Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja /* KUMM/2011/0601 finali - 2011/0259 (NLE) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI (1)
Fit-2 ta' Marzu 2011, il-Kunsill
adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri
restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u sabiex jagħti effett
għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet
Uniti 1970 (2011). (2)
Fil-15 ta' Settembru 2011,
il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta
r-Riżoluzzjoni 2009 (2011) biex jippromwovi l-irkupru tal-Libja
mill-kunflitt reċenti tagħha u jibda jirtira wħud
mis-sanzjonijiet imposti taħt l-UNSCR 1970 u r-Riżoluzzjonijiet
suċċessivi. L-UNSCR 2009 toħloq eżenzjonijiet
ġodda fuq l-embargo tal-armi, tneħħi restrizzjonijiet fuq
titjiriet operati mil-Libja, u tipprovdi għal tneħħija ta'
ffriżar b'mod trasparenti u responsabbli ta' ċerti fondi
ffriżati skont l-UNSCR 1970 sabiex jingħata appoġġ
għat-tkomplija tal-attività ekonomika Il-Kunsill qiegħed iħejji
Deċiżjoni tal-PESK biex jimplimenta l-UNSCR 2009. (3)
Uħud minn dawn il-miżuri jaqgħu
fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
u, għalhekk, partikolarment bil-għan li jiġi żgurat li
jiġu applikati b'mod uniformi mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati
Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-UE
għall-implimentazzjoni tagħhom. 2011/0259 (NLE) Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2011/ /PESK tal-[…] li temenda d-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2011/137/PESK rigward miżuri restrittivi fid-dawl
tas-sitwazzjoni fil-Libja[1], Wara li kkunsidra l-proposta konġunta
mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u
l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea, Billi: (1)
(1) Fit-2 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta
r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrettivi fid-dawl
tas-sitwazzjoni fil-Libja[2]. (2)
Flimkien mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill
tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet 2009 (2011), id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2011/[…]/PESK tipprovdi b'mod partikolari għal
eżenzjonijiet ġodda fuq l-embargo fuq l-armi, aġġustamenti
għall-assi ffriżati ta' ċerti entitajiet Libjani u t-tkomplija
ta' ċerti titjiriet Libjani, biex jingħata appoġġ
lill-irkupru ekonomiku tal-Libja. (3)
Uħud minn dawk il-miżuri jaqgħu
fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
u, għalhekk, b'mod partikolari bil-għan li tiġi żgurata
l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati
Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-UE
għall-implimentazzjoni tagħhom. (4)
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri
previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid
jidħol fis-seħħ minnufih, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 huwa
emendat kif ġej: (1)
Fl-Artikolu 3 għandu jiżdied il-paragrafu
li ġej: “6. B’deroga mill-paragrafu 1,
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fil-websajts elenkati
fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw il-forniment, lil persuni,
entitajiet jew korpi fil-Libja, ta’ assistenza teknika, finanzjament u
assistenza finanzjarja relatati mal-oġġetti u teknoloġija
elenkati fil-Lista Militari Komuni jew relatati mat-tagħmir li jista'
jintuża għal repressjoni interna, għall-assistenza tas-sigurtà
jew tad-diżarm lill-awtoritajiet Libjani, sakemm l-Istat Membru
kkonċernat ikun innotifika bil-quddiem il-ħsieb tiegħu biex
jagħti awtorizzazzjoni lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, u l-Kumitat
tas-Sanzjonijiet ma jkunx oġġezzjona fi żmien ħamest ijiem
ta' xogħol minn tali notifika. ” (2)
L-Artikolu 4a għandu jitħassar. (3)
Fl-Artikolu 5, ghandu jiddaħħal
il-paragrafu li ġej: “4. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi
kollha li fil-[.../ … / 2011] huma sjieda, miżmuma, jew taħt
il-kontroll ta': (a)
Il-Bank Ċentrali tal-Libja; (b)
Libyan Arab Foreign Bank; (c)
Libyan Investment Authority; kif ukoll (d)
Libyan Africa Investment Portfolio, u li jinsabu barra mil-Libja fuq [.../…/2011]
għandhom jibqgħu friżati. (4)
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 8b
li ġej: “Artikolu 8b 1. B'deroga
mill-Artikolui 5(4), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif
indikat fil-websajts elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx
ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, sakemm: (a)
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi
għandhom jintużaw għal wieħed jew aktar skopijiet li
ġejjin: (i) ħtiġijiet umanitarji; (ii) karburant, elettriku u ilma
għall-użu strettament tac-ċittadini; (iii) il-bidu mill-ġdid tal-produzzjoni
Libjana u l-bejgħ ta' idrokarburi; (iv) stabbiliment, operat jew
tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-gvern ċivili u
tal-infrastruttura pubblika ċivili; jew (v) l-iffaċilitar tat-tkomplija
tal-operazzjonijiet tas-settur bankarju, inkluż l-appoġġ jew
l-iffaċilitar tal-kummerċ internazzjonali mal-Libja; (b)
l-Istat Membru kkonċernat ikun ipprovda
l-avviż lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bil-ħsieb tiegħu li
jawtorizza aċċess għal fondi jew riżorsi ekonomiċi, u
l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkunx oġġezzjona fi żmien
ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika, (c)
l-Istat Membru kkonċernat innotifika
lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li dawk il-fondi, jew riżorsi ekonomiċi
m'għandhomx isiru disponibbli lil jew għal benefiċċju ta’
kwlaunkwe persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi II u III. (d)
l-Istat Membru kkonċernat ikkonsulta
bil-quddiem mal-awtoritajiet Libjani dwar l-użu ta' tali fondi jew
riżorsi ekonomiċi; kif ukoll (e)
l-Istat Membru kkonċernat ikkondivida
mal-awtoritajiet Libjani n-notifika mressqa skont dan il-paragrafu u
l-awtoritajiet Libjani ma oġġezzjonaw fi żmien ħamest ijiem
ta' xogħol mir-rilaxx ta' tali fondi jew riżorsi ekonomiċi. 2. B'deroga
mill-Artikolu 5(4) u sakemm ikun hemm ħlas dovut skont kuntratt jew
ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li tqajjem għal persuna,
entità jew korp ikkonċernat, qabel id-data li fiha dik il-persuna, entità
jew korp ġew innominati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u
mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif
indikat fil-websajts elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw,
taħt tali kundizzjonijiet kif iqisu xieraq, ir-rilaxx ta' ċerti fondi
jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin
jiġu sodisfatti: (a) l-awtorità kompetenti kkonċernata
ddeterminat li l-ħlas mhuwiex jikser l-Artikolu 5(2) u lanqas huwa ta'
benefiċċju għal persuni, entitajiet jew korpi msemmija
fl-Artikolu 5(4); (b) il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ġie
nnotifikat mill-Istat Membru relevanti dwar l-intenzjoni li jagħti
awtorizzazzjoni għaxart ijiem ta' xogħol bil-quddiem.” Artikolu 2 L-Anness II għar-Regolament (UE)
Nru°204/2011 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magġmul fi.Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President
[…] ANNESS Il-persuni ġuridiċi, entitajiet jew
korpi li ġejjin għandhom jitneħħew mill-lista stabbilita
fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 204/2011. 1. Il-Bank Ċentrali
tal-Libja 2. Libyan Investment Authority 3. Libyan Foreign Bank 4. Libya Africa Investment
Portfolio [1] ĠU L […], […].2011, p. […]. [2] ĠU L 58, 3.03.2011, p. 1.