Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE /* KUMM/2011/0594 finali - 2011/0261 (CNS) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA 1.1. Introduzzjoni: Il-kuntest
tal-kriżi finanzjarja u ekonomika, il-miri ta' politika u l-ħtieġa li jiġi
żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern L-aħħar kriżi ekonomika u finanzjarja globali
kellha impatt serju fuq l-ekonomiji tagħna u fuq il-finanzi pubbliċi. Is-settur
finanzjarju kellu rwol maġġuri biex wassal għall-kriżi ekonomika filwaqt li
l-gvernijiet u ċ-ċittadini Ewropej inġenerali kellhom iġarrbu l-konsegwenzi.
Hemm kunsens qawwi fl-Ewropa u fil-livell internazzjonali li s-settur
finanzjarju għandu jikkontribwixxi b'mod aktar ekwu meta jitqiesu l-ispejjeż
biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi u għaliex bħalissa dan is-settur qiegħed
jiġi ntaxxat anqas milli suppost. Diversi Stati Membri diġà ħadu azzjonijiet
diverġenti fil-qasam tat-tassazzjoni tas-settur finanzjarju. L-għan ta' din
il-proposta huwa li jiġi pprovdut approċċ Ewropew għal din il-kwistjoni;
approċċ li jkun konsistenti mas-suq intern. Din il-proposta għandha l-għan li
tikkumplimenta l-qafas regolatorju tal-UE għal servizzi finanzjarji aktar
sikuri billi tiġi indirizzata l-imġiba partikolarment riskjuża f'xi segmenti
tas-swieq finanzjarji sabiex tiġi evitata repetizzjoni tal-prattiki tal-passat. Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-7 ta’ Ottubru 2010
dwar it-Tassazzjoni tas-Settur Finanzjarju, il-Kummissjoni Ewropea diġà
esplorat l-idea li timplimenta FTT[1].
Fid-dawl tal-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni, kif ukoll bi tweġiba għall-bosta
sejħiet tal-Kunsill Ewropew[2],
tal-Parlament Ewropew[3]
u tal-Kunsill, il-proposta attwali hija l-ewwel pass: –
biex tiġi evitata l-frammentazzjoni fis-suq intern
għas-servizzi finanzjarji, b'kunsiderazzjoni tan-numru li dejjem qiegħed
jiżdied ta’ miżuri fiskali nazzjonali mhux ikkoordinati li qegħdin jiġu stabbiliti; –
biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet finanzjarji
jagħtu kontribut ekwu għall-ħlas tal-kostijiet tal-kriżi reċenti u biex jiġu
żgurati kundizzjonijiet ekwi ma' setturi oħrajn mill-perspettiva
tat-tassazzjoni[4]; –
biex jinħolqu diżinċentivi xierqa għal
tranżazzjonijiet li ma jtejbux l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji u b'hekk jiġu
kkumplimentati dawk il-miżuri regolatorji li l-għan tagħhom huwa li jevitaw
kriżijiet fil-ġejjieni. Minħabba l-mobilità estremament għolja ta’
ħafna mit-tranżazzjonijiet li potenzjalment sejrin jiġu ntaxxati, huwa
importanti li jiġu evitati distorsjonijiet ikkawżati minn regoli tat-taxxa
maħluqa mill-Istati Membri li jaġixxu b'mod unilaterali. Tabilħaqq,
il-frammentazzjoni tas-swieq finanzjarji fost l-attivitajiet u bejn il-fruntieri
tista’ tiġi evitata biss, u t-trattament ugwali tal-istituzzjonijiet
finanzjarji fl-UE u, fl-aħħar mill-aħħar, il-funzjonament xieraq tas-suq
intern, jistgħu jiġu żgurati biss permezz ta’ azzjoni fuq il-livell tal-UE. Din il-proposta
għalhekk tipprovdi għall-armonizzazzjoni tat-taxxi tal-Istati Membri fuq
tranżazzjonijiet finanzjarji sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel
tas-suq uniku. F’konformità mal-Proposta tal-Kummissjoni għal
Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea
tad-29 ta’ Ġunju 2011[5],
din il-proposta għandha wkoll il-għan li toħloq fluss ġdid ta’ dħul bil-għan li
gradwalment tispostja l-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-baġit tal-UE, u dan
iħalli piż aktar baxx fuq it-teżori nazzjonali. 1.2. Il-finanzjament tal-Baġit
tal-UE Il-kwistjoni
tat-tassazzjoni tas-settur finanzjarju kienet ukoll parti mill-Komunikazzjoni
mill-Kummissjoni dwar ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE
tad-19 ta’ Ottubru 2010[6]
li tiddikjara li "Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-lista mhux eżawrjenti li
ġejja ta' mezzi ta' finanzjament jistgħu jkunu kandidati possibbli għal riżorsi
proprji li gradwalment jieħdu post il-kontribuzzjonijiet nazzjonali, u jħallu
piż iżgħar fuq it-teżori nazzjonali: - It-tassazzjoni tal-UE fuq is-settur finanzjarju."
Il-Proposta sussegwenti għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta’ riżorsi
proprji tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ Ġunju 2011[7] identifikat l-FTT bħala
riżorsa proprja ġdida li għandha tiddaħħal fil-baġit tal-UE. Konsegwentement,
din il-proposta sejra tiġi kkumplimentata minn proposti separati dwar riżorsi
proprji li jistabbilixxu kif il-Kummissjoni tipproponi li l-FTT sejra sservi
bħala sors għall-Baġit tal-UE . 1.3. Kuntest regolatorju L-Unjoni Ewropea għaddejja bi programm
regolatorju ambizzjuż ta’ riforma fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Qabel
tmiem din is-sena, il-Kummissjoni sejra tkun ipproponiet l-elementi kollha
neċessarji għal titjib fundamentali fil-mod ta’ kif is-swieq finanzjarji
Ewropej jiġu rregolati u ssorveljati. Ir-riforma tas-servizzi finanzjarji
tal-UE hija orjentata madwar erba’ objettivi strateġiċi, jiġifieri t-titjib
tas-superviżjoni fis-settur finanzjarju; it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet
finanzjarji, u l-provvediment ta’ qafas għall-irkupru tagħhom fejn neċessarju;
li jagħmel lis-swieq finanzjarji aktar siguri u aktar trasparenti; u jżid
il-protezzjoni tal-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji. Huwa mistenni li din
ir-riforma wiesgħa sejra ġġib lura s-settur tas-servizzi finanzjarji
għas-servizz tal-ekonomija reali, b’mod partikolari biex jiffinanzja t-tkabbir.
Il-proposta tal-FTT għandha l-għan li tikkumplimenta dawn ir-riformi
regolatorji. 1.4 Kuntest internazzjonali Din il-proposta tikkontribwixxi b'mod
sostanzjali wkoll għad-dibattitu internazzjonali li jinsab għaddej dwar
it-tassazzjoni tas-settur finanzjarju u b'mod partikolari għall-iżvilupp ta'
FTT fil-livell globali. Sabiex ir-riskju jiġi mmimizzat, l-aħjar opzjoni hija
dik ta' approċċ ikkoordinat fil-livell internazzjonali. Din il-proposta turi
kif FTT effettiv jista' jiġi ddisinjat u implimentat, u b'hekk jiġġenera dħul
sinifikanti. Dan għandu jwitti t-triq għal approċċ aktar ikkoordinat
mal-imsieħba internazzjonali l-aktar relevanti. 2. IR-RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL- IMPATT 2.1. Konsultazzjonijiet u għarfien
espert esterni Il-proposta attwali ġiet ifformulata fl-isfond
ta’ firxa wiesgħa ta’ kontribuzzjonijiet esterni. Dawn il-kontribuzzjonijiet
ħadu l-forma ta’ reazzjonijiet li ġew riċevuti matul il-konsultazzjoni pubblika
dwar it-tassazzjoni tas-settur finanzjarju, konsultazzjonijiet immirati
mal-Istati Membri, mal-esperti u mal-partijiet interessati tas-settur
finanzjarju, kif ukoll tliet studji esterni differenti ikkummissjonati
għall-fini tal-valutazzjoni tal-impatt. Ir-riżultati tal-proċess ta’ konsultazzjoni u
l-kontribut estern huma riflessi fil-valutazzjoni tal-impatt. 2.2. Valutazzjoni tal-impatt Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja
l-proposta attwali tanalizza l-impatt ta’ taxxi addizzjonali fuq is-settur
finanzjarju fir-rigward tal-għanijiet li (1) jiġi żgurat kontribut tas-settur
finanzjarju għall-finanzi pubbliċi, (2) tiġi limitata l-imġiba mhux mixtieqa
tas-suq u b'hekk jiġu stabbilizzati s-swieq u (3) jiġu evitati distorsjonijiet
fis-suq intern. Il-valutazzjoni tal-impatt analizzat żewġ opzjonijiet bażiċi:
taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (FTT) u taxxa fuq l-attivitajiet
finanzjarji (TAF), kif ukoll il-bosta opzjonijiet ta’ disinn relatati magħhom u
kkonkludiet li l-opzjoni tal-FTT tkun l-aktar waħda ppreferuta. Jidher li l-FTT għandha l-potenzjal li
tiġġenera dħul sinfikanti mit-taxxi fuq is-settur finanzjarju, iżda, bħall-FAT,
hemm ir-riskju li tħalli xi effetti negattivi f'termini ta' PDG u t-tnaqqis
fil-volum ta' tranżazzjonijiet fis-suq. Sabiex jiġu evitati r-riskji ta’
delokalizzazzjoni hemm il-ħtieġa ta’ approċċ koordinat kemm fuq livell tal-UE
biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-Suq Uniku kif ukoll fuq livell
internazzjonali, f’konformità mal-ambizzjonijiet għal kooperazzjoni mal-G-20. Barra minn hekk, sabiex tingħata risposta
għar-riskji f'termini ta' reazzjoni tas-suq u tal-impatt fuq it-tkabbir,
id-disinn tal-FTT fih karatteristiċi speċifiċi mfassla għall-mitigazzjoni
fir-rigward tal-effetti ekonomiċi u l-inċidenza tat-taxxa, ta' strateġiji
possibbli ta' evitar tat-taxxa u tar-riskji ta' rilokazzjoni: ·
ambitu tat-taxxa wiesa' fir-rigward ta' prodotti,
tranżazzjonijiet, tipi ta' kummerċ u ta' atturi finanzjarji u kif ukoll
tranżazzjonijiet li jsiru fi ħdan grupp finanzjarju; ·
l-użu tal-prinċipju ta' residenza – tassazzjoni fi
Stat Membru fejn ikunu stabbiliti l-atturi finanzjarji, indipendentement
mill-post fejn issir it-tranżazzjoni. Din id-direttva tipprovdi wkoll
għat-tassazzjoni fl-UE, f'każ ta' istituzzjonijiet finanzjarja li mhijiex
mill-UE u li tkun involuta fi tranżazzjoni finanzjarja ma' parti fl-UE, u f'każ
fejn waħda mill-fergħat tagħha fl-UE tkun involuta fi tranżazzjoni finanzjarja; ·
l-iffissar ta' rati tat-taxxi f'livell xieraq biex
jiġu mminimizzati l-impatti eventwali tal-kost ta' kapital għal skopijiet ta'
investiment mhux finanzjarju; ·
l-esklużjoni mill-ambitu tal-FTT ta'
tranżazzjonijiet fi swieq primarji kemm ta' titoli ta' sigurtà (ishma, bonds) -
biex il-gvernijiet u l-kumpaniji ma ma jiġux imfixkla milli jiksbu l-kapital -
u għall-muniti. L-esklużjoni ta' swieq primarji hija konsistenti ma' prattika
antika ta' politika tal-UE kif inhija mnaqqxa wkoll fid-Direttiva 2008/7/KE; ·
l-esklużjoni tal-attivitajiet ta' għoti u teħid
b'self ta' entitajiet domestiċi privati, impriżi jew istituzzjonijiet
finanzjarji, u attivitajiet finanzjarji oħra ta' kuljum, bħal self b'ipoteka
jew tranżazzjonijiet ta' ħlas; ·
l-esklużjoni ta' tranżazzjonijiet finanzjarji
pereżempju mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali,
mill-ambitu tal-FTT, biex id-direttiva ma tolqotx il-possibbiltajiet ta'
finanzjament mill-ġdid ta' istituzzjonijiet finanzjarji jew l-istrumenti ta'
politika monetarja. B'kunsiderazzjoni tal-miżuri ta' mitigazzjoni
pprovduti mill-karatteristiċi ta' disinn tal-FTT li qiegħed jiġi propost issa,
l-impatt negattiv fit-tul fuq il-livell tal-PDG mistenni jkun limitat għal
madwar 0.5% meta mqabbel max-xenarju bażi. Il-valutazzjoni tal-impatt turi li l-FTT ser
ikollha impatt fuq l-imġiba tas-suq u fuq il-mudelli kummerċjali fis-settur
finanzjarju. Il-Kummerċ Awtomatizzat fi swieq finanzjarji jista’ jiġi affettwat
minn żieda indotta mit-taxxa fil-kostijiet ta’ tranżazzjonijiet, għalhekk dawn
il-kostijiet iħallu effetti negattivi fuq il-profitt marġinali. Dan japplika
b'mod speċjali għall-mudell kummerċjali ta' kummerċ ta' frekwenza għolja
fiżikament marbut mill-qrib mal-pjattaformi kummerċjali li bihom
l-istituzzjonijiet finanzjarji jagħmlu għadd kbir ta' tranżazzjonijiet ta'
volum għoli iżda ta' marġni baxx. Dawn jista' jkollhom jiġu ssostitwiti minn
algoritmi li jwasslu għal anqas tranżazzjonijiet li madankollu jkunu ta' marġni
ogħla (qabel it-taxxa). Il-valutazzjoni tal-impatt turi wkoll li l-FTT
ser ikollha effetti progressivi ta’ distribuzzjoni, jiġifieri l-impatt tagħha
sejjer jiżdied b’mod proporzjonali mad-introjtu, minħabba li gruppi b'introjtu
aktar għoli jibbenefikaw aktar mis-servizzi pprovduti mis-settur finanzjarju.
Dan japplika b’mod speċjali għal FTT limitata għal tranżazzjonijiet ma’
strumenti finanzjarji bħal bonds u ishma u d-derivati tagħhom. L-entitajiet
domestiċi privati u l-SMEs li ma jinvestux fis-swieq finanzjarji b'mod attivi
ftit li xejn jintlaqtu minn din il-proposta minħabba fil-karatteristiċi ta'
esklużjoni li ddaħħlu fid-disinn tal-FTT. Id-distribuzzjoni ġeografika tad-dħul
mit-taxxa jiddependi fuq id-disinn tekniku tat-taxxa. Skont din id-Direttiva
din il-firxa ġeografika ser tiddependi fuq il-post fejn ikunu stabbiliti
l-istituzzjonijiet finanzjarji involuti fi tranżazzjonijiet finanzjarji u mhux
fuq il-post fejn isir il-kummerċ tal-istrumenti finanzjarji. X'aktarx dan
iwassal għal grad aktar baxx ta' konċentrazzjoni ta' dħul mit-taxxa,
speċjalment f'sitwazzjonijeit fejn l-istituzzjonijiet finanzjarji jintervjenu
fuq pjattaforma kummerċjali f'isem istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti fi
Stat Membru ieħor. Id-direttiva tiżgura wkoll li l-miżuri
speċifiċi biex jiġu indirizzati l-evitar, l-evażjoni u l-abbuż jiġu ddefiniti
fil-livell tal-Istati Membri u tal-Unjoni permezz ta' atti ddelegati. Klawsola
ta' reviżjoni, wara tliet snin mill-implimentazzjoni, teżamina l-impatt tal-FTT
fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, tas-swieq finanzjarji u
tal-ekonomija reali, b'kunsiderazzjoni tal-progress dwar it-tassazzjoni
tas-settur finanzjarju fil-kuntest internazzjonali. 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA 3.1. Bażi legali Il-bażi legali rilevanti għad-Direttiva
proposta hija l-Artikolu 113 tat-TFUE. Il-proposta għandha l-għan li
tarmonizza l-leġiżlazzjoni li tikkonċerna tassazzjoni indiretta fuq
tranżazzjonijiet finanzjarji, li hija meħtieġa sabiex tiżgura l-funzjonament
tajjeb tas-suq intern u tevita distorzjonijiet fil-kompetizzjoni. 3.2. Sussidjarjetà u
proporzjonalità Definizzjoni uniformi fuq livell tal-UE
tal-karatteristiċi essenzjali ta’ FTT hija meħtieġa sabiex tevita
r-rilokazzjonijiet żejda ta’ tranżazzjonijiet u tal-parteċipanti fis-suq u
s-sostituzzjoni ta’ strumenti finanzjarji fl-UE. Fi kliem ieħor, hemm il-ħtieġa
ta’ definizzjoni uniformi fil-livell tal-UE sabiex jiġi żgurat il-funzjonament
xieraq tas-suq intern u jiġu evitati d-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni fi
ħdan l-UE. Bl-istess mod, definizzjoni uniformi
fil-livell tal-UE jista’ jkollha rwol kruċjali fit-tnaqqis tal-frammentazzjoni
eżistenti tas-Suq Intern, inkluż għall-prodotti differenti tas-settur
finanzjarju li ħafna drabi jservu bħala sostituti mill-qrib. Nuqqas ta’
armonizzazzjoni fl-FTT iwassal għal arbitraġġ tat-taxxa u l-potenzjal ta’
tassazzjoni doppja jew nuqqas ta’ tassazzjoni. Dan mhux biss jevita li t-tranżazzjonijiet
finanzjarji jseħħu f’kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, iżda
jaffettwa wkoll id-dħul tal-Istati Membri. Barra minn hekk, jimponi spejjeż
addizzjonali ta’ konformità fuq is-settur finanzjarju minħabba wisq sistemi
fiskali differenti. Dan huwa sostnut minn evidenza empirika.
S’issa, it-taxxi nazzjonali fuq tranżazzjonijiet finanzjarji jew irriżultaw
f’delokalizzazzjoni ta’ attivitajiet u/jew istituzzjonijiet jew kienu, sabiex
jevitaw dan, iddisinjati b’tali mod sabiex ikunu ntaxxati biss fuq bażijiet
fiskali relattivament immobbli, li ħafna drabi jħallu sostituti viċini mhux
intaxxati. L-armonizzazzjoni tal-kunċetti ewlenin u l-koordinazzjoni
tal-implimentazzjoni fil-livell tal-UE huma għalhekk prerekwiżit sabiex
l-applikazzjoni ta’ taxxi fuq tranżazzjonijiet finanzjarji tkun ta’ suċċess u
jiġu evitati d-distorsjonijiet. Azzjoni bħal din tal-UE sejra trawwem ukoll
l-approċċ mixtieq. Il-proposta attwali għalhekk tikkonċentra fuq
it-twaqqif ta’ struttura komuni tat-taxxa u dispożizzjonijiet komuni dwar ħlas.
Il-proposta għalhekk tħalli marġni ta’ manuvrar suffiċjenti għall-Istati Membri
fir-rigward tal-istabbiliment attwali tar-rati ta’ taxxa ’l fuq mill-minimu u
l-ispeċifikazzjoni tal-obbligi ta' kontabilità u rappurtar kif ukoll il-prevenzjoni
tal-evażjoni, l-evitar u l-abbuż. Qafas komuni għal FTT fl-UE għalhekk
jirrispetta l-prinċipju ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità kif stabbilit
fl-Artikolu 5 tar-TUE. L-għan ta’ din il-Proposta ma jistax jintlaħaq
b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista’, permezz tal-iżgurar
tal-funzjonament xieraq tas-suq intern, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni. L-armonizzazzjoni proposta, fil-forma ta’
Direttiva aktar milli Regolament, ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju
sabiex jintlaħqu l-għanijiet segwiti, l-ewwel u qabel kollox għall-funzjonament
xieraq tas-suq intern. Għalhekk hija konformi mal-prinċipju ta’
proporzjonalità. 3.3. Spjegazzjoni dettaljata
tal-proposta 3.3.1. Kapitolu I (Suġġett,
ambitu u definizzjonijiet) Dan il-kapitolu jiddefinixxi l-qafas
essenzjali tal-FTT proposta fl-UE. Din l-FTT għandha l-għan li tintaxxa
tranżazzjonijiet gross qabel xi kalkolazzjoni tal-valur nett. L-ambitu tat-taxxa huwa wiesgħa, minħabba li
l-għan tagħha huwa li tkopri tranżazzjonijiet relatati mat-tipi kollha ta’
strumenti finanzjarji minħabba li ħafna drabi huma sostituti viċini għal
xulxin. Għalhekk, l-ambitu jkopri strumenti li huma negozjabbli fis-suq
kapitali, strumenti tas-suq tal-flus (bl-eċċezzjoni ta’ strumenti ta’
pagamenti), unitajiet jew ishma f’kollettivi (li jinkludu l-UCITS u fondi ta’
investiment alternattivi[8])
u ftehim dwar derivati. Barra minn hekk, l-ambitu tat-taxxa mhuwiex limitat
għall-kummerċ fis-swieq organizzati, bħas-swieq regolati, faċilitajiet
multilaterali tan-negozju, iżda tkopri wkoll tipi oħra ta’ kummerċ inkluż
negozju barra l-Borża. Lanqas ma hija limitata għat-trasferiment ta’ sjieda
iżda pjuttost tirrappreżenta l-obbligu li sar, li jirrifletti jekk
l-istituzzjoni finanzjarja nvoluta tassumix ir-riskju implikat minn strument
finanzjarju partikolari ("xiri u bejgħ") jew le. Barra minn hekk,
meta ftehim dwar derivati jirriżulta fi provvista ta’ strumenti finanzjarji,
minbarra l-ftehim dwar id-derivati taxxabbli, il-provvista tal-istrumenti
finanzjarji tkun soġġetta wkoll għat-taxxa, sakemm il-kundizzjonijiet kollha
l-oħra għat-tassazzjoni jiġu sodisfatti. Madanakollu, it-tranżazzjonijiet mal-Bank
Ċentrali Ewropew u mal-banek ċentrali nazzjonali huma esklużi mill-ambitu
sabiex jiġi evitat xi impatt negattiv fuq il-possibiltajiet ta’ rifinanzjament
ta’ istituzzjonijiet finanzjarji jew fuq politiki monetarji in ġenerali. B’mod partikolari, kemm għall-istrumenti
finanzjarji li x-xiri, il-bejgħ u t-trasferiment tagħhom huwa intaxxat u
għall-konklużjoni jew il-modifika ta’ ftehim dwar derivati, il-qafas
regolatorju rilevanti fil-livell tal-UE jipprovdi sett ċar, komprensiv u
aċċettat ta’ definizzjonijiet[9].
B’mod aktar partikolari fir-rigward tal-hekk imsemmi ftehim dwar derivati, dan
jikkonċerna derivati għall-finijiet ta’ investiment. Mid-definizzjonijiet użati
jirriżulta li tranżazzjonijiet immedjati fil-muniti mhumiex tranżazzjonijiet
finanzjarji taxxabbli, filwaqt li ftehim ibbażat fuq il-munita huwa.
Il-kuntratti tad-derivati li jirreletaw ma' komoditajiet huma koperti wkoll,
filwaqt li t-tranżazzjonijiet ta' komoditajiet fiżiċi mhumiex. Tranżazzjonijiet finanzjarji jistgħu
jikkonsistu wkoll mix-xiri/bejgħ jew it-trasferiment ta’ prodotti strutturati,
jiġifieri titoli negozjabbli jew strumenti finanzjarji oħra offruti permezz ta’
titolizzazzjoni. Prodotti bħal dawn huma komparabbli ma’ kwalunkwe strument
finanzjarju ieħor u għalhekk jeħtieġu li jiġu koperti bit-terminu strument
finanzjarju kif użat f’din il-proposta. L-esklużjoni tagħhom mill-ambitu ta’
FTT tiftaħ opportunitajiet ta’ evitar. Din il-kategorija ta’ prodotti tinkludi
b’mod partikolari noti, mandati u ċ-ċertifikati kif ukoll titolizzazzjonijiet
bankarji li ġeneralment jittrasferixxu r-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ assi
bħal ipoteki jew self fis-suq, kif ukoll titolizzazzjonijiet ta’
assigurazzjoni, li jinvolvu t-trasferiment ta’ tipi oħra ta’ riskju, pereżempju
sottoskrizzjoni. Madankollu, l-ambitu tat-taxxa huwa ffukat fuq
tranżazzjonijiet finanzjarji li jsiru minn istituzzjonijiet finanzjarji li
jaġixxu bħala parti minn tranżazzjoni finanzjarja, jew akkont tagħhom stess jew
akkont ta’ persuni oħra, jew li jaġixxu għan-nom ta’ parti għat-tranżazzjoni.
Dan l-approċċ jiżgura li l-FTT tiġi applikata b’mod komprensiv. F’termini
prattiċi dan huwa ġeneralment evidenti permezz ta’ entrati rispettivi
fil-kotba. Id-definizzjoni ta’ istituzzjonijiet
finanzjarji hija wiesgħa u essenzjalment tinkludi ditti tal-investiment, swieq
organizzati, istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ta’
riassigurazzjoni, impriżi ta’ investiment kollettiv u l-maniġers tagħhom, fondi
tal-pensjonijiet u l-maniġers tagħhom, kumpaniji holding, kumpaniji ta’ kiri
finanzjarju, entitajiet b’għan speċjali, u fejn possibbli tirreferi
għad-definizzjonijiet pprovduti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE adottata
għal skopijiet regolatorji. Barra minn hekk, persuni oħra li jwettqu ċerti
attivitajiet finanzjarji fuq bażi sinifikanti għandhom jiġu kkunsidrati bħala
istituzzjonijiet finanzjarji. Id-Direttiva proposta tipprovdi għal setgħat
iddelegati fir-rigward ta’ dettalji ulterjuri. Kontropartijiet Ċentrali (CCPs), Depożitarji
Ċentrali tat-Titoli (CSDs) u Depożitarji Ċentrali Internazzjonali tat-Titoli
(ICSDs) mhumiex ikkunsidrati bħala istituzzjonijiet finanzjarji sakemm dawn
ikunu qegħdin jeżerċitaw funzjonijiet li mhumiex ikkunsidrati bħala attività
kummerċjali fiha nfisha. Huma wkoll il-pern għal funzjonament aktar effiċjenti
u aktar trasparenti tas-swieq finanzjarji. L-applikazzjoni territorjali tal-FTT proposta
u d-drittijiet ta’ tassazzjoni tal-Istati Membri huma definiti abbażi
tal-prinċipju ta’ residenza. Sabiex tranżazzjoni finanzjarja tkun taxxabbli
fl-UE, jeħtieġ li waħda mill-partijiet għat-tranżazzjoni tkun stabbilita
fit-territorju ta’ Stat Membru. It-tassazzjoni sseħħ fl-Istat Membru
fit-territorju li fih jinstab l-istabbiliment ta’ istituzzjoni finanzjarja,
bil-kundizzjoni li din l-istituzzjoni hija parti għat-tranżazzjoni, li taġixxi
jew akkont tagħha stess jew akkont ta’ persuna oħra, jew qiegħda taġixxi
għan-nom ta’ parti għat-tranżazzjoni. Fil-każ li dawn l-istabbilimenti
tal-istituzzjonijiet finanzjarji differenti, li huma parti għat- tranżazzjoni
jew li qegħdin jaġixxu għan-nom ta’ tali partijiet, ikunu jinstabu
fit-territorju ta’ Stati Membri differenti, dawn l-Istati Membri differenti
jkunu kompetenti li jagħmlu t-tranżazzjoni soġġetta għal taxxa skont ir-rati li
stabbilixxew skont din il-proposta. Meta l-istabbilimenti kkonċernati jinstabu
fit-territorju ta’ Stat li mhuwiex parti mill-Unjoni, it-tranżazzjoni ma tkunx
soġġetta għal FTT fl-UE, sakemm waħda mill-partijiet għat-tranżazzjoni ma tkunx
stabbilita fl-UE li f’dak il-każ l-istituzzjoni finanzjarja tal-pajjiż terz
għandha titqies ukoll bħala stabbilita u t-tranżazzjoni ssir taxxabbli fl-Istat
Membru kkonċernat. Meta tranżazzjonijiet isiru f’postijiet tan-negozju barra
mill-UE, dawn ikunu soġġetti għat-taxxa jekk mill-inqas wieħed
mill-istabbilimenti li jkun qiegħed iwettaq jew li jkun qiegħed jintervjeni
fit-tranżazzjoni jkun jinstab fl-UE. Madanakollu, fil-każ li l-persuna li jkollha
tħallas it-taxxa turi li ma jkun hemm rabta bejn is-sustanza ekonomika
tat-tranżazzjoni u t-territorju ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri,
l-istituzzjoni finanzjarji tista' ma titqiesx bħala stabbilita fi Stat Membru. Barra minn hekk, meta l-istrumenti finanzjarji
li x-xiri u l-bejgħ tagħhom huwa forma taxxabbli, l-oġġett ta’ trasferiment
bejn entitajiet ta’ grupp, dan it-trasferiment għandu jkun taxxabbli anki jekk
jista’ ma jkunx xiri jew bejgħ. Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta
li skont il-loġika tal-FTT li ġejja mill-għanijiet imsemmija hawn fuq ħafna
attivitajiet finanzjarji mhumiex meqjusin bħala tranżazzjonijiet finanzjarji.
Minbarra l-esklużjoni tas-swieq primarji spjegata hawn fuq, ħafna mill-attivitajiet
finanzjarji ta’ kuljum li huma rilevanti għaċ-ċittadini u għan-negozji jibqgħu
barra mill-ambitu tal-FTT. Dan huwa l-każ għall-konklużjoni ta’ kuntratti
tal-assigurazzjoni, self ipotekarju, krediti tal-konsumatur, servizzi ta’
pagament eċċ. (għalkemm in-negozjar sussegwenti ta’ dawn permezz ta’ prodotti
strutturati huwa inkluż). Barra minn hekk, tranżazzjonijiet ibbażati fuq
il-munita fi swieq immedjati huma barra mill-ambitu tal-FTT, li dan jippreserva
l-moviment liberu tal-kapital. Madankollu, ftehim dwar derivati bbażat fuq
tranżazzjonijiet fil-muniti huwa kopert mill-FTT minħabba li dawn mhumiex
tranżazzjonijiet ibbażati fuq il-munita per se. 3.3.2. Kapitolu II (intaxxar,
ammont taxxabbli u rati) Il-mument ta’ intaxxar huwa definit bħala
l-mument meta sseħħ it-tranżazzjoni finanzjarja. Kanċellazzjoni sussegwenti ma
tistax titqies bħala raġuni biex tiġi eskluża impożizzjoni tat-taxxa, ħlief
f'każijiet ta’ żbalji. Minħabba li x-xiri/l-bejgħ jew it-trasferiment
ta’ ċerti strumenti finanzjarji (esklużi d-derivati), min-naħa waħda, u
x-xiri/l-bejgħ, it-trasferiment, il-konklużjoni jew il-modifika ta’ ftehim dwar
derivati, min-naħa l-oħra, għandhom natura u karatteristiċi differenti, huma
għandhom ikunu assoċjati ma’ ammonti taxxabbli differenti. Għax-xiri u l-bejgħ ta’ ċerti strumenti
finanzjarji (minbarra derivati), ġeneralment jiġi ddeterminat prezz jew forma
oħra ta’ kunsiderazzjoni. Loġikament, dan għandu jiġi definit bħala l-ammont
taxxabbli. Madankollu, biex jiġu evitati distorzjonijiet tas-suq hemm il-ħtieġa
ta’ regoli speċjali meta l-korrispettiv ikun aktar baxx mill-prezz tas-suq jew
fil-każ ta’ tranżazzjonijiet li jkunu qegħdin iseħħu bejn entitajiet ta’ grupp
u li mhumiex koperti mill-kunċetti ta’ "xiri" u "bejgħ".
F’dawn il-każijiet, l-ammont taxxabbli għandu jkun il-prezz tas-suq stabbilit
f’distakk fiż-żmien meta l-FTT issir dovuta. Għax-xiri/il-bejgħ, it-trasferiment,
il-konklużjoni u l-modifika ta’ ftehim dwar derivati l-ammont tal-FTT taxxabbli
għandu jkun l-ammont nozzjonali fil-ħin li l-ftehim dwar derivati
jinxtara/jinbiegħ, jiġi trasferit, konkluż jew immodifikat. Dan l-approċċ se
jippermetti applikazzjoni sempliċi u faċli ta’ FTT fuq ftehimiet dwar derivati
filwaqt li jiġu żgurati spejjeż baxxi għall-konformità u fuq l-amministrazzjoni.
Barra minn hekk, dan l-approċċ jagħmilha aktar diffiċli li l-piż tat-taxxa
jitnaqqas b'mod artifiċjali permezz ta' tfassil kreattiv tal-kuntratt
għall-ftehim tad-derivati għaliex ma jkun għad fadal l-ebda inċentiv tat-taxxa
biex dan isir, pereżempju li wieħed jidħol fi ftehim dwar differenzi fi
prezzijiet jew valuri biss. Barra minn hekk jimplika t-tassazzjoni fil-mument
tax-xiri/bejgħ, it-trasferiment, il-konklużjoni jew il-modifika tal-kuntratt
meta mqabbel mal-intaxxar tal-fluss ta’ flus f’perjodi differenti waqt iċ-ċiklu
tal-ħajja tal-ftehim. Ir-rata li għandha tintuża f’dan il-każ teħtieġ li tkun
pjuttost baxxa sabiex jiġi definit piż fiskali adegwat. Jista’ jkun hemm il-ħtieġa ta’
dispożizzjonijiet speċjali fl-Istati Membri sabiex jipprevjenu l-evitar,
l-evażjoni u l-abbuż tat-taxxa (ara wkoll sezzjoni 3.3.3). Pereżempju
f’każijiet fejn l-ammont nozzjonali jiġi diviż artifiċjalment: l-ammont
nozzjonali ta’ tpartita jista’ pereżempju jiġi diviż b’fattur arbitrarjament
kbir u l-pagamenti kollha jiġu mmultiplikati bl-istess fattur. Dan iħalli
l-flussi tal-flus tal-istrument mhux mibdula, iżda arbitrarjament inaqqas
id-daqs tal-bażi tat-taxxa. Hemm bżonn ta’ dispożizzjonijiet speċjali
sabiex jiddeterminaw l-ammont taxxabbli fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fejn
l-ammont taxxabbli jew il-partijiet tagħhom huma mfissra f’munita differenti
minn dik tal-Istat Membru ta’ valutazzjoni. Ix-xiri/il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ ċerti
strumenti finanzjarji minbarra d-derivati, minn naħa waħda, u x-xiri/l-bejgħ,
it-trasferiment, il-konklużjoni jew il-modifika ta' ftehim dwar derivati,
min-naħa l-oħra, huma differenti fin-natura. Barra minn hekk, x'aktarx li
s-swieq jirreaġixxu b'mod differenti għal taxxa fuq it-tranżazzjonijiet
finanzjarji applikata għal kull waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji. Għal dawn
ir-raġunijiet, u sabiex tiġi żgurata tassazzjoni ugwali fuq bażi ġenerali,
ir-rati għandhom jiġu differenzjati bejn iż-żewġ kategoriji. Ir-rati għandhom ukoll jieħdu in
kunsiderazzjoni tad-differenzi fil-metodi applikabbli għad-determinazzjoni
tal-ammonti taxxabbli. Ġeneralment, ir-rati minimi tat-taxxa (li ’l
fuq minnhom hemm lok ta' manuvrar għall-politiki nazzjonali) huma proposti biex
jiġu stabbiliti fuq livell għoli biżżejjed sabiex jintlaħaq l-għan ta’
armonizzazzjoni ta’ din id-Direttiva. Fl-istess ħin, ir-rati proposti huma
baxxi biżżejjed sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ delokalizzazzjoni. 3.3.3. Kapitolu III (Ħlas ta’
FTT, obbligi relatati u l-prevenzjoni tal-evażjoni, l-evitar u l-abbuż) Din il-proposta tiddefinixxi l-ambitu ta’ FTT
b'referenza għat-tranżazzjonijiet finanzjarji li għalihom, istituzzjoni
finanzjarja stabbilita fil-territorju tal-Istat Membru kkonċernat hija parti
(li taġixxi jew akkont tagħha stess jew akkont ta' persuna oħra) jew tranżazzjonijiet
fejn l-istituzzjoni taġixxi f’isem ta’ parti. Fil-fatt, istituzzjonijiet
finanzjarji jeżegwixxu l-biċċa l-kbira tat-tranżazzjonijiet fis-swieq
finanzjarji, u l-FTT għandha tikkonċentra fuq is-settur finanzjarju, aktar
milli fuq iċ-ċittadini. Għalhekk, dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu
obbligati li jħallsu t-taxxa lill-awtoritajiet fiskali. Madanakollu, l-Istati
Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jżommu lil persuni oħrajn
responsabbli, kemm b'mod konġunt u kemm separatament, għall-ħlas tat-taxxa,
inkluż f'każijiet fejn il-parti fi tranżazzjoni jkollha l-kwartieri ġenerali
tagħha barra mill-Unjoni Ewropea. Ħafna tranżazzjonijiet finanzjarji jsiru
permezz ta’ mezzi elettroniċi. F'dawn il-każijiet, l-FTT għandha titħallas
immedjatament fil-mument dovut. F'każijiet oħra, l-FTT għandha tkun dovuta fi
żmien perjodu li, filwaqt li jkun twil biżżejjed sabiex jippermetti
l-ipproċessar manwali tal-ħlas, jevita li jiġu akkumulati vantaġġi
inġustifikabbli ta’ fluss ta’ flus għall-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata.
Perjodu ta’ tlett ijiem xogħol jista’ jitqies xieraq f’dan is-sens. L-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li
jieħdu miżuri xierqa sabiex l-FTT tinġabar b'mod preċiż u fil-ħin u biex
jevitaw l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom
jużaw leġiżlazzjoni eżistenti u futura tal-UE dwar swieq finanzjarji li
tinkludi rapportar u obbligi ta’ manutenzjoni tad-dejta fir-rigward ta’
tranżazzjonijiet finanzjarji. Kulfejn ikun meħtieġ, għandhom jużaw ukoll
l-istrumenti disponibbli għall-kooperazzjoni amministrattiva relatati
mal-valutazzjoni u l-irkupru tat-taxxi, b'mod partikolari
d-Direttiva 2011/16/UE tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar dwar
il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar
id-Direttiva 77/799/KEE[10]
(applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2013),
id-Direttiva 2010/24/KE tal-Kunsill tas-16 ta’ Marzu 2010
dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji
u miżuri oħra[11]
(applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2012). Fejn rilevanti u
applikabbli, għandhom jiġu invokati wkoll strumenti oħra, per eżempju l-OECD –
Konvenzjoni Multilaterali tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Assistenza
Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet ta’ Taxxa[12]. Id-Direttiva proposta tipprovdi għal setgħat
iddelegati fir-rigward ta’ dettalji ulterjuri. Flimkien mal-approċċ kunċettwali bażi għat-FTT
(ambitu wiesa’, prinċipju tar-residenza, l-ebda eżenzjoni), ir-regoli msemmija
hawn fuq jippermettu li jiġu minimizzati l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż
mit-taxxa. 3.3.4. Kapitolu IV
(Dispożizzjonijiet finali) Mill-objettiv ta’ din il-proposta
għall-armonizzazzjoni jirriżulta li l-Istati Membri ma għandhomx jitħallew
iżommu jew jintroduċu taxxi fuq tranżazzjonijiet finanzjarji minbarra l-għan
ta’ FTT tad-Direttiva jew tal-VAT proposta. Tabilħaqq, safejn il-VAT hija
kkonċernata, għandu jkompli japplika d-dritt ta’ taxxa alternattiva kif previst
fl-Artikolu 137.1.(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE
tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq
il-valur miżjud[13].
Taxxi oħra bħal dawk fuq primjums ta’ assigurazzjoni eċċ. naturalment għandhom
natura differenti, l-istess kif għandhom il-ħlasijiet għar-reġistrazzjoni fuq
tranżazzjonijiet finanzjarji, fil-każ li jirrappreżentaw rimborż ġenwin ta’
spejjeż jew korrispettiv għal servizz mogħti. Għalhekk dawn it-taxxi u
l-ħlasijiet mhumiex affettwati minn din il-proposta. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva
tal-Kunsill 2008/7/KE tat-12 ta’ Frar 2008 dwar it-taxxi
indiretti fuq il-ġbir tal-kapital[14]
fil-prinċipju jibqgħu applikabbli bis-sħiħ. Dan jinvolvi, pereżempju li
l-kwistjoni primarja – kif imsemmi fl-Artikolu 5 (2)
tad-Direttiva 2008/7/KE – dwar ishma jew titoli oħra tal-istess tip, jew
ta’ ċertifikati li jirrappreżentaw titoli bħal dawn, bonds – inklużi bonds
tal-gvern - jew titoli negozjabbli oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma’ self,
mhumiex suġġetti għal FTT fl-UE. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt
potenzjali bejn iż-żewġ Direttivi, għandu madankollu jiġi previst li
d-Direttiva proposta hawnhekk għandha preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet
tad-Direttiva 2008/7/KE. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Stimi preliminari jindikaw li, skont
ir-reazzjonijiet tas-suq, id-dħul minn din it-taxxa jista' jkun ta' EUR 57
biljun fl-UE kollha fuq bażi annwali. Essenzjalment il-proposta għandha toħloq fluss
ġdid ta’ dħul għall-baġit tal-Istati Membri u tal-UE – f’konformità
mal-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji
tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ Ġunju 2011. Id-dħul li jiġi mill-FTT fl-UE jista’ jintuża
totalment jew parzjalment bħala riżorsa proprja għall-Baġit tal-UE li
jissostitwixxi ċerti riżorsi proprji eżistenti mħallsa mill-baġits nazzjonali,
u dan jikkontribwixxi għall-isforzi ta’ konsolidazzjoni baġitarja fl-Istati
Membri. Il-Kummissjoni sejra tippreżenta b’mod separat il-proposti
kumplimentari li jistabbilixxu kif l-FTT tista’ tintuża bħala sors għall-baġit
tal-UE. 2011/0261 (CNS) Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq
it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA , Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113
tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament
Ewropew[15],
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[16],
Filwaqt li aġixxa skont proċedura leġiżlattiva
speċjali, Billi: (1)
Il-kriżi finanzjarja riċenti wasslet għal dibattiti
fil-livelli kollha dwar il-possibbiltà ta’ taxxa addizzjonali fuq is-settur
finanzjarju u b’mod partikolari taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji
(FTT). Dan id-dibattitu joriġina mix-xewqa li jiġi żgurat li s-settur finanzjarju
jikkontribwixxi biex ikopri l-kostijiet tal-kriżi u li jiġi ntaxxat b'mod ekwu
fil-konfront ta' setturi oħrajn fil-ġejjieni; sabiex jiġu disinċentivati
attivitajiet riskjużi wisq minn istituzzjonijiet finanzjarji; sabiex jiġu
kkumplimentati miżuri regolatorji maħsuba biex jiġu evitati kriżijiet futuri u
biex jiġi ġġenerat dħul addizzjonali għall-baġits ġenerali jew għal skopijiet
speċifiċi ta' politika. (2)
Sabiex jiġu evitati distorsjonijiet permezz ta’
miżuri meħudin unilateralment mill-Istati Membri, filwaqt li jingħata kas
tal-mobilità estremament għolja ta’ ħafna mit-tranżazzjonijiet finanzjarji
rilevanti, u biex b’hekk jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern,
huwa importanti li l-karatteristiċi bażiċi ta’ FTT fl-Istati Membri jiġu armonizzati
fil-livell tal-Unjoni. B’hekk għandhom jiġu evitati inċentivi għall-arbitraġġ
fiskali fl-Unjoni u d-distorsjonijiet ta’ allokazzjonijiet bejn is-swieq
finanzjarji fl-Unjoni, kif ukoll il-possibilitajiet ta’ tassazzjoni doppja jew
ta’ nuqqas ta’ tassazzjoni. (3)
Biex is-suq intern jaħdem kif suppost, l-FTT
għandha tapplika għall-kummerċ fuq firxa wiesgħa ta’ strumenti finanzjarji,
inklużi prodotti strutturati, kemm fis-swieq organizzati kif ukoll barra minn
dawn is-swieq, u wkoll għall-konklużjoni u l-modifika ta’ kull kuntratt
derivat. Għall-istess raġuni, din għandha tapplika għal firxa wiesgħa ta’
istituzzjonijiet finanzjarji. (4)
Id-definizzjoni ta’ strumenti finanzjarji
fl-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti
finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u
d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar
id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (MiFID)[17] tkopri unitajiet fi impriżi
ta' investiment kollettiv. Dan jimplika li l-ishma u l-unitajiet ta' impriżi
għall-investiment kollettivi f'titoli trasferibbli (UCITS) kif definiti
fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u
dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment
kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)[18]
u fondi ta' investiment alternattivi (AIF) kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a)
tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju
2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda
d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE)
Nru 1095/2010[19]
huma strumenti finanzjarji. Għalhekk, is-sottoskrizzjoni u t-tifdija ta’ dawn
l-istrumenti huma tranżazzjonijiet li għandhom ikunu suġġetti għall-FTT. (5)
Sabiex jiġi ppreservat il-funzjonament effiċjenti u
trasparenti tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li ċerti entitajiet jiġu
esklużi mill-ambitu personali ta’ din id-Direttiva, safejn dawn ikunu qegħdin
jeżerċitaw funzjonijiet li mhumiex meqjusa bħala attività kummerċjali fiha
nnifisha iżda aktar li qiegħda tiffaċilita l-kummerċ, jew meta jidħlu fi
tranżazzjonijiet finanzjarji sabiex jagħtu assistenza finanzjarja lill-Istati
Membri. (6)
It-tranżazzjonijiet mal-bank ċentrali nazzjonali,
bħal dawk mal-Bank Ċentrali Ewropew, m'għandhomx ikunu suġġetti għal FTT sabiex
jiġi evitat xi impatt negattiv fuq il-possibiltajiet ta’ rifinanzjament ta’
istituzzjonijiet finanzjarji jew fuq politiki monetarji inġenerali. (7)
Bl-eċċezzjoni tal-konklużjoni jew l-immodifikar ta'
kuntratti tad-derivati, il-parti l-kbira tal-kummerċ fis-swieq primarji u
tranżazzjonijiet relevanti għaċ-ċittadini u n-negozji bħall-konklużjoni ta'
kuntratti ta' assigurazzjoni, self b'ipoteka, krediti tal-konsumatur jew ħlas
ta' servizzi għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-FTT, sabiex
il-kumpaniji u l-gvernijiet ikunu jistgħu jiksbu kapital mingħajr problemi u
biex jiġi evitat l-impatt fuq l-entitajiet domestiċi. (8)
L-intaxxar u l-ammont taxxabbli għandhom jiġu
armonizzati sabiex jiġu evitati d-distorsjonijiet fis-suq intern. (9)
Ma għandux ikun hemm dewmien bla bżonn għall-mument
ta’ intaxxar u dan għandu jaħbat mal-mument meta sseħħ it-tranżazzjoni
finanzjarja. (10)
Sabiex jiġi permess li l-ammont taxxabbli jiġi
stabbilit bil-mod l-aktar faċli possibbli sabiex jiġu limitati l-ispejjeż
għan-negozji u għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, fil-każ ta’
tranżazzjonijiet finanzjarji minbarra dawk relatati ma’ ftehim dwar derivati,
b’mod ġenerali għandha ssir referenza għall-korrispettiv mogħti fil-kuntest
tat-tranżazzjoni. Fejn ma jingħata ebda korrispettiv jew fejn il-korrispettiv
mogħti huwa inqas mill-prezz tas-suq, tal-aħħar għandu jissemma’ bħala
riflessjoni ġusta tal-valur tat-tranżazzjoni. Bl-istess mod għal raġunijiet ta’
faċilità fil-kalkolu, l-ammont nozzjonali għandu jintuża meta l-ftehimiet dwar
derivati jinxtraw/jinbiegħu, jiġu trasferiti, konklużi jew immodifikati. (11)
Fl-interess ta’ trattament ugwali, għandha tapplika
rata ta’ taxxa unika f’kull kategorija ta’ tranżazzjonijiet, jiġifieri
l-kummerċ ta’ strumenti finanzjarji minbarra d-derivati, minn naħa waħda, u
x-xiri/il-bejgħ, it-trasferiment, il-konklużjoni u l-modifika ta’ ftehim dwar
derivati. (12)
Sabiex it-tassazzjoni tiġi kkonċentrata fuq
is-settur finanzjarju bħala tali aktar milli fuq iċ-ċittadini u minħabba li
l-istituzzjonijiet finanzjarji jesegwixxu l-maġġoranza vasta ta’
tranżazzjonijiet fis-swieq finanzjarji, it-taxxa għandha tapplika għal dawk
l-istituzzjonijiet, sew jekk jinnegozjaw f’isimhom stess, f’isem persuni oħra,
akkont tagħhom stess jew akkont ta’ persuni oħra. (13)
Minħabba l-mobilità għolja ta’ tranżazzjonijiet
finanzjarji u sabiex tgħin biex ittaffi l- potenzjali ta’ evażjoni fiskali,
l-FTT għandha tiġi applikata abbażi tal-prinċipju ta’ residenza. (14)
Ir-rati minimi tat-taxxa għandhom jiġu stabbiliti
f'livell għoli biżżejjed sabiex jintlaħaq l-għan ta’ armonizzazzjoni ta’ din
id-Direttiva. Fl-istess ħin, dawn għandhom ikunu baxxi biżżejjed sabiex jiġu
mminimizzati r-riskji ta’ delokalizzazzjoni. (15)
Sabiex l-FTT tinġabar b’mod preċiż u f'waqtu,
l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jieħdu l-miżuri meħtieġa. Biex
il-prevenzjoni tal-evażjoni, tal-evitar u tal-abbuż tkun waħda effiċjenti,
il-Membri għandhom ikunu obbligati li jirrikorru għal strumenti eżistenti ta’
assistenza reċiproka fuq kwistjonijiet fiskali, fejn ikun meħtieġ, u biex
jieħdu vantaġġ mill-obbligi ta’ rappurtar u tal-manutenzjoni tad-dejta li skont
il-leġiżlazzjoni pertinenti huma d-dmir tas-settur finanzjarju. (16)
Sabiex tkun tista' ssir l-adozzjoni ta' regoli
aktar dettaljati għad-determinazzjoni dwar jekk ċerti attivitajiet finanzjarji
jikkostitwixxux parti sinifikanti mill-attività ta' impriża, sabiex l-impriża
tkun tista' titqies istituzzjoni finanzjarja għall-finijiet ta' din
id-Direttiva, u kif ukoll regoli aktar dettaljati dwar il-protezzjoni kontra
l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż tat-taxxa, is-setgħa li jiġu adottati atti skont
l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi
ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-miżuri
neċessarji għal dan il-għan. Huwa ta’ importanza partikolari li matul il-ħidma
preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż
fil-livell ta’ esperti. Waqt li tkun qiegħda tħejji u tfassal atti ddelegati,
il-Kummissjoni, għandha tiżgura trażmissjoni fil-ħin u xierqa ta’ dokumenti
rilevanti lill-Kunsill. (17)
Sabiex jiġi evitat kunflitt bejn din id-Direttiva u
d-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE tat-12 ta’ Frar 2008 dwar
it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital[20]
dik id-Direttiva għandha tiġi emendata kif xieraq. (18)
Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri
li jiġu armonizzati l-karatteristiċi essenzjali ta’ FTT fil-livell tal-Unjoni,
ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk,
sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-Suq Uniku, jintlaħaq aħjar
fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju
tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni
Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak
l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex
jintlaħaq dan il-għan, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Kapitolu I
Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni 1.
Din id-Direttiva tistabbilixxi s-sistema komuni ta’
taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (FTT). 2.
Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tranżazzjonijiet
finanzjarji kollha, bil-kondizzjoni li mill-inqas parti waħda għat-tranżazzjoni
tkun stabbilita fi Stat Membru u li istituzzjoni finanzjarja stabbilita
fit-territorju tal-Istat Membru tkun parti għat-tranżazzjoni, li taġixxi jew
akkont tagħha stess jew akkont ta’ persuna oħra, jew li tkun qiegħda taġixxi
f’isem parti għat-tranżazzjoni. 3.
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika
għall-entitajiet li ġejjin: (a)
il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja; (b)
suġġett għall-punt (c) tal-paragrafu 4, istituzzjoni
finanzjarja internazzjonali stabbilita minn żewġ Stati Membri jew aktar, li
għandha l-għan li timmobilizza l-finanzjament u li tipprovdi assistenza
finanzjarja għall-benefiċċju tal-membri tagħha li qegħdin jesperjenzaw jew li
huma mħedda minn problemi finanzjari serji; (c)
Kontropartijiet Ċentrali (CCPs) meta jeżerċitaw
il-funzjoni ta’ CCP; (d)
Depożitarji Ċentrali tat-Titoli (CSDs) u
Depożitarji Ċentrali Internazzjonali tat-Titoli (ICSDs) meta jeżerċitaw
il-funzjoni ta’ CSD jew ICSD. Madankollu, meta skont l-ewwel subparagrafu,
entità ma tkunx taxxabbli, dan ma għandux jipprekludi l-obbligu ta’ taxxa
tal-kontroparti tagħha. 4.
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika
għat-tranżazzjonijiet li ġejjin: (a)
tranżazzjonijiet tas-suq primarju msemmija
fil-punt (c) tal-Artikolu 5 tar-Regolament
tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006[21], ħlief għall-ħruġ u t-tifdija
ta’ ishma u unitajiet ta’ impriżi ta’ investimenti kollettivi f’titoli
trasferibbli (UCITS) kif definiti fl-Artikolu 1(2)
tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[22] u fondi ta’ investiment
alternattiv (AIF) kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a)
tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[23]; (b)
it-tranżazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea,
mal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, mal-Bank Ċentrali Ewropew, mal-Bank
Ewropew tal-Investiment u mal-korpi stabbiliti mill-Unjoni Ewropea jew
mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li għalihom japplika l-Protokoll
dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, fil-limiti u skont
il-kundizzjonijiet ta' dak il-Protokoll u l-ftehimiet għall-implimentazzjoni
tiegħu jew il-ftehimiet ta' kwartieri ġenerali, sakemm dan ma jwassalx għal
distorsjoni tal-kompetizzjoni; (c)
it-tranżazzjonijiet ma' organizzazzjoni jew korpi
internazzjonali, għajr dawk imsemmija fil-punt (b), rikonoxxuti bħala tali
mill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati ospitanti, fil-limiti jew skont
il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-konvenzjonijiet internazzjonali li
jistabbilixxu l-korpi jew mill-ftehimiet ta' kwartieri ġenerali; (d)
tranżazzjonijiet mal-banek ċentrali tal-Istati
Membri. Artikolu 2
Definizzjonijiet 1.
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom
japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (1)
'Tranżazzjoni finanzjarja' tfisser kwalunkwe waħda
minn dawn li ġejjin: (a)
ix-xiri u l-bejgħ ta’ strument finanzjarju qabel
il-kalkolu tal-valur nett u l-ħlas, inkluż ftehim dwar riakkwist u riakkwist
invers u ftehim dwar self ta’ titoli u self; (b)
it-trasferiment bejn entitajiet ta’ grupp tad-dritt
li jiddisponu minn strument finanzjarju bħala s-sid u kwalunkwe operazzjoni
ekwivalenti li timplika t-trasferiment tar-riskju assoċjat mal-istrument
finanzjarju, f’każijiet li mhumiex soġġetti għall-punt (a); (c)
il-konklużjoni jew il-modifika ta’ ftehim dwar
derivati; (2)
'Strumenti finanzjarji’ tfisser strumenti finanzjarji
kif definiti fis-Sezzjoni C tal-Anness I
tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[24], u prodotti strutturati; (3)
'Ftehim dwar derivati' tfisser strument finanzjarju
kif definit fil-punti (4) sa (10) tas-Sezzjoni C tal-Anness I
tad-Direttiva2004/39/KE; (4)
'Ftehim ta’ riakkwist' u 'ftehim ta’ riakkwist
invers' tfisser ftehim imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/49/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[25]; (5)
'Ftehim dwar self ta’ titoli' u 'ftehim dwar teħid
b’self ta’ titoli' tfisser ftehim imsemmi fl-Artikolu 3
tad-Direttiva 2006/49/KE; (6)
'Prodott strutturat' tfisser titoli negozjabbli jew
strumenti finanzjarji oħra offruti permezz ta’ titolizzazzjoni skont
l-Artikolu 4(36) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill[26]
jew tranżazzjonijiet ekwivalenti li jinvolvu t-trasferiment ta’ riskji minbarra
r-riskji ta’ kreditu; (7)
'Istituzzjoni finanzjarja' tfisser xi waħda minn
dawn li ġejjin: (a)
ditta tal-investiment kif definita
fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/39/KE; (b)
suq regolat kif definit fl-Artikolu 4
tad-Direttiva 2004/39/KE u kwalunkwe post jew pjattaforma kummerċjali
organizzata oħra; (c)
istituzzjoni tal-kreditu kif definita
fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE; (d)
impriża ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni kif
definita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill[27]; (e)
impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli
trasferibbli (UCITS) kif definita fl-Artikolu 1
tad-Direttiva 2009/65/KE u kumpanija tal-ġestjoni kif definita
fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/65/KE; (f)
fond tal-pensjonijiet jew istituzzjoni
għall-provvista tal-irtirar okkupazzjonali kif definiti fl-Artikolu 6(a)
tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[28], maniġer ta’ investiment ta’
tali fond jew istituzzjoni ; (g)
fond ta’ investiment alternattiv (AIF) u maniġer
ta’ fond ta’ investiment alternattiv (AIFM) kif definiti fl-Artikolu 4
tad-Direttiva 2011/61/UE; (h)
entità ta’ titolizzazzjoni b’għan speċjali kif
definita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE; (i)
vettura b’għan speċjali kif definita
fl-Artikolu 13(26) tad-Direttiva 2009/138/KE; (j)
kull impriża oħra li twettaq waħda jew aktar minn
dawn li ġejjin, fil-każ li dawn l-attivitajiet ikunu jikkostitwixxu parti
sinifikanti mill-attività globali tagħha, f’termini ta’ volum jew valur ta’
tranżazzjonijiet finanzjarji: (i) attivitajiet
imsemmija fil-punti 1, 2, 3, 6 tal-Anness I
tad-Direttiva 2006/48/KE; ii) negozjar
akkont propju jew akkont ta’ klijenti fir-rigward ta’ xi strument finanzjarju; (iii) l-akkwist
ta’ holdings f’impriżi; (iv) parteċipazzjoni
fi jew ħruġ ta’ strumenti finanzjarji; (v) il-provvista
ta’ servizzi relatati mal-attivitajiet imsemmija fil-punt (iv). (8)
'Kontroparti Ċentrali' (CCP) tfisser entità legali
li tqiegħed lilha nnifisha bejn il-kontropartijiet biex tinnogozja f’suq finanzjarju
wieħed jew aktar, li ssir ix-xerrejja għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħa għal
kull xerrej; (9)
'Il-kalkolazzjoni tal-valur nett’ għandu jkollha
t-tifsira definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill[29]; (10)
'Ammont nozzjonali' tfisser l-ammont nominali
sottostanti li jintuża għall-kalkolu ta’ pagamenti li jsiru fuq ftehim dwar
derivati. 2.
Il-Kummissjoni għandha, skont l-Artikolu 13,
tadotta atti ddelegati li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar
id-determinazzjoni dwar jekk attivitajiet kif inhuma msemmija fil-paragrafu
1(7)(j) jikkostitwixxux parti sinifikanti mill-attività globali tal-impriża. Artikolu 3
Stabbiliment 1.
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, istituzzjoni
finanzjarja għandha titqies li hija stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru
meta xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi sodisfatta: (a)
tkun ġiet awtorizzata mill-awtoritajiet ta’ dak
l-Istat Membru biex taġixxi bħala tali, fir-rigward ta' tranżazzjonijiet
koperti minn dik l-awtorizzazzjoni; (b)
għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha f’dak l-Istat
Membru; (c)
l-indirizz permanenti jew ir-residenza tas-soltu
tagħha jkun jinstab f’dak l-Istat Membru; (d)
għandha fergħa f'dak l-Istati Membru, fir-rigward
ta' tranżazzjonijiet imwettqa minn dik il-fergħa; (e)
hija parti, li qiegħda taġixxi akkont tagħha stess
jew akkont ta’ persuna oħra, jew qiegħda taġixxi f’isem parti
għat-tranżazzjoni, għal tranżazzjoni finanzjarja ma’ istituzzjoni finanzjarja
oħra stabbilita f’dak l-Istat Membru skont
il-punti (a), (b), (c) jew (d), jew ma’ parti stabbilita
fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u li mhijiex istituzzjoni finanzjarja. 2.
Fejn tkun sodisfatta aktar minn kundizzjoni waħda
fil-lista stabbilita fil-paragrafu 1, l-ewwel kundizzjoni li tiġi
sodisfatta f’ordni dixxendentali mill-bidu tal-lista għandha tkun rilevanti
biex jiġi stabbilit l-Istat Membru ta’ stabbiliment. 3.
Minkejja l-paragrafu 1, istituzzjoni
finanzjarja ma għandhiex titqies bħala stabbilita skont dak il-paragrafu, f'każ
li l-persuna responsabbli għall-ħlas ta’ FTT turi li ma hemm ebda rabta bejn
is-sustanza ekonomika tat-tranżazzjoni u t-territorju ta’ xi Stat Membru. 4.
Persuna li mhijiex istituzzjoni finanzjarja għandha
titqies bħala stabbilita fi Stat Membru jekk l-uffiċċju reġistrat tagħha jew,
fil-każ ta’ persuna fiżika, jekk l-indirizz permanenti tagħha jew ir-residenza
tas-soltu tagħha tinstab f'dak l-Istat, jew għandha fergħa f’dak l-Istat,
fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji mwettqa minn dik il-fergħa. Kapitolu II
L-intaxxar, l-ammont taxxabbli u r-rati Artikolu 4
L-intaxxar tal-FTT 1.
L-FTT għandha ssir taxxabbli għal kull tranżazzjoni
finanzjarja fil-mument li sseħħ. 2.
Kanċellazzjoni sussegwenti jew rettifika ta’
tranżazzjoni finanzjarja ma għandu jkollha l-ebda effett fuq l-intaxxar, ħlief
f’każijiet ta’ żbalji. Artikolu 5
L-ammont taxxabbli tal-FTT fil-każ ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji minbarra
dawk relatati ma’ ftehim dwar derivati 1.
Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji minbarra
dawk imsemmija fil-paragrafu 1(c) tal-Artikolu 2(1) relatati ma’
ftehim dwar derivati, fil-punti 1(a) u 1(b) tal-Artikolu 2(1), l-ammont
taxxabbli għandu jkun dak kollu li jikkostitwixxi korrispettiv imħallas jew
dovut, bħala riżultat tat-trasferiment, mill-kontroparti jew minn parti terza. 2.
Minkejja l-paragrafu 1, fil-każijiet imsemmija
f’dak il-paragrafu l-ammont taxxabbli għandu jkun il-prezz tas-suq stabbilit
meta ssir dovuta l-FTT: (a) meta l-korrispettiv huwa aktar baxx
mill-prezz tas-suq; (b) fil-każijiet imsemmija
fl-Artikolu 2(1)(b). 3.
Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-prezz
tas-suq għandu jfisser l-ammont sħiħ li jkun tħallas bħala korrispettiv
għall-istrument finanzjarju kkonċernat fi tranżazzjoni distakkata. Artikolu 6
L-ammont taxxabbli fil-każ ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji relatati ma’ ftehim
dwar derivati Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji
msemmija fil-paragrafu 1(c) tal-Artikolu 2(1) u, relatati mal-ftehim
dwar derivati, fil-punti 1(a) u 1(b) tal-Artikolu 2(1), l-ammont tal-FTT
taxxabbli għandu jkun l-ammont nozzjonali tal-ftehim dwar derivati fil-ħin
tat-tranżazzjoni finanzjarja. Fejn ikun hemm identifikat aktar minn ammont
nozzjonali wieħed, għandu jintuża l-ogħla ammont sabiex jiġi stabbilit l-ammont
taxxabbli. Artikolu 7
Dispożizzjonijiet komuni dwar l-ammont taxxabbli Fejn il-valur rilevanti, skont
l-Artikolu 5 jew l-Artikolu 6, għad-determinazzjoni tal-ammont
taxxabbli huwa espress, b'mod sħiħ jew b'mod parzjali, f'munita oħra minbarra
dik tal-Istat Membru tat-tassazzjoni, ir-rata tal-kambju applikabbli għandha
tkun l-aħħar rata ta’ bejgħ irreġistrata, fil-ħin li l-FTT issir dovuta,
fis-suq ta’ kambju l-aktar rappreżentattiv tal-Istat Membru kkonċernat, jew
b'rata ta’ kambju stabbilita b'referenza għal dak is-suq, skont ir-regoli
stabbiliti minn dak l-Istat Membru. Artikolu 8
Applikazzjoni, struttura u livell ta’ rati 1.
L-Istati Membri għandhom japplikaw ir-rati fis-seħħ
tal-FTT meta t-taxxa ssir dovuta. 2.
Ir-rati għandhom jiġu stabbiliti minn kull Stat
Membru bħala perċentwal tal-ammont taxxabbli. Dawk ir-rati ma għandhomx ikunu aktar baxxi minn: (a)
0.1% fir-rigward tat-tranżazzjonijiet finanzjarji
msemmija fl-Artikolu 5; (b)
0.01% fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji
msemmija fl-Artikolu 6. 3.
L-Istati Membri għandhom japplikaw l-istess rata
għat-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha li jaqgħu taħt l-istess kategorija
skont il-paragrafu 2 (a) u (b). Kapitolu III
Il-ħlas tal-FTT, l-obbligi relatati u l-prevenzjoni tal-evażjoni, tal-evitar u
tal-abbuż Artikolu 9
Il-persuna responsabbli għall-ħlas tal-FTT lill-awtoritajiet fiskali 1.
Fir-rigward ta' kull tranżazzjoni finanzjarja, l-FTT
għandha tkun pagabbli minn kull istituzzjoni finanzjarja li tissodisfa waħda
mill-kundizzjonijiet li ġejjin: (a)
hija parti mit-tranżazzjoni, taġixxi jew f'isimha
stess jew f'isem persuna oħra; (b)
taġixxi f'isem parti għat-tranżazzjoni; jew (c)
it-tranżazzjoni twettqet f'isimha. 2.
Meta istituzzjoni finanzjarja taġixxi għan-nom jew
akkont ta’ istituzzjoni finanzjarja oħra, dik l-istituzzjoni finanzjarja l-oħra
biss għandha tkun responsabbli li tħallas FTT. 3.
Kull parti fi tranżazzjoni, inkluż persuni oħrajn
għajr l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu miżmuma responsabbli, in
solidum, għall-ħlas tat-taxxa dovuta mill-istituzzjoni finanzjarja għal dik
it-tranżazzjoni partikolari, fil-każ li l-istituzzjoni finanzjarja ma tkunx
ħallset it-taxxa dovuta minnha sal-iskadenza stipulata fl-Artikolu 10(4). 4.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li persuna
minbarra l-persuni responsabbli għall-ħlas ta’ FTT imsemmija
fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tinżamm responsabbli in
solidum għall-ħlas tat-taxxa. Artikolu 10
Dispożizzjonijiet relatati mal-limiti ta’ żmien għall-ħlas ta’ FTT,
għall-obbligi maħsuba biex jiżguraw il-ħlas, għall-verifika tal-ħlas 1.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-obbligi
ta’ reġistrazzjoni, ta’ kontabilità, ta’ rappurtar u obbligi oħra maħsuba biex
jiżguraw li l-FTT dovuta lill-awtoritajiet fiskali titħallas b’mod effettiv. 2.
L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex
jiżguraw li kull persuna obbligata li tħallas FTT tissottometti dikjarazzjoni
lill-awtoritajiet fiskali li tistabbilixxi l-informazzjoni kollha meħtieġa
għall-kalkolu tal-FTT li tkun saret duvuta matul perjodu ta’ xahar inkluż
il-valur totali tat-tranżazzjonijiet intaxxati f’kull rata. Id-dikjarazzjoni
tal-FTT għandha tiġi sottomessa sal-għaxar jum tax-xahar wara x-xahar li fih
l-FTT tkun saret dovuta. 3.
Meta istituzzjonijiet finanzjarji ma jkunux
soġġetti għall-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2004/39/KE, l-Istati
Membri għandhom jiżguraw li jżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti,
għal mill-inqas ħames snin, id-dejta rilevanti relatata mat-tranżazzjonijiet
finanzjarji kollha li għamlu, sew jekk għan-nom tagħhom stess jew għan-nom ta’
persuna oħra, akkont tagħhom stess jew akkont ta’ persuna oħra; 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe FTT
dovuta titħallas lill-awtoritajiet fiskali fiż-żminijiet segwenti: (a)
fil-mument li t-taxxa ssir dovuta fil-każ li
t-tranżazzjoni ssir b’mod eletroniku; (b)
fi żmien tlett ijiem xogħol mill-mument meta
t-taxxa ssir dovuta fil-każijiet l-oħrajn kollha. 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet
kompetenti fil-kwistjoni jivverifkaw jekk it-taxxa tkunx tħallset sew. Artikolu 11
Dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-prevenzjoni tal-evażjoni, tal-evitar u
tal-abbuż 1.
L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri
għall-prevenzjoni tal-evażjoni, tal-evitar u tal-abbuż mit-taxxa. 2.
Il-Kummissjoni tista’, skont l-Artikolu 13
tadotta atti ddelegati li jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu
mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1. 3.
L-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jużaw
id-dispożizzjonijiet adottati mill-Unjoni dwar kooperazzjoni amministrattiva fi
kwistjonijiet fiskali, u b’mod partikolari mid-Direttivi
tal-Kunsill 2011/16/UE u 2010/24/UE. Huma għandhom jużaw ukoll obbligi
eżistenti ta’ rappurtar u ta’ manutenzjoni tad-dejta relatati ma’
tranżazzjonijiet finanzjarji. Kapitolu IV
Dispożizzjonijiet finali Artikolu 12
Taxxi oħra fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji L-Istati Membri ma għandhomx iżommu jew
jintroduċu taxxi fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji għajr għall-FTT li hi
l-oġġett ta’ din id-Direttiva jew taxxa fuq il-valur miżjud kif previst
fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE[30]. Artikolu 13
Eżerċizzju tad-delega 1.
Il-Kummissjoni hija kkonferita s-setgħa li tadotta
atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. 2.
Id-delega tas-setgħat imsemmija
fl-Artikoli 2 (2) u 11 (2) għandha tingħata għal perjodu
indeterminat ta’ żmien mid-data msemmija fl-Artikolu 18. 3.
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(2)
u 11(2) tista’ tiġi revokata mill-Kunsill f’kull ħin. Deċiżjoni ta’ revoka
għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha
tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma
għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. 4.
Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni
għandha tinnotifika lill-Kunsill b’dan. 5.
Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 2(2) u
11(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika
ta’ dak l-att lill-Kunsill ma tkun ġiet imfissra l-ebda oġġezzjoni mill-Kunsill
jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Kunsill ikun informa
lill-Kummissjoni li mhuwiex sejjer joġġezzjona. Dak il-perjodu għandu jiġi
estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Kunsill. Artikolu 14
Informazzjoni tal-Parlament Ewropew Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat
bl-adozzjoni ta’ atti ddelegati mill-Kummissjoni, bi kwalunkwe oġġezzjoni
fformulata lilhom, jew bir-revoka tad-delega ta’ setgħat mill-Kunsill. Artikolu 15
Emenda għad-Direttiva 2008/7/KE Id-Direttiva 2008/7/KE ġiet emendata kif
ġej: (1) L-Artikolu 6(1) punt (a) ġie
mħassar. (2)
Wara l-Artikolu 6, iddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 6a Relazzjoni
mad-Direttiva …/…/UE Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr
preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill …/…/UE[31]." Artikolu 16
Klawsola ta’ reviżjoni Kull ħames snin u għall-ewwel darba
sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tissottometti
lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn xieraq,
proposta għall-modifika tagħha. F’dak ir-rapport il-Kummissjoni għandha,
mill-inqas, teżamina l-impatt tal-FTT fuq il-funzjonament proprju tas-suq
intern, tas-swieq finanzjarji u tal-ekonomija reali u għandha tivvaluta
l-progress dwar it-tassazzjoni tas-settur finanzjarju fil-kuntest
internazzjonali. Artikolu 17
Traspożizzjoni 1. L-Istati Membri għandhom
jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard
mill-31 ta’ Diċembru 2013, il-liġijiet, ir-regolamenti u
d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din
id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk
id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet
u din id-Direttiva. Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet
mill-1 ta’ Jannar 2014. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk
id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva
jew għandhom ikunu akkompanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni
tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw
kif għandha ssir tali referenza. 2. L-Istati Membri għandhom
jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi
nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 18
Dħul fis-seħħ Din
id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik
tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 19
Destinatarji Din
id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA
1.
QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.
It-titolu tal-proposta/inizjattiva
Id-Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE
1.2.
Il-qasam (l-oqsma) tal-politika kkonċernata(i)
fl-istruttura tal-ABM/ABB
14 05 Il-Politika tat-Tassazzjoni
1.3.
In-natura tal-proposta/inizjattiva
Il-proposta tirrigwarda azzjoni ġdida
1.4.
Objettiv(i)
1.4.1.
L-objettiv strateġiku multiannwali tal-Kummissjoni
fil-mira tal-proposta
Stabbiltà finanzjarja
1.4.2.
L-għanijiet speċifiċi u l-attività(ijiet)
tal-ABM/ABB ikkonċernata(i)
Objettiv Speċifiku Nru.3 L-iżvilupp ta’ inizjattivi fiskali u azzjonijiet ġodda li jappoġġjaw l-għanijiet tal-politika tal-UE Attività(ijiet) tal-ABM/ABB ikkonċernata(i) Titolu 14 It-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali; ABB 05 Il-Politika ta’ Tassazzjoni
1.4.3.
Riżultat(i) mistenni(ja)
Li tiġi evitata l-frammentazzjoni fis-suq intern għal servizzi finanzjarji, filwaqt li jingħata kas tal-għadd li dejjem qiegħed jikber ta’ miżuri fiskali nazzjonali mhux ikkoordinati li qegħdin jiġu stabbiliti. Li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet finanzjarji jagħtu kontribut ġust sabiex ikopru l-ispejjeż tal-kriżi riċenti, u biex jiżguraw tassazzjoni ugwali tas-settur vis-à-vis setturi oħra. Li jinħolqu disinċentivi għal tranżazzjonijiet riskjużi żżejjed u biex jiġu kkumplimentati miżuri regolatorji li għandhom il-għan li jevitaw kriżijiet futuri.
1.5.
Ir-raġunijiet għall-proposta/l-inizjattiva
1.5.1.
Rekwiżit(i) li jrid(u) jintlaħaq(u) fuq żmien qasir
jew twil
Kontribuzzjoni lejn l-objettiv ġenerali ta’ stabbiltà fil-UE wara l-kriżi finanzjarja
1.5.2.
Valur miżjud tal-involviment tal-UE
Il-frammentazzjoni tas-swieq finanzjarji fost l-attivitajiet u bejn il-fruntieri tista’ biss tiġi evitata u t-trattament ugwali tal-istituzzjonijiet finanzjarji fl-UE u, finalment, il-funzjonament xieraq tas-suq intern jistgħu jiġu żgurati biss permezz ta’ azzjoni fuq livell tal-UE.
1.5.3.
Lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili
fil-passat
Ġie ppruvat li l-introduzzjoni ta’ FTT b’bażi wiesgħa fuq livell nazzjonali li tilħaq it-tliet objettivi ta’ hawn fuq mingħajr effetti serji ta’ delokalizzazzjoni ma tantx hija possibbli (l-eżempju tal-Isvezja)".
1.5.4.
Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti
rilevanti oħra
It-taxxi huma parti mill-qafas ta’ riżoluzzjoni globali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ipproponiet li tuża d-dħul mit-FTT bħala riżors proprju għall-futur
1.6.
Tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju
Proposta ta’ żmien mhux limitat
1.7.
Metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i)
Il-proposta għandha impatt finanzjarju fuq
l-UE billi żżid l-ispejjeż amministrattivi. Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni Ġestjoni ċentralizzata indiretta bid-delega tal-inkarigi ta’ implimentazzjoni lil: Persuna inkarigata bl-implimentazzjoni ta’
azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
u identifikata fl-att bażiku rilevanti skont l-Artikolu 49 tar-Regolament
finanzjarju. Ġestjoni konġunta
mal-Istati Membri Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi Ġestjoni konġunta
ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li jridu jiġu speċifikati).
2.
Miżuri ta’ Ġestjoni
2.1.
Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex l-FTT tinġabar b’mod preċiż u fil-ħin, li jinkludu miżuri ta’ verifika. Il-provvediment ta’ miżuri xierqa għall-iżgurar tal-ħlas tat-taxxa u għall-monitoraġġ u l-verifika tal-ħlas korrett huwa f’idejn l-Istati Membri.
2.2.
Sistema ta’ ġestjoni u kontroll
2.2.1.
Riskju(i) identifikat(i)
1. Dewmien fit-traspożizzjoni tad-Direttiva fil-livell ta’ Stati Membri 2. Riskju ta’ evażjoni, evitar u abbuż 3. Riskju ta’ rilokazzjoni
2.2.2.
Metodu(i) ta’ kontroll previst(i)
L-Artikolu 11 tad-Direttiva jsemmi d-dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-prevenzjoni tal-evażjoni, l-evitar u l-abbuż: atti ddelegati u kooperazzjoni amministrattiva fi kwistjonijiet fiskali. Ir-riskju ta’ rilokazzjoni huwa indirizzat permezz tal-għażla ta’ sett xieraq ta’ rati fiskali u definizzjoni wiesgħa tal-bażi taxxabbli.
2.3.
Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u
irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri eżistenti jew previsti
għall-prevenzjoni u l-protezzjoni.
3.
L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.
Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u
l-intestatura(i) tal-baġit affettwat(i)
· - Intestaturi eżistenti tal-baġit Fl-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-intestaturi tal-baġit. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Deskrizzjoni………….] || Diff./mhux-diff ([32]) || minn pajjiżi tal-EFTA[33] || minn pajjiżi kandidati[34] || minn pajjiżi terzi || skont l-Artikolu 18(1) (aa) tar-Regolament Finanzjarju || [XX.YY.YY.YY] || Diff./ mhux -diff. || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE · Intestaturi ġodda tal-baġit mitluba Fl-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-intestaturi tal-baġit. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Intestatura…………..] || Diff./ mhux -diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont l-Artikolu 18(1) (aa) tar-Regolament Finanzjarju || [XX.YY.YY.YY] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE
3.2.
L-impatt stmat fuq l-infiq
3.2.1.
Sommarju tal-impatt stmat fuq l-infiq
EUR miljuni (sa 3 punti deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru || [Intestatura ……………...…………………………………………….] DĠ: <…….> || || || Sena N[35] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal l-ammont ta’ snin meħtieġa sabiex turi d-dewmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || || Numru tal-intestatura tal-baġit || Impenji || (1) || || || || || || || || Ħlasijiet || (2) || || || || || || || || Numru tal-intestatura tal-baġit || Impenji || (1a) || || || || || || || || Ħlasijiet || (2a) || || || || || || || || Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinananzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi[36] || || || || || || || || Numru tal-intestatura tal-baġit || || (3) || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet għal DĠ <…….> || Impenji || =1+1a +3 || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A Ħlasijiet || =2+2a +3 || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A Ħlasijiet || (5) || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt INTESTATURA <….> tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A Ħlasijiet || =5+ 6 || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A Jekk hemm aktar minn intestatura waħda affettwata
mill-proposta / inizjattiva: TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || || Ħlasijiet || (5) || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A Ħlasijiet || =5+ 6 || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || " Nefqa amministrattiva" EUR miljuni (sa 3 punti deċimali) || || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Mill- 2017 ’il quddiem DĠ: TAXUD || Riżorsi umani || 0.254 || 0.762 || 0.762 || 0.762 || 0.762 Infiq amministrattiv ieħor || 0.040 || 0.036 || 0.036 || 0.036 || 0.036 TOTAL DĠ TAXUD || || 0.294 || 0.798 || 0.798 || 0.798 || 0.798 TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt INTSTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Impenji totali = Ħlasijiet totali) || 0.294 || 0.798 || 0.798 || 0.798 || 0.798 EUR miljuni (sa 3 punti deċimali) || || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Mill- 2017 ’il quddiem TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 0.294 || 0.798 || 0.798 || 0.798 || 0.798 Ħlasijiet || 0.294 || 0.798 || 0.798 || 0.798 || 0.798
3.2.2.
L-impatt stmat fuq approprjazzjonijiet operattivi
–
- X Il-proposta
/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi
3.2.3.
L-impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura
amministrattiva
3.2.3.1.
Sommarju
–
- X Il-proposta
/ inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif
spjegat hawn taħt: EUR miljuni (sa
3 punti deċimali) || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Mill- 2017 ’il quddiem INTESTAURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || Riżorsi umani || 0.254 || 0.762 || 0.762 || 0.762 || 0.762 Infiq amministrattiv ieħor || 0.040 || 0.036 || 0.036 || 0.036 || 0.036 Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 0.294 || 0.798 || 0.798 || 0.798 || 0.798 'll barra mill-INTESTATURA 5[37] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || Riżorsi umani || || || || || Riżorsi umani Infiq amministrattiv ieħor || || || || || Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || N/A || N/A || N/A || N/A || N/A TOTAL || 0.294 || 0.798 || 0.798 || 0.798 || 0.798
3.2.3.2.
Ħtieġa mbassra ta’ riżorsi umani
–
- X Il-proposta
/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt: || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Mill- 2017 ’il quddiem Tabella tal-karigi tal-persunal (uffiċjali u aġenti temporanji) || || || || || 14 01 01 01 ( Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0.254 || 0.762 || 0.762 || 0.762 || 0.762 14 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. 14 01 05 01 (Riċerka indiretta) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. Persunal estern (f’Unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[38] || || || || || 14 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. 14 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. XX 01 04 yy[39] || - fil-Kwartieri Ġenerali[40] || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. - f’delegazzjonijiet || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. XX 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka indiretta ) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. 10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta ) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. Linji oħra tal-baġit (speċifika) || || || || || TOTAL || 0.254 || 0.762 || 0.762 || 0.762 || 0.762 L-istima għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ
(jew l-aktar sa punt deċimali wieħed) 14 huwa l-qasam
tal-politika jew il-linja tal-baġit ikkonċernata. Ir-riżorsi umani meħtieġa sejrin jintlaqgħu
minn staff mid-DĠ li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u /jew
intbagħat jaħdem fi ħdan id-DĠ, flimkien jekk ikun meħtieġ ma’ xi allokazzjoni
addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ amministrattiv skont il-proċedura ta’
allokazzjoni annwali u fid-dawl ta’ restrizzjonijiet baġitarji. Deskrizzjoni tal-inkarigi li jridu jitwettqu: Uffiċjali u aġenti temporanji || L-allokazzjoni attwali tal-persunal tad-DĠ TAXUD ma tqisx il-kwistjoni tat-totalità tas-sistema komuni ta’ FTT u sejra teħtieġ trasferimenti interni. L-inkarigi ewlenin tal-uffiċjali assenjati sejrin ikunu li: jelaboraw it-teknikalitajiet dwar il-funzjonament prattiku tat-taxxa sabiex jgħinu fil-proċess ta’ negozjati, jimmonitorjaw l-implimentazzjoni sussegwenti, iħejju l-interpretazzjonijiet legali u d-dokumenti ta’ ħidma, jikkontribwixxu għall-atti ddelegati dwar dispożizzjonijiet kontra l-evitar/l-abbuż, iħejju proċeduri ta’ ksur kif xieraq eċċ.
3.2.4.
Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali
attwali
–
- X Il-proposta
/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.
3.2.5.
Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
–
- Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal
kofinanzjament minn partijiet terzi
3.3.
L-impatt stmat fuq id-dħul
–
X Il-proposta
/inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul. [1] COM(2010) 549 finali
((http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0549:FIN:MT:PDF) [2] B’mod partikolari, waqt il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew
tal-11 ta’ Marzu 2011 il-kapijiet tal-istati jew tal-gvernijiet
taż-żona tal-Euro ftiehmu li “l-introduzzjoni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet
finanzjarji għandha tiġi ulterjorment esplorata u żviluppata fuq il-livelli
taż-żona tal-Euro, tal-UE u internazzjonali.” Il-Kunsill Ewropew sussegwenti
tal-24 u l-25 ta’ Marzu 2011 tenna l-konklużjoni preċedenti
tiegħu li l-introduzzjoni ta’ imposta globali fuq it-tranżazzjonijiet
finanzjarji għandha tiġi esplorata u żviluppata aktar. [3] Fl-10 u l-25 ta’ Marzu 2010 u
fit-8 ta’ Marzu 2011, il-Parlament Ewropew adotta
riżoluzzjonijiet li jitolbu lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni
tal-impatt tal-FTT li tesplora l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħha. Barra minn
hekk, talab biex jiġi vvalutat il-potenzjal tal-opzjonijiet tal-FTT biex
jikkontribwixxu għall-baġit tal-UE u biex jintużaw bħala mekkaniżmi finanzjarji
innovattivi li jipprovdu appoġġ għall-addattament għal u l-mitigazzjoni
tat-tibdil fil-klima għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, kif ukoll
għall-finanzjament tal-kooperazzjoni tal-iżvilupp. [4] Ħafna mis-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni huma
eżenti mill-VAT. [5] COM(2011) 510 finali.
http://ec.europa.eu/budget/library/biblio/documents/fin_fwk1420/proposal_council_own_resources_en.pdf [6] COM(2010) 700 finali
(http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0700:FIN:MT:PDF). [7] COM(2011) 510 finali (http://ec.europa.eu/budget/library/biblio/documents/fin_fwk1420/proposal_council_own_resources_en.pdf). [8] Qed issir referenza għad-definizzjoni ta’ strumenti
finanzjarji fl-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq
fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u
93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li
tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004,
p. 1). Din id-definizzjoni tkopri unitajiet f’impriżi
ta’investiment kollettiv. Konsegwentement, ishma u unitajiet ta’ impriżi ta’
investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) kif definiti
fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE (ĠU L 302, 17.11.2009,
p. 32) u fondi ta’ investiment alternattiv (AIF) kif definiti
fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 174,
1.7.2011, p. 1) huma strumenti finanzjarji. Is-sottoskrizzjoni u t-tifdija
ta’ dawn l-istrumenti huma għalhekk ikkunsidrati tranżazzjonijiet finanzjarji
skont il-proposta attwali. [9] B’mod partikolari d-Direttiva 2004/39/KE (ara
n-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti). [10] ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1. [11] ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1. [12] http://www.oecdilibrary.org/docserver/download/fulltext/2311331e.pdf?expires=1309623132&id=id&accname=ocid194935&checksum=37A9732331E7939B3EE154BB7EC53C41 [13] ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1. [14] ĠU L 46, 21.2.2008, p. 11. [15] ĠU C …, …, p.. . [16] ĠU C …, …, p. .. [17] ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1–44. [18] ĠU L
302, 17.11.2009, p. 32–96. [19] ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1–73. [20] ĠU L 46, 21.2.2008, p. 11. [21] ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1. [22] ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32. [23] ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1. [24] ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1. [25] ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201. [26] ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1. [27] ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1. [28] ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10. [29] ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45. [30] ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1–118. [31] ĠU L ….., …., p.
[32] Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. =
approprjazzjonijiet mhux differenzjati. [33] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. [34] Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati
potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [35] Is-sena N hija s-sena meta tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [36] Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ
għall-implimentazzjoni ta’ programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (qabel kienu
intestaturi "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta. [37] Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ
għall-implimentazzjoni ta’ programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (qabel kienu
intestaturi "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta. [38] CA=Aġent b'Kuntratt; INT=persunal tal-aġenzija ("Intérimaire");
JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti żgħażagħ
fid-Delegazzjonijiet); LA=Aġent Lokali; SNE=Esperti Nazzjonali Ssekondat. [39] Taħt il-limitu għal persunal estern minn
approprjazzjonijiet operazzjonali (preċedentement linji "BA") [40] Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu
Ewropew għall-Iżvilupp Rurali ) FAEŻR) u l-Fond Ewropew tas-Sajd (FES).