Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar /* KUMM/2011/0565 finali - 2011/0241 (NLE) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru
194/2008 jipprovdi li jittieħdu ċerti miżuri dwar
Burma/il-Mjanmar, inklużi restrizzjonijiet fuq ċerta merkanzija
għall-esportazzjoni minn Burma/il-Mjanmar u l-iffriżar tal-assi ta’ ċerti
individwi u entitajiet. Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill
2011/239/PESK tat-12 ta' April 2011[1]
li temenda d-Deċiżjoni 2010/232/PESK li ġġedded
il-miżuri restrittivi kontra Burma/il-Mjanmar, il-Kunsill qabel fuq
ċert emendi. Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE
għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni
jipproponu li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 194/2008 kif xieraq. B’żieda ma' dan,
id-dispożizzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 194/2008 dwar emenda
għal-listi ta’ persuni u entitajiet immirati għandhom jiġu
emendati biex jitqies ir-rekwiżit għal salvagwardji legali pprovduti
fl-Artikolu 215(3) TFUE u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. 2011/0241 (NLE) Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru
194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi
fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215
tiegħu, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2011/239/PESK tat-12 ta' April 2011[2] li temenda
d-Deċiżjoni 2010/232/PESK li ġġedded il-miżuri
restrittivi kontra Burma/il-Mjanmar, Wara li kkunsidra l-proposta konġunta
mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u
l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni, Billi: (1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 tal-25
ta’ Frar 2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri
restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar u li jħassar ir-Regolament
(KE) Nru 817/2006[3]
jipprovdi li jittieħdu ċerti miżuri fir-rigward ta’
Burma/il-Mjanmar, inklużi restrizzjonijiet dwar ċerta merkanzija
għall-esportazzjoni minn Burma/il-Mjanmar u l-iffriżar tal-assi ta’
ċerti individwi u entitajiet. (2)
Bid-Deċiżjoni 2011/239/PESK, il-Kunsill
emenda d-Deċiżjoni 2010/232/PESK[4].
Ċerti emendi, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw l-iffriżar
tal-fondi ta' ċerti individwi u entitajiet, jitolbu aktar azzjoni
min-naħa tal-Unjoni. (3)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008
għandu jiġi emendat kif xieraq. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 huwa
emendat kif ġej: (1) L-Artikolu 11 jinbidel b'dan li
ġej: “Artikolu 11 1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi
kollha li jappartjenu għal persuni fiżiċi jew
ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness VI, jew li huma
proprjetà tagħhom, miżmuma jew kontrollati minnhom, għandhom
jiġu ffriżati. 2. L-ebda fondi jew riżorsi
ekonomiċi m'għandhom, direttament jew indirettament,
jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-persuni, entitajiet jew
korpi fiżiċi jew ġuridiċi, elenkati fl-Anness VI, jew
għall-benefiċċju tagħhom. 3. Għandha tiġi pprojbita
l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f'attivitajiet li l-għan
jew l-effett tagħhom ikun, direttament jew indirettament, li jinħarbu
l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2. 4. Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu
2 m’għandha twassal għal responsabbiltà ta’ ebda xorta fuq
in-naħa tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew entitajiet
ikkonċernati, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni
valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu se jiksru din
il-projbizzjoni.” (2) Għandu jiddaħħal
l-Artikolu 11a li ġej: “Artikolu 11a 1. L-Anness VI għandu jinkludi: (a) membri għolja tal-Kunsill tal-Istat
għall-Paċi u l-Iżvilupp (SPDC) preċedenti, l-awtoritajiet
Burmiżi fis-settur tat-turiżmu, membri għolja tal-militar,
il-Gvern jew il-forzi tas-sigurtà li jfasslu, jimplimentaw jew jibbenefikaw
minn linji ta' politika li jimpedixxu t-tranżizzjoni ta' Burma/il-Mjanmar
lejn id-demokrazija, u l-membri tal-familji tagħhom. (b) membri għolja li huma fis-servizz
militari Burmiż u membri tal-familji tagħhom; (c) persuni fiżiċi jew
ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati mal-persuni msemmija
fil-punti (a) u (b). 2. L-Anness VI għandu jinkludi biss
l-informazzjoni li ġejja dwar il-persuni, entitajiet jew korpi fiżiċi
jew ġuridiċi elenkati: (a) għal finijiet ta' identifikazzjoni:
fil-każ ta’ persuni fiżiċi, il-kunjom u l-ismijiet mogħtija
(inklużi psewdonimi u titli, jekk ikun hemm); data u post tat-twelid;
nazzjonalità; numri tal-passaport u tal-karta tal-identità; numri tat-taxxa u
tas-sigurtà soċjali; sess; indirizz jew tagħrif ieħor dwar fejn
wieħed ikun jinsab; kariga jew professjoni; fil-każ ta’ persuni
ġuridiċi, entitajiet jew korpi, l-isem, il-post u d-data
tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. (b) id-data li fiha l-persuna fiżika jew
ġuridika, entità jew korp ikun/tkun iddaħħal/iddaħħlet
fl-Anness; (c) ir-raġunijiet għalfejn ikun ġie/tkun
ġiet elenkat(a). 3. L-Anness VI jista' jinkludi wkoll
informazzjoni dwar il-membri tal-familja tal-persuni elenkati, sakemm
l-inklużjoni ta’ din l-informazzjoni tkun ikkunsidrata bħala
neċessarja f'każ speċifiku għall-unika raġuni tal-verifika
tal-identità tal-persuna fiżika elenkata kkonċernata.” (3) L-Artikolu 18 jinbidel b'dan li
ġej: “Artikolu 18 1. Il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li: (a) temenda l-Anness IV abbażi ta'
informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri; kif ukoll (b) temenda l-Annessi V, VI u VII abbażi
ta’ deċiżjonijiet meħuda fir-rigward tal-Annessi I, II u III
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/232/PESK. 2. Il-Kummissjoni għandha tiddikjara,
fl-Anness VI, ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha li
tinkludi annotazzjoni f’dak l-Anness, u għandha tiġbed l-attenzjoni
tal-persuni, entitajiet u korpi elenkati għad-deċiżjonijiet
tagħha permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż li jipprovdi
lill-persuna, entità jew korp elenkat(a) b’opportunità li jissottometti/tissottometti
kummenti. 3. F’każ li jiġu sottomessi
kummenti bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tirrevedi
d-deċiżjoni tagħha fid-dawl tal-kummenti u kwalunkwe
informazzjoni oħra relevanti u tinforma lill-persuna, l-entità jew
lill-korp kif xieraq. 4. Il-Kummissjoni għandha
tipproċessa d-dejta personali sabiex twettaq dmirijietha skont dan
ir-Regolament. Dawn id-dmirijiet jinkludu: (a) li tħejji u temenda l-Anness V,
VI u VII ta' dan ir-Regolament; (b) li tinkludi l-kontenut ta' dawn l-annessi
fil-lista elettronika u konsolidata ta' persuni, gruppi u entitajiet
soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji tal-UE, li hi disponibbli
fuq is-sit tal-internet tal-Kummissjoni[5];
(c) li tipproċessa l-informazzjoni dwar
l-impatt tal-miżuri ta' dan ir-Regolament bħall-valur tal-fondi
ffriżati u informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija
mill-awtoritajiet kompetenti. 5. Il-Kummissjoni tista' tipproċessa
dejta relevanti b'rabta ma' reati kriminali mwettqa mill-persuni
fiżiċi elenkati, u ma' kundanni penali jew miżuri ta' sigurtà li
jikkonċernaw lit-tali persuni, sal-punt li tali proċessar ikun
meħtieġ għat-tħejjija tal-Anness VI għal dan
ir-Regolament. Tali dejta m’għandhiex tiġi ppubblikata jew mibdula. 6. Għall-finijiet ta' dan
ir-Regolament, l-unità tal-Kummissjoni elenkata fl-Anness IV hija
maħtura bħala "kontrollur" għall-Kummissjoni skont
it-tifsira tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, sabiex
ikun żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu
jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont
ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.” Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 101,
15 ta’ April 2011, p. 24. [2] ĠU L 101,
15 ta’ April 2011, p. 24. [3] ĠU L 66, 10.3.2008, p. 1. [4] ĠU L 105, 27.4.2010, p. 32. [5] http://ec.europa.eu/external_relations/cfsp/sanctions/consol-list_en.htm