52011PC0445

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Li joħloq Ordni Ewropea tal-Priżervazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f'materji ċivili u kummerċjali /* KUMM/2011/0445 finali - 2011/0204 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1         Kuntest ġenerali

Il-Programm ta’ Stokkolma tal-2009 biex jitwasslu l-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà liċ-ċittadini[1] jenfasizza li ż-żona ġudizzjarja Ewropea għandha sservi bħala mezz ta’ sostenn għall-attività ekonomika fis-Suq Uniku u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposti xierqa biex, fost l-oħrajn, tittejjeb l-effiċjenza fl-eżekuzzjoni tas-sentenzi fl-UE fir-rigward ta’ kontijiet bankarji u l-assi tad-debituri. Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Komunità li jimplimenta l-Programm ta’ Stokkolma[2] jikkonferma dan il-mandat politiku billi jipprovdi għal Regolament dwar it-titjib fl-effiċjenza tal-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fl-Unjoni Ewropea: is-sekwestru ta’ kontijiet bankarji.

Il-Kummissjoni diġà nnutat id-diffikultajiet fl-irkupru ta’ djun transkonfinali f’Komunikazzjoni tal-1998 "Lejn Effiċjenza Akbar fil-Ksib u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi fl-Unjoni Ewropea"[3], u enfasizzat il-ħtieġa biex titjieb l-eżekuzzjoni tas-sentenzi kif ukoll il-ħtieġa li jiġu stabbiliti miżuri protettivi kontra l-assi tad-debitur fil-livell tal-UE. Dan il-metodu kien approvat mill-Kunsill fil-Programm tiegħu tas-sena 2000 dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku[4]. Għalkemm minn dakinhar ’il hawn sar ħafna progress sabiex tinħoloq Żona Ewropea ta’ Ġustizzja Ċivili ġenwina, dawn il-kwistjonijiet għadhom ma ġewx indirizzati mil-leġiżlatur Ewropew. L-istrumenti eżistenti fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, pereżempju r-Regolament (KE) Nru 44/2001 tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Brussell I")[5] jassiguraw biss li sentenza mogħtija fi Stat Membru wieħed hija rikonoxxuta u eżegwibbli fi Stat Membru ieħor, iżda ma jinkludu l-ebda dispożizzjoni dwar kif is-sentenzi għandhom jiġu fil-fatt eżegwiti. Sa issa, il-modalitajiet proċedurali tal-eżekuzzjoni ta' sentenza jew ta' titolu eżegwibbli ieħor huma esklussivament rregolati mil-liġi nazzjonali. Dan il-metodu ma jinbidilx bir-reviżjoni proposta tar-Regolament Brussell I[6].

Il-ħtieġa biex jitjieb l-irkupru ta’ djun transkonfinali kienet enfasizzata dan l-aħħar mill-Parlament Ewropew, li f’Mejju 2011 adotta rapport fuq inizjattiva tiegħu stess li jsejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposta dwar miżuri intermedjarji għall-iffriżar u d-divulgazzjoni tal-assi ta’ debitur f’każijiet transkonfinali[7].

1.2         Raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Fil-preżent, kreditur li jkun qed ifittex li jirkupra d-dejn tiegħu fi Stat Membru ieħor ikollu jiffaċċja diffikultajiet sinjifikanti. B’mod partikolari, huwa ferm aktar diffiċli, fit-tul u għali għalih li jikseb miżuri proviżorji sabiex jippreżerva l-assi tad-debitur tiegħu li jkunu jinsabu barra mill-pajjiż. Din hija problema għaliex l-aċċess rapidu u faċli għal tali miżuri proviżorji ħafna drabi huwa kruċjali sabiex jiġi żgurat li d-debitur ma jkunx neħħa jew iddissipa l-assi tiegħu sal-mument meta l-kreditur ikun kiseb u inforza sentenza dwar il-merti. Dan huwa importanti b’mod partikolari fir-rigward ta’ assi f’kontijiet bankarji. Fil-preżent, id-debituri jistgħu faċilment jevadu l-miżuri ta’ eżekuzzjoni billi b’mod rapidu jittrasferixxu l-flus tagħhom minn kont bankarju fi Stat Membru għal ieħor. Kreditur, madankollu, ftit li xejn ikollu ċ-ċans li jimblokka l-kontijiet bankarji tad-debitur li jkunu f’pajjiż barrani sabiex jassigura l-ħlas tat-talba tiegħu. Konsegwentement, ħafna kredituri jew ma jkunux jistgħu jirkupraw b’suċċess it-talbiet tagħhom barra mill-pajjiż, jew inkella jidhrilhom li ma jkunx vallapena li jfittxuhom u jispiċċaw biex jirrinunzjaw għalihom.

Essenjzalment, jistgħu jiġu identifikati erba’ nuqqasijiet ewlenin fis-sitwazzjoni preżenti:

· Il-kundizzjonijiet sabiex jinħarġu ordnijiet għall-priżervazzjoni ta’ assi f’kontijiet bankarji skont il-liġijiet nazzjonali jvarjaw b’mod konsiderevoli madwar l-UE. Dan jagħmilha ferm aktar diffiċli għall-kredituri sabiex jiksbu ordnijiet għall-priżervazzjoni ta’ kontijiet (jew biex jiksbu waħda mingħajr is-smigħ minn qabel tad-debitur) f’ċerti Stati Membri milli f’oħrajn u dan jinkoraġġixxi l-forum-shopping. Kif inhi bħalissa l-liġi Ewropea, problema oħra tirriżulta mill-fatt li l-miżuri proviżorji maħruġa mingħajr smigħ minn qabel tad-debitur ma jiġux rikonoxxuti u eżegwiti fi Stat Membru ieħor taħt ir-Regolament Brussell I skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea[8]. Din il-problema, madankollu, diġà ġiet indirizzata permezz tal-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tar-Regolament Brussell I.

· It-tieni problema għandha x’taqsam mal-fatt li f’ħafna Stati Membi huwa diffiċli, jekk mhux impossibbli, għall-kreditur li jikseb informazzjoni dwar id-dettalji tal-kont bankarju tad-debitur tiegħu mingħajr ma jirrikorri għas-servizzi ta’ aġenziji ta' investigazzjoni privata. Dan in-nuqqas ta’ trasparenza ħafna drabi ma jippermettix li kreditur ikollu aċċess għal din it-tip ta’ miżura proviżorja.

· It-tielet, l-ispejjeż sabiex tinkiseb u tiġi eżegwita ordni għall-priżervazzjoni tal-kontijiet f’sitwazzjoni transkonfinali huma ġeneralment ogħla milli f’każijiet lokali, li jwaqqaf lill-kredituri milli jirkupraw it-talbiet tagħhom barra l-pajjiż bl-għajnuna tas-sistema ġudizzjarja.

· Fl-aħħar nett, id-differenzi u t-tul fis-sistemi ta’ eżekuzzjoni nazzjonali joħolqu problema serja għal dawk il-kredituri li jkunu qed ifittxu l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja. Dan jhedded l-effikaċja ta’ miżuri proviżorji bħall-ordnijiet għall-priżervazzjoni ta’ kontijiet li, per definizzjoni, tiddependi fuq implimentazzjoni rapida.

Analiżi dettaljata tal-problemi tas-sistema preżenti kif ukoll tal-impatti tal-għażliet differenti li ġew ikkunsidrati sabiex jiġu indirizzati tidher fil-Valutazzjoni tal-Impatt mehmuża ma’ din il-proposta.

L-għanijiet ġenerali ta’ din il-proposta huma li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern tal-UE kif imfisser fl-Istrateġja Ewropa 2020 għat-Tkabbir[9] kif ukoll li toħloq żona Ewropea ġenwina ta’ ġustizzja ċivili fil-qasam tal-eżekuzzjoni. L-għanijiet ġenerali ta’ din il-proposta huma li jiġi ffaċilitat l-ikrupru ta’ talbiet transkonfinali għaċ-ċittadini u n-negozji, b’mod partikolari l-SMEs u li titjieb l-effiċjenza fl-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali li jikkonċernaw tilwimiet transkonfinali, biex b’hekk jitnaqqsu r-riskji involuti fil-kummerċ transkonfinali, tiżdied il-kunfidenza tan-negozjanti, titjieb l-imġiba tal-ħlas tad-debituri f’sitwazzjonijiet transkonfinali u tiġi inkoraġġita aktar l-attività tan-negozju transkonfinali.

B’mod aktar speċifiku, din il-proposta għandha l-għan li

· tippermetti lill-kredituri biex jiksbu ordnijiet għall-priżervazzjoni ta’ kontijiet fuq il-bażi tal-istess kundizzjonijiet minkejja l-pajjiż fejn l-awtorità kompetenti tkun tinsab;

· Tippermetti lill-kredituri biex jiksbu informazzjoni dwar fejn jinsabu l-kontijiet bankarji tad-debituri tagħhom; u

· Tnaqqas l-ispejjeż u d-dewmien għall-kredituri li jkunu qed ifittxu li jiksbu u jeżeġwixxu ordni għall-priżervazzjoni tal-kontijiet f’sitwazzjonijiet transkonfinali.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Qabel din il-proposta kienet saret konsultazzjoni wiesgħa mal-pubbliku interessat, mal-Istati Membri, ma’ istituzzjonijiet u esperti oħra dwar il-problemi eżistenti fis-sistema preżenti u s-soluzzjonijiet possibbli għalihom. Fl-24 ta’ Ottubru 2006, il-Kummissjoni adottat Green Paper dwar it-titjib fl-effiċjenza tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi fl-UE: is-sekwesteru ta’ kontijiet bankarji[10] li ssuġġeriet il-ħolqien ta’ miżura proviżorja Ewropea għall-priżervazzjoni ta’ kontijiet bankarji u li għaliha ntbagħtu 68 reazzjoni. Meta ġiet biex telabora dawn is-suġġerimenti, il-Kummissjoni kkunsidrat ir-riżultati ta’ studju legali kumparattiv li ġie ppreżentat mill-Prof Burkhard Hess mill-Università ta’ Heidelberg fi Frar 2004 (li kien ikopri l-15-il Stat Membru ta’ dak iż-żmien)[11]. Dejta empirika dwar l-impatt tal-għażliet differenti għal din il-proposta nġabret permezz ta’ studju estern ieħor li ġie ffinalizzat f’Jannar 2011[12] kif ukoll permezz ta’ stħarriġ dwar il-kumpaniji Ewropej li ġie mniedi permezz tal-Bord ta' Prova dwar in-Negozju Ewropew (EBTP) li r-riżultati tiegħu ġew ippubblikati f’Awwissu 2010[13]. Sar ukoll smigħ pubbliku f’Ġunju 2010. Sabiex jgħin lill-Kummissjoni telabora l-proposta, ġie stabbilit grupp ta’ esperti privati li ltaqa’ għal erba’ darbiet bejn Frar u April tal-2011. L-esperti tal-Istati Membri ġew ikkonsultati dwar l-abbozz tal-proposta preliminari waqt laqgħa li saret f’Marzu 2011.

Mill-proċess ta’ konsultazzjoni jirriżulta li hemm appoġġ kbir kemm mill-partijiet interessati kif ukoll mill-Istati Membri sabiex tinħoloq proċedura Ewropea awtonoma għall-priżervazzjoni ta’ kontijiet bankarji. Il-ftit partijiet interessati li kkontestaw il-ħtieġa għall-inizjattiva ġeneralment argumentaw li l-proċeduri nazzjonali tagħhom stess jiffunzjonaw tajjeb. Madankollu, oħrajn jagħrfu li filwaqt li proċedura Ewropea ġdida tista’ ma tkunx meħtieġa biex ittejjeb il-proċeduri fl-Istat Membru tagħhom stess, din jista’ jkollha valur miżjud għat-talbiet ‘diretti esternament’ li jiġu ttrattati f’pajjiżi oħra, li wħud minnhom jitqiesu li għandhom proċeduri ineffiċjenti ħafna fir-rigward ta’ ordnijiet għall-priżervazzjoni ta’ kontijiet. Meta jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi ewlenin tal-proposta prevista, ħafna mill-partijiet interessati kif ukoll il-Parlament Ewropew huma favur li l-ordni Ewropea prevista għall-priżervazzjoni ta’ kontijiet bankarji tkun biss ta’ natura proviżorja. Hemm ukoll appoġġ kbir biex din l-ordni tkun tista’ tinħareġ mingħajr is-smigħ minn qabel tad-debitur sabiex jiġi ppreżervat l-"effett sorpriża" tagħha. L-aktar aspetti kontroversjali tal-inizjattiva huma relatati ma’ kwistjonijiet li jirrigwardaw il-protezzjoni tad-debitur, partikolarment liema qorti għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni sabiex quddiemha tiġi kkontestata l-ordni, kif ukoll il-modalitajiet tal-eżekuzzjoni transkonfinali tal-ordni.

Il-Kummissjoni analizzat l-iżvantaġġi u l-benefiċċji tal-aspetti prinċipali tar-riforma proposta fil-Valutazzjoni tal-Impatt tagħha mehmuża ma’ din il-proposta.

3.           L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

3.1         Sommarju tal-azzjoni proposta

Ir-Regolament propost se jistabbilixxi proċedura Ewropea ġdida u awtonoma għall-priżervazzjoni ta’ kontijiet bankarji, li se tippermetti lil kreditur biex iwaqqaf milli jsir trasferiment jew irtirar tal-assi tad-debitur tiegħu fi kwalunkwe kont bankarju li jinstab fl-Unjoni Ewropea. Il-proċedura Ewropea għandha tkun disponibbli għaċ-ċittadini u l-kumpaniji bħala alternattiva għall-proċeduri li jeżistu taħt il-liġijiet nazzjonali. Ir-Regolament propost se jirregola l-proċedura għall-ħruġ tal-ordni Ewropea għall-priżervazzjoni tal-kontijiet kif ukoll l-implimentazzjoni tagħha mill-bank li jkollu l-kont fil-mira. L-ordni Ewropea għall-priżervazzjoni tal-kontijiet se tkun ta’ natura protettiva biss, jiġifieri din timblokka biss il-kont tad-debitur iżda ma tippermettix li jitħallsu flus lill-kreditur. Skont it-tradizzjonijiet legali tal-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri, l-ordni Ewropea se jkollha effett in rem, jiġifieri tkun diretta lejn kontijiet speċifiċi u mhux personalment lejn id-debitur.

Il-karatteristiċi ewlenin tal-proposta jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

3.1.1      Ambitu (Artikoli 2, 3)

Ir-Regolament propost japplika għal kwistjonijiet ċivili u kummerċjali. L-esklużjonijiet mill-ambitu jikkorrispondu fil-biċċa l-kbira ma' dawk tar-Regolament Brussell I. L-istess bħal fir-Regolament Brussell I, l-insolvenza u s-sigurtà soċjali huma esklużi mill-ambitu. L-arbitraġġ ukoll huwa eskluż mill-ambitu. Għalkemm jista’ jkun hemm argument favur li l-partijiet għal arbitraġġ jitħallew jirrikorru għall-proċedura Ewropea, l-inklużjoni tal-arbitraġġ tinvolvi kwistjonijiet kumplessi li għad iridu jiġu indirizzati mil-liġi tal-UE, pereżempju taħt liema ċirkostanzi s-sentenzi ta’ arbitraġġ jista’ jkollhom l-istess saħħa daqs sentenzi oħrajn u ma kienx xieraq li dawn jiġu indirizzati għall-ewwel darba f’dan l-istrument.

Għall-kuntrarju tar-Regolament Brussell I, ir-Regolament propost għandu japplika għal kwistjonijiet ta’ reġimi matrimonjali tal-proprjetà, ta’ konsegwenzi ta’ sħubiji reġistrati u ta’ suċċessjonijiet hekk kif l-istrumenti legali proposti mill-Kummissjoni f’dawn iż-żewġ oqsma jkunu ġew adottati u daħlu fis-seħħ.

L-istrument huwa limitat għal sitwazzjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet transkonfinali. Il-metodu biex jiġu definiti dawn is-sitwazzjonijiet b’mod "negattiv" ġie influwenzat mill-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tal-Aja dwar Ftehimiet dwar l-Għażla tal-Qorti.

3.1.2      Kundizzjonijiet u proċedura ta’ ħruġ

· Disponibbiltà (Artikolu 5)

Il-proposta tipprevedi li l-proċedura Ewropea tkun disponibbli f’żewġ tipi differenti ta’ każijiet: qabel u wara li jinkiseb titolu eżegwibbli fl-Istat Membru fejn ikun jinstab il-kont. F’termini prattiċi, dan ifisser li l-kreditur jista’ japplika għall-ordni (1) qabel jew waqt il-proċeduri ġudizzjarji dwar il-merti tal-każ jew inkella wara li jkun kiseb fl-Istat Membru tal-oriġini sentenza eżegwibbli li tkun għadha mhix eżegwibbli fl-Istat Membri tal-eżekuzzjoni u (2) wara li jkun kiseb titolu eżegwibbli fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni. Filwaqt li l-Kummissjoni tistenna li l-istrument ikun rilevanti l-iktar fl-ewwel kostellazzjoni, huwa jista' jkollu valur miżjud fit-tieni kostellazzjoni billi jimmassimizza l-effikaċja tal-eżekuzzjoni. Meta wieħed jikkunsidra li f’din il-kostellazzjoni, il-kreditur diġà jkollu titolu eżegwibbli, il-kundizzjonijiet tal-ħruġ ikunu inqas stretti minn dawk tal-ewwel kostellazzjoni.

· Ġuriżdizzjoni għall-ħruġ tal-ordni (Artikoli 6, 14)

il-qrati tal-Istat Membru li jkollhom il-ġuriżdizzjoni fuq il-merti tal-kawża kif stabbiliti bi strumenti Ewropej jew il-liġi nazzjonali huma kompetenti sabiex joħorġu ordni Ewropea għall-priżervazzjoni ta’ kont. B’mod alternattiv, l-ordni tista’ tinħareġ mill-qrati tal-Istat Membru fejn ikun jinstab il-kont. F’dan il-każ, madankollu, sabiex jiġi evitat il-forum-shopping, l-effett tal-ordni jkun ristrett għall-Istat Membru ta’ fejn din tkun inħarġet u ma tkunx rikonoxxuta u eżegwita fi Stati Membri oħra skont ir-Regolament propost. F’każijiet fejn il-kreditur ikun diġà kiseb titolu eżegwibbli, dan jista’ jikseb Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni tal-Kontijiet jew mill-qorti li tkun ħarġet it-titolu eżegwibbli jew inkella mill-awtorità tal-eżekuzzjoni tal-Istat Membru fejn ikun jinstab il-kont bankarju.

Ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni ta' dan ir-Regolament ma jwaqqfux lir-rikorrent milli jipprova jikseb miżuri protettivi taħt il-liġi nazzjonali fuq il-bażi tal-Artikolu 31 tar-Regolament Brussell I.

· Kundizzjonijiet tal-ħruġ (Artikoli 7, 12)

Skont il-metodu ġenerali segwit mill-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri, ir-Regolament propost jeħtieġ li l-kreditur juri li jkollu ċans tajjeb li jirbaħ il-kawża tiegħu dwar il-merti, jiġifieri li prima facie t-talba tiegħu tkun fondata sew, u li jkun hemm ir-riskju li l-eżekuzzjoni ta’ sentenza sussegwenti jista’ jiġi mfixkel jekk il-miżura ma tingħatax peress li hemm riskju li d-debitur ineħħi jew iġib fix-xejn l-assi tiegħu. Barra minn hekk, il-qorti tista' titlob lill-kreditur jipprovdi garanzija sabiex jassigura l-kumpens għal kwalunkwe dannu li d-debitur jista’ jsofri jekk wara l-ordni titneħħa għaliex ma tkunx ġustifikabbli, pereżempju għaliex il-kreditur ma jkollu l-ebda pretensjoni valida dwar il-merti.

· Aspetti tal-proċedura (Artikoli 10, 11, 44)

L-ordni Ewropea għall-priżervazzjoni tal-kontijiet tinħareġ permezz ta’ proċedura ex parte, jiġifieri mingħajr is-smigħ minn qabel tad-debitur. Dan għandu jippermetti li jinżamm l-"effett sorpriża" tal-miżura. F’sitwazzjonijiet fejn l-"effett sorpriża" ma jkunx meħtieġ, pereżempju minħabba l-fatt li l-kont fil-preżent ikun mirhun għand kreditur ieħor, ir-rikorrent, madankollu, jista’ jitlob li l-proċedura tkun inter partes. Peress li l-veloċità hija ta’ importanza kbira fi proċeduri għal miżuri proviżorji, ir-Regolament jippermetti t-teħid ta’ evidenza orali f’ċirkostanzi straordinarji biss. Il-qrati huma intitolati li jaċċettaw bħala evidenza dikjarazzjonijiet li jsiru bil-miktub minn xiehda jew esperti. Ir-Regolament jistabbilixxi wkoll limiti ta’ żmien speċifiċi għall-ħruġ u l-implimentazzjoni tal-ordni Ewropea. Meta l-qorti jew l-awtorità tal-eżekuzzjoni f’ċirkostanzi straordinarji ma tkunx tista’ tikkonforma ruħha ma’ dawn il-limiti ta’ żmien, din għandha tiġġustifika l-ħtieġa ta' dewmien addizzjonali.

· L-akkwist ta’ informazzjoni dwar il-kont(ijiet) tad-debitur (Artikolu 17)

Minħabba d-diffikultajiet li l-kreditur jista’ jkollu biex jiskeb l-informazzjoni dwar il-kont(ijiet) tad-debitur tiegħu, ir-Regolament propost jobbliga lill-Istati Membri sabiex jipprovdu għal mekkaniżmu li jiffaċilita dak il-kompitu. Ir-Regolament iħalli lill-Istati Membri liberi biex jagħżlu bejn żewġ mekkaniżmi differenti: l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal ordni ta’ divulgazzjoni li tobbliga lill-banek kollha fit-territorju tagħhom biex jiżvelaw jekk id-debitur għandux kontijiet magħhom. Alternattivament, dawn jistgħu jagħtu lill-awtoritajiet tal-eżekuzzjoni tagħhom l-aċċess għall-informazzjoni miżmuma minn awtoritajiet pubbliċi f’reġistri jew mezzi oħra. It-tieni mekkaniżmu jidher ukoll fl-Artikolu 61 tar-Regolament dwar il-Manteniment. Kunsiderazzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta jitolbu li l-informazzjoni personali li tiġi skambjata skont din id-dispożizzjoni tkun ristretta għall-informazzjoni meħtieġa biex tiġi eżegwita u implimentata l-ordni.

3.1.3      L-eżegwibbiltà u l-eżekuzzjoni tal-ordni

· Abolizzjoni tal-exequatur (Artikolu 23)

Skont il-proċeduri Ewropej li huma fis-seħħ[14], ordnijiet għall-priżervazzjoni ta’ kontijiet maħruġa skont il-proċedura proposta fi Stat Membru wieħed għandhom jiġu rikonoxxuti awtomatikament u eżegwiti fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma tkun meħtieġa l-ebda proċedura speċjali.

· In-notifika tal-ordni lill-bank u l-konvenut (Artikoli 24, 25)

Id-dispożizzjonijiet dwar l-eżekuzzjoni tal-ordni Ewropea li trid tinħareġ skont il-proċedura ġdida jikkostitwixxu l-element innovattiv tar-Regolament propost. Ordni għall-priżervazzjoni tal-kontijiet b’effett in rem tiġi eżegwita billi tiġi notifikata lill-bank jew banek li jkollhom il-kontijiet fil-mira u li jkunu obbligati jimplimentaw l-ordni. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament propost rigward in-notifika lill-banek jagħmlu distinzjoni bejn żewġ sitwazzjonijiet. Jekk il-qorti tkun stabbilita fl-istess Stat Membru bħall-bank, in-notifika għandha tiġi rregolata mil-liġi nazzjonali. Jekk in-notifika jkollha ssir b'mod transkonfinali, dan irid isir skont ir-Regolament Nru 1393/2007 b'modifika importanti fir-rigward tal-metodu tan-notifika: Id-dokumenti li jridu jiġu notifikati huma trażmessi mill-qorti tal-oriġini jew mir-rikorrent direttament lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni li min-naħa tagħha tinnotifikahom lill-bank jew lill-konvenut. F’paragun ma’ metodi oħra ta’ notifika jew għażla libera bejn il-metodi differenti, in-notifika diretta għandha l-vantaġġ importanti li tinvolvi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni. Dan mhux biss jiżgura li l-banek jirċievu l-ordni permezz ta’ mezzi li magħhom dawn ikunu diġà familjari, iżda tippermetti wkoll li l-awtorità kompetenti tqis l-ammonti ex officio li jiġu eżentati mill-eżekuzzjoni, fejn dan ikun possibbli skont il-liġiji nazzjonali.

Id-debitur għandu jiġi nnotifikat immedjatament wara li l-miżura tkun daħlet fis-seħħ sabiex ikun jista’ jħejji d-difiża tiegħu. Ir-Regolament propost jassigura li n-notifika tiġi eżegwita kemm jista’ jkun malajr wara li l-ordni tkun ġiet implimentata.

· Implimentazzjoni mill-bank u d-dikjarazzjoni tal-bank (Artikoli 26, 27)

Il-bank huwa obbligat li jimplimenta l-ordni immedjatament billi jimblokka l-ammont li jikkorrispondi għall-ammont tal-ordni. Dispożizzjonijiet speċjali għandhom jikkunsidraw is-sitwazzjoni ta’ kontijiet li jkollhom strumenti finanzjarji u kontijiet li jkunu f’munita differenti minn dik li fiha tkun ħarġet l-ordni. Fi żmien 8 ijiem, il-bank irid joħroġ dikjarazzjoni dwar jekk l-ordni ppreżervatx fondi biżżejjed. Sabiex tiġi protetta b’mod adegwat l-informazzjoni personali tad-debitur, il-bilanċ tal-kont jista’ ma jiġix notifikat jekk dan jippermetti s-sodisfazzjon sħiħ tal-ordni.

· Priżervazzjoni ta’ kontijiet individwali, konġunti u miżmuma f’isem ħaddieħor (Artikoli 28, 29)

Meta tiġi ordnata l-priżervazzjoni ta’ diversi kontijiet, ir-Regolament propost jillimita l-possibbiltà ta’ sekwesteru żejjed mill-kreditur billi jobbliga lill-kreditur sabiex jirrilaxxa kwalunkwe ammont li jaqbeż it-talba tiegħu hekk kif dan jiġi infurmat dwaru. Meta tiġi kkunsidrata d-diverġenza kbira fil-liġijiet nazzjonali f'dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet li taħthom kontijiet konġunti u dawk miżmuma f’isem ħaddieħor (trust) jistgħu jiġu preżervati, ir-Regolament propost iħalli din il-kwistjoni f’idejn il-liġi nazzjonali applikabbli.

· Ammonti eżentati mill-eżekuzzjoni (Artikolu 32)

Rigward l-ammonti eżentati mill-eżekuzzjoni sabiex jiġi assigurat l-għajxien tad-debitur u l-familja tiegħu jew sabiex kumpanija tkun tista’ tissokta bl-andament normali tan-negozju tagħha, il-liġijiet nazzjonali jvarjaw b’mod konsiderevoli fi ħdan l-UE. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-kwistjoni dwar jekk l-ammonti humiex eżentati ex officio jew biss fuq talba mid-debitur. Ir-Regolament propost jippermetti lill-Istati Membri jżommu s-sistema nazzjonali tagħhom.

· Il-klassifikazzjoni ta’ kredituri konkorrenti (Artikolu 33)

Il-liġijiet nazzjonali wkoll ivarjaw ħafna fl-UE meta wieħed jiġi biex jittratta l-effetti ta’ miżura proviżorja dwar il-klassifikazzjoni tal-kredituri. Din il-kwistjoni hija komplessa ħafna u hija marbuta b’mod intrinsiku mal-liġi nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni u l-insolvenza. Minħabba dawn id-differenzi, ir-Regolament propost jipprovdi biex l-ordni Ewropea jkollha l-klassifikazzjoni mogħtija għal miżura ekwivalenti skont il-liġi nazzjonali.

3.1.4.     Rimedji kontra l-Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni tal-Kontijiet (Artikoli 34, 35, 36)

Ir-Regolament propost ovvjament jagħti lid-debitur id-dritt li jikkontesta l-ordni għall-priżervazzjoni fuq il-bażi ta’ raġunijiet kemm sostantivi kif ukoll proċedurali. Fir-rigward tal-mistoqsija dwar liema qorti għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar ir-rikors tad-debitur għal reviżjoni, ir-Regolament propost isegwi l-approċċ meħud fir-reviżjoni tar-Regolament Brussell I. Fil-prinċipju, il-konvenut għandu jqajjem l-oġġezzjonijiet tiegħu kontra l-ordni quddiem il-qorti li tkun ħarġitha (il-pajjiż tal-oriġini). Dan il-metodu jassigura li, fil-prinċipju, l-istess qorti tiddeċiedi dwar l-ordni u dwar ir-reviżjoni tagħha. B’eċċezzjoni, l-oġġezzjonijiet li jirrigwardaw ċerti aspetti tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni, b’mod partikolari l-ammonti eżentati mill-eżekuzzjoni, iridu jitqajmu quddiem il-qrati tal-Istat Membu tal-eżekuzzjoni għaliex huwa dak l-Istat Membru li huwa responsabbli mill-proċedura. Sabiex jiġi faċilitat il-kompitu tad-debitur biex iressaq rikors għal reviżjoni tal-ordni quddiem il-qrati ta’ Stat Membru ieħor, ir-Regolament jipprovdi għal formoli standard li se jkunu disponibbli fil-lingwi kollha tal-Unjoni Ewropea, biex b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż tat-traduzzjoni. Regola ta’ ġuriżdizzjoni differenti tapplika għal ċerti kategoriji ta’ debituri li ġeneralment jiġu kkunsidrati bħala "il-parti l-aktar dgħajfa" fi kwistjoni – konsumaturi, impjegati u persuni assigurati. Dawn id-debituri jistgħu jressqu kwalunkwe oġġezzjoni kontra l-ordni quddiem il-qrati fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom. Din ir-regola tassigura li partijiet aktar dgħajfa jkunu dejjem jistgħu jikkontestaw ordni Ewropea fil-ġuriżdizzjoni lokali tagħhom, u b’hekk jiżdied saff ta’ protezzjoni mar-regoli protettivi dwar il-ġuriżdizzjoni f’dawk il-każijiet inklużi fir-Regolament Brussell I.

3.1.5.     Dispożizzjonijiet oħra

· Rappreżentazzjoni legali (Artikolu 41)

Skont is-sitwazzjoni legali f’diversi Stati Membri u biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-proċeduri, ir-Regolament propost jipprovdi li r-rappreżentazzjoni legali ma tkunx obbligatorja waqt il-proċeduri biex tinkiseb ordni Ewropea għall-priżervazzjoni ta’ kont. Dan jippermetti li kreditur ikun jista’ jressaq rikors għal ordni Ewropea mingħajr ma jkollu għalfejn jirrikorri għand avukat jew mingħajr ma jkollu għalfejn jinvolvi avukat li jkun awtorizzat biex jipprattika l-professjoni legali fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-qorti. Madankollu, il-liġi nazzjonali tista’ titlob lill-partijiet sabiex ikunu rappreżentati minn avukati jekk id-debitur jikkontesta l-ordni. Sabiex ikun aktar faċli għall-kreditur biex iressaq rikors għal ordni Ewropea, ir-Regolament propost jinkludi formola ta’ rikors standard b’linji gwida xierqa dwar kif għandha timtela. Il-formola għandha tkun disponibbli fil-lingwi kollha tal-Unjoni, biex b’hekk il-ħtieġa għal traduzzjoni tiġi mnaqqsa għal ftit elementi ta’ test biss.

· Kwistjonijiet ta’ spejjeż (Artikoli 30, 31, 43)

Diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament propost jittrattaw l-ispejjeż: Il-banek jistgħu jitolbu ħlas biss għall-implimentazzjoni ta’ ordni Ewropea għall-priżervazzjoni tal-kontijiet fejn dawn ikunu intitolati li jitolbu ħlas għal miżuri ekwivalenti skont il-liġi nazzjonali. Biex tiżdied it-trasparenza, l-Istati Membri kkonċernati jridu jistabbilixxu ħlas fiss ta’ darba li jkun japplika fit-territorju tagħhom. Ħlas fiss ta’ darba jrid jiġi stabbilit ukoll għall-ispejjeż li jsiru meta wieħed ikollu rikors għal awtorità kompetenti, bħal marixxall. L-Artikolu 43 jobbliga lill-parti li titlef biex iġġorr l-ispejjeż tal-proċedura Ewropea. Filwaqt li l-Istati Membri jibqgħu ħielsa li jimponu l-ispejjeż tal-qorti għall-proċedura Ewropea, dawn la għandhom ikunu ogħla minn dawk sabiex tinkiseb miżura ekwivalenti skont il-liġi nazzjonali, la għandhom ikunu sproporzjonati għall-ammont tat-talba u lanqas ikunu għoljin iż-żejjed li jwasslu sabiex jiskuraġġixxu l-użu tal-proċedura.

3.2.        Bażi legali

Din il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 81 (2) TFUE li jagħti s-setgħa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, b’mod partikolari meta jkun meħtieġ għall-iffunzjonar tajjeb tas-suq intern, li jadottaw miżuri li jkollhom l-għan li jassiguraw fost oħrajn r-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi bejn l-Istati Membri (subparagrafu a), l-aċċess effettiv għall-ġustizzja (subparagrafu e) u l-eliminazzjoni ta’ ostakli għall-iffunzjonar xieraq ta’ proċeduri ċivili, jekk ikun meħtieġ permezz tal-promozzjoni tal-kumpatibbiltà tar-regoli dwar il-proċedura ċivili applikabbli fl-Istati Membri (subparagrafu f).

It-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ma japplikax għad-Danimarka minħabba l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattati. Lanqas ma huwa applikabbli għar-Renju Unit u l-Irlanda, sakemm dawk iż-żewġ pajjiżi ma jiddeċidux mod ieħor skont ir-regoli rilevanti tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tagħhom fir-rigward taż-żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja.

3.3.        Sussidjarjetà u Proporzjonalità

Din il-propsta hija konformi mar-rekwiżiti tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

Rigward is-sussidjarjetà, il-problemi deskritti aktar ’il fuq għandhom dimensjoni transkonfinali ċara u ma jistgħux jinkisbu b’mod adegwat mill-Istati Membri waħedhom. Għalkemm fit-teorija dan huwa possibbli, huwa diffiċli ħafna li l-Istati Membri jwettqu azzjoni konġunta biex jallinjaw il-liġijiet tagħhom dwar il-priżervazzjoni ta’ kontijiet bankarji, liema azzjoni tista’ tirrendi azzjoni Komunitarja bħala waħda mhux meħtieġa. Il-kwistjoni tal-eżekuzzjoni qatt ma kienet is-suġġett ta’ ftehimiet internazzjonali jew ta’ liġijiet mudell imressqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali u ma hemm l-ebda indikazzjoni li jista’ jkun hemm xi inizjattiva internazzjonali fil-futur qrib. Barra minn hekk, anke kieku dan kien il-każ, id-differenzi fis-sistemi ta’ eżekuzzjoni li hemm fis-seħħ fl-UE jagħmluha diffiċli ħafna li jista’ jintlaħaq ftehim fi żmien raġonevoli dwar metodu komuni bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari meta wieħed jikkunsidra li kwalunkwe ftehim barra l-proċess leġiżlattiv Ewropew ikun jeħtieġ l-unanimità.

Il-Valutazzjoni tal-Impatt li qed takkumpanja din il-proposta turi li l-benefiċċji tal-elementi ewlenin ta’ din il-proposta jegħlbu l-iżvantaġġi tagħhom u li l-miżuri proposti huma, għaldaqstant, proporzjonati.

3.4.        Impatt fuq id-Drittijiet Fundamentali

Kif stabbilit fid-dettal fil-Valutazzjoni tal-Impatt li qed takkumpanja din il-proposta u skont l-Istrateġija tal-Unjoni għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea[15], l-elementi kollha tal-proposta jirrispettaw id-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Bil-ħolqien ta’ proċedura Ewropea rapida u rħisa għall-priżervazzjoni ta’ kontijiet bankarji, il-proposta ttejjeb id-dritt tal-kreditur għall-eżekuzzjoni effettiva tat-talbiet tiegħu, li jifforma parti mid-dritt għal rimedju effettiv kif stabbilit fl-Artikolu 47 (1) tal-Karta. Fl-istess waqt, il-proposta tassigura li d-drittijiet tad-debitur jiġu salvagwardjati b’mod konformi mar-rekwiżiti tad-dritt għal smigħ ġust [Artikolu 47 (2) tal-Karta] u d-dritt għar-rispett tad-dinjità tal-bniedem u l-ħajja tal-familja (Artikoli 1 u 7 tal-Karta rispettivament). Il-protezzjoni tad-drittijiet tad-debitur hija assigurata b’mod partikolari bl-elementi li ġejjin tal-proposta:

· ir-rekwiżit li d-debitur jiġi notifikat immedjatament wara li l-ordni tkun ġiet implimentata bid-dokumenti kollha li l-kreditur ikun ippreżenta quddiem il-qorti;

· il-possibbiltà li d-debitur ikun jista’ jikkontesta l-ordni billi jressaq rikors għal reviżjoni quddiem il-qorti tal-oriġini, il-qorti tal-eżekuzzjoni jew – jekk id-debitur ikun konsumatur, impjegat jew persuna assigurata – il-qorti fil-post tad-domiċilju tiegħu;

· il-fatt li l-ammonti meħtieġa biex ikun assigurat l-għajxien tad-debitur u tal-familja tiegħu jiġu eżentati mill-eżekuzzjoni.

2011/0204 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Li joħloq Ordni Ewropea tal-Priżervazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f'materji ċivili u kummerċjali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari punti (a), (e) u (f) tal-Artikolu 81 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[16],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Wara li kkonsultaw il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Billi:

(1) L-Unjoni stabbiliet għaliha nfisha l-objettiv li żżomm u li tiżviluppa żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, li fiha jkun assigurat il-moviment liberu tal-persuni. Sabiex din iż-żona tiġi stabbilita gradwalment, l-Unjoni għandha tadotta fost affarijiet oħra, il-miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili li jkollhom implikazzjonijiet transkonfinali, partikolarment meta dan ikun meħtieġ għall-funzjonament xieraq tas-suq intern.

(2) Skont l-Artikolu 81 (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE"), dawn il-miżuri għandu jkollhom l-għan li jiżguraw, inter alia, ir-rikonoxximent reċiproku u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi bejn l-Istati Membri, l-aċċess effettiv għall-ġustizzja u l-eliminazzjoni tal-ostakli għall-funzjonament xieraq ta’ proċeduri ċivili billi tiġi promossa l-kumpatibbiltà tar-regoli dwar il-proċeduri ċivili applikabbli fl-Istati Membri. Il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li saret f’Tampere fil-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999 kienet approvat il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi bħala l-punt prinċipali ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili, fejn speċifikat li dan għandu japplika, inter alia, għall-ordinijiet protettivi li jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti biex jikkonfiskaw assi li faċilment ikunu mobbli.

(3) Il-programm ta’ miżuri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ għarfien reċiproku tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, li huwa komuni kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-Kunsill u li ġie adottat fit-30 ta’ Novembru 2000[17], jipprovdi biex jiġu stabbiliti miżuri protettivi f’livell Ewropew kif ukoll biex jitjiebu l-miżuri ta’ sekwestru li jikkonċernaw il-banek, pereżempju billi tiġi stabbilita sistema Ewropea għal sekwestru ta’ kontijiet bankarji.

(4) Il-Kummissjoni adottat Green Paper dwar it-titjib fl-effiċjenza tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea: is-sekwesteru ta’ kontijiet bankarji nhar l-24 ta’ Ottubru 2006[18]. Il-Green Paper nediet konsultazzjoni dwar il-ħtieġa għal proċedura Ewropea uniformi għall-priżervazzjoni ta’ kontijiet bankarji, u dwar il-karatteristiċi possibbli tagħha.

(5) Il-programm ta’ Stokkolma ta’ Diċembru 2009[19], li jistabbilixxi l-prijoritajiet tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà għall-2010 sal-2014, stieden lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposti xierqa biex titjieb l-effiċjenza tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi fl-Unjoni rigward il-kontijiet bankarji u l-assi tad-debituri.

(6) Kreditur għandu jkun jista’ jikseb ordni protettiva li ma tippermettix l-irtirar jew it-trasferiment ta’ fondi miżmuma mid-debitur tiegħu f’kontijiet bankarji li jkunu stabbiliti fl-Unjoni, jekk huwa jkun qed jiffaċċja r-riskju li d-debitur jiddissipa l-assi tiegħu u dan iwassal sabiex l-eżekuzzjoni konsegwenti tas-sentenza tiegħu dwar il-merti tkun jew impossibbli jew sostanzjalment aktar diffiċli.

(7) Il-proċeduri nazzjonali biex jinkisbu miżuri protettivi bħalma huma ordnijiet għall-priżervazzjoni tal-kontijiet jeżistu fl-Istati Membri kollha, iżda l-kundizzjonijiet tal-ħruġ tal-miżura kif ukoll l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tagħha jvarjaw b’mod konsiderevoli. Barra minn hekk, ir-rikors għal miżuri protettivi nazzjonali huwa wieħed diffiċli, twil u għali f’każijiet li jkollhom implikazzjonijiet transkonfinali, b’mod partikolari meta l-kreditur jipprova jippreżerva diversi kontijiet li jkunu fi Stati Membri differenti. Proċedura Ewropea li tippermetti lil kreditur jippreżerva l-kontijiet bankarji tad-debitur tiegħu f’każijiet b’implikazzjonijiet transkonfinali f’manjiera sempliċi, veloċi u rħisa għandha ssolvi n-nuqqasijiet tas-sitwazzjoni preżenti.

(8) Il-proċedura stabbilita b’dan ir-Regolament għandha tikkostitwixxi mezz fakultattiv għar-rikorrent biex jasserixxi d-drittijiet tiegħu u li tkun disponibbli bħala alternattiva għall-proċeduri eżistenti biex jinkisbu miżuri protettivi skont il-liġi nazzjonali.

(9) L-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandu jkopri l-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali kollha barra minn ċerti kwistjonijiet li huma definiti sew. B’mod partikolari, dan ir-Regolament ma għandux japplika fil-kuntest ta’ arbitraġġ jew proċeduri ta’ insolvenza.

(10) Il-proċedura għandha tkun disponibbli għar-rikorrent li jkun jixtieq jassigura l-eżekuzzjoni ta’ sentenza sussegwenti dwar il-merti qabel ma jinfetħu l-proċeduri dwar il-merti fi kwalunkwe fażi matul il-proċeduri. Din għandha tkun disponibbli wkoll għar-rikorrent li jkun diġà kiseb sentenza jew titolu eżegwibbli ieħor dwar il-merti. F’din l-aħħar sitwazzjoni, l-ordni jista’ jkollha valur miżjud fejn l-eżekuzzjoni tat-titolu tkun waħda bil-mod jew meta l-kreditur ikun jixtieq jiddetermina f’liema Stat Membru d-debitur ikollu fondi biżżejjed sabiex jiġġustifika t-tnedija tal-proċedura tal-eżekuzzjoni.

(11) Sabiex tkun assigurata l-eżistenza ta’ rabta mill-qrib bejn il-qorti u l-miżura protettiva, il-ġuriżdizzjoni sabiex tinħareġ l-ordni għandha tkun dik tal-qrati li jkollhom il-ġuriżdizzjoni fuq il-merti tal-każ. Barra minn hekk, ir-rikorrent għandu jkun jista’ japplika għal ordni għall-priżervazzjoni tal-kontijiet fil-post fejn il-kont fil-mira ikun stabbilit. F’dan il-każ, madankollu, l-effett tal-ordni għandu jkun ristrett għat-territorju tal-Istat Membru fejn din tkun inħarġet.

(12) Il-kundizzjonijiet sabiex tinħareġ ordni għall-priżervazzjoni tal-kontijiet għandhom jilħqu bilanċ xieraq bejn l-interessi tal-kreditur sabiex jikseb ordni meta jkun meħtieġ u l-interessi tad-debitur biex jevita abbuż tal-ordni. Għaldaqstant, qabel ma tagħti sentenza eżegwibbli fl-Istat Membru fejn jinsab il-kont, il-qorti trid tkun sodisfatta li t-talba tal-kreditur kontra d-debitur tkun waħda fondata u li, fin-nuqqas ta’ tali ordni, l-eżekuzzjoni konsegwenti tas-sentenza futura tiegħu x’aktarx tiġi mfixkla jew inkella tkun sostanzjalment aktar diffiċli.

(13) Sabiex jiġi żgurat l-effett ta' sorpriża tal-ordni tal-priżervazzjoni tal-kontijiet, id-debitur ma għandux jiġi infurmat dwar ir-rikors, jinstema' qabel ma din tinħareġ jew jiġi nnotifikat bl-ordni qabel l-implimentazzjoni tagħha mill-bank. Id-debitur għandu, madankollu, ikun f’pożizzjoni li jikkontesta l-ordni immedjatament wara li din tkun ġiet implimentata.

(14) L-ebda parti ma għandha tiġi obbligata li tkun rappreżentata minn avukat jew professjonista legali fil-proċedimenti skont dan ir-Regolament.

(15) Ir-Regolament għandu jipprovdi salvagwardji biżżejjed kontra l-abbuż tal-ordni. B'mod partikolari, sakemm il-kreditur ma jkollux diġà sentenza eżegwibbli fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, il-qorti għandha tkun tista' tobbliga lill-kreditur sabiex jipprovdi garanzija sabiex jiżgura kumpens għal kull dannu li jsofri d-debitur b'riżultat ta' ordni mhux ġustifikata. Il-kundizzjonijiet li taħthom il-kreditur ikun responsabbli li jikkumpensa lid-debitur għal din il-ħsara għandhom ikunu rregolati mil-liġi nazzjonali. Fejn il-liġi ta' Stat Membru ma tipprovdix għal responsabbiltà statutorja tar-rikorrent, dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi r-rikors għal miżuri b'effett ekwivalenti, bħall-obbligu tar-rikorrent li jagħti garanzija għad-danni.

(16) Meta jiġi kkunsidrat li l-kredituri bħalissa qed jiffaċċjaw diffikultajiet prattiċi biex ikollhom aċċess għall-informazzjoni dwar id-debituri minn sorsi pubbliċi jew privati f’kuntest transkonfinali, ir-Regolament għandu jistabbilixxi mekkaniżmu li jippermetti lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni sabiex tikseb informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji tad-debitur, jew billi ġġiegħel lill-banek biex jiżvelaw fejn ikunu l-kontijiet li d-debitur ikollu f’dak l-Istat Membru jew billi tagħti aċċess għall-informazzjoni miżmuma fir-reġistri jew f’mezzi oħra mill-awtoritajiet jew amministrazzjonijiet pubbliċi.

(17) Sabiex tiġi assigurata l-eżekuzzjoni rapida tal-ordni għall-priżervazzjoni ta’ kont, ir-Regolament għandu jipprovdi li t-trażmissjoni tal-ordni mill-qorti emittenti lill-bank issir permezz ta’ notifika diretta kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji[20]. Dan ir-Regolament għandu jipprovdi wkoll regoli xierqa għall-implimentazzjoni tal-ordni mill-bank u jobbliga lill-bank sabiex jiddikjara jekk l-ordni ssekwestratx b’suċċess kwalunkwe fondi tad-debitur.

(18) Id-dritt tad-debitur għal smigħ ġust għandu jiġi salvagwardjat fil-proċedimenti tal-ordni għall-priżervazzjoni ta’ kont. Dan jeħtieġ b’mod partikolari li l-ordni u d-dokumenti kollha mressqa mir-rikorrent jiġu nnotifikati lill-konvenut immedjatament wara l-implimentazzjoni tagħha u li l-konvenut ikun jista’ jressaq rikors għar-reviżjoni tal-ordni. Il-ġuriżdizzjoni għar-reviżjoni għandha tkun tal-qorti li tkun ħarġet l-ordni, ħlief fejn jiġu kkontestati xi aspetti tal-eżekuzzjoni. Madankollu, jekk il-konvenut ikun konsumatur, impjegat jew persuna assigurata, dan jista’ jressaq rikors għar-reviżjoni tal-ordni quddiem il-qrati fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu. Id-debitur għandu jkollu wkoll id-dritt li jirrilaxxa l-fondi li jkun hemm fil-kont jekk huwa jipprovdi garanzija alternattiva.

(19) Sabiex jiġi assigurat li l-ordni għall-priżervazzjoni tal-kontijiet tinħareġ u tiġi eżegwita b’mod rapidu u mingħajr dewmien, ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-limiti ta’ żmien massimi li fihom iridu jkunu ttieħdu d-diversi passi fil-proċedura. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jobbliga lill-Istati Membri biex jittrattaw il-proċedura Ewropea malajr daqs proċedura sabiex tinkiseb miżura ekwivalenti skont il-liġi nazzjonali tagħhom. Dan ifisser b’mod partikolari li fejn il-liġi nazzjonali tistabbilixxi limiti ta’ żmien iqsar minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament għall-ħruġ ta’ miżura nazzjonali, dawn il-limiti ta’ żmien iqsar għandhom japplikaw ukoll għall-proċedura Ewropea. Meta jiġu kkalkulati l-perjodi u l-limiti ta’ żmien previsti f’dan ir-Regolament, ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien[21], għandu japplika.

(20) Dan ir-regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jassigura r-rispett sħiħ lejn id-dinjità tal-bniedem u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 7, 8, 17 u 47 dwar, rispettivament, ir-rispett lejn il-ħajja privata u dik tal-familja, il-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għal rimedju effettiv u għal smigħ ġust.

(21) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data[22] tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament.

(22) Sabiex jitqies il-progress tekniku, il-poter li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi ddelegat lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi tal-annessi ta' dan ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(23) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward taż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, [ir-Renju Unit u l-Irlanda ppreżentaw avviż dwar ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament]/[mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-Protokoll, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhux se jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhumiex se jkunu marbutin bih jew inkella soġġetti għall-applikazzjoni tiegħu].

(24) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, id-Danimarka mhux se tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u għalhekk la hi marbuta bih u lanqas mhi meħtieġa li tapplikah,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu 1 Suġġett, ambitu u definizzjonijiet

Artikolu 1 Materja

1.           Dan ir-Regolament jistabbilixxi proċedura Ewropea għal miżura protettiva li tippermetti lil kreditur li jikseb Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni tal-Kontijiet (minn hawn 'il quddiem “EAPO”) li twaqqaf l-irtirar jew it-trasferiment ta' fondi miżmuma minn debitur f'kont bankarju fl-Unjoni.

2.           L-EAPO għandha tkun disponibbli għall-kreditur bħala alternattiva għall-miżuri protettivi eżistenti fl-Istati Membri.

Artikolu 2 Ambitu

1.           Dan ir-Regolament għandu japplika għal pretensjonijiet finanzjarji f'materji ċivili u kummerċjali li jkollhom implikazzjonijiet transkonfinali kif definiti fl-Artikolu 3 tkun xi tkun in-natura tal-qorti jew it-tribunal. Dan ma għandux jestendi, b’mod partikolari, għal dħul, dwana jew kwistjonijiet amministrattivi.

2.           Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal

(a)     falliment, proċeduri relatati mal-istralċ ta’ kumpaniji insolventi jew persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġudizzjarji, kompożizzjoni u proċeduri analogi;

(b)     sigurtà soċjali;

(c)     arbitraġġ.

3.           Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal kontijiet bankarji li, skont il-liġi li tirregola l-immunità mill-eżekuzzjoni tal-Istati Membri fejn ikun jinsab il-kont bankarju, huma eżenti mill-qbid jew għal sistemi għall-ħlas ta' titoli identifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[23].

4.           Dan ir-Regolament għandu japplika għal materji ta' proprjetà matrimonjali, il-konsegwenzi tal-proprjetà ta' partnerships irreġistrati jew suċċessjonijiet fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet f'dawn il-materji hija applikata.

Artikolu 3 Materji li għandhom implikazzjonijiet transkonfinali

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, kwistjoni jkollha implikazzjonijiet transkonfinali ħlief jekk il-qorti li quddiemha jitressaq rikors għal EAPO, il-kontijiet bankarji li jridu jiġu ppreżervati skont l-ordni kif ukoll il-partijiet ikunu stabbiliti jew domiċiljati fl-istess Stat Membru.

Artikolu 4 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

1.           “kont bankarju” tfisser kont li fih flus jew strumenti finanzjarji li huwa miżmum ma' bank f'isem il-konvenut jew fuq l-isem ta' parti terza għan-nom tal-konvenut.

2.           “bank” tfisser impriża li n-negozju tagħha huwa li tirċievi depożiti jew fondi oħra li jitħallsu lura mingħand il-pubbliku u tagħti krediti f'isimha stess;

3.           “strumenti finanzjarji” tfisser strument finanzjarju fit-tifsira tal-punt 17 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[24];

4.           “flus likwidi” tfisser flus ikkreditati għal kont fi kwalunkwe munita, jew pretensjonijiet simili għall-ħlas lura ta' flus, bħal depożiti tas-suq tal-flus;

5.           “fondi” tfisser flus likwidi jew strumenti finanzjarji;

6.           "L-Istat Membru fejn il-kont bankarju huwa stabbilit" tfisser;

(a)     għal kont bankarju li fih il-flus, l-Istat Membru indikat fl-IBAN tal-kont;

(b)     għal kont bankarju li fih strumenti finanzjarji, l-Istat Membru fejn il-bank li jkollu l-kont ikollu r-residenza solita tiegħu kif determinata mill-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[25];

7.           “pretensjoni” tfisser pretensjoni eżistenti għall-ħlas ta' somma ta' flus speċifika jew determinabbli;

8.           "sentenza" tfisser kwalunkwe sentenza mogħtija minn qorti jew tribunal ta’ Stat Membru, indipendentement minn kif tissejjaħ is-sentenza, inkluż id-determinazzjoni tal-infiq jew ispejjeż minn uffiċjal tal-qorti;

9.           "qorti" tfisser qorti jew kwalunkwe awtorità maħtura minn Stat Membru bħala li jkollha ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament;

10.         "tranżazzjoni ġudizzjarja" tfisser ftehim approvat minn qorti jew li jkun ġie konkluż quddiem qorti waqt il-proċeduri;

11.         "strument awtentiku" tfisser dokument li jkun sar jew ġie rreġistrat b’mod formali bħala strument awtentiku fi Stat Membru u li l-awtentiċità tiegħu:

(a)     hija relatata mal-firma u l-kontenut tal-istrument, u

(b)     tkun ġiet stabbilita minn awtorità pubblika jew awtorità oħra li jkollha s-setgħa għal dak il-għan;

12.         “l-Istat Membru tal-oriġini” tfisser l-Istat Membru li fih inħarġet l-EAPO;

13.         "Stat Membru tal-eżekuzzjoni" tfisser l-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-kont bankarju li jrid jiġi ppreżervat;

14.         “Awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità li l-Istat Membru tal-eżekuzzjoni indika bħala kompetenti għall-kisba tal-informazzjoni neċessarja dwar il-kont tal-konvenut skont l-Artikolu 17, is-servizz tal-EAPO skont l-Artikolu 24 sa 28 u d-determinazzjoni tal-ammonti eżenti mill-esekuzzjoni skont l-Artkolu32;

15.         “Domiċilju” tfisser domiċilju kif iddeterminat skont l-Artikolu 59 u 60 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001[26];

Kapitolu 2 Proċedura għal-kisba ta' EAPO

Artikolu 5 Disponibilità

1.           It-Taqsima 1 għandha tapplika fejn

(a)     ir-rikorrent japplika għal EAPO qabel jinfetħu proċeduri ġudizzjarji dwar il-merti tal-każ kontra l-konvenut jew fi kwalunkwe mument matul tali proċeduri;

(b)     ir-rikorrent ikun kiseb sentenza, tranżazzjoni ġudizzjarja jew strument awtentiku kontra l-konvenut li jkunu eżegwibbli fl-Istat Membru tal-oriġini iżda ma jkunux għadhom ġew iddikjarati bħala eżegwibbli fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni meta din id-dikjarazzjoni tkun meħtieġa.

2.           It-Taqsima 2 tapplika għal sitwazzjonijiet meta r-rikorrent japplika għal EAPO wara li jkun kiseb sentenza, tranżazzjoni ġudizzjarja jew strument awtentiku kontra l-konvenut li, skont il-funzjonament tal-liġi, ikunu eżegwibbli fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni jew ikunu ġew iddikjarati bħala eżegwibbli hemmhekk.

Taqsima 1: Il-ħruġ ta' EAPO qabel il-kisba ta' titolu eżegwibbli

Artikolu 6 Ġuriżdizzjoni

1.           L-EAPO għandu jinħareġ minn qorti

2.           Il-ġuriżdizzjoni sabiex tinħareġ EAPO għandha tkun f’idejn il-qrati tal-Istat Membru fejn il-proċedimenti rigward il-merti tal-każ iridu jiġu eżegwiti skont ir-regoli applikabbli dwar il-ġuriżdizzjoni. Fejn aktar minn qorti waħda jkollha l-ġuriżdizzjoni għas-sustanza tal-kwistjoni, il-qorti tal-Istat Membru fejn ir-rikorrent ressaq proċedimenti dwar is-sustanza jew għandu l-intenzjoni li jressaq proċedimenti dwar is-sustanza għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni.

3.           Minkejja l-paragrafu 2, il-qrati tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-kont tal-bank għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni li joħorġu EAPO li tkun eżegwita f'dak l-Istat Membru.

Artikolu 7 Kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' EAPO

1.           EAPO għandha tinħareġ għall-ammont li għalih hija mitluba jew parti minnu fejn ir-rikorrent iressaq fatti relevanti, raġonevolment issostanzjati mill-provi, sabiex il-qorti tkun sodisfatta minn dawn it-tnejn:

(a)     li t-talba tiegħu kontra l-konvenut tkun tidher li hija fondata tajjeb;

(b)     li mingħajr il-ħruġ tal-ordni l-eżekuzzjoni konsegwenti ta’ titolu eżistenti jew fil-futur kontra l-konvenut x’aktarx tiġi imblukkata jew inkella tkun sostanzjalment aktar diffiċli, inkluż minħabba l-fatt li jkun hemm riskju reali li l-konvenut jista’ jneħħi, jiddisponi minn jew inkella jaħbi l-assi miżmuma fil-kont jew kontijiet bankarji li jridu jiġu preżervati.

2.           Jekk ir-rikorrent ikun diġà kiseb sentenza, tranżazzjoni ġudizzjarja jew strument awtentiku għall-ħlas ta’ somma ta’ flus kontra l-konvenut, liema sentenza għandha tkun rikonoxxuta fl-Istat Membru tal-oriġini u intitolata għal rikonoxximent fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni skont l-istrumenti applikabbli tal-liġi tal-Unjoni, il-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 (a) għandha titqies li ġiet sodisfatta.

Artikolu 8 Rikors għal EAPO

1.           Ir-rikorsi għal EAPO għandhom isiru fil-forma stabbilita fl-Anness I.

2.           Il-formola tar-rikors għandha tinkludi dawn li ġejjin kollha:

(a)     l-isem u l-indirizz tar-rikorrent u, fejn applikabbli, tar-rappreżentanti tiegħu, u l-isem u l-indirizz tal-qorti li quddiemha jitressaq ir-rikors;

(b)     l-isem u l-indirizz tal-konvenut u, fejn applikabbli, tar-rappreżentanti tiegħu;

(c)     l-informazzjoni dwar il-kont(ijiet) skont l-Artikolu 16, ħlief jekk issir rikjesta biex tinkiseb informazzjoni dwar il-kont skont l-Artikolu 17;

(d)     l-ammont tat-talba kif ukoll l-ammont tal-interessi u d-drittijiet sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu miksuba skont l-Artikolu 18,

(e)     deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi relevanti kollha invokati bħala l-bażi tal-pretensjoni, u, fejn applikabbli, tal-interessi mitluba;

(f)      deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha li jiġġustifikaw il-ħruġ tal-ordni meħtieġa bl-Artikolu 7 (1) (b);

(g)     deskrizzjoni tal-elementi rilevanti kollha li jappoġġjaw il-ġuriżdizzjoni tal-qorti li quddiemha titressaq il-kawża;

(h)     lista tal-evidenza fornuta jew offruta li għandha tingħata mir-rikorrent;

(i)      fil-każijiet fejn japplika l-Artikolu 7(2), kopja tas-sentenza, tranżazzjoni ġudizzjarja jew tal-istrument awtentiku li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħhom;

(j)      dikjarazzjoni dwar jekk saritx applikazzjoni quddiem qrati oħra mir-rikorrent għal EAPO jew ordni b'effett ekwivalenti taħt il-liġi nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 19.

3.           Mar-rikors għandhom jintbagħtu d-dokumenti kollha ta’ sostenn.

4.           Ir-rikors jista' jiġi ppreżentat b'kull mezz ta' komunikazzjoni, inklużi dawk elettroniċi.

Artikolu 9 Eżaminar tar-rikors

1.           Il-qorti li quddiemha jitressaq rikors għal EAPO għandha teżamina jekk humiex issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 2, 6, 7 u 8.

2.           Jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8 ma jkunux sodisfatti u sakemm ma jkunx evidenti li t-talba ma tkunx fondata jew ir-rikors ikun inammissibbli, il-qorti għandha tagħti lir-rikorrent l-opportunità li jissupplimenta jew li jirranġa r-rikors.

Artikolu 10 Proċedura ex parte

Il-konvenut ma għandux jiġi mgħarraf bir-rikors jew jinstema' qabel il-ħruġ tal-EAPO, sakemm ir-rikorrent ma jitlobx mod ieħor.

Artikolu 11 Evidenza

1.           Fejn il-qorti kompetenti tqis li ma tistax toħroġ EAPO mingħajr aktar evidenza, hija tista' taċċetta tali evidenza fil-forma ta' dikjarazzjonijiet bil-miktub ta' xiehda jew esperti.

2.           Il-qorti għandha taċċetta xhieda orali biss fejn il-qorti tqis dan bħala neċessarju. Fejn ir-rikorrent, xhud jew espert ma jkunx domiċiljat fl-istess post bħall-qorti kompetenti, il-qorti għandha taċċetta l-produzzjoni tal-prova permezz ta’ konferenza bil-vidjow jew permezz ta’ teknoloġija oħra ta’ komunikazzjoni fejn din tkun disponibbli.

Artikolu 12 Il-garanzija li għandha tiġi pprovduta mir-rikorrent

Qabel ma toħroġ EAPO, il-qorti tista' titlob li jiġi ppreżentat depożitu ta' garanzija jew garanzija ekwivalenti mir-rikorrent sabiex jiġi żgurat kumpens għal kull dannu li jsofri l-konvenut sal-punt li r-rikorrent huwa responsabbli li jikkumpensa tali dannu skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 13 It-tnedija tal-proċedimenti dwar is-sustanza

Meta rikors għal EAPO isir qabel jinfetħu l-proċeduri dwar il-merti, ir-rikorrent għandu jagħti bidu għal dawn il-proċeduri fi żmien 30 ġurnata mid-data tal-ħruġ tal-ordni jew f’perjodu iqsar stabbilit mill-qorti emittenti u, fin-nuqqas ta’ dan, l-ordni għandha ssir revokabbli skont l-Artikolu 34 (1) (b) jew l-Artikolu 35 (2).

Taqsima 2: Ħruġ ta' EAPO wara l-kisba ta' titolu eżegwibbli

Artikolu 14 Kompetenza għall-ħruġ ta' EAPO

1.           Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2), fejn ir-rikorrent ikun kiseb sentenza jew tranżazzjoni ġudizzjarja, dan jista’ jitlob li l-qorti li tkun tat is-sentenza jew approvat it-tranżazzjoni ġudizzjarja toħroġ EAPO ukoll.

2.           Meta r-rikorrent ikun kiseb strument awtentiku, dan jista’ jitlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-istrument awtentiku jkun tfassal u li tkun maħtura għal dan il-għan minn kull Stat Membru sabiex toħroġ EAPO ukoll.

3.           Ir-rikorrent jista' jindirizza r-rikors għal EAPO direttament lill-awtorità fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni li dak l-Istat Membru identifika bħala kompetenti għall-ħruġ ta' ordni u nnotifikaha lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 48 (minn hawn 'il quddiem “l-awtorità emittenti”).

4.           Fir-rigward tal-proċedimenti għall-ħruġ ta' EAPO li ssir referenza għalihom f'din it-Taqsima, l-Artikolu 10 għandu japplika.

Artikolu 15 Rikors għal EAPO

1.           Ir-rikorsi għal EAPO għandhom isiru bl-użu tal-formola tar-rikors ppreżentata fl-Anness I.

2.           Il-formola tar-rikors għandha tinkludi dawn li ġejjin kollha:

(a)     l-isem u l-indirizz tar-rikorrent u, fejn applikabbli, tar-rappreżentanti tiegħu, u tal-qorti li quddiemha jitressaq ir-rikors;

(b)     l-isem u l-indirizz tal-konvenut u, fejn applikabbli, tar-rappreżentanti tiegħu;

(c)     l-ammont tas-somma speċifikata fis-sentenza, fit-tranżazzjoni ġudizzjarja jew fl-istrument awtentiku kif ukoll l-ammont ta’ interessi u drittijiet sakemm dawn ikunu assigurati skont l-Artikolu 18;

(d)     l-informazzjoni dwar il-kont(ijiet) skont l-Artikolu 16, ħlief jekk issir rikjesta biex tinkiseb informazzjoni dwar il-kont skont l-Artikolu 17;

(e)     kopja tas-sentenza, tranżazzjoni ġudizzjarja jew strument awtentiku li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħhom;

(f)      dikjarazzjoni li għad ma kienx hemm konformità mas-sentenza;

(g)     fejn is-sentenza, it-tranżazzjoni ġudizzjarja jew l-istrument awtentiku kienu nħarġu fi Stat Membru ieħor

(i)      f’każ ta’ sentenza, tranżazzjoni ġudizzjarja jew strumenti awtentiċi li għalihom ma tkun meħtieġa l-ebda dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà, iċ-ċertifikat rilevanti previst taħt l-istrument applikabbli għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni fi Stat Membru ieħor li jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, bi tranżlitterazzjoni jew traduzzjoni skont l-Artikolu 47; jew

(ii)      f’każ ta’ sentenza, tranżazzjoni ġudizzjarja jew strument awtentiku li għalihom tkun meħtieġa dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà, id-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà.

(h)     dikjrazzjoni jekk ir-rikorrent ikunx ressaq quddiem qrati oħra rikors għal EAPO jew ordni b’effett ekwivalenti taħt il-liġi nazzjonali skont l-Artikolu 19.

3.           Ir-rikors jista' jitressaq b'kull mezz ta' komunikazzjoni inklużi dawk elettroniċi.

Taqsima 3: Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 16 Informazzjoni dwar il-kont

Sakemm ir-rikorrent ma jitlobx li l-awtorità kompetenti titlob informazzjoni dwar il-kont skont l-Artikolu 17, dak ir-rikorrent għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha fir-rigward tal-konvenut u l-kont bankarju jew kontijiet bankarji tal-konvenut neċessarja sabiex il-bank jew banek jidentifikaw dak il-konvenut u l-kont(ijiet) tiegħu/tagħha, inklużi dawn li ġejjin:

(a)     l-isem sħiħ tal-konvenut,

(b)     l-isem tal-bank li fih il-konvenut għandu kont jew diversi kontijiet li jridu jiġu ppreżervati, kif ukoll l-indirizz tal-uffiċċju ewlieni tal-bank fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-kont, u

(c)     jew

(i)      in-numru jew in-numri tal-kont(ijiet), jew

(ii)      l-indirizz sħiħ tal-konvenut, jew

(iii)     meta l-konvenut ikun persuna fiżika, id-data tat-twelid jew in-numru tal-karta tal-identità nazzjonali jew tal-passaport tagħha, jew

(iv)     fejn il-konvenut huwa persuna ġuridika, in-numru ta' dik il-persuna ġuridika fir-reġistru tal-impriżi.

Artikolu 17 Talba għall-ksib ta' informazzjoni dwar il-kont

1.           Fejn ir-rikorrent ma għandux l-informazzjoni kollha dwar il-kont meħtieġa skont l-Artikolu 16, dak ir-rikorrent jista' jitlob li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni tikseb l-informazzjoni neċessarja. Din it-talba għandha ssir fir-rikors għal EAPO.

2.           Ir-rikors għandu jinkludi l-informazzjoni kollha disponibbli għar-rikorrent dwar il-konvenut u l-kontijiet bankarji tal-konvenut.

3.           Il-qorti jew l-awtorità emittenti għandhom joħorġu l-EAPO skont l-Artikolu 21 u jinnotifikawha lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 24.

4.           L-awtorità kompetenti għandha tuża l-mezzi xierqa u raġonevoli kollha disponibbli fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni sabiex tikseb l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Ladarba tinkiseb dik l-informazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika l-EAPO lill-bank skont l-Artikolu 24.

5.           Il-metodi sabiex tinkiseb informazzjoni skont il-liġi nazzjonali sabiex tiġi pprovduta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 48 għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(a)     il-possibbiltà li tobbliga lill-banek kollha fit-territorju tagħhom biex jiżvelaw jekk il-konvenut għandux xi kontijiet magħhom.

(b)     aċċess mill-awtorità kompetenti għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fejn dik l-informazzjoni hija miżmuma mill-awtoritajiet jew amministrazzjonijiet pubbliċi f'reġistri jew b'xi mod ieħor.

6.           L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tkun adegwata sabiex jiġu identifikati l-kont jew kontijiet tal-konvenut, għandha tkun relevanti u mhux eċċessiva u tkun limitata għal

(a)     l-indirizz tal-konvenut,

(b)     il-bank jew banek li jkollhom għandhom il-kont jew kontijiet tal-konvenut,

(c)     in-numru tal-kont jew kontijiet tal-konvenut.

Artikolu 18 L-ammont tal-EAPO

1.           Meta l-EAPO tinħareġ fuq il-bażi ta’ sentenza, tranżazzjoni ġudizzjarja jew strument awtentiku eżegwibbli fl-Istat Membru tal-oriġini, ir-rikorrent għandu jkun f’pożizzjoni li jassigura l-ammont stabbilit fl-EAPO kif ukoll kwalunkwe interessi u spejjeż kif speċifikat fiha.

2.           Fil-każijiet l-oħra kollha, ir-rikorrent għandu jkun f’pożizzjoni li jassigura l-ammont tat-talba kif ukoll kwalunkwe interessi li jistgħu jakkumulaw fuq it-talba.

Artikolu 19 Informazzjoni dwar rikorsi pendenti fi qrati oħra

1.           Meta japplika għal EAPO, ir-rikorrent għandu jiżvela jekk huwa jkunx ippreżenta applikazzjoni lil qorti oħra għal EAPO jew miżura protettiva ekwivalenti skont il-liġi nazzjonali kontra l-istess defendant u mmirata għall-kisba tal-istess pretensjoni.

2.           Ir-rikorrent għandu jinforma lill-qorti li jsirilha r-rikors għal EAPO dwar kull EAPO jew miżura protettiva oħra skont il-liġi nazzjonali maħruġa skont ir-rikors imsemmi fil-paragrafu 1. F’dan il-każ, il-qorti jew l-awtorità emittenti tista’ tiddeċiedi li ma toħroġx ordni addizzjonali jekk din tikkunsidra li l-miżuri mogħtija diġà jkunu qed jipproteġu biżżejjed l-interessi tar-rikorrent.

Artikolu 20 Komunikazzjoni u Koperazzjoni bejn il-qrati

1.           Fejn il-qrati ta' Stat Membru jirċievu rikors għal EAPO u l-qrati ta' Stat Membru ieħor ikunu inkarigati mill-proċedimenti fir-rigward tas-sustanza, dawk il-qrati kkonċernati jistgħu jikkoperaw sabiex jiżguraw koordinazzjoni tajba bejn il-proċedimenti dwar is-sustanza u l-proċedimenti dwar l-EAPO.

2.           B’mod partikolari, il-qorti li quddiemha jitressaq ir-rikors għal EAPO tista’ titlob għal informazzjoni mingħand il-qorti l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 dwar iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tal-każ jew inkella titlob lir-rikorrent biex jikseb tali informazzjoni, bħalma huma r-riskju tad-dissipazzjoni tal-assi mill-konvenut jew kwalunkwe rifjut ta’ miżura simili mill-qorti li qed teżamina l-merti tal-kwistjoni. Din l-informazzjoni tista' tintalab direttament jew permezz ta' punti ta' kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f'materji ċivili u kummerċjali stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 2001/470/KE[27].

Artikolu 21 Ħruġ, Effett u Tul tal-EAPO

1.           Fejn ir-rekwiżiti msemmija f'dan il-Kapitolu jiġu ssodisfati, il-qorti jew awtorità emittenti għandha toħroġ EAPO.

2.           Fejn l-ordni tkun trid tiġi eżegwita fi Stat Membru ieħor, din għandha tinħareġ fil-forma stabbilita fl-Anness II.

3.           Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 5(1), il-Qorti għandha toħroġ EAPO mhux aktar minn sebat ijiem kalendarji wara li jitressaq ir-rikors.

4.           Fejn jitqies neċessarju smigħ orali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, il-qorti għandha ssejjaħ is-smigħ sa mhux aktar minn sebat ijiem oħra u għandha toħroġ l-ordni mhux aktar minn sebat ijiem wara li jkun sar is-smigħ.

5.           Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2), l-awtorità emittenti għandha toħroġ l-EAPO mhux aktar minn tlitt ijiem kalendarji minn meta t

6.           Bla ħsara għall-Artikolu 32, l-EAPO għandha twaqqaf milli l-ammont speċifikat fiha jiġi trasferit, irtirat jew imneħħi mill-konvenut jew mill-kredituri tal-konvenut mill-kont jew kontijiet indikati.

7.           L-EAPO għandha tibqa' fis-seħħ

(a)     sakemm titneħħa minn qorti skont l-Artikoli 34, 35, 36 jew 40 jew,

(b)     fejn ir-rikorrent kiseb sentenza, strument awtentiku jew tranżazzjoni ġudizzjarja dwar is-sustanza li huma eżegwibbli fl-Istat Membru tal-oriġini jew fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2), sa meta l-effett tal-EAPO jiġi sostitwit minn effett ekwivalenti ta' miżura ta' eżekuzzjoni skont il-liġi nazzjonali, sakemm fil-każ tal-ewwel ir-rikorrent ikun nieda l-proċedimenti tal-eżekuzzjoni fi żmien 30 jum minn meta s-sentenza, l-istrument awtentiku jew it-tranżazzjoni ġudizzjarja jkunu ġew innotifikati jew ikunu saru eżegwibbli, skont liema minnhom isseħħ l-aktar tard.

Artikolu 22 Appell kontra rifjut li tinħareġ EAPO

1.           Ir-rikorrent jista' jressaq appell kontra t-tranżazzjoni ġudizzjarja jew l-awtorità emittenti, li jirrifjutaw rikors għal EAPO quddiem il-qorti u dan għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 48.

2.           L-appell għandu jitressaq fi żmien 30 jum min-notifika tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Kapitolu 3 L-eżegwibbiltà u l-eżekuzzjoni tal-EAPO

Artikolu 23 Abolizzjoni tal-exequatur

EAPO maħruġa fi Stat Membru wieħed skont l-Artikoli 6(2) u 14(1) għandha tiġi rikonoxxuta u tkun eżegwibbli fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma jkun hemm ħtieġa għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà u mingħajr ma jkun hemm il-possibbiltà li ssir xi oppożizzjoni kontra r-rikonoxximent tagħha.

Artikolu 24 Notifika ta' EAPO lill-bank

1.           L-EAPO għandha tiġi nnotifikata lill-bank jew banek speċifikati fiha skont dan l-Artikolu.

2.           Fejn l-EAPO tkun inħarġet minn qorti jew awtorità emittenti fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, in-notifika lill-bank għandha tiġi effettwata skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru.

3.           Fejn il-qorti li toħroġ l-EAPO tinsab fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, in-notifika għandha tiġi effettwata skont ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[28].

Fir-rigward tat-trażmissjoni tal-EAPO, għandu japplika dan li ġej:

(a)     Il-persuna jew l-awtorità responsabbli min-notifika fl-Istat Membru tal-oriġini għandhom jittrażmettu l-EAPO direttament lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.

(b)     Għandhom jintbagħtu d-dokumenti li ġejjin:

(i)      Kopja tal-EAPO fil-forma stabbilita fl-Anness II li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha;

(ii)      fejn ikun meħtieġ, tranżlitterazzjoni jew traduzzjoni tal-formola skont l-Artikolu 47;

(iii)     il-formola tan-notifika stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 li għandha tkun akkumpanjata, fejn meħtieġ, bi tranżlitterazzjoni jew traduzzjoni tal-formola skont l-Artikolu 48.

(c)     L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika l-EAPO lill-bank jew banek speċifikati fiha. L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-passi kollha neċessarji sabiex twettaq in-notifika tal-ordni mhux aktar tard minn tlitt ijiem tax-xogħol wara li tkun irċevietha.

(d)     Hekk kif l-ordni tiġi kkomunikata lill-bank, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ notifika skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 u tibagħtu lill-persuna jew l-awtorità li tkun talbet in-notifika.

Artikolu 25 Notifika tal-EAPO lill-konvenut

1.           Il-konvenut għandu jiġi nnotifikat bl-EAPO u d-dokumenti kollha mressqa lill-qorti jew awtorità kompetenti bil-għan li tinkiseb l-ordni mingħajr dewmien bla bżonn wara li tkun saret in-notifika lill-bank skont l-Artikolu 24 u l-bank ikun ħareġ id-dikjarazzjoni skont l-Artikolu 27.

2.           Jekk il-konvenut ikun domiċiljat fl-Istat Membru tal-oriġini, in-notifika għandha ssir skont ir-regoli tal-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru.

3.           Fejn il-konvenut huwa domiċiljat fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru li lilha ġiet trażmessa l-EAPO skont l-Artikolu 24(3) għandha tinnotifika l-ordni u d-dokumenti li jakkumpanjawha lill-konvenut skont ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007.

4.           Jekk il-konvenut huwa domiċiljat fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru tal-oriġini jew l-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni li lilha tkun intbagħtet l-EAPO skont l-Artikolu 24(3) għandha tittrażmettiha direttament lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-konvenut. L-awtorità għandha tinnotifikaha lill-konvenut skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007.

Artikolu 26 L-implimentazzjoni tal-EAPO

1.           Bank li jiġi nnotifikat b'EAPO għandu jimplimentaha immedjatament malli jirċeviha billi jiżgura li l-ammont speċifikat fiha ma jiġix trasferit, użat jew miġbud mill-kont jew kontijiet indikati fl-ordni jew identifikati mill-bank bħala li huma tal-konvenut. Kwalunkwe fondi li jaqbżu l-ammont speċifikat fl-EAPO għandhom jibqgħu għad-dispożizzjoni tal-konvenut.

2.           Meta l-ordni tasal barra l-ħinijiet tax-xogħol, din għandha tiġi implimentata immedjatament wara l-bidu tal-perjodu ta’ negozju li jmiss.

3.           Meta l-fondi fil-kont kopert mill-EAPO skont il-paragrafu 1 ikunu strumenti finanzjarji, il-valur tagħhom għandu jiġi determinat skont ir-rata tas-suq rilevanti li tkun tapplika fil-jum tal-implimentazzjoni.

4.           Meta l-munita tal-fondi miżmuma fil-kont ma tkunx l-istess bħal dik li fiha tkun inħarġet l-EAPO, il-bank għandu jikkonverti l-ammont skont ir-rata tal-kambju uffiċjali fil-jum tal-implimentazzjoni.

5.           Ir-responsabbiltà tal-bank għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu għandha tkun irregolata bil-liġi nazzjonali.

Artikolu 27 Dikjarazzjoni mill-Bank

1.           Fi żmien tlitt ijiem minn meta tiġi riċevuta l-EAPO, il-bank għandu jinforma lill-awtorità kompetenti u lir-rikorrent bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness III, jekk u sa liema punt il-kont tal-konvenut ikunx ġie ppriżervat. L-awtorità kompetenti għandha fi żmien ġurnata waħda ta’ xogħol tinnotifika d-dikjarazzjoni lill-persuna jew lill-awtorità li tkun talbet in-notifika skont l-Artikolu 24(3)(a).

2.           Meta l-bilanċ tal-kont ikun biżżejjed biex ikopri l-ammont speċifikat fl-EAPO, il-bank ma għandux jiżvela l-bilanċ tal-kont tal-konvenut.

3.           Il-bank jista' jittrażmetti d-dikjarazzjoni tiegħu permezz ta' mezz sikur ta' komunikazzjoni elettronika.

4.           Ir-responsabbiltà tal-bank għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’ dan l-obbligu għandha tkun irregolata bil-liġi nazzjonali.

Artikolu 28 Priżervazzjoni ta' diversi kontijiet

1.           Fejn l-EAPO tkun tkopri diversi kontijiet tal-konvenut li jkunu miżmuma fl-istess bank, il-bank għandu jimplimenta l-ordni biss sal-ammont speċifikat fiha.

2.           Fejn EAPO waħda jew aktar, jew ordnijiet protettivi ekwivalenti skont il-liġi nazzjonali nħarġu fuq diversi kontijiet miżmuma mill-konvenut f'banek differenti, kemm fl-istess Stat Membru kif ukoll fi Stati Membri differenti, ir-rikorrent għandu jkollu d-dmir li jwettaq ir-rilaxx ta' kull ammont speċifikat fihom li jaqbeż l-ammont stipulat fl-EAPO. Dan ir-rilaxx għandu jitwettaq fi żmien 48 siegħa minn meta tiġi riċevuta l-ewwel dikjarazzjoni tal-bank skont l-Artikolu 27 li turi tali eċċess. Ir-rikorrent għandu jeżegwixxi r-rilaxx permezz tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni rispettiv.

Artikolu 29 Priżervazzjoni tal-kontijiet konġunti u nominee

Kontijiet, li mhumiex miżmuma esklussivament mill-konvenut jew kontijiet miżmuma minn partijiet terzi f'isem il-konvenut jew kontijiet miżmuma mill-konvenut f'isem parti terza, skont ir-records tal-bank, jistgħu jiġi ppriżervati biss safejn jistgħu jiġu ppriżervati taħt ir-regoli tal-liġi nazzjonali li jirregolaw il-kont li għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 48.

Artikolu 30 Spejjeż relatati mal-banek

1.           Bank għandu jkun intitolat li jitlob il-ħlas jew ir-rimbors tal-ispejjeż ikkawżati mill-implimentazzjoni tal-EAPO jew ta' ordni skont l-Artikolu 17(4)(a) fejn huwa intitolat għal dan il-ħlas jew rimbors fir-rigward ta' ordnijiet b'effett ekwivalenti li huma maħruġa skont il-liġi nazzjonali.

2.           Miżati miżmuma għall-implimentazzjoni tal-EAPO jew ta' ordni skont l-Artikolu 17(4)(a) għandhom jikkorrispondu għal miżati fissi uniċi li jiġu stabbiliti minn qabel mill-Istat Membru fejn jinsab il-kont u li jirrispettaw il-prinċipji tal-proporzjonalità u n-non-diskriminazzjoni.

3.           L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 48 jekk il-banek humiex intitolati li jirkupraw l-ispejjeż tagħhom u, jekk inhu hekk, l-ammont tal-ħlas skont il-paragrafu 2.

Artikolu 31 Spejjeż relatati mal-awtorità kompetenti

Kull miżata miżmuma minn awtorità kompetenti fl-eżekuzzjoni ta' EAPO jew biex tittieħed azzjoni dwar talba għal informazzjoni dwar kontijiet kif imsemmija fl-Artikolu 17(4) għandha tikkorrispondi ma' miżati fissi uniċi stabbiliti mill-Istat Membru relevanti minn qabel li jirrispettaw il-prinċipji tal-proporzjonalità u n-non-diskriminazzjoni u jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 48.

Artikolu 32 Ammonti eżenti mill-eżekuzzjoni

1.           Fejn il-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni tippermetti dan, l-ammonti meħtieġa sabiex jiġi assigurat l-għajxien tal-konvenut u tal-familja tiegħu fejn il-konvenut tkun persuna fiżika, jew, fejn il-konvenut tkun persuna ġuridika, biex tkun assigurata l-possibbiltà li din tissokta bl-andament normali tan-negozju, għandhom jiġu eżentati mill-eżekuzzjoni tal-Ordni.

2.           L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-regoli applikabbli skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom f’sitwazzjonijiet bħal dawn, inklużi liema ammonti jew tipi ta’ riċevibbli miżmuma f’kont bankarju huma eżenti.

3.           Sal-punt li l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jiġi ddeterminat mingħajr l-għoti ta' informazzjoni addizzjonali mill-konvenut, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni għandha tiddetermina dak l-ammont, meta tirċievi l-EAPO u tinforma lill-bank li dak l-ammont għandu jitħalla għad-dispożizzjoni tal-konvenut wara l-implimentazzjoni tal-ordni.

4.           Meta tiddetermina l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-liġi tal-Istat Membru li biha hija mwaqqfa, ukoll jekk il-konvenut huwa ddomiċiljat fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 33 Klassifikazzjoni tal-kredituri li jkunu f'kompetizzjoni

L-EAPO tikkonferixxi l-istess klassifikazzjoni daqs strument b’effett ekwivalenti skont il-liġi tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-kont bankarju. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-istrumenti ekwivalenti u l-klassifikazzjoni mogħtija permezz tagħhom skont l-Artikolu 48.

Kapitolu 4 Rimedji kontra l-EAPO

Artikolu 34 Rimedji tal-konvenut fl-Istat Membru tal-oriġini

1.           Meta l-EAPO tinħareġ skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2, il-konvenut jista' japplika għal

(a)     reviżjoni tal-EAPO fuq il-bażi li r-rekwiżiti għall-ħruġ tiegħu ppreżentati fl-Artikoli 2, 6 u 7 ma ġewx issodisfati;

(b)     reviżjoni tal-EAPO fuq il-bażi li r-rikorrent ikun naqas milli jagħti bidu għall-proċedimenti dwar il-mertu tal-każ fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 13;

2.           Bl-eċċezzjoni tar-reviżjoni skont il-paragrafu 1 (b), ir-rikors għar-reviżjoni għandu jsir mill-ewwel, fi kwalunkwe każ fi żmien 45 ġurnata mill-jum li fih il-konvenut isir jaf b’mod effettiv bil-kontenut tal-ordni u jkun f’pożizzjoni li jirreaġixxi.

3.           Ir-rikors għar-reviżjoni għandu jiġi indirizzat lill-qorti li tkun ħarġet l-ordni. Ir-rikors għandu jitressaq bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness IV u b'kull mezz ta' komunikazzjoni, inklużi dawk elettroniċi.

4.           Ir-rikors għandu jiġi nnotifikat lir-rikorrent skont ir-regoli applikabbli għan-notifika tad-dokumenti.

5.           Fejn reviżjoni hija ġustifikata għal waħda mir-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-qorti għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha li twarrab jew timmodifika l-EAPO skont dan, mhux aktar tard minn 30 jum kalendarju wara n-notifika tar-rikors lir-rikorrent.

6.           Id-deċiżjoni sabiex titwarrab jew tiġi mmodifikata l-ordni għandha tkun eżegwibbli immedjatament minkejja kull appell li jista' jsir skont l-Artikolu 37, sakemm il-qorti ma tiddeċidix, sabiex tipproteġi l-interessi tar-rikorrent, li d-deċiżjoni tagħha ssir eżegwibbli biss ladarba tkun saret finali.

7.           Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata immedjatament lill-bank jew banek ikkonċernati li għandhom immedjatament jimplimentaw id-deċiżjoni billi jiżblukkaw l-ammont ippriżervat b'mod sħiħ jew parzjali. Tiġi nnotifikata wkoll immedjatament lir-rikorrent skont ir-regoli applikabbli dwar in-notifika tad-dokumenti.

Artikolu 35 Rimedji tal-konvenut fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni

1.           Meta l-EAPO tinħareġ skont it-Taqsimiet 1 jew 2 tal-Kapitolu 2, il-konvenut jista' jitlob li

(a)     l-eżekuzzjoni tal-ordni tiġi limitata fuq il-bażi li ċerti ammonti fil-kont huma eżentati mill-eżekuzzjoni skont il-liġi tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-kont u li dawn ma ġewx ikkunsidrati jew inkella ma ġewx ikkunsidrati b’mod korrett mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 32;

(b)     l-eżekuzzjoni tal-ordni tiġi sospiża fuq il-bażi li

(i)      kienet ingħatat sentenza fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni liema sentenza tiċħad it-talba li l-eżekuzzjoni tagħha tkun mitluba mir-rikorrent permezz tal-ordni; jew

(ii)      il-kont bankarju preżervat ikun eżentat mis-sekwestru skont il-liġi li tirrigwarda l-immunità mill-eżekuzzjoni tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-kont.

2.           Meta l-ordni tkun ħarġet skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2, il-konvenut għandu d-dritt li jitlob biex l-ordni tiġi miċħuda fuq il-bażi li r-rikorrent ikun naqas milli jagħti bidu għall-proċeduri dwar il-merti tal-każ fil-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 13.

3.           Meta l-ordni tkun ħarġet skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2, il-konvenut għandu d-dritt li jitlob biex

(i)      l-ordni tiġi miċħuda fuq il-bażi li s-sentenza, it-tranżazzjoni ġudizzjarja jew l-istrument awtentiku kienu ġew miċħuda fl-Istat Membru tal-oriġini;

(ii)     l-eżekuzzjoni tal-ordni tiġi sospiża fuq il-bażi li l-eżegwibbiltà tas-sentenza, it-tranżazzjoni ġudizzjarja jew l-istrument awtentiku jkunu ġew sospiżi fl-Istat Membru tal-oriġini.

4.           Bl-eċċezzjoni tar-reviżjoni skont il-paragrafu 2, ir-rikors għar-reviżjoni għandu jsir mill-ewwel u fi kwalunkwe każ fi żmien 45 ġurnata mill-jum li fih il-konvenut ikun sar jaf b’mod effettiv dwar il-kontenut tal-ordni u jkun f’pożizzjoni li jirreaġixxi.

5.           Ir-rikors għandu jkun indirizzat lill-qrati kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni li jiġu notifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 48. Ir-rikors għandu jiġi ppreżentat f’forma stampata jew permezz ta’ mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, inklużi dawk elettroniċi, billi tintuża l-formola stabbilita fl-Anness IV.

6.           Ir-rikors għandu jiġi nnotifikat lir-rikorrent skont ir-regoli applikabbli għan-notifika tad-dokumenti.

7.           Jekk ir-rikors huwa ġġustifikat, il-qorti għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha li twarrab jew timmodifika l-EAPO skont dan, f'mhux aktar minn 30 jum kalendarju min-notifika tar-rikors lir-rikorrent.

8.           Id-deċiżjoni li l-ordni titwarrab jew tiġi mmodifikata għandha tkun eżegwibbli immedjatament minkejja kull appell skont l-Artikolu 37, sakemm il-qorti ma tiddeċidix, sabiex tħares l-interessi tar-rikorrent, li d-deċiżjoni tagħha tkun eżegwibbli biss meta ssir finali.

Artikolu 36 Rimedji tal-konvenut fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu

Jekk il-konvenut ikun konsumatur, impjegat jew persuna assigurata, huwa jista’ jindirizza wkoll ir-rikors għar-reviżjoni skont l-Artikoli 34 u 35 lill-qorti kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun domiċiljat li għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 48.

Artikolu 37 Id-dritt għall-appell

Id-dritt għall-appell kontra deċiżjoni maħruġa skont l-Artikoli 34, 35 jew 36 għandu jkun irregolat mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 38 Id-dritt li tiġi pprovduta garanzija alternattiva

1.           L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni għandha twaqqaf l-eżekuzzjoni tal-EAPO jekk il-konvenut jipprovdi lil dik l-awtorità kompetenti depożitu ta’ garanzija għall-ammont speċifikat skont il-paragrafu 2, jew assigurazzjoni ekwivalenti, inkluża garanzija bankarja, bħala mezz alternattiv biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet tar-rikorrent.

2.           L-EAPO għandha tispeċifika l-ammont tal-garanzija li jkun meħtieġ sabiex titwaqqaf l-eżekuzzjoni tal-ordni.

Artikolu 39 Id-dritt ta' partijiet terzi

Parti terza għandha d-dritt li tqajjem oġġezzjonijiet kontra l-EAPO quddiem il-qrati tal-Istat Membru tal-oriġini jew tal-eżekuzzjoni sakemm l-ordni jew l-eżekuzzjoni tagħha jkunu qed jippreġudikaw id-drittijiet tagħhom.

Artikolu 40 Varjazzjoni jew revoka tal-EAPO

Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-konvenut skont l-Artikoli 34, 35 u 36, kwalunkwe parti tista’ tapplika fi kwalunkwe żmien quddiem il-qorti tal-oriġini għal varjazzjoni jew revoka tal-EAPO fuq il-bażi li ċ-ċirkostanzi li fuqhom tkun ħarġet l-ordni sadattant kienu nbidlu, inkluż li kienet ingħatat sentenza dwar il-merti tal-każ li ċaħdet it-talba li l-eżekuzzjoni tagħha l-ordni kellha tassigura jew li l-konvenut ħallas it-talba.

Kapitolu 5 Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 41 Rappreżentazzjoni tal-partijiet

Ir-rappreżentazzjoni minn avukat jew professjonista legali ieħor ma għandhiex tkun mandatorja fil-proċeduri għall-ħruġ ta’ EAPO skont dan ir-Regolament.

Artikolu 42 L-ispejjeż għandhom jinġarru mill-parti li titlef

1.           Il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż tal-proċeduri. Madankollu, il-qorti jew it-tribunal ma għandhomx jaġġudikaw spejjeż lill-parti rebbieħa li jkunu saru bla bżonn jew inkella li jkunu sproporzjonati għat-talba.

2.           Meta l-EAPO tkun inħarġet skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2, l-ispejjeż tal-proċeduri għandhom jiġu aġġudikati mill-qorti li tkun responsabbli mill-proċeduri dwar il-merti tal-każ jew mill-qorti li tiċħad l-ordni skont l-Artikolu 34 (1) (b) jew l-Artikolu 35 (2).

3.           Meta l-ordni tkun ħarġet skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2, l-ispejjeż għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità kompetenti li tinforza s-sentenza, l-istrument awtentiku jew it-tranżazzjoni ġudizzjarja li fuq il-bażi tagħhom tkun ħarġet l-ordni.

Artikolu 43 Spejjeż tal-qorti:

1.           L-ispejjeż tal-qorti sabiex tinħareġ l-EAPO la għandhom ikunu ogħla mill-ispejjeż sabiex tinkiseb miżura ekwivalenti skont il-liġi nazzjonali, la għandhom ikunu sproporzjonati għall-ammont tat-talba u lanqas ma għandhom jiskoraġixxu lir-rikorrent milli jagħmel użu minn din il-proċedura.

2.           L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-ispejjeż tal-qorti applikabbli skont l-Artikolu 49.

Artikolu 44 Limiti taż-żmien

Jekk, f’ċirkostanzi straordinarji, ma jkunx possibbli għall-qorti, l-awtorità emittenti jew l-awtorità kompetenti li jirrispettaw il-limiti ta’ żmien previsti fl-Artikoli 21 (3) u (4), 24(3) (c), 27(1), 34(5) u (7) u 35(8), il-qorti jew l-awtorità għandhom jieħdu l-passi meħtieġa permezz ta’ dawk id-dispożizzjonijiet kemm jista’ jkun malajr. Il-qorti jew l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tiġġustifika ċ-ċirkostanzi straordinarji fuq talba minn kwalunkwe parti.

Artikolu 45 Relazzjoni mal-liġi proċedurali nazzjonali

Il-kwistjonijiet proċedurali kollha li mhumiex indirizzati speċifikament f’dan ir-Regolament għandhom jiġu rregolati skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 46 Relazzjoni ma' strumenti oħra

1.           Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 24, 25 u 27, dan ir-Regolament ma għandux jippreġudika l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007.

2.           Dan ir-Regolament għandu jkun bla ħsara għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001[29].

3.           Dan ir-Regolament għandu jkun bla ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 47 Rekwiżiti ta' traduzzjoni u tranżlitterazzjoni

1.           Meta jkun hemm il-ħtieġa għal tranżlitterazzjoni jew traduzzjoni skont dan ir-Regolament, dik it-tranżlitterazzjoni jew traduzzjoni għandha tkun fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat jew, fejn ikun hemm diversi lingwi uffiċjali f’dak l-Istat Membru, fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-proċeduri tal-qorti tal-post tal-eżekuzzjoni, skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru.

2.           Għall-finijiet tal-formoli msemmija fl-Artikoli 8(1), 15(1), 21(2), 24(3) (b) (ii) u iii) u (d), 27(1) u 34(3) jew ta’ kwalunkwe dokumenti oħra li jridu jiġu sottomessi mill-partijiet skont l-Artikolu 8(2), 34, 35 jew 36, it-tranżlitterazzjonijiet jew traduzzjonijiet jistgħu jkunu wkoll fi kwalunkwe lingwa jew lingwi uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li l-Istat Membru kkonċernat ikun indika li jista’ jaċċetta.

3.           Kwalunkwe traduzzjoni li ssir skont san ir-Regolament għandha ssir minn traduttur ikkwalifikat li jkun stabbilit f’wieħed mill-Istati Membri.

Artikolu 48 Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri

1.           Sa__________ [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament], l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dan li ġej

(a)     l-awtorità kompetenti biex toħroġ EAPO skont l-Artikolu 14 (2);

(b)     il-metodi biex tinkiseb l-informazzjoni disponibbli skont il-liġi nazzjonali tagħhom skont l-Artikolu 17(4);

(c)     il-qorti li quddiemha għandu jiġi ppreżentat appell kontra d-deċiżjoni li ma tinħariġx EAPO kif hemm imsemmi fl-Artikolu 22;

(d)     l-awtorità kompetenti biex tinforza l-EAPO skont il-Kapitolu 3;

(e)     il-limitu sa liema l-kontijiet konġunti jew nominee jistgħu jiġu preżervati skont il-liġi nazzjonali kif hemm imsemmi fl-Artikolu 29;

(f)      ir-regoli applikabbli għall-ammonti eżenti mill-eżekuzzjoni skont il-liġi nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 32;

(g)     il-ħlasijiet fissi ta’ darba tal-banek u tal-awtorità kompetenti kif hemm imsemmi fl-Artikoli 30 u 31;

(h)     il-klassifikazzjoni mogħtija lil miżuri protettivi b’effett ekwivalenti għal EAPO skont il-liġi nazzjonali kif hemm imsemmi fl-Artikolu 33;

(i)      il-qrati kompetenti fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni li quddiemhom jista’ jitressaq ir-rikors għar-reviżjoni skont l-Artikoli 34 (3) jew 36;

(j)      il-miżati tal-qorti għall-ħruġ tal-EAPO kif imsemmija fl-Artikolu 44;

(k)     il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 47.

2.           L-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe tibdil li jsir fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.           Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni kkomunikata lilha skont dan l-Artikolu disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ kwalunkwe mezzi xierqa, b’mod partikolari permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali stabbilit bid-Deċiżjoni 2001/470/KE.

Artikolu 49 Emenda tal-Annessi

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 fir-rigward ta' emendi għall-Annessi.

Artikolu 50 Atti ddelegati

1.           Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.           Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 50 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal pejodu ta' żmien mhux definit mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.           Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 50 tista' tiġi rrevokata f'kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' atti delegati li huma diġà fis-seħħ.

4.           Malli hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.           Att delegat adottat skont l-Artikolu 50 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni la mill-Parlament Eropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jinfurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 51 Monitoraġġ u Reviżjoni

1.           Sa [5 snin wara d-data tal-applikazzjoni tiegħu], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi fih valutazzjoni dwar l-operat tal-proċedura u l-eżekuzzjoni tal-EAPOs fl-Istati Membri.

2.           Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, bi proposti sabiex ikun jista’ jiġi adattat dan ir-Regolament.

3.           L-Istati Membri għandhom jiġbru u jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni informazzjoni dwar

(a)     in-numru ta’ rikorsi għal EAPO, in-numru ta’ każijiet li fihom ingħatat l-ordni u l-ammont kopert b'kull ordni; u

(b)     in-numru ta’ rikorsi għal reviżjoni skont l-Artikoli 34, 35 u 36 u l-eżitu ta’ dawk il-proċeduri.

Kapitolu 6 Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 52 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Għandu japplika minn [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu] bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 48 li għandu japplika minn [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu].

Magħmul fi […],

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS I

ORDNI EWROPEA GĦALL-PRIŻERVAZZJONI TA’ KONT

FORMOLA TAR-RIKORS

(Artikolu 8(1) u Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li joħloq Ordni Ewropea tal-Priżervazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f'materji ċivili u kummerċjali)

Għandha timtela mill-qorti/tribunal

Numru tal-kawża:

Riċevuta mill-qorti/tribunal fi:           ___/___/_____

INFORMAZZJONI IMPORTANTI JEKK JOGĦĠBOK AQRA L-LINJI GWIDA FIL-BIDU TA’ KULL TAQSIMA – DAWN GĦANDHOM JGĦINUK TIMLA DIN IL-FORMOLA

Lingwa

Imla din il-formola bil-lingwa tal-qorti jew tribunal li lilha jew lilu qed tibgħat ir-rikors tiegħek. Innota li l-formola hija disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fuq il-websajt tal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fuq http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/html/index_mt.htm. Dan jista’ jgħinek sabiex timla l-formola fil-lingwa meħtieġa.

Dokumenti ta’ sostenn

Jekk jogħġbok innota li l-formola tar-rikors għandha tkun akkumpanjata bi kwalunkwe dokumenti ta’ sostenn jew evidenza, bħalma huma kuntratti, fatturi, korrispondenza bejn il-partijiet eċċ.

Kopja tal-formola tar-rikors u, fejn ikun meħtieġ, tad-dokumenti ta’ sostenn, se jintbagħtu lill-konvenut wara li l-ordni Ewropea għall-priżervazzjoni tal-kontijiet tkun ġiet implimentata mill-bank. Il-konvenut għandu jkollu l-opportunità li jitlob reviżjoni tal-ordni Ewropea.

1. Qorti/tribunal

F’din il-parti jeħtieġ li tidentifika l-qorti/tribunal li lilha jew lilu qed tagħmel it-talba tiegħek. Lista eżawrjenti ta’ raġunijiet possibbli ta’ ġuriżdizzjoni hija inkluża fil-parti 5.

1.1. Isem: 1.2. Triq u numru/kaxxa postali: 1.3. Belt u kodiċi postali: 1.4. Stat Membru:

L-Awstrija (AT) □ Il-Belġju (BE) □ Il-Bulgarija (BU) □ Ċipru (CY) □ Ir-Repubblika Ċeka (CZ) □ Il-Ġermanja (DE) □ L-Estonja (ES) □ Il-Greċja (EL) □ Spanja (ES) □ Il-Finlandja (FI) □ Franza (FR) □ L-Ungerija (HU) □ L-Irlanda (IE) □ L-Italja (IT) □ Il-Litwanja (LT) □ Il-Lussemburgu (LU) □ Il-Latvja (LV) □ Malta (MT) □ Il-Pajjiżi l-Baxxi (NL) □ Il-Polonja (PL) □ Il-Portugall (PT) □ Ir-Rumanija (RO) □ L-Isvezja (SE) □ Is-Slovenja (SI) □ Is-Slovakkja (SK) □ Ir-Renju Unit (UK) □

2. Rikorrent

Din il-parti għandha tidentifika lilek bħala r-rikorrent u lir-rappreżentant tiegħek, jekk ikun hemm. Innota li m'intix obbligat li tkun rappreżentat minn avukat jew professjonista legali ieħor. F’ċerti Stati jista’ ma jkunx biżżejjed li tindika biss kaxxa postali bħala l-indirizz, u għalhekk għandek tinkludi l-isem tat-triq u n-numru b’kodiċi postali. In-nuqqas ta’ dan jista’ jwassal sabiex id-dokument ma jiġix notifikat.

Taħt "Dettalji oħra" tista’ timla informazzjoni li tgħin fl-identifikazzjoni tiegħek, pereżempju, id-data tat-twelid tiegħek, il-kodiċi ID personali tiegħek jew il-kodiċi tiegħek fir-reġistru tal-kumpaniji.

2.1. Kunjom, l-ewwel isem/l-isem tal-kumpanija jew organizzazzjoni: 2.2. Triq u numru/kaxxa postali: 2.3. Belt u kodiċi postali: 2.4. Pajjiż (jekk Stat Membru, jekk jogħġbok speċifika l-kodiċi tal-pajjiż imniżżla fit-taqsima 1): 2.5. Telefown[30]: 2.6. Posta elettronika[31]

2.7. Rappreżentant tar-rikorrent, jekk ikun hemm, u dettalji tal-kuntatt*: 2.8. Dettalji oħra*:

3. Konvenut

F'din it-taqsima għandek tidentifika l-konvenut u, jekk tkun taf, ir-rappreżentant tiegħu. Innota li l-konvenut mhuwiex obbligat li jkun rappreżentat minn avukat jew minn professjonista legali ieħor.

F’xi Stati Membri jista’ ma jkunx biżżejjed li tagħti biss kaxxa postali bħala l-indirizz, u għalhekk għandek tinkludi l-isem tat-triq u numru b’kodiċi postali. In-nuqqas ta’ dan jista’ jwassal sabiex id-dokument ma jiġix notifikat.

Jekk ma tistax tagħti l-informazzjoni kollha li mhix immarkata bħala fakultattiva(*), inti mitlub tagħti l-informazzjoni addizzjonali fil-parti 4.

3.1. Kunjom, l-ewwel isem, (ismijiet tan-nofs jekk ikun hemm*)/isem tal-kumpanija jew organizzazzjoni: 3.2. Triq u numru/kaxxa postali: 3.3. Belt u kodiċi postali: 3.4. Pajjiż (jekk Stat Membru, jekk jogħġbok speċifika l-kodiċi tal-pajjiż imniżżla fit-taqsima 1): 3.5. Telefown*: 3.6. Posta elettronika*: 3.7. Rappreżentant tal-konvenut, jekk magħruf, u dettalji tal-kuntatt*:

4. Dettalji dwar il-kont bankarju tal-konvenut

Huwa importanti li tagħti kemm jista’ jkun informzzjoni dwar il-kont bankarju tal-konvenut biex tiffranka ż-żmien u l-ispejjeż. Jekk ma tistax tagħti aktar informazzjoni minn dik indikata fit-Taqsima 4.1., l-awtorità kompetenti fl-Istat(i) Membru(i) fejn ikun stabbilit il-kont tipprova tikseb informazzjoni addizzjonjali mill-banek jew inkella minn reġistri pubbliċi eżistenti. Din il-proċedura, madankollu, tieħu xi ftit taż-żmien u jista’ jkollok tħallas xi spejjeż għal din l-informazzjoni.

Jekk tkun trid tippreżerva aktar minn kont wieħed, uża folji addizzjonali.

4.1. Stat Membru fejn jinsab il-kont (jekk jogħġbok speċifika l-kodiċi tal-pajjiż imniżżla fit-taqsima 1): 4.2. L-isem tal-bank

4.3. L-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-bank: Triq u numru/Kaxxa postali, belt u kodiċi postali/pajjiż 4.4. In-numru tal-kont

4.5. Telefown/faks tal-bank*: 4.6. Dettalji oħra dwar it-tip ta' kont*:

Jekk ma tistax tagħti informazzjoni oħra dwar il-kont bankarju ħlief il-pajjiż fejn dan ikun jinstab (4.1.) u jekk ma tkunx taf l-indirizz sħiħ tal-konvenut (ara 3.2. u 3.3. aktar ’il fuq), element addizzjonali ta’ informazzjoni minn dawn li ġejjin ikun meħtieġ:

4.7. Jekk il-konvenut huwa persuna naturali,

4.7.1. Id-data tat-twelid tal-konvenut: 4.7.2. In-numru tal-karta tal-identità nazzjonali tal-konvenut: 4.7.3. In-numru tal-passaport tal-konvenut:

4.8. Jekk il-konvenut huwa persuna ġuridika, in-numru ta' dik il-persuna ġuridika fir-reġistru tan-negozji:

5. Ġuriżdizzjoni

Diġà ksibt sentenza, tranżazzjoni ġudizzjarja, strument awtentiku jew tranżazzjoni ġudizzjarja kontra l-konvenut?

Iva || ¨

Le || ¨

Jekk iva, għaddi għall-kaxxa 6.

Jekk le, agħti l-informazzjoni li ġejja f'din il-kaxxa u mbagħad għaddi għall-kaxxa 7.

Ir-rikors tiegħek għandu jiġi ppreżentat lill-qorti jew lit-tribunal li jkollhom il-ġuriżdizzjoni li jittrattawh. Il-ġuriżdizzjoni għall-ħruġ ta’ Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni tal-Kontijiet tkun tal-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-merti tal-każ skont ir-regoli tal-istrumenti rispettivi tal-liġi Ewropea. Tista’ ssib informazzjoni dwar ir-regoli tal-ġuriżdizzjoni fil-websajt tal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew hawnhekk http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/html/index_mt.htm. Tista’ wkoll tressaq rikors għal Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni tal-Kontijiet b’mod dirett fl-Istat Membru fejn il-kont ikun stabbilit.

Din it-taqsima tinkludi lista mhux eżawrjenti ta’ raġunijiet possibbli għall-ġuriżdizzjoni skont ir-Regolament imsemmi aktar ’il fuq.

Tista’ wkoll tikkonsulta http://ec.europa.eu/civiljustice/glossary/glossary_mt.htm għal spjegazzjoni dwar ċerti termini legali li jintużaw.

5. Għal liema raġuni taħseb li l-qorti/tribunal għandha/għandu ġuriżdizzjoni? ||

5.1. Id-domiċilju tal-konvenut || ¨

5.2. Il-post tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt || ¨

5.3. Il-post fejn iseħħ id-dannu || ¨

5.4. L-għażla tal-qorti/tribunal kif miftiehma mill-partijiet || ¨

5.5. Il-post fejn jinstab il-kont bankarju li jrid jiġi preżervat || ¨

5.6. Raġuni oħra (jekk jogħġbok, speċifika)

6. Sentenza, tranżazzjoni ġudizzjarja jew strument awtentiku eżistenti

6.1. L-isem tal-qorti/tribunal/awtorità oħra: 6.2. Data tad-deċiżjoni: 6.3. Munita: □ Euro (EUR) □ Lev Bulgaru (BGN) □ Koruna Ċeka (CZK) □ Forint Ungeriż (HUF) □ Litas Litwan (LTL) □ Lats Latvjan (LVL) □ Zloty Pollakk (PLN)          □ Lira Sterlina (GBP) □ Leu Rumen (RON) □ Krona Svediża (SEK) □ Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika l-kodiċi ISO): 6.4. L-ammont li l-konvenut irid iħallas lir-rikorrent skont is-sentenza 6.4.1. L-Ammont tal-kapital: 6.4.2. L-interessi mogħtija fis-sentenza: – Ammont:_____     , jew – rata … %. L-interessi għandhom jibdew jiddekorru minn … (jj/xx/ssss) sa … (jj/xx/ssss). □ L-interessi jibdew jiddekorru mid-data tas-sentenza: – rata … %. 6.4.3. L-ispejjeż għandu jbatihom il-konvenut □ Le □ Iva. Jekk jogħġbok speċifika liema spejjeż u indika l-ammont (mitlub jew li fil-fatt intefqu). □ Spejjeż tal-qorti: … □ Spejjeż tal-avukati: …. □ Spejjeż għan-notifika tad-dokumenti: … □ Oħrajn: … 6.5. Nikkonferma li s-sentenza, strument awtentiku jew tranżazzjoni ġudizzjarja għadhom ma twettqux      □ Iva 6.6. Is-sentenza, strument awtentiku jew tranżazzjoni ġudizzjarja huma bl-operat tal-liġi eżegwibbli fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni jew ġew iddikjarati eżegwibbli hemm? □ Le – jekk jogħġbok għaddi għall-kaxxa 8. □ Iva – jekk jogħbok ehmeż             □ iċ-ċertifikat għall-finijiet tal-eżekuzzjoni maħruġ mill-qorti jew l-awtorità kompetenti skont l-istrument applikabbli tal-Unjoni, jew             □ id-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà u mur fil-kaxxa 9. ||

7. L-ammont tat-talba u r-raġunijiet għaliha (ma għandhiex timtela jekk imlejt it-Taqsima 6)

Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni tal-Kontijiet tista’ tingħata jekk tippreżenta l-fatti rilevanti, li jkunu sostanzjati b’mod raġonevoli b’evidenza, sabiex il-qorti tkun sodisfatta li t-talba tiegħek kontra l-konvenut tkun tidher li hija fondata fl-ammont li għalih tkun qed tintalab l-ordni.

7.1. L-ammont tal-kapital tat-talba: 7.2. L-ammont tal-interessi: 7.2.1. Interessi kkalkulati sal-jum tar-rikors: 7.2.2. Rata …% 7.3. Raġunijiet li fuqhom ġiet ibbażata t-talba kontra l-konvenut: 7.4. Lista ta’ evidenza (l-evidenza bil-miktub hija mehmuża):

8. Raġunijiet għaliex hija meħtieġa l-ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni tal-Kontijiet (ma għandhiex timtela jekk irrispondejt 'iva' fit-taqsima 6.5.):

L-Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni tal-Kontijiet tista’ tingħata biss jekk tippreżenta l-fatti rilevanti li l-eżekuzzjoni ta’ titolu eżistenti jew fil-futur kontra l-konvenut x’aktarx tiġi mfixkla jew inkella tkun sostanzjalment aktar diffiċli, b’mod partikolari peress li jkun hemm ir-riskju li l-konvenut jista’ jneħħi, jiddisponi minn jew inkella jaħbi l-assi li jkunu miżmuma fil-kont jew kontijiet bankarji li jrid/u jiġi/u preżervati/i.

8.1. Jeżisti riskju li l-konvenut jista’ jneħħi, jiddisponi minn jew inkella jaħbi l-assi li jkunu miżmuma fil-kont bankarju, jekk inhu hekk agħti aktar informazzjoni dwar is-sitwazzjoni : 8.2. Hemm xi tip ieħor ta’ riskju msemmi fit-test ta’ fuq din il-parti, jekk inhu hekk, agħti aktar informazzjoni: 8.3. Lista ta’ evidenza (l-evidenza bil-miktub hija mehmuża):

9. Qrati oħra li quddiehom tressaq rikors għal miżuri protettivi

Inti għandek tiżvela jekk ressaqtx xi rikors quddiem qorti oħra għal miżura protettiva kontra l-istess konvenut bl-għan li tassigura l-istess drittijiet u għandek iżżomm lill-qorti li quddiemha ressaqt ir-rikors għall-Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni tal-Kontijiet infurmata dwar kwalunkwe Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni tal-Kontijiet jew miżura protettiva oħra li tkun ingħatat skont il-liġi nazzjonali.

9.1. Rikorsi għal Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni tal-Kontijiet oħra 9.1.1. L-isem tal-qorti: 9.1.2. Indirizz tal-qorti 9.1.3. In-numru ta’ referenza tar-rikors: 9.1.4. L-ammont tat-talba huwa l-istess bħal mhu qed jintalab hawnhekk?

□ Iva. □ Le Jekk le, l-ammont li qed jintalab fir-rikors l-ieħor u l-munita:

9.2. Talbiet għal miżura protettiva nazzjonali 9.2.1. L-isem tal-qorti: 9.2.2. Indirizz tal-qorti 9.2.3. In-numru ta’ referenza tar-rikors: 9.1.4. L-ammont tat-talba huwa l-istess bħal mhu qed jintalab hawnhekk?

□ Iva. □ Le Jekk le, l-ammont li qed jintalab fir-rikors l-ieħor u l-munita:

10. Data u firma

Jekk jogħġbok kun ċert li tikteb ismek b’mod ċar u ffirma u niżżel id-data tar-rikors tiegħek fl-aħħar.

B’dan qed nitlob lill-qorti/tribunal tagħti/jagħti Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni tal-Kontijiet kontra l-konvenut abbażi tat-talba tiegħi.

Niddikjara li, safejn naf jien, l-informazzjoni pprovduta hija vera u mogħtija in bona fede.

Magħmul fi :

Data:    ___/___/_____

Isem u firma:

Lista ta’ dokumenti mehmuża ma’ dan ir-rikors:

ANNESS II

ORDNI EWROPEA GĦALL-PRIŻERVAZZJONI TA’ KONT

(L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li joħloq Ordni Ewropea tal-Priżervazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f'materji ċivili u kummerċjali

1.         Qorti tal-oriġini

1.1       Isem:

1.2       Indirizz:

1.3       Triq u numru/kaxxa postali:

1.4       Belt u kodiċi postali:

1.5       Stat Membru

AT □ BE □ BU □CY □ CZ □ DE □ EE □ EL □ ES □ FI □ FR □ HU □ IE □ IT □ LT □ LU □ LV □ MT □ NL □ PL □ PT □ RO □SE □ SI □ SK □ UK □

1.6       Tel./faks/e-mail:

2.         Rikorrent

2.1.      Kunjom u isem/ismijiet/isem tal-kumpanija jew organizzazzjoni:

2.2.      Indirizz:

2.2.1.   Triq u numru/kaxxa postali:

2.2.2.   Belt u kodiċi postali:

2.2.3.   Pajjiż (jekk Stat Membru, jekk jogħġbok speċifika l-kodiċi tal-pajjiż imniżżla fit-Taqsima 1):

3.         Konvenut

3.1.      Kunjom u isem/ismijiet/isem tal-kumpanija jew organizzazzjoni:

3.2.      Indirizz:

3.2.1.   Triq u numru/kaxxa postali:

3.2.2.   Belt u kodiċi postali:

3.2.3.   Pajjiż (jekk Stat Membru, jekk jogħġbok speċifika l-kodiċi tal-pajjiż imniżżla fit-Taqsima 1):

4.         Data u referenza tal-Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni ta’ Kont

4.1.      Data

4.2.      Numru ta’ referenza tal-ordni

5.         Kontijiet bankarji li jridu jiġu preżervati

Il-qorti ordnat li l-kont bankarju li ġej tal-konvenut irid jiġi ppreżervat sal-ammont indikat fil-punt 6.5:

5.1.      Informazzjoni dwar l-ewwel kont bankarju li jrid jiġi ppreżervat

5.1.1.   Stat Membru fejn jinsab il-kont (jekk jogħġbok speċifika l-kodiċi tal-pajjiż imniżżla fit-Taqsima 1):

5.1.2.   Isem u indirizz tal-bank:

5.1.3.   Numru tal-kont bankarju:

5.2.      Informazzjoni dwar it-tieni kont bankarju li jrid jiġi ppreżervat:

5.2.1.   L-Istat Membru fejn il-kont bankarju huwa stabbilit:

5.2.2.   Isem u indirizz tal-bank:

5.2.3.   Numru tal-kont bankarju:

(jekk jogħġbok uża folja separata għal kontijiet oħra)

Meta jkun hemm aktar minn kont bankarju wieħed li jrid jiġi ppreżervat, ir-rikorrent huwa obbligat li jeżegwixxi r-rilaxx ta’ kwalunkwe ammont preżervat li jaqbeż l-ammont indikat fil-punt 6.5. (Artikolu 28(2)).

NOTA: Jekk ir-rikorrent ma setax jagħti informazzjoni oħra għajr l-Istat Membru fejn il-kont huwa stabbilit, din l-ordni tista’ tiġi eżegwita biss jekk l-informazzjoni meħtieġa tinkiseb mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.

6.         Ammont preżervat

6.1.      Munita

□ Euro (EUR) Lev Bulgaru (BGN) □ Koruna Ċeka (CZK) Kroon Estona (EEK) □ Forint Ungeriż (HUF) □ Litas Litwana (LTL) □ Lats Latvjana (LVL) □ Zloty Pollakka (PLN) □ Lira Sterlina (GBP) □ Leu Rumen (RON) □ Krona Svediża (SEK) □ Oħra

(jekk jogħġbok, speċifika l-kodiċi ISO):

6.2.      Ammont tal-kapital:

6.3.      Interessi:

6.4.      Spejjeż (imposti fis-sentenza):

6.5.      Total tal-ammont preżervat:

7.         Sigurtà

7.1.      Ir-rikorrent għandu jipprovdi garanzija?

□ Le

Iva, għall-ammont ta'

Munita

□ Euro (EUR) □ Lev Bulgaru (BGN) □ Koruna Ċeka (CZK) □ Kroon Estona (EEK) □ Forint Ungeriż (HUF) □ Litas Litwana (LTL) □ Lats Latvjana (LVL) □ Zloty Pollakka (PLN) □ Lira Sterlina (GBP) □ Leu Rumen (RON) □ Krona Svediża (SEK) □ Oħra (jekk jogħġbok speċifika l-kodiċi ISO):

7.2       L-eżekuzzjoni għandha tintemm jekk il-konvenut jipprovdi sigurtà fl-ammont ta’:

8.         Spejjeż

8.1.      Munita

□ Euro (EUR) □ Lev Bulgaru (BGN) □ Koruna Ċeka (CZK) □ Kroon Estona (EEK) □ Forint Ungeriż (HUF) □ Litas Litwana (LTL) □ Lats Latvjana (LVL) □ Zloty Pollakka (PLN) □ Lira Sterlina (GBP) □ Leu Rumen (RON) □ Krona Svediża (SEK) □ Oħra (jekk jogħġbok speċifika l-kodiċi ISO):

8.2.      Huwa l-konvenut li għandu jbati l-ispejjeż tal-proċeduri, b’mod sħiħ jew parzjali?

□ Le

□ Iva. Jekk jogħġbok speċifika liema spejjeż u indika l-ammont (mitlub jew impost).

            □ Spejjeż tal-qorti: …

□ Spejjeż tal-avukati: ….

□ Spejjeż għan-notifika tad-dokumenti: …

□ Oħrajn: …

9. Perjodu tal-ordni

L-ordni ssir revokabbli sakemm ir-rikorrent ma jagħtix bidu għall-proċeduri dwar il-merti tal-każ sa …………..(data) [30 jum mid-data tal-ħruġ tal-ordni][32]

Magħmul fi ……………….     Data ………………………..

…………………………….. Firma u/jew timbru

ANNESS III

Dikjarazzjoni mill-Bank

Informazzjoni lill-awtorità kompetenti u lir-rikorrent dwar fondi preżervati bħala riżultat ta’ Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni ta’ Kont

(Art. 27 (1) tar-Regolament (KE) Nru XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li joħloq Ordni Ewropea tal-Priżervazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f'materji ċivili u kummerċjali)

Din l-informazzjoni trid tintbagħat lill-awtorità kompetenti u lir-rikorrent b’mod elettroniku sigur jew bil-posta.

1. Qorti tal-oriġini 1.1. Isem: 1.2. Indirizz: 1.2.1. Triq u numru/kaxxa postali: 1.2.2. Belt u kodiċi postali: 1.2.3. Stat Membru

AT □ BE □ BU □CY □ CZ □ DE □ EE □ EL □ ES □ FI □ FR □ HU □ IE □ IT □ LT □ LU □ LV □ MT □ NL □ PL □ PT □ RO □SE □ SI □ SK □ UK □

2.         Ordni Ewropea mogħtija mill-qorti tal-oriġini

2.1.      Numru ta’ referenza tal-ordni Ewropea:

2.2.      Ammont totali li jrid jiġi preżervat:

3.         Rikorrent

3.1.      Kunjom u isem/ismijiet/isem tal-kumpanija jew organizzazzjoni:

3.2.      Indirizz:

3.2.1.   Triq u numru/kaxxa postali:

3.2.2.   Belt u kodiċi postali:

3.2.3.   Pajjiż (jekk Stat Membru, jekk jogħġbok speċifika l-kodiċi tal-pajjiż imniżżla fit-Taqsima 1):

3.3.      E-mail:

4.         Konvenut

4.1.      Kunjom u isem/ismijiet/isem tal-kumpanija jew organizzazzjoni:

4.2.      Indirizz:

4.2.1.   Triq u numru/kaxxa postali:

4.2.2.   Belt u kodiċi postali:

4.2.3.   Pajjiż (jekk Stat Membru, jekk jogħġbok speċifika l-kodiċi tal-pajjiż imniżżla fit-Taqsima 1):

5.         Fondi preżervati

5.1.      Isem tal-bank:

5.2.      Indirizz tal-bank:

5.3.      Stat Membru (jekk jogħġbok speċifika l-kodiċi tal-pajjiż imniżżla fit-Taqsima 1):

5.4       Tel./fax/e-mail tal-bank:

5.5.      Ammont ta’ flus preżervati:

Magħmul fi ……………….     Data ………………………..

…………………………….. Firma u/jew timbru

 ANNESS IV

RIKORS GĦAL REVIŻJONI

(Art. 34, 35 u 36 tar-Regolament (KE) Nru XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li joħloq Ordni Ewropea tal-Priżervazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f'materji ċivili u kummerċjali)

INFORMAZZJONI IMPORTANTI

Lingwa Imla din il-formola bil-lingwa tal-qorti jew tribunal li lilha jew lilu qed tibgħat ir-rikors tiegħek. Innota li l-formola hija disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fuq il-websajt tal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fuq http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/html/index_mt.htm. Dan jista’ jgħinek sabiex timla l-formola fil-lingwa meħtieġa.

1. Rikorrent 1.1. Kunjom u isem/ismijiet/isem tal-kumpanija jew organizzazzjoni: 1.2. Indirizz: 1.2.1. Triq u numru/kaxxa postali: 1.2.2. Belt u kodiċi postali: 1.2.3. Pajjiż (jekk Stat Membru, jekk jogħġbok speċifika l-kodiċi tal-pajjiż imniżżla fit-Taqsima 2): 2. Qorti tal-oriġini (il-qorti li tkun ħarġet l-Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni ta’ Kont) 2.1. Isem: 2.2. Indirizz: 2.2.1. Triq u numru/kaxxa postali: 2.2.2. Belt u kodiċi postali: 2.2.3. Stat Membru

AT □ BE □ BU □CY □ CZ □ DE □ EE □ EL □ ES □ FI □ FR □ HU □ IE □ IT □ LT □ LU □ LV □ MT □ NL □ PL □ PT □ RO □SE □ SI □ SK □ UK □

3. Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni ta’ Kont: 3.1. Data u numru ta’ referenza:

3.2.      Ammont totali li jrid jiġi preżervat:

4. L-Istat Membru tal-Eżekuzzjoni

Stat Membru fejn ġiet eżegwita l-ordni (jekk jogħġbok speċifika l-kodiċi tal-pajjiż imniżżla fit-Taqsima 2):

5. Rikorrent 5.1. Kunjom u isem/ismijiet/isem tal-kumpanija jew organizzazzjoni: 5.2. Indirizz: 5.2.1. Triq u numru/kaxxa postali: 5.2.2. Belt u kodiċi postali: 5.2.3. Pajjiż (jekk Stat Membru, jekk jogħġbok speċifika l-kodiċi tal-pajjiż imniżżla fit-Taqsima 2):

Rikjesta għal reviżjoni

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, ir-rikors għal reviżjoni tal-Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni tal-Kontijiet għandu jiġi indirizzat lill-qorti tal-oriġini. Dan ikun il-każ jekk tkun trid tqajjem xi oġġezzjonijiet elenkati fit-Taqsima 6 hawn taħt, b’mod partikolari oġġezzjonijiet kontra l-eżistenza jew l-ammont tat-talba jew kontra r-riskju ta’ dissipazzjoni tal-assi.

Jekk tkun trid tqajjem xi oġġezzjonijiet kontra l-proċedura ta’ eżekuzzjoni elenkata fit-Taqsima 7 hawn taħt, b’mod partikolari jekk dawn ikunu jikkonċernaw l-ammonti eżentati mill-eżekuzzjoni, inti għandek tindirizza r-rikors tiegħek lill-qorti fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.

Jekk tkun saret kawża kontrik fil-kapaċità tiegħek bħala konsumatur, impjegat jew bħala persuna assigurata, tkun tista’ tindirizza r-rikors tiegħek għal reviżjoni lill-qorti kompetenti fl-Istat Membru fejn inti jkollok ir-residenza abitwali tiegħek. F’dan il-każ, jekk jogħġbok, immarka l-oġġezzjonijiet li trid tqajjem fit-Taqsima 6 u/jew fit-Taqsima 7 u mmarka l-kaxxa fit-Taqsima 8.

6. rikjesta għal reviżjoni fil-qorti tal-oriġini

N.B. Jekk l-Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni tal-Kontijiet tkun ħarġet fuq il-bażi ta’ sentenza, tranżazzjoni ġudizzjarja jew strument awtentiku eżistenti kontra tiegħek, inti jkollok biss id-dritt li tressaq l-oġġezzjonijiet elenkati fil-punt 6.1.1, 6.1.2 u 6.2.

B’dan jiena qed inressaq rikors għal reviżjoni tal-Ordni Ewropea għaliex (jekk jogħġbok immarka l-kaxxa xierqa)

6.1. Il-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni tal-Kontijiet ma ġewx sodisfatti; għaliex

6.1.1. □ Ir-regolament ma japplikax għat-talba/sentenza tar-rikorrent (Art.2)

6.1.2. □ Il-qorti tal-oriġini ma għandhiex ġuriżdizzjoni (Art. 6 jew Art. 14 (1))

6.1.3. □ It-talba tar-rikorrent hija infondata (Art. 7 (1)), jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet:

6.1.4. □ Ma hemmx ir-riskju tat-tneħħija, l-użu jew il-ħabi tal-fondi miżmuma fil-kont bankarju (Art. 7(2)), jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet:

6.2. □ 6.3. □ Ir-rikorrent kellu jintalab jipprovdi garanzija jew garanzija akbar minn dik ordnata mill-qorti (jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet):

6.4 □ Ir-rikorrent ma tax bidu għall-proċeduri dwar il-merti tal-każ fi żmien 30 ġurnata mid-data tal-ħruġ tal-ordni jew fil-perjodu iqsar ta’ żmien stabbilit mill-qorti emittenti.

7. rikjesta għal reviżjoni fl-istat membru tal-eżekuzzjoni

N.B. Jekk l-Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni tal-Kontijiet inħarġet fuq il-bażi ta’ sentenza, tranżazzjoni ġudizzjarja jew strument awtentiku eżistenti kontra tiegħek, inti ma għandekx id-dritt li tressaq l-oġġezzjonijiet elenkati fil-punt 7.4.

B’dan jiena qed inressaq rikors għal reviżjoni tal-eżekuzzjoni tal-Ordni Ewropea għaliex (jekk jogħġbok immarka l-kaxxa xierqa)

7.1. L-Ordni Ewropea ġiet eżegwita kontra l-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni għaliex:

7.1.1. □ Il-konvenut għandu d-dritt li jeżenta ċertu ammont ta’ flus u issa ġie ppreżervat dak l-ammont ukoll jew parti minnu

7.1.2. □ Il-kont tal-konvenut huwa eżenti mill-eżekuzzjoni skont il-liġi li tirregola l-immunità mill-eżekuzzjoni

7.2. □ L-Ordni Ewropea trid tiġi sospiża għaliex ġiet mogħtija sentenza fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni li ċaħdet it-talba tar-rikorrent.

7.3. □ L-Ordni Ewropea għandha tiġi miċħuda fuq il-bażi li t-tranżazzjoni ġudizzjarja jew l-istrument awtentiku ġew miċħuda fl-Istat Membru tal-oriġini.

7.4. □ Ir-rikorrent ma tax bidu għall-proċeduri dwar il-merti tal-każ fi żmien 30 ġurnata mid-data tal-ħruġ tal-ordni jew fil-perjodu iqsar ta’ żmien stabbilit mill-qorti emittenti.

7.5. □ L-Ordni Ewropea trid tiġi sospiża fuq il-bażi li l-eżegwibbiltà tas-sentenza, it-tranżazzjoni ġudizzjarja jew l-istrument awtentiku ġew sospiżi fl-Istat Membru tal-oriġini.

8. rikjesta għal reviżjoni fl-istat membru tad-domiċilju tal-konvenut

L-Ordni Ewropea għall-Priżervazzjoni tal-Kontijiet inħarġet kontra tiegħi fil-kapaċità tiegħi bħala

□ konsumatur

□ impjegat

□ persuna assigurata.

Magħmul fi : …

Data (jj/xx/ss):

Isem tal-applikant jew tar-rappreżentant awtorizzat

Niddikjara li, safejn naf jien, l-informazzjoni pprovduta hija vera u mogħtija in bona fede.

Firma:

[1]               Adottat fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-10 u l-11 ta’ Diċembru 2009.

[2]               COM(2010) 171, 20.4. 2010.

[3]               ĠU C 33, 31.1. 1998, p. 3.

[4]               ĠU C 12, 15.1 .2001, p. 1.

[5]               ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

[6]               Proposta għal Regolament dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (Riformulazzjoni) - COM (2010) 748, 14.12.2010.

[7]               Plenarja tal-PE tal-10 ta’ Mejju 2011. Dokument JURI 2009/2169(INI) tas-16.2.2011, Relatur Arlene McCarthy (S-D/Renju Unit).

[8]               Kawża 125/79 Denilauler tal-21 ta’ Mejju 1980.

[9]               Fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2010, il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea stabbilixxew il-pjan tagħhom għal "Ewropa 2020", strateġija biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE u jinħolqu aktar tkabbir u impjiegi, http://ec.europa.eu/europe2020/index_mt.htm

[10]             COM (2006) 618.

[11]             "Intejbu l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji fl-Unjoni Ewropea: it-trasparenza tal-assi tad-debitur, is-sekwestru ta’ kontijiet bankarji; l-eżekuzzjoni proviżorju u miżuri protettivi", http://ec.europa.eu/civiljustice/publications/docs/enforcement_judicial_decisions_180204_en.pdf

[12]             "Studju għall-Valutazzjoni tal-Impatt dwar l-abbozz ta’ proposta leġiżlattiva dwar is-sekwestru ta’ kontijiet bankarji", CSES Londra, għadu mhux ippubblikat.

[13]             Tilwim kummerċjali u rkupru transkonfinali tad-djun, disponibbli hawn:    http://ec.europa.eu/yourvoice/ebtp/consultations/2010/cross-border-debt-recovery/index_mt.htm

[14]             Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 861/2007 u l-proċedura ta’ Ordni għall-Ħlas Ewropea stabbilita bir-Regolament (KE) 1896/2006.

[15]             Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - COM (2010) 573 19.10.2010.

[16]             ĠU C , , p. .

[17]             ĠU C 12, 15.1.2001, p. 1.

[18]             COM (2006) 618.

[19]             ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

[20]             ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79.

[21]             ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.

[22]             ĠU L 281, 23.11.1995, p. 319.

[23]             ĠU L 166, 11.6.1998, p. 47.

[24]             ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

[25]             ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6.

[26]             ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

[27]             ĠU L 174, 27.06.2001, p. 25.

[28]             ĠU L 324, 10.12.2007 p. 79.

[29]             ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

[30]             Fakultattiv

[31]             Fakultattiv

[32]             Japplika biss jekk l-ordni tinħareġ qabel ma jibdew il-proċeduri fir-rigward tal-mertu tal-każ