52011PC0469

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 /* KUMM/2011/0469 finali - 2011/0207 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Bid-deċiżjoni tat-23 ta' Frar 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tagħti bidu għan-negozjati mal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istati AKP”) bil-għan li twettaq it-tieni reviżjoni tal-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati AKP, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' Cotonou”).

F'konformità mal-Artikolu 95(3) tal-Ftehim ta' Cotonou, kemm in-naħa tal-AKP kif ukoll dik tal-UE nnotifikaw lill-parti l-oħra dwar id-dispożizzjonijiet li huma xtaqu jirrevedu bil-ħsieb tal-possibbiltà ta’ emendar tal-Ftehim. In-notifiki mill-AKP u mill-UE kienu jikkonverġu f'bosta oqsma, u ż-żewġ partijiet għarfu li l-Ftehim ta' Cotonou għandu jiġi żviluppat aktar f'termini tad-dimensjoni politika tiegħu u fil-qasam tal-integrazzjoni reġjonali kif ukoll fl-implimentazzjoni tas-sħubija rigward, fost affarijiet oħra, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp. F’dan il-kuntest, intlaħaq ftehim li jitwarrab l-aġġornament tat-termini fil-Ftehim hekk kif mitlub mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, u eventwalment l-UE ħarġet dikjarazzjoni annessa mal-Att Finali li tipproponi lill-Istati AKP biex jiskambjaw xi ittri bil-għan li l-Ftehim isir konformi mat-tibdil istituzzjonali li jirriżulta minn dan id-dħul fis-seħħ.

Wara t-tnedija uffiċjali tan-negozjati fil-Kunsill Konġunt tad-29 ta' Mejju 2009, seħħew sensiela ta' sessjonijiet ta' negozjati bejn Ġunju 2009 u Marzu 2010.

F'konformità mal-Artikolu 95(3) tal-Ftehim ta' Cotonou, in-negozjati ġew konklużi b'suċċess permezz ta' laqgħa Ministerjali Konġunta straordinarja fid-19 ta' Marzu 2010 fejn in-negozjaturi inizjalaw it-testi li kellhom l-għan li jemendaw il-Ftehim, u għaldaqstant fejn il-partijiet approvaw ir-riżultat tan-negozjati.

Permezz tad-Deċiżjoni 2010/648/UE tal-14 ta’ Mejju 2010, il-Kunsill awtorizza l-iffirmar tal-Ftehim. Il-Ftehim Emendatorju li rriżulta min-negozjati konsegwentement ġie ffirmat miż-żewġ naħat fit-22 ta’ Ġunju 2010 fil-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE li sar f’Ouagadougou, bil-kundizzjoni li jiġi konkluż f’data aktar tard.

L-Artikolu 95(3) tal-Ftehim ta' Cotonou awtorizza lill-Kunsill Konġunt li jadotta miżuri tanżitorji fir-rigward tad-dispożizzjonijiet emendati sakemm jidħlu fis-seħħ. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/614/UE tal-14 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill approva l-pożizzjoni li għandha tadotta l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE rigward il-miżuri tranżitorji, u permezz tad-Deċiżjoni Nru 2/2010 tal-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE tal-21 ta’ Ġunju 2010, għandhom jiġu applikati b’mod temporanju d-dispożizzjonijiet emendatorji, mill-31 ta’ Ottubru 2010. Din id-Deċiżjoni titlob lill-Partijiet biex ilestu l-proċeduri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw id-dħul fis-seħħ komplut tal-Ftehim fi żmien sentejn mid-data tal-iffirmar tiegħu.

Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi lill-Kunsill biex jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-Ftehim, skont l-Artikolu 218(6) tat-TFUE, wara li jkun ġab il-kunsens tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 218(6)(a) tat-TFUE.

2011/0207 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6)(2), l-ittra (a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew[1],

Billi:

1. Kif awtorizzat mill-Kunsill fit-23 ta’ Frar 2009, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha l-Kummissjoni nnegozjat Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Cotonou”).

2. F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2010/648/UE tal-14 ta’ Mejju 2010, il-Ftehim ġie ffirmat mill-Partijiet fit-22 ta’ Ġunju 2010, fil-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE li sar f’Ouagadougou, bil-kundizzjoni li jiġi konkluż f’data aktar tard.

3. Id-Deċiżjoni Nru 2/2010 tal-21 ta’ Ġunju 2010 tal-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE adottat l-applikazzjoni temporanja tal-Ftehim Emendatorju mill-1 ta’ Novembru 2010.

4. Il-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Cotonou għandu jiġi konkluż.

5. Id-Dikjarazzjoni III mehmuża mal-Att Finali, li ġiet adottata mill-firmatarji, tiddikjara li “L-Unjoni Ewropea ser tipproponi lill-Istati AKP skambju ta’ ittri bil-għan li l-Ftehim isir konformi mat-tibdil istituzzjonali fl-Unjoni Ewropea li jirriżulta mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona”.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005, huwa hawnhekk konkluż.

It-test tal-Ftehim li għandu jiġi konkluż, u d-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Unjoni Ewropea b'mod unilaterali jew b'mod konġunt ma' partijiet oħra, u li huma mehmuża mal-Att Finali, qed jiġu mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni bħala l-Anness I.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna li jkollha s-setgħa li tipproċedi, f'isem l-Unjoni Ewropea, billi tiddepożita l-istrument ta' approvazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 93 tal-Ftehim ta’ Cotonou, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tkun marbuta bil-Ftehim.

Artikolu 3

L-ittra inkluża fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni għandha tiġi indirizzata lis-Segretarjat tal-AKP.

Artikolu

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I FTEHIM LI JEMENDA GĦAT-TIENI DARBA L-FTEHIM TA’ SĦUBIJA BEJN L-MEMBRI TAL-GRUPP TA’ STATI AFRIKANI, TAL-KARIBEW U TAL-PAĊIFIKU, MIN-NAĦA L-WAĦDA, U L-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, FUQ IN-NAĦA L-OĦRA, IFFIRMAT F’COTONOU FIT-23 TA’ ĠUNJU 2000, KIF EMENDAT GĦALL-EWWEL DARBA FIL-LUSSEMBURGU FIL-25 TA’ ĠUNJU 2005

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

IL-PRESIDENT TAL-IRLANDA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA' SPANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

L-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

IL-PRESIDENT TA' MALTA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IL-PRESIDENT TAR-RUMANIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IL-GVERN TAR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Istati Membri",

u

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Unjoni" jew "l-UE",

min-naħa l-waħda, u

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-ANGOLA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ ANTIGWA U BARBUDA,

IL-KAP TAL-ISTAT TAL-COMMONWEALTH TAL-BAĦAMAS,

IL-KAP TAL-ISTAT TAL-BARBADOS,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-BELIŻE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BENIN,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BOTSWANA,

IL-PRESIDENT TAL- BURKINA FASO,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BURUNDI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KAMERUN,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KAP VERDE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊENTRALI AFRIKANA,

IL-PRESIDENT TAL-UNJONI TAL-KOMOROS,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KONGO,

IL-GVERN TAL-GŻEJJER COOK,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-CÔTE D'IVOIRE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĠIBUTI,

IL-GVERN TAL-COMMONWEALTH TA’ DOMINIKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DOMINIKANA,

IL-PRESIDENT TAL-ISTAT TAL-ERITREA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA FEDERALI TAL-ETJOPJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER FIĠI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA GABONIŻA,

IL-PRESIDENT U L-KAP TAL-ISTAT TAR-REPUBBLIKA TAL-GAMBJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GANA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ GRENADA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GINEA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GINEA BISSAW,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA KOOPERATTIVA TAL-GUJANA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĦAITI,

IL-KAP TAL-ISTAT TAL-ĠAMAJKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KENJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ KIRIBATI,

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAR-RENJU TAL-LESOTO,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LIBERJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MADAGASKAR,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MALAWI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MALI,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER MARSHALL,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA IŻLAMIKA TAL-MAWRITANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MAWRIZJU,

IL-GVERN TAL-ISTATI FEDERATI TAL-MIKRONEŻJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MOŻAMBIK,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NAMIBJA,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ NAURU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NIĠER,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAN-NIĠERJA,

IL-GVERN TA’ NJU,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-PALAW,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-ISTAT INDEPENDENTI TAL-PAPWA GINEA ĠDIDA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAR-RWANDA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT KITTS U NEVIS,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SANTA LUĊIJA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT VINCENT U L-GRENADINI,

IL-KAP TAL-ISTAT TAL-ISTAT INDEPENDENTI TA’ SAMOA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TA’ SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SENEGAL,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SEYCHELLES,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ SJERRA LEONE,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-GŻEJJER SOLOMON,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-AFRIKA T’ISFEL,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SURINAM,

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAR-RENJU TAS-SWAŻILAND,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA UNITA TAT-TANŻANIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAĊ-ĊAD,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAT-TIMOR-LESTE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TOGOLIŻA,

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAT-TONGA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ TRINIDAD U TOBAGO,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ TUVALU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-UGANDA,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ VANWATU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAŻ-ŻAMBJA,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAŻ-ŻIMBABWE,

liema Stati minn hawn 'il quddiem huma msejħa "l-Istati AKP",

min-naħa l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Ftehim ta’ Georgetown li jistabbilixxi l-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), min-naħa l-oħra;

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ta' Cotonou");

BILLI l-Artikolu 95(1) tal-Ftehim ta' Cotonou jistabbilixxi li t-tul tal-Ftehim għandu jkun ta' 20 sena, li jibdew mill-1 ta’ Marzu 2000;

BILLI l-Ftehim li jemenda għall-ewwel darba l-Ftehim ta' Cotonou ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008;

IDDEĊIDEW li jiffirmaw dan il-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Cotonou għat-tieni darba u għal dan il-fini nnominaw bħala l-Plenipotenzjarji tagħhom lil:

GĦALL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA,GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,GĦALL-PRESIDENT TAL-IRLANDA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA,GĦALL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA’ SPANJA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,GĦALL-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,GĦALL-PRESIDENT TA’ MALTA,GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,GĦALL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,GĦALL-PRESIDENT TAR-RUMANIJA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,GĦALL-GVERN TAR-RENJU TAL-ISVEZJA,GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,GĦALL-UNJONI EWROPEA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-ANGOLA,GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ ANTIGWA U BARBUDA,GĦALL-KAP TAL-ISTAT TAL-COMMONWEALTH TAL-BAĦAMAS,GĦALL-KAP TAL-ISTAT TAL-BARBADOS,GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-BELIŻE,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BENIN,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BOTSWANA,GĦALL-PRESIDENT TAL-BURKINA FASO,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BURUNDI,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KAMERUN,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KAP VERDE,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊENTRALI AFRIKANA,GĦALL-PRESIDENT TAL-UNJONI TAL-KOMOROS,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KONGO,GĦALL-GVERN TAL-GŻEJJER COOK,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-CÔTE D'IVOIRE,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĠIBUTI,GĦALL-GVERN TAL-COMMONWEALTH TA’ DOMINIKA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DOMINIKANA,GĦALL-PRESIDENT TAL-ISTAT TAL-ERITREA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA FEDERALI TAL-ETJOPJA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER FIĠI,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA GABONIŻA,GĦALL-PRESIDENT U L-KAP TAL-ISTAT TAR-REPUBBLIKA TAL-GAMBJA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GANA,GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ GRENADA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GINEA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GINEA BISSAW,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA KOOPERATTIVA TAL-GUJANA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĦAITI,GĦALL-KAP TAL-ISTAT TAL-ĠAMAJKA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KENJA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ KIRIBATI,GĦALL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAR-RENJU TAL-LESOTO,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LIBERJA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MADAGASKAR,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MALAWI,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MALI,GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER MARSHALL,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA IŻLAMIKA TAL-MAWRITANJA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MAWRIZJU,GĦALL-GVERN TAL-ISTATI FEDERATI TAL-MIKRONEŻJA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MOŻAMBIK,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NAMIBJA,GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ NAURU,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NIĠER,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAN-NIĠERJA,GĦALL-GVERN TA’ NJU,GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-PALAW,GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-ISTAT INDEPENDENTI TAL-PAPWA GINEA ĠDIDA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAR-RWANDA,GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT KITTS U NEVIS,GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SANTA LUĊIJA,GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT VINCENT U L-GRENEDINI,GĦALL-KAP TAL-ISTAT TAL-ISTAT INDEPENDENTI TA’ SAMOA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TA’ SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SENEGAL,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SEYCHELLES,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ SJERRA LEONE,GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-GŻEJJER SOLOMON,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-AFRIKA T’ISFEL,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SURINAM,GĦALL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAR-RENJU TAS-SWAŻILAND,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA UNITA TAT-TANŻANIJA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAĊ-ĊAD,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAT-TIMOR-LESTE,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TOGOLIŻA,GĦALL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAT-TONGA,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ TRINIDAD U TOBAGO,GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ TUVALU,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-UGANDA,GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ VANWATU,GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAŻ-ŻAMBJA,GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAŻ-ŻIMBABWE,LI, wara li skambjaw il-Pjeni Poteri tagħhom, li nstabu li kienu korretti u fil-forma dovuta,

FTIEHMU DAN LI ĠEJ:

ARTIKOLU UNIKU

F'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 95 tiegħu, il-Ftehim ta' Cotonou huwa emendat kif ġej:

A. PREAMBOLU

1. Il-ħdax-il premessa li tibda "IFAKKRU d-dikjarazzjonijiet ta' Libreville u Santo Domingo …", hija sostitwita b'dan li ġej:

"FILWAQT LI JFAKKRU d-dikjarazzjonijiet tas-Summits suċċessivi tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-Istati AKP;".

2. Fit-tnax-il premessa, li tibda "JIKKONSIDRAW li l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju…", hija sostitwita b'dan li ġej:

“FILWAQT LI JIKKONSIDRAW li l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju li jirriżultaw mid-Dikjarazzjoni tal-Millenju, adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fis-sena 2000, b’mod partikolari l-qerda tal-faqar u l-ġuħ estremi, kif ukoll il-miri u l-prinċipji ta’ żvilupp miftiehma fil-Konferenzi tan-Nazzjonijiet Uniti, jipprovdu għal viżjoni ċara u għandhom jiffurmaw il-bażi tal-kooperazzjoni bejn l-AKP u l-UE f'dan il-Ftehim; filwaqt li jirrikonoxxu li l-UE u l-Istati tal-AKP jeħtieġ li jagħmlu sforz koordinat biex jiġi aċċellerat il-progress lejn il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju;".

3. Wara t-tnax-il premessa, li tibda "JIKKUNSIDRAW li l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju …", tiddaħħal il-premessa li ġejja:

"FILWAQT LI JISSOTTOSKRIVU għall-aġenda tal-effettività tal-għajnuna mibdija f'Ruma, u segwita f'Pariġi u żviluppata ulterjorment fl-Aġenda għall-Azzjoni ta' Accra;".

4. It-tlettax-il premessa, li tibda "TIĠI MOGĦTIJA attenzjoni lil wegħdiet …", hija sostitwita b'dan li ġej:

"FILWAQT LI TIĠI MOGĦTIJA attenzjoni partikolari għall-wegħdiet magħmula u l-għanijiet miftiehma fil-konferenzi prinċipali tan-Nazzjonijiet Uniti u f’konferenzi internazzjonali oħrajn, u filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa li tittieħed aktar azzjoni biex jiġu milħuqa l-għanijiet u implementati l-programmi ta' azzjoni mfassla f'dawk il-fora;".

5. Wara t-tlettax-il premessa, li tibda "TIĠI MOGĦTIJA attenzjoni partikolari għall-wegħdiet .", tiddaħħal il-premessa li ġejja:

"KONXJI mill-isfida ambjentali globali serja li ġab miegħu t-tibdil fil-klima, u mħassba profondament dwar il-fatt li l-iktar popolazzjonijiet vulnerabbli jgħixu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fil-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati u l-Gżejjer Żgħar tal-Istati AKP, fejn fenomeni relatati mal-klima bħalma huma ż-żieda fil-livell tal-baħar, l-erożjoni tal-kosta, l-għargħar, is-siċċità u d-deżertifikazzjoni qed jheddu l-għajxien u l-iżvilupp sostenibbli tagħhom;".

B. IT-TEST TAL-ARTIKOLI TAL-FTEHIM TA’ COTONOU

1. L-Artikolu 1 jiġi emendat kif ġej:

6. it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Dawn l-għanijiet u l-impenji internazzjonali tal-Partijiet, inklużi l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, għandhom ikunu l-bażi ta' kull strateġija ta' żvilupp u għandhom jitwettqu b'approċċ integrat u jikkunsidraw fl-istess waqt l-aspetti politiċi, ekonomiċi, soċjali, kulturali u ambjentali tal-iżvilupp. Is-sħubija għandha tipprovdi qafas koerenti ta' appoġġ għall-istrateġiji ta’ żvilupp addottati min kull stat tal-AKP.";

7. ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"L-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, l-iżviluppar tas-settur privat, iż-żieda fl-impjiegi u t-titjib fl-aċċess għar-riżorsi produttivi għandhom ikunu lkoll parti minn dan il-qafas. Għandu jingħata sostenn lir-rispett tad-drittijiet tal-individwu u lill-issodisfar tal-bżonnijiet bażiċi, lill-promozzjoni tal-iżvilupp soċjali u lilll-kondizzjonijiet għat-tqassim ġust tal-frott tat-tkabbir. Il-proċessi ta’ integrazzjoni reġjonali u subreġjonali li jkabbru l-integrazzjoni tal-istati tal-AKP fl-ekonomija dinjija skont il-kummerċ u l-investiment privat għandhom jiġu mħeġġa u sostnuti. Il-bini tal-kapaċità tal-imsieħba fl-iżvilupp u t-titjib tal-qafas istituzzjonarju meħtieġ għal ftehim soċjali, għat-tħaddim ta’ soċjetà demokratika u suq ekonomiku, u biex tiffunzjona soċjetà demokratika u ekonomija tas-suq, u l-ħolqien ta’ soċjetà ċivili attiva u organizzata għandha tkun parti integrali minn dan l-approċċ. Għandhom jiġu kkunsidrati sistematikament is-sitwazzjoni tan-nisa u kwistjonijiet relatati mal-ġeneru f’kull qasam – politiku, ekonomiku u soċjali. Il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-ambjent, inkluż it-tibdil fil-klima, għandhom jiġu applikati u integrati f'kull livell tas-sħubija.".

2. L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 2

Prinċipji fundamentali

Il-kooperazzjoni AKP-KE, imsejsa fuq sistema legalment vinkolanti u fuq l-eżistenza ta' istituzzjonijiet konġunti, għandha timxi skont l-aġenda maqbula internazzjonalment dwar l-effettività tal-għajnuna dwar is-sjieda, l-allinjament, il-ġestjoni tal-għajnuna li hija orjentata lejn ir-riżultati u r-responsabbiltà reċiproka, eżerċitata abbażi tal-prinċipji fundamentali li ġejjin:

- L-ugwaljanza tal-imsieħba u s-sjieda tal-istrateġiji tal-iżvilupp: għall-finijiet li jiġu mwettqa l-għanijiet ta' din is-sħubija, l-Istati AKP għandhom jistabbilixxu strateġiji ta' żvilupp għall-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom fis-sovranità kollha u b'konsiderazzjoni debita mogħtija lill-elementi essenzjali u fundamentali deskritti fl-Artikolu 9; is-sħubija għandha tinkoraġġixxi s-sjieda ta' strategiji ta' żvilupp mill-pajjiżi u l-popolazzjonijiet ikkonċernati; l-imsieħba tal-iżvilupp tal-UE għandhom jallinejaw il-programmi tagħhom ma' dawn l-istrateġiji;

- parteċipazzjoni: minbarra l-gvern ċentrali bħala sieħeb ewlieni, is-sħubija għandha tkun miftuħa għall-parlamenti tal-AKP, u għall-awtoritajiet lokali tal-Istati AKP u għal kull tip ta' msieħba oħra biex tiġi inkoraġġita l-integrazzjoni ta' kull qasam tas-soċjetà, inklużi s-settur privat u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fil-qafas tal-ħajja politika, ekonomika u soċjali;

- ir-rwol ewlieni tad-djalogu u l-milja tal-obbligi reċiproċi tar-responsabbiltà: l-obbligi assunti mill-Partijiet fil-qafas tad-djalogu tagħhom għandu jkun ċentrali għar-relazzjonijiet tas-sħubija u l-kooperazzjoni; Il-Partijiet għandhom jaħdmu mill-qrib ma' xulxin fid-determinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proċessi neċessarji tal-allinjament u l-armonizzazzjoni tad-donaturi, bl-għan li jiżguraw rwol ewlieni għall-Istati AKP f'dawn il-proċessi;

- Id-differenzjazzjoni u r-reġjonalizzazzjoni: l-arranġamenti dwar il-kooperazzjoni u l-prijoritajiet għandhom ivarjaw skont il-livell ta' żvilupp tal-imsieħeb, il-bżonnijiet tiegħu, il-prestazzjoni u l-istrateġija ta' żvilupp fit-tul tiegħu. It-trattament speċjali għandu jingħata lill-pajjiżi li huma l-inqas żviluppati. Il-vulnerabbiltà ta' pajjiżi li huma mdawra kollha kemm huma b'art ta' pajjiżi oħrajn u tal-gżejjer għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni. Enfażi partikolari għandha ssir fuq l-integrazzjoni reġjonali, inkluż fil-livell kontinentali.".

3. L-Artikolu 4 jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 4

Approċċ ġenerali

L-Istati tal-AKP għandhom jistabbilixxu l-prinċipji tal-iżvilupp, l-istrateġiji u l-mudelli tal-ekonomiji tagħhom fis-sovranità kollha. Huma għandhom jistabbilixxu, mal-Komunità, il-programmi ta’ kooperazzjoni previsti f'dan il-Ftehim. Madankollu, il-Partijiet jirrikonoxxu r-rwol komplementari u l-potenzjal ta' kontribut minn partijiet mhux Statali, tal-parlamenti nazzjonali tal-AKP u ta' awtoritajiet deċentralizzati lokali kif ukoll għall-proċess tal-iżvilupp, partikolarment fil-livelli nazzjonali u reġjonali. Għal dan il-għan, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim, il-partijiet mhux Statali, il-parlamenti nazzjonali tal-AKP u l-awtoritajiet deċentralizzati lokali għandhom, fejn ikun opportun:

- jiġu informati u involuti f'konsultazzjoni dwar linji politiċi u strateġiji ta' kooperazzjoni, dwar il-prijoritajiet għall-kooperazzjoni, l-aktar f'oqsma li jikkonċernawhom jew li jaffettwawhom direttament, u dwar id-djalogu politiku;

- jiġu pprovduti bis-sostenn għall-bini tal-kapaċità f'oqsma kruċjali sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet ta' dawn l-atturi, partikolarment fir-rigward ta' organizzazzjoni u rappreżentanza, u l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' konsultazzjoni, fosthom mezzi ta' komunikazzjoni u djalogu, u biex jiġu promossi alleanzi strateġiċi.

L-atturi mhux statali u l-awtoritajiet lokali deċentralizzati għandhom, fejn hu xieraq:

- ikunu provduti b'riżorsi finanzjarji, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim, biex jiġu sostnuti proċessi ta' żvilupp lokali;

- jiġu involuti fl-implimentazzjoni ta' proġetti ta' kooperazzjoni u programmi f'oqsma li jikkonċernawhom jew fejn dawn l-atturi għandhom vantaġġ komparattiv.".

4. L-Artikolu 6 jiġi emendat kif ġej:

8. il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"1. L-atturi tal-kooperazzjoni ser jinkludu:

9. Statali (lokali, reġjonali u nazzjonali), inklużi l-parlamenti nazzjonali tal-AKP;

10. L-organizzazzjonijiet reġjonali tal-AKP u l-Unjoni Afrikana. Għall-fini ta' dan il-Ftehim il-kunċett ta' organizzazzjonijiet jew livelli reġjonali għandhom jinkludu wkoll organizzazzjonijiet jew livelli subreġjonali;

11. mhux Statali:

12. settur privat;

13. msieħba ekonomiċi u soċjali, kif ukoll organizzazzjonijiet tat-trade unions;

14. is-soċjetà ċivili f'kull forma tagħha skont il-karatteristiċi nazzjonali.";

15. fil-paragrafu 2, il-kelmiet "msieħba li ma jiffurmawx parti mill-gvern" huma sostitwiti bil-kliem "atturi mhux Statali".

5. L-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 8

Djalogu politiku

1. Bejn il-Partjiet għandu jkun hemm regolarment djalogu politiku komprensiv, bilanċjat u approfondit li jwassal għal impenji miż-żewg naħat.

2. L-għan ta’ dan id-djalogu għandu jkun l-iskambju tal-informazzjoni, it-tkattir tal-komprensjoni reċiproka u l-aġevolazzjoni tat-twaqqif ta’ prijoritajiet miftiehma u ta' aġendi kondiviżi, partikolarment billi jiġu rikonoxxuti r-rabtiet eżistenti bejn l-aspetti differenti tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet u d-diversi oqsma ta’ kooperazzjoni kif stabbiliti f’dan il-Ftehim. Id-djalogu għandu jiffaċilita l-konsultazzjonijiet u jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-fora internazzjonali kif ukoll jippromwovi u jsostni sistema ta' multilaterliżmu effettiv. L-għanijiet ta’ dan id-djalogu għandhom jinkludu wkoll il-prevenzjoni tal-kreazzjoni ta' sitwazzjonijiet fejn xi Parti tista' ssib il-bżonn li tirrikorri għall-proċeduri ta’ konsultazzjoni previsti fl-Artikoli 96 u 97.

3. Id-djalogu għandu jkopri l-miri u l-għanijiet kollha stabbiliti f'dan il-Ftehim kif ukoll mistoqsijiet ta' interess komuni, ġenerali, jew reġjonali, inklużi kwistjonijiet li jikkonċernaw l-integrazzjoni reġjonali u kontinentali. B'dan il-djalogu, il-Partijiet għandhom jikkontribwixxu għall-paċi, is-sigurtà u l-istabbilità, u jippromwovu ambjent politiku stabbli u demokratiku. Għandu jinkludi fih strateġiji ta' kooperazzjoni, inkluża l-aġenda dwar l-effettività tal-għajnuna, kif ukoll linji politiċi globali u settorjali inkluż dwar l-ambjent, it-tibdil tal-klima, il-ġeneru, il-migrazzjoni u kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-wirt kulturali. Għandu wkoll jindirizza l-linji politiċi globali u settorjali taż-żewġ Partijiet li jistgħu jaffetwaw il-kisba tal-għanijiet tal-kooperazzjoni dwar l-iżvilupp.

4. Id-djalogu għandu jiffoka, fost l-oħrajn, fuq kwistjonijiet politiċi speċifiċi ta' tħassib reċiproku jew ta' sinifikat ġenerali biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim, bħall-kummerċ tal-armi, l-infiq militari żejjed, id-drogi, il-kriminalità organizzata jew ix-xogħol tal-minorenni, jew id-diskriminazzjoni ta' kwalunkwe tip, bħal dik ibbażata fuq ir-razza, il-kulur, is-sess, il-lingwa, ir-reliġjon, l-opinjoni politika jew ta' xorta oħra, l-oriġini nazzjonali jew soċjali, il-proprjetà, it-twelid jew stejtus ieħor. Id-djalogu għandu jinkludi wkoll evalwazzjoni regolari tal-iżviluppi li jikkonċernaw ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba.

5. Linji politiċi fuq bażi wiesgħa intenzjonati biex jippromwovu l-paċi u biex jipprevjenu, jamministraw u jsolvu konflitti vjolenti, għandu jkollhom parti importanti f'dan id-djalogu, kif għandu jkollu wkoll il-bżonn li jingħata kas bis-sħiħ tal-għan tal-paċi u tal-istabbilità demokratika f'definizzjoni ta' kooperazzjoni f'oqsma ta' prijorità. Id-djalogu f'dan il-kuntest għandu jinvolvi kompletament lill-organizzazzjonijiet rilevanti reġjonali tal-AKP u lill-Unjoni Afrikana, fejn ikun xieraq.

6. Id-djalogu għandu jkun imħaddem b'mod flessibli. Id-djalogu għandu jkun formali jew informali skont il-bżonn, u jiġi mmexxi 'l quddiem kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra l-ambitu tal-qafas istituzzjonali, inkluż il-Grupp tal-AKP, l-Assemblea Parlamentari Konġunta, fil-format xieraq u fil-livell xieraq inkluż fil-livell nazzjonali, reġjonali, kontinentali jew tal-AKP kollu.

7. L-organizzazzjonijiet reġjonali u r-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll, fejn xieraq, il-parlamenti nazzjonali tal-AKP, għandhom jiġu assoċjati ma' dan id-djalogu.

8. Fejn ikun xieraq, u sabiex jiġu prevenuti sitwazzjonijiet li fihom xi Parti tista' ssib il-bżonn li tirrikorri għall-proċedura ta’ konsultazzjoni prevista fl-Artikolu 96, id-djalogu li jkopri l-elementi essenzjali għandu jkun sistematiku u formalizzat skont il-modalitajiet stabbiliti fl-Anness VII.".

6. L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Il-governanza tajba, li fuqha tissejjes is-Sħubija AKP-UE, għandha tkun is-sies ukoll tal-linji politiċi domestiċi u internazzjonali tal-Partijiet, u għandha tikkostitwixxi element fundamentali ta' dan il-Ftehim. Il-partijiet jaqblu li każijiet serji ta' korruzzjoni, inklużi atti ta' tixħim li jwasslu għall-korruzzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 97, jikkostitwixxu ksur ta' dak l-element.";

(b) fil-paragrafu 4, is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

"Il-prinċipji li fuqhom huma msejsa l-elementi essenzjali u fundamentali kif definiti f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw bl-istess mod għall-Istati AKP minn naħa waħda, u għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri l-oħra, min-naħa l-oħra.".

7. L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, it-tieni inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

"– involviment akbar tal-parlamenti nazzjonali tal-AKP, tal-awtoritajiet lokali deċentralizzati, fejn hu xieraq, u tas-soċjetà ċivili attiva u organizzata u s-settur privat.";

(b) fil-paragrafu 2, il-kelmiet "ekonomija tas-suq" għandhom jiġu sostitwiti bil-kelmiet "ekonomija tas-suq soċjali".

8. L-Artikolu 11 jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 11

Il-linji politiċi favur il-paċi, il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, ir-rispons għal sitwazzjonijiet ta' fraġilità

1. Il-Partijiet jirrikonoxxu li mingħajr l-iżvilupp u t-tnaqqis tal-faqar mhux se jkun hemm paċi sostenibbli u sigurtà, u li mingħajr il-paċi u s-sigurtà ma jistax ikun hemm żvilupp sostenibbli. Il-Partijiet għandhom isegwu linja politika attiva, komprensiva u integrata ta' ħolqien tal-paċi u tal-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, u ta' sigurtà umana, u għandhom jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' fraġilità fil-qafas tas-Sħubija. Din il-linja politika għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-appartenenza u għandha tiffoka partikolarment fuq il-ħolqien tal-kapaċitajiet nazzjonali, reġjonali u kontinentali, u fuq il-prevenzjoni fi stadju bikri tal-kunflitti vjolenti billi tindirizza l-għeruq tal-kawża, inkluż il-faqar, b'manjiera mmirata, u b'taħlita adegwata tal-istrumenti kollha disponibbli.

Il-Partijiet jirrikonoxxu li għandu jiġi indirizzat it-theddid ġdid jew li qed jespandi għas-sigurtà, bħall-kriminalità organizzata, il-piraterija, it-traffikar ta', notevolment, persuni, drogi u armi. L-impatti ta' sfidi globali bħalma huma l-iskossi tas-swieq finanzjarji internazzjonali, it-tibdil fil-klima u l-pandemiji għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni wkoll.

Il-Partijiet jenfasizzaw ir-rwol importanti tal-organizzazzjonijiet reġjonali fil-ħolqien tal-paċi u fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti u fl-indirizzar ta' theddidiet ġodda jew li qed jespandu għas-sigurtà li, fl-Afrika, huma responsabbiltà ewlenija tal-Unjoni Afrikana.

2. L-interdipendenza bejn is-sigurtà u l-iżvilupp għandhom joħolqu l-bażi għall-attivitajiet fil-qasam tal-ħolqien tal-paċi, u tal-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti, li għandhom jikkombinaw strateġiji f'termini qosra u twal ta' żmien, li jinkludu l-ġestjoni tal-kriżijiet u jmorru lil hinn minnha. L-attivitajiet biex jiġu indirizzati theddidiet ġodda jew li qed jespandu għas-sigurtà għandhom, fost l-oħrajn, isostnu l-infurzar tal-liġi, inklużi l-kooperazzjoni fil-kontrolli tal-konfini, it-tkattir tas-sigurtà fil-katina tad-distribuzzjoni internazzjonali, u t-titjib tas-salvagwardji fit-trasport bl-ajru, bil-baħar u bl-art.

L-attivitajiet fil-qasam tal-ħolqien tal-paċi, u tal-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti, għandhom b'mod partikolari jinkludu sostenn għall-ibbilanċjar ta' opportunitajiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali f'kull qasam tas-soċjetà, biex jissaħħu l-leġittimità demokratika u l-effettività tal-governabbiltà, biex jiġu stabbiliti mekkaniżmi għal konċiljazzjoni paċifika tal-interessi tal-gruppi, għall-involviment attiv tan-nisa, biex jingħelbu l-firdiet bejn diversi oqsma tas-soċjetà kif ukoll biex tigi sostnuta soċjetà ċivili attiva u organizzata. F'dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġu żviluppati sistemi ta' twissija bikrija u mekkaniżmi tal-ħolqien tal-paċi li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-kunflitti.

3. L-attivitajiet rilevanti għandhom jinkludu wkoll, fost l-oħrajn, sostenn għall-medjazzjoni, għall-isforzi għan-negozjar u għar-rikonċiljazzjoni, għall-ġestjoni reġjonali effettiva ta' riżorsi naturali skarsi li huma kondiviżi, għad-demobilizzazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid fis-soċjetà ta' nies li kienu kombattenti, għall-indirizzar tal-problemi tas-suldati tfal, u tal-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal. Għandha tittieħed azzjoni xierqa biex tpoġġi limiti responsabbli għall-ispiża militari u għall-kummerċ tal-armi, inkluż permezz ta' sostenn għall-promozzjoni u l-applikazzjoni ta' standards u kodiċijiet ta' kondotta maqbula, kif ukoll biex jikkombattu l-attivitajiet li jinstigaw il-kunflitt.

3a. Għandha ssir enfasi partikolari fuq il-ġlieda kontra l-mini kontra l-persunal u l-fdalijiet splussivi tal-gwerra kif ukoll fuq li tiġi indirizzata l-produzzjoni illeċita, it-trasferiment, iċ-ċirkolazzjoni u l-ħażna ta' armi żgħar u armi ħfief u l-munizzjon tagħhom, inklużi l-iskorti u l-ħażniet mhux adegwatament protetti u ġestiti ħażin u d-disseminazzjoni tagħhom mingħajr kontroll.

Il-Partijiet jaqblu li jikkordinaw, josservaw u jimplimentaw bis-sħiħ l-obbligi rispettivi tagħhom taħt il-konvenzjonijiet u l-istrumenti internazzjonali rilevanti u, għal dan il-għan, jimpenjaw ruħhom li jikkooperaw fuq livelli nazzjonali, reġjonali u kontinentali.

3b. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom ukoll li jikkooperaw fil-prevenzjoni ta’ attivitajiet merċenarji skont l-obbligi tagħhom taħt il-konvenzjonijiet u l-istrumenti internazzjonali kollha rilevanti, u skont il-leġiżlazzjoni u r-regolamenti rispettivi tagħhom.

4. Sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' fraġilità b'mod effettiv u strateġiku, il-Partijiet għandhom jikkondividu l-informazzjoni u jiffaċilitaw reazzjonijiet preventivi billi jikkombinaw strumenti tad-diplomazija, tal-kooperazzjoni tas-sigurtà u tal-iżvilupp b'mod koerenti. Għandhom jaqblu dwar l-aħjar mod biex isaħħu l-kapaċitajiet tal-Istati biex jissodisfaw il-funzjonijiet ċentrali tagħhom u biex jistimulaw il-volontà politika għar-riforma filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju tal-appartenenza. F'sitwazzjonijiet ta' fraġilità, id-djalogu politiku huwa partikolarment importanti u għandu jiġi żviluppat u rinforzat.

5. F'sitwazzjonijiet ta' konflitti vjolenti l-Partijiet għandhom jieħdu kull azzjoni adattata biex ma jħallux li tikber il-vjolenza, biex jillimitaw it-tixrid territorjali tagħħa u biex jiffaċilitaw riżoluzzjoni paċifika tat-tilwimiet eżistenti. Attenzjoni partikolari għandha tingħata biex jiġi żgurat li riżorsi finanzjarji għall-kooperazzjoni jintużaw skont il-prinċipji u l-għanijiet tas-Sħubija, u biex ma jħallux li fondi jiġu ddevjati lejn skopijiet ta’ gwerer.

6. F'sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitt, il-Partijiet għandhom jieħdu kull azzjoni adegwata biex jikkalmaw is-sitwazzjoni waqt it-tranżizzjoni sabiex jiffaċilitaw ir-ritorn għal sitwazzjoni mhux vjolenti, stabbli u demokratika. Il-Partijiet għandhom jassiguraw li jinħolqu r-rabtiet bżonnjużi bejn miżuri ta’ emergenza, riabilitazzjoni u kooperazzjoni għall-iżvilupp.

7. Fil-promozzjoni tat-tisħiħ tal-paċi u tal-ġustizzja internazzjonali, il-Partijiet jerġgħu jaffermaw id-determinazzjoni tagħhom sabiex:

- jaqsmu l-esperjenza tagħhom dwar l-adozzjoni tal-aġġustamenti legali meħtieġa sabiex jippermettu r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; u

- jiġġieldu kontra l-kriminalità internazzjonali skont il-liġi internazzjonali, filwaqt li jagħtu l-konsiderazzjoni dovuta lill-Istatut ta’ Ruma.

Il-partijiet għandhom ifittxu li jieħdu passi lejn ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Istatut ta' Ruma u tal-istrumenti relatati."

9. L-Artikolu 12 jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 12

Il-koerenza tal-linji politiċi tal-Komunità u l-impatt tagħhom fuq l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim

Il-Partijiet huma impenjati li jindirizzaw il-koerenza tal-linji politiċi għall-iżvilupp b'mod mirat, strateġiku u orjentat lejn is-sħubija, inkluż billi jissaħħaħ id-djalogu dwar il-kwistjonijiet ta' koerenza tal-linji politiċi għall-iżvilupp. L-Unjoni tirrikonoxxi li l-linji politiċi tal-Unjoni, barra mil-linja politika dwar l-iżvilupp, jistgħu jsostnu l-prijoritajiet ta' żvilupp tal-Istati tal-AKP f'konformità mal-għanijiet ta' dan il-Ftehim. Fuq din il-bażi l-Unjoni se tkattar il-koerenza ta' dawk il-linji politiċi bil-għan li tilħaq l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 96, fejn il-Komunità jkollha l-ħsieb, fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha, li tieħu miżura li tista' tolqot l-interessi tal-Istati tal-AKP, safejn jikkonċerna lill-għanijiet ta' dan il-Ftehim, hija għandha tinforma lill-Grupp AKP bl-intenzjonijiet tagħħa fi żmien adegwat. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lis-Segretarjat tal-Istati tal-Grupp AKP bil-proposti pjanati u tikkomunika fl-istess waqt il-proposti tagħha għal tali miżuri. Meta jkun neċessarju, tista' ssir talba għal informazzjoni fuq l-inizjattiva tal-Istati tal-AKP.

Fuq talba tagħhom, għandhom fil-pront isiru konsultazzjonijet sabiex jiġi kkonsidrat it-tħassib dwar l-impatt ta' dawk il-miżuri qabel ma' tittieħed xi deċiżjoni finali.

Wara li jkunu saru tali konsultazzjonijiet, l-Istati tal-AKP u l-Grupp AKP jistgħu, ukoll, jibagħtu t-tħassib tagħhom bil-miktub lill-Komunità mill-aktar fis possibbli u jagħtu suġġerimenti għall-emendi li jindikaw il-mod kif it-tħassib tagħhom għandu jiġi indirizzat.

Fil-każ li l-Komunità ma' taċċettax is-sottomissjoniet tal-Istati tal-AKP, hija għanda tinfurmahom mill-aktar fis possibbli u tagħti r-raġunijiet għaliex.

Il-Grupp AKP għandu jingħata wkoll informazzjoni biżżejjed fuq id-dhul fis-seħħ ta' deċiżjonijiet bħal dawn, bil-quddiem fejn possibbli.".

10. L-Artikolu 14 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 14

L-istituzzjonijiet konġunti

1. L-istituzzjonijiet konġunti ta' dan il-Ftehim huma l-Kunsill tal-Ministri, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi u l-Assemblea Parlamentari Konġunta.

2 . L-istituzzjonijiet konġunti u l-istituzzjonijiet stabbiliti taħt il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika eżistenti jew ta’ dawk tal-ġejjieni, għandhom jaħdmu biex jiżguraw koordinazzjoni, koerenza u komplimentarjetà, kif ukoll fluss effettiv u reċiproku ta' informazzjoni.".

11. L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 14a

Laqgħat tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern

Il-Partijiet għandhom jiltaqgħu fil-livell tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern, bi qbil konġunt, f'format xieraq.".

12. L-Artikolu 15 jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Il-Kunsill tal-Ministri għandu jiltaqa' bħala regola darba fis-sena fuq l-inizjattiva tal-President u kull meta tinħass il-ħtieġa, fil-forma u l-għamla ġeografika xierqa skont il-kwistjonijiet li jkunu ser jiġu diskussi. Tali laqgħat se jipprovdu għal konsultazzjonijiet f'livell għoli dwar materji li huma ta' tħassib speċifiku għall-Partijiet, b'mod li jikkomplimenta x-xogħol li jkun qed isir fil-Kumitat Ministerjali Konġunt tal-Kummerċ, kif stabbilit fl-Artikolu 38, u fil-Kumitat ta' Kooperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp AKP-KE, kif stabbilit fl-Artikolu 83, li jgħaddu l-proposti fil-laqgħat annwali regolari tal-Kunsill tal-Ministri.";

(b) fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Jista' jieħu deċiżjonijiet li huma vinkolanti fuq il-Partijiet u jfassal riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonjiet u opinjonijiet, matul il-laqgħa annwali regolari, jew bi proċedura bil-miktub. Għandu jirrapporta annwalment lill-Assemblea Parlamentari Konġunta dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Għandu jeżamina u jieħu inkonsiderazzjoni r-riżoluzzjoniet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Assemblea Parlamentari Konġunta.".

13. L-Artikolu 17 jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i) it-tielet u r-raba' inċiżi huma sostitwiti b’dan li ġej:

"– tiddiskuti kwistjonijiet li jappartjenu lill-iżvilupp u lis-Sħubija AKP-UE, inklużi l-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, akkordji kummerċjali oħra, il-Fond ta' Żvilupp Ewropew u l-Istudji dwar l-Istrateġija Nazzjonali u Reġjonali. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha titrażmetti tali Studji Strateġiċi għall-informazzjoni lill-Assemblea Parlamentari Konġunta;

– tiddiskuti r-rapport annwali tal-Kunsill tal-Ministri dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, u tadotta riżoluzzjonijiet u tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill tal-Ministri bil-għan li tikseb l-għanijiet ta' dan il-Ftehim;";

(ii) l-inċiż li ġej huwa miżjud:

"– tirsisti għall-iżvilupp istituzzjonali u l-bini tal-kapaċità tal-parlamenti nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 33(1) ta' dan il-Ftehim."

(b) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"3. L-Assemblea Parlamentari Konġunta għandha tiltaqa' darbtejn fis-sena f'sessjoni plenarja, darba fl-Unjoni Ewropea u darba oħra fi Stat tal-AKP. Bil-għan li ssaħħah l-integrazzjoni reġjonali u tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn il-parlamenti nazzjonali, l-arranġamenti għal-laqgħat bejn il-membri tal-parlament tal-KE u l-AKP għandhom isiru f'livell reġjonali.

Tali laqgħat fuq livell reġjonali ser jiġu organizzati f'konformità mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(2) ta' dan il-Ftehim.".

14. L-Artikolu 19(2) huwa mibdul b’li ġej:

"2. Il-kooperazzjoni għandha tirreferi għall-konklużjonijiet tal-Konferenzi tan-Nazzjonijiet Uniti u għall-għanijiet, miri u programmi ta' azzjoni miftiehma fuq livell internazzjonali u għas-segwitu tagħhom bħala bażi għall-prinċipji ta’ żvilupp. Il-kooperazzjoni għandha tirreferi wkoll għall-miri internazzjonali tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u tagħti attenzjoni partikolari għall-istabbiliment ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi tal-progress. Il-Partijiet ser jagħmlu sforzi koordinati biex jgħaġġlu l-progress lejn il-kisba tal-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju.".

15. L-Artikolu 20 jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i) l-introduzzjoni għandha tkun sostitwita b’dan il-kliem:

"1. L-għanijiet tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-AKP-KE għandhom jitwettqu permezz ta’ strateġiji integrati li jħaddnu fihom elementi ekonomiċi, soċjali, kulturali, ambjentali u istituzzjonali li jridu jkunu mħaddna lokalment. Il-kooperazzjoni għandha, għaldaqstant, tipprovdi qafas koerenti għall-iffaċilitar tas-sostenn għall-istrateġiji għall-iżvilupp proprji tal-AKP, u b'hekk tiżgura komplimentarjetà u interazzjoni bejn l-elementi varji, b'mod partikolari fil-livelli nazzjonali u reġjonali, u bejniethom. F'dan il-kuntest u fi ħdan il-qafas tal-politiki tal-iżvilupp u riformi segwiti mill-Istati tal-AKP, l-istrateġiji ta' kooperazzjoni tal-AKP-UE fuq livell nazzjonali u fejn hu xieraq fuq livell reġjonali għandhom jimmiraw biex:";

(ii) il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a) jilħqu tkabbir ekonomiku mgħaġġel u sostenibbli ta’ ħolqien tax-xogħol, l-iżvilupp tas-settur privat, iż-żieda fl-impjiegi, u l-aċċess aħjar għall-attivitajiet u r-riżorsi ekonomiċi ta’ produzzjoni;";

(iii) jiddaħħal il-punt li ġej:

"(aa) it-tħeġġiġ tal-kooperazzjoni reġjonali u tal-integrazzjoni;";

(b) il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"2. Għandha tingħata konsiderazzjoni sistematika lill-aċċettazzjoni f'kull qasam ta' kooperazzjoni t-temi u temi trażversali li ġejjin: id-drittijiet tal-bniedem, kwistjonijiet ta' ġeneru, id-demokrazija, il-governanza tajba, is-sostennibbiltà ambjentali, it-tibdil fil-klima, il-mard kontaġjuż u mhux kontaġjuż, u l-iżvilupp istituzzjonali u l-ħolqien tal-kapaċità. Dawn l-oqsma għandhom ukoll ikunu eliġibbli għas-sostenn mill-Komunità.".

16. L-Artikolu 21 jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-parti introduttorja tal-paragrafu 1, il-kelmiet "investiment privat" huma sostitwiti bil-kelma "investiment";

(b) fil-pragarafu 3, il-punt (c), il-kelma "isaħħu" hija sostitwita bil-kelma "itejbu";

(c) il-paragrafu 5 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"5. Is-sostenn għall-investiment u għall-iżvilupp tas-settur privat għandu jintegra azzjonijiet u inizjattivi fil-livelli ekonomiċi makro, meso u mikro u jippromwovi t-tiftix għal mekkaniżmi innovattivi ta' ffinanzjar, inkluż it-taħlit u l-istimolu ta' sorsi privati u pubbliċi għall-fondi għall-iżvilupp.";

(d) jiżdied il-paragrafu li ġej:

"6. Il-kooperazzjoni għandha ssostni l-investimenti fl-infrastruttura bażika mis-settur pubbliku mmirati lejn l-iżvilupp tas-settur privat, it-tkabbir ekonomiku u l-eradikazzjoni tal-faqar.".

17. Fl-Artikolu 22(1), il-punt (b), il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

"(b) linji politiċi strutturali maħsuba biex isaħħu r-rwol tal-atturi differenti, speċjalment is-settur privat, u biex itejbu l-ambjent sabiex ikun hemm tkattir fil-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi u żieda fin-negozju, investiment u impjiegi, kif ukoll li:".

18. L-Artikolu 23 jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 23

Żvilupp fis-settur ekonomiku

Il-kooperazzjoni għandha tagħti sostenn lil riformi sostenibbli fil-linji politiċi u fl-istituzzjonijiet u lill-investimenti meħtieġa biex ikun hemm aċċess ekwu għall-attivitajiet ekonomiċi u r-riżorsi produttivi, partikolarment:

(a) l-iżvilupp ta' sistemi ta' taħriġ li jgħinu biex tiżdied il-produttivita fis-setturi formali kif ukoll f'dawk informali;

(b) il-kapital, il-kkreditu, l-art, speċjalment rigward drittijiet ta' proprjetà u użu;

(c) l-iżvilupp ta' strateġiji rurali bil-għan li jistabbilixxu qafas għal ippjanar parteċipattiv diċentralizzat, allokazzjoni ta' riżorsi u amministrazzjoni;

(d) l-iżvilupp ta' strateġiji bil-għan li jitkattru l-produzzjoni u l-produttività agrikola fl-Istati tal-AKP billi jiġi pprovdut b'mod partikolari l-finanzjament neċessarju għar-riċerka agrikola, l-inputs u s-servizzi agrikoli, infrastruttura rurali ta' sostenn, u t-tnaqqis u l-ġestjoni tar-riskju. Is-sostenn għandu jinkludi investimenti pubbliċi u privati fl-agrikoltura, l-inkoraġġiment għall-iżvilupp ta' linji politiċi u strateġiji agrikoli, it-tisħiħ tal-organizzazzjonijiet tal-bdiewa u tas-settur privat, il-ġestjoni tar-riżorsi naturali, u l-iżvilupp u l-funzjonament tas-swieq agrikoli. L-istrateġiji tal-produzzjoni agrikola għandhom jirrinfurzaw il-linji politiċi nazzjonali dwar is-sigurtà tal-ikel u l-integrazzjoni reġjonali. F'dan il-kuntest, il-kooperazzjoni għandha ssostni l-isforzi tal-AKP biex titkattar il-kompetittività tal-esportazzjonijiet tal-prodotti bażiċi u biex jiġu adattati l-istrateġiji tal-esportazzjoni tal-prodotti bażiċi tagħhom fid-dawl tal-kundizzjonijiet li qed jevolvu tal-kummerċ;

(e) l-iżvilupp sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma, ibbażat fuq il-prinċipji tal-ġestjoni integrata tar-riżorsi tal-ilma, b'mod li jiżgura d-distribuzzjoni ekwa u sostenibli tar-riżorsi kondiviżi tal-ilma bejn l-użi differenti tagħhom;

(f) l-iżvilupp sostenibbli tal-akwakultura u s-sajd li jinkludi kemm is-sajd intern kif ukoll ir-riżorsi marittimi fi ħdan iż-żoni ekonomiċi esklużivi tal-Istati tal-AKP;

(g) l-infrastuttura u servizzi ekonomiċi u teknoloġiċi, inklużi t-trasport, is-sistemi tat-telekomunikazzjoni, is-servizzi tal-komunikazzjoni u l-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni;

(h) l-iżvilupp fl-oqsma kompetittivi industrijali, tal-minjieri u tal-enerġija, waqt li jiġu inkoraġġiti l-involviment u l-iżvilupp fis-settur privat;

(i) l-iżvilupp fil-kummerċ, inkluża l-promozzjoni tal-kummerċ ġust;

(j) l-iżvilupp fin-negozju, fil-qasam finanzjarju u fis-servizzi bankarji; u setturi oħra ta’servizz;

(k) l-iżvilupp tat-turiżmu;

(l) l-iżvilupp tal-infrastruttura u s-servizzi xjentifiċi u teknoloġiċi u tar-riċerka; inklużi t-tisħiħ, it-trasferiment u l-assimilazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda;

(m) it-tisħiħ tal-kapaċitajiet f'oqsma produttivi, speċjalment fis-setturi pubbliċi u privati;

(n) il-promozzjoni ta' għarfien tradizzjonali; u

(o) l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji speċifiċi ta' adattament li jindirizzaw l-impatt tal-erożjoni tal-preferenza, li possibilment ikunu jinkludu attivitajiet imsemmijin fil-punti (a) sa (n) hawn fuq.".

19. L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 23a

Is-sajd

Filwaqt li jiġi rikonoxxut ir-rwol ewlieni li għandhom is-sajd u l-akwakultura fil-pajjiżi tal-AKP permezz tal-kontribut pożittiv tagħhom għall-ħolqien tax-xogħol, il-ġenerazzjoni tad-dħul, is-sigurtà tal-ikel, u l-għajxien tal-komunitajiet rurali u ta' mal-kosta, u għaldaqstant it-tnaqqis tal-faqar, il-kooperazzjoni għandha timmira għall-iżvilupp ulterjuri tas-setturi tal-akwakultura u s-sajd tal-pajjiżi tal-AKP sabiex jiżdiedu l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi b'mod sostenibbli.

Il-programmi u l-attivitajiet ta' kooperazzjoni għandhom isostnu, fost l-oħrajn, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-iżvilupp u tal-pjanijiet ta' ġestjoni tal-akwakultura u s-sajd sostenibbli fil-pajjiżi u r-raġjuni tal-AKP; l-inklużjoni tal-akwakultura u s-sajd fl-istrateġiji tal-iżvilupp nazzjonali u reġjonali; l-iżvilupp tal-infrastruttura u l-konoxxenza teknika neċessarja biex tippermetti lill-pajjiżi tal-AKP jieħdu l-ikbar valur sostenibbli mis-sajd u l-akwakultura tagħhom; il-ħolqien ta' kapaċità tal-pajjiżi tal-AKP biex jegħlbu l-isfidi esterni li jtellfuhom milli jieħdu l-vantaġġi kollha tar-riżorsi tas-sajd tagħhom; u l-promozzjoni u l-iżvilupp ta' impriża bi sħab għall-investiment fis-setturi tas-sajd u l-akwakultura tal-pajjiżi tal-AKP. Kwalunkwe ftehim tas-sajd li jista' jiġi negozjat bejn il-Komunità u l-Istati tal-AKP għandu jagħti konsiderazzjoni xierqa lill-konsistenza mal-istrateġiji ta' żvilupp f'dan il-qasam.

Il-konsultazzjonijiet ta' livell għoli, inkluż fil-livell ministerjali, jistgħu jsiru bi ftehim konġunt bil-għan li tiġi żviluppata, imtejba u/jew imsaħħa l-kooperazzjoni dwar l-iżvilupp fl-akwakultura u s-sajd sostenibbli tal-AKP-UE.".

20. Fl-Artikolu 25(1), il-punti (a) u (b) jinbidlu b’dan li ġej:

"(a) jitjiebu l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha, isir xogħol fir-rigward tar-rikonoxximent tal-kwalifiki tal-edukazzjoni terzjarja, jiġu stabbiliti sistemi ta' assigurazzjoni ta' kwalità għall-edukazzjoni, inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ mogħtijin onlajn jew permezz ta' mezzi mhux konvenzjonali, u jinħolqu kapaċitajiet u snajja' tekniċi;

(b) jitjiebu s-sistemi tas-saħħa, b'mod partikolari l-aċċess ekwu għal servizzi tas-saħħa komprensivi ta' kwalità, u għan-nutrizzjoni, l-eliminazzjoni tal-ġuħ u l-malnutrizzjoni, l-iżgurar tal-provvista u s-sigurtà adegwati ta' ikel, inkluż permezz ta' sostenn għal skemi tas-sigurtà;".

21. L-Artikolu 27 jiġi emendat kif ġej:

(a) it-titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Il-kultura u l-iżvilupp";

(b) il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(c) tirrikonoxxi, tippreżerva u tippromwovi l-valur tal-wirt kulturali; jiġi sostnut l-iżvilupp tal-kapaċità f’dan is-settur;";

(c) jiżdiedu l-punti li ġejjin:

"(e) jiġi rikonoxxut u sostnut ir-rwol tal-partijiet kulturali u tan-netwerks kulturali, u l-kontribut tagħhom għall-iżvilupp sostenibbli; u

(f) tiġi promossa d-dimensjoni kulturali fl-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f'attivitajiet kulturali.".

22. L-Artikoli 28, 29 u 30 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"Artikolu 28

Approċċ ġenerali

1. Il-kooperazzjoni AKP-UE għandha tipprovdi assistenza effettiva biex jintlaħqu l-għanijiet u l-prijoritajiet li ffissaw għalihom infushom l-Istati tal-AKP fil-kuntest tal-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali.

2. F'konformità mal-għanijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 1 u 20, il-kooperazzjoni AKP-UE għandha timmira biex:

16. tippromwovi l-paċi u l-istabilità, kif ukoll il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti;

17. ittejjeb l-iżvilupp ekonomiku u l-kooperazzjoni ekonomika permezz tal-ħolqien ta' swieq ikbar, tal-moviment ħieles tal-persuni, tal-oġġetti, servizzi, kapital, xogħol u teknoloġija fost il-pajjiżi tal-AKP, tad-diversifikazzjoni aċċellerata tal-ekonomiji tal-Istati tal-AKP, tal-promozzjoni u l-espansjoni tal-kummerċ fost il-pajjiżi tal-AKP u ma' pajjiżi terzi u tal-integrazzjoni gradwali tal-Istati tal-AKP fl-ekonomija dinjija;

18. tippromwovi l-ġestjoni tal-isfidi tal-żvilupp sostenibbli b'dimensjoni transnazzjonali permezz, fost l-oħrajn, tal-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-politiki ta' kooperazzjoni reġjonali.

3 . Skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 58, il-kooperazzjoni għandha wkoll issostni l-kooperazzjoni interreġjonali u intra-AKP, bħal dik li tinvolvi:

(a) waħda jew diversi mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-AKP, inkluż fil-livell kontinentali;

(b) Pajjiżi u Territorji Ekstra-Ewropej (OCTs) u reġjuni l-aktar imbiegħda;

(c) pajjiżi li qed jiżviluppaw li mhumiex fl-AKP.

Artikolu 29

Il-kooperazzjoni AKP-UE b'sostenn tal-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali

1. Fil-qasam tal-istabilità, il-paċi u l-prevenzjoni tal-konflitt, il-kooperazzjoni għandha ssostni:

19. il-promozzjoni u l-iżvilupp tad-djalogu politiku reġjonali fl-oqsma tal-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti; id-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni; l-iskambju, in-netwerkjar, u l-promozzjoni tal-mobilità bejn il-partijiet involuti differenti fl-iżvilupp, b'mod partikolari fis-soċjetà ċivili;

20. il-promozzjoni ta' inizjattivi u linji politiċi reġjonali dwar kwistjonjiet relatati mas-sigurtà, inklużi l-kontroll tal-armi, l-azzjoni kontra d-droga, il-kriminalità organizzata, il-ħasil tal-flus, it-tixħim u l-korruzzjoni.

2. Il-kooperazzjoni għandha, fil-qasam tal-integrazzjoni ekonomika reġjonali, issostni:

21. il-parteċipazzjoni tal-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati (LDC) fost l-Istati tal-AKP biex jistabbilixxu swieq reġjonali u jikkondividu l-benefiċċji minnhom;

22. l-implimentazzjoni ta' linji politiċi ta' riforma ekonomika settorjali f'livell reġjonali;

23. il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u l-pagamenti;

24. il-promozzjoni ta' investimenti transkonfinali, kemm barranin kif ukoll domestiċi, u ta' inizjattivi oħra reġjonali u subreġjonali ta' integrazzjoni ekonomika;

25. il-mitigazzjoni tal-effetti ta' spejjeż tranżitorji tal-integrazzjoni reġjonali fuq id-dħul tan-nefqa pubblika u l-bilanċ tal-pagamenti; u

26. l-infrastruttura, partikolarment it-trasport u l-komunikazzjonijiet u s-sikurezza tagħhom, u s-servizzi, inklużi l-iżvilupp ta' opportunitajiet reġjonali fil-qasam tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT).

3. Fil-qasam tal-linji politiċi reġjonali għall-iżvilupp sostenibbli, il-kooperazzjoni għandha ssostni l-prijoritajiet tar-reġjuni tal-AKP u, b'mod partikolari:

27. l-ambjent u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, inklużi l-ilma u l-enerġija, u jiġi indirizzat it-tibdil tal-klima;

28. is-sigurtà tal-ikel, u l-agrikultura;

29. is-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ;

30. ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku; u

31. inizjattivi reġjonali għall-preparazzjoni u l-mitigazzjoni tad-diżastri kif ukoll għar-rikostruzzjoni ta' wara d-diżastri.

Artikolu 30

Il-bini tal-kapaċità b'sostenn tal-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali tal-AKP

Bl-għan li jitwettqu l-effettività u l-effiċjenza tal-linji politiċi reġjonali, il-kooperazzjoni għandha tiżviluppa u ssaħħaħ il-kapaċitajiet:

32. tal-istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni reġjonali stabbiliti mill-Istati tal-AKP u dawk li fihom jipparteċipaw Stati tal-AKP li jippromwovu l-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali;

33. tal-gvernijiet u parlamenti nazzjonali fi kwistjonijiet ta' integrazzjoni nazzjonali; u

34. tal-partijiet involuti mhux Statali, inkluż is-settur privat.".

23. L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 31a

HIV/AIDS

Il-kooperazzjoni għandha ssostni l-isforzi tal-Istati tal-AKP biex jiżviluppaw u jsaħħu fis-setturi kollha l-linji politiċi u l-programmi mmirati biex jindirizzaw il-pandemija tal-HIV/AIDS u biex jipprevjenu milli din ittellef l-iżvilupp. Hija għandha ssostni lill-Istati tal-AKP biex itejbu u jżommu l-aċċess universali għall-prevenzjoni, it-trattament, u l-kura u s-sostenn għall-HIV/AIDS u għandha b'mod partikolari timmira biex:

35. issostni l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji multisettorjali u pjani komprensivi għall-HIV/AIDS bħala prijorità fil-pjani ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali;

36. tinvolvi, fir-reazzjonijiet nazzjonali għall-HIV/AIDS, is-setturi tal-iżvilupp kollha xierqa u tiżgura mobilizzazzjoni wiesgħa tal-partijiet involuti fil-livelli kollha;

37. issaħħaħ is-sistemi nazzjonali tas-saħħa u tindirizza n-nuqqasijiet fir-riżorsi umani għas-saħħa bħala l-bażi biex jiġi żgurat l-aċċess universali għall-prevenzjoni, it-trattament u l-kura tal-HIV/AIDS u servizzi oħra tas-saħħa, u l-integrazzjoni effettiva tagħhom;

38. tindirizza l-inugwaljanza bejn il-ġeneri, il-vjolenza u l-abbuż ibbażati fuq il-ġeneru, bħala promoturi tal-pandemija tal-HIV/AIDS, u tintensifika l-isforzi sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet, jiġu żviluppati programmi effettivi dwar l-HIV/AIDS b'sensibilità għall-ġeneru u servizzi għan-nisa u l-bniet, inklużi dawk relatati mas-saħħa u mad-drittijiet sesswali u riproduttivi, u jiġi sostnut l-involviment sħiħ tan-nisa fl-ippjanar u fit-teħid tad-deċiżjonijiet rigward l-istrateġiji u l-programmi tal-HIV/AIDS;

39. tiżviluppa oqfsa legali u ta' linji politiċi ta' sostenn u tneħħi l-liġijiet punittivi, il-linji politiċi, il-prattiki, l-istigma u d-diskriminazzjoni li jimminaw id-drittijiet tal-bniedem, iżidu l-vulnerabiltà għall-HIV/AIDS u jxekklu l-aċċess għat-trattament, għall-kura u għall-appoġġ effettivi, inklużi mediċini, prodotti u servizzi għan-nies li jgħixu bl-HIV/AIDS u għall-popolazzjonijiet li huma l-aktar fir-riskju;

40. ittejjeb l-aċċess għall-prevenzjoni tal-HIV/AIDS li tkun komprensiva u bbażata fuq l-evidenza, li tindirizza l-fatturi lokali li jmexxu l-epidemija u l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa, taż-żgħażagħ u tal-popolazzjonijiet li qegħdin l-iktar f'riskju; u

41. tiżgura aċċess universali u affidabbli għal mediċini sikuri, ta' kwalità għolja u bi prezz aċċessibbli, u għal prodotti tas-saħħa, inklużi prodotti tas-saħħa sesswali u riproduttiva.".

24. L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 32a

It-tibdil fil-klima

Il-Partijiet jirrikonoxxu li t-tibdil fil-klima huwa sfida ambjentali globali u theddida għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju li titlob sostenn finanzjarju adegwat, prevedibbli u tempestiv. Għal dawn ir-raġunijiet u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32, u b'mod partikolari tal-punt (a) tal-paragrafu 2 tiegħu, il-kooperazzjoni għandha:

42. tirrikonoxxi l-vulnerabbiltà tal-Istati tal-AKP u b'mod partikolari ta' gżejjer żgħar u ta' Stati tal-AKP li qegħdin fil-baxx għall-fenomeni relatati mal-klima bħalma huma l-erożjoni tal-kosta, iċ-ċikluni, l-għargħar u l-ispostamenti indotti mill-ambjent, u b'mod partikolari tal-Istati tal-AKP li huma l-inqas żviluppati u li huma mdawrin bl-art għal għargħar, nixfa, deforestazzjoni u deżertifikazzjoni li qed jiżdiedu;

43. issaħħaħ u ssostni linji politiċi u programmi biex jimmitigaw u jadattaw għall-konsegwenzi tat-tibdil tal-klima u għat-theddida offruta minnu, inkluż minħabba l-iżvilupp istituzzjonali u l-ħolqien tal-kapaċità;

44. ittejjeb il-kapaċità tal-istati tal-AKP fl-iżvilupp tas-suq globali tal-faħam, u s-sehem fih; u

45. tiffoka fuq l-attivitajiet li ġejjin:

(i) l-integrazzjoni tat-tibdil tal-klima fi strateġiji ta' żvilupp u l-isforzi għat-tnaqqis tal-faqar;

(ii) it-tkabbir tal-profil politiku tat-tibdil fil-klima fil-kooperazzjoni tal-iżvilupp, inkluż permezz ta' djalogu xieraq dwar il-linji politiċi;

(iii) tassisti lill-istati tal-AKP biex jadattaw ruħhom għat-tibdil fil-klima f'setturi rilevanti bħalma huma l-agrikultura, il-ġestjoni tal-ilma u l-infrastruttura, inkluż permezz tat-trasferiment u l-adozzjoni ta' teknoloġiji rilevanti u li huma ekoloġikament tajbin;

(iv) tippromwovi tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, li jirrifletti l-fatt li proporzjon dejjem jiżdied ta' diżastri huwa relatat mat-tibdil fil-klima;

(v) tipprovdi sostenn finanzjarju u tekniku għal azzjoni mitiganti tal-istati tal-AKP f'konformità mal-objettivi tagħhom rigward it-tnaqqis tal-faqar u tal-iżvilupp sostenibbli, inklużi t-tnaqqis tal-emissjonijiet mid-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u t-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tal-agrikultura;

(vi) ittejjeb l-informazzjoni u l-previżjoni dwar it-temp u l-klima u s-sistemi ta' twissija bikrija; u

(vii) tippromwovi sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u teknoloġiji b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju li jkattru l-iżvilupp sostenibbli.".

25. Fl-Artikolu 33 (3), il-punt (c) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"(c) titjib u tisħiħ tal-finanzi pubbliċi u ġestjoni fiskali bil-għan ta' attivitajiet ta' żvilupp ekonomiku fil-pajjiżi tal-AKP u biex jiżdied id-dħul mit-taxxa tagħhom, filwaqt li tiġi rrispettata s-sovranità tal-Istati tal-AKP f'dan il-qasam.

Il-miżuri jistgħu jinkludu:

(i) it-titjib tal-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-dħul domestiku, inkluż il-ħolqien ta' sistemi effettivi, effiċjenti u sostenibbli tat- taxxi;

(ii) il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni fl-istrutturi internazzjonali tal-kooperazzjoni dwar it-taxxa u fil-proċessi li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-iżvilupp ulterjuri ta' konformità, effettiva, mal-istandards internazzjonali;

(iii) is-sostenn tal-implimentazzjoni tal-aqwa prattiki internazzjonali fi kwistjonijiet ta' taxxa, inkluż il-prinċipju tat-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni, f'dawk il-pajjiżi tal-AKP li impenjaw ruħhom għalihom;".

26. L-Artikolu 34(2) u (4) jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

"2. L-għan aħħari tal-kooperazzjoni ekonomika u soċjali huwa li tippermetti lill-Istati tal-AKP jieħdu sehem bis-sħiħ fil-kummerċ internazzjonali. F’dan il-kuntest, għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari lill-ħtieġa tal-Istati tal-AKP biex jieħdu sehem b’mod attiv fin-negozjati multilaterali dwar il-kummerċ. Bil-livell preżenti ta’ żvilupp tal-pajjiżi tal-AKP, il-kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha tkun immirata biex tippermetti lill-Istati tal-AKP jamministraw l-isfidi tal-globalizzazzjoni u jadattaw progressivament għall-kondizzjonijiet ġodda tal-kummerċ internazzjonali li permezz tagħhom jiffaċilitaw it-tranżizzjoni tagħhom għall-ekonomija globali liberalizzata. F'dan il-kuntest, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-vulnerabbiltà ta' ħafna pajjiżi tal-AKP li tirriżulta mid-dependenza tagħhom fuq prodotti bażiċi jew fuq xi ftit prodotti ewlenin, inklużi prodotti agroindustrijali bil-valur miżjud, u r-riskju tal-erożjoni tal-preferenza.

3. Għal dan il-għan, il-kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha timmira, permezz tal-istrateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I, biex issaħħaħ il-produzzjoni, il-provvista u l-kapaċità kummerċjali tal-pajjiżi tal-AKP kif ukoll il-kapaċità tagħhom biex jattiraw l-investiment. B'żieda ma' dan għandha timmira biex toħloq dinamika kummerċjali ġdida bejn il-Partijiet, biex issaħħaħ il-politika tal-pajjiżi tal-AKP dwar il-kummerċ u l-investiment, biex tnaqqas id-dipendenza tagħhom fuq il-prodotti essenzjali, biex tippromwovi ekonomiji iktar diversifikati, u biex ittejjeb il-kapaċità tal-pajjiżi tal-AKP biex jittrattaw il-kwistjonijiet kollha relatati mal-kummerċ.

4. Il-kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha tkun implimentata b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), inkluż trattament speċjali u differenzjali, b'konsiderazzjoni għall-interessi reċiproċi tal-Partijiet u l-livelli rispettivi tagħhom ta’ żvilupp. Għandha tindirizza wkoll l-effetti tal-erożjoni tal-preferenza f'konformità sħiħa mal-impenji multilaterali.".

27. Fl-Artikolu 35, il-paragrafi (1) u (2) huma mibdula bit-test li ġej:

"1. Il-kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha tkun ibbażata fuq sħubija vera, imsaħħa u strateġika. B’żieda ma’ dan għandha tkun ibbażata wkoll fuq approċċ komprensiv li jibni fuq il-fatturi sodi u l-kisbiet tal-Konvenzjonijiet AKP-KE preċedenti.

2. Il-kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha tibni fuq inizjattivi ta' integrazzjoni reġjonali tal-Istati tal-AKP. Il-kooperazzjoni ta' sostenn għall-kooperazzjoni u integrazzjoni reġjonali kif definita fit-Titolu I u l-kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandhom ikunu reċiprokament rinforzanti. Il-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha tindirizza, b'mod partikulari, ir-restrizzjonijiet tan-naħa tal-fornitura u ta' dik tad-domanda, notevolment l-interkonnettività tal-infrastruttura, id-diversifikazzjoni ekonomika l-miżuri favur l-iżvilupp tal-kummerċ bħala mod kif titjieb il-kompetittività tal-Istati tal-AKP. Għaldaqstant, għandha tingħata importanza adegwata għall-miżuri korrispondenti fl-istrateġiji ta' żvilupp tal-Istati u r-reġjuni tal-AKP, li għandhom jiġu sostnuti mill-Komunità, b'mod partikolari permezz tal-għoti ta' għajnuna għall-kummerċ.".

28. L-Artikoli 36 u 37 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 36

Il-modalitajiet

1. Fl-isfond tal-għanijiet u l-prinċipji msemmija hawn fuq, il-Partijiet jaqblu li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konklużjoni ta' Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika ġodda kompatibbli mad-WTO, li jneħħu gradwalment il-barrieri għall-kummerċ bejniethom u li jsaħħu l-kooperazzjoni fl-oqsma kollha rilevanti għall-kummerċ.

2. Il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, bħala strumenti ta' żvilupp, jimmiraw biex inisslu integrazzjoni mingħajr skossi u gradwali tal-Istati tal-AKP fl-ekonomija dinjija, speċjalment billi jiġi użat il-potenzjal sħiħ tal-integrazzjoni reġjonali u l-kummerċ bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar.

3. Il-Partijiet jaqblu li dawn l-arranġamenti kummerċjali ġodda għandhom jiġu introdotti gradwalment.

Artikolu 37

Proċeduri

1. Matul in-negozjati tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, il-bini tal-kapaċità għandu jiġi fornit f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu I u tal-Artikolu 35 għas-setturi pubbliċi u privati tal-pajjiżi tal-AKP, inklużi miżuri biex isaħħu l-kompetittività, isaħħu l-organizzazzjonijiet reġjonali u għall-appoġġ ta' inizjattivi għall-integrazzjoni tal-kummerċ reġjonali, fejn ikun xieraq mal-għajnuna għall-aġġustament fl-ispiża pubblika u riforma fiskali, kif ukoll għat-titjib tal-infrastruttura u żvilupp, u għall-promozzjoni ta' investiment.

2. Il-Partijiet se jirrevedu regolarment il-progress tan-negozjati kif previst fl-Artikolu 38.

3. In-negozjati tal-Ftehimiet dwar Sħubija Ekonomika għandhom isiru mal-pajjiżi tal-AKP li jikkunsidraw irwieħhom f'qagħda li jagħmlu dan, fil-livell li jikkunsidraw xieraq u skont il-proċeduri miftiehma mill-Grupp tal-AKP u bil-għan li jsostnu l-proċess ta' integrazzjoni reġjonali ġewwa l-AKP.

4 . In-negozjati tal-Ftehimiet dwar Sħubija Ekonomika għandhom jimmiraw notevolment biex jistabbilixxu skaletta għat-tneħħija gradwali tal-barrieri għall-kummerċ bejn il-Partijiet, skont ir-regoli rilevanti tal-WTO. Min-naħa tal-Komunità l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ għandha tibni fuq l-acquis u għandha timmira biex ittejjeb l-aċċess preżenti tas-suq għall-pajjiżi tal-AKP permezz, fost l-oħrajn, ta' reviżjoni tar-regoli ta' oriġini. In-negozjati għandhom jikkunsidraw il-livell ta' żvilupp u l-impatt soċjoekonomiku tal-miżuri tal-kummerċ fuq il-pajjiżi tal-AKP, u l-kapaċità tagħhom biex jadottaw u jaġġustaw l-ekonomiji tagħhom għall-proċess ta' liberalizzazzjoni. In-negozjati għandhom għalhekk ikunu flessibbli kemm jista' jkun meta jistabbilixxu t-tul ta' żmien ta' perjodu tranżitorju suffiċjenti, u t-trattament finali tal-prodott, waqt li jikkonsidraw setturi sensittivi, u kemm hemm assimetrija skont l-iskaletta għat-tneħħija tat-tariffi, waqt li jibqgħu konformi mar-regoli tal-WTO li jkunu prevalenti f'dak il-waqt.

5. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw mill-qrib u jikkollaboraw mad-WTO bil-għan li jiddefendu l-arranġamenti milħuqa, partikolarment rigward il-grad ta' flessibilità disponibbli.

6. Il-Partijiet għandhom jiddiskutu ulterjorment kif jistgħu jissimplifikaw u jirrevedu r-regoli tal-oriġini, inklużi d-dispożizzjonijiet kumulattivi, biex japplikawhom għall-esportazzjoni tagħhom.

7. Ladarba l-Istati tal-AKP ikunu kkonkludew Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, dawk l-Istati tal-AKP li ma jkunux Partijiet għal tali Ftehim jistgħu jidħlu fih fi kwalunkwe mument.

8. Fil-kuntest tal-kooperazzjoni tal-AKP-EU b'sostenn għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali tal-AKP kif stabbilit fit-Titolu I, u f'konformità mal-Artikolu 35, il-Partijiet għandhom jagħtu każ b'mod partikolari tal-ħtiġijiet li ġejjin mill-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika. Il-prinċipji msemmija fl-Artikolu 1 tal-Anness IV ta' dan il-Ftehim għandhom japplikaw. Għaldaqstant, il-Partijiet jaqblu dwar l-użu tal-mekkaniżmu l-ġdid tal-finanzjament reġjonali li permezz tiegħu r-riżorsi mill-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni u riżorsi addizzjonali oħra jistgħu jiġu forniti.".

29. L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 37a

Arranġamenti kummerċjali oħra

1. Fil-kuntest tat-tendenzi tal-linji politiċi kummerċjali preżenti li jimmiraw għal liberazzjoni ikbar tal-kummerċ, l-UE u l-Istati tal-AKP jistgħu jieħdu sehem f'negozjati u fl-implimentazzjoni ta' ftehimiet li jwasslu għal aktar liberalizzazzjoni multilaterali u bilaterali tal-kummerċ. Tali liberalizzazzjoni tista' twassal għall-erożjoni tal-preferenzi konċessi lill-Istati tal-AKP u taffettwa l-pożizzjoni kompetittivà tagħhom fis-suq tal-UE, kif ukoll lill-isforzi tagħhom għall-iżvilupp, li l-UE hija interessata li ssostni.

2. F'konformità mal-finijiet tal-kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali, l-UE għandha taħdem biex tieħu miżuri sabiex tegħleb l-impatti negattivi possibbli tal-liberalizzazzjoni, bil-għan li żżomm aċċess preferenzjali sinifikattiv fi ħdan is-sistema kummerċjali multilaterali għall-Istati tal-AKP għall-itwal perjodu ta' żmien li hu vijabbli u li tiżgura li kwalunkwe tnaqqis li ma jistax jiġi evitat fi preferenza jiġi introdott gradwalment fuq l-itwal perjodu ta' żmien possibbli.".

30. L-Artikolu 38(2) huwa mibdul b’li ġej:

"2. Il-Kumitat Ministerjali dwar il-Kummerċ għandu jiddiskuti kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kummerċ li tinteressa lill-Istati AKP kollha u, b'mod partikolari, jimmonitorja regolarment in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika. Huwa għandu jagħti attenzjoni speċjali lin-negozjati kummerċjali multilaterali li qed isiru bħalissa u għandu jeżamina l-impatt tal-inizjattivi ta' liberalizzazzjoni iktar wesgħin, fuq il-kummerċ AKP-KE u fuq l-iżvilupp tal-ekonomiji tal-AKP. Huwa għandu jirrapporta u jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kunsill tal-Ministri, inkluż dwar kwalunkwe miżuri ta' sostenn, bl-għan li jkattar il-benefiċċji tal-ftehimiet kummerċjali AKP-UE."

31. L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 38a

Konsultazzjonijiet

1. Fejn miżuri ġodda jew miżuri stipulati fil-programmi adottati mill-Komunità dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti sabiex tiffaċilita l-moviment ta' oġġetti aktarx jaffettwaw l-interessi ta' Stat tal-AKP wieħed jew aktar, il-Komunità għandha, qabel l-adozzjoni ta' tali miżuri, tinforma lis-Segretarjat tal-AKP u lill-Istati AKP ikkonċernati.

2. Sabiex tippermetti lill-Komunità tieħu f'konsiderazzjoni l-interessi tal-Grupp tal-AKP, għandhom isiru konsultazzjonijiet fuq talba ta' dawn tal-aħħar f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 ta' dan il-Ftehim, bl-għan li jaslu għal soluzzjoni sodisfaċenti.

3. Meta r-regoli u r-regolamenti eżistenti tal-Komunità li ġew adottati sabiex jiffaċilitaw il-kummerċ jaffettwaw l-interessi ta' wieħed jew aktar mill-Istati tal-AKP jew meta l-interessi jiġu affettwati mill-interpretazzjoni, l-applikazzjoni jew l-amministrazzjoni ta' tali regoli jew regolamenti, għandhom isiru konsultazzjonijiet fuq talba tal-Istati tal-AKP ikkonċernati f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 bl-għan li tinstab soluzzjoni sodisfaċenti.

4. Bil-għan li tinstab soluzzjoni sodisfaċenti, il-Partijiet jistgħu wkoll isemmu fi ħdan il-Kumitat Ministerjali Konġunt tal-Kummerċ kwalunkwe problemi oħra li jirrelataw mal-kummerċ li jistgħu jirriżultaw mill-miżuri meħuda jew previsti mill-Istati Membri.

5. Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar tali miżuri sabiex jiżguraw konsultazzjonijiet effettivi.

6. Il-Partijiet jaqblu li konsultazzjonijiet fi ħdan l-istituzzjonijiet ta' Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, u l-għoti ta' informazzjoni permezz tagħhom, dwar kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' tali ftehimiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 12 ta' dan il-Ftehim, bil-kondizzjoni li l-Istati AKP li x'aktarx jiġu affettwati jkunu kollha kemm huma firmatarji tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika li fi ħdanu jkunu saru l-konsultazzjonijiet jew tkun ingħatat l-informazzjoni.".

32. L-Artikolu 41(5) huwa mibdul b’li ġej:

"5. Il-Komunità għandha tappoġġja, permezz ta' strateġiji nazzjonali u reġjonali ta' żvilupp kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, l-isforzi tal-Istati AKP biex isaħħu l-kapaċità tagħhom biex jipprovdu servizzi. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għas-servizzi relatati max-xogħol, negozju, distribuzzjoni, finanzi, turiżmu, kultura u kostruzzjoni u servizzi relatati mal-inġinerija bil-għan li jsaħħu l-kompetittività tagħhom u b'hekk iżidu l-valur tal-kummerċ tagħhom fil-merkanzija u servizzi.".

33. L-Artikolu 42(4) huwa mibdul b’li ġej:

"4. Il-Komunità għandha tappoġġa, permezz ta' strateġiji nazzjonali u reġjonali ta' żvilupp kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, l-isforzi tal-Istati AKP biex jiżviluppaw u jippromwovu servizzi tat-trasport marittimu ta' nfiq effettiv u effiċjenti fl-Istati AKP bil-għan li jkattru s-sehem tal-operaturi AKP f’servizzi ta’ trasport internazzjonali bil-baħar.".

34. L-Artikolu 43(5) huwa mibdul b’li ġej:

"5. Il-Partijiet jaqblu wkoll li jżidu l-kooperazzjoni bejniethom fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u tas-Soċjetà tal-Informazzjoni. Din il-kooperazzjoni għandha, permezz ta' strateġiji nazzjonali u reġjonali ta' żvilupp kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, tkun b'mod partikolari diretta lejn komplimentarjetà u armonizzazzjoni ikbar tas-sistemi ta' komunikazzjoni, fuq livell nazzjonali, reġjonali u internazzjonali u lejn l-adattament tagħhom għat-teknoloġiji l-ġodda.".

35. L-Artikolu 44(2) huwa mibdul b’li ġej:

"2. Il-Komunità għandha tappoġġja l-isforzi tal-Istati AKP, permezz ta strateġiji nazzjonali u reġjonali ta' żvilupp kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, biex issaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jimmaniġġjaw l-oqsma kollha relatati mal-kummerċ, inkluż, fejn neċessarju, it-titjib u l-appoġġ tal-qafas istituzzjonali.".

36. L-Artikolu 45(3) huwa mibdul b’li ġej:

"3. Il-Partijiet jaqblu wkoll li jsaħħu l-kooperazzjoni f’dan il-qasam bl-iskop li jifformulaw u jappoġġjaw linji politiċi effettivi dwar il-kompetizzjoni mal-aġenziji tal-kompetizzjoni nazzjonali xierqa li gradwalment jiżguraw l-infurzar effiċjenti tar-regoli tal-kompetizzjoni minn intrapriżi kemm privati kif ukoll statali. Il-kooperazzjoni f’dan il-qasam għandha, b'mod partikolari, permezz ta' strateġiji nazzjonali u reġjonali ta' żvilupp kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, tinkludi għajnuna fl-abbozzar ta’ qafas legali xieraq u l-infurzar amministrattiv tiegħu b’referenza partikolari għall-qagħda speċjali tal-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati.".

37. L-Artikolu 46(6) huwa mibdul b’li ġej:

"6. Il-Partijiet jaqblu wkoll li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom f'dan il-qasam. Fuq talba, skont termini u kundizzjonijiet maqbula reċiprokament, u permezz ta' strateġiji nazzjonali u reġjonali ta' żvilupp kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, il-kooperazzjoni għandha, fost l-oħrajn, tiġi estiża għal dawn l-oqsma: it-tħejjija ta' liġijiet u regolamenti għall-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-prevenzjoni tal-abbuż ta' tali drittijiet mid-detenturi tad-drittijiet u l-ksur ta' tali drittijiet mill-kompetituri, l-istabbiliment u t-tisħiħ tal-uffiċċji domestiċi u reġjonali u aġenziji oħra inklużi organizzazzjonijiet reġjonali għall-appoġġ tad-drittijiet intellettwali involuti fl-infurzar u l-protezzjoni, inkluż it-taħriġ tal-persunal.".

38. Fl-Artikolu 47(2), il-formulazzjoni introduttiva hija sostitwita b'dan li ġej:

"2. Il-kooperazzjoni fl-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni, permezz ta' strateġiji nazzjonali u reġjonali ta' żvilupp kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, għandha timmira biex tippromwovi sistemi kompatibbli bejn il-Partijiet u b’mod partikolari tinkludi:".

39. L-Artikolu 48(3) huwa mibdul b’li ġej:

"3. Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu l-kooperazzjoni bejniethom, permezz ta' strateġiji nazzjonali u reġjonali ta' żvilupp kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, bl-iskop li jsaħħu mill-ġdid il-kapaċità tagħhom fis-settur pubbliku u f'dak privat tal-pajjiżi AKP f’dan il-qasam.".

40. L-Artikolu 49 jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"1. Il-Partijiet jikkonfermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jippromwovu l-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali b’mod li jiżguraw amministrazzjoni sostenibbli u soda tal-ambjent, skont il-konvenzjonijiet u l-impenji internazzjonali f’dan il-qasam u b’kunsiderazzjoni xierqa għal-livell ta’ żvilupp rispettiv tagħhom. Huma jaqblu li l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti speċjali tal-Istati AKP għandhom jiġu kkunsidrati fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-miżuri ambjentali, inkluż fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32a.";

(b) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3. Il-Partijiet jaqblu li l-miżuri ambjentali m'għandhomx jiġu użati għal finijiet protezzjonisti.".

41. L-Artikolu 50(3) huwa mibdul b’li ġej:

"3. Il-Partijiet jaqblu li l-istandards tax-xogħol m’għandhomx jintużaw għal skopijiet protezzjonisti.".

42. L-Artikolu 51(2) huwa mibdul b’li ġej:

"2. Il-kooperazzjoni għandha, b’mod partikolari, permezz ta' strateġiji nazzjonali u reġjonali ta' żvilupp kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, timmira biex titjieb il-kapaċità istituzzjonali u teknika f’dan il-qasam, jiġu stabbiliti sistemi ta’ allarm rapidu ta’ informazzjoni reċiproka fuq prodotti perikolużi, jiġu skambjati informazzjoni u esperjenzi dwar it-twaqqif u l-użu tas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq tal-prodotti u tas-sikurezza tal-prodotti, titjieb l-informazzjoni offruta lill-konsumaturi dwar il-prezzijiet, il-karatteristiċi tal-prodotti u s-servizzi offruti, waqt li tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ assoċjazzjonijiet indipendenti tal-konsumaturi u kuntatti bejn ir-rappreżentanti tal-interess tal-konsumatur, titjieb il-kompatibilità tal-linji politiċi u s-sistemi tal-konsumatur, jiġi nnotifikat l-infurzar tal-leġiżlazzjoni u tiġi promossa l-kooperazzjoni fl-investigazzjoni ta’ prassi ta’ negozju ta’ ħsara jew inġusti u jiġu implimentati projbizzjonijiet ta’ esportazzjonijiet fil-kummerċ bejn il-Partijiet ta’ merkanzija u servizzi li l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom tkun ġiet ipprojbita fil-pajjiż fejn ikunu ġew prodotti.".

43. L-Artikolu 56(1), huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1. Il-kooperazzjoni dwar il-finanzjament tal-iżvilupp għandha tkun implimentata fuq il-bażi tal-għanijiet, l-istrateġiji u l-prijoritajiet ta' żvilupp stabbiliti mill-Istati AKP, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dawk reġjonali u intra-AKP, u għandha tkun konsistenti magħhom. Il-karatteristiċi ġeografiċi, soċjali u kulturali rispettivi tagħhom, kif ukoll il-potenzjal speċifiku tagħhom, għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni. Il-kooperazzjoni għandha tkun immexxija minn aġenda maqbula internazzjonalment dwar l-effettività tal-għajnuna, u tkun ibbażata fuq is-sjieda, l-allinjament, il-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tad-donaturi, il-ġestjoni għar-riżultati tal-iżvilupp u l-affidabbiltà reċiproka. B'mod partikolari, il-kooperazzjoni għandha:

46. tippromwovi responsabbiltà lokali fil-livelli kollha tal-proċess tal-iżvilupp;

47. tirrifletti sħubija bbażata fuq drittijiet u obbligi reċiproċi;

48. tenfasizza l-importanza tal-prevedibbiltà u s-sigurtà fil-flussi tar-riżorsi, mogħtija f'termini tassew konċessjonali u fuq bażi kontinwa;

49. tkun flessibbli u tadegwa ruħha għas-sitwazzjoni f'kull Stat tal-AKP kif ukoll tadatta ruħha għan-natura speċifika tal-proġett jew il-programm ikkonċernat; u

50. tiżgura l-effiċjenza, il-koordinazzjoni u l-konsistenza.".

44. L-Artikolu 58 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"(b) korpi reġjonali jew inter-Statali li għalihom jappartjenu wieħed jew aktar mill-Istati AKP, inklużi l-Unjoni Afrikana jew korpi oħrajn li għandhom membri li mhumiex Stati AKP, li huma awtorizzati minn dawk l-Istati AKP; u";

(b) il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i) il-punt (d) huwa sostiwit b’dan li ġej:

"(d) l-intermedjarji finanzjarji tal-AKP jew tal-Komunità li jipprovdu, jippromwovu u jiffinanzjaw investimenti privati jew pubbliċi fl-Istati AKP;";

(ii) il-punt (f) hu mibdul b'li ġej:

"(f) pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li mhumiex parti mill-Grupp AKP fejn jipparteċipaw f’inizjattiva konġunta jew f'organizzazzjoni reġjonali mal-Istati AKP f'konformità mal-Artikolu 6 tal-Anness IV ta' dan il-Ftehim.".

45. L-Artikolu 60 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-punt (c) qed jinbidel b'dan li ġej:

"(c) il-mitigazzjoni tal-effetti negattivi b'terminu qasir ta' xokkijiet eżoġeni, inklużi instabilità fid-dħul mill-esportazzjonijiet fuq ir-riformi u l-linji politiċi soċjoekonomiċi;";

(b) il-punt (g) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"(g) assistenza umanitarja u ta' emerġenza, inklużi l-assistenza lir-refuġjati u lil persuni spostati, l-interventi li jgħaqqdu l-għajnuna u r-rijabilitazzjoni għal terminu qasir mal-iżvilupp għal terminu twil f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' wara l-kriżi, u l-istat ta' preparazzjoni għad-diżastri.".

46. L-Artikolu 61 jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"2. Għandha tingħata assistenza baġitarja diretta b'sostenn għal riformi makroekonomiċi u settorjali fil-każijiet fejn:

(a) ikun hemm jew ikunu qed jiġu implimentati strateġiji nazzjonali jew settorjali ta' żvilupp iffukati fuq il-faqar, li jkunu definiti tajjeb;

(b) ikun hemm jew tkun qed tiġi implimentata linja politika makroekonomika orjentata lejn l-istabilità li tkun definita sew u li tkun stabbilita mill-pajjiż innifsu u li tkun evalwata pożittivament mid-donaturi ewlenin tagħha inklużi, fejn ikun rilevanti, l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali; u

(c) ġestjoni finannzjarja pubblika li tkun suffiċjentement trasparenti, responsabbli u effettiva.

Il-Komunità għandha tallinja dwar is-sistemi u l-proċeduri speċifiċi għal kull pajjiż AKP, timmoniterja s-sostenn baġitarju tagħha mal-pajjiż sieħeb u ssostni lill-pajjiżi sħab biex isaħħu r-responsabbiltà domestika, l-iskrutinju parlamentari, il-kapaċitajiet ta' awditjar u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni.";

(b) il-paragrafu 5 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"5. Fil-qafas tal-Ftehim, il-fondi allokati taħt il-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni skont dan il-ftehim, ir-riżorsi proprji tal-Bank Ewropew tal-Investiment (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Bank) u fejn riżorsi oħra adegwati jkunu meħudin mill-baġit tal-Komunità Ewropea, għandhom ikunu użati biex jiffinanzjaw proġetti, programmi u forom oħrajn ta' operazzjonijiet li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.".

47. L-Artikolu 66(1) huwa mibdul b’li ġej:

"1. Sabiex jitnaqqsu l-piż tad-dejn tal-Istati AKP u l-problemi tal-bilanċ tal-pagamenti li għandhom, il-Partijiet jaqblu li jużaw ir-riżorsi provduti taħt il-qafas finanzjarju multinannwali ta' kooperazzjoni skont dan il-ftehim li jikkontribwixxu għal inizjattivi ta' ħelsien mid-dejn approvati f'livell internazzjonali għall-benefiċċju tal-pajjiżi AKP. Barra dan, il-Komunità timpenja ruħha li teżamina kif tista', f'terminu itwal ta' żmien, timmobilizza iktar riżorsi tal-Komunità biex issostni l-inizjattivi ta' ħelsien mid-dejn maqbulin internazzjonalment.".

48. L-Artikolu 67(1) huwa mibdul b’li ġej:

"1. Il-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni skont dan il-Ftehim għandu jipprovdi appoġġ għal riformi makroekonomiċi u settorjali implimentati mill-Istati AKP. F’dan il-qasam, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-aġġustament ikun ekonomikament vijabbli u li jkun jista’ jiġi tollerat soċjalment u politikament. Għandu jingħata appoġġ fil-kuntest ta’ valutazzjoni konġunta bejn il-Komunità u l-Istat AKP konċernat dwar il-miżuri ta’ riforma li jkunu se jitwettqu jew kontemplati f’livell makroekonomiku jew settorjali, u li jippermetti evalwazzjoni ġenerali fuq l-isforzi ta’ riforma. Sa fejn hu possibbli, l-evalwazzjoni konġunta għandha tiġi allineata ma' arranġamenti speċifiċi għall-pajjiż u l-appoġġ jiġi moniterjat fuq il-bażi tar-riżultati miksuba. Ħlas malajr għandu jkun fattur importanti għal programmi ta’ appoġġ.".

49. It-titolu tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti 4, huwa sostitwit b'dan li ġej:

"KAPITOLU 3

Sostenn f'każ ta' xokkijiet eżoġeni".

50. L-Artikolu 68 jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 68

1. Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-instabilità makroekonomika li tirriżulta mix-xokkijiet eżoġeni tista' taffettwa ħażin l-iżvilupp tal-Istati AKP u tista' tippreġudika l-issodisfar tal-obbligi ta' żvilupp tagħhom. Għaldaqstant qed tiġi stabbilita sistema ta' sostenn addizzjonali sabiex timmitiga l-effetti negattivi ta' terminu qasir, li jirriżultaw mix-xokkijiet eżoġeni, inklużi l-effetti fuq id-dħul mill-esportazzjoni, u dan fil-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni skont dan il-Ftehim.

2. L-għan ta' dan is-sostenn huwa li jissalvagwardja r-riformi u l-linji politiċi soċjoekonomiċi li jistgħu jiġu affettwati negattivament bħala riżultat tat-tnaqqis fid-dħul u biex jiġu rimedjati l-effetti negattivi f'terminu ta' żmien qasir ta' tali xokkijiet.

3. Id-dipendenza estrema tal-ekonomiji tal-Istati tal-AKP fuq l-esportazzjonijiet, b'mod partikolari mis-setturi agrikoli u tal-minjieri, għandha tiġi kkunsidrata fl-allokazzjoni tar-riżorsi. F'dan il-kuntest, l-Istati AKP li huma l-inqas żviluppati, li m'għandhomx żbokk għall-baħar u li huma gżejjer, li ġarrbu kunflitt jew diżastru naturali, għandhom jirċievu trattament aktar favorevoli.

4. Ir-riżorsi addizzjonali għandhom jipprovdu skont il-modalitajiet speċifiċi tal-mekkaniżmu ta' appoġġ kif stipulat fl-Anness II fuq Termini u Kondizzjonijiet ta' Finanzjament.

5. Il-Komunità għandha wkoll tipprovdi sostenn għal skemi ta' assigurazzjoni bbażati fuq is-suq li huma maħluqa għall-Istati tal-AKP li qed jippruvaw jipproteġu ruħhom kontra l-effetti fuq terminu qasir ta' żmien tax-xokkijiet eżoġeni.".

51. It-titolu tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"KAPITOLU 6

Assistenza umanitarja, tal-emerġenza u ta' wara l-emerġenza".

52. L-Artikolu 72 jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 72

Il-prinċipju ġenerali

1. L-assistenza umanitarja, tal-emerġenza u ta' wara l-emerġenza għandha tiġi provduta f'sitwazzjonijiet ta' kriżi. L-assistenza umanitarja u tal-emerġenza għandha timmira biex issalva u tippreserva l-ħajja u biex tipprevjeni t-tbatija u teħles lill-bnedmin minnha kull fejn hemm ħtieġa. L-assistenza ta' wara l-emerġenza għandha l-għan li tirrijabilita u li tgħaqqad l-għajnuna ta' terminu qasir mal-programmi ta' żvilupp maħsuba għal perjodi itwal.

2. Is-sitwazzjonijiet ta' kriżi, inklużi l-instabilità jew fraġilità strutturali fit-tul, huma sitwazzjonijiet li joħolqu theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà u s-sikurezza tal-individwi, li jistgħu jeskalaw f'kunflitt armat jew f'destabilizzazzjoni tal-pajjiż. Is-sitwazzjonijiet ta' kriżi jistgħu wkoll jirriżultaw minn diżastri naturali, kriżijiet maħluqa mill-bniedem bħalma huma l-gwerer jew kunflitti oħra, jew ċirkostanzi straordinarji li għandhom effetti ekwivalenti li jirrigwardaw fost l-oħrajn it-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali, l-aċċess għall-enerġija u għar-riżorsi naturali, jew il-faqar estrem.

3. L-assistenza umanitarja, tal-emerġenza u ta' wara l-emerġenza għandha tinżamm għat-tul ta' żmien meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jiġu ttrattati l-bżonnijiet tal-vittmi li jirriżultaw minn dawn is-sitwazzjonijiet, biex b'hekk jiġu marbutin flimkien l-għajnuna, ir-rijabilitazzjoni u l-iżvilupp.

4. L-assistenza umanitarja għandha tiġi mogħtija esklużivament skont il-ħtiġijiet u l-interessi tal-vittmi tas-sitwazzjoni ta' kriżi u f'konformità mal-prinċipji tad-dritt umanitarju internazzjonali u fir-rigward tar-rispett għall-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza. B'mod partikolari, ma għandux ikun hemm diskriminazzjoni bejn il-vittmi fuq bażi ta' razza, oriġini etnika, reliġjon, ġeneru, età, nazzjonalità jew affiljazzjoni politika, u għandhom jiġu garantiti l-aċċess liberu għall-vittmi u l-protezzjoni tagħhom, kif ukoll is-sigurtà tal-persunal u t-tagħmir umanitarju.

5. L-assistenza umanitarja, tal-emerġenza u ta' wara l-emerġenza għandha tiġi finanzjata mill-qafas finanazjarju multiannwali ta' kooperazzjoni skont dan il-Ftehim, meta tali assistenza ma tkunx tista' tiġi ffinanzjata mill-Baġit tal-Unjoni. L-assistenza umanitarja, tal-emerġenza u ta' wara l-emerġenza għandha tiġi implimentata b'kumplimentarjetà u koordinazzjoni mal-isforzi tal-Istati Membri u f'konformità mal-aħjar prassi fl-effettività tal-għajnuna.".

53. L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 72a

Għan

1. L-assistenza umanitarja u tal-emerġenza għandha timmira li:

51. tissalvagwardja l-ħajjiet ta' bnedmin li jkunu qegħdin fi kriżi u f'sitwazzjonijiet immedjatament wara l-kriżi;

52. tikkontribwixxi għall-finanzjament u għall-għoti tal-għajnuna umanitarja u għall-aċċess dirett għaliha minn min għandu jibbenefika minnha permezz tal-mezzi loġistiċi kollha disponibbli;

53. twettaq rijabilitazzjoni u rikostruzzjoni fuq terminu ta' żmien qasir sabiex tippermetti lill-vittmi jibbenefikaw minn integrazzjoni soċjoekonomika minima u, mill-aktar fis possibbli, toħloq il-kundizzjonijiet sabiex jerġa' jibda l-iżvilupp fuq il-bażi tal-għanijiet ta' terminu ta' żmien fit-tul stabbiliti mill-pajjiżi u r-reġjuni tal-AKP ikkonċernati;

54. tindirizza l-ħtiġijiet li jinħolqu mill-ispostament tal-persuni (ir-refuġjati, il-persuni spustati u dawk li jerġgħu lura) wara diżastri naturali jew maħluqin mill-bniedem sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet kollha, għat-tul ta' żmien neċessarju, tar-refuġjati u tal-persuni spustati (ikunu fejn ikunu) u jiffaċilitaw l-azzjoni għar-rimpatrijazzjoni volontarja u l-intergrazzjoni mill-ġdid fil-pajjiż tal-oriġini. u

55. tassisti lill-Istat jew reġjun tal-AKP biex jistabilixxu mekkaniżmi għall-prevenzjoni tad-diżastri u għall-istat ta' preparazzjoni għalihom għal tul ta' żmien qasir, inkluż għal previżjoni u twissija bikrija, bl-iskop li jitnaqqsu l-konsegwenzi tad-diżastri.

2. L-assistenza tista' tingħata lill-Istati u lir-reġjuni tal-AKP li jieħdu refuġjati jew nies li jiġu lura biex jilqgħu għall-ħtiġijiet akuti li mhumiex koperti bl-assistenza tal-emerġenza.

3. L-azzjoni ta' wara l-emerġenza għandha timmira għar-rijabilitazzjoni fiżika u soċjali b'riżultat tal-kriżi kkonċernata u tista' tittieħed biex tikkolega l-għajnuna u r-rijabilitazzjoni għal terminu qasir ta' żmien mal-programmi rilevanti ta' żvilupp għal żmien itwal li huma ffinanzjati minn programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali jew inkella l-programmi intra-AKP. Tali azzjonijiet għandhom ikunu neċessarji għat-tranżizzjoni mill-fażi tal-emerġenza għall-fażi tal-iżvilupp, b'mod li jippromwovu r-l-integrazzjoni soċjoekonomika mill-ġdid tal-partijiet tal-popolazzjoni affettwati, sa fejn ikun possibbli ineħħu l-kawżi tal-kriżi, u jsaħħu l-istituzzjonijiet u r-responsabbiltà mill-partijiet interessati lokali u nazzjonali għar-rwol tagħhom fil-formulazzjoni ta' linja politika dwar l-iżvilupp sostenibbli għall-pajjiż AKP ikkonċernat.

4. Fejn ikun xieraq, se jiġu kordinati mekkaniżmi ta' prevenzjoni tad-diżastri u għall-istat ta' preparazzjoni għalihom, għal terminu ta' żmien qasir, kif imsemmi fil-paragrafu 1(e) ma' mekkaniżmi oħra ta' dan it-tip li huma diġà stabbiliti.

L-iżvilupp u t-tisħiħ tal-mekkaniżmi nazzjonali, reġjonali u tal-AKP kollu għat-tnaqqis u l-ġestjoni tar-riskju tad-diżastri għandu jgħin lill-Istati tal-AKP biex jibnu r-reżistenza tagħhom għall-impatt tad-diżastri. L-attivitajiet kollha relatati jistgħu jsiru f'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet u l-programmi reġjonali u internazzjonali li għandhom evidenza tal-esperjenza fit-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri.".

54. L-Artikolu 73 jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 73

Implimentazzjoni

1. L-operazzjonijiet ta' assistenza għandhom isiru permezz ta' talba mill-pajjiż jew mir-reġjun tal-AKP affettwati minn sitwazzjoni ta' kriżi, jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, jew fuq parir ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jew ta’ organizzazzjonijiet lokali jew internazzjonali li mhumiex organizzazzjonijiet tal-Istat.

2. Il-Komunità għandha tieħu passi adegwati biex tiffaċilita azzjoni rapida, li hija meħtieġa biex tissodisfa l-bżonnijiet immedjati li għalihom hija meħtieġa l-għajnuna. L-għajnuna għandha tiġi amministrata u implimentata skont il-proċeduri li jippermetu lill-operazzjonijiet ikunu rapidi, flessibbli u effettivi.

3. Filwaqt li jiġi sottolineat li l-għajnuna mogħtija f'konformità ma' dan il-Kapitolu hija għall-iżvilupp, l-assistenza tista' tiġi użata eċċezzjonalment mal-programm indikattiv fuq talba tal-Istat jew reġjun ikkonċernat.".

55. Fl-Artikolu 76(1), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(d) self mir-riżorsi proprji tal-Bank u mill-Faċilità ta' Investiment, li għandhom it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom stabbiliti fl-Anness II għal dan il-Ftehim. Tali self jista' wkoll jiġi użat biex jiġi ffinanzjat l-investiment pubbliku f'infrastruttura bażika.".

56. Fl-Artikolu 95(3), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"3. Il-Komunità u l-Istati Membri, minn naħa waħda, u l-Istati AKP, min-naħa l-oħra, għandhom jgħarrfu lill-Parti l-oħra mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel l-iskadenza ta’ kull perjodu ta’ ħames snin b'kull evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jixtiequ jagħmlu bil-għan ta’ emenda li tista’ ssir għall-Ftehim. Minkejja dan il-limitu ta’ żmien, jekk Parti waħda titlob reviżjoni ta’ xi dispożizzjoni tal-Ftehim, il-Parti l-oħra għandu jkollha perjodu ta’ xahrejn li fihom titlob l-estensjoni tar-reviżjoni għal dispożizzjonijiet oħra relatati ma' dawk li kienu s-suġġett tat-talba tal-bidu.".

57. Fl-Artikolu 100, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Dan il-Ftehim, imfassal f’kopja duplikata bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża, b'kull test ugwalment awtentiku, għandu jiġi ddepożitat fl-arkiviji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u s-Segretarjat tal-Istati AKP, li għandhom it-tnejn li huma jittrażmettu kopja ċċertifikata lill-Gvern ta' kull wieħed mill-Istati Firmatarji.".

C. ANNESSI

L- Anness II , kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2009 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE tad- 29 ta' Mejju 2009[2], għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) L-Artikolu 1 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 1

1. It-termini u l-kondizzjonijiet tal-finanzjament b'relazzjoni mal-operazzjonijiet tal-Faċilità tal-Investiment (il-Faċilità), is-self mir-riżorsi proprji tal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-Bank) u operazzjonijiet speċjali, għandhom ikunu kif stabbiliti f'dan il-Kapitolu. Dawn ir-riżorsi jistgħu jkunu kanalizzati lil intrapriżi eliġibbli, direttament jew indirettament, permezz ta' fondi eliġibbli ta' investiment u/jew intermedjarji finanzjarji.

2. Il-fondi għas-sussidji tar-rati tal-imgħax, kif stabbilit f'dan l-Anness, se jkunu disponibbli mill-allokazzjoni tas-sussidju tal-imgħax speċifikat fl-Anness Ib, paragrafu 2(c), ta' dan il-Ftehim.

3. Is-sussidji tal-imgħax jistgħu jiġu kapitalizzati jew jistgħu jiġu użati fil-forma ta' għotjiet. L-ammont tas-sussidju tar-rata tal-imgħax, ikkalkulata f'termini tal-valur tiegħu fil-mument tat-teħid tas-self, għandu jiġi impost fil-konfront tal-allokazzjoni tas-sussidju fuq l-imgħax speċifikat fl-Anness Ib, il-paragrafu 2(c), u għandu jitħallas direttament lill-Bank. Sa 10 % ta' din l-allokazzjoni għas-sussidji għar-rati tal-imgħax tista' wkoll tiġi użata biex issostni proġett relatat mal-assistenza teknika fil-pajjiżi AKP.

4. Dawn it-termini u kundizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għat-termini u l-kundizzjonijiet li jistgħu jiġu imposti fuq pajjiżi tal-AKP li huma suġġetti għal kondizzjonijiet ta' self restrittivi taħt il-Pajjiżi Foqra bi Djun Kbar ("HIPC") jew oqfsa ta' sostenibbiltà tad-dejn aċċettati internazzjonalment. Għalhekk, meta tali oqfsa jkunu jitolbu tnaqqis fir-rata tal-interessi tas-self b'iktar minn 3 %, kif inhu permess skont l-Artikoli 2 u 4 ta' dan il-Kapitolu, il-Bank għandu jipprova jnaqqas in-nefqa medja tal-fondi permezz ta' kofinanzjar b'donaturi oħra. Jekk dan ma jkunx ikkunsidrat li huwa possibbli, ir-rata ta' imgħax tas-self tista' titnaqqas b'tali ammont kif meħtieġ biex tkun konformi mal-livell li joħroġ mill-inizjattiva HIPC jew minn qafas ieħor ta' sostenibbiltà tad-dejn maqbul fuq livell internazzjonali.";

(b) L-Artikolu 2(7) u (8) huma sostitwiti b’li ġej:

"7. Self ordinarju f'pajjiżi li mhumiex suġġetti għal kondizzjonjiet ta' self ristrettivi taħt il-HIPC jew minn xi oqfsa oħrajn ta' sostenibbilta tad-dejn maqbula fuq livell internazzjonali jista' jiġi estiż fuq termini u kundizzjonjiet konċessjonali fil-każijiet li ġejjin:

56. għal proġetti ta' infrastruttura, li huma prerekwiżit għall-iżvilupp tas-settur privat fil-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati, f'pajjiżi li għadhom kemm ħarġu minn kunflitt u f'pajjiżi li għadhom kemm ġarrbu diżastru naturali. F'każijiet bħal dawn, ir-rata ta' imgħax tas-self se titnaqqas b'sa 3 %;

57. għal proġetti li jinvolvu operazzjonijiet ta' ristrutturazzjoni mill-ġdid fil-qafas tal-privatizzazzjoni jew għal proġetti b'benefiċċji soċjali jew ambjentali li huma sostanzjali u deċiżament dimostrabbli. F'dawn il-każijiet, is-self jista' jiġi estiż b'sussidju tar-rata ta' imgħax li l-ammont u l-għamla tiegħu se jiġi deċiż skont il-karatteristiċi partikolari tal-proġett. B'danakollu, is-sussidju tar-rata tal-interess ma għandux ikunu aktar minn 3%.

Ir-rata finali ta' self li jaqa' taħt il-punt (a) jew (b) m'għandha qatt, fi kwalunkwe każ, tkun inqas minn 50 % tar-rata ta' referenza.

8. Il-fondi li għandhom jiġu provduti għal dawn il-finijiet konċessjonali ser ikunu disponibbli mill-allokazzjoni tas-sussidju tal-imgħax imsemmija fil-paragrafu 2(c) tal-Anness Ib ta' dan il-Ftehim.";

(c) L-Artikolu 4(2) huwa mibdul b’li ġej:

"2. Self mir-riżorsi proprji tal-Bank għandu jingħata skont it-termini u l-kondizzjonijiet li ġejjin:

58. ir-rata tal-imgħax ta' referenza għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank għal self bl-istess kondizzjonijiet rigward il-munita, u l-perjodu tal-pagament lura fid-data tal-firma tal-kuntratt jew fid-data tal-forniment tal-finanzi;

59. Madanakollu, għal pajjiżi li mhumiex suġġetti għal kundizzjonjiet ta' self ristrettivi taħt il-HIPC jew minn xi oqfsa oħrajn ta' dejn sostenibbli maqbula fuq livell internazzjonali:

(i) fil-prinċipju, il-proġetti tas-settur pubbliku għandhom ikunu eliġibbli għal sussidju ta' rata ta' imgħax ta' 3 %;

(ii) il-proġetti tas-settur privat li jidħlu fil-kategoriji speċifikati fl-Artikolu 2(7)(b) għandhom ikunu eliġibbli għal sussidji fuq ir-rati tal-imgħax bl-istess termini speċifikati f’dik id-dispożizzjoni.

Ir-rata ta' imgħax finali m'għandhiex, fi kwalunkwe każ bħal dan, tkun anqas minn 50 % tar-rata ta' referenza;

60. il-perjodu tal-ħlas lura tas-self mogħti mill-Bank mir-riżorsi proprji tiegħu għandu jkun determinat fuq il-bażi tal-karatteristiċi ekonomiċi u finanzjarji tal-proġett. Dan is-self għandu normalment jikkomprendi perjodu ta' grazzja stabbilit permezz ta' referenza għall-perjodu ta' kostruzzjoni tal-proġett.".

L- Anness III jiġi emendat kif ġej:

(a) fl-Artikolu 1, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

"(a) it-tisħiħ u t-tkabbir tar-rwol taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Impriża (CDE) biex b'hekk ikun jista' jipprovdi lis-settur privat bl-appoġġ meħtieġ fil-promozzjoni tal-attivitajiet tal-iżvilupp tas-settur privat fil-pajjiżi u r-reġjuni tal-pajjiżi AKP; u

(b) it-tisħiħ u t-kabbir tar-rwol taċ-Ċentru Tekniku għall-Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (Technical Centre for Agricultural and Rural Cooperation, CTA) f'kapaċità istituzzjonali tal-iżvilupp tal-AKP, partikolarment l-amministrazzjoni tal-informazzjoni, sabiex ittejjeb l-aċċess għal teknoloġiji għaż-żieda fil-produttività agrikola, il-kummerċjalizzazzjoni, is-sigurtà tal-ikel u l-iżvilupp rurali.";

(b) L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 2

CDE

1. Is-CDE għandu jippromwovi ambjent ta' negozju li jwassal għall-iżvilupp tas-settur privat u jkun ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-iżvilupp tas-settur privat fil-pajjiżi AKP billi jipprovdi servizzi mhux-finanzjarji, inklużi servizzi ta' konsulenza, lejn il-kumpaniji u n-negozji AKP u jkun ta' appoġġ għal inizjattivi konġunti stabbiliti mill-operaturi ekonomiċi tal-Komunità u tal-Istati AKP. F'dan ir-rigward, għandha tingħata konsiderazzjoni għall-bżonnijiet emerġenti mill-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika.

2. Il-CDE għandu jkollu l-għan li jgħin lill-impriżi privati AKP sabiex isiru aktar kompetittivi fis-setturi kollha tal-ekonomija. B’mod partikolari, għandu:

61. jiffaċilita u jħeġġeġ kooperazzjoni bejn negozji u sħubija bejn l-impriżi AKP u UE;

62. jgħin fl-iżvilupp tas-servizzi ta' appoġġ għan-negozji permezz tal-għajnuna għall-ħolqien tal-kapaċità fl-organizzazzjonijiet li jappartjenu għas-settur privat jew bħala appoġġ għal dawk li jipprovdu servizzi ta' appoġġ fl-aspetti tekniċi, professjonali, amministrattivi, kummerċjali u ta' taħriġ;

63. jipprovdi għajnuna għal attivitajiet ta' promozzjoni tal-investimenti, bħalma huma l-organizzazzjonijiet għall-promozzjoni tal-investiment, l-organizzazzjoni ta' konferenzi għall-investiment, programmi ta' taħriġ, laqgħat ta' ħidma dwar l-istrateġija u missjonijiet bħala segwitu tal-promozzjoni tal-investimenti;

64. jappoġġja inizjattivi li jikkontribwixxu għat-tħeġġiġ tal-innovazzjoni u t-trasferiment ta' teknoloġiji, u tal-konoxxenza u tal-aħjar prassi fl-aspetti kollha tal-ġestjoni tan-negozji;

65. jinforma lis-settur privat AKP dwar id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim; u

66. jipprovdi informazzjoni lill-kumpaniji Ewropej u lill-organizzazzjonijiet tas-settur privat dwar l-opportunitajiet tan-negozju u l-modalitajiet fil-pajjiżi AKP.

3. Is-CDE għandu jikkontribwixxi wkoll għat-titjib tal-ambjent tan-negozju fuq il-livell nazzjonali kif ukoll fuq dak reġjonali biex b'hekk jagħti l-appoġġ lill-impriżi ħalli jieħdu vantaġġ mill-progress fil-proċessi ta' integrazzjoni reġjonali u mill-ftuħ tal-kummerċ. Dan għandu jinkludi:

67. assistenza lill-impriżi biex jikkonformaw mal-istandards ta' kwalità u oħrajn eżistenti u ġodda mdaħħlin bil-progress fl-integrazzjoni reġjonali u bl-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika;

68. it-tixrid tal-informazzjoni fi ħdan is-settur privat lokali tal-AKP dwar il-kwalità tal-prodotti u l-istandards meħtieġa fis-swieq esterni;

69. il-promozzjoni ta' riformi fl-ambjent tan-negozju reġjonali u nazzjonali, inkluż billi jiġi ffaċilitat id-djalogu bejn is-settur privat u l-istituzzjonijiet pubbliċi; u

70. it-tkabbir tar-rwol u tal-funzjoni ta' intermedjarji nazzjonali u/jew reġjonali li jipprovdu servizzi..

4. L-attivitajiet tas-CDE għandhom ikunu bbażati fuq il-kunċett ta' koordinazzjoni, komplimentarjetà u valur miżjud fir-rigward ta' kwalunkwe inizjattiva għall-iżvilupp tas-settur privat meħuda minn entitajiet pubbliċi jew privati. B'mod partikolari, l-attivitajiet tiegħu għandhom ikunu konsistenti mal-istrateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fil-Parti 3 ta' dan il-Ftehim. Is-CDE għandu jkun selettiv u jiżgura s-sostenibilità finanzjarja fit-twettiq tal-inkarigi tiegħu. Huwa għandu jiżgura tqassim xieraq tal-inkarigi bejn il-Kwartieri Ġenerali tiegħu u l-uffiċċji reġjonali.

5. Għandhom isiru evalwazzjonijiet perjodiċi tal-attivitajiet magħmula mis-CDE.

6. Il-Kumitat tal-Ambaxxaturi għandu jkun l-awtorità superviżorja taċ-Ċentru. Huwa għandu, wara l-iffirmar ta' dan il-Ftehim:

71. jistabbilixxi l-istatuti taċ-Ċentru;

72. jaħtar il-membri tal-Bord Eżekuttiv;

73. jaħtar l-amministrazzjoni taċ-Ċentru fuq proposta mill-Bord Eżekuttiv; u

74. jikkontrolla l-istrateġija kumplessiva taċ-Ċentru u jissorvelja x-xogħol tal-Bord Eżekuttiv.

7. Il-Bord Eżekuttiv għandu, skont l-istatuti taċ-Ċentru:

75. jistabbilixxi r-regolamenti finanzjarji u tal-persunal u r-regoli tal-operazzjoni;

76. jissorvelja x-xogħol tiegħu;

77. jadotta l-programm u l-baġit taċ-Ċentru;

78. jippreżenta rapporti u evalwazzjonijiet perjodiċi lill-Awtorità ta' Superviżjoni; u

79. iwettaq kwalunkwe inkarigu ieħor allokat lilu mill-istatuti taċ-Ċentru.

8. Il-baġit taċ-Ċentru għandu jkun iffinanzjat bi qbil mar-regoli stabbiliti f'dan il-Ftehim fir-rigward tal-kooperazzjoni għal żvilupp finanzjarju.";

(c) L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 3

CTA

1. Il-missjoni tal-CTA għandha tkun li ssaħħaħ l-istrateġija u l-kapaċità istituzzjonali dwar l-żvilupp u l-informazzjoni u l-kapaċitajiet tal-amministrazzjoni tal-kommunikazzjoni tal-organizzazzjonijiet AKP għall-iżvilupp agrikolu u rurali. Għandha tassisti lil tali organizzazzjonijiet fil-formolazzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-programmi sabiex inaqqsu l-faqar, isaħħu s-sigurtà sostenibbli tal-ikel, jippreservaw il-bażi tar-riżorsi naturali, u b’hekk jikkontribwixxu għall-bini tal-fiduċja minnhom infushom fl-iżvilupp rurali u agrikoli tal-AKP.

2. Il-CTA għandha:

80. tiżviluppa u tipprovdi servizzi tal-informazzjoni u tassigura aċċess aħjar għal riċerka, taħriġ u innovazzjonijiet fl-isferi tal-iżvilupp u l-estenzjoni agrikolu u rurali, sabiex tħeġġeġ l-iżvilupp agrikolu u rurali; u

81. tiżviluppa u ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-AKP sabiex:

(i) jitjiebu l-formulazzjoni u l-amministrazzjoni tal-linji politiċi u strateġiji agrikoli u rurali fil-livelli nazzjonali u reġjonali, inkluża l-kapaċità imtejba għall-ġbir ta' dejta, l-istrateġija tar-riċerka, l-analiżi u l-formulazzjoni;

(ii) isir titjib fl-amministrazzjoni tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, partikolarment fi ħdan l-Istrateġija Agrikola Nazzjonali;

(iii) jiġu promossi amministrazzjoni intraistituzzjonali effettiva tal-Informazzjoni u l-Kommunikazzjoni (ICM) għall-monitoraġgġ tal-imġiba, kif ukoll consortia ma' sħab reġjonali u internazzjonali;

(iv) tiġi promossa ICM deċentralizzata fil-livelli lokali u nazzjonali;

(v) jissaħħu l-inizjattivi permezz tal-kooperazzjoni reġjonali; u

(vi) jiġu żviluppati metodi għall-istudju tal-impatt tal-linji politiċi dwar l-iżvilupp agrikolu u rurali.

3. Iċ-Ċentru għandu jkun ta' appoġġ għall-inizjattivi u oqfsa reġjonali u għandu progressivament jaqsam il-programmi tal-kapaċità tal-iżvilupp mal-organizzazzjonijiet xierqa tal-AKP. Għal dan il-għan, iċ-Ċentru għandu joffri appoġġ għan-netwerks reġjonali deċentralizzati tal-informazzjoni. Tali netwerks għandhom ikunu mibnija gradwalment u b’effiċjenza.

4. Għandhom isiru evalwazzjonijiet perjodiċi tal-attivitajiet magħmula mis-CTA.

5. Il-Kumitat tal-Ambaxxaturi għandu jkun l-awtorità superviżorja taċ-Ċentru. Huwa għandu, wara l-iffirmar ta' dan il-Ftehim:

(a) jistabbilixxi l-istatuti taċ-Ċentru;

(b) jaħtar il-membri tal-Bord Eżekuttiv;

(c) jaħtar l-amministrazzjoni taċ-Ċentru fuq proposta mill-Bord Eżekuttiv; u

(d) jikkontrolla l-istrateġija kumplessiva taċ-Ċentru u jissorvelja x-xogħol tal-Bord Eżekuttiv.

6. Il-Bord Eżekuttiv għandu, skont l-istatuti taċ-Ċentru:

(a) jistabbilixxi r-regolamenti finanzjarji u tal-persunal u r-regoli tal-operazzjoni;

(b) jissorvelja x-xogħol tiegħu;

(c) jadotta l-programm u l-baġit taċ-Ċentru;

(d) jippreżenta rapporti u evalwazzjonijiet perjodiċi lill-Awtorità ta' Superviżjoni; u

(e) iwettaq kwalunkwe inkarigu ieħor allokat lilu mill-istatuti taċ-Ċentru.

7. Il-baġit taċ-Ċentru għandu jkun iffinanzjat bi qbil mar-regoli stabbiliti f'dan il-Ftehim fir-rigward tal-kooperazzjoni għal żvilupp finanzjarju.".

3. L- Anness IV , kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 3/2008 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE tal-15 ta' Diċembru 2008[3], huwa emendat kif ġej:

(a) L-Artikoli 1, 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"Artikolu 1

L-operazzjonijiet iffinanzjati minn għotjiet fil-qafas ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu programmati fil-bidu tal-perjodu kopert mill-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni.

L-ipprogrammar se jkun ibbażat fuq il-prinċipji ta' responsabbiltà, allinjament, koordinazzjoni u armonizzazzjoni tad-donaturi, ġestjoni għar-riżultati tal-iżvilupp u responsabbiltà reċiproka.

Għal dan l-iskop, l-ipprogrammar għandu jinvolvi:

82. il-preparazzjoni u l-iżvilupp ta' dokumenti ta’ strateġija rigward pajjiż, reġjun jew li jkunu intra-AKP ibbażati fuq l-għanijiet u l-istrateġiji tagħhom ta' żvilupp għal terminu medju, u meta jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-prinċipji ta' programmar u ta’ tqassim tax-xogħol konġunt fost id-donaturi, li għandu, sa fejn ikun possibbli, ikun proċess immexxi minn pajjiż jew reġjun imsieħeb;

83. indikazzjoni ċara mill-Komunità tal-allokazzjoni finanzjarja programmabbli indikattiva li minnha l-kooperazzjoni tal-pajjiż, reġjun jew intra-AKP tista' tibbenefika matul il-perjodu kopert mill-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni skont dan il-Ftehim, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra, inkluż possibbilment riżerva għal ħtiġijiet imprevisti;

84. Il-preparazzjoni u l-adozzjoni ta' programm indikattiv għall-implimentazzjoni tal-SP, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-impenji ta' donaturi oħrajn, u b'mod partikolari tal-Istati membri tal-UE; u

85. proċess ta' reviżjoni li jkopri d-Dokument ta’ Strateġija, il-programm indikattiv u l-volum tar-riżorsi allokati lilu.

Artikolu 2

Dokument ta’ strateġija tal-pajjiż

Id-dokument ta’ strateġija tal-pajjiż (CSP) għandu jiġi preparat mill-Istat AKP ikkonċernat u l-UE. Għandu jissawwar mill-konsultazzjonijiet preċedenti b'parteċipazzjoni wiesgħa ta' partijiet involuti inklużi atturi mhux Statali, awtoritajiet lokali u, fejn ikun rilevanti, il-Parlamenti tal-AKP, u għandu jinħadem fuq it-tagħlimiet tal-imgħoddi u fuq l-aħjar prattiki. Kull CSP għandha tkun adattata għall-ħtiġijiet u twieġeb għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull Stat AKP. Is-CSP għandha tkun strument sabiex tagħti prijorità lill-attivitajiet u tibni fuq ir-responsbabiltà lokali tal-programmi ta’ kooperazzjoni. Kwalunkwe diverġenzi bejn l-analiżi tal-pajjiż innifsu u dik tal-Komunità għandhom ikunu innotati. Is-CSP għandha tkun tinkludi dawn l-elementi standard li ġejjin:

86. analiżi tal-kuntest, tal-limitazzjonijiet, tal-kapaċitajiet u tal-prospetti politiċi, ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-pajjiż, inkluża valutazzjoni tal-ħtiġijiet bażiċi, bħalma huma d-dħul per capita, id-daqs tal-popolazzjoni u l-indikaturi soċjali, u l-vulnerabbilità;

87. informazzjoni ġenerali dettaljata dwar l-istrateġija tal-pajjiż għall-iżvilupp fuq terminu medju, il-prijoritajiet iddefiniti b'mod ċar u l-ħtiġiet finanzjarji mintennija;

88. informazzjoni ġenerali dwar il-pjanijiet u l-azzjonijiet rilevanti tad-donaturi l-oħrajn preżenti fil-pajjiż, partikolarment dawk tal-istati Membri tal-UE fil-kapaċità tagħhom bħala donaturi bilaterali;

89. strateġiji ta' reazzjoni, li jagħtu dettalji tal-kontribuzzjoni speċifika li l-UE tista tipprovdi. Dawn għandhom, sal-limitu possibbli, jiffaċilitaw il-kumplimentarjetà mal-operazzjonijiet finanzjati mill-Istat AKP innifsu u minn donaturi oħrajn preżenti fil-pajjiż; u

90. indikazzjoni tal-mekkaniżmi l-aktar adegwati ta' sostenn u ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu applikati fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji hawn fuq imsemmija.

Artikolu 3

Allokazzjoni tar-riżorsi

1. L-allokazzjoni indikattiva tar-riżorsi fost il-pajjiżi tal-AKP għandha tiġi msejsa fuq kriterji standard, oġġettivi u trasparenti rigward il-ħtiġijiet u l-prestazzjoni. F’dan il-kuntest:

91. il-bżonnijiet għandhom jiġu evalwati fuq il-bażi tal-kriterji li għandhom x'jaqsmu mad-dħul per capita, id-daqs tal-popolazzjoni, l-indikaturi soċjali u l-livell ta' kemm ikunu mdejnin u l-vulnerabbiltà għax-xokkijiet eżoġeni. Għandhom jingħataw trattament speċjali l-Istati AKP l-anqas żviluppati u għandhom jiġu debitament meqjusa l-vulnerabbiltà tal-Istati li huma gżejjer u li m'għandhomx żbokk għall-baħar. Barra minn hekk, għandu jingħata kas tad-diffikultajiet partikolari ta’ pajjiżi li jkunu ħerġin minn konflitti jew diżastri naturali; u

92. il-prestazzjoni għandha tkun evalwata fuq il-bażi ta' kriterji li għandhom x'jaqsmu mal-governanza, mal-progress fl-implimentazzjoni tar-riformi istituzzjonali, mal-prestazzjoni tal-pajjiż fl-użu tar-riżorsi, mal-implimentazzjoni effettiva tal-operazzjonijiet kurrenti, mal-ħelsien jew it-tnaqqis tal-faqar, mal-progress lejn il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, mal-miżuri ta' żvilupp sostenibbli u mal-prestazzjoni makroekonomika u tal-linji politiċi settorjali.

2. Ir-riżorsi allokati għandhom jinkludu:

93. allokazzjoni programmabbli li tkopri l-appoġġ makroekonomiku, il-politiki settorjali, il-programmi u l-proġetti b'sostenn tal-oqsma fokali u mhux fokali tal-għajnuna tal-Komunità. L-allokazzjoni programmabbli għandha tiffaċilita l-ipprogrammar tal-għajnuna tal-Komunità lejn il-pajjiż ikkonċernat għal perjodu fit-tul. Flimkien ma' riżorsi possibbli oħra tal-Komunità, dawn l-allokazzjonijiet għandhom ikunu l-bażi għall-preparazzjoni tal-programm indikattiv għall-pajjiż konċernat; u

94. allokazzjoni biex tkopri ħtiġijiet mhux previsti bħalma huma dawk definiti fl-Artikoli 66 u 68 u fl-Artikoli 72, 72a u 73 ta' dan il-Ftehim, aċċessibbli taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dawk l-Artikoli, meta tali sostenn ma jkunx jista' jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni.

3. Għandu jsir provvediment fuq il-bażi tar-riżerva tal-ħtiġijiet mhux previsti għal dawk il-pajjiżi li, minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tagħhom, ma jkunux jistgħu jkollhom aċċess għal riżorsi normali programmabbli.

4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(7) ta’ dan l-Anness fir-rigward tar-reviżjonijiet, il-Komunità tista’, sabiex tqis ħtiġijiet ġodda jew prestazzjonijiet eċċezzjonali, iżżid l-allokazzjoni programmabbli ta' pajjiż jew l-allokazzjoni tagħha għal ħtiġijiet imprevisti:

95. jistgħu jirriżultaw ħtiġijiet ġodda minn ċirkostanzi eċċezzjonali bħalma huma sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' wara kriżi jew minn ħtiġijiet mhux previsti kif imsemmi fil-paragrafu 2(b);

96. prestazzjoni eċċezzjonali hija sitwazzjoni li fiha, barra r-reviżjonijiet ta' nofs it-terminu u l-aħħar tat-terminu, l-allokazzjoni programmabbli ta' pajjiż tiġi kompletament impenjata u finanzjament addizzjonali mill-programm indikattiv nazzjonali jkun jista' jiġi assorbit fi sfond ta' linji politiċi effettivi favur it-tnaqqis tal-faqar u ta' amministrazzjoni finanzjarja soda.";

(b) L-Artikolu 4(1) sa (4) jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

"1. Hekk kif jirċievi t-tagħrif imsemmi hawn fuq, kull Stat AKP għandu jfassal u jippreżenta lill-Komunità abbozz ta’ programm indikattiv li jkun ibbażat fuq l-għanijiet u l-prijoritajiet tiegħu ta’ żvilupp kif espressi fis-CSP, u konsistenti magħhom. L-abbozz ta’ programm indikattiv għandu jkollu fih:

97. appoġġ baġitarju ġenerali u/jew numru limitat ta' setturi fokali jew oqsma li fuqhom l-appoġġ għandu jkun ikkonċentrat;

98. il-miżuri u l-operazzjonijiet l-aktar xierqa biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri fis-settur(i) jew qasam/oqsma fokali;

99. ir-riżorsi possibbilment riżervati għal numru limitat ta' programmi u proġetti 'l barra mis-settur(i) jew qasam/oqsma fokali u/jew il-parametri ġenerali ta' tali attivitajiet, kif ukoll indikazzjoni tar-riżorsi li għandhom ikunu utilizzati għal kull wieħed minn dawn l-elementi;

100. it-tipi ta' partijiet involuti mhux Statali eliġibbli għal finanzjament, skont il-kriterji stabbiliti mill-Kunsill tal-Ministri, ir-riżorsi allokati lill-partijiet involuti mhux Statali u t-tipi ta’ attivitajiet li għandhom ikunu sostnuti, li m'għandhomx ikunu għall-profitt;

101. proposti għal parteċipazzjoni possibbli fi programmi u proġetti reġjonali; u

102. riżerva possibbli għal assigurazzjoni kontra talbiet possibbli u biex jiġu koperti ż-żidiet fl-ispejjeż u għal kontinġenzi.

2. L-abbozz tal-programm indikattiv għandu, skont kif xieraq, ikun fih ir-riżorsi riżervati għat-tisħiħ tal-kapaċità umana, materjali u istituzzjonali tal-AKP għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi indikattivi nazzjonali u parteċipazzjonijiet possibbli fi programmi u proġetti ffinanzjati mill-programmi indikattivi reġjonali u għat-titjib tal-ġestjoni taċ-ċiklu tal-proġetti tal-investiment pubbliku tal-Istati tal-AKP.

3. L-abbozz ta’ programm indikattiv għandu jiġi diskuss bejn l-Istat tal-AKP konċernat u l-Komunità. Il-programm indikattiv għandu jiġi adottat bi ftehim komuni bejn il-Kummissjoni f'isem il-Komunità u l-Istat AKP ikkonċernat. Meta jiġi adottat, għandu jorbot kemm lill-Komunità kif ukoll lil dak l-Istat. Dan il-programm indikattiv għandu jkun anness mas-CSP u għandu addizzjonaliment jinkludi:

103. indikazzjoni ta' operazzjonijiet speċifiċi u identifikabbli b'mod ċar, speċjalment dawk li jistgħu jiġu impenjati qabel ir-reviżjoni li jkun imiss;

104. skeda indikattiva għall-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-programm indikattiv, inklużi l-impenji u l-pagamenti tar-riżorsi; u

105. kriterji orjentati lejn ir-riżultati għar-reviżjonijiet.

4. Il-Komunità u l-Istat AKP ikkonċernat għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-proċess tal-ipprogrammar ikun komplut fl-iqsar żmien possibbli u, apparti f'ċirkostanzi eċċezzjonali, fi żmien tnax-il xahar mill-adozzjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni. F'dan il-kuntest, il-preparazzjoni tas-CSP u tal-programm indikattiv għandha tkun parti minn proċess kontinwu li jwassal għall-adozzjoni ta' dokument uniku.";

(c) L-Artikolu 5 jiġi emendat kif ġej:

(i) il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"2. F'ċirkostanzi eċċezzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 3(4), sabiex jittieħdu f'kunsiderazzzjoni ħtiġijiet ġodda jew prestazzjoni eċċezzjonali, tista' ssir reviżjoni ad hoc fuq talba ta' Parti jew oħra.";

(ii) fil-paragrafu 4, il-frażi introduttorja qiegħda tiġi sostitwita b’dan li ġej:

"4. Ir-reviżjonijiet operazzjonali annwali ta' nofs il-perjodu u tat-tmiem tal-perjodu tal-programm indikattiv għandhom jikkonsistu minn valutazzjoni konġunta tal-implimentazzjoni tal-programm u jqisu r-riżultati tal-attivitajiet rilevanti tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. Dawn ir-reviżjonijiet għandhom isiru lokalment u għandhom ikunu finalizzati bejn l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali u l-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati xierqa, inklużi partijiet involuti li mhumiex Statali, awtoritajiet lokali u fejn hu rilevanti, il-parlamenti tal-AKP. Huma għandhom partikolarment ikopru studju ta':";

(iii) il-paragrafi 5, 6 u 7 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"5. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' sinteżi darba fis-sena dwar il-konklużjoni tar-reviżjoni operazzjonali annwali lill-Kumitat tal-Kooperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp. Il-Kumitat għandu jeżamina r-rapport f’konformità mar-responsabbilitajiet u l-poteri tiegħu skont dan il-Ftehim.

6. Fid-dawl tar-reviżjonijiet operazzjonali annwali, l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali u l-Kap tad-Delegazzjoni jistgħu fir-reviżjonijiet ta' nofs il-perjodu u tat-tmiem tal-perjodu, jagħmlu r-reviżjoni u jadottaw is-CSP:

106. fejn ir-reviżjonijiet operazzjonali jindikaw problemi speċifiċi; u/jew

107. fid-dawl ta' ċirkostanzi li jkunu nbidlu fi Stat AKP.

Bidla fis-CSP tista' wkoll tiġi deċiża bħala riżultat ta' proċess ta' reviżjoni ad hoc previst taħt il-paragrafu 2.

Ir-reviżjoni tat-tmiem tal-perjodu tista' tinkludi wkoll adattament għall-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni l-ġdid fir-rigward tal-allokazzjoni tar-riżorsi kif ukoll tat-tħejjija tal-programm li jkun imiss.

7. Wara t-tlestija tar-reviżjonijiet intermedji u finali, il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità, tista’ żżid jew tnaqqas l-allokazzjoni ta' riżorsi tal-pajjiż fid-dawl tal-ħtiġijiet attwali u tal-prestazzjoni tal-Istat tal-AKP kkonċernat.

Wara reviżjoni ad hoc kif previst fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista', f'isem il-Komunità, iżżid l-allokazzjoni tar-riżorsi fid-dawl ta' ħtiġijiet ġodda jew prestazzjoni eċċezzjonali tal-Istat AKP ikkonċernat, kif definit fl-Artikolu 3(4).";

(d) L-Artikolu 6 jiġi emendat kif ġej:

(i) It-Titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Ambitu";

(ii) Jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"3. Talbiet għall-finanzjament ta' programmi reġjonali għandhom ikunu ppreżentanti minn:

108. korp jew organizzazzjoni reġjonali debitament awtorizzati; jew

109. korp subreġjonali debitament awtorizzat, organizzazzjoni jew Stat AKP fir-reġjun ikkonċernat, waqt l-istadju tal-ipprogrammar, sakemm l-operazzjoni tkun ġiet identifikata fil-programm indikattiv reġjonali (RIP).

4. Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw u li mhumiex tal-AKP fi programmi reġjonali se tiġi kkunsidrata biss sal-punt li:

110. l-attività ewlenija tal-proġetti u tal-programmi ffinanzjati taħt il-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni tibqa' f'pajjiż tal-AKP;

111. ikunu jeżistu dispożizzjonijiet ekwivalenti fil-qafas tal-istrumenti finanzjarji tal-Komunità; u

112. jiġi rispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità.";

(e) L-Artikoli 7, 8 u 9 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"Artikolu 7

Programmi reġjonali

L-Istati AKP ikkonċernati għandhom jiddeċiedu dwar id-definizzjoni tar-reġjuni ġeografiċi. Sal-medda massima possibbli, il-programmi ta’ integrazzjoni reġjonali għandhom ikunu korrespondenti mal-programmi tal-organizzazzjonijiet reġjonali eżistenti. Bħala prinċipju, fil-każ ta’ tirkib fis-sħubija f’diversi organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti, il-programm ta’ integrazzjoni reġjonali għandu jkun korrespondenti għas-sħubija kollha flimkien ta’ dawn l-ogranizzazzjonijiet.

Artikolu 8

L-ipprogrammar reġjonali

1. L-ipprogrammar għandu jseħħ fil-livell ta' kull reġjun. L-ipprogrammar għandu jkun ir-riżultat ta' skambju ta’ fehmiet bejn il-Kummissjoni u l-organizzazzjoni(jiet) reġjonali debitament awtorizzata/i u, fin-nuqqas ta’ tali awtorizzazzjoni, l-Uffiċjali Awtorizzanti Nazzjonali tal-pajjiżi f’dak ir-reġjun. Fejn ikun xieraq, l-ipprogrammar jista' jinkludi konsultazzjoni ma' atturi li mhumiex Statali rrapreżentati fuq livell reġjonali u, meta jkun rilevanti, il-parlamenti reġjonali.

2. Id-dokument ta’ strateġija reġjonali (RSP) għandu jiġi mħejji mill-Kummissjoni u mill-organizzazzjoni(jiet) debitament delegata/i f'kollaborazzjoni mal-Istati tal-AKP fir-reġjun ikkonċernat, u għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-kumplimentarjetà, filwaqt li jieħu inkonsiderazzjoni l-ipprogrammar tas-CSP.

3. L-RSP għandu jkun strument sabiex jagħti prijorità lill-attivitajiet u jibni fuq ir-responsabbiltà lokali tal-programmi ta' kooperazzjoni. L-RSP għandu jinkludi dawn l-elementi standard li ġejjin:

113. analiżi tal-kuntest politiku, ekonomiku, soċjali u ambjentali tar-reġjun;

114. studju tal-proċess u l-prospetti għal integrazzjoni ekonomika reġjonali u l-integrazzjoni fl-ekonomija dinjija;

115. abbozz tal-istrateġiji reġjonali u l-prijoritajiet segwiti mil-ħtiġiet finanzjarji mistennija;

116. abbozz tal-attivitajier rilevanti tas-sħab esterni l-oħrajn fil-kooperazzjoni reġjonali;

117. deskrizzjoni ġenerali tal-kontribuzzjoni speċifika tal-UE lejn il-kisba tal-miri għall-integrazzjoni reġjonali, komplimentarja sakemm ikun possibbli għall-operazzjonijiet finanzjati mill-Istati AKP innifishom u minn sħab esterni oħrajn, partikolarment l-Istati Membri tal-UE; u

118. indikazzjoni tal-mekkaniżmi l-aktar adegwati ta' sostenn u ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu applikati fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji hawn fuq imsemmija.

Artikolu 9

Allokazzjoni tar-riżorsi

1. L-allokazzjoni indikattiva tar-riżorsi fost ir-reġjuni tal-AKP għandha tkun ibbażata fuq stimi standard, oġġettivi u trasparenti tal-ħtiġijiet u fuq il-progress u l-prospettivi fil-proċess ta' kooperazzjoni u integrazzjoni reġjonali.

2. Ir-riżorsi allokati għandhom jinkludu:

119. allokazzjoni programmabbli li tkopri l-appoġġ għall-integrazzjoni reġjonali, il-linji politiċi settorjali, il-programmi u l-proġetti b'sostenn tal-oqsma fokali u mhux fokali tal-għajnuna tal-Komunità; u

120. allokazzjoni għal kull reġjun AKP biex tkopri ħtiġijiet mhux previsti bħal dawk definiti fl-Artikoli 72, 72a u 73 ta' dan il-Ftehim, li minħabba n-natura transkonfinali u/jew il-portata tal-ħtieġa mhux prevista, tali sostenn jista' jingħata iktar effettivament f'livell reġjonali. Dawn il-fondi għandhom ikunu aċċessibbli taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 72, 72a u 73 ta' dan il-Ftehim, meta tali sostenn ma jkunx jista' jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni. Għandha tiġi ggarantita l-kumplimentarjetà bejn l-intervenzjonijiet ipprovduti taħt din l-allokazzjoni u l-intervenzjonijiet possibbli fuq livell nazzjonali.

3. L-allokazzjoni programmabbli għandha tiffaċilita l-ipprogrammar għal perjodu fit-tul tal-għajnuna tal-Komunità għar-reġjun ikkonċernat. Sabiex tinkiseb skala adegwata u titkabbar l-effiċjenza, il-fondi reġjonali u nazzjonali jistgħu jiġu kkombinati għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet reġjonali li jkollhom element nazzjonali distint.

L-allokazzjoni reġjonali ta' ħtiġijiet mhux previsti tista' tiġi mobilizzata għall-benefiċċju tar-reġjun ikkonċernata u tal-pajjiżi AKP barra mir-reġjun meta n-natura tal-ħtieġa mhux prevista titlob l-involviment tagħhom u l-attività ewlenija tal-proġetti u l-programmi previsti tibqa' fir-reġjun.

4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11 fir-rigward ta' reviżjonijiet, il-Komunità tista’, sabiex tikkonsidra ħtiġijiet ġodda jew prestazzjonijiet eċċezzjonali, iżżid l-allokazzjoni programmabbli ta' reġjun jew l-allokazzjoni tagħha għal ħtiġijiet imprevisti:

121. jistgħu jirriżultaw ħtiġijiet ġodda minn ċirkostanzi eċċezzjonali bħalma huma sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' wara kriżi jew minn ħtiġijiet mhux previsti kif imsemmi fil-paragrafu 2(b);

122. prestazzjoni eċċezzjonali hija sitwazzjoni li fiha, barra r-reviżjonijiet ta' nofs it-terminu u tal-aħħar tat-terminu, l-allokazzjoni programmabbli ta' reġjun tiġi kompletament impenjata u finanzjament addizzjonali mill-programm indikattiv nazzjonali jkun jista' jiġi assorbit fi sfond ta' politiki effettivi ta' tnaqqis tal-faqar u ta' amministrazzjoni finanzjarja soda.";

(f) L-Artikolu 10(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2. Il-Programmi Indikattivi Reġjonali għandhom jiġu adottati bi qbil komuni bejn il-Komunità u l-organizzazzjoni(jiet) reġjonali debitament awtorizzata/i jew, fin-nuqqas ta' tali awtorizzazzjoni, mill-Istati AKP ikkonċernati.";

(g) fl-Artikolu 11, il-paragrafu eżistenti huwa nnumerat u l-paragrafu li ġej huwa miżjud:

"2. F'ċirkostanzi eċċezzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 9(4), sabiex jittieħdu f'kunsiderazzzjoni ħtiġijiet ġodda jew prestazzjoni eċċezzjonali, ir-reviżjoni tista' ssir fuq talba ta' Parti jew oħra. Bħala riżultat ta' reviżjoni ad hoc, jista' jiġi deċiż tibdil fl-RSP miż-żewġ Partijiet u/jew tista' tiġi miżjuda l-allokazzjoni tar-riżorsi mill-Kummissjoni f'isem il-Komunità.

Ir-reviżjoni tat-tmiem tal-perjodu għandha wkoll tinkludi adattament għall-qafas ta' kooperazzjoni finanzjarju multiannwali l-ġdid fit-termini kemm tal-allokazzjoni tar-riżorsi kif ukoll tal-preparazzjoni tal-programm indikattiv reġjonali li jkun imiss."

(h) L-Artikolu 12 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 12

Kooperazzjoni intra-AKP

1. Il-kooperazzjoni intra-AKP għandha, bħala strument tal-iżvilupp, tikkontribwixxi għall-għan tas-Sħubija bejn l-AKP u l-UE. Il-kooperazzjoni intra-AKP hija kooperazzjoni suprareġjonali. Hija għandha l-għan li tindirizza l-isfidi kondiviżi li jiffaċċjaw l-Istati AKP permezz ta' operazzjonijiet li jitraxxendu l-kunċett ta' post ġeografiku u jkunu ta' benefiċċju għal ħafna, jekk mhux għal kull wieħed, mill-Istati AKP.

2. Biex jiġu rispettati l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-kumplimentarjetà, qed jiġi previst intervent intra-AKP meta azzjoni nazzjonali u/jew reġjonali tkun impossibbli jew inqas effettiva, sabiex jiġi pprovdut valur miżjud b'paragun mal-operazzjonijiet li jsiru bi strumenti oħra ta' kooperazzjoni.

3. Meta l-Grupp tal-AKP jiddeċiedi li jikkontribwixxi għal inizjattiva internazzjonali jew interreġjonali mill-fond intra-AKP, għandha tiġi ggarantita viżibbiltà xierqa.";

(i) jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

"Artikolu 12a

Dokument ta’ strateġija intra-AKP

1. L-ipprogrammar tal-kooperazzjoni intra-AKP għandu jkun ir-riżultat ta' skambju ta' opinjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Kumitat tal-Ambaxxaturi fi ħdan l-AKP, u għandu jiġi mħejji b’mod konġunt mis-servizzi tal-Kummissjoni u s-Segretarjat tal-AKP, wara l-konsultazzjonijiet mal-atturi u l-partijiet interessati rilevanti.

2. Id-dokument ta’ strateġija intra-AKP jiddefinixxi l-azzjonijiet ta' prijorità tal-kooperazzjoni fi ħdan l-AKP u l-azzjonijiet neċessarji biex tinħoloq ir-responsabbiltà tal-programmi sostnuti. Għandu jinkludi dawn l-elementi standard li ġejjin:

123. analiżi tal-kuntest politiku, ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-Grupp ta' Stati tal-AKP;

124. valutazzjoni tal-kooperazzjoni intra-AKP u tal-kontribut tagħha għall-kisba tal-għanijiet ta' dan il-Ftehim u t-tagħlimiet li ttieħdu;

125. preżentazzjoni ġenerali tal-istrateġija Intra-AKP u tal-għanijiet segwiti u tar-rekwiżiti finanzjarji mistennija;

126. preżentazzjoni ġenerali tal-attivitajiet rilevanti tas-sħab esterni l-oħrajn fil-kooperazzjoni; u

127. indikazzjoni tal-kontribut tal-UE lejn il-kisba tal-għanijiet ta' kooperazzjoni intra-AKP u l-komplimentarjetà tagħha għall-operazzjonijiet iffinanzjati fuq il-livelli nazzjonali u reġjonali u minn sħab esterni oħra, partikolarment l-Istati Membri tal-UE.

Artikolu 12b

Talbiet għall-finanzjament

It-talbiet għall-finanzjament ta' programmi intra-AKP għandhom jiġu ppreżentati:

(a) direttament mill-Kunsill tal-Ministri tal-AKP jew mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-AKP; jew

(b) indirettament:

(i) minn mill-anqas tliet korpi jew organizzazzjonijiet reġjonali debitament awtorizzati minn reġjuni ġeografiċi differenti, jew minn mill-anqas żewġ Stati tal-AKP minn kull wieħed mit-tliet reġjuni;

(ii) minn organizzazzjonijiet internazzjonali, bħalma hi l-Unjoni Afrikana, li jwettqu operazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali, suġġetti għal approvazzjoni minn qabel tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-AKP; jew

(iii) mir-reġjuni tal-Karibew jew tal-Paċifiku, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika partikolari, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kunsill tal-Ministri tal-AKP jew tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-AKP.

Artikolu 12c

Allokazzjoni tar-riżorsi

L-allokazzjoni indikattiva tar-riżorsi għandha tkun ibbażata fuq stima tal-ħtiġijiet u fuq il-progress u l-prospettivi tul il-proċess ta' kooperazzjoni Intra-AKP. Għandha tinkludi riżerva ta' fondi mhux programmati.";

(j) L-Artikoli 13 u 14 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 13

Programm indikattiv intra-AKP

1. Il-programm indikattiv Intra-AKP jinkludi l-elementi standard ewlenin li ġejjin:

128. is-setturi fokali u t-temi tal-għajnuna mill-Komunità;

129. il-miżuri u l-operazzjonijiet l-aktar adegwati sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti għal dawk is-setturi u temi; u

130. Il-programmi u l-proġetti neċessarji biex jinkisbu l-għanijiet identifikati, sakemm ikunu ġew identifikati ċarament, kif ukoll indikazzjoni tar-riżorsi li għandhom jiġu allokati lil kull wieħed minnhom u skaletta ta' implimentazzjoni.

2. Il-Kummissjoni u s-Segretarjat tal-AKP għandhom jidentifikaw u jevalwaw l-azzjonijiet korrispondenti. Fuq din il-bażi, il-programm indikattiv intra-AKP għandu jiġi preparat konġuntament mis-servizzi tal-Kummissjoni u mis-Segretarjat tal-AKP u jiġi ppreżentat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-AKP-KE. Għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità u mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-AKP.

3. Mingħajr preġudizzju għall-punt (iii) tal-Artikolu 12b(b), il-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-AKP għandu jippreżenta kull sena lista konsolidata ta' talbiet għall-finanzjament tal-azzjonijiet ta' prijorità previsti fil-programm indikattiv Intra-AKP. Il-Kummissjoni għandha tidentifika u tipprepara l-azzjonijiet korrispondenti mas-Segretarjat tal-AKP kif ukoll programm ta' azzjoni annwali. Sa fejn hu possibbli u b'kunsiderazzjoni tar-riżorsi allokati, it-talbiet għall-finanzjament ta' azzjonijiet li mhumiex previsti fil-programm indikattiv Intra-AKP għandhom jiġu inklużi fil-programm ta' azzjoni annwali. F'każijiet eċċezzjonali, dawn it-talbiet għandhom jiġu adottati permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar finanzjament speċjali.

Artikolu 14

Proċess ta' reviżjoni

1. Il-kooperazzjoni Intra-AKP għandha tkun suffiċjentement flessibbli u reattiva biex tiżgura li l-azzjonijiet jibqgħu konsistenti mal-għanijiet ta' dan il-Ftehim u li tikkonsidra kwalunkwe tibdil fil-prijoritajiet u l-għanijiet tal-Grupp ta' Stati AKP.

2. Il-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-AKP u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu reviżjoni ta' nofs it-terminu u l-aħħar tat-terminu tal-istrateġija ta' kooperazzjoni intra-AKP u tal-programm indikattiv biex jadattawha għaċ-ċirkostanzi preżenti u biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta. Jekk iċ-ċirkostanzi jkunu jitolbu dan, jistgħu jsiru reviżjonijiet ad hoc li jikkonsidraw il-ħtiġijiet ġodda li jistgħu jinqalgħu minn ċirkostanzi eċċezzjonali jew imprevisti, bħalma huma dawk li jiġu minn sfidi ġodda li huma komuni fil-pajjiżi AKP.

3. Il-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-AKP u l-Kummissjoni jistgħu, fir-reviżjoni ta' nofs it-terminu u l-aħħar tat-terminu, jew wara reviżjoni ad hoc, jirrevedu u jadattaw id-dokument ta’ strateġija dwar il-kooperazzjoni Intra-AKP.

4. Wara l-eżerċizzji ta' reviżjoni ta' nofs it-terminu u l-aħħar tat-terminu, jew reviżjonijiet ad hoc, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-AKP u l-Kummissjoni jistgħu jaġġustaw l-allokazzjonijiet fi ħdan il-programm indikattiv intra-AKP u jimmobilitaw ir-riżerva mhux programmata Intra-AKP.";

(k) L-Artikolu 15 jiġi emendat kif ġej:

(i) il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"1. Il-programmi u l-proġetti li jkunu ġew preżentati mill-Istat AKP ikkonċernat jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti fuq livell reġjonali jew livell intra-AKP għandhom jiġu soġġetti għall-valutazzjoni konġunta. Il-Kumitat għall-Kooperazzjoni fil-Finanzjamant tal-Iżvilupp AKP-KE għandu jfassal il-linji gwida ġenerali u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-programmi u l-proġetti. Dawn il-programmi u l-proġetti huma ġeneralment multiannwali u jistgħu jinkorporaw firxa sħiħa ta’ azzjonijiet ta’ ambitu limitat f’xi qasam partikolari.";

(ii) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"3. Il-valutazzjoni tal-programmi u tal-proġetti għandha tagħti każ, kif dovut, tal-limitazzjonijiet nazzjonali fir-rigward tar-riżorsi umani u għandha tiżgura strateġija favorevoli għall-promozzjoni ta’ dawn ir-riżorsi. Għandha tagħti kas ukoll tal-karatteristiċi u l-limitazzjonijiet speċifiċi ta’ kull Stat jew reġjun AKP.";

(iii) fil-paragrafu 4, il-kelmiet "Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali" huma sostitwiti bil-kelmiet "Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti";

(l) fl-Artikolu 16 kollu, il-kelmiet "l-Istat AKP ikkonċernat" huma sostitwiti bil-kelmiet "l-Istat AKP ikkonċernat jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-AKP";

(m) L-Artikolu 17 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 17

Ftehim dwar il-Finanzjament

1. Bħala regola, il-programmi u l-proġetti ffinanzjati mill-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni huma suġġetti għall-ftehim ta' finanzjament imfassal mill-Kummissjoni u l-Istat tal-AKP jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti f'livell reġjonali jew intra-AKP.

2. Il-ftehim ta' finanzjament għandu jitfassal sa 60 jum wara l-komunikazzjoni tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni dwar il-finanzjament. Il-ftehim dwar il-finanzjament għandu:

131. jispeċifika, b’mod partikolari, id-dettalji tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, l-arranġamenti u t-termini tal-finanzjament, kif ukoll id-dispożizzjonijiet ġenerali u speċifiċi relatati mal-programm jew proġett ikkonċernat inklużi l-eżiti u r-riżultati mistennija; u

132. jagħmel provvediment adegwat għall-allokazzjonijiet sabiex ikopru ż-żidiet fl-ispiża, il-kontinġenzi, l-awditjar u l-evalwazzjonijiet.

3. Kwalunkwe bilanċ mhux minfuq li jkun tħalla mal-għeluq tal-kontijiet tal-programmi u tal-proġetti fil-limiti tat-termini ta' żmien għall-impenji tal-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni li minnu jkunu ġew iffinanzjati l-programmi u l-proġetti għandu jkun dovut lill-Istat jew l-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti tal-AKP fil-livell reġjonali jew intra-AKP.";

(n) fl-Artikolu 18 kollu, il-kelmiet "l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali" huma sostitwiti bil-kelmiet "l-Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti";

(o) L-Artikolu 19 jiġi emendat kif ġej:

(i) fil-paragrafu 1, il-kelmiet "l-Istati tal-AKP" huma sostitwiti bil-kelmiet "l-Istati AKP jew l-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-AKP";

(ii) fil-paragrafu 3, il-kelmiet "l-Istat tal-AKP" huma sostitwiti bil-kelmiet "l-Istat AKP jew l-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-AKP";

(p) L-Artikolu 19a(1) jiġi emendat kif ġej:

(i) l-introduzzjoni għandha tkun sostitwita b’dan il-kliem:

"1. L-implimentazzjoni ta' programmi u proġetti finanzjati mill-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni skont dan il-Ftehim għandha tikkonsisti prinċipalment f'dan li ġej:"

(ii) il-punt (d) huwa sostiwit b’dan li ġej:

"(d) il-ħlasijiet diretti bħala sostenn baġitarju, sostenn għall-programmi settorjali, ħelsien tad-dejn u sostenn sabiex jiġu mitigati l-effetti negattivi minn xokkijiet eżoġeni ta' terminu qasir inklużi t-tlugħ u l-inżul tad-dħul mill-esportazzjonijiet.";

(q) fl-Artikolu 19b l-kelmiet "l-Istati tal-AKP" huma sostitwiti bil-kelmiet "l-Istati AKP jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-AKP";

(r) L-Artikoli 19c u 20 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 19c

L-għoti ta' kuntratti, il-konċessjoni ta' għotjiet u l-kuntratti ta' prestazzjoni

1. Minbarra kif imfisser fl-Artikolu 26, kuntratti u għotjiet se jingħataw u jkunu implimentati skont ir-regoli tal-Komunità u, minbarra f'każijiet speċjali mfissrin f'dawn ir-regoli, se jingħataw u jkunu implimentati skont il-proċeduri standard u d-dokumentazzjoni stipulata u ppubblikata mill-Kummissjoni għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u li kienu fis-seħħ fiż-żmien meta l-proċedura msemmija bdiet tintuża.

2. F'ġestjoni deċentralizzata, fejn evalwazzjoni konġunta turi li l-proċeduri użati għat-tqassim tal-kuntratti u għotjiet fl-Istat AKP jew fir-reġjun li jirċievi jew il-proċeduri approvati mill-fornituri tal-fondi, huma skont il-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament ugwali, tan-nondiskriminazzjoni u li jipprekludu l-konflitt ta' interessi, il-Kummissjoni se tuża dawn il-proċeduri, b'konformità mad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi u bla ħsara għall-Artikolu 26, b'rispett sħiħ lejn ir-regoli li jirregolaw l-awtorità tagħha f'dan il-qasam.

3. L-Istat jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti tal-AKP f'livell reġjonali jew intra-AKP għandhom jobbligaw ruħhom li jiċċekkjaw regolarment li l-operazzjonijiet finanzjati mill-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni skont dan il-Ftehim ikunu ġew implimentati kif suppost, li jieħdu l-miżuri adegwati biex jipprevjenu irregolaritajiet u frodi, u, jekk neċessarju, li tittieħed azzjoni legali biex jinġabru fondi li jkun sar ħlas mhux dovut tagħhom.

4. F'ġestjoni deċentralizzata, il-kuntratti jiġu nnegozjati, stabbiliti, iffirmati u mwettqa mill-Istati jew organizzazzjoni jew korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-AKP. Dawn l-Istati jew l-organizzazzjonijiet jew il-korpi rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-AKP jistgħu, madanakollu, jitolbu lill-Kummissjoni biex tinnegozja, tistabbilixxi, tiffirma u twettaq kuntratti f'isimhom.

5. F'konformità mal-impenn imsemmi fl-Artikolu 50 ta' dan il-Ftehim, il-kuntratti u għotjiet iffinanzjati minn riżorsi mill-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni mal-AKP għandhom jitwettqu skont standards bażiċi internazzjonali fil-qasam tal-liġi dwar ix-xogħol.

6. Grupp espert ta' rappreżentanti tas-Segretarjat tal-Grupp tal-Istati AKP u l-Kummissjoni se jingħaqad biex jidentifika, fuq talba ta' waħda jew aktar mill-partijiet, kwalunkwe tibdil li huwa adegwat u biex jissuġġerixxi emendi u titjib fir-regoli u l-proċeduri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2.

Dan il-grupp ta' esperti għandu wkoll iressaq rapport perjodiku lill-Kumitat ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp Finanzjaru AKP-KE biex jassistih fil-kompitu tiegħu li jeżamina l-problemi marbutin mal-implimentazzjoni tal-iżvilupp ta' attivitajiet ta' kooperazzjoni u jipproponi miżuri xierqa.

Artikolu 20

Eliġibilità

Ħlief f’każ li tingħata deroga skont l-Artikolu 22, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26:

1. Il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-konċessjoni ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku jew ta' għotjiet iffinanzjati mill-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni skont dan il-Ftehim għandha tkun miftuħa:

133. għall-persuni fiżiċi kollha li huma ċittadini ta' Stat tal-AKP, ta' Stat Membru tal-Komunità Ewropea, ta' pajjiż uffiċjalment kandidat biex jingħaqad mal-Komunità Ewropea jew Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, jew persuni ġuridiċi li huma stabbiliti f'dawn l-istess Stati;

134. għall-persuni fiżiċi kollha li huma ċittadini ta' Pajjiż fost l-Anqas Żviluppati kif definit min-Nazzjonijiet Uniti, jew persuni ġuridiċi li huma stabbiliti fih.

1a. Il-parteċipazzjoni fi proċeduri għall-konċessjoni ta' kuntratti ta' akkwist jew ta' għotjiet mill-qafas finanzjarju ta' kooperazzjoni multiannwali skont dan il-Ftehim għandha tkun miftuħa wkoll għal kull persuna fiżika li tkun ċittadina ta' kwalunkwe pajjiż ieħor barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, jew persuna ġuridika stabbilita fih, meta jkun ġie stabbilit l-aċċess reċiproku għall-assistenza esterna. L-aċċess reċiproku fil-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati kif definiti min-Nazzjonijiet Uniti għandu jingħata awtomatikament lill-membri tal-OECD/DAC.

L-aċċess reċiproku għandu jiġi stabbilit permezz ta’ deċiżjoni speċifika tal-Kummissjoni li tikkonċerna pajjiż partikolari jew grupp reġjonali ta’ pajjiżi partikolari. Id-deċiżjoni għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni bi qbil mal-Istati AKP u għandha tidħol fis-seħħ għal perjodu minimu ta' sena.

2. Is-servizzi taħt kuntratt iffinanzjat mill-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni skont dan il-Ftehim jista' jiġi provdut minn esperti ta' kwalunkwe nazzjonalità, mingħajr preġudizzju għall-kwalità u l-obbligi finanzjarji stabbiliti fir-regoli ta' akkwist pubbliku tal-Komunità.

3. Il-fornimenti u l-materjali akkwistati taħt kuntratt iffinanzjat mill-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni skont dan il-Ftehim iridu joriġinaw minn Stat li huwa eliġibbli taħt il-paragrafi 1 jew 1a. F’dan il-kuntest, id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti li joriġinaw" għandha tkun kunsidrata fid-dawl tal-konvenzjonijiet internazzjonali pertinenti, u l-fornimenti li joriġinaw mill-Komunità għandhom jinkludu fornimenti li joriġinaw mill-Pajjiżi u t-Territorji Ekstra-Ewropej.

4. Il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew tal-għoti ta' għotjiet finanzjati mill-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni skont dan il-Ftehim għandha tkun miftuħa għall-organizzazzjonijiet internazzjonali.

5. Kull meta l-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni skont dan il-Ftehim jiffinanzja operazzjoni implimentata permezz ta’ organizzazzjoni internazzjonali, il-parteċipazzjoni fi proċeduri tal-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew ta' għotjiet għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli skont il-paragrafi 1 jew 1a, kif ukoll għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli skont ir-regoli tal-organizzazzjoni, waqt li jiġi żgurat trattament ugwali għad-donaturi kollha. L-istess regoli japplikaw għall-fornimenti u l-materjali.

6. Kull meta l-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni skont dan il-Ftehim jiffinanzja operazzjoni implimentata bħala parti minn inizjattiva reġjonali, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew ta’ għotjiet għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli taħt il-paragrafi 1 jew 1a, kif ukoll għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha ta’ Stat parteċipanti fl-inizjattiva rilevanti. L-istess regoli japplikaw għall-fornimenti u l-materjali.

7. Kull meta l-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni skont dan il-Ftehim jiffinanzja operazzjoni kofinanzjata ma’ xi Stat terz, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew ta' għotjiet għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli skont il-paragrafi 1 jew 1a, kif ukoll għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli skont ir-regoli tal-Istat terz imsemmi hawn fuq. L-istess regoli japplikaw għall-fornimenti u l-materjali.";

(s) L-Artikolu 21 jitħassar [4] ;

(t) L-Artikolu 22(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1. F'ċirkostanzi eċċezzjonali li jkunu debitament sostanzjati, persuni fiżiċi jew ġuridiċi minn pajjiżi terzi li mhumiex eliġibbli skont l-Artikolu 20 jistgħu jkunu awtorizzati jipparteċipaw fi proċeduri għall-konċessjoni ta' kuntratti ta' akkwist jew għotjiet iffinanzjati mill-Komunità mill-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni skont dan il-Ftehim fuq it-talba ġustifikata tal-Istat AKP jew l-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti fil-livell reġjonali tal-AKP jew intra-AKP. L-Istat AKP jew l-organizzazzjoni jew il-korp rilevantiAKP fil-livell reġjonali jew intra-AKP għandhom, f'kull okkażjoni, jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif meħtieġ sabiex tieħu deċiżjoni dwar tali derogi, b'attenzjoni partikolari mogħtija:

135. lil-lokalità ġeografika tal-Istat jew reġjun tal-AKP ikkonċernat;

136. lill-kompetittività tal-kuntratturi, fornituri u konsulenti mill-Istati Membri u mill-Istati AKP;

137. lill-ħtieġa li jkunu evitati żidiet żejda fl-ispiża tat-twettiq tal-kuntratt;

138. lid-diffikultajiet tat-trasport jew dewmien żejjed għall-kunsinna tal-fornimenti jew problemi oħrajn simili;

139. lit-teknoloġija li tkun l-aktar adegwata u l-aktar adattata għall-kondizzjonijiet lokali;

140. lill-każijiet ta’ urġenza estrema;

141. lid-disponibbiltà ta' prodotti u servizzi fis-swieq rilevanti.";

(u) L-Artikoli 23 u 25 huma mħassra [5] ;

(v) fl-Artikolu 26(1), il-formulazzjoni introduttiva hija sostitwita b'dan li ġej:

"1. Għandhom jittieħdu miżuri li jiffavorixxu l-parteċipazzjoni l-aktar wiesgħa possibbli ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi tal-Istati AKP fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratti finanzjati mill-qafas finanzjarju ta' kooperazzjoni multiannwali skont dan il-ftehim sabiex isir l-aħjar użu mir-riżorsi fiżiċi u umani ta’ dawk l-Istati. Għal dan il-għan:";

(w) L-Artikoli 27, 28 u 29 jitħassru [6] ;

(x) fl-Artikolu 30, il-kliem tal-bidu hu sostitwit b'dan li ġej:

"Kwalunkwe tilwima li tqum bejn l-awtoritajiet ta' Stat AKP jew l-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti AKP fil-livell reġjonali jew intra-AKP u kuntrattur, fornitur jew fornitur ta' servizzi matul it-twettiq ta' kuntratt iffinanzjat mill-qafas finanzjarju ta' kooperazzjoni multiannwali skont dan il-ftehim għandha:";

(y) L-Artikoli 33 u 34 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 33

Il-modalitajiet

1. Mingħajr preġudizzju għall-evalwazzjonijiet imwettqa mill-Istati AKP jew mill-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-AKP jew mill-Kummissjoni, tali xogħol ser jitwettaq b’mod konġunt mill-Istat(i) AKP jew mill-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-AKP u mill-Komunità. Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp AKP-KE għandu jassigura l-karattru konġunt tal-monitoraġġ konġunt u tal-operazzjonijiet tal-evalwazzjoni. Sabiex ikun megħjun il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżviluppp AKP-KE, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-AKP għandhom jippreparaw u jimplimentaw il-monitoraġġ u l-evalwazzjonijiet konġunti u jwasslu rapport lill-Kumitat. Il-Kumitat għandu, fl-ewwel laqgħa tiegħu wara l-iffirmar tal-Ftehim, jistabbilixxi l-modalitajiet operazzjonali mmirati biex jassiguraw il-karattru konġunt tal-operazzjonijiet u għandu, fuq bażi annwali, japprova l-programm ta' ħidma.

2. L-attivitajiet tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni għandhom notevolment:

142. jipprovdu valutazzjonijiet regolari u independenti tal-operazzjonijiet u l-attivitajiet iffinanzjati mill-qafas finanzjarju ta' kooperazzjoni multiannwali skont dan il-ftehim billi jiġu mqabbla r-riżultati mal-għanijiet; u b’hekk

143. jippermettu lill-Istati AKP jew lill-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-AKP u lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet konġunti, li jutilizzaw il-lezzjonijiet mill-esperjenza għat-tfassil u l-eżekuzzjoni tal-linji politiċi u l-operazzjonijiet tal-ġejjieni.

Artikolu 34

Il-Kummissjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-operazzjonijiet imwettqa bir-riżorsi mill-qafas finanzjarju ta' kooperazzjoni multiannwali skont dan il-ftehim, ħlief għall-Faċilità ta’ Investiment u s-sussidji tar-rata tal-imgħax, bl-użu tal-metodi amministrattivi prinċipali li ġejjin:

144. ġestjoni ċentralizzata;

145. ġestjoni deċentralizzata.

2. Bħala regola ġenerali, l-eżekuzzjoni finanzjarja tar-riżorsi mill-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni skont dan il-Ftehim mill-Kummissjoni għandha tkun deċentralizzata.

F’dan il-każ, id-dmirijiet ta’ eżekuzzjoni għandhom jitwettqu mill-Istati AKP skont l-Artikolu 35.

3. Sabiex tiżgura l-eżekuzzjoni finanzjarja tar-riżorsi mill-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni skont dan il-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tiddelega l-poteri ta' eżekuzzjoni tagħha fi ħdan id-dipartimenti tagħha stess. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati AKP u lill-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp AKP-KE b'din id-delega tal-kompiti.";

(z) L-Artikolu 35 jiġi emendat kif ġej:

(i) fil-paragrafu 1, il-frażi introduttorja hi sostitwita b’dan li ġej :

"1. Il-Gvern ta' kull wieħed mill-Istati AKP għandu jaħtar Uffiċjal Nazzjonali Awtorizzanti sabiex jirrappreżentah fl-operazzjonijiet kollha ffinanzjati mir-riżorsi tal-qafas finanzjarju multiannwali ta’ kooperazzjoni skont dan il-Ftehim, amministrat mill-Kummissjoni u mill-Bank. L-Uffiċjal Nazzjonali Awtorizzanti għandu jaħtar deputat Uffiċjal Nazzjonali Awtorizzanti wieħed jew aktar sabiex jissostitwixxih/uh meta hu ma jkunx f’pożizzjoni li jwettaq id-dmirijiet tiegħu u għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar din il-ħatra. L-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali jista’, fejn il-kondizzjonijiet dwar il-kapaċità istituzzjonali u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba jkunu ssodisfati, jiddelega l-funzjonijiet tiegħu fl-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti konċernati lill-korp responsabbli fi ħdan l-amministrazzjoni nazzjonali. L-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali għandu jinforma lill-Kummissjoni b'kull delega bħal din.

Fil-każ ta' programmi u proġetti reġjonali, l-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti għandhom jinnominaw Uffiċjal Awtorizzanti Reġjonali li d-dmirijiet tiegħu jkunu jikkorrispondu, mutatis mutandis, ma’ dawk tal-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali;

Fil-każ ta' programmi u proġetti Intra-AKP, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-AKP għandu jinnomina Uffiċjal Awtorizzanti Intra-AKP, li d-dmirijiet tiegħu jkunu jikkorrispondu, mutatis mutandis, ma’ dawk tal-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali. Fl-eventwalità li s-Segretarjat tal-AKP ma jkunx l-Uffiċjal Awtorizzanti, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi għandu jiġi informat f'konformità mal-ftehim tal-finanzjament tal-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti.

Meta l-Kummissjoni ssir taf b’xi problemi fit-twettiq tal-proċeduri rigward l-amministrazzjoni tar-riżorsi mill-qafas finanzjarju ta' kooperazzjoni multiannwali, hija għandha, flimkien mal-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali, tagħmel il-kuntatti kollha biex tirrimedja s-sitwazzjoni u tieħu kwalunkwe passi opportuni.

L-Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti għandu jerfa’ r-responsabbiltà finanzjarja biss għall-kompiti ta’ eżekuzzjoni li jkunu fdati lilu.

Fejn ir-riżorsi mill-qafas finanzjarju multiannwali ta' kooperazzjoni jkunu amministrati b'mod deċentralizzat u jkunu soġġetti għal kwalunkwe poter supplimentari li jista' jingħata mill-Kummissjoni, l-Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti għandu:";

(ii) Fil-paragrafu 2, il-kelmiet "Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali" huma sostitwiti bil-kelmiet "Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti";

(za) L-Artikolu 37 jiġi emendat kif ġej:

(i) fil-paragrafu 2, il-kelmiet "Stati tal-AKP" huma sostitwiti bil-kelmiet "Stati AKP jew l-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-AKP";

(ii) fil-paragrafu 4, il-kelmiet "Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali" huma sostitwiti bil-kelmiet "Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti";

(iii) fil-paragrafu 6, il-kelmiet "Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali" huma sostitwiti bil-kelmiet "Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti";

(iv) fil-paragrafu 7, il-kelmiet "l-Istati jew l-Istati tal-AKP ikkonċernati" huma sostitwiti bil-kelmiet "l-Istat AKP kkonċernat jew l-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-AKP".

4. L- Anness V , inklużi l-protokolli tiegħu, jiġi mħassar.

5. Fl-Anness VII , l-Artikolu 3(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. Il-partijiet jirrikonoxxu r-rwol tal-Grupp AKP fid-djalogu politiku bbażat fuq il-modalitajiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Grupp AKP u kkomunikati lill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Is-Segretarjat tal-AKP u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-proċess tad-djalogu politiku mwettaq qabel, matul u wara l-konsultazzjonijiet magħmulin skont l-Artikoli 96 u 97 ta' dan il-Ftehim.".

D. PROTOKOLLI

Il-Protokoll 3 dwar l-Afrika t'Isfel, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 4/2007 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE tal-20 ta' Diċembru 2007[7], huwa emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 1(2), il-kelmiet "iffirmat fi Pretorja fil-11 ta' Ottubru 1999" għandhom jiġu sostitwiti bil-kelmiet "kif emendat bil-Ftehim iffirmat fil-11 ta' Settembru 2009".

2. L-Artikolu 4 jiġi emendat kif ġej:

146. il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"2. Madanakollu, b'deroga minn dan il-prinċipju, l-Afrika t'Isfel għandu jkollha d-dritt li tipparteċipa fil-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp AKP-KE elenkata fl-Artikolu 8 ta' dan il-Protokoll, fuq il-bażi tal-prinċipji tar-reċiproċità u l-proporzjonalità, bil-fehma li l-parteċipazzjoni tal-Afrika t'Isfel ser tkun finanzjata mir-riżorsi previsti fit-Titolu VII tat-TDCA. Fejn ir-riżorsi mit-TDCA jiġu użati għall-parteċipazzjoni fl-operazzjonijiet fil-qafas tal-kooperazzjoni finanzjarja AKP-KE, l-Afrika t'Isfel ser tibbenefika mid-dritt li tipparteċipa bis-sħiħ fil-proċeduri deċiżjonali li jirregolaw l-implimentazzjoni ta' tali għajnuna.";

147. għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4. Għall-fini tal-finanzjament tal-investiment previst fl-Anness II, il-Kapitolu 1, ta' dan il-Ftehim, il-fondi ta' investiment u l-intermedjarji finanzjarji u mhux finanzjarji stabbiliti fl-Afrika t'Isfel jistgħu jkunu eliġibbli.".

3. L-Artikolu 5(3) huwa mibdul b’li ġej:

"3. Dan il-Protokoll m'għandux jimpedixxi lill-Afrika t'Isfel milli tinnegozja u tiffirma wieħed mill-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (FSE) previsti fil-Parti 3, it-Titolu II ta' dan il-Ftehim jekk il-partijiet l-oħra ta' dak l-FSE hekk jaqblu.".

B’XHIEDA TA’ DAN, il-Plenipotenzjarji sottoskritti ffirmaw fi tmiem dawn id-Dikjarazzjonijiet.

ATT FINALI

Il-Plenipotenzjarji ta’:

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

IL-PRESIDENT TAL-IRLANDA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA' SPANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

L-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

IL-PRESIDENT TA' MALTA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IL-PRESIDENT TAR-RUMANIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IL-GVERN TAR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Istati Membri",

u tal-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Unjoni" jew "l-UE",

min-naħa l-waħda, u

l-Plenipotenzjarji ta’:

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-ANGOLA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ ANTIGWA U BARBUDA,

IL-KAP TAL-ISTAT TAL-COMMONWEALTH TAL-BAĦAMAS,

IL-KAP TAL-ISTAT TAL-BARBADOS,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-BELIŻE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BENIN,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BOTSWANA,

IL-PRESIDENT TAL- BURKINA FASO,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BURUNDI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KAMERUN,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KAP VERDE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊENTRALI AFRIKANA,

IL-PRESIDENT TAL-UNJONI TAL-KOMOROS,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KONGO,

IL-GVERN TAL-GŻEJJER COOK,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-CÔTE D’IVOIRE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĠIBUTI,

IL-GVERN TAL-COMMONWEALTH TA’ DOMINIKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DOMINIKANA,

IL-PRESIDENT TAL-ISTAT TAL-ERITREA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA FEDERALI TAL-ETJOPJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER FIĠI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA GABONIŻA,

IL-PRESIDENT U L-KAP TAL-ISTAT TAR-REPUBBLIKA TAL-GAMBJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GANA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ GRENADA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GINEA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GINEA BISSAW,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA KOOPERATTIVA TAL-GUJANA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĦAITI,

IL-KAP TAL-ISTAT TAL-ĠAMAJKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KENJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ KIRIBATI,

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAR-RENJU TAL-LESOTO,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LIBERJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MADAGASKAR,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MALAWI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MALI,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER MARSHALL,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA IŻLAMIKA TAL-MAWRITANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MAWRIZJU,

IL-GVERN TAL-ISTATI FEDERATI TAL-MIKRONEŻJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MOŻAMBIK,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NAMIBJA,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ NAURU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NIĠER,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAN-NIĠERJA,

IL-GVERN TA’ NJU,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-PALAW,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-ISTAT INDEPENDENTI TAL-PAPWA GINEA ĠDIDA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAR-RWANDA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT KITTS U NEVIS,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SANTA LUĊIJA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT VINCENT U L-GRENADINI,

IL-KAP TAL-ISTAT TAL-ISTAT INDEPENDENTI TA’ SAMOA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TA’ SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SENEGAL,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SEYCHELLES,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ SJERRA LEONE,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-GŻEJJER SOLOMON,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-AFRIKA T’ISFEL,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SURINAM,

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAR-RENJU TAS-SWAŻILAND,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA UNITA TAT-TANŻANIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAĊ-ĊAD,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAT-TIMOR-LESTE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TOGOLIŻA,

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAT-TONGA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ TRINIDAD U TOBAGO,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ TUVALU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-UGANDA,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ VANWATU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAŻ-ŻAMBJA,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAŻ-ŻIMBABWE,

liema Stati minn hawn ‘il quddiem huma msejħa "l-Istati AKP",

min-naħa l-oħra,

imlaqqgħin f’Ouagadougou fit-tnejn u għoxrin jum ta’ Ġunju fis-sena elfejn u għaxra għall-iffirmar tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005,

Fil-ħin tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim adottaw dawn id-dikjarazzjonijiet mehmuża ma’ dan l-Att Finali:

Dikjarazzjoni I: | Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Appoġġ għall-Aċċess tas-Suq fis-Sħubija AKP-KE; |

Declaration II: | Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp (Artikolu 13); |

Declaration III: | Dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar it-Tibdil Istituzzjonali li Jirriżulta mid-Dħul fis-Seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona; |

u, barra minn hekk, qablu li d-dikjarazzjonijiet eżistenti li ġejjin, bħala konsegwenza tat-tħassir tal-Anness V, m'għadx hemm bżonnhom:

Dikjarazzjoni XXII: | Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prodotti agrikoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tal-Anness V; |

Dikjarazzjoni XXIII: | Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Aċċess għas-Suq fis-Sħubija AKP-KE; |

Dikjarazzjoni XXIV: | Dikjarazzjoni konġunta dwar ir-ross; |

Dikjarazzjoni XXV: | Dikjarazzjoni konġunta dwar ir-rum; |

Dikjarazzjoni XXVI: | Dikjarazzjoni Konġunta dwar iċ-ċanga u l-vitella; |

Dikjarazzjoni XXVII: | Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-arranġamenti li jirregolaw l-aċċess għas-swieq tad-dipartimenti Franċiżi lil hinn mill-baħar għal prodotti li joriġinaw fl-Istati AKP, imsemmija fl-Artikolu 1(2) tal-Anness V; |

Dikjarazzjoni XXIX: | Dikjarazzjoni Konġunta dwar prodotti koperti bl-istrateġija agrikola komuni; |

Dikjarazzjoni XXX: | Dikjarazzjoni tal-AKP dwar l-Artikolu 1 tal-Anness V; |

Dikjarazzjoni XXXI: | Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikolu 5(2)tal-Anness V; |

Dikjarazzjoni XXXII: | Dikjarazzjoni Konġunta dwar in-nondiskriminazzjoni; |

Dikjarazzjoni XXXIII: | Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikolu 8(3)tal-Anness V; |

Dikjarazzjoni XXXIV: | Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 12 tal-Anness V; |

Dikjarazzjoni XXXV: | Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Protokoll 1 tal-Anness V; |

Dikjarazzjoni XXXVI: | Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Protokoll 1 tal-Anness V; |

Dikjarazzjoni XXXVII: | Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Protokoll 1 tal-Anness V dwar l-oriġini tal-prodotti tas-sajd; |

Dikjarazzjoni XXXVIII: | Dikjarazzjoni tal-Komunità li tirrigwarda l-Protokoll 1 tal-Anness V dwar il-limiti tal-ibħra territorjali; |

Dikjarazzjoni XXXIX: | Dikjarazzjoni tal-AKP li tirrigwarda l-Protokoll 1 tal-Anness V dwar l-oriġini tal-prodotti tas-sajd; |

Dikjarazzjoni XL: | Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-applikazzjoni tar-regola tat-tolleranza tal-valur fis-settur tat-tonn; |

Dikjarazzjoni XLI: | Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 6(11) tal-Protokoll 1 tal-Anness V; |

Dikjarazzjoni XLII: | Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-regoli tal-oriġini: il-kumulazzjoni mal-Afrika t’Isfel; |

Dikjarazzjoni XLIII: | Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Anness 2 tal-Protokoll 1 tal-Anness V.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-Plenipotenzjarji sottoskritti ffirmaw fit-tmiem dawn id-Dikjarazzjonijiet.

DIKJARAZZJONI I

Dikjarazzjoni konġunta dwar is-sostenn għall-aċċess għas-suq fis-sħubija AKP-KE

Il-Partijiet jirrikonoxxu t-tifsira tal-valur tal-kundizzjonijiet ta’ aċċess preferenzjali għas-suq għall-ekonomiji tal-AKP, speċifikament għas-setturi tal-prodotti essenzjali u tal-agroindustrija li huma ta’ importanza kritika għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Istati AKP u jagħtu kontribut kbir għall-impjiegi, għad-dħul mill-esportazzjoni u għad-dħul tal-Gvern.

Il-Partijiet jirrikonoxxu li xi setturi għaddejjin, bl-għajnuna tal-UE, minn proċess ta’ trasformazzjoni mmirat biex ikun possibbli li l-esportaturi tal-AKP ikkonċernati jikkompetu fl-UE u fis-swieq internazzjonali, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ prodotti li huma tal-marka u oħrajn li għandhom valur miżjud.

Huma jirrikonoxxu wkoll li s-sostenn addizzjonali jista’ jkun neċessarju meta l-liberalizzazzjoni akbar tal-kummerċ tista’ twassal għal alterazzjoni iktar profonda tal-kundizzjonijiet tal-aċċess għas-suq għall-produtturi tal-AKP. Għal dak il-għan, huma jaqblu li jeżaminaw il-miżuri neċessarji kollha sabiex iżommu l-pożizzjoni kompetittiva tal-Istati AKP fis-suq tal-UE. Dan l-eżami jista’ jimkludi r-regoli tal-oriġini, il-miżuri sanitarji u fitosanitarji u l-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi li jindirizzaw il-limitazzjonijiet tan-naħa tal-forniment fil-pajjiżi AKP. L-għan ikun li joffri lill-pajjiżi AKP il-possibbiltà li jisfruttaw il-vantaġġ kompetittiv eżistenti u potenzali tagħhom fis-suq tal-UE.

Meta jiġu żviluppati programmi ta’ assistenza u jiġu provduti riżorsi, il-Partijiet jaqblu li jagħmlu evalwazzjonijiet perjodiċi biex jivvalutaw il-progress u r-riżultati miksuba u jiddeċiedu dwar liema miżuri addizzjonali xierqa għandhom jiġu implimentati.

Il-Kumitat Ministerjali Konġunt tal-Kummerċ għandu jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ din id-Dikjarazzjoni u jagħmel rapporti u rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kunsill tal-Ministri.

DIKJARAZZJONI II

Dikjarazzjoni konġunta dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp (Artikolu 13)

Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu u japprofondixxu d-djalogu u l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-migrazzjoni, billi jibnu fuq it-tliet pilastri li ġejjin ta’ approċċ komprensiv u bilanċjat għall-migrazzjoni:

1. Il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp, inklużi kwistjonijiet li jirrelataw mad-dijaspori, mat-telfien ta' mħuħ u r-rimissjonijiet;

2. Il-migrazzjoni legali inkluża l-emmissjoni, il-mobilità u l-moviment ta' snajja' u servizzi; u

3. Il-migrazzjoni illegali, inklużi d-dħul klandestin u l-ittraffikar tal-bnedmin u l-ġestjoni tal-konfini, kif ukoll ir-rijammissjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 attwali, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jaħdmu fuq id-dettalji ta’ din il-kooperazzjoni mtejba fil-qasam tal-migrazzjoni.

Huma jaqblu ulterjorment li jaħdmu lejn it-tlestija tempestiva ta’ dan id-djalogu u li jirrapportaw dwar il-progress li jkun sar lill-Kunsill Konġunt AKP-KE li jmiss.

DIKJARAZZJONI III

Dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar it-tibdil istituzzjonali li jirriżulta mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona

B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet lill-Komunità Ewropea u wirtitha, u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, referenzi għal "il-Komunità Ewropea" fit-test tal-Ftehim, fejn meħtieġ, għandhom jinqraw bħala referenzi għal "l-Unjoni Ewropea".

L-Unjoni Ewropea ser tipproponi lill-Istati AKP skambju ta’ ittri bil-għan li l-Ftehim isir konformi mat-tibdil istituzzjonali fl-Unjoni Ewropea li jirriżulta mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona.

ANNESS IIAbbozz ta’ ittra lill-Istati AKP

(indirizzata lis-Segretarjat tal-AKP)

Sinjur,

F'konformità mad-Dikjarazzjoni nru III mehmuża mal-Att Finali li ġie ffirmat f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 għall-iffirmar tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil- 25 ta’ Ġunju 2005.

L-UE u l-Istati Membri tagħha jixtiequ jinfurmaw lill-Partijiet tal-AKP għal dan il-Ftehim ta' Sħubija dwar dawn il-konsegwenzi tal-bidliet istituzzjonali introdotti mit-Trattat ta' Lisbona għall-interpretazzjoni ta' ċerti termini u dispożizzjonijiet skont il-Ftehim, kif ġej:

148. ir-referenzi kollha għal "il-Komunità Ewropea" fit-test tal-Ftehim għandhom jinqraw bħala referenzi għal "l-Unjoni Ewropea".

149. ir-referenzi kollha għad-"Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea" u għall-Kap tad-Delegazzjoni tagħhom għanqhom jittieħdu bħala referenzi għad-"Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea" u għall-Kap tad-Delegazzjoni tagħhom.

150. rigward l-Artikolu 15, il-Kunsill tal-Ministri għandu jinkludi wkoll lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, li għandu jkollu l-kariga ta' President b'alternanza ma' membru tal-gvern ta' Stat tal-AKP.

151. rigward l-Artikolu 16, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi għandu jinkludi wkoll rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li għandu jkollu l-kariga ta' President b'alternanza ma' membru tal-gvern ta' Stat tal-AKP.

Sabiex tiġi żgurata approvazzjoni effettiva mill-Istati tal-AKP tal-konsegwenzi tat-Trattat ta' Lisbona, l-Unjoni Ewropea tapprezza jekk tikkonferma li l-gvernijiet tal-Istati tal-AKP jaqblu mal-kontenut ta' din l-ittra.

Għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha,

[1] ĠU C [….], [….], p. [….]

[2] ĠU UE L 168, 30.6.2009, p. 48.

[3] ĠU UE L 352, 31.12.2008, p. 59.

[4] L-Artikolu 21 tħassar permezz tad-Deċiżjoni Nru 3/2008 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE.

[5] L-Artikoli 23 u 25 tħassru permezz tad-Deċiżjoni Nru 3/2008 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE.

[6] L-Artikoli 27, 28 u 29 tħassru permezz tad-Deċiżjoni Nru 3/2008 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE.

[7] ĠU UE L 25, 30.1.2008, p. 11.