritajiet, u r-relazzjonijiet ta' dawn l-awtoritajiet mal-Kummissjoni. Artikolu 114
Il-funzjonijiet tal-awtorità
ta' ġestjoni 1. L-awtorità ta' ġestjoni għandha tkun responsabbli
għall-ġestjoni tal-programm operazzjonali skont il-prinċipju ta'
amministrazzjoni finanzjarja tajba. 2. Fir-rigward tal-ġestjoni
tal-programm tal-programm, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha: (a)
ssostni l-ħidma tal-kumitat
għall-monitoraġġ u tipprovdih bl-informazzjoni li
jeħtieġ sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, b’mod partikolari
dejta relatata mal-progress tal-programm operazzjonali fl-ilħuq
tal-objettivi tiegħu, dejta finanzjarja u dejta relatata ma’ indikaturi u
għanijiet; (b)
tfassal u, wara approvazzjoni mill-kumitat
għall-monitoraġġ, tissottometti lill-Kummissjoni rapporti ta’
implimentazzjoni annwali u finali; (c)
tagħmel disponibbli lill-korpi intermedji u
lill-benefiċjarji informazzjoni li hija rilevanti
għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħhom u l-implimentazzjoni
tal-operazzjonijiet rispettivament; (d)
tistabbilixxi sistema sabiex tirreġistra u
taħżen f’forma kompjuterizzata dejta dwar kull operazzjoni
meħtieġa għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni,
il-ġestjoni finanzjarja u l-verifika, inkluż dejta dwar
parteċipanti individwali fl-operazzjonijiet fejn applikabbli; (e)
tiżgura li d-dejta msemmija fil-punt (d)
tinġabar, tiġi rreġistrata u maħżuna fis-sistema, u li
d-dejta fuq l-indikaturi titqassam skont is-sess fejn meħtieġ
bl-Anness I tar-Regolament tal-FSE. 3. Fir-rigward tas-selezzjoni
tal-operazzjonijiet, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha: (a)
tfassal u, ladarba approvati, tapplika
proċeduri u kriterji xierqa ta’ selezzjoni li: (i) huma non-diskriminatorji u trasparenti; (ii) iqisu l-prinċipji ġenerali
stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8; (b)
tiżgura li l-operazzjoni magħżula
taqa’ fl-ambitu tal-Fond jew il-Fondi kkonċernati u fi ħdan
kategorija ta’ intervent identifikata fl-assi prijoritarju jew l-assi
prijoritarji tal-programm operazzjonali; (c)
tipprovdi lill-benefiċjarju dokument li
jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għas-sostenn għal kull operazzjoni
inkluż ir-rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw
il-prodotti jew is-servizzi li jridu jitwasslu taħt l-operazzjoni, il-pjan
finanzjarju, u l-limitu ta’ żmien għall-eżekuzzjoni; (d)
tissodisfa lilha nnifisha li l-benefiċjarju
għandu l-kapaċità amministrattiva, finanzjarja u operattiva sabiex
jissodisfa l-kondizzjonijiet definiti fil-punt (c) qabel l-approvazzjoni
tal-operazzjoni; (e)
tissodisfa lilha nnifisha li, fejn l-operazzjoni
tkun bdiet qabel is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-finanzjament
lill-awtorità ta’ ġestjoni, ir-regoli nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti
għall-operazzjoni jkunu ġew imħarsa; (f)
tiżgura ruħha li applikant ma
jirċevix sostenn mill-Fondi fejn kien, jew kellu jkun, soġġett
għal proċedura ta’ rkupru skont l-Artikolu 61 wara l-ispostament
ta’ attività produttiva fi ħdan l-Unjoni; (g)
tiddetermina l-kategoriji ta’ intervent li
għalihom għandha tiġi attribwita n-nefqa ta’ operazzjoni. 4. Fir-rigward tal-ġestjoni
u l-kontroll finanzjarju tal-programm, l-awtorità ta’ ġestjoni
għandha: (a)
tivverifika li l-prodotti u s-servizzi kofinanzjati
jkunu twasslu u li n-nefqa ddikjarata mill-benefiċjarji tkun tħallset
minnhom u li tikkonforma mal-liġi applikabbli nazzjonali u tal-Unjoni,
il-programm u l-kondizzjonijiet għas-sostenn tal-operazzjoni; (b)
tiżgura li l-benefiċjarji involuti
fl-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet rimborżati abbażi ta’
spejjeż eliġibbli verament imħallsa jżommu jew sistema ta’
kontabbiltà separata jew kodiċi ta’ kontabbiltà adegwata
għat-tranżazzjonijiet kollha relatati ma' operazzjoni; (c)
tpoġġi fis-seħħ miżuri
effettivi u proporzjonati kontra l-frodi filwaqt li tqis ir-riskji
identifikati; (d)
tistabbilixxi proċeduri sabiex jiġi
żgurat li d-dokumenti kollha dwar in-nefqa u l-verifiki meħtieġa
għal sekwenza xierqa tal-verifika jinżammu skont ir-rekwiżiti
tal-Artikolu 62 (g); (e)
tfassal id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni
tal-maniġment dwar il-funzjonament tas-sistema ta' ġestjoni u ta'
kontroll, il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti u
r-rispett tal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, flimkien ma’
rapport li jistabbilixxi r-riżultati tal-kontrolli tal-ġestjoni
mwettqa, kwalunkwe dgħufija identifikata fis-sistema ta’ ġestjoni u
ta’ kontroll u kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda. 5. Verifiki skont
il-paragrafu 4(a) għandhom jinkludu l-proċeduri li ġejjin: (a)
verifiki amministrattivi fir-rigward ta’ kull
applikazzjoni għar-rimborż mill-benefiċjarji; (b)
verifiki fuq il-post tal-operazzjonijiet. Il-frekwenza u l-kopertura tal-verifiki fuq
il-post għandu jkun proporzjonat għall-ammont ta’ sostenn pubbliku
għal operazzjoni u l-livell ta’ riskju identifikat minn dawn il-verifiki u
mill-verifiki mill-awtorità ta’ verifika tal-kontijiet għas-sistema kollha
kemm hi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll. 6. Verifiki fuq il-post ta’
operazzjonijiet individwali skont il-paragrafu (5)(b) jistgħu jitwettqu
fuq bażi ta' kampjun. 7. Fejn l-awtorità ta’
ġestjoni hija wkoll benefiċjarju taħt il-programm operazzjonali,
arranġamenti għall-verifiki msemmija fil-paragrafu 4(a)
għandhom jiżguraw is-separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet. 8. Il-Kummissjoni għandha
tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 142, li jistabbilixxu
l-modalitajiet tal-iskambju tal-informazzjoni fil-paragrafu 2(d). 9. Il-Kummissjoni għandha
tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 142, li jistabbilixxu r-regoli li
jikkonċernaw l-arranġamenti għar-rekord tal-verifika msemmi
fil-paragrafu 4(d). 10. Permezz ta’ atti
implimentattivi, il-Kummissjoni għandha tadotta l-mudell
għad-dikjarazzjoni tal-maniġment imsemmija fil-paragrafu 4(e).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont
il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 143(2). Artikolu 115
Il-funzjonijiet tal-awtorità
ta' ċertifikazzjoni L-awtorità ta' ċertifikazzjoni ta'
programm għandha tkun responsabbli b'mod partikolari sabiex: (a)
tfassal u tissottometti lill-Kummissjoni
applikazzjonijiet ta’ ħlas u tiċċertifika li dawn
jirriżultaw minn sistemi ta’ kontabbiltà affidabbli, huma bbażati fuq
dokumenti ta’ sostenn verifikabbli u ġew soġġetti għal
verifiki mill-awtorità ta’ ġestjoni; (b)
tfassal il-kontijiet annwali; (c)
tiċċertifika l-kompletezza, l-eżattezza
u l-veraċità tal-kontijiet annwali u li n-nefqa rreġistrata
fil-kontijiet tikkonforma mar-regoli applikabbli nazzjonali u tal-Unjoni u
tħallset fir-rigward ta' operazzjonijiet magħżula
għall-finanzjament skont il-kriterji applikabbli għall-programm
operazzjonali u li tikkonforma mar-regoli nazzjonali u tal-Unjoni; (d)
tiżgura li hemm sistema li tirreġistra u
taħżen, f’forma kompjuterizzata, rekords ta’ kontabbiltà
għall-kull operazzjoni, u li ssostni d-dejta kollha meħtieġa
għat-tfassil ta' applikazzjonijiet ta' ħlas u kontijiet annwali,
inkluż rekords ta' ammonti rkuprabbli, ammonti rkuprati u ammonti rtirati
wara kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni kollha jew parti minnha għal
operazzjoni jew programm operazzjonali; (e)
tiżgura għall-finijiet tat-tfassil u
s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet tal-ħlas li tkun irċeviet
informazzjoni adegwata mill-awtorità ta’ ġestjoni dwar il-proċeduri u
l-verifiki mwettqa fir-rigward tan-nefqa; (f)
tqis meta tfassal u tissottometti
l-applikazzjonijiet ta' ħlas ir-riżultati tal-verifiki kollha mwettqa
minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta’ verifika; (g)
żżomm rekords ta’ kontabbiltà f’forma
kompjuterizzata tan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni u l-kontribuzzjoni
pubblika korrispondenti mħallsa lill-benefiċjarji; (h)
iżżomm kont tal-ammonti rkuprati u ta'
ammonti miġbuda fis-segwitu ta' kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni
kollha jew parti mill-kontribuzzjoni għall-ħidma. L-ammonti rkuprati
għandhom jitħallsu lura lill-baġit ġenerali tal-Unjoni
qabel l-għeluq tal-programm operazzjonali billi jitnaqqsu
mid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa li jkun imiss. Artikolu 116
Il-funzjonijiet tal-awtorità
ta' verifika 1. L-awtorità ta’ verifika għandha tiżgura li jitwettqu verifiki
fuq is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll, fuq kampjun xieraq ta' operazzjonijiet
u fuq il-kontijiet annwali. Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 142 sabiex
tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li għandhom jissodisfaw dawk il-verifiki. 2. Fejn il-verifiki jitwettqu
minn korp ieħor għajr l-awtorità ta’ verifika, l-awtorità ta’
verifika għandha tiżgura li kwalunkwe korp bħal dan għandu
l-indipendenza funzjonali meħtieġa. 3. L-awtorità
ta' verifika għandha tiżgura li x-xogħol ta’ verifika jqis
standards ta’ verifika aċċettati internazzjonalment. 4. L-awtorità ta’ verifika għandha, fi żmien sitt xhur
mill-adozzjoni ta' programm operazzjonali, tħejji strateġija ta'
verifika għall-prestazzjoni tal-verifiki. L-istrateġija ta’ verifika
għandha tistabbilixxi l-metodoloġija tal-verifika, il-metodu
tat-teħid ta’ kampjuni għall-verifiki fuq l-operazzjonijiet u
l-ippjanar tal-verifiki fir-rigward tas-sena attwali ta’ kontabbiltà u
s-sentejn ta’ kontabbiltà sussegwenti. L-istrateġija tal-verifika
għandha tiġi aġġornata kull sena mill-2016 sa u inkluż
l-2022. Fejn sistema komuni ta' ġestjoni u ta' kontroll tapplika għal
aktar minn programm wieħed, tista’ titħejja strateġija ta'
verifika waħda għall-programmi operazzjonali kkonċernati.
L-awtorità ta’ verifika għandha tissottometti l-istrateġija tal-verifika
lill-Kummissjoni fuq talba. 5. L-awtorità
ta’ verifika għandha tfassal: (i) opinjoni ta’ verifika dwar il-kontijiet annwali għas-sena ta’
kontabbiltà preċedenti, li l-ambitu tagħha għandu jkopri
l-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali,
il-funzjonament tas-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll u l-legalità u
r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti; (ii) rapport ta’ kontroll annwali dwar
is-sejbiet tal-verifiki mwettqa matul is-sena ta’ kontabbiltà preċedenti. Ir-rapport taħt il-punt (ii) għandu
jistabbilixxi kwalunkwe nuqqasijiet li nstabu fis-sistema ta' ġestjoni u
ta' kontroll u kwalunkwe miżura korrettiva meħuda jew proposta li
trid tittieħed. Fejn sistema komuni ta’ ġestjoni u ta’
kontroll tapplika għal aktar minn programm wieħed, l-informazzjoni
meħtieġa taħt il-punt (ii) tista’ tingħaqad f’rapport
wieħed. 6. Permezz ta’ atti ta’
implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta l-mudelli
għall-istrateġija ta’ verifika, l-opinjoni tal-awditjar u r-rapport
annwali ta’ kontroll, kif ukoll il-metodoloġija għall-metodu ta’
kampjunar msemmija fil-paragrafu 4. Dawn l-atti implimentattivi
għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami
msemmija fl-Artikolu 143(3). 7. Regoli implimentattivi li jikkonċernaw l-użu tad-dejta
miġbura matul dawn il-verifiki mwettqa mill-uffiċjali tal-Kummissjoni
jew minn rappreżentati tal-Kummissjoni awtorizzati għandhom jiġu
adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura tal-eżami msemmija
fl-Artikolu 143(3). KAPITOLU III
Akkreditazzjoni Artikolu 117
Akkreditazzjoni u rtirar
tal-akkreditazzjoni tal-awtorità ta’ ġestjoni u l-awtorità ta'
ċertifikazzjoni 1. Il-korp ta’ akkreditazzjoni
għandu jadotta deċiżjoni formali sabiex jakkredita dawk
l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni li
jikkonformaw mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni li ġew stabbiliti
mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 142. 2. Id-deċiżjoni
formali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi bbażata fuq
rapport u opinjoni ta’ korp ta’ verifika indipendenti li jivvaluta s-sistema
ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, inkluż ir-rwol ta’ korpi intermedji
fiha, u l-konformità tagħha mal-Artikoli 62, 63, 114 u 115. Il-korp ta’
akkreditazzjoni għandu jqis jekk is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’
kontroll għall-programm humiex simili għal dawk fis-seħħ
għall-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti, kif ukoll kwalunkwe
evidenza tal-funzjonament effettiv tagħhom. 3. L-Istat Membru għandu
jissottometti d-deċiżjoni formali msemmija fil-paragrafu 1
lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tad-deċiżjoni
li tadotta l-programm. 4. Fejn l-ammont totali ta’
sostenn mill-Fondi għal programm jaqbeż EUR 250 000 000 il-Kummissjoni
tista’ titlob, fi żmien xahrejn mill-wasla tad-deċiżjoni formali
msemmija fil-paragrafu 1, ir-rapport u l-opinjoni tal-korp indipendenti
tal-verifika u d-deskrizzjoni tas-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel
osservazzjonijiet fi żmien xahrejn mill-wasla ta’ dawn id-dokumenti. Fid-deċiżjoni tagħha dwar jekk
titlobx dawk id-dokumenti, il-Kummissjoni għandha tqis jekk is-sistemi ta’
ġestjoni u ta’ kontroll għall-programm humiex simili għal dawk
fis-seħħ għall-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti, jekk
l-awtorità ta’ ġestjoni twettaqx ukoll il-funzjonijiet tal-awtorità ta’
ċertifikazzjoni, u kwalunkwe evidenza tal-funzjonament effettiv
tagħhom. Artikolu 118
Kooperazzjoni
mal-awtoritajiet ta’ verifika 1. Il-Kummissjoni għandha
tikkopera mal-awtoritajiet ta' verifika sabiex tikkoordina l-pjanijiet u
l-metodi tagħhom ta' verifika u għandha minnufih tagħmel skambju
tar-riżultati tal-verifiki mwettqa fuq is-sistemi ta' ġestjoni u ta’
kontroll. 2. Sabiex tiġi faċilitata din il-kooperazzjoni fil-każijiet
fejn Stat Membru jinnomina aktar minn awtorità ta' verifika waħda, l-Istat
Membru jista' jinnomina korp ta' koordinazzjoni. 3. Il-Kummissjoni u
l-awtoritajiet ta' verifika u kwalunkwe korp ta' koordinazzjoni għandhom
jiltaqgħu fuq bażi regolari u mill-inqas darba fis-sena, sakemm ma
jkunx ġie miftiehem mod ieħor, sabiex jeżaminaw ir-rapport
annwali ta' kontroll, l-opinjoni u l-istrateġija ta’ verifika u sabiex
jiskambjaw fehmiet dwar kwistjonijiet relatati mat-titjib tas-sistemi ta’
ġestjoni u ta’ kontroll.
TITOLU VII
ĠESTJONI FINANZJARJA, SALDAR TAL-KONTIJIET U KORREZZJONIJIET FINANZJARJI KAPITOLU I
Il-maniġment finanzjarju Artikolu 119
Regoli komuni
għall-pagamenti L-Istat Membru għandu jiżgura li
tal-inqas sa tmiem il-programm operazzjonali, l-ammont ta’ appoġġ
pubbliku mħallas lill-benefiċjarji huwa tal-inqas daqs il-kontribuzzjoni
mill-Fondi mħallsa mill-Kummissjoni lill-Istat Membru. Artikolu 120
Regoli komuni sabiex
jiġu kalkolati l-ħlasijiet interim u l-ħlasijiet tal-bilanċ
annwali u finali 1. Il-Kummissjoni għandha
tirrimborża bħala l-ħlasijiet interim 90% tal-ammont li
jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rata ta' kofinanzjament għal kull
assi prijoritarju stabbilit fid-deċiżjoni li tadotta l-programm
għan-nefqa eliġibbli għall-assi prijoritarju inkluż
fl-applikazzjoni tal-ħlas. Din għandha tiddetermina l-bilanċ
annwali skont l-Artikolu 130 (1). 2. Il-kontribuzzjoni mill-Fondi
lil ass prijoritarju permezz ta’ ħlasijiet interim u l-ħlas
tal-bilanċ annwali u finali m'għandhiex tkun ogħla minn: (a)
is-sostenn pubbliku indikat fl-applikazzjoni
tal-ħlas għall-assi prijoritarju; kif ukoll (b)
il-kontribuzzjoni mill-Fondi għall-assi
prijoritarju stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova
l-programm operazzjonali. 3. Minkejja l-Artikolu 22,
is-sostenn tal-Unjoni permezz tal-ħlasijiet interim u l-ħlasijiet
tal-bilanċ finali m'għandux ikun ogħla mis-sostenn pubbliku u
l-ammont massimu tas-sostenn mill-Fondi għal kull assi prijoritarju kif
stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm
operazzjonali. Artikolu 121
L-applikazzjonijiet
għall-ħlas 1. L-applikazzjonijiet
għall-ħlas għandhom jinkludu, għal kull assi prijoritarju: (a)
l-ammont totali tan-nefqa eliġibbli
mħallsa mill-benefiċjarji f’operazzjonijiet implimentattivi, kif
irreġistrati fil-kontijiet tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni; (b)
l-ammont totali ta’ sostenn pubbliku mħallas
f’operazzjonijiet implimentattivi, kif irreġistrati fil-kontijiet
tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni; (c)
is-sostenn pubbliku eliġibbli korrispondenti
li ġie mħallas lill-benefiċjarju, kif irreġistrat
fil-kontijiet tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni. 2. In-nefqa inkluża
f’applikazzjoni ta’ ħlas għandha tiġi ppruvata permezz ta’
fatturi li fuqhom tkun inħarġet riċevuta, jew permeżż
ta’ dokumenti kontabbli ta’ valur probattiv ekwivalenti, ħlief fil-każ
ta’ forom ta’ prova skont l-Artikoli 57(1)(b)(c) u (d), 58, 59 (1) u 93 u skont
l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru [...]/2012 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-Fondi Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE)
Nru 1081/2006 [FSE]. Fil-każ ta’ forom ta’ appoġġ bħal
dawn, l-ammonti inklużi f’applikazzjoni ta’ ħlas għandhom ikunu
l-kosti rimborżati lill-benefiċjarju mill-awtorità ta’ ġestjoni.
3. Permezz ta’ atti ta’
implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta l-mudell
għall-applikazzjonijiet ta’ ħlas. Dawn l-atti implimentattivi
għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija
fl-Artikolu 143(2). Artikolu 122
Ħlasijiet lil
benefiċjarji L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
l-benefiċjarji jirċievu l-ammont totali tas-sostenn pubbliku
mill-aktar fis possibbli u kollu kemm hu u fi kwalunkwe każ qabel
l-inklużjoni tan-nefqa korrispondenti fl-applikazzjoni tal-ħlas.
L-ebda ammont m'għandu jitnaqqas jew jinżamm u l-ebda spiża
speċifika jew spiża oħra b'effett ekwivalenti m'għandha
tiġi imposta li tnaqqas dawn l-ammonti għall-benefiċjarji. Artikolu 123
L-użu tal-euro 1. L-ammonti stabbiliti
fil-programmi operazzjonali sottomessi mill-Istati Membri, it-tbassir
tan-nefqa, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa, l-applikazzjonijiet
għall-ħlas, il-kontijiet annwali u n-nefqa msemmija fir-rapport ta’
implimentazzjoni annwali u finali għandhom jingħataw f'euro. Dan
l-ammont għandu jiġi konvertit f'euro bl-użu tar-rata tal-kambju
tal-kontabbiltà mensili tal-Kummissjoni fix-xahar li matulu n-nefqa ġiet
irreġistrata fil-kontijiet tal-awtorità ta' ġestjoni tal-programm
operazzjonali ikkonċernat. Din ir-rata għandha tiġi ppubblikata
mill-Kummissjoni kull xahar. 2. Meta l-euro ssir il-munita
ta' Stat Membru, il-proċedura ta' konverżjoni stabbilita
fil-paragrafu 1 għandha tkompli tapplika għan-nefqa kollha
reġistrata fil-kontijiet mill-awtorità ta' ġestjoni qabel id-data
tad-dħul fis-seħħ tar-rata fissa ta' konverżjoni bejn
il-munita nazzjonali u l-euro. Artikolu 124
Ħlas ta’ prefinanzjament 1. L-ammont ta' prefinanzjament
għandu jitħallas fi ħlasijiet parzjali kif ġej: (a) fl-2014: 2 % tal-ammont tas-sostenn
mill-Fondi għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu lill-programm
operazzjonali ; (b) fl-2015: 1 % tal-ammont tas-sostenn
mill-Fondi għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu lill-programm
operazzjonali ; (c) fl-2016: 1 % tal-ammont tas-sostenn
mill-Fondi għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu lill-programm
operazzjonali. Jekk programm operazzjonali jiġi adottat fl-2015
jew aktar tard, il-ħlasijiet preċedenti għandhom jitħallsu
fis-sena tal-adozzjoni. 2. Qabel l-1 ta’ Lulju tas-snin 2016
sa 2022 għandu jitħallas ammont annwali ta’ prefinanzjament. Fl-2016
għandu jkun ta’ 2% tal-ammont tas-sostenn mill-Fondi
għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu lill-programm operazzjonali.
Fis-snin 2017 sa 2022 għandu jkun ta’ 2,5% tal-ammont tas-sostenn
mill-Fondi għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu lill-programm
operazzjonali. Artikolu 125
Approvazzjoni
tal-prefinanzjament L-ammont imħallas bħala
prefinanzjament annwali għandu jiġi saldat mill-kontjiet tal-Kummissjoni
skont l-Artikolu 130. Artikolu 126
Dati tal-iskadenza
għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal ħlasijiet
interim u għall-ħlas tagħhom 1. L-awtorità ta’
ċertifikazzjoni għandha tissottometti fuq bażi regolari
applikazzjoni għal ħlas interim li jkopri l-ammonti rreġistrati
fil-kontijiet tagħha bħala sostenn pubbliku mħallas
lill-benefiċjarji fis-sena ta’ kontabbiltà li tispiċċa fit-30
ta' Ġunju. 2. L-awtorità ta’
ċertifikazzjoni għandha tissottometti l-applikazzjoni finali
għal ħlas interim sal-31 ta’ Lulju wara t-tmien
tas-sena ta’ kontabbiltà preċedenti u, fi kwalunkwe każ, qabel
l-ewwel applikazzjoni għal ħlas interim għas-sena ta'
kontabbiltà li jmiss. 3. L-ewwel applikazzjoni
għal pagament temporanju m’għandhiex issir qabel mal-att formali ta’
akkreditazzjoni tal-awtorità ta’ ġestjoni ikun wasal għand
il-Kummissjoni. 4. Il-ħlasijiet interim
m’għandhomx isiru għal programm fejn ir-rapport tal-implimentazzjoni
annwali ma jkunx intbagħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 101. 5. Soġġett għall-finanzjament
disponibbli, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-ħlas interim mhux
aktar tard minn 60 ġurnata wara d-data li fiha applikazzjoni għal
ħlas tkun ġiet irreġistrata mal-Kummissjoni. Artikolu 127
Diżimpenn 1. Il-Kummissjoni għandha
tiddiżimpenja kwalunkwe parti mill-ammont ikkalkolat skont ir-tieni
subparagrafu fi programm operazzjonali li ma jkunx intuża
għall-ħlas tal-pagamenti temporanji ta’ prefinanzjament, inizjali u
annwali, u tal-bilanċ annwali sal-31 ta' Diċembru tat-tieni sena
finanzjarja wara s-sena ta’ impenn tal-baġit skont il-programm
operazzjonali jew li għalih ma tkunx intbagħtet applikazzjoni ta’
ħlas skont l-Artikolu 126(1). Għall-finijiet tad-diżimpenn,
il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ammont billi żżid parti
waħda minn sitta tal-impenn baġitarju annwali relatat
mal-kontribuzzjoni annwali totali tal-2014 għal kull wieħed
mill-impenji baġitarji tas-snin 2015 sal-2020. 2. B’deroga mill-ewwel
subparagrafu tal-paragrafu 1, l-iskadenzi għad-diżimpenn
m’għandhomx japplikaw għall-impenn tal-baġit annwali relatat
mal-kontribuzzjoni annwali totali tal-2014. 3. Fil-każ fejn l-ewwel
impenn ta' baġit annwali ikun relatat mal-kontribuzzjoni annwali totali
tal-2015, permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-iskadenzi
għad-diżimpenn m’għandhomx japplikaw għall-impenn ta’
bażġit annwali marbut mal-kontribuzzjoni annwali totali tal-2015.
F’każijiet bħal dawn il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ammont
taħt l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 billi żżid parti
waħda minn ħamsa tal-impenn ta’ baġit annwali marbuta mal-ammont
tal-kontribuzzjoni totali tal-2015 ma’ kull wieħed mill-impenji ta’
baġit ta’ bejn l-2016 u l-2020. 4. Dik il-parti tal-impenji li
jkunu għadhom miftuħa fil-31 ta’ Diċembru 2022 għandha
tiġi diżimpenjata jekk xi wieħed mid-dokumenti
meħtieġa skont l-Artikolu 107(1) ma jkunx ġie sottomess
lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2023. KAPITOLU II
Approvazzjoni ta’ kontijiet u għeluq Taqsima I
Approvazzjoni
finanzjarja Artikolu 128
Kontenut tal-kontijiet
annwali 1. Il-kontijiet annwali
ċertifikati għal kull programm għandhom ikopru s-sena ta'
kontabbiltà u għandhom jinkludu fil-livell ta' kull assi prijoritarju: (a)
l-ammont totali ta’ nefqa eliġibbli
rreġistrat fil-kontijiet tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni bħala
mħallsa mill-benefiċjarji fl-operazzjonijiet implimentattivi u
s-sostenn pubbliku eliġibbli korrispondenti li jkun tħallas u
l-ammont totali ta' sostenn pubbliku mħallas f'operazzjonijiet
implimentattivi; (b)
l-ammonti rtirati u rkuprati matul is-sena fiskali,
l-ammonti li jridu jiġu rkuprati fl-aħħar tas-sena fiskali,
l-ammonti rkuprati skont l-Artikolu 61 u l-ammonti irrekuperabbli; (c)
għal kull assi prijoritarju, il-lista ta’
operazzjonijiet li jkunu tlestew matul is-sena ta’ kontabbiltà li ġew
sostnuti mill-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni; (d)
għal kull assi prijoritarju,
rikonċiljazzjoni bejn in-nefqa ddikjarata skont il-punt (a) u n-nefqa
ddikjarata fir-rigward tal-istess sena ta' kontabbiltà f’applikazzjonijiet
għall-ħlas, akkompanjati minn spjegazzjoni ta’ kwalunkwe differenza. 2. L-awtorità ta'
ċertifikazzjoni tista' tispeċifika permezz tal-assi prijoritarju
fil-kontijiet provvediment li m'għandux jaqbeż il-5 % tan-nefqa
totali fl-applikazzjonijiet għall-ħlas ippreżentati għal
sena ta’ kontabbiltà msemmija fejn il-valutazzjoni tal-legalità u r-regolarità
tan-nefqa hija soġġetta għal proċedura kontinwa
mal-awtorità ta’ verifika. L-ammont kopert għandu jiġi eskluż
mill-ammont totali tan-nefqa eliġibbli msemmija fil-paragrafu 1(a).
Dawn l-ammonti għandhom jiġu inklużi, jew esklużi
definittivament, mill-kontijiet annwali tas-sena ta’ wara. Artikolu 129
Sottomissjoni
tal-informazzjoni: Għal kull sena mill-2016 sal-2022
(inkluża din is-sena) l-Istat Membru għandu jissottometti d-dokumenti
msemmija fl-Artikolu 75(1). Artikolu 130
Saldu annwali ta’ kontijiet 1. Għall-finijiet
tal-kalkolu tal-ammont li jintalab mill-Fondi għal sena ta' kontabbiltà,
il-Kummissjoni għandha tqis: (a) l-ammont totali tan-nefqa
rreġistrata fil-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 128(1)(a), li
għalih għandha tiġi applikata r-rata ta’ kofinanzjament
għal kull ass prijoritarju; (b) l-ammont totali ta’ ħlasijiet
magħmula mill-Kummissjoni matul dik is-sena ta’ kontabilità li jikkonsisti
minn: (i) l-ammont tal-ħlasijiet interim
imħallsa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 120(1) u l-Artikolu 22;
kif ukoll (ii) l-ammont ta’ prefinanzjament annwali
mħallas taħt l-Artikolu 124(2). 2. Il-bilanċ annwali li,
b'riżultat tal-approvazzjoni tal-kontijiet, ikun jista' jiġi rkuprat
mill-Istat Membru għandu jkun soġġett għal ordni ta' rkupru
tal-Kummissjoni. Il-bilanċ annwali pagabbli lill-Istat Membru għandu
jingħadd mal-pagament interim ta' wara li jkun sar mill-Kummissjoni wara
li jkunu ġew approvati l-kontijiet. 3. Jekk,
għar-raġunijiet attribbwibbli lil Stat Membru, il-Kummissjoni mhijiex
f’pożizzjoni li ssalda l-kontijiet sat-30 ta’ April tas-sena ta’
wara t-tmiem ta’ sena ta’ kontabbiltà, il-Kummissjoni għandha tinnotifika
lill-Istat Membru bl-azzjonijiet li jridu jitwettqu mill-awtorità ta’
ġestjoni jew l-awtorità ta’ verifika, jew bl-inkjesti addizzjonali li
l-Kummissjoni tipproponi li twettaq skont l-Artikolu 65(2) u (3). 4. Il-ħlas tal-bilanċ
annwali mill-Kummissjoni għandu jkun ibbażat fuq in-nefqa ddikjarata
fil-kontijiet, nett ta’ kwalunkwe provvediment magħmul fir-rigward
tan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni li huwa soġġett għal
proċedura kontradittorja mal-awtorità ta’ verifika. Artikolu 131
L-għeluq minn sena
għall-oħra (Rolling Closure) 1. Għall-FEŻR u l-Fond
ta’ Koeżjoni, il-kontijiet annwali għal kull programm għandhom
jinkludu fil-livell ta' kull assi prijoritarju, il-lista ta' operazzjonijiet li
jkunu tlestew matul il-perjodu ta' kontabbiltà. In-nefqa relatata ma’ dawn
l-operazzjonijiet inkluża fil-kontijiet soġġetti
għad-deċiżjoni ta’ saldu għandha tiġi kkunsidrata
bħala magħluqa. 2. Għall-FSE in-nefqa
inkluża fil-kontijiet li hija soġġetta għal
deċiżjoni ta’ saldu għandha tiġi kkunsidrata bħala
magħluqa. Artikolu 132
Id-disponibilità
tad-dokumenti 1. Mingħajr ħsara
għar-regoli li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat, l-awtorità ta'
ġestjoni għandha tiżgura li d-dokumenti ta' prova kollha dwar
l-operazzjonijiet isiru disponibbli lill-Kummissjoni u l-Qorti Ewropew
tal-Awdituri fuq talba għal perjodu ta' tliet snin. Dan il-perjodu ta’
tliet snin għandu jibda mill-31 ta’ Diċembru mis-sena
tad-deċiżjoni ta’ saldu tal-kontijiet skont l-Artikolu 130 jew
mhux aktar tard mid-data tal-ħlas tal-bilanċ finali. Dan il-perjodu ta’ tliet snin għandu
jiġi interrott jew fil-każ ta’ proċeduri legali jew
amministrattiva jew inkella permezz ta’ rapport ġġustifikat kif
mistħoqq tal-Kummissjoni. 2. Id-dokumenti għandhom
jinżammu jew fil-forma tal-oriġinali, jew f’kopji veri attestati, jew
fuq ġarriera tad-dejta komunement aċċettati inklużi
verżjonijiet elettroniċi ta’ dokumenti oriġinali jew dokumenti
li jeżistu fil-verżjoni elettronika biss. 3. Id-dokumenti għandhom
jinżammu f’forma li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ suġġetti
tad-dejta għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet
li għalihom inġabret id-dejta jew għal liema jiġu
pproċessati aktar; 4. Il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 142
sabiex tistabbilixxi liema ġarriera tad-dejta jistgħu jiġu
kkunsidrati bħala aċċettati komunement. 5. Il-proċedura
għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità ta' dokumenti miżmuma
fuq data carriers normalment aċċettati mad-dokumenti oriġinali
għandha tiġi stabbilita mill-awtoritajiet nazzjonali u għandha
tiżgura li l-verżjonijiet miżmuma jikkonformaw
mal-ħtiġijiet legali nazzjonali affidabbli għal għanijiet
ta' verifika. 6. Fejn id-dokumenti
jeżistu fil-verżjoni elettronika biss, is-sistemi tal-kompjuter
użati għandhom jissodisfaw standards ta' sigurtà aċċettati
li jiżguraw li d-dokumenti miżmuma jikkonformaw mal-ħtiġiet
legali nazzjonali u huma affidabbli għal għanijiet ta' verifika.
Taqsima II
Għeluq tal-programmi operazzjonali Artikolu 133
Sottomissjoni tad-dokumenti
ta’ għeluq u ħlas tal-bilanċ finali 1. L-Istati Membri għandhom
jissottomettu d-dokumenti li ġejjin sat-30 ta’ Settembru 2023: (a)
applikazzjoni għall-ħlas tal-bilanċ
finali; (b)
rapport ta’ implimentazzjoni finali
għall-programm operazzjonali; kif ukoll (c)
id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 75(1)
għas-sena ta' kontabilità finali, mill-1 ta’ Lulju 2022
sat-30 ta’ Ġunju 2023. 2. Il-bilanċ finali
għandu jitħallas mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data
tal-approvazzjoni tal-kontijiet tas-sena ta’ kontabilità finali jew xahar wara
d-data tal-aċċettazzjoni tar-rapport ta’ implimentazzjoni finali,
skont liema data tiġi l-aħħar. Taqsima III
is-sospensjoni tal-pagamenti Artikolu 134
Is-sospensjoni tal-pagamenti 1. Il-ħlasijiet interim
kollha jew parti minnhom fil-livell ta' assi prijoritarji jew ta' programmi
operazzjonali jistgħu jiġu sospiżi mill-Kummissjoni meta: (a)
ikun hemm nuqqas serju fis-sistema ta'
ġestjoni u ta’ kontroll tal-programm operazzjonali li fir-rigward
tiegħu ma jkunux ittieħdu miżuri ta' korrezzjoni; (b)
in-nefqa f'dikjarazzjoni tan-nefqa tkun marbuta ma'
irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji u li ma tkun
ġiet ikkoreġuta; (c)
l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu
l-azzjoni meħtieġa biex jirrimedja s-sitwazzjoni u b’hekk ħoloq
interruzzjoni taħt l-Artikolu 74; (d)
ikun hemm nuqqas serju fil-kwalità u
fl-affidabbiltà tas-sistema ta' monitoraġġ jew tad-dejta dwar
l-indikaturi komuni u speċifiċi; (e)
l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu
l-azzjonijiet stipulati fil-programm operazzjonali fir-rigward
tas-sodisfazzjoni tal-kundizzjonijiet ex ante; (f)
minn reviżjoni ta' prestazzjoni
jirriżultaw provi li f'xi assi ta' prijorità ma ntlaħqux l-istadji
importanti stipulati fil-qafas ta' prestazzjoni; (g)
l-Istat Membru jonqos milli jirrispondi jew ma
jirrispondix b'mod sodisfaċenti skont l-Artikolu 20(5); (h)
ikun japplika wieħed mill-każijiet
stipulati fl-Artikolu 21(6)(a) to (e). 2. Il-Kummissjoni tista'
tiddeċiedi, permezz ta’ atti implimentattivi, li tissospendi
l-ħlasijiet interim kollha jew parti minnhom, wara li tkun tat
l-opportunità lill-Istat Membru biex jippreżenta l-osservazzjonijiet
tiegħu. 3. Il-Kummissjoni għandha
ttemm is-sospensjoni tal-ħlasijiet interim kollha jew ta' parti minnhom
meta l-Istat Membru jkun ħa l-miżuri meħtieġa li
jippermettu t-tneħħija tas-sospensjoni.
KAPITOLU III
Il-korrezzjonijiet finanzjarji Taqsima I
Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri Artikolu 135
Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati
Membri 1. L-Istati Membri għandhom qabel xejn jerfgħu r-responsabbiltà
biex jinvestigaw l-irregolaritajiet, u biex jagħmlu l-korrezzjonijiet
finanzjarji meħtieġa u jsegwu l-irkupri. Fil-każ ta’
irregolarità sistemika, l-Istat Membru għandu jestendi l-investigazzjoni
tiegħu biex ikopri l-operazzjonijiet kollha potenzjalment affettwati. 2. L-Istat Membru għandu jagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji
meħtieġa b’konnessjoni mal-irregolaritajiet individwali jew
sistemiċi li jiġu individwati fl-operazzjonijiet jew fil-programmi
operazzjonali. Il-korrezzjonijiet
finanzjarji għandhom jikkonsistu fil-kanċellazzjoni
tal-kontribuzzjoni pubblika kollha jew ta' parti minnha f'operazzjoni jew
fil-programm operazzjonali. L-Istat Membru għandu jqis in-natura u
l-gravità tal-irregolaritajiet u t-telf finanzjarju li jġarrbu l-Fondi u
għandu japplika korrezzjoni proporzjonata. Il-korrezzjonijiet finanzjarji
għandhom jiġu rreġistrati fil-kontijiet annwali mill-awtorità
ta’ ġestjoni għas-sena ta’ kontabbiltà li fiha tkun ittieħdet
id-deċiżjoni dwar il-kanċellazzjoni. 3. Il-kontribuzzjoni mill-Fondi li tkun ġiet ikkanċellata skont
il-paragrafu 2 tista' terġa' tintuża mill-Istat Membru fi
ħdan il-programm operazzjonali ikkonċernat soġġett
għall-paragrafu 4. 4. Il-kontribuzzjoni
kkanċellata skont il-paragrafu 2 ma tistax terġa' tintuża
għal kwalunkwe operazzjoni li kienet is-suġġett tal-korrezzjoni,
jew, meta tkun saret korrezzjoni finanzjarja għal irregolarità sistemika,
għal kwalunkwe operazzjoni affettwata mill-irregolarità sistemika. Taqsima II
Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni Artikolu 136
Il-kriterji għal korrezzjonijiet
finanzjarji 1. Il-Kummissjoni għandha
tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji permezz ta’ atti implimentattivi billi
tikkanċella l-kontribuzzjoni kollha tal-Unjoni jew parti minnha fi
programm operazzjonali, skont l-Artikolu 77 meta, wara li jkun twettaq
l-eżami meħtieġ, hija tikkonkludi li: (a) hemm nuqqas gravi fis-sistema ta'
ġestjoni u ta’ kontroll tal-programm operazzjonali li poġġa
f'riskju l-kontribuzzjoni tal-Unjoni li tkun diġà tħallset
fil-programm operazzjonali; (b) l-Istat Membru ma jkunx ikkonforma
mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 135 qabel il-ftuħ
tal-proċedura ta' korrezzjoni skont dan il-paragrafu; (c) in-nefqa msemmija f'applikazzjoni ta’
ħlas tkun irregolari u ma tkunx ġiet ikkorreġuta mill-Istat
Membru qabel il-ftuħ tal-proċedura ta' korrezzjoni skont dan
il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tibbaża
l-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha fuq każijiet individwali ta'
irregolaritajiet identifikati u għandha tqis jekk l-irregolarità hijiex
sistemika. Meta ma jkunx possibbli li jiġi kwantifikat b’mod
preċiż l-ammont ta’ nefqa irregolari mħallas mill-Fondi,
il-Kummissjoni għandha tapplika rata fissa jew korrezzjoni finanzjarja
estrapolata. 2. Meta tkun qed tiddeċiedi
dwar l-ammont ta' korrezzjoni skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni
għandha tqis in-natura u l-gravità tal-irregolarità u l-firxa u
l-implikazzjonijiet finanzjarji tan-nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u
ta' kontroll li jkunu nstabu fil-programm operazzjonali. 3. Meta l-Kummissjoni
tibbaża l-pożizzjoni tagħha fuq rapporti ta’ awdituri li mhumiex
dawk tas-servizzi tagħha stess, hija għandha tfassal
il-konklużjonijiet tagħha dwar il-konsegwenzi finanzjarji wara li
teżamina l-miżuri meħuda mill-Istat Membru kkonċernat
taħt l-Artikolu 135(2), in-notifiki li jkunu ntbagħtu taħt
l-Artikolu 112(3), u kwalunkwe tweġiba mill-Istat Membru. 4. Meta l-Kummissjoni, fuq
il-bażi tal-eżami tar-rapport ta’ implimentazzjoni finali
tal-programm operazzjonali, tistabbilixxi nuqqas serju fil-kisba
tal-għanijiet stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni, hija tista’ tapplika
korrezzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-assi prijoritarji kkonċernati
permezz ta’ atti implimentattivi. 5. Meta Stat Membru ma
jikkonformax mal-obbligi tiegħu kif imsemmija fl-Artikolu 86,
il-Kummissjoni tista', fir-rigward tal-grad ta' nuqqas ta' konformità ma’ dawn
l-obbligi, tagħmel korrezzjoni finanzjarja billi tikkanċella
l-kontribuzzjoni kollha tal-Fondi Strutturali jew parti minnha fir-rigward
tal-Istat Membru kkonċernat. 6. Il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 142
li jistabbilixxi l-kriterji għall-istabbiliment tal-livell ta' korrezzjoni
finanzjarja li għandha tiġi applikata. Artikolu 137
Proċedura 1. Qabel ma tieħu
deċiżjoni dwar il-korrezzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni
għandha tiftaħ il-proċedura billi tinforma lill-Istat Membru
dwar il-konklużjonijiet provviżorji tal-eżami tagħha u
titlob lill-Istat Membru biex jissottometti l-kummenti tiegħu fi
żmien xahrejn. 2. Meta l-Kummissjoni tipproponi korrezzjoni finanzjarja fuq il-bażi
ta' estrapolazzjoni jew rata fissa, l-Istat Membru għandu jingħata
l-opportunità li juri, permezz ta' eżami tad-dokumentazzjoni
konċernata, li l-livell reali tal-irregolarità huwa inqas
mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Bi
qbil mal-Kummissjoni, l-Istat Membru jista' jillimita l-kamp ta' applikazzjoni
ta' dan l-eżami għal proporzjon jew kampjun xieraq
tad-dokumentazzjoni konċernata. Minbarra
f'każijiet debitament iġġustifikati, il-ħin permess
għal dan l-eżami m'għandux jaqbeż perjodu ta' aktar minn
xahrejn wara l-perjodu ta' xahrejn imsemmi fil-paragrafu 1. 3. Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe prova provduta mill-Istat
Membru fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2. 4. Meta Stat Membru ma jaċċettax il-konklużjonijiet
provviżorji tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tistieden lill-Istat Membru
għal smigħ sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni u
l-osservazzjonijiet kollha rilevanti jkunu disponibbli bħala bażi
għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni
tal-korrezzjoni finanzjarja. 5. Sabiex tapplika l-korrezzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni
għandha tieħu deċiżjoni, permezz ta’ atti implimentattivi,
fi żmien sitt xhur mid-data tas-smigħ, jew mid-data tal-wasla ta'
informazzjoni addizzjonali meta l-Istat Membru jaqbel li jissottometti din
l-informazzjoni addizzjonali wara s-smigħ. Il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni u
l-osservazzjonijiet kollha sottomessi matul il-proċedura. Jekk ma
jseħħ l-ebda smigħ, il-perjodu ta’ sitt xhur għandu jibda
jiddekorri xahrejn wara d-data tal-ittra tal-istedina għas-smigħ
mibgħuta mill-Kummissjoni. 6. Meta l-irregolaritajiet li
jaffettwaw il-kontijiet annwali li jkunu ntbagħtu lill-Kummissjoni
jiġu identifikati mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri,
il-korrezzjoni finanzjarja li tirriżulta għandha tnaqqas
l-appoġġ mill-Fondi għall-programm operazzjonali. Artikolu 138
Obbligi tal-Istati Membri Korrezzjoni finanzjarja mill-Kummissjoni
għandha tkun migħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istat
Membru li jsegwi l-irkupri skont l-Artikolu 135(2) ta’ dan ir-Regolament u
li jirkupra l-għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1)
tat-Trattat u skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 659/1999[38]. Artikolu 139
Ħlas lura 1. Kwalunkwe ħlas lura
dovut li għandu jsir lill-baġit ġenerali tal-Unjoni għandu
jsir qabel id-data indikata fl-ordni għall-irkupru mfassal skont
l-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju. Id-data għandha tkun
l-aħħar ġurnata tat-tieni xahar wara l-ħruġ tal-ordni. 2. Kwalunkwe dewmien biex isir
il-ħlas lura jirriżulta fil-ħlas ta' mgħax minħabba
ħlas tard, li jibda jiddekorri fid-data li fiha kien dovut il-ħlas
sad-data meta fil-fatt isir il-ħlas. Ir-rata ta' dan l-imgħax
għandha tkun b'żieda ta' punt u nofs perċentwali fuq ir-rata
applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-operazzjonijiet prinċipali
tiegħu ta' rifinanzjament fl-ewwel jum ta' xogħol tax-xahar li fih
taħbat id-data li fiha jkun dovut il-ħlas.
TITOLU VIII Kontroll proporzjonali tal-programmi
operazzjonali Artikolu 140
Kontroll proporzjonali
tal-programmi operazzjonali 1. L-operazzjonijiet li
fir-rigward tagħhom in-nefqa totali eliġibbli ma taqbiżx
EUR 100 000 m'għandhomx ikunu soġġetti għal
aktar minn verifika waħda mill-awtorità ta’ verifika jew mill-Kummissjoni
qabel l-għeluq tan-nefqa kollha kkonċernata skont l-Artikolu 131.
Operazzjonijiet oħra m’għandhomx ikunu soġġetti għal
aktar minn verifika waħda f'kull sena ta’ kontabilità, mill-awtorità ta'
verifika u mill-Kummissjoni qabel l-għeluq tan-nefqa kollha
kkonċernata skont l-Artikolu 131. Dawn id-dispożizzjonijiet huma
mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4. 2. Fir-rigward ta' programmi
operazzjonali li għalihom l-opinjoni tal-awditjar l-aktar riċenti
tindika li ma hemm l-ebda nuqqasijiet sinifikanti, il-Kummissjoni tista’ taqbel
mal-awtorità għall-awditjar fil-laqgħa sussegwenti msemmija
fl-Artikolu 118(3) li l-livell ta’ xogħol ta’ verifika
meħtieġ jista’ jitnaqqas sabiex ikun proporzjonat mar-riskju
stabbilit. F’dawn il-każijiet,
il-Kummissjoni mhijiex se twettaq awditjar fuq il-post sakemm ma jkunx hemm
prova li tissuġġerixxi nuqqasijiet fis-sistema ta' ġestjoni u
ta' kontroll li jaffettwaw in-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni f'sena ta'
kontabbiltà li għaliha l-kontijiet kienu s-suġġett ta'
deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni. 3. Fil-każ ta' programmi
operazzjonali li għalihom il-Kummissjoni tikkonkludi li tista’
tistrieħ fuq l-opinjoni tal-awtorità għall-awditjar, tista’ taqbel
mal-awtorità ta' awditjar li tillimita l-awditjar fuq il-post biex tagħmel
awditjar tax-xogħol tal-awtorità għall-awditjar ħlief jekk ikun
hemm prova ta' nuqqasijiet fix-xogħol tal-awtorità għall-awditjar
għal sena ta’ kontabbiltà li għaliha l-kontijiet kienu
soġġetti għal deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni. 4. Mingħajr
preġudizzju għall-paragrafu 1, l-awtorità għall-awditjar u
l-Kummissjoni jistgħu jwettqu awditjar ta’ operazzjonijiet f'każ li
permezz ta' valutazzjoni tar-riskju jiġi stabbilit riskju speċifiku
ta’ irregolarità jew frodi, f’każ ta' prova ta’ nuqqasijiet serji
fis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-programm operazzjonali
kkonċernat, u matul it-3 snin wara l-għeluq tan-nefqa kollha ta’
operazzjoni skont l-Artikolu 131, bħala parti minn kampjun ta’
awditjar. Il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe ħin twettaq awditjar ta'
operazzjonijiet bl-iskop li twettaq valutazzjoni tax-xogħol ta' awtorità
għall-awditjar permezz tat-twettiq mill-ġdid tal-attività ta’ awditjar
tagħha.
IR-RABA' PARTI DELEGI TA’ SETGĦAT,
DISPOŻIZZJONIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI, TRANŻITORJI U FINALI KAPITOLU I Delegi ta' setgħat u
dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni Artikolu 141
Emenda tal-Annessi Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’
atti delegati skont l-Artikolu 142, emendi għall-Annessi I sa V ta'
dan ir-Regolament fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet
rilevanti ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 142
Eżerċizzju
tad-delega 1. Is-setgħat biex ikunu
adottati atti ddelegati jingħataw lill-Kummissjoni skont
il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Id-delegi ta' setgħat
imsemmija f'dan ir-Regolament għandhom jingħataw għal perjodu
ta' żmien mhux definit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan
ir-Regolament. 3. Id-delegi ta' setgħat
msemmija fl-Artikolu 141 jistgħu jiġu revokati fi kwalunkwe
ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm
id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din
għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni
tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa
l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ. 4. Malli tadotta att delegat,
il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew
u lill-Kunsill. 5. L-atti delegati għandhom
jidħlu fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun
ġiet espressa mill-Parlament Ewropew jew inkella mill-Kunsill fi
żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif
ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se
joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż
b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu, la
l-Parlament Ewropew u anqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw
għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol
fis-seħħ fid-data msemmija hemmhekk. L-att delegat jista’ jkun ippubblikat f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol
fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament
Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb
tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill
joġġezzjonaw għal att delegat, l-att m’għandux jidħol
fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għall-att
delegat għandha tagħti r-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet
tagħha. Artikolu 143
Il-proċedura tal-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha
tkun assistita minn Kumitat ta' Koordinazzjoni tal-Fondi. Il-kumitat
għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Fejn issir referenza
għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament
(UE) Nru 182/2011. 3. Fejn issir referenza
għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament
(UE) Nru 182/2011. Meta l-opinjoni tal-Kumitat skont il-paragrafi 2 u
3 għandha tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura
għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta’
żmien għall-għoti tal-opinjoni, tittieħed
deċiżjoni mill-president tal-Kumitat jew jintalab mill-membri
fir-rigward ta' dan. Meta l-kumitat ma jagħtix opinjoni,
il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz tal-att implimentattiv u għandu
jiġi applikat it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament
(UE) Nru 182/2011. KAPITOLU
II Dispożizzjonijiet
tranżitorji u finali
Artikolu 144
Reviżjoni Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom
jirrevedu dan ir-Regolament sal-31 ta’ Diċembru 20XX skont
il-Artikolu 177 tat-Trattat.
Artikolu 145
Dispożizzjonijiet
tranżitorji 1. Dan ir-Regolament
m'għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika, inkluż
il-kanċellazzjoni sħiħa jew parzjali, tal-proġetti
kkonċernati, sal-għeluq tagħhom, jew tal-assistenza approvata
mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ dak ir-Regolament jew ta' kwalunkwe
leġiżlazzjoni oħra li tapplika għal dik l-assistenza fil-31 ta’ Diċembru 2013. 2. L-applikazzjonijiet li saru
skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 għandhom
jibqgħu validi. Artikolu 146
Revoka 1. Ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1083/2006 qed jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. 2. Ir-referenzi magħmula
għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala
referenzi għal dan ir-Regolament. Artikolu 147
Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier
tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS I Metodu
għall-istabbiliment tal-qafas ta’ prestazzjoni 1. Fejn xierqa, il-qafas ta'
prestazzjoni għandu jkun magħmul minn stadji importanti li jiġu
stabbiliti għal kull prijorità, għas-snin 2016 u 2018 u
l-għanijiet għandhom jiġu stabbiliti għas-sena 2022.
L-istadji importanti u l-għanijiet għandhom jiġu
ppreżentati skont il-forma stabbilita fit-tabella 1. Tabella 1: Forma standard għall-qafas ta’
prestazzjoni Prijorità || Indikatur u unità ta’ kejl, fejn xieraq || Stadju importanti għall-2016 || Stadju importanti għall-2018 || Għan għall-2022 || || || || || || || || || || || || || || || || 2. L-istadji importanti huma
għanijiet intermedji għall-ilħuq tal-objettiv speċifiku ta’
prijorità, fejn xieraq, li jesprimu l-intenzjoni ta' progress li għandu
jkun sar lejn l-għanijiet stabbiliti għat-tmiem tal-perjodu.
L-istadji importanti stabbiliti għall-2016 għandhom jinkludu
indikaturi finanzjarji u indikaturi tal-produzzjoni. L-istadji importanti
stabbiliti għall-2018 għandhom jinkludu indikaturi finanzjarji,
indikaturi tal-produzzjoni u indikaturi tar-riżultati. L-istadji
importanti jistgħu jiġu stabbiliti wkoll fir-rigward tal-passi
prinċipali tal-implimentazzjoni. 3. L-istadji importanti
għandhom ikunu: –
rilevanti, li jħaddnu fihom l-informazzjoni
essenzjali dwar il-progress li jkun sar fi prijorità waħda; –
trasparenti, b’objettivi oġġettivament
verifikabbli u fejn id-dejta tas-sors li tkun ġiet identifikata tkun
disponibbli pubblikament; –
verifikabbli, mingħajr ma jiġi impost
piż amministrattiv sproporzjonat; –
konsistenti matul il-programmi operazzjonali, fejn
xieraq.
ANNESS II Rendikont
dettaljat annwali tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-2014 sa l-2020 […] ANNESS III
Addizzjonalità
1.
In-nefqa strutturali pubblika jew l-ekwivalenti tagħha
Iċ-ċifra dwar il-Formazzjoni Grossa
tal-Kapital Fiss fil-kolonna X-1, espressa bħala sehem tal-Prodott
Domestiku Gross ('PDG'), skont it-Tabella 2 tal-Anness 2 tal-"Linji Gwida
dwar il-forma u l-kontenut tal-Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza"[39], se tintuża biex
tiġi determinata n-nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti.
2.
Verifika
Il-verifiki ta’ addizzjonalità skont
l-Artikolu 86(3) huma soġġetti għar-regoli li ġejjin: 2.1 Verifika ex-ante (a)
Meta Stat Membru jissottometti Kuntratt ta'
Sħubija, għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-profil tal-pjan
tan-nefqa fil-forma tat-Tabella 1 hawn taħt. F'dawk l-Istati Membri fejn
ir-reġjuni inqas żviluppati u intermedji jkopru iktar minn 15% u
inqas minn 70% tal-popolazzjoni, l-informazzjoni dwar in-nefqa f'[reġjuni
anqas żviluppati u intermedji] għandha tiġi pprovduta fl-istess
format. Tabella 1 Nefqa tal-Gvern Ġenerali bħala sehem tal-PDG || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 P51 || X || X || X || X || X || X || X (b)
L-Istat Membru għandu jipprovdi
lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-indikaturi makroekonomiċi ewlenin
u l-previżjonijiet li fuqhom ikun imsejjes il-livell tan-nefqa strutturali
pubblika jew l-ekwivalenti tagħha. (c)
Ladarba jkun hemm qbil min-naħa
tal-Kummissjoni u l-Istat Membri, it-Tabella 1 hawn fuq se tiġi
inkluża fil-Kuntratt ta' Sħubija tal-Istat Membru kkonċernat
bħala l-livell ta' referenza tan-nefqa strutturali pubblika jew
l-ekwivalenti tagħha li trid tinżamm fis-snin 2014-2020. 2.2 Verifika ta’ nofs il-perjodu (a)
Fil-mument tal-verifika ta’ nofs il-perjodu,
jitqies li Stat Membru jkun żamm il-livell tan-nefqa strutturali pubblika
jew l-ekwivalenti tagħha jekk il-medja annwali tan-nefqa fis-snin 2014-2017
tkun ugwali jew ogħla mil-livell ta' referenza tan-nefqa stabbilit fil-Kuntratt
ta' Sħubija. (b)
Wara l-verifika ta’ nofs il-perjodu, il-Kummissjoni
tista’ tirrevedi, b’konsultazzjoni ma’ Stat Membru, il-livell ta’ referenza
tan-nefqa strutturali pubblika jew l-ekwivalenti tagħha fil-Kuntratt ta’
Sħubija jekk is-sitwazzjoni ekonomika tal-Istat Membru tkun inbidlet b'mod
sinifikanti mill-adozzjoni tal-Kuntratt ta' Sħubija u l-bidla ma tkunx
ġiet meqjusa fl-istabbilizzazzjoni tal-livell ta' referenza fil-Kuntratt
ta’ Sħubija. 2.3 Verifika ex post Fil-mument tal-verifika ex-post, Stat
Membru għandu jitqies li jkun żamm il-livell tan-nefqa strutturali
pubblika jew l-ekwivalenti tagħha jekk il-medja annwali tan-nefqa fis-snin
2014-2020 tkun ugwali jew ogħla mil-livell ta' referenza stabbilit
fil-Kuntratt ta' Sħubija.
3.
Rati ta’ korrezjoni finanzjarja wara l-verifika ex-post
Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li twettaq
korrezzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 86(4), ir-rata ta’ korrezzjoni
finanzjarja għandha tinkiseb billi jitnaqqas 3 % mid-differenza bejn
il-livell ta' referenza fil-Kuntratt ta' Sħubija u l-livell miksub,
espress bħala perċentwali tal-livell ta' referenza, u imbagħad
ir-riżultat jiġi diviż f'10. Il-korrezzjoni finanzjarja
gћandha tiġi stabbilita billi din ir-rata ta’ korrezzjoni
finanzjarja tiġi applikata gћall-kontribuzzjoni mill-Fond lill-Istat
Membru kkonċernat għar-reġjuni inqas żviluppati u
għar-reġjuni ta’ tranżizzjoni fil-perjodu sħiħ ta’
programmazzjoni. Jekk id-differenza bejn il-livell ta’
referenza fil-Kuntratt ta’ Sħubija u l-livell miksub, espressa bħala
perċentwali tal-livell ta’ referenza fil-Kuntratt ta’ Sħubija, tkun 3 %
jew inqas, m’għandha ssir l-ebda korrezzjoni finanzjarja. Il-korrezzjoni finanzjarja m’gћandhiex
tkun iktar minn 5% tal-allokazzjoni tal-Fondi lill-Istat Membru kkonċernat
għar-reġjuni inqas żviluppati u għar-reġjuni ta’
tranżizzjoni fil-perjodu sħiħ ta’ programmazzjoni. ANNESS IV
Kondizzjonalitajiet ex ante Kondizzjonalitajiet
tematiċi ex ante Objettivi tematiċi || Kondizzjonalità ex ante || Il-kriterji għall-adempjiment 1. It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni (l-għan għar-R&Ż) (imsemmija fl-Artikolu 9(1)) || 1.1. Riċerka u innovazzjoni: L-eżistenza ta’ strateġija nazzjonali jew reġjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti b’konformità mal-Programm ta’ Riforma Nazzjonali, biex tiġi sfruttata n-nefqa privata fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni, li tikkonforma mal-karatteristiċi ta’ sistemi ta’ riċerka u innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali bi prestazzjoni tajba[40]. || – Ikun hemm strateġija ta' riċerka u innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali għal speċjalizzazzjoni intelliġenti li: – tkun imsejsa fuq analiżi SWOT biex jiġu kkonċentrati r-riżorsi fuq sett limitat ta’ prijoritajiet ta’ riċerka u innovazzjoni; – tagħti deskrizzjoni ġenerali ta' miżuri għall-istimulazzjoni tal-investiment RTD; – tinkludi sistema ta' monitoraġġ u reviżjoni. – Stat Membru adotta qafas li jiddeskrivi b'mod ġenerali r-riżorsi tal-baġit disponibbli għar-riċerka u l-innovazzjoni; – Stat Membru adotta pjan multiannwali għall-ibbaġitjar u l-prijoritizzazzjoni ta’ investimenti marbuta ma' prijoritajiet tal-UE (Forum Strateġiku Ewropew għall-Infrastrutturi tar-Riċerka - ESFRI). 2. It-titjib tal-aċċessibbiltà għal teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-użu u l-kwalità tagħhom (L-għan tal-Broadband) (imsemmija fl-Artikolu 9(2)) || 2.1. Tkabbir digitali: L-eżistenza fi ħdan l-istrateġija ta' innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti ta’ kapitolu espliċitu għat-tkabbir diġitali biex tiġi stimulata d-domanda għal servizzi privati u pubbliki li jintlaħqu mill-but ta' kulħadd, ta' kwalità tajba u interoperabbli, megħjuna mill-ICT u biex ikun hemm żieda fl-għażla tagħhom miċ-ċittadini, inklużi gruppi vulnerabbli, negozji u amministrazzjonijiet pubbliċi kif ukoll inizjattivi transkonfinali. || – Ikun hemm kapitolu dwar it-tkabbir diġitali fi ħdan l-istrateġija ta’ innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti li jkun fih: – l-ibbaġitjar u l-prijoritizzazzjoni ta’ azzjonjiet permezz ta’ analiżi SWOT imwettqa b’allinjament mat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa[41];analiżi tal-appoġġ għall-ibbilanċjar fir-rigward tad-domanda u l-provvista ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) li kellhom jitwettqu; – għanijiet li jistgħu jitkejlu fir-rigward ta' riżultati u interventi fil-qasam tal-litteriżmu diġitali, il-kapaċitajiet, l-inklużjoni elettronika, l-aċċessibilità elettronika u s-saħħa elettronika li jkunu allinjati mal-istrateġiji settorjali nazzjonali jew reġjonali, eżistenti u rilevanti. – evalwazzjoni tal-ħtiġijiet biex jissaħħaħ il-bini tal-kapaċità tal-ICT. 2.2. Infrastrutturi ta’ Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGA): L-eżistenza ta’ Pjanijiet nazzjonali ta’ NGA (“Next Generation Access”) li jqisu l-azzjonijiet reġjonali sabiex jilħqu l-miri tal-UE għal aċċess għall-Internet veloċi ħafna[42], li jiffukaw fuq iż-żoni fejn is-suq jonqos milli jipprovdi infrastruttura miftuħa bi prezz li jintlaħaq mill-but ta' kulħadd u ta’ kwalità adegwata b’konformità mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat, u biex jipprovdu servizzi aċċessibbli għal gruppi vulnerabbli. || – Ikun hemm pjan NGA nazzjonali jkun fih: – pjan ta’ investimenti ta’ infrastruttura permezz tal-aggregazzjoni tad-domanda u kartografija tal-infrastruttura u s-servizzi, li jiġi aġġornat regolarment; – mudelli ta’ investiment sostenibbli li jsaħħu l-kompetizzjoni u jipprovdu aċċess għal infrastrutturi u servizzi miftuħa, li jilħqu l-but ta' kulħadd, ta' kwalità u li jkunu validi anke fil-ġejjieni; – miżuri biex jiġi stimulat l-investiment privat. 3. It-tisħiħ tal-kompetittività ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) (imsemmija fl-Artikolu 9(3)) || 3.1. Twettqu azzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni effettiva tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA) u għar-Reviżjoni tiegħu tat-23 ta’ Frar 2011[43] inkluż il-prinċipju "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir". || – Dawn l-azzjonijiet speċifiċi jinkludu: – mekkaniżmu ta’ monitoraġġ sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-SBA inkluż korp inkarigat mill-koordinazzjoni ta’ kwistjonijiet tal-SMEs fil-livelli amministrattivi differenti (“Rappreżentant tal-SMEs”); – miżuri biex iż-żmien biex jiġu stabbiliti negozji jitnaqqas għal 3 ijiem tax-xogħol u l-ispiża titnaqqas sa €100; – miżuri biex iż-żmien meħtieġ biex jiġu akkwistati liċenzji u permessi biex tinbeda u titwettaq l-attività speċifika ta’ impriża jitnaqqas għal 3 xhur; – mekkaniżmu għall-valutazzjoni sistematika tal-impatt tal-leġiżlazzjoni fuq l-SMEs bl-użu ta' "Test tal-SMEs", filwaqt li jitqiesu d-daqsijiet differenti tal-intrapriżi, meta dan ikun rilevanti. 3.2. Traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva (2011/7/UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali[44]. || – Traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva (sas-16 ta’ Marzu 2013). 4. L-appoġġ għall-bidla lejn ekonomija li għandha emissjonijiet ta' karbonju baxxi fis-setturi kollha (imsemmi fl-Artikolu 9(4)) || 4.1. L-effiċjenza fl-enerġija: Traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar il-prestazzjoni tal-bini fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva[45]. Konformità mal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforzi tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gass b'effett ta’ serra biex jintlaħqu l-impenji tal-Komumnità ta’ tnaqqis ta’ emmissjoni ta’ gassijiet bl-effett ta’ serra sal-2020[46]. Transposition into national law of Directive 2006/32/EC of the European Parliament and of the Council of 5 April 2006 on energy end-use efficiency and energy services[47]. Transposition into national law of Directive 2004/8/EC of the European Parliament and of the Council of 11 February 2004 on the promotion of cogeneration based on a useful demand in the internal energy market and amending Directive 92/42/EEC[48]. || – Implimentazzjoni tar-rekwiżiti minimi relatati mal-prestazzjoni tal-eġerġija tal-bini meħtieġ b’konformità mal-Artikolu 3, l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/31/UE – L-adozzjoni ta’ miżuri meħtieġa sabiex tiġi stabbilita sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini skont l-Artkolu 11 tad-Direttiva 2010/31/UE; – Twettiq tar-rata meħtieġa ta' rinnovazzjoni ta' binjiet pubbliċi; – Il-klijenti aħħarin jiġu pprovduti individwalment b'arloġġi tal-kejl; – L-effiċjenza fit-tisħin u t-tkessieħ hija promossa skont id-Direttiva 2004/8/KE. 4.2. Enerġija li tiġġedded: Traspożizzjoni f’liġi nazzjonali tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn għejun rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi (2001/77/KE) u (2003/30/KE)[49]. || – Stat Membru implimenta skemi ta' appoġġ trasparenti, prijorità fl-aċċess għan-netwerk u fil-kunsinna, regoli standard relatati mal-ħlas u l-kondiviżjoni tal-ispejjeż ta' adattamenti tekniċi li jkunu saru pubbliċi; – Stat Membru adotta pjan ta’ azzjoni nazzjonali dwar l-enerġija li tiġġedded skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/28/KE. 5. Il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju marbut miegħu (L-għan tat-tibdil fil-klima) (imsemmi fl-Artikolu 9(5) || 5.1. Prevenzjoni tar-riskju u ġestjoni tal-kriżi: L-eżistenza ta’ evalwazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali tar-riskju għall-ġestjoni tad-diżastri, li jqisu l-adattament għat-tibdil fil-klima[50]. || – Għandha ssir evalwazzjoni nazzjonali jew reġjonali tar-riskju li tinkludi: – Deskrizzjoni tal-proċess, il-metodoloġija, il-metodi u d-dejta mhux sensittiva użata għall-evalwazzjoni nazzjonali tar-riskju; – Deskrizzjoni tax-xenarji b’riskju wieħed u b’diversi riskji; – Il-kunsiderazzjoni, fejn xieraq, ta' strateġiji nazzjonali għall-adattament għat-tibdil fil-klima; 6. Il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-użu sostenibbli tar-riżorsi (imsemmijin fl-Artikolu 9(6)) || 6.1. Is-settur tal-ilma: L-eżistenza ta' a) politika tal-ipprezzar tal-ilma li tiżgura inċentivi adegwati għall-utenti biex jużaw ir-riżorsi tal-ilma b’mod effiċjenti u b) kontribuzzjoni adegwata tal-użu differenti tal-ilma għall-irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma[51]. || – Stat Membru żgura li jkun hemm kontribuzzjoni tal-użi differenti tal-ilma biex jirkupra l-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma skont is-settur skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/60/KE. – L-adozzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara għad-distrett tal-baċir tax-xmara fejn se jseħħu l-investimenti skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma[52]. 1. 6.2. Is-settur tal-iskart: Implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi[53], b’mod partikolari l-iżvilupp ta' pjanijiet tal-ġestjoni tal-iskart skont id-Direttiva u skont il-klassifikazzjoni tal-iskart. || – Stat Membru ħejja rapport għall-Kummissjoni dwar il-progress li qed isir lejn l-għanijiet tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE, ir-raġunijiet għan-nuqqasijiet u l-azzjonijiet li hemm il-ħsieb li jittieħdu biex jintlaħqu l-għanijiet; – Stat Membru żgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jistabbilixxu, skont l-Artikoli 1, 4, 13 u 16 tad-Direttiva 2008/98/KE, pjan wieħed jew aktar għall-ġestjoni tal-iskart kif meħtieġ mill-Artikolu 28 tad-Direttiva; – Mhux aktar tard mit-12 ta’ Diċembru 2013, Stat Membru stabbilixxa, skont l-Artikoli 1 u 4 tad-Direttiva 2008/98/KE, programmi ta' prevenzjoni tal-iskart, kif meħtieġ mill-Artikolu 29 tad-Direttiva; – Stat Membru ħa l-miżuri meħtieġa biex jikseb l-għan tal-2020 dwar l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/98/KE. 7. Il-promozzjoni ta' trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' toroq li jidjiequ f'netwerks infrastrutturali prinċipali: (imsemmija fl-Artikolu 9(7)) || 7.1. Triq: L-eżistenza ta’ pjan tat-trasport nazzjonali komprensiv li jinkludi prijoritizzazzjoni xierqa ta’ investimenti fil-qalba tan-Netwerk Ewropew tal-Infrastruttura tat-Trasport (TEN-T) , fin-netwerk komprensiv (investimenti oħra għajr it-TEN-T ewlieni) u fil-konnettività sekondarja (inkluż it-trasport pubbliku fil-livell reġjonali u lokali). || – Ikun hemm pjan tat-trasport komprensiv li jinkludi: – prijoritizzazzjoni ta’ investimenti fin-netwerk TEN-T ewlieni, fin-netwerk komprensiv u fil-konnettività sekondarja. Il-prijoritizzazzjoni għandha tqis il-kontribuzzjoni tal-investimenti fil-mobilità, fis-sostenibbiltà, it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta' serra u l-kontribut għaż-żona tat-trasport Unika Ewropea; – sensiela ta’ proġetti realistiċi u maturi (inklużi skeda ta' tqassim biż-żmien, il-qafas tal-baġit); – evalwazzjoni ambjentali strateġika li tissodisfa r-rekwiżiti legali għall-pjan tat-trasport; – miżuri biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ korpi intermedjarji u ta' benefiċjarji li jwettqu sensiela ta' proġetti. 7.2. Ferrovija: Li fil-pjan nazzjonali u komprensiv ta' trasport ikun hemm kapitolu iddedikat għall-iżvilupp tal-ferrovija li jipprijoritizza kif xieraq l-investimenti fil-qalba tan-netwerk tan-Netwerk Trans Ewropew tal-Infrasruttura tat-Trasport (TEN-T), fin-netwerk komprensiv (investimenti oħra barra minn dawk fil-qalba tat-TEN-T) u fil-konnettività sekondarja tas-sistema tal-ferrovija skont il-kontributi fil-mobilità, fis-sostenibilità, fl-effetti wiesa' tan-netwerk nazzjonali u Ewropew. L-investimenti jkopru assi mobbli u l-interoperabilità u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet. || – Ikun hemm kapitolu dwar l-iżvilupp tal-ferroviji fi ħdan il-pjan tat-trasport komprensiv li jinkludi: 2. sensiela ta’ proġetti realistiċi u maturi (inkluż skeda ta’ tqassim skont iż-żmien, qafas tal-baġit); 3. evalwazzjoni ambjentali strateġika li tissodisfa r-rekwiżiti legali għall-pjan tat-trasport; 4. miżuri biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ korpi intermedjarji u ta' benefiċjarji li jwettqu sensiela ta' proġetti. 8. Il-promozzjoni tal-impjiegi u l-appoġġ għall- mobiltà fix-xogħol (L-għan tal-impjieg) (imsemmi fl-Artikolu 9(8)) || 8.1. Aċċess għax-xogħol għal dawk li jfittxuh u għal persuni bla xogħol, inklużi inizjattivi lokali dwar l-impjegar u appoġġ għall-mobilità fix-xogħol. Jitfasslu u jitwettqu politiki ta' suq tax-xogħol attiv skont il-linji gwida dwar l-Impjegar u l-Linji gwida Ġenerali dwar il-politika fil-qasam tal-ekonomija tal-Istati Membri tal-Unjoni[54] fir-rigward tal-kundizzjonijiet li jippermettu li jinħoloq ix-xogħol; || – Is-servizzi tal-impjieg ikollhom il-kapaċità li jwettqu u jwasslu: – servizzi personalizzati u miżuri attivi u preventivi fis-suq tax-xogħol sa minn stadju bikri u li jkunu miftuħa għal dawk kollha li jfittxu x-xogħol; – antiċipazzjoni u għotja ta’ pariri dwar opportunitajiet ta' impjieg fuq perjodu ta' żmien twil maħluqa minn bidliet strutturali fis-suq tax-xogħol bħall-bidla għal livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju; – informazzjoni trasparenti u sistematika dwar postijiet tax-xogħol battala. – Is-servizzi tal-impjieg stabbilixxew netwerks ma' min iħaddem u mal-istituzzjonijiet edukattivi. 8.2. Impjieg indipendenti, intraprenditorija u ħolqien tan-negozju: li jkun hemm strateġija komprensiva għal għajnuna komprensiva biex wieħed jibda negozju skont l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar[55] u b'koerenza mal-linjigwida dwar l-Impjiegi u l-Linji Gwida Ġenerali' dwar il-politika fil-qasam tal-ekonomija tal-Istati Membri tal-Unjoni[56] fir-rigward tal-kundizzjonijiet li jippermettu li jinħoloq ix-xogħol. || – Ikun hemm strateġija komprensiva u inklużiva fis-seħħ li tinkludi: – miżuri biex iż-żmien biex jiġu stabbiliti negozji jitnaqqas sa tliet ijiem tax-xogħol u l-ispiża titnaqqas sa €100; – miżuri biex iż-żmien meħtieġ biex jiġu akkwistati liċenzji u permessi biex tinbeda u titwettaq l-attività speċifika ta’ impriża jitnaqqas għal tliet xhur; – azzjonjiet marbuta ma’ servizzi adattati tal-iżvilupp tan-negozju u servizzi finanzjarji (aċċess għall-kapital) inkluż l-involviment ta' gruppi u żoni żvantaġġjati. 8.3. Modernizzazzjoni u tisħiħ tal-istituzzjonijiet tas-swieq tax-xogħol, inklużi l-azzjonijiet biex tittejjeb il-mobilità transnazzjonali tax-xogħol[57]. - Labour market institutions are modernised and strengthened in accordance with the Employment Guidelines; - Reforms of labour market institutions will be preceded by a clear strategy and ex ante assessment including the gender dimension || – Azzjonijiet biex jiġu rriformati s-servizzi tal-impjieg, bil-għan li tingħatalhom il-kapaċità li jwasslu[58]: – servizzi personalizzati u miżuri attivi u preventivi fis-suq tax-xogħol sa minn stadju bikri u li jkunu miftuħa għal dawk kollha li jfittxu x-xogħol; – għotja ta’ pariri dwar opportunitajiet ta' impjieg fuq perjodu ta' żmien twil maħluqa minn bidliet strutturali fis-suq tax-xogħol bħall-bidla għal livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju; – informazzjoni trasparenti u sistematika dwar opportunitajiet ġodda tax-xogħol aċċessibbli fil-livell tal-Unjoni. – Ir-riforma tas-servizzi tal-impjieg se tinkludi l-ħolqien ta’ netwerks ma min iħaddem u mal-istituzzjonijiet edukattivi. 8.4. Xjuħija attiva u b'saħħitha: Politiki għal xjuħija attiva jiġu mfassla u mwassla skont il-Linji Gwida tal-Impjiegi[59] || – Azzjonijiet biex jinkisbu riżultati fl-isfidi ta' xjuħija attiva u b'saħħitha[60]: – Il-partijiet interessati kollha rilevanti huma involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki dwar xjuħija attiva; – Stat Membru għandu miżuri fis-seħħ biex jippromwovi xjuħija attiva biex inaqqas l-irtirar bikri. || 8.5. Adattamet ta’ ħaddiema, impriżi u intraprendituri għall-bidla: L-eżistenza ta’ politiki bil-għan li jiffavorixxu l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tajba tal-bidla u r-ristrutturar fil-livelli rilevanti kollha (nazzjonali, reġjonali, lokali u settorjali)[61]. || – Ikun hemm fis-seħħ strumenti effettivi li jappoġġjaw lill-imsieħba soċjali u lill-awtoritajiet pubbliċi biex jiġu żviluppati metodi proattivi lejn il-bidla u r-ristrutturar. 9. L-investiment fil-ħiliet, fl-edukazzjoni u fit-tagħlim tul il-ħajja (L-għan tal-edukazzjoni) (imsemmi fl-Artikolu 9(10) || 9.1. Tluq bikri mill-iskola: L-eżistenza ta’ strateġija komprensiva biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola (ESL) skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 dwar politika biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel[62]. || – Ikun hemm sistema għall-ġbir u l-analiżi tad-dejta u l-informazzjoni dwar l-ESL f’livell nazzjonali, reġjonali u lokali li: – tipprovdi bażi ta' evidenza suffiċjenti biex jiġu żviluppati politiki ffukati; – tintuża sistematikament biex isir monitoraġġ tal-iżviluppi fil-livell rispettiv. – Ikun hemm strateġija dwar l-ESL hija li: – tkun imsejsa fuq l-evidenza; – tkun komprensiva (pereżempju tkopri s-setturi edukattivi kollha inklużi dawk tal-iżvilupp bikri tat-tfal) u tindirizza b'mod adegwat il-miżuri ta’ prevenzjoni, ta' intervent u ta’ kumpens; – tistabbilixxi objettivi li jkunu konsistenti mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar politiki sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola; – tolqot is-setturi kollha, u tinvolvi u tikkordina s-setturi tal-politika u l-partijiet interessati kollha li huma rilevanti biex jindirizzaw l-ESL. 9.2. L-edukazzjoni għolja: L-eżistenza ta’ strateġiji nazzjonali jew reġjonali biex jiżdiedu l-kisbiet, il-kwalità u l-effiċjenza fl-edukazzjoni terzjarja skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Mejju 2006 dwar il-kisba ta' riżultati tal-aġenda ta’ modernizzazzjoni għall-universitajiet: l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni[63]. || – Ikun hemm stratreġija nazzjonali jew reġjonali għall-edukazzjoni terzjarja hija li tinkludi: – miżuri biex tiżdied il-parteċipazzjoni u l-kisba li: – ittejjeb il-gwida pprovduta lil studenti prospettivi; – iżżid il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni għolja fost il-gruppi bi dħul baxx u gruppi oħra li mhumiex rappreżentati biżżejjed. – iżżid il-parteċipazzjoni ta' studenti adulti; – (fejn meħtieġ) tnaqqas ir-rati tat-tluq mill-iskola/ittejjeb ir-rati ta’ studenti li jibqgħu sal-aħħar u jispiċċaw l-iskola; – miżuri biex tiżdied il-kwalità li: – tinkoraġġixxi kontenut u tfassil ta' programmi innovattivi; – tippromwovi standards għoljin ta’ kwalità fit-tagħlim; – miżuri biex tiżdied l-impjegabiltà u l-intraprenditorija li: – jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ "ħiliet trasversali", inkluż l-intraprenditorija fil-programmi kollha ta’ edukazzjoni ogħla; – inaqqsu d-differenzi bejn is-sessi f’termini ta’ għażliet akkademiċi u vokazzjonali u jinkoraġġixu lill-istudenti sabiex jagħżlu karrieri f’setturi fejn mhumiex rappreżentati biżżejjed sabiex titnaqqas is-segregazzjoni tas-sessi fis-suq tax-xogħol. – jiżguraw tagħlim infurmat permezz ta’ għarfien minn riċerka u żviluppi fil-prattiki tan-negozju. 9.3. It-tagħlim tul il- ħajja: L-eżistenza ta’ qafas ta’ politika nazzjonali u/jew reġjonali għat-tagħlim tul il-ħajja f’konformità mal-gwida tal-politika fuq livell tal-UE[64]. || – Ikun hemm qafas ta’ politika nazzjonali jew reġjonali għat-tagħlim tul il-ħajja li jinkludi: – miżuri għall-appoġġ tal-implimentazzjoni u t-titjib tal-ħiliet għat-tagħlim tul il-ħajja (LLL) u l-involviment ta', u s-sħubija ma' partijiet interessati, inklużi l-imsieħba soċjali u l-assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; – miżuri biex jitwasslu b'effettività l-iżvilupp ta' ħiliet għal żgħażagħ f’taħriġ vokazzjonali, adulti, nisa li jirritornaw fis-suq tax-xogħol, ħaddiema bi ftit kwalifiki u ħaddiema ikbar fl-età, u gruppi oħra żvantaġġjati; – miżuri biex iwessgħu l-aċċess għal-LLL (“Life-Long Learning”) anki permezz tal-implimentazzjoni effettiva tal-għodod ta’ trasparenza (Qafas Ewropew tal-Kwalifiki, Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki, Sistema Ewropea ta’ Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, Assigurazzjoni Ewropea tal-Kwalità fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali) u l-iżvilupp u l-integrazzjoni tas-servizzi ta’ tagħlim tul il-ħajja (gwida għall-edukazzjoni u t-taħriġ, validazzjoni); – miżuri biex tittejjeb ir-rilevanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ u biex tiġi adattata għall-ħtiġijiet ta' gruppi identifikati. 10. Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar (l-għan dwar il-faqar) (imsemmi fl-Artikolu 9(9)) || 10.1. Inklużjoni attiva Integrazzjoni ta’ komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma: - L-eżistenza u l-implimentazzjoni ta’ strateġija nazzjonali għat-tnaqqis tal-faqar skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol[65] u l-linji gwida dwar l-Impjiegi. - Hemm fis-seħħ strateġija nazzjonali għall-inklużjoni tar-Roma skont il-Qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma[66]. - Il-provvista ta’ appoġġ għal partijiet interessati rilevanti fl-aċċess għall-Fondi. || – Ikun hemm strateġija nazzjonali għat-tnaqqis tal-faqar li: – tkun imsejsa fuq l-evidenza. Din teħtieġ sistema għall-ġbir u l-analiżi tad-dejta u l-informazzjoni li tipprovdi prova biżżejjed sabiex jiġu żviluppati politiki għat-tnaqqis tal-faqar. Din is-sistema tintuża sabiex tissorvelja l-iżviluppi; – tkun konformi mal-għan tal-esklużjoni nazzjonali tal-faqar u soċjali (kif definit fl-NRP), li jinkludi l-estensjoni tal-opportunitajiet ta’ impjiegi għal gruppi żvantaġġjati; – tinkludi kartografija tal-konċentrazzjoni territorjali lil hinn mil-livell reġjonali/NUTS 3 ta' gruppi marġinalizzati u żvantaġġjati inklużi r-Roma; – turi li l-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati rilevanti huma involuti fit-tfassil tal-inklużjoni attiva; – tinkludi l-miżuri għal bdil minn kura residenzjali għal waħda bbażata fuq il-komunità; – tindika b’mod ċar il-miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra s-segregazzjoni fl-oqsma kollha. – Ikun hemm strateġija nazzjonali tal-inklużjoni tar-Roma li: – tistabbilixxi objettivi nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma biex titnaqqas id-diskrepanza bejn ir-Roma u l-popolazzjoni ġenerali. Bħala minimu, dawn l-objettivi għandhom jindirizzaw l-erba’ għanijiet tal-UE għall-integrazzjoni tar-Roma marbuta mal-aċċess għall-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni. – tkun koerenti mal-Programm Nazzjonali ta' Riforma; – tidentifika, fejn ikun rilevanti, dawk il-mikroreġjuni żvantaġġjati jew iż-żoni residenzjali ssegregati, fejn il-komunitajiet huma l-iktar imċaħħda, bl-użu ta' indikaturi soċjoekonomiċi u territorjali diġà disponibbli (jiġifieri livell baxx ħafna ta' edukazzjoni, qgħad persistenti, etc.) – talloka ammont suffiċjenti ta’ fondi mill-baġits nazzjonali, li għandhom jiġu ssuplimentati mill-iffinanzjar internazzjonali u tal-UE, meta dan ikun xieraq. – tinkludi metodi stretti ta’ monitoraġġ li jevlawaw l-impatt tal-azzjonijiet għall-integrazzjoni tar-Roma u mekkaniżmu ta’ reviżjoni għall-adattazzjoni tal-istrateġija. – tkun imfassla, implimentata u sorveljata b’kooperazzjoni mill-qrib u bi djalogu kontinwu mas-soċjetà ċivili tar-Roma, mal-awtoritajiet reġjonali u lokali. – ikun fiha punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-istrateġija nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma mal-awtorità biex jiġu kkoordinati l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġija. – Il-partijiet interessati rilevanti jiġu pprovduti bl-appoġġ għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet ta’ proġetti u għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-proġetti magħżula 10.2. Is-saħħa: L-eżistenza ta' strateġija nazzjonali jew reġjonali għas-saħħa li tiżgura aċċess għal servizzi tas-saħħa ta’ kwalità u s-sostenibbiltà ekonomika. || – Ikun hemm strateġija nazzjonali jew reġjonali għas-saħħa li: – Ikun ifha miżuri koordinati biex jitjieb l-aċċess għal servizzi tas-saħħa ta’ kwalità; – ikun fiha miżuri biex tiġi stimulata l-effiċjenza fis-settur tas-saħħa, inkluż permezz tal-użu innovattiv ta': teknoloġiji, mudelli għat-għoti ta' servizzi u l-infrastruttura; – tinkludi sistema ta' monitoraġġ u reviżjoni. – Stat Membru jew reġjun adotta qafas li jiddeskrivi riżorsi baġitarji disponibbli għall-kura tas-saħħa. 11. It-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti (imsemmi fl-Artikolu 9(11)) || L-effiċjenza amministrattiva tal-Istati Membri: - L-eżistenza ta’ strateġija għar-rinfurzar tal-effiċjenza amministrattiva tal-Istat Membru inkluż ir-riforma amministrattiva pubblika[67] || – Ikun hemm strateġija għar-rinfurzar tal-effiċjenza amministrattiva tal-Istati Membri u fil-proċess tal-implimentazzjoni tagħha[68] l-istrateġija tkun tinkludi: – analiżi u ppjanar strateġiku ta’ azzjonijiet ta’ riforma legali, organizzattivi u/jew proċedurali; – l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ ġestjoni ta’ kwalità; – azzjonijiet integrati għas-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni ta’ proċeduri amministrattivi; – the development and implementation of human resources strategies and policies covering the recruitment plans and career paths of staff, competence building and resourcing; – the development of skills at all levels; – the development of procedures and tools for monitoring and evaluation. General ex-ante conditionalities Area || Ex-ante conditionality || Criteria for fulfilment 1. Anti-discrimination || L-eżistenza ta’ mekkaniżmu li jiżgura implimentazzjoni u applikazzjoni effettivi tad-Direttiva 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol[69] u d-Direttiva 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità[70] || – L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni effettivi tad-Direttiva tal-UE (2000/78/KE) u d-Direttiva (2000/43/KE) dwar in-nuqqas ta' diskriminazzjoni tiġi żgurata permezz ta': – arranġamenti istituzzjonali għall-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u s-sorveljanza tad-direttivi tal-UE dwar in-nuqqas ta' diskriminazzjoni; – strateġija għat-taħriġ u t-tixrid ta’ informazzjoni għall-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-fondi; – Miżuri sabiex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-direttivi tal-UE dwar in-nuqqas ta' diskriminazzjoni. 2. L-ugwaljanza bejn is-sessi || L-eżistenza ta’ strateġija għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u mekkaniżmu li jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tagħha. || – L-implimentazzjoni effettiva u l-applikazzjoni ta’ strateġija espliċita għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi tkun żgurata permezz ta': – sistema għall-ġbir u l-analiżi ta’ dejta u indikaturi maqsuma skont is-sess u biex tiżviluppa politiki dwar is-sess ibbażati fuq il-provi; – pjan u kriterji ex-ante għall-integrazzjoni tal-objettivi tal-ugwaljanza bejn is-sessi permezz ta’ standards u linji gwida dwar is-sessi; – Mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni inkluż l-involviment ta’ korp dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-kompetenzi rilevanti biex jiġu abbozzati, immonitorjati u evalwati l-interventi. 3. Diżabilità || L-eżistenza ta’ mekkaniżmu li jiżgura l-implimentazzjoni effettiva u l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità. [71] || – L-implimentazzjoni effettiva u l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tal-NU dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità tiġi żgurata permezz ta’: – L-implimentazzjoni ta’ miżuri b’konformità mal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-NU biex jiġu evitati, identifikati u eliminati ostakoli u ostakli għall-aċċessibbiltà ta’ persuni b'diżabilità; – arranġamenti istituzzjonali għall-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-Konvenzjoni tan-NU b’konformità mal-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni; – pjan għat-taħriġ u t-tixrid ta' informazzjoni għall-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-fondi; – miżuri biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU inklużi l-arranġamenti xierqa biex ikun hemm sorveljanza tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà. 4.. L-akkwist pubbliku || L-eżistenza ta' mekkaniżmu li jiżgura li jkun hemm sorveljanza xierqa u implimentazzjoni u applikazzjoni effettiva tad-Direttivi 2004/18/KE u 2004/17/KE u superviżjoni adegwata. || – L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni effettiva tad-Direttivi 2004/18/KE u 2004/17/KE jiġu żgurati permezz ta': – traspożizzjoni kompleta tad-Direttivi 2004/18/KE u 2004/17/KE; – l-arranġamenti istituzzjonali għall-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u s-superviżjoni tal-liġi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku; – miżuri li permezz tagħhom tiġi żgurata s-superviżjoni u s-sorveljanza adegwati ta' proċeduri trasparenti ta' għoti ta' kuntratti u informazzjoni xierqa dwarhom; – strateġija għat-taħriġ u t-tixrid ta’ informazzjoni għall-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-fondi; – Miżuri biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku. 5. Għajnuna mill-Istat || L-eżistenza ta’ mekkaniżmu li jiżgura l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni effettiva tal-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat || – L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni effettivi tal-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat jiġu żgurati permezz ta’: – arranġamenti istituzzjonali għall-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u s-superviżjoni tal-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat; – strateġija għat-taħriġ u t-tixrid ta’ informazzjoni għall-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-fondi; – miżuri biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. 6. Leġiżlazzjoni ambjentali relatata mal-Evalwazzjoni tal-Impatt Ambjentali (EIA) u, l-Evalwazzjoni Ambjentali Strateġika (SEA) || L-eżistenza ta’ mekkaniżmu li jiżgura l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni effettivi tal-leġislazzjoni ambjentali tal-Unjoni relatati mal-EIA u l-SEA skont id-Direttiva (85/337/KEE) tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent[72] u d-Direttiva (2001/42/KE) tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent[73]. || – L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni effettivi tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni tiġi żgurata permezz ta’: – traspożizzjoni sħiħa u korretta tad-Direttivi EIA u SEA; – arranġamenti istituzzjonali għall-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u s-superviżjoni tad-Direttivi EIA u SEA; – strateġija għat-taħriġ u t-tixrid ta’ informazzjoni għall-persunal involut fl-implimentazzjoni tad-Direttivi EIA u SEA; – miżuri li jiżguraw li jkun hemm biżżejjed kapaċità amministrattiva. 7. Sistemi ta' statistika u indikaturi tar-riżultati || L-eżistenza ta’ sistema ta' statistika meħtieġa biex jitwettqu l-evalwazzjonijiet biex jiġu vvalutati l-effikaċja u l-impatt tal-programmi. L-eżistenza ta' sistema effettiva ta' indikaturi tar-riżultat meħtieġa biex jiġi sorveljat il-progress li jkun qed isir lejn il-kisba ta' riżultati u biex issir evalwazzjoni tal-impatt. || – Ikun hemm pjan multiannwali għall-ġbir u l-aggregazzjoni f’waqtha tad-dejta li jinkludi: – l-identifikazzjoni tal-għejun u l-mekkaniżmi biex tkun żgurata l-validazzjoni statistika; – arranġamenti għall-pubblikazzjoni u d-disponibbiltà pubblika. – sistema effettiva ta' indikaturi ta' riżultati inklżi: – l-għażla ta’ indikatur tar-riżultati għal kull programm li jipprovdi informazzjoni dwar dawk l-aspetti tal-benesseri u l-progress tal-persuni li jimmotivaw l-azzjonijiet tal-politiki ffinanzjati mill-programm; – l-istipular ta’ objettivi għal dawk l-indikaturi; – ir-rispett, fil-każ ta’ kull indikatur, tar-rekwiżiti li ġejjin: kemm huwa b'saħħtu u l-validazzjoni statistika, iċ-ċarezza tal-interpretazzjoni normattiva, il-kapaċità ta’ reazzjoni għall-politika, il-ġbir f'waqtu u d-disponibbiltà pubblika tad-dejta; – proċeduri xierqa implimentati biex jiżguraw li l-operazzjonijiet kollha iffinanzjati mill-programm jadottaw sistema effettiva ta’ indikaturi. ANNESS V Informazzjoni
u komunikazzjoni dwar appoġġ mill-Fondi
1.
lista ta' operazzjonijiet
Il-lista ta’ operazzjonijiet imsemmija
fl-Artikolu 105(2) għandha tinkludi, mill-inqas f’waħda
mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru, l-oqsma tad-dejta li ġejjin: –
Isem il-benefiċjarju (entitajiet legali biss;
ma għandhomx jissemmew persuni fiżiċi); –
Isem l-operazzjoni; –
Sommarju tal-operazzjoni; –
Id-data tal-bidu tal-operazzjoni; –
Id-data meta tintemm l-operazzjoni (id-data
mistennija għat-tlestija fiżika jew l-implimentazzjoni
sħiħa tal-operazzjoni); –
In-nefqa totali eliġibbli allokata
għall-operazzjoni; –
Ir-rata ta’ kofinanzjar tal-UE (għal kull assi
ta’ prijorità); –
Kodiċi postali tal-operazzjoni; –
Pajjiż; –
Isem il-kategorija tal-intervenzjoni
għall-operazzjoni; –
Data tal-aħħar aġġornament
tal-lista ta’ operazzjonijiet. L-intestaturi tal-oqsma tad-dejta u l-ismijiet
tal-operazzjonijiet għandhom jiġu pprovduti wkoll mill-inqas f’lingwa
uffiċjali waħda oħra tal-Unjoni Ewropea.
2.
Miżuri ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-pubbliku
L-Istat Membru, l-awtorità ta' ġestjoni u
l-benefiċjarji għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex
jipprovdu informazzjoni u pubbliċità lill-pubbliku dwar operazzjonijiet
appoġġati minn programm operazzjonali skont dan ir-Regolament.
2.1.
Ir-responsabilitajiet tal-Istat Membru u
tal-awtorità ta' ġestjoni
1. L-Istat Membru u l-awtorità
ta’ ġestjoni għandhom jiżguraw ruħhom li l-miżuri ta’
informazzjoni u ta’ pubbliċità jiġu implimentati skont
l-istrateġija ta’ komunikazzjoni u li dawn il-miżuri jkollhom
fil-mira l-aktar kopertura wiesgħa possibbli tal-midja billi jintużaw
forom u metodi ta’ komunikazzjoni varji fuq il-livell xieraq. 2. L-Istat Membru u l-awtorità
ta’ ġestjoni għandhom ikunu responsabbli għall-organizzazzjoni
ta’ mill-inqas il-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità li
ġejjin: (a)
attività ta’ informazzjoni maġġuri li
tagħmel pubbliċità tat-tnedija tal-programm operazzjonali; (b)
mill-inqas attività ta’ informazzjoni waħda
prinċipali kull sena li tippromwovi l-opportunitajiet ta' finanzjament u
l-istrateġiji segwiti u tippreżenta l-kisbiet tal-programm
operazzjonali, inkluż, fejn rilevanti, proġetti kbar, pjanijiet ta’
azzjoni konġunta u eżempji oħra ta’ proġetti; (c)
wiri tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea quddiem, jew f’post
viżibbli għall-pubbliku, fil-bini ta’ kull awtorità ta’
ġestjoni; (d)
il-pubblikazzjoni b'mod elettroniku tal-lista ta’
operazzjonijiet skont it-taqsima 1; (e)
l-għoti ta’ eżempji ta’ operazzjonijiet,
skont il-programm operazzjonali, fuq il-websajt unika jew fuq il-websajt
tal-programm operazzjonali li hija aċċessibbli permezz ta’ portal ta’
websajt unika; l-eżempji għandhom ikunu f’lingwa uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea mitkellma b’mod komuni għajr il-lingwa jew lingwi uffiċjali
tal-Istat Membru konċernat; (f)
l-aġġornar tal-informazzjoni dwar
l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali, inklużi l-kisbiet ewlenin
tiegħu, fuq il-websajt unika jew fuq il-websajt tal-programm operazzjonali
li huwa aċċessibbli permezz tal-portal uniku tal-websajt. 3. L-awtorità ta’ ġestjoni
għandha tinvolvi fil-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità,
skont il-liġijiet u l-prattiki nazzjonali, il-korpi li ġejjin: (a)
l-imsieħba msemmija fl-Artikolu 5; (b)
iċ-ċentri ta’ informazzjoni dwar
l-Ewropa, kif ukoll l-uffiċċji tar-rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni
fl-Istati Membri; (c)
istituzzjonijiet edukattivi u ta’ riċerka. Dawn il-korpi għandhom ixerrdu b’mod
wiesgħa l-informazzjoni deskritta fl-Artikolu 105(1)(a) u (b).
2.2.
Ir-responsabbiltajiet tal-benefiċjarji
1. Il-miżuri kollha
tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fornuti mill-benefiċjarju
għandhom jirrikonoxxu l-appoġġ mill-Fondi għall-operazzjoni
billi juru: (a)
l-emblema tal-UE, skont il-karatteristiċi
tekniċi stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni
taħt l-Artikolu 105(4), flimkien ma’ referenza għall-Unjoni
Ewropea; (b)
referenza għall-Fond jew Fondi li
jappoġġjaw l-operazzjoni. 2. Matul l-implimentazzjoni ta’
operazzjoni, il-benefiċjarju għandu jinforma lill-pubbliku dwar
l-appoġġ miksub mill-Fondi billi: (a)
jipprovdi fuq il-websajt tal-benefiċjarju,
fejn tkun teżisti tali websajt, spjegazzjoni qasira dwar l-operazzjoni,
inklużi l-għanijiet u r-riżultati tagħha, u jixħet
dawl fuq l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni Ewropea; (b)
it-tqegħid ta’ tal-inqas kartellun wieħed
bl-informazzjoni dwar il-proġett (b’daqs minimu ta’ A3), inkluż
l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni Ewropea, f’post li jolqot għajn
il-pubbliku, bħal fl-entrata ta’ bini. 3. Għall-operazzjonijiet
appoġġjati mill-FSE, u f’każijiet xierqa
għall-operazzjonijiet appoġġjati mill-FEŻR jew mill-Fond
ta’ Koeżjoni, il-benefiċjarju għandu jiżgura li dawk li
jieħdu sehem f’operazzjoni ġew informati b’dan l-iffinanzjar. Kull dokument, inkluż kull attendenza jew
ċertifikat ieħor, li jikkonċerna dik l-operazzjoni għandu
jinkludi stqarrija bil-għan li turi li l-programm operazzjonali kien
sostnut mill-Fond jew Fondi. 4. Matul l-implimentazzjoni ta’
operazzjoni tal-FEŻR jew tal-Fond ta’ Koeżjoni, il-benefiċjarju
għandu jtella’, f’post li jolqot għajn il-pubbliku, kartellun
temporanju ta’ daqs sinifikanti għal kull operazzjoni li tikkonsisti
fl-iffinanzjar ta’ operazzjonijiet tal-infrastruttura jew bini li għalih
l-appoġġ pubbliku totali għall-operazzjoni jaqbeż
il-EUR 500 000. 5. Mhux aktar tard minn tliet
xhur wara t-tlestija ta’ operazzjoni, il-benefiċjarju għandu jtella’
plakka jew kartellun permanenti ta' daqs sinifikanti f'post viżibbli sew
mill-pubbliku għal kull operazzjoni li tissodisfa l-kriterji li
ġejjin: (a)
l-appoġġ pubbliku totali
għall-operazzjoni jaqbeż il-EUR 500 000; (b)
l-operazzjoni tikkonsisti fix-xiri ta’
oġġett fiżiku, jew fil-finanzjament ta’ infrastruttura jew ta’
operazzjonijiet ta’ kostruzzjoni. Il-plakka jew il-kartellun għandhom
jiddikjaraw it-tip, l-isem u l-għan tal-operazzjoni u għandu
jitħejja skont il-karatteristiċi tekniċi adottati
mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 105(4).
3.
Miżuri ta’ informazzjoni għal benefiċjarji potenzjali
u għal benefiċjarji
3.1.
Il-miżuri ta’ informazzjoni għal
benefiċjarji potenzjali
1. L-awtorità ta’ ġestjoni
għandha tiżgura, skont l-istrateġija ta’ komunikazzjoni, li
l-istrateġija, l-objettivi u l-opportunitajiet ta’ finanzjament
tal-programm operazzjonali offruti minn appoġġ konġunt
mill-Unjoni Ewropea u l-Istat Membru, jixxerrdu b’mod wiesgħa
lill-benefiċjarji potenzjali u lill-partijiet interessati kollha,
bid-dettalji tal-appoġġ finanzjarju mill-Fondi kkonċernati. 2. L-awtorità ta’ ġestjoni
għandha tiżgura li l-benefiċjarji potenzjali jiġu informati
dwar mill-inqas dawn li ġejjin: (a)
il-kundizzjonijiet ta’ eliġibilità tal-infiq
li jridu jiġu sodisfatti biex jikkwalifikaw għall-finanzjament
taħt programm operazzjonali; (b)
deskrizzjoni tal-proċeduri biex jiġu
eżaminati applikazzjonijiet għal finanzjament u l-perjodi ta'
żmien involuti; (c)
il-kriterji biex jintgħażlu
l-operazzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati; (d)
il-kuntatti fuq livell nazzjonali, reġjonali
jew lokali li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar il-programmi
operazzjonali. (e)
li l-applikazzjonijiet għandhom jipproponu
attivitajiet ta’ komunikazzjoni, proporzjonali għad-daqs tal-operazzjoni,
sabiex jinformaw lill-pubbliku dwar l-għanijiet tal-operazzjoni u
l-appoġġ tal-UE għall-operazzjoni.
3.2.
Il-miżuri ta’ informazzjoni
għall-benefiċjarji
1. L-awtorità ta’ ġestjoni
għandha tinforma lill-benefiċjarji li l-aċċettazzjoni
tal-finanzjament tikkostitwixxi aċċettazzjoni tal-inklużjoni
tagħhom fil-lista ta’ operazzjonijiet ippubblikata skont l-Artikolu 105(2). 2. L-awtorità ta’ ġestjoni
għandha tipprovdi kitts ta’ informazzjoni u pubbliċità, inkluż
mudelli fil-format elettroniku, sabiex jgħinu lill-benefiċjarji jissodisfaw
l-obbligi tagħhom stabbiliti fit-Taqsima 2.2.
4.
Elementi tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni
L-istrateġija
ta’ komunikazzjoni mfassla mill-awtorità ta’ ġestjoni għandha
tinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin: (a)
deskrizzjoni tal-approċċ adottat,
inkluż il-miżuri ewlenin ta’ informazzjoni u pubbliċità li jridu
jittieħdu mill-Istat Membru jew l-awtorità ta’ ġestjoni, immirati
lejn benefiċjarji potenzjali, benefiċjarji, multiplikaturi u
l-pubbliku inġenerali, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet deskritti fl-Artikolu 105; (b)
deskrizzjoni tal-materjali li se jsiru disponibbli
fil-formati aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità; (c)
deskrizzjoni ta’ kif il-benefiċjarji se
jiġu sostnuti fl-attivitajiet ta' komunikazzjoni tagħhom; (d)
il-baġit indikattiv
għall-implimentazzjoni tal-istrateġija; (e)
deskrizzjoni tal-korpi amministrattivi, inkluż
ir-riżorsi tal-persunal, responsabbli għall-implimentazzjoni
tal-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità; (f)
l-arranġamenti għall-miżuri ta’
informazzjoni u ta’ pubbliċità li hemm referenza għalihom
fit-Taqsima 2, inkluż il-websajt jew il-portal tal-websajt li fih
tista’ tinstab dik id-dejta; (g)
indikazzjoni ta’ kif il-miżuri ta’
informazzjoni u pubbliċità għandhom jiġu vvalutati f’termini ta’
viżibbiltà u sensibilizzazzjoni tal-politika, il-programmi operazzjonali u
l-operazzjonijiet u tar-rwol li għandhom il-Fondi u l-Unjoni Ewropea; (h)
fejn dan ikun xieraq, deskrizzjoni tal-użu
tar-riżultati ewlenin tal-programm operazzjonali preċedenti; (i)
aġġornament annwali li jistipula
l-attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni li jeħtieġ li
jsiru. DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titlu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Il-qasam/l-oqsma
tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura tal-ABM/ABB 1.3. In-natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. L-objettiv(i)
1.5. Raġuni(jiet)
għall-proposta/inizjattiva 1.6. It-tul
u l-impatt finanzjarju 1.7. Il-metodu(i)
tal-ġestjoni previst(i) 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli
ta' monitoraġġ u rapportar 2.2. Sistema
ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni tal-frodi u ta' irregolaritajiet 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i
tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa
affettwata/i 3.2. Stima
tal-impatt fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.2. Impatt
stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi 3.2.3. Impatt
stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali 3.2.5. Il-parteċipazzjoni
ta’ partijiet terzi fil-finanzjament 3.3. L-impatt stmat fuq
id-dħul DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.
QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.
Titlu tal-proposta/inizjattiva
Proposta
għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi
ċerti dispożizzjonijiet komuni fil-Fond Ewropew
għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond
ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Agrikolu u Rurali u
l-Fond Ewropew għall-Qasam Marittimu u s-Sajd koperti mill-Qafas
Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali
dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Soċjali
Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE)
Nru 1083/2006
1.2.
Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernata/i
fl-istruttura tal-ABM/ABB[74]
13.Politika
reġjonali, attivitajiet tal-ABB 13 03 (Fond Ewropew
għall-Iżvilupp Reġjonali u operazzjonijiet reġjonali
oħra); 13 04 Fond ta’ Koeżjoni 4.
Impjiegi u affarijiet soċjali, attività tal-ABB 04 02 (Fond Soċjali
Ewropew)
1.3.
In-natura tal-proposta/inizjattiva
■ Il-proposta/inizjattiva għandha
x’taqsam ma’ azzjoni ġdida ¨ Il-proposta/inizjattiva
tirrigwarda azzjoni ġdida b'segwitu għal proġett bi
prova/azzjoni preparatorja[75]
¨ Il-proposta/inizjattiva
għandha x’taqsam mal-estensjoni tal-azzjoni eżistenti ¨ Il-proposta/inizjattiva
għandha x’taqsam ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida
1.4.
Objettivi
1.4.1.
L-objettiv(i) strateġiku/ċi multiannwali
tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva
L-objettiv
tal-Politika ta' Koeżjoni huwa li jonqsu d-differenzi bejn il-livelli
tal-iżvilupp tal-bosta reġjuni, b'mod partikolari għal żoni
rurali, żoni affettwati mit-tranżizzjoni industrijali, u reġjuni
li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi severi u
permanenti u biex tikkontribwixxi għall-kisba tal-miri stabbiliti
fl-istrateġija tal-Ewropa 2020 ta' tkabbir intelliġenti,
sostenibbli u inklussiv, u b'mod partikolari lejn il-kisba ta' miri ewlenin
kwantitattivi identifikati f'dik l-istrateġija.
1.4.2.
L-objettiv(i) speċifiku/ċi u l-attività(jiet)
tal-ABM/ABB ikkonċernati
L-għanijiet
tal-FEŻR huma biex isaħħaħ il-koeżjoni ekonomika,
soċjali u territorjali fl-Unjoni Ewropea bl-investimenti ta'
kofinanzjament fi Stati Membri, filwaqt li l-FSE jippromwovi l-impjiegi,
l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali. Il-Fond
ta' Koeżjoni jgħin lill-Istati Membri biex jagħmlu investimenti
fin-netwerks tat-trasport u l-ambjent. L-objettivi
speċifiċi tal-intervenzjoni mill-Fondi huma kif ġejjin: - it-tisħiħ
tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni - it-tisħiħ
tal-aċċessibbiltà għal teknoloġiji tal-informazzjoni u
tal-komunikazzjoni u għall-użu u l-kwalità tagħhom - it-tisħiħ
tal-kompetittività ta’ impriżi żgħar u medji u s-settur
tal-agrikoltura (għall-FAEŻR) u s-settur tas-sajd u l-akkwakultura (għall-EMFF)
- l-appoġġ
tal-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju
fis-setturi kollha; - il-promozzjoni
tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni
tar-riskji; - il-protezzjoni
tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi; - il-promozzjoni
ta' trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' ostakoli fl-infrastrutturi
tan-netwerks ewlenin - il-promozzjoni
tal-impjieg u l-appoġġ tal-mobilità tax-xogħol - il-promozzjoni
tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar - l-investiment
fl-edukazzjoni, il-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja - it-tisħiħ
tal-kapaċità istituzzjonali u amminstrazzjoni pubblika effiċjenti Attivitajiet
ABM/ABB ikkonċernati: 13
03: Fond Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u interventi reġjonali oħra 13
04: Fond ta' Koeżjoni 04
02: Il-Fond Soċjali Ewropew
1.4.3.
Riżultat(i) u impatt(i) mistennija
Speċifika
l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq
il-benefiċjarji/gruppi fil-mira. Il-Politika
ta' koeżjoni tagħti kontribut sinifikanti għat-tixrid
tat-tkabbir u l-prosperità madwar l-Unjoni hija u twassal l-objettivi
tal-politika Ewropea, filwaqt li tnaqqas id-diskrepanzi ekonomiċi,
soċjali u territorjali.
1.4.4.
Indikaturi tar-riżultati u l-impatt
Speċifika
l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva Il-Kummissjoni
tipproponi sett komuni ta’ indikaturi tar-riżultati li jistgħu
jiġu aggregati fuq livell tal-UE. L-indikaturi tar-riżultati komuni
jinstabu fl-Annessi għar-Regolamenti speċifiċi għall-Fond.
L-indikaturi tar-riżultati se jkunu obbligatorji għall-programmi
kollha u l-prijoritajiet kollha. L-impatti tal-programmi se jiġu evalwati
fil-kuntest tal-objettivi u l-miri tal-istrateġija Ewropa 2020, u
l-indikaturi tal-PGD u l-qgħad fejn dan ikun xieraq.
1.5.
Raġuni(jiet) għall-proposta/inizjattiva
1.5.1.
Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u
sodisfatt(i) fuq medda qasira jew twila ta’ żmien
L-Unjoni
għandha tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u
territorjali, u s-solidarjetà fost l-Istati Membri. Il-proposta tfassal
il-qafas għall-politika ta’ koeżjoni fil-perjodu li jmiss ta'
finanzjament bejn l-2014 u l-2020.
1.5.2.
Valur miżjud tal-involviment tal-UE
L-azzjoni
tal-UE hija ġġustifikata fuq ir-raġunijiet tal-objettivi
stabbiliti fl-Artikolu 174 tat-Trattat kif ukoll fuq il-prinċipju
tas-sussidjarjetà. Id-dritt għal azzjoni huwa kostitwit
mill-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jiddikjara li
“[l-Unjoni] għandha tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u
territorjali, u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri”, kif ukoll mill-Artikolu 175
tat-TFUE li jitlob b’mod espliċitu lill-Unjoni sabiex timplimenta din
il-politika permezz tal-Fondi Strutturali, u l-Artikolu 177 li
jiddefinixxi r-rwol tal-Fond ta’ Koeżjoni. L-għanijiet tal-Fond
Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Rurali
(FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK) huma definiti fl-Artikoli 162,
176 u 177. Aktar dettalji dwar il-valur miżjud tal-involviment tal-UE
jista’ jinstab fil-Valutazzjoni tal-Impatt rilevanti. Kif
enfasizzat ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE, "il-baġit tal-UE
għandu jintuża sabiex jiffinanzja l-beni pubbliċi tal-UE,
azzjonijiet li l-Istati Membri u r-reġjuni ma jistgħux
jiffinanzjawhom huma stess, jew fejn jistgħu jiksbu riżultati
aħjar"[76].
Il-proposta legali se tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà minħabba
li l-kompiti tal-Fondi huma stabbiliti fit-Trattat u l-politika hija
implimentata skont il-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża u
tirrispetta l-kompetenzi istituzzjonali tal-Istati Membri u r-reġjuni.
1.5.3.
Lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili
fl-imgħoddi
Hemm
sommarju fil-Valutazzjoni tal-Impatt li jakkumpanja l-proposta.
1.5.4.
Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti
oħrajn rilevanti
Se
jiġi stabbilit Qafas Strateġiku Komuni. Dan se jittraduċi
l-objettivi u l-prijoritajiet ta’ Ewropa 2020 fi prijoritajiet ta’
investiment għall-FEŻR, FK, FSE, FAEŻR u l-EMFF li se
jiżgura użu integrat tal-fondi sabiex jitwasslu objettivi komuni.
Il-qafas strateġiku komuni se jfassal ukoll il-mekkaniżmi ta’
koordinazzjoni ma' politiki u strumenti oħra rilevanti tal-Unjoni.
1.6.
It-tul u l-impatt finanzjarju
¨ Proposta/inizjattiva ta' tul ta’
żmien limitat –
¨ Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2014 sal-31/12/2020
–
¨ L-impatt finanzjarju mill-2014 sal-2023 ¨ Proposta/inizjattiva ta' tul ta’
żmien bla limitu · Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu minn SSSS sa SSSS, · segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.
Il-mod(i) ta’ ġestjoni previst(i)[77]
¨ Ġestjoni diretta ċentralizzata
mill-Kummissjoni ¨ Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delegazzjoni tal-kompiti ta' implimentazzjoni lil: · ¨ aġenziji
eżekuttivi · ¨ korpi stabbiliti
mill-Komunitajiet[78] · ¨ korpi mis-settur
nazzjonali pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku –
¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi
skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att
bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament
Finanzjarju ■ Ġestjoni kondiviża mal-Istati
Membri ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi ¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li għandhom
jiġu speċifikati) Jekk tindika aktar minn
metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji
fit-taqsima "Kummenti". Kummenti . .
2.
MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.
Regoli ta' monitoraġġ u rapportar
Speċifika
l-frekwenza u l-kundizzjonijiet Is-sistema
ta’ monitoraġġ se tkun ibbażata fuq sistema ta’ ġestjoni
kondiviża. Il-Kumitati għall-Monitoraġġ stabbiliti
għal kull programm operazzjonali u r-rapporti annwali dwar
l-implimentazzjoni għal kull programm operazzjonali se jkunu fil-qalba
tal-approċċ. Il-Kumitati ta' Monitoraġġ se jiltaqgħu
għal tal-inqas darba fis-sena. Il-laqgħat annwali ta' reviżjoni
bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkumplimentaw is-sistema. Minbarra
r-rapporti ta’ implimentazzjoni għal kull programm operazzjonali,
ir-rapporti ta' progress fl-2017 u l-2019 se jiffukaw fuq kwistjonijiet
strateġiċi fuq il-livell tal-Istati Membri. Fuq din il-bażi,
il-Kummissjoni se tħejji rapporti strateġiċi fl-2017 u l-2019. Is-sistema
ta’ monitoraġġ u rapportar se tkun ibbażata fuq l-indikaturi
tal-eżiti u tar-riżultati. Il-proposti jfasslu sett ta’ indikaturi
komuni li se jintużaw għall-aggregazzjoni tal-informazzjoni fuq
livell tal-UE. Fl-istadji ewlenin tal-perjodu ta’ implimentazzjoni (2017 u 2019),
ir-rekwiżiti analitiċi addizzjonali dwar il-progress tal-programmi
huma parti mir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni. Is-sistema ta’
monitoraġġ u rapportar tuża l-potenzjal kollu tat-trasferimenti
tad-dejta b’mod elettroniku. Għandhom
jiġu stabbiliti arranġamenti ta' evalwazzjoni biex jevalwaw l-effettività,
l-effiċjenza u l-impatt tal-politika, b'mod partikolari fir-rigward
tal-miri ewlenin tal-UE2020 u indikaturi oħra rilevanti.
2.2.
Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.
Riskju(i) identifikat(i)
Sa
mill-2007, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport
annwali tagħha rrapportat stima tar-rata ta’ żbalji
għall-Politika ta’ Koeżjoni sħiħa għal kull sena
baġitarja (2006-2009) ibbażata fuq kampjun aleatorju indipendenti u
annwali tat-transazzjonijiet. Il-livell
ta’ żbalji stmat tal-Qorti għall-Politika ta’ Koeżjoni kien
għoli meta mqabbel mal-gruppi ta’ politiki l-oħra tal-baġit
tal-UE f’dawn is-snin, u vajra madwar 5%-10% tan-nefqa għall-perjodu
attwali ta' programmazzjoni. Madankollu r-rata ta' żbalji provduta
mill-Qorti tapplika għal ħlasijiet interim imressqa minn Stati Membri
li huma rimbursati mill-Kummissjoni qabel ma jsiru l-kontrolli kollha previsti
għall-programmi ta' bejn l-2007 u l-2013 fuq livell nazzjonali u
Komunitarju. Taħt
ir-regoli attwali, il-ħlasijiet interim huma ċertifikati
mill-Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni għall-Kummissjoni wara li
jkunu saru kontrolli mhux fuq il-post tal-ġestjoni dwar in-nefqa kollha
mitluba mill-benefiċjarji, iżda frekwentament qabel verifiki
fid-dettall tal-ġestjoni fuq il-post jew attivitajiet sussegwenti ta'
awditjar. Għaldaqstant l-arranġamenti ta' finanzjament multiannwali
jfissru li qed isiru kontrolli qabel iżda wkoll wara x-xogħol ta'
awditjar mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u l-iżball residwali wara li
jitlestew il-kontrolli kollha jista' jkun inqas b'mod sinifikanti mir-rata ta'
żbalji misjuba mill-Qorti. Fuq il-bażi ta' esperjenzi tal-passat,
l-iżball residwali fl-aħħar tal-ipprogrammar ladarba jitlestew
il-kontrolli kollha huwa stmat li jkun fil-firxa ta' bejn 2 u 5%. Ġew
previsti numru ta' miżuri fil-proposti biex inaqqsu r-rata ta' żbalji
marbuta mal-ħlasijiet interim magħmula mill-Kummissjoni (ir-rata ta'
żbalji irrappurtata mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri): 1)
Ħlasijiet interim mill-Kummissjoni se jiġu limitati sa 90%
tal-ammont dovut lill-Istati Membri, minħabba li bħalissa twettqet
biss parti mill-kontrolli nazzjonali. Il-bilanċ li jibqa' se
jitħallas wara l-approvazzjoni annwali tal-kontijiet ladarba tiġi
provduta l-evidenza tal-awditjar u assigurazzjoni raġonevoli mill-awtorita
ta' ġestjoni u l-awtorità ta' verifika. Kwalunkwe irregolaritajiet misjuba
mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri wara t-trażmissjoni
tal-kontijiet annwali ċertifikati mill-awtorità ta'
ġestjoni/taċ-ċertifikazzjoni se jwasslu għal korrezzjoni
netta. Din se tipprovdi aktar inċentivi lill-Istati Membri biex
jiżguraw ir-regolarità tan-nefqa ċertifikata lill-Kummissjoni meta
mqabbla mal-approċċ preżenti li jippermetti riċiklar aktar
estensiv ta' fondi rikuperati permezz tal-programmi tul il-ħajja. 2)
L-introduzzjoni ta' approvazzjoni annwali tal-kontijiet u ta' għeluq
annwali ta' operazzjonijiet jew nefqiet kompluti, li se joħolqu
inċentivi addizzjonali għall-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali
biex jagħmlu l-kontrolli ta' kwalità fi żmien qasir fid-dawl taċ-ċertifikazzjoni
annwali tal-kontijiet lill-Kummissjoni. Dan jikkostitwixxi rinfurzar
tal-arranġamenti tal-ġestjoni finanzjarja preżenti u joffri
assigurazzjoni aħjar li n-nefqa irregolari hija eskluża
mill-kontijiet fuq bażi annwali aktar milli fl-aħħar tal-perjodu
ta' pprogrammar. Huwa
mistenni li l-miżuri deskritti hawn fuq (is-sistema l-ġdida ta'
rimborż, l-approvazzjoni annwali u l-għeluq u l-korrezzjonijiet netti
definittivi mill-Kummissjoni) se jnaqqsu r-rata ta' żball taħt il-5%,
u li r-rata ta' żball residwali finali fl-għeluq tal-programmi se
tkun aktar viċin it-2% tal-livell limitu ta' materjalità applikat
mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Madankollu
din l-istima hija soġġetta għal-limitu massimu tal-Kummissjoni u
l-Istati Membri biex jindirizzaw ir-riskji prinċipali deskritti hawn
taħt. Analiżi
tal-iżbalji rappurtati mill-Qorti u mill-Kummissjoni fl-aħħar
ħames snin turi li l-iżbalji prinċipali misjuba huma
konċentrati f'numru limitat ta' programmi f'xi Stati Membri. Ir-rati
ta' żball fuq kampjuni tal-istatistika rapportati minn awtoritajiet
tal-awditjar juru wkoll varjazzjoni sostanzjali bejn programmi differenti u
għaldaqstant jappoġġaw din l-analiżi. Il-proposta sabiex
l-attivitajiet u r-riżorsi tal-awditjar jiffukaw fuq programmi b'riskju
kbir, u biex tippermetti kontrolli proporzjonati tal-miżuri għal
programmi b'sistemi effettivi ta' kontroll, tindirizza r-riskji prinċipali
b'mod aktar effettiv u twassal għal użu aktar effiċjenti
tar-riżorsi eżistenti tal-awditjar kemm fuq livell nazzjonali kif
ukoll fuq livell tal-Kummissjoni. Il-possibilità sabiex wieħed jibbenefika
minn arranġamenti proporzjonati fir-rigward tas-sitwazzjoni ta' kull
programm tista' fiha nnifisha tintroduċi inċentivi għal
miżuri aktar effettivi ta' kontroll. L-analiżi
tal-iżbalji li baqgħu ma nstabux mis-sistemi ta’ ġestjoni u
kontroll nazzjonali u għaldaqstant, ġew identifikati mill-Qorti
fl-awditjar tagħhom ta' bejn l-2006 u l-2009 turi wkoll
konċentrazzjoni tar-riskji fil-kategoriji li ġejjin: Għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, żbalji
fl-akkwisti pubbliċi kkontribwixxew għal
madwar 41% tal-iżbalji kumulattivi kwantifikabbli li nstabu. Żbalji
marbuta mal-eliġibilità kienu jammontaw għal 39% u inkludew
bosta tipi ta' żbalji bħal żbalji fl-għażla
tal-proġett, finanzjament ta' kategoriji ineliġibbli ta'
spejjeż, spejjeż li jaqgħu barra mill-perjodu ta'
eliġibilità, kalkulazzjoni ħażina tar-rati ta' kofinanzjament,
finanzjament ta' VAT ineliġibbli eċċ. Id-dgħufijiet fir-rendikont
tal-entrati ammontaw għal 11% ta' żbalji kwantifikabbli
rrappurtati matul il-perjodu (bi proporzjon li jonqos matuliż-żmien
minħabba kontrolli ta' ġestjoni msaħħa), u żbalji
marbuta mal-kwistjoni kumplessa tal-proġetti li jiġġeneraw
dħul (dħul mhux imnaqqas jew ikkalkulat ħażin u
għaldaqstant ir-rata ta' kofinanzjament kienet għolja wisq) li
tammonta għal 6% tal-iżbalji kwantifikabbli rrappurtati matul
il-perjodu.. Għall-FSE, il-kwistjonijiet ta’ eliġibbiltà kkontribwixxew għal 58% tal-iżbalji kumulattivi
kwantifikabbli mijsuba u jkopru b’mod partikolari l-parteċipanti mhux
eliġibbli, l-ispejjeż diretti u indiretti mhux eliġibbli,
ħlasijiet wara jew qabel il-perjodu ta’ eliġibbiltà, nefqa
ineliġibbli ddikjarata fuq bażi ta’ rata fissa, spejjeż mhux
eliġibbli ta’ borża ta’ studju u provvedimenti pubbliċi, dħul
mhux imnaqqas meta ġiet ikkalkolata n-nefqa eliġibbli jew ikkalkolat
b’mod żbaljat, servizzi mħallsa iżda li ma sarux u li huma
ineliġibbli għall-VAT. Il-kwistjonijiet ta’ preċiżjoni,
li rrappreżentaw 7% tal-iżbalji kwantifikabbli, ikkonċernaw
l-allokazzjoni żbaljata ta’ spejjeż diretti u indiretti, il-metodu
ta’ allokazzjoni ġenerali ġustifikat bi żball, żbalji
fil-kalkolu tal-infiq, in-nuqqas ta’ rispett tal-prinċipju
tal-ispejjeż reali, dikjarazzjoni żejda tal-ispejjeż, kalkolu
żbaljat tar-rati ta’ kofinanzjament, dikjarazzjonijiet multipli
tal-ispejjeż tal-persunal u finalment dikjarazzjoni multipla
tal-ispejjeż tal-persunal. Il-kwistjonijiet tar-rendikont
tal-entrati kkontribwixxew għal 35% tal-iżbalji u rreferew
għan-nuqqas ta' dokumenti essenzjali ta' appoġġ, b'mod
partikolari fil-livell tal-benefiċjarji. Minkejja
li l-Kummissjoni qed twettaq numru ta’ azzjonijiet mal-Istati Membri sabiex
jonqsu dawn l-iżbalji, huwa antiċipat li, sakemm tiġi adottata
l-proposta attwali u l-implimentazzjoni xierqa tagħha fl-Istati Membri,
dawn l-iżbalji jistgħu jibqgħu oqsma potenzjali ta’ riskju
fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss ta' bejn l-2014 u l-2020. Żbalji
marbuta mal-akkwist pubbliku b'mod partikolari huma sors ewlieni ta'
żbalji li jistgħu jiġu stmati għal rata ta' żball ta'
madwar 2% sa 4% kull sena bħala medja għall-perjodu attwali ta'
programmazzjoni. Il-proposti mressqa skont il-Politika ta' Koeżjoni se
jiżguraw aktar kontrolli effettivi, madankollu sabiex jinkiseb tnaqqis
sostanzjali fir-rata ta' żball skont il-Politika ta' Koeżjoni, huwa
importanti li dawn l-azzjonijiet jkunu kumplimentati minn kjarifika u
simplifikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku. Fin-nuqqas ta' proċeduri
simplifikati tal-akkwist pubbliku, u jekk l-amministrazzjonijiet pubbliċi
u l-benefiċjarji fl-Istati Membri ma jistgħux itejbu
l-implimentazzjoni ta' dawn ir-regoli, il-Politika ta' Koeżjoni tkompli
tkun affetwata b'mod sistematiku minn din il-parti tar-rata ta' żball
attwali. Ir-reviżjoni attwali tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku
għaldaqstant għandha tipprovdi opportunità biex tikkontribwixxi
għal tnaqqis ta' żbalji fil-Politika ta' Koeżjoni flimkien
mal-linji indikati hawn fuq.
2.2.2.
Metodu(i) ta’ kontroll previst(i)
L-arkitettura
proposta tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tirrappreżenta
evoluzzjoni tal-pjan fis-seħħ bejn l-2007 u l-2013 u tippriserva
ħafna mill-funzjonijiet li saru fil-perjodu attwali inklużi verifiki
amministrattivi u fuq il-post, awditjar tas-sistemi ta' kontroll u ta'
ġestjoni u awditjar tal-operazzjonijiet. Din issostni wkoll ir-rwol
tal-Kummissjoni, flimkien mal-possibilità għal interruzzjonijiet,
suspensjonijiet u korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni. Sabiex
tirrinforza l-kontabilità, l-awtoritajiet tal-programm se jiġu akkreditati
minn korp nazzjonali tal-akkredizzjoni li hu responsabbli mis-superviżjoni
kontinwa tagħhom. Il-proposta toffri l-flessibiltà biex iżżomm
l-arkitettura attwali ta' tliet awtoritajiet ewlenin skont il-programm
f'każijiet meta s-sistema attwali wriet li hija effettiva. Madankollu din
toffri wkoll il-possibiltà biex tgħaqqad l-awtorità ta' ġestjoni u
taċ-ċertifikazzjoni u għaldaqstant tnaqqas in-numru ta'
awtoritajiet involuti fl-Istati Membri. L-implimentazzjoni ta’ numru
iżgħar ta’ korpi tnaqqas il-piż amministrattiv u
ssaħħaħ il-possibbiltà għall-bini ta’ kapaċità
amministrattiva akbar, iżda tippermetti wkoll distribuzzjoni aktar
ċara tar-responsabilitajiet. L-ispejjeż
fuq il-kompiti relatati mal-kontroll (fuq livell nazzjonali u reġjonali,
għajr l-ispejjeż tal-Kummissjoni) huma stmati madwar 2% tat-total ta’
finanzjament amministrat fil-perjodu ta' bejn l-2007 u l-2013[79]. Dawn l-ispejjeż huma
marbuta mal-oqsma ta' kontroll li ġejjin: 1% ġejjin minn
koordinazzjoni nazzjonali u tħejjija tal-programm, 82% huma marbuta
mal-ġestjoni tal-programm, 4% maċ-ċertifikazzjoni u 13%
mal-awditjar. Il-proposti li ġejjin se jżidu l-ispejjeż ta' kontroll: -
il-ħolqien u l-funzjonament ta' korp ta' akkreditazzjoni (l-ispejjeż
li jistgħu jitpattew jekk jingħaqdu l-awtoritajiet ta' ġestjoni
u taċ-ċertifikazzjoni, jekk din l-għażla
tintagħżel mill-Istat Membru); -
is-sottomissjoni ta' kontijiet annwali ċertifikati u dikjarazzjoni annwali
ta' ġestjoni, li timplika li saru l-kontrolli kollha meħtieġa fi
żmien is-sena kontijiet (li tista' teħtieġ sforz amministrattiv
addizzjonali); -
il-ħtieġa għal attività addizzjonali ta' awditjar
mill-awtoritajiet tal-awditjar biex jawditjaw id-dikjarazzjoni ta'
ġestjoni jew il-ħtieġa biex jitlesta l-awditjar tagħha u
jesprimu opinjoni dwar l-awditjar f'perjodu iqsar ta' żmien meta mqabbel
mal-obbligi attwali. Madankollu hemm ukoll proposti li se jnaqqsu l-ispejjeż ta'
kontroll: -
l-għażla biex jingħaqdu l-awtoritajiet ta' ġestjoni u
taċ-ċertifikazzjoni, li tista' tippermetti lill-Istat Membru biex iwarrab
parti sostanzjali tal-4% tal-ispejjeż attwali marbuta
maċ-ċertifikazzjoni minħabba effiċjenza amministrattiva
aħjar, inqas ħtieġa għal koordinazzjoni u tnaqqis tal-kamp
ta' applikazzjoni tal-awditjar; l-użu
ta' spejjeż simplifikati u Pjanijiet ta' Azzjoni Konġunta, li jnaqqsu
l-ispejjeż amministrattivi u l-piżijiet fil-livelli kollha, kemm
għall-amministrazzjonijiet kif ukoll għall-benefiċjarji. -
arranġamenti ta' kontroll proporzjonat għal verifiki ta'
ġestjoni u għall-awditjar; -għeluq
annwali, li se jnaqqas l-ispiża taż-żamma ta' dokumenti
għal skopijiet ta' kontroll għall-amministrazzjoni pubblika u
l-benefiċjarji. Għaldaqstant b'mod globali huwa mistenni li l-proposti se jwasslu
għal distribuzzjoni mill-ġdid tal-ispejjeż ta' kontroll (li
jibqgħu madwar 2% tal-finanzjament totali li hu ġestit), aktar milli
żieda jew tnaqqis. Madankollu huwa antiċipat
li din id-distribuzzjoni mill-ġdid tal-ispejjeż (bejn il-funzjonijiet
u minħabba l-arranġamenti proporzjonati ta' kontroll, kif ukoll bejn
l-Istati Membri u l-programmi) se tippermetti mitigazzjoni aktar effettiva
tar-riskji u għaldaqstant se twassal għal rata ta' żball
taħt il-5%. Minbarra bidliet fil-ġestjoni finanzjarja u l-arranġament ta'
kontroll li jikkontribwixxu għas-sejba effettiva u esklużjoni bikrija
ta' żbalji fil-kontijiet, il-proposta tipprevedi simplifikazzjoni f'bosta
oqsma li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta' żbalji. Kif indikat hawn fuq, il-miżuri proposti f'dawn l-oqsma se
jindirizzaw 55% tar-rati ta' żball rapportati għall-perjodu attwali. Dawn
il-miżuri għandhom jinkludu: -
Użu aktar estensiv tal-ispejjeż simplifikati li jnaqqsu
l-iżbalji relatati mal-ġestjoni finanzjarja, ir-regoli ta’
eliġibbiltà u r-rendikont tal-entrati, u jorjentaw mill-ġdid kemm
l-implimentazzjoni kif ukoll il-kontroll lejn il-prestazzjoni
tal-operazzjonijiet. -
Konċentrazzjoni tematika akbar tal-iffinanzjar, li tista’ twassal
għal tnaqqis tal-iżbalji li jirriżultaw minn varjetà
wiesgħa ta’ interventi u għaldaqstant, varjetà ta’ regoli ta’
eliġibbiltà applikati. -
Regoli ċċarati għall-għażla ta’ proġetti. -
Approċċ aktar sempliċi, ibbażat fuq rata fissa
għall-operazzjonijiet li jiġġeneraw dħul li se jnaqqas
ir-riskju ta’ żbalji fid-determinazzjoni u t-tnaqqis tad-dħul
iġġenerat mill-operazzjonijiet. -
Armonizzazzjoni, kjarifika u simplifikazzjoni tar-regoli ta’ eliġibbiltà
ma’ strumenti oħra ta’ appoġġ finanzjarju tal-UE li se jnaqqsu
l-iżbalji li jsiru mill-benefiċjarji li jużaw assistenza minn
sorsi differenti. -
Stabbiliment mandatorju ta’ ġestjoni ta’ dejta elettronika u l-iskambju
ta’ dejta elettronika bejn l-amministrazzjoni u l-benefiċjarji li
għandu l-potenzjal li jnaqqas ir-rata ta’ żbalji li jirriżultaw
minn żamma inadegwata tad-dokumenti u jissimplifika l-piż amministrattiv
fuq il-benefiċjarji. -
Għeluq annwali tal-operazzjonijiet jew tan-nefqa, li jnaqqas
l-iżbalji tar-rrendikont tal-entrati billi jnaqqas iż-żmien ta’
żamma tad-dokumenti u jevita l-akkumulazzjoni sostanzjali ta’ xogħol
amministrattiv marbut mal-għeluq ta’ darba fi tmiem il-perjodu ta’
programmazzjoni. Ħafna
mis-simplifikazzjonijiet elenkati hawn fuq jikkontribwixxu wkoll
għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u
għaldaqstant jirrappreżenta tnaqqis simultanju ta' riskji ta'
żball u ta' piż amministrattiv.
2.3.
Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u ta'
irregolaritajiet
Speċifika
l-miżuri ta’ prevenzjoni jew ta' protezzjoni eżistenti jew dawk
previsti. Is-servizzi
tal-Fondi Strutturali flimkien mal-OLAF implimentaw Strateġija
Konġunta għall-Prevenzjoni tal-Frodi li tipprevedi serje ta’
azzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri
sabiex jipprevjenu frodi f’azzjonijiet strutturali f’ġestjoni
kondiviża. Attwalment,
iż-żewġ DĠ qed jiżviluppaw mudell ta’ għoti
tal-punti għar-riskju tal-frodi li se jintuża mill-awtoritajiet ta’
ġestjoni konċernati f’116-il programm tal-FSE u f’60 programm
tal-FEŻR. Il-Komunikazzjoni
reċenti tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija ta’ kontra l-frodi (COM(2011)376
finali tal-24.6.2011) tilqa’ l-istrateġija eżistenti bħala
inizjattiva tal-aqwa prattika u tipprevedi azzjonijiet addizzjonali
magħha, bl-aktar waħda importanti tkun il-proposta tal-Kummissjoni
għar-regolamenti tal-2014-2020 li titlob li l-Istati Membri jimplimentaw
miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi li huma effettivi u proporzjonali
għar-riskji ta’ frodi identifikati. Il-proposta
attwali tal-Kummissjoni tinkludi rekwiżit espliċitu sabiex jiġu
implimentati tali miżuri skont l-Artikolu 86(4)(c). Dan għandu
jsaħħaħ il-kuxjenza rigward il-frodi fl-Istati Membri fost
il-korpi kollha involuti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi u
għalhekk jonqos ir-riskju ta’ frodi.
3.
ESTIMATED FINANCIAL IMPACT OF THE PROPOSAL/INITIATIVE
3.1.
Heading(s) of the multiannual financial framework
and expenditure budget line(s) affected
· Existing expenditure budget lines In order of
multiannual financial framework headings and budget lines. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nfiq || Kontribuzzjoni Numru || Diff. ([80]) || minn pajjiżi tal-EFTA[81] || minn pajjiżi kandidati[82] || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju 1 Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv Intestaturi Ġodda għall-2014-2020 || 04021700 Konverġenza tal-FSE 04021900 Kompetittività Reġjonali tal-FSE 13031600 Konverġenza tal-FEŻR 13031800 Kompetittività Reġjonali tal-FEŻR 13031900 Kooperazzjoni territorjali Ewropea tal-FEŻR 13040200 Fondi ta’ koeżjoni || Diff || LE || LE || LE || LE · Linji baġitarji ġodda mitluba: Le Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju
multiannwali u l-linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nfiq || Kontribuzzjoni Numru [Intestatura……………………………………..] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju […] || [XX.YY.YY.YY] […] || […] || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE
3.2.
Stima tal-impatt fuq in-nefqa
3.2.1.
Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa
EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru 1 || Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv DĠ: REGIO u EMPL || || || Sena N[83] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 || L-AMMONT TOTALI Approprjazzjonijiet operazzjonali (prezzijiet fl-2011) || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Numru tal-linja baġitarja Linji Baġitarji ġodda tal-FEŻR u l-FSE || Impenji || (1) || 36.942,785 || 37.375,939 || 37.758,354 || 38.153,836 || 38.562,407 || 38.948,791 || 39.333,716 || 267.075,828 Ħlasijiet || (2) || Irid jiġi kkalkolat mid-DĠ BUDG[84] || Irid jiġi kkalkolat mid-DĠ BUDG || Irid jiġi kkalkolat mid-DĠ BUDG || Irid jiġi kkalkolat mid-DĠ BUDG || Irid jiġi kkalkolat mid-DĠ BUDG || Irid jiġi kkalkolat mid-DĠ BUDG || Irid jiġi kkalkolat mid-DĠ BUDG || Numru tal-linja baġitarja Linja Baġitarja ġdida tal-FK || Impenji || (1a) || 9.572,122 || 9.614,264 || 9.631,037 || 9.702,463 || 9.883,112 || 10.053,301 || 10.217,011 || 68.673,310 Ħlasijiet || (2a) || Irid jiġi kkalkolat mid-DĠ BUDG || Irid jiġi kkalkolat mid-DĠ BUDG || Irid jiġi kkalkolat mid-DĠ BUDG || Irid jiġi kkalkolat mid-DĠ BUDG || Irid jiġi kkalkolat mid-DĠ BUDG || Irid jiġi kkalkolat mid-DĠ BUDG || Irid jiġi kkalkolat mid-DĠ BUDG || Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-envelopp għal programmi speċifiċi[85] || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 13.01.04.01 – Persunal Estern tal-FEŻR || || (3) || 3,060 || 3,060 || 3,060 || 3,060 || 3,060 || 3,060 || 3060 || 21,420 13.01.04.03 – Persunal Estern tal-FK || || || 1,340 || 1,340 || 1,340 || 1,340 || 1,340 || 1,340 || 1,340 || 9,380 04.01.04.01 – Persunal Estern tal-FSE || || || 5,000 || 5,000 || 5,000 || 5,000 || 5,000 || 5,000 || 5,000 || 35,000 Total ta’ persunal estern fuq eks linji BA || || || 9,400 || 9,400 || 9,400 || 9,400 || 9,400 || 9,400 || 9,400 || 65,800 APPROPRJAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI OĦRA MIR-REGIO || || || 13,365 || 13,365 || 13,365 || 13,365 || 13,365 || 13,365 || 13,365 || 93,555 APPROPRJAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI OĦRA MILL-EMPL || || || 16,000 || 16,000 || 16,000 || 16,000 || 16,000 || 16,000 || 16,000 || 112,000 TOTAL ta' approprjazzjonijiet għad-DĠ REGIO u EMPL || Impenji || =1+1a +3 || 46.553,672 || 47.028,968 || 47.428,155 || 47.895,064 || 48.484,284 || 49.040,857 || 49.589,492 || 336.020,493 Ħlasijiet || =2+2a +3 || || || || || || || || TOTAL ta' approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 46.514,907 || 46,990,203 || 47.389,390 || 47.856,299 || 48.445,519 || 49.002,092 || 49.550,727 || 335.749,138 Ħlasijiet || (5) || || || || || || || || TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || 38,765 || 38,765 || 38,765 || 38,765 || 38,765 || 38,765 || 38,765 || 271,355 TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 1 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 46.553,672 || 47.028,968 || 47.428,155 || 47.895,064 || 48.484,284 || 49.040,857 || 49.589,492 || 336.020,493 Ħlasijiet || =5+ 6 || || || || || || || || Jekk iżjed minn intestatura waħda hija
affettwata mill-proposta / inizjattiva: Mhux applikabbli TOTAL ta' approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || || Ħlasijiet || (5) || || || || || || || || TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || || TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || || Ħlasijiet || =5+ 6 || || || || || || || || Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || " Nefqa amministrattiva" EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali) || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 || L-AMMONT TOTALI DĠ: REGIO || Riżorsi umani || 80,187 || 80,187 || 80,187 || 80,187 || 80,187 || 80,187 || 80,187 || 561,309 Nefqa amministrattiva oħra || 3,800 || 3,800 || 3,800 || 3,800 || 3,800 || 3,800 || 3,800 || 26,600 TOTAL DĠ REGIO || Approprjazzjonijiet || 83,987 || 83,987 || 83,987 || 83,987 || 83,987 || 83,987 || 83,987 || 587,909 739109 || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 || L-AMMONT TOTALI DĠ: EMPL || Riżorsi umani || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 177,800 Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || || TOTAL DĠ EMPL || Approprjazzjonijiet || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 177,800 TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Impenji totali = Ħlasijiet totali) || 109,387 || 109,387 || 109,387 || 109,387 || 109,387 || 109,387 || 109,387 || 765,709 EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali) || || || Sena N[86] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal l-ammont ta’ snin kemm meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) || L-AMMONT TOTALI TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 46.663,059 || 47.138,355 || 47.537,542 || 48.004,451 || 48.593,671 || 49.150,244 || 49.698,879 || 336.786,202 Ħlasijiet || || || || || || || ||
3.2.2.
Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet
operazzjonali
· ¨ Il-proposta/l-inizjattiva
ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali · ¨ Il-proposta
teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat
hawn isfel. Il-politika ta’ Koeżjoni hija mmexxija minn ġestjoni
kondiviża. Filwaqt li l-prijoritajiet strateġiċi huma mfassla
fuq il-livell tal-UE, il-ġestjoni attwali ta’ kuljum hija r-responsabbiltà
tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni fuq livell nazzjonali, reġjonali u
lokali. Filwaqt li l-indikaturi komuni tal-riżultati huma proposti
mill-Kummissjoni, il-miri veri tar-riżultati huma proposti minn dawn
l-awtoritajiet ta’ ġestjoni bħala parti mill-programmi operazzjonali
tagħhom, u li qablet magħhom il-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa
diffiċli li jiġu indikati l-miri għar-riżultati sakemm
il-programmi jiġu abbozzati, negozjati u jsir qbil dwarhom fl-2013/14. L-approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’
EUR (sa 3 postijiet deċimali) Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal l-ammont ta’ snin kemm meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) || L-AMMONT TOTALI RIŻULTATI Tip ta’ riżultat[87] || Spiża medja tal-output || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Għadd totali ta' riżultati || L-Ammont Totali totali GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1[88]… || || || || || || || || || || || || || || || || Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || || GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2… || || || || || || || || || || || || || || || || Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || || L-ISPIŻA TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || || .
3.2.3.
Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura
amministrattiva
3.2.3.1.
Sommarju
· ¨ Il-proposta/l-inizjattiva
ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi · ¨ Il-proposta
teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif
spjegat hawn isfel: DĠ REGIO EUR miljuni (sa 3
postijiet deċimali) || Sena N[89] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 || L-AMMONT TOTALI INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || Riżorsi umani REGIO || 80,187 || 80,187 || 80,187 || 80,187 || 80,187 || 80,187 || 80,187 || 561.309 Nefqa amministrattiva oħra || 3,800 || 3,800 || 3,800 || 3,800 || 3,800 || 3,800 || 3,800 || 26,600 Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 83,741 || 83,741 || 83,741 || 83,741 || 83,741 || 83,741 || 83,741 || 586,187 Barra mill-INTESTATURA 5[90] tal-qafas finanzjarju multiannwali[91] || || || || || || || || Riżorsi umani REGIO || 4,4 || 4,4 || 4,4 || 4,4 || 4,4 || 4,4 || 4,4 || 30,8 Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva || 13,365 || 13,365 || 13,365 || 13,365 || 13,365 || 13,365 || 13,365 || 93,555 Subtotal parzjali barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 17,765 || 17,765 || 17,765 || 17,765 || 17,765 || 17,765 || 17,765 || 124,355 L-AMMONT TOTALI || 101,506 || 101,506 || 101,506 || 101,506 || 101,506 || 101,506 || 101,506 || 710,542 DĠ EMPL EUR miljuni (sa 3
postijiet deċimali) || Sena N[92] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 || L-AMMONT TOTALI INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || Riżorsi umani || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 177,800 Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || || Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 25,400 || 177,800 Barra mill-INTESTATURA 5[93] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || Riżorsi umani || 5,000 || 5,000 || 5,000 || 5,000 || 5,000 || 5,000 || 5,000 || 35,000 Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva || 16,000 || 16,000 || 16,000 || 16,000 || 16,000 || 16,000 || 16,000 || 112,000 Subtotal parzjali barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 21,000 || 21,000 || 21,000 || 21,000 || 21,000 || 21,000 || 21,000 || 147,000 L-AMMONT TOTALI || 46,400 || 46,400 || 46,400 || 46,400 || 46,400 || 46,400 || 46,400 || 324,800 L-AMMONT TOTALI || 148,933 || 148,933 || 148,933 || 148,933 || 148,933 || 148,933 || 148,933 || 1.042,531
3.2.3.2.
Ħtiġijiet
stmati ta’ riżorsi umani
· ¨ Il-proposta/l-inizjattiva
ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani · ¨ Il-proposta/l-inizjattiva
teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn
taħt: Iċ-ċifri użati għas-sena n huma dawk għall-2011. DĠ REGIO L-istima għandha tiġi espressa
f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed) || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 Karigi tal-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) REGIO || 13 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta' Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 606 || 606 || 606 || 606 || 606 || 606 || 606 13 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || 13 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || Persunal estern (f’unità Ekwivalenti Full Time: FTE)[94] REGIO || 13 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || 48 || 48 || 48 || 48 || 48 || 48 || 48 13 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || 13 01 04 01 [95] || - fil-Kwartieri Ġenerali[96] || 56 || 56 || 56 || 56 || 56 || 56 || 56 -f’delegazzjonijiet || || || || || || || 13 01 04 03 [97] || - fil-Kwartieri Ġenerali[98] || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 || 25 -f’delegazzjonijiet || || || || || || || XX 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) || || || || || || || Oħra || || || || || || || L-AMMONT TOTALI || 735 || 735 || 735 || 735 || 735 || 735 || 735 XX huwa l-qasam
tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi
umani meħtieġa se jiġu koperti permezz tal-persunal
mid-DĠ li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni
u/jew ġie allokat mill-ġdid fi ħdan id-DĠ,
flimkien, jekk dan ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni
addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali
skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl
tal-limiti tal-baġit eżistenti. Deskrizzjoni
tal-kompiti li jridu jitwettqu: Uffiċjali u aġenti temporanji || Li jikkontribwixxu għall-analiżi, in-negozjar, il-modifika u/jew it-tħejjija għal proposti ta’ approvazzjoni għal programmi u/jew proġetti fl-Istat Membru XXX. Li jikkontribwixxu għall-ġestjoni, is-sorveljar u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi/tal-proġetti approvati. Li jiżguraw il-konformità mar-regoli li jmexxu l-programm XXX. Persunal estern || Idem u /jew appoġġ amministrattiv DĠ EMPL Stima li trid
tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time mingħajr
deċimali || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 Karigi tal-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) || 04 01 01(Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta' Rappreżentanza tal-Kummissjoni) (200 kariga, nefqa unitarja EUR 127.000) || 200 || 200 || 200 || 200 || 200 || 200 || 200 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || (Riċerka indiretta) || || || || || || || (Riċerka diretta) || || || || || || || Persunal estern (f’unità Ekwivalenti Full Time: FTE)[99] REGIO || (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || || || || || || || (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || 04 01 04 01 [100] || - fil-Kwartieri Ġenerali[101] || 93 || 93 || 93 || 93 || 93 || 93 || 93 -f’delegazzjonijiet || || || || || || || XX 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka indiretta) || || || || || || || xx 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka diretta) || || || || || || || Xx 01 04 02 oħra) || || || || || || || L-AMMONT TOTALI || 293 || 293 || 293 || 293 || 293 || 293 || 293 XX huwa l-qasam
tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani
meħtieġa se jiġu koperti permezz tal-persunal mid-DĠ li
diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie
allokat mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk dan ikun
meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’
tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura annwali ta’
allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti tal-baġit eżistenti.
3.2.4.
Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali
preżenti
· ¨ Il-proposta/inizjattiva
hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali li jmiss. · ¨ Il-proposta/inizjattiva
se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas
finanzjarju multiannwali. Spjega xi programmar mill-ġdid huwa
meħtieġ, u speċifika l-linji tal-baġit ikkonċernati u
l-ammonti korrispondenti. […] · ¨ Il-proposta/inizjattiva
teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew
ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[102]. Spjega x’inhu meħtieġ, u speċifika
l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti
korrispondenti. […]
3.2.5.
Kontribuzzjonijiet minn terzi persuni
· Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn terzi
persuni · ¨ Il-proposta
tistipula li l-iffinanzjar Ewropew irid jiġi kofinanzjat. L-ammont eżatt
ma jistax jiġi kwantifikat. Ir-regolament jistabbilixxi r-rati massimi ta’
kofinanzjar differenzjati konformi mal-livell ta’ żvilupp reġjonali
(ara l-Art. 73 tar-regolament propost): Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti
deċimali) || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Sena N+4 || Sena N+5 || Sena N+6 || L-Ammont Totali Speċifika l-korp ta' kofinanzjament || SM || SM || SM || SM || SM || SM || SM || Approprjazzjonijiet TOTALI kofinanzjati || tbd || tbd || tbd || tbd || tbd || tbd || Tbc ||
3.3.
L-impatt stmat fuq id-dħul
· ¨ Il-proposta/inizjattiva
ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul. · ¨ Il-proposta/inizjattiva
għandha l-impatt finanzjarju li ġej: –
¨ fuq ir-riżorsi proprji –
¨ fuq dħul varju EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali) Linja tad-dħul tal-baġit: || Approprazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja li għaddejja bħalissa || Impatt tal-proposta/inizjattiva[103] Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal kemm ikunu meħtieġa kolonni biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) Artikolu …………. || || || || || || || || Għal dħul varju
assenjat, speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit affettwat(i). […] Speċifika l-metodu
għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. […] [1] COM(2011) 500 finali. [2] COM(2010) 700 finali. [3] COM(2010) 543 finali. [4] "Riżultati
tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-konklużjonijiet tal-ħames rapport
dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali Brussell",
id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, SEC(2011) 590 finali, 13.5.2011. [5] http://ec.europa.eu/agriculture/events/cap-towards-2020_en.htm [6] COM(2009)
163 finali. [7] Il-Konklużjonijiet
tal-Kunsill dwar il-Ħames Rapport dwar il-koeżjoni ekonomika,
soċjali u territorjali, it-3068 laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet
Ġenerali, Brussell, il-21 ta’ Frar 2011. [8] ĠU
C , , p. . [9] ĠU
C , , p. . [10] ĠU
C , , p. . [11] ĠU
L 248, 16.9.2002, p. 1. [12] ĠU
L 154, 21.6.2003, p. 1. [13] ĠU
L 209, 2.8.1997, p. 1. [14] ĠU L 55, 28.2.2011, p.13. [15] ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25. [16] [17] [18] [19] ĠU L , , p. . [20] [21] [22] [23] ĠU
L 379, 28.12.2006, p. 5. [24] ĠU
L 337, 21.12.2007, p. 35. [25] ĠU
L 193, 25.7.2007, p. 6. [26] ĠU
L 134, 30.4.2004, p. 114. [27] ĠU
L 210, 31.7.2006, p. 19. [28] ĠU
L 25, 30.1.2003, p. 43. [29] ĠU
L 53, 23.2.2002, p. 1. [30] ĠU
L 118, 12.5.2010, p.1. [31] ĠU
L 53, 23.2.2002, p. 1. [32] Ref.
Miri ewlenin tal-UE2020. [33] ĠU
L 197, 21.7.2001, p. 30 [34] ĠU... [35] ĠU
L 209, 2.8.1997, p.1. [36] Kif
definit mis-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA) u trażmessa minn kull
wieħed mis-27 Stat Membru fil-Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza
tagħhom. [37] Spjega:
Is-settur tal-gvern ġenerali jikkonsisti prinċipalment minn unitajiet
tal-gvern ċentrali, statali u lokali flimkien ma’ fondi tas-sigurtà
soċjali imposti u kkontrollati minn dawk l-unitajiet. Barra minn hekk,
jinkludi istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ imqabbda fi
produzzjoni mhux tas-suq li huma kkontrollati u ffinanzjati prinċipalment
minn unitajiet tal-gvern jew fondi tas-sigurtà soċjali. [38] ĠU
L 83, 27.3.1999, p. 1. [39] Kif
approvati mill-Kunsill tal-ECOFIN tas-7 ta’ Settembru 2010. [40] Komunikazzjoni
mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u
Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni: Inizjattiva Ewlenija
Ewropa 2020 Unjoni tal-Innovazzjoni (COM(2010) 546 finali tas-6.10.2010).
L-impenji 24/25 u l-Anness I "Għodda għall-awtoevalwazzjoni:
Karatteristiċi ta’ sistemi ta' innovazzjoni u ta' riċerka nazzjonali
u reġjonali bi prestazzjoni tajba". Konklużjonijiet tal-Kunsill
tal-Kompetittività: Konklużjonijiet dwar l-Unjoni tal-Innovazzjoni għall-Ewropa
(doc. 17165/10 tas-26.11.2010). [41] Komunikazzjoni
mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u
Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni: Aġenda Diġitali
għall-Ewropa (COM(2010) 245 finali/2 tas-26.8.2010); Dokument ta’
Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Scoreboard tal-Aġenda
Diġitali (SEC(2011) 708 tal-31.5.2011). Konklużjonijiet tal-Kunsill
tat-Trasport, it-Telekomunikazzjoni u l-Enerġija dwar l-Aġenda
Diġitali għall-Ewropa (doc. 10130/10 tas-26 ta’ Mejju 2010) [42] Komunikazzjoni
mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u
Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni: Aġenda Diġitali
għall-Ewropa (COM(2010) 245 finali/2 tas-26.8.2010); Dokument ta’
Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Tabella ta' Valutazzjoni tal-Aġenda
Diġitali (SEC(2011) 708 tal-31.5.2011). [43] Komunikazzjoni
mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u
Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni: Aħseb l-Ewwel
fiż-Żgħir - Att dwar in-Negozji ż-Żgħar
għall-Ewropa– COM(2008) 394 tat-23.6.2008); Konklużjonijiet
tal-Kunsill tal-Kompetittività: Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir -
Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa (dok. 16788/08, 1.12.2008);
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill,
lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni:
Reviżjoni tal- "Att dwar in-Negozji ż-Żgħar"
għall-Ewropa(COM(2008) 78 finali, 23.2.2011); Konklużjonijiet
tal-Kunsill tal-Kompetittività: Konklużjonijiet dwar ir-Reviżjoni
tal-"Att dwar in-Negozji ż-Żgħar" għall-Ewropa
(doc. 10975/11 tat-30.5.2011). [44] ĠU
L 48, 23.2.2011, p. 1. [45] ĠU
L 153, 18.6.2010, p. 13. [46] ĠU L 140, 5.6.2009,
p. 136. [47] ĠU
L 114, 27.4.2006, p. 64. [48] ĠU
L 52, 21.2.2004, p.50. [49] ĠU
L 140, 5.6.2009, p. 16. [50] Konklużjonijiet
tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni; 11-12 ta’ April 2011,
Konklużjoni dwar aktar żvilupp tal-evalwazzjoni tar-riskju
għall-ġestjoni ta’ diżastri fl-Unjoni Ewropa. [51] ĠU L 327, 22.12.2000,
p. 1. [52] ĠU
L 327, 22.12.2000, p. 1. [53] ĠU
L 312, 22.11.2008, p. 3. [54] Rakkomandazzjoni
tal-Kunsill (2010/410/UE tat-13 ta' Lulju 2010, ĠU L 191, tat-23.07.2010,
p. 28). [55] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill,
lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni:
Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir - Att dwar in-Negozji
ż-Żgħar għall-Ewropa– COM(2008) 394 tat-23.6.2008);
Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Kompetittività: Aħseb l-Ewwel
fiż-Żgħir - Att dwar in-Negozji ż-Żgħar
għall-Ewropa (dok. 16788/08, 1.12.2008); Il-Komunikazzjoni
mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u
Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Reviżjoni tal- "Att
dwar in-Negozji ż-Żgħar" għall-Ewropa(COM(2008) 78
finali, 23.2.2011); Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Kompetittività:
Konklużjonijiet dwar ir-Reviżjoni tal-"Att dwar in-Negozji
ż-Żgħar" għall-Ewropa (doc. 10975/11 tat-30.5.2011). [56] Rakkomandazzjoni
tal-Kunsill (2010/410/UE) tat-13 ta’ Lulju 2010, ĠU L 191, 23.07.2010. p.28 [57] Jekk
tkun fis-seħħ Rakkomandazzjoni tal-Kunsill speċifika
għall-pajjiż, marbuta direttament ma’ din id-dispożizzjoni ta’
kondizzjonalità, imbagħad l-evalwazzjoni ta' kemm ġiet onorata tqis
l-ewvalwazzjoni tal-progress magħmul fl-onorar tar-Rakkomandazzjoni
tal-Kunsill speċifika għall-pajjiż. [58] L-iskadenzi
biex ikun hemm riżultati fl-elementi kollha mniżżla hawn
jistgħu jiġu stabbiliti matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni
tal-programm. [59] Jekk
tkun fis-seħħ Rakkomandazzjoni tal-Kunsill speċifika
għall-pajjiż, marbuta direttament ma’ din id-dispożizzjoni ta’
kondizzjonalità, imbagħad l-evalwazzjoni ta' kemm qed tiġi onorata
tagħha se tqis l-evalwazzjoni tal-progress magħmul fl-oneru
tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill speċifika għall-pajjiż. [60] L-iskadenzi
biex ikun hemm riżultati fl-elementi kollha f'dik is-sezzjoni jistgħu
jiġu stabbiliti matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-programm. [61] Komunikazzjoni
mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u
Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Impenn kondiviż
favur l-impjegar COM(2009)257 finali. [62] ĠU
C 191, 1.7.2011, p. 1. [63] COM
(2006) 208 finali [(Li għandha tiġi sostitwita bil-Komunikazzjoni li
ġejja sat-tmiem ta’ Settembru 2011)] [64] Konklużjonijiet
tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar qafas strateġiku
għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ ("ET 2020")
(2009/C 119/02) [65] Rakkomandazzjoni
tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni
attiva tal-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol (ĠU L 307, 18.11.2008,
p. 11). [66] Komunikazzjoni
mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u
Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni: Qafas tal-UE
għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020.
COM (2011) 173. [67] Jekk
tkun fis-seħħ Rakkomandazzjoni tal-Kunsill speċifika
għall-pajjiż, marbuta direttament ma’ din id-dispożizzjoni ta’
kondizzjonalità, imbagħad l-evalwazzjoni ta' kemm qed tiġi onorata
tqis l-evalwazzjoni tal-progress magħmul fl-onorar tar-Rakkomandazzjoni
tal-Kunsill speċifika għall-pajjiż. [68] L-iskadenzi
għall-kisba tal-elementi kollha f’dik is-sezzjoni jistgħu jiskadu
matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-programm. [69] ĠU
L 303, 2.12.2000, p.16 [70] ĠU
L 180, 19.07.2000, p. 22 [71] ĠU
L 23, 27.01.2010, p. 35 pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2009
dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni
tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà. [72] ĠU
L 175, 5.7.1985, p. 40. [73] ĠU
L 197, 21.7.2001, p. 30. [74] ABM:
(Activity-Based Management) Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB:
(Activity-Based Budgeting) Baġitjar Ibbażat fuq l-Attività. [75] Kif
imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju. [76] COM(2010)
700, 19.10.2010. [77] Id-dettalji
dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju
jistgħu jinstabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [78] Kif
imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju. [79] -istudju
“Regional governance in the context of globalisation: reviewing
governance mechanisms & administrative costs. Administrative
workload and costs for Member State public authorities of the implementation of
ERDF and Cohesion Fund”, 2010 [80] Diff.
= Approprjazzjonijiet differenzjati / Non-Diff. = Approprjazzjonijiet mhux
differenzjati [81] EFTA:
Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. [82] Il-pajjiżi
kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati
mill-Balkani tal-Punent. [83] Is-sena
N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. [84] Dan
se jiddependi fuq il-perċentwal tal-prefinanzjament, fuq il-veloċità
tal-implimentazzjoni tal-politika reġjonali fl-Istat Membru u fuq
l-approprjazzjonijiet disponibbli għall-ħlas [85] L-assistenza
u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ
għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (eks linji
"BA"), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta. [86] Is-sena
N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. [87] Ir-riżultati
huma prodotti u servizzi li għandhom ikunu fornuti (pereżempju: numru
ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, numru ta’ km ta’ toroq mibnija,
eċċ.). [88] Kif
ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “Għan(ijiet)
speċifiku(ċi)…” [89] Is-sena
N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. [90] L-assistenza
u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ
għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (eks linji
"BA"), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta. [91] Persunal
estern iffinanzjat mill-eks linji BA, abbażi tal-Allokazzjoni Finali
tar-Riżorsi Umani tal-2011, inkluż il-persunal estern fil-Kwartieri
Ġenerali u fid-Delegazzjonijiet. [92] Is-sena
N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. [93] L-assistenza
u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ
għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (eks linji
"BA"), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta. [94] CA=
Aġent Kuntrattwali; INT= impjegati permezz ta' aġenzija ("Intérimaire");
JED= Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjoni ("Jeune
Expert en Délégation"); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali
Ssekondat; [95] Taħt
il-limitu massimu għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet
operazzjonali (eks linji “BA”). [96] Essenzjalment
għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp
Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES). [97] Taħt
il-limitu massimu għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet
operazzjonali (eks linji “BA”). [98] Essenzjalment
għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp
Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES). [99] CA=
Aġent Kuntrattwali; INT= impjegati permezz ta' aġenzija ("Intérimaire");
JED= Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjoni ("Jeune
Expert en Délégation"); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali
Ssekondat; [100] Taħt
il-limitu massimu għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet
operazzjonali (eks linji “BA”). [101] Essenzjalment
għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp
Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES). [102] Ara
l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [103] Fir-rigward
tar-riżorsi tagħhom stess tradizzjonali (dazji doganali, dazji fuq
iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti,
jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-imposti
tal-ġbir.