Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 1999/32/KE fir-rigward tal-kontenut ta’ kubrit fil-fjuwils tal-baħar /* KUMM/2011/0439 finali - 2011/0190 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Kuntest ġenerali Il-promozzjoni ta’ ekonomija li tuża
r-riżorsi b’mod iżjed effiċjenti, li tkun aktar ekoloġika u
li tkun iżjed kompetittiva hija fil-qofol tal-istrateġija Ewropa 2020[1]. F’dan
il-kuntest huwa importanti li jitnaqqas aktar it-tniġġis tal-arja
sabiex jittejbu s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u jikkontribwixxi
għall-kisba ta’ Ewropa iżjed sostenibbli. L-azzjonijiet tal-UE matul
dawn l-aħħar għexieren ta’ snin irriżultaw fi tnaqqis
konsiderevoli tal-emissjonijiet tal-biċċa l-kbira tas-sustanzi li
jniġġsu l-arja, fosthom id-diossidu tal-kubrit (SO2),
l-ossidi tan-nitroġenu (NOx), il-komposti organiċi volatili,
l-ammonja u l-materja partikulata (PM). L-akbar sehem ta’ dan it-tnaqqis
inkiseb minn sorsi ta’ emissjonijiet fuq l-art, bħal impjanti industrijali
jew it-trasport bit-triq. L-evidenza turi li tnaqqis ulterjuri ta’ dawn
is-sustanzi li jniġġsu joffri benefiċċji sinifikanti
għas-saħħa taċ-ċittadini tal-UE, l-ambjent, u
l-ekonomija b’mod ġenerali. Storikament, ingħatat inqas attenzjoni
sabiex jiġu indirizzati s-sorsi ta’ emissjonijiet marittimi meta mqabbel
mas-sorsi bbażati fuq l-art. Madankollu, billi l-emissjonijiet marittimi
tas-sustanzi li jniġġsu l-arja jistgħu jivvjaġġaw
distanzi kbar, huma għandhom impatt fuq l-art. Tbassir li sar fl-2005 wera
li mingħajr azzjoni regolatorja ulterjuri, sal-2020 iż-żieda
kontinwa fl-emissjonijiet ta’ SO2 u NOx mis-settur marittimu se
taqbeż l-emissjonijiet totali ta’ dawn is-sustanzi li jniġġsu
mis-sorsi kollha bbażati fuq l-art[2].
Raġunijiet għal u għanijiet
tal-proposta Il-kontenut ta’ kubrit ta' fjuwil likwidu
jiddetermina l-emissjonijiet ta’ SO2 relatati mal-kombustjoni ta’
dak il-fjuwil, kif ukoll il-formazzjoni ta’ materja partikulata (PM) (sekondarja).
Id-Direttiva 1999/32/KE kif emendata, tirregola l-kontenut ta’ kubrit
fil-fjuwils użati mit-trasport marittimu u tinkorpora ċerti regoli,
maqbula taħt l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO),
fil-liġi tal-UE. B’mod partikolari, id-Direttiva tinkorpora regoli
iżjed stretti dwar il-kontenut ta’ kubrit ta' fjuwils tal-baħar li
jkunu se jintużaw f’żoni li jeħtieġu protezzjoni ambjentali
speċjali, iż-Żoni ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet tal-Kubrit[3] (SECAs). Mill-emenda tad-Direttiva fl-2005, u b’appoġġ
qawwi mill-UE, ir-regoli tal-IMO, fost l-oħrajn fir-rigward tal-SO2,
ġew riveduti f’Ottubru 2008. Dawn ir-regoli jinsabu fl-Anness VI
tal-Konvenzjoni dwar it-Tniġġis tal-Baħar 73/78
(l-Anness VI rivedut tal-MARPOL)[4].
Diġà fiż-żmien tal-adozzjoni tal-emenda tad-Direttiva li saret
fl-2005, il-koleġiżlaturi tal-UE, li kienu qed jistennew
il-ħtieġa ta’ iżjed tnaqqis fl-emissjonijiet mit-trasport
marittimu, talbu lill-Kummissjoni biex tirrevedi r-rekwiżiti legali
fir-rigward tal-kontenut ta’ kubrit tal-fjuwils likwidi. Konsistenza ma’ politiki u għanijiet
oħra tal-Unjoni Din il-proposta hija konsistenti
mal-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
(TFUE) u għandha l-għan li tipprovdi livell għoli ta’
protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Barra minn hekk
hija konsistenti mal-Istrateġija UE 2020 u l-inizjattivi ewlenin
assoċjati magħha, b’mod partikolari dawk relatati mal-pjanijiet
direzzjonali għal soċjetà b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju
u l-unjoni tal-innovazzjoni, kif ukoll l-inizjattivi eżistenti tal-UE
għal trasport sostenibbli. 2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Konsultazzjoni pubblika Bi preparazzjoni għal din l-emenda,
il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni online miftuħa għall-partijiet
kollha interessati (fosthom organizzazzjonijiet, l-Istati Membri, NGOs,
il-pubbliku ġenerali) matul il-perjodu
mid-29 ta’ Ottubru 2010 sal-5 ta’ Jannar 2011.
Il-partijiet interessati ntalbu jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar
l-inkorporazzjoni possibbli tal-aħħar regoli rilevanti tal-IMO
fil-leġiżlazzjoni tal-UE. Minbarra l-konsultazzjoni pubblika,
il-Kummissjoni kkonsultat ukoll b’mod regolari lir-rappreżentanti
tal-Istati Membri u partijiet interessati oħra. Il-konsultazzjoni pubblika pproduċiet 244 risposta minn diversi
organizzazzjonijiet. Il-kontribut importanti tal-Anness VI rivedut
tal-MARPOL għat-titjib tal-kwalità tal-arja fl-UE ġie rikonoxxut
b’mod estensiv mill-partijiet kollha interessati. Skont il-maġġoranza
ta' dawk li wieġbu, id-dispożizzjonijiet tal-UE dwar
it-teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għandhom jiġu
allinjati mal-Anness VI rivedut tal-MARPOL. Il-firxa wiesgħa ta’
miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għandha fil-fehma
tagħhom titħalla, filwaqt li jiġu żgurati salvagwardji
xierqa għall-ambjent. B’mod ġenerali dawk li wieġbu qablu wkoll
li t-tisħiħ u l-armonizzazzjoni tal-monitoraġġ u l-infurzar
tal-istandards dwar il-kubrit huwa strument importanti li jiżgura li
jinkiseb it-titjib ambjentali intenzjonat. Xi partijiet interessati esprimew
tħassib dwar l-ispejjeż tar-rekwiżiti l-ġodda u r-riskju
potenzjali tal-bidliet modali (mit-trasport marittimu fuq distanzi qosra
għal trasport bit-trakkijiet), b’mod partikolari f’żoni fejn
l-istandards dwar il-kubrit huma iżjed stretti (SECAs). Oħrajn
enfasizzaw il-ħtieġa għal azzjoni immedjata tal-UE sabiex
tinkoraġġixxi r-rispons mill-industrija u tissalvagwardja
l-benefiċċji ambjentali tal-Anness VI rivedut tal-MARPOL. Informazzjoni iżjed dettaljata dwar
ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika hija ppreżentata
fil-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja din il-proposta[5]. Għarfien espert estern u informazzjoni
pubblika Saru diversi studji b’appoġġ
għax-xogħol ta' tħejjija li wassal għal din il-proposta. Dawn
l-istudji saru disponibbli malli tlesta s-sit elettroniku tal-Kummissjoni
ddedikat għall-politiki dwar l-emissjonijiet mit-trasport marittimu: http://ec.europa.eu/environment/air/transport/ships_directive.htm. Ir-riżultati tal-valutazzjoni
tal-impatt Il-valuri tal-limiti internazzjonali
l-ġodda għall-kontenut tal-kubrit tal-fjuwils tal-baħar huma
mistennija li jnaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet tad-diossidi tal-kubrit
mis-settur marittimu. Dan se jikkontribwixxi b’mod konsiderevoli sabiex
jintlaħqu l-miri ambjentali ġenerali ddikjarati fl-Istrateġija
Tematika tal-2005 dwar it-Tniġġis tal-Arja kif ukoll l-għanijiet
speċifiċi indikati fid-Direttiva. Barra minn hekk se jipproduċi
benefiċċji anċillari importanti f’termini ta’ tnaqqis
tal-materja partikulata u l-NOx (prekursur importanti tal-ożonu fil-livell
tal-art). Huwa essenzjali li dawn il-benefiċċji previsti
jseħħu, mhux l-anqas sabiex tiġi promossa l-konformità mal-valuri
tal-limitu eżistenti dwar il-kwalità tal-arja tal-ambjent. Il-valutazzjoni tal-impatt tikkonferma
l-kosteffettività tal-allinjament sħiħ tad-Direttiva mal-istandards
aktar stretti tal-IMO dwar il-fjuwils u r-regoli dwar il-metodi ta’ tnaqqis
tal-emissjonijiet. Skont is-sejbiet tagħha, ir-reviżjoni tal-2008
tal-Anness VI tal-MARPOL toffri madwar EUR 15 sa EUR 34 biljun
f’benefiċċji għall-UE f’titjib fis-saħħa u tnaqqis
fil-mortalità. L-ispejjeż tal-implimentazzjoni tar-reviżjoni jvarjaw
minn EUR 2.6 sa EUR 11-il biljun. Bħala tali, ir-reviżjoni
toffri benefiċċji li huma minn tlieta sa tlettax-il darba akbar
mill-ispejjeż. Minbarra l-allinjament tad-Direttiva
mar-regoli tal-IMO, il-valutazzjoni tal-impatt tirrakkomanda li tinżamm
ir-rabta bejn l-istandards aktar stretti għall-fjuwils fis-SECAs u dawk
applikabbli għall-vapuri tal-passiġġieri fuq servizz regoli
barra s-SECAs. Madankollu, l-introduzzjoni ta’ standard SECA ġdid
għall-vapuri tal-passiġġieri se tiġi ttardjata b’ħames
(5) snin sabiex jiġu evitati problemi potenzjali bid-disponibbiltà
tal-fjuwil. Il-proporzjonijiet tal-benefiċċji u l-kostijiet għal
din l-għażla jvarjaw minn 1.5 sa 6 (jekk l-istandard ta’ 0.1%
jiddaħħal fl-2020) u minn 0.8 sa 10 (jekk l-istandard ta’ 0.1 %
jiddaħħal fl-2025). Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-impatt
analizzat il-kwistjonijiet identifikati matul ir-reviżjoni tad-Direttiva.
B’mod partikolari, hija wriet li jeżistu ċerti dgħufijiet
fid-dispożizzjonijiet dwar l-infurzar tad-Direttiva (b’mod partikolari
fir-rigward tat-teħid ta’ kampjuni u r-rappurtar). Il-valutazzjoni
tal-impatt tissuġġerixxi li l-ewwel tiġi żviluppata gwida
dwar il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tad-Direttiva u, jekk dan
l-approċċ ifalli, tiġi kkunsidrata l-adozzjoni ta’ regoli
vinkolanti. Fl-aħħar nett, il-valutazzjoni
tal-impatt tirrakkomanda wkoll li l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri
jużaw u, fejn ikun possibbli u meħtieġ, jadattaw l-istrumenti
eżistenti, sabiex jgħinu lill-industrija fit-tranżizzjoni lejn
l-aqwa standards teknoloġiċi ġodda disponibbli, inklużi
dawk maqbula fl-IMO jew organizzazzjonijiet oħra rilevanti (b’mod
partikolari għall-NOx, il-PM, u l-GHG). 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Sommarju tal-azzjoni proposta L-għan ta’ din il-proposta huwa li
tiġi riveduta d-Direttiva 99/32/KE dwar il-kontenut tal-kubrit ta'
ċerti fjuwils likwidi bl-għan li: (1) Tallinja d-Direttiva mar-regoli tal-IMO
dwar l-istandards tal-fjuwils, fosthom l-istandards applikabbli barra s-SECAs. (2) Tallinja d-Direttiva mar-regoli tal-IMO
dwar il-metodi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. (3) Iżżomm ir-rabta bejn
l-istandards aktar stretti dwar il-fjuwils fis-SECAs (li issa
jeħtieġu kontenut massimu ta’ 1.5 % kubrit fil-fjuwil
tal-baħar u mill-2015 - 0.1 %) u dawk applikabbli għall-vapuri
tal-passiġġieri fuq servizz regolari barra s-SECAs (attwalment
1.5 %). (4) Issaħħaħ is-sistema ta’
monitoraġġ u infurzar tal-UE. L-integrazzjoni tal-istandards internazzjonali
dwar il-fjuwils fil-liġi tal-UE ssaħħaħ l-effikaċja
ta’ dawn l-istandards billi dawn ikunu mmonitorjati u infurzati taħt
is-sistema tal-UE, li hija iżjed effettiv mis-sistema tal-infurzar
internazzjonali. L-aċċess estiż propost għal, u
l-promozzjoni tal-użu ta’ metodi innovattivi għat-tnaqqis
tal-emissjonijiet bħala għażla ekwivalenti ta’ konformità,
jindirizzaw it-tħassib dwar l-implikazzjonijiet tal-ispejjeż li
jirriżultaw mir-regoli l-ġodda tal-IMO għal ċerti
industriji. Dan għandu jbaxxi b’mod sinifikanti l-ispejjeż
tal-konformità tal-IMO (b’50 % sa 88 %) u jippromwovi soluzzjonijiet
innovattivi mill-industrija, bi qbil mal-prijoritajiet tal-Istrateġija
Ewropa 2020 u l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Barra
minn hekk, standards aktar stretti dwar il-fjuwils għall-vapuri
tal-passiġġieri fuq servizz regolari, li joperaw l-aktar fil-portijiet
jew qrib il-kosta, jiżguraw titjib tal-kwalità tal-arja fiż-żoni
kostali. L-introduzzjoni tal-istandard aktar strett tal-fjuwils
għall-vapuri tal-passiġġieri sejra tiġi ttardjata
b’ħames (5) snin meta mqabbla mas-SECAs, sabiex jiġu evitati l-problemi
potenzjali bid-disponibbiltà tal-fjuwils. Fl-aħħar nett,
it-tisħiħ tas-sistema ta’ monitoraġġ u infurzar tal-UE huwa
partikolarment importanti meta jitqies li l-istandards konsiderevolment aktar
stretti dwar il-fjuwils u l-ispejjeż assoċjati tal-konformità
jistgħu jżidu l-inċentivi għal evażjoni. Dawn l-azzjonijiet se jiżguraw
implimentazzjoni u infurzar aħjar tad-Direttiva mill-awtoritajiet
nazzjonali u konformità iżjed faċli mill-industrija u għandhom
iwasslu għal livell għoli ta’ ħarsien ambjentali. Bażi legali L-għan primarju tad-Direttiva huwa
l-ħarsien tal-ambjent. Din il-proposta għalhekk hija bbażata fuq
l-Artikolu 192 tat-TFUE. Prinċipju tas-sussidjarjetà Id-dritt tal-UE li tirregola l-kontenut ta’
kubrit ta' fjuwils likwidi li għandhom impatt sinifikanti fuq is-suq
intern u l-ambjent huwa stabbilit fit-TFUE. L-Artikolu 3 tat-TUE jistipula
li "L-Unjoni għandha tistabbilixxi suq intern. Hija għandha
taħdem għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa mibni fuq tkabbir
ekonomiku bilanċjat u stabbiltà tal-prezzijiet, ekonomija soċjali
tas-suq kompetittiva ħafna, intiża li twassal għal livell
massimu ta’ impjieg u progress soċjali, u livell għoli ta’
protezzjoni u ta’ titjib tal-kwalità tal-ambjent". Barra minn hekk, l-Artikolu 191
tat-TFUE jsostni li "Il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha
tikkontribwixxi sabiex […] is-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib
tal-kwalità tal-ambjent, il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem,
l-użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali, il-promozzjoni
ta’ miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jitrattaw problemi ambjentali
reġjonali jew globali […]". Id-dimensjoni globali tat-trasport marittimu u
impatt transkonfinali tat-tniġġis tal-arja rilaxxat mill-kombustjoni
ta’ fjuwils li fihom il-kubrit jesiġu li jiġu stabbiliti regoli
komuni għall-Istati Membri kollha. Fin-nuqqas ta’ regoli bħal dawn,
japplikaw standards nazzjonali differenti għall-vapuri li joperaw
fl-ilmijiet tal-UE. Frammentazzjoni legali bħal din tagħmel
it-tħaddim ta’ industrija tat-trasport marittimu fl-UE kkumplikat
ħafna u jiswa ħafna flus, u għalhekk tgħawweġ is-suq
intern. Hija biss azzjoni armonizzata fil-livell
tal-UE, bis-sistema ta’ monitoraġġ u infurzar tagħha
msaħħa, li tista’ tiżgura implimentazzjoni u applikazzjoni
effettiva tal-istandards internazzjonali tal-fjuwils fl-Istati Membri kollha[6]. Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Artikolu 1 Dan l-Artikolu jispjega kull waħda
mill-emendi proposti għad-Direttiva 1999/32/KE. (1)
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/32/KE
ġie emendat sabiex jadatta d-definizzjonijiet ta’ żejt tad-diżil
tal-baħar u żejt tal-gass tal-baħar skont l-aħħar
standard tal-ISO u sabiex jestendi d-definizzjoni tal-metodu tat-tnaqqis
tal-emissjonijiet u jallinjah mad-definizzjoni tal-ekwivalenti fir-Regolament 4
tal-Anness VI rivedut tal-MARPOL. (2)
L-Artikolu 3 ġie emendat sabiex jirrevedi
d-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut massimu ta’ kubrit taż-żejt
tal-fjuwil tqil wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/75 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar
l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati
tat-tniġġis)[7],
li tirriformula l-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-emissjonijiet
industrijali. (3)
L-Artikolu 3a qed jiżdied biex
jiżgura li l-fjuwils tal-baħar ma jintużawx jew ma
jitqiegħdux fis-suq minn Stati Membri jekk il-kontenut ta' kubrit
jaqbeż l-istandard ġenerali ta' 3.5 % skont il-piż. B'mod
partikolari din id-dispożizzjoni tindirizza r-riskju li l-possibbiltà li
jintuża żejt tal-fjuwil tqil flimkien ma' metodi ta' tnaqqis
tal-emissjonijiet minflok distillati ta' fjuwils b'livell baxx ta' kubrit
tista' tirriżulta fl-użu u t-tqegħid fis-suq ta' fjuwil ta'
kwalità baxxa. Il-metodi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet jippermettu
d-desulfurizazzjoni ta' fjuwil b’livell għoli ta’ kubrit u t-tnaqqis tal-emissjonijiet
ta’ diossidu tal-kubrit fl-arja. Madankollu, jekk għat-tnaqqis
jintuża fjuwil ta’ kwalità baxxa b’kontenut għoli ta’ kubrit, dan
jista’ jirriżulta fir-rimi ta’ drenaġġ ta’ densità għolja u
jkollu effetti negattivi fuq l-ambjent tal-baħar. Il-fatt li tiġi
żgurata kwalità minima tal-fjuwil għandu l-għan ukoll li
jipprevjeni r-riskju ta’ ħsara fil-magna tal-vapuri; (4)
L-Artikolu 4 dwar il-kontenut massimu ta’
kubrit fiż-żejt tal-gass ġie emendat sabiex jitħassru
r-referenzi għad-dati tad-dħul fis-seħħ tal-limiti ta’ kubrit
li ma għadhomx validi. (5)
L-Artikolu 4a ġie emendat biex: –
Tiddaħħal dispożizzjoni ġdida
dwar l-istandard għall-kubrit fil-fjuwils applikabbli barra s-SECAs
("standard ġenerali"); –
L-istandards dwar il-kubrit fil-fjuwils applikabbli
fis-SECAs jiġu allinjati mal-Anness VI rivedut tal-MARPOL; –
Fl-2020 jiddaħħal limitu ta’ kubrit ta'
0.1 % għall-vapuri tal-passiġġieri li joperaw barra
s-SECAs, u b’hekk terġa’ tiġi stabbilita r-rabta tar-rekwiżiti
għall-vapuri tal-passiġġieri li joperaw barra s-SECAs ma’ dawk għas-SECAs; –
Jiġi ċċarat li r-reġistru
tal-fornituri lokali ta’ fjuwil tal-baħar li l-Istati Membri huma
obbligati li jżommu għandu jkun disponibbli għall-pubbliku; –
Jitneħħew ir-referenzi skaduti; –
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li
tiddeżinja SECAs ġodda fuq il-bażi tad-deċiżjoni
tal-IMO. (6)
L-Artikolu 4b ġie emendat sabiex
iħassar l-eżenzjoni mill-obbligu stabbilit fl-Artikolu 4b(1)
għal ċerti bastimenti li joperaw fir-Repubblika Ellenika, billi
l-perjodu li għalih ingħatat skada, u biex jitħassru r-referenzi
għad-dati tad-dħul fis-seħħ tal-limiti tal-kubrit li ma
għadhomx validi. (7)
L-Artikolu 4c ġie emendat u żdiedu
l-Artikoli 4d u 4e sabiex id-Direttiva tiġi allinjata mal-Anness VI
rivedut tal-MARPOL u biex tiġi adattata għall-progress tekniku. B’mod
partikolari, id-Direttiva proposta tesiġi li l-Istati Membri jippermettu
lill-vapuri jużaw metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet bħala
alternattiva għall-użu ta’ fjuwils tal-baħar b’livell baxx ta’
kubrit bil-kundizzjoni li jiksbu kontinwament tnaqqis fl-emissjonijiet
tad-diossidu tal-kubrit li jkunu ekwivalenti għal dawk li jinkisbu
bl-użu ta’ fjuwil b’livell baxx ta’ kubrit. L-użu ta’ metodi tat-tnaqqis
tal-emissjonijiet huwa suġġett ukoll għal ċerti kriterji
sabiex ikun żgurat li dawn il-metodi ma jirriżultawx f'impatti
negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u jkunu
ta' riskju għalihom. Il-kriterji se jiġu stabbiliti jew mill-IMO,
suġġett għal supplimentazzjoni jew emenda
bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni jew, fin-nuqqas tal-istrumenti tal-IMO,
mill-Kummissjoni Ewropea. Il-metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet
għall-użu minn vapuri li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri se
jiġu approvati jew fuq il-bażi tad-Direttiva 96/98/KE
tal-20 ta’ Diċembru 1996 dwar it-tagħmir marittimu[8] jew fuq
il-bażi ta’ din id-Direttiva, mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti
[Sikuri] u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti li ġie
stabbilit bir-Regolament 2099/2002/KE. Il-proċedura u l-kundizzjonijiet
għall-ittestjar ta’ metodi ġodda ta' tnaqqis tal-emissjonijiet
baqgħu l-istess. (8)
L-Artikolu 6 ġie emendat sabiex
jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tispeċifika l-frekwenza
tat-teħid ta’ kampjuni, il-metodi tat-teħid tal-kampjuni u
d-definizzjoni ta’ kampjun rappreżentattiv tal-fjuwil eżaminat kif
ukoll sabiex tistabbilixxi l-kontenut ta’ kubrit u l-proċedura ta’
verifika tal-fjuwil skont l-istandards tekniċi internazzjonali l-aktar
reċenti. (9)
L-Artikolu 7 ġie emendat sabiex
jiċċara l-ambitu tar-rapport, li għandu jiġi sottomess
lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, dwar il-kontenut ta’ kubrit fil-fjuwils
koperti mid-Direttiva u biex jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li
tispeċifika l-format u l-kontenut tar-rapport. L-emenda tallinja wkoll
il-paragrafu 4 tal-Artikolu 7 dwar l-adattamenti
tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva fir-rigward tal-progress
xjentifiku u tekniku mar-regoli l-ġodda ta’ komitoloġija skont
it-Trattat ta’ Lisbona. (10)
L-Artikolu 8 għandu jitħassar billi
jirreferi għal Direttiva li tħassret. (11)
L-Artikolu 9 għandu jitħassar billi
d-Direttiva ma tipprovdix għal atti ta’ implimentazzjoni. (12)
L-Artikolu 9a għandu jiżdied biex
jipprovdi għall-kundizzjonijiet għall-eżerċitar
tas-setgħa, mill-Kummissjoni Ewropea, li tadotta atti ta' delega. Artikolu 2 Dan l-Artikolu jesiġi li l-Istati Membri
jittrasponu d-Direttiva proposta. Artikolu 3 Dan l-Artikolu jikkonċerna d-data
tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva proposta. Artikolu 4 Dan l-Artikolu jindirizza d-Direttiva proposta
lill-Istati Membri. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta ma għandha l-ebda
implikazzjoni baġitarja għall-baġit tal-Unjoni. 5. KUMMENTI OĦRA Il-proposta tal-Kummissjoni hija akkumpanjata
mill-Komunikazzjoni li, fit-taqsima 4, tagħmel suġġerimenti
għal strateġiji ta’ konformità u tiddeskrivi l-għodod
eżistenti u l-miżuri futuri possibbli li jistgħu jgħinu
lill-industrija tilħaq l-isfidi ambjentali tagħha. Il-Kummissjoni tipprevedi wkoll li tikkodifika
d-Direttiva 1999/32/KE u l-emendi sussegwenti tagħha, fosthom din
il-proposta għal emenda, ladarba tiġi adottata mill-Parlament Ewropew
u l-Kunsill. B'hekk id-Direttiva 1999/32/KE tkun tista' tinqara aktar
faċilment u tkun iżjed ċara legalment u tikkontribwixxi
għall-kisba tal-istrateġija tal-UE għal regolamentazzjoni
aħjar. 2011/0190 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 1999/32/KE
fir-rigward tal-kontenut ta’ kubrit fil-fjuwils tal-baħar
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1)
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea[9], Wara t-trażmissjoni tal-abbozz ta’ att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[10],
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[11], Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1)
Il-politika ambjentali tal-Unjoni, kif stabbilita
fil-programmi ta’ azzjoni dwar l-ambjent u b’mod partikolari s-Sitt Programm
ta’ Azzjoni Ambjentali li ġie adottat bid-Deċiżjoni
Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12], għandha bħala
wieħed mill-għanijiet tagħha l-kisba ta’ livelli ta’ kwalità
tal-arja li ma joħolqux impatti negattivi sinifikanti fuq
is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kif ukoll li ma jkunux ta' riskju
għalihom. (2)
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE
tas-26 ta’ April 1999 dwar it-tnaqqis fil-kontenut tal-kubrit
f’ċerti karburanti [fjuwils] likwidi u li temenda d-Direttiva 93/12/KEE[13] tistabbilixxi l-kontenut
massimu permess ta’ kubrit ta' żejt tal-fjuwil tqil, iż-żejt
tal-gass u ż-żejt tal-gass tal-baħar użati fl-Unjoni. (3)
L-emissjonijiet mit-trasport marittimu
minħabba l-kombustjoni ta’ fjuwils tal-baħar b’kontenut għoli
ta’ kubrit jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-arja fil-forma ta’
diossidu tal-kubrit u materja partikulata, li jagħmlu ħsara
lis-saħħa tal-bniedem u jikkontribwixxu
għall-aċidifikazzjoni. (4)
Skont id-Direttiva 1999/32/KE, il-Kummissjoni
trid tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni
tad-Direttiva u tressaq kwalunkwe proposta għal emendi, b’mod partikolari
fir-rigward tat-tnaqqis tal-limiti ta’ kubrit għall-fjuwil tal-baħar
f’Żoni ta’ Kontroll għall-Emissjonijiet tal-SOx (SECAs), billi
tikkunsidra l-ħidma fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali
(IMO). (5)
Fl-2008, ġiet adottata Riżoluzzjoni
sabiex jiġi emendat l-Anness VI tal-Protokoll tal-1997 sabiex jemenda
l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis
mill-Vapuri, 1973, kif modifikata mill-Protokoll tal-1978 relatat magħha
(minn hawn ’il quddiem MARPOL), li tinkludi regolament għall-prevenzjoni
tat-tniġġis tal-arja mill-vapuri. L-Anness VI rivedut tal-MARPOL
daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2010. (6)
L-Anness VI rivedut tal-MARPOL
jintroduċi, fost l-oħrajn, limiti aktar stretti għall-kubrit
tal-fjuwils tal-baħar fis-SECAs (1.00 %
mill-1 ta’ Lulju 2010 u 0.10 %
mill-1 ta’ Jannar 2015) kif ukoll fiż-żoni
tal-baħar barra s-SECAs (3.5 % mill-1 ta’ Jannar 2012
u, fil-prinċipju, 0.50 % mill-1 ta’ Jannar 2020).
Il-maġġoranza tal-Istati Membri huma obbligati jesiġu li l-vapuri
jużaw fjuwil b’kontenut ta’ kubrit ta’ mhux aktar minn 1.00 %
fis-SECAs mill-1 ta’ Lulju 2010 fuq il-bażi tal-impenji
internazzjonali tagħhom. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza
mal-liġi internazzjonali kif ukoll sabiex jiġi żgurat infurzar
korrett tal-istandards il-ġodda għall-kubrit li ġew stabbiliti
b’mod globali fl-Unjoni, id-dispożizzjonijiet
tad-Direttiva 1999/32/KE għandhom jiġu allinjati
mal-Anness VI rivedut tal-MARPOL. Sabiex tiġi żgurata l-kwalità
minima tal-fjuwil użat mill-vapuri għal konformità abbażi
tal-fjuwil jew tat-teknoloġija, ma għandux jitħalla jintuża
jew jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni fjuwil tal-baħar li l-kontenut ta’
kubrit tiegħu jaqbeż l-istandard ġenerali ta’ 3.5 % skont
il-massa. (7)
Il-vapuri tal-passiġġieri joperaw l-aktar
fil-portijiet jew qrib żoni kostali u l-impatti tagħhom fuq
is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent huma sinifikanti. Dawk il-vapuri
huma meħtieġa jużaw fjuwil tal-baħar bl-istess kontenut
massimu ta’ kubrit kif applikabbli fis-SECAs (1.5 %). Minħabba li se
japplikaw standards aktar stretti dwar il-kubrit fis-SECAs, huwa
ġustifikat mill-ħtieġa li tittejjeb il-kwalità tal-arja madwar
il-portijiet u l-kosti fit-territorji mhux SECA li l-istess standards japplikaw
għall-vapuri tal-passiġġieri. Madankollu, l-introduzzjoni ta’
standard SECA ġdid għall-vapuri tal-passiġġieri se
tiġi ttardjata b’ħames (5) snin sabiex jiġu evitati problemi
potenzjali bid-disponibbiltà tal-fjuwil. (8)
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet
tad-Direttiva 1999/32/KE huwa meħtieġ infurzar xieraq
tal-obbligi fir-rigward tal-kontenut ta’ kubrit fil-fjuwils tal-baħar.
L-esperjenza mill-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva wriet li hemm
bżonn ta’ sistema aktar b’saħħitha ta’ monitoraġġ u
infurzar sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni tajba tad-Direttiva.
Għal dak il-għan, huwa meħtieġ li l-Istati Membri
jiżguraw teħid ta’ kampjuni suffiċjentement frekwenti u
preċiż tal-fjuwil tal-baħar li jitqiegħed fis-suq jew li
jintuża abbord il-vapuri kif ukoll verifika regolari tar-reġistri li
jinżammu abbord il-vapuri u n-noti ta’ kunsinna tal-bunker.
Jeħtieġ ukoll li jistabbilixxu sistema ta’ sanzjonijiet effettivi,
proporzjonati u dissważivi għan-nuqqas ta’ konformità
mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/32/KE. Sabiex tkun
żgurata trasparenza akbar tal-informazzjoni, huwa xieraq ukoll li
jiġi pprovdut li r-reġistru tal-fornituri lokali ta’ fjuwil
tal-baħar ikun disponibbli b’mod pubbliku. (9)
Ir-rappurtar mill-Istati Membri skont
id-Direttiva 1999/32/KE rriżulta insuffiċjenti għall-iskop
ta’ verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva
minħabba n-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet armonizzati u
suffiċjentement preċiżi dwar il-kontenut u l-format tar-rapporti
tal-Istati Membri. Għalhekk, huma meħtieġa indikazzjonijiet
aktar dettaljati dwar il-kontenut u l-format tar-rapport sabiex ikun
żgurat rappurtar iżjed armonizzat. (10)
Wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010
dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati
tat-tniġġis)[14],
li tirriformula l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-emissjonijiet
industrijali, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet
tad-Direttiva 1999/32/KE dwar il-kontenut massimu ta’ kubrit
taż-żejt tal-fjuwil tqil jiġu riveduti skont dan. (11)
Il-konformità mal-limiti baxxi ta’ kubrit fil-fjuwils,
b’mod partikolari fis-SECAs, tista’ twassal għal żieda sinifikanti
fil-prezz tal-fjuwils tal-baħar, tal-anqas fuq perjodu qasir, u jista’
jkollha effett negattiv għall-kompetittività tat-trasport marittimu fuq
distanzi qosra meta mqabbel ma’ modi oħra tat-trasport kif ukoll
għall-kompetittività tal-industriji fil-pajjiżi ta’ madwar is-SECAs.
Huma meħtieġa soluzzjonijiet xierqa sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż
tal-konformità għall-industriji affettwati, ngħidu aħna li jkunu
jistgħu jintużaw metodi alternattivi, iżjed kosteffettivi ta’
konformità mill-konformità fuq il-bażi tal-fjuwil u jiġi pprovdut
appoġġ, meta jkun meħtieġ. Il-Kummissjoni, abbażi ta'
fost l-oħrajn rapporti mill-Istati Membri, se tissorvelja mill-qrib
l-impatti tal-konformità tas-settur tat-trasport marittimu mal-istandards
il-ġodda tal-kwalità tal-fjuwil, b'mod partikolari f'dak li għandu
x'jaqsam ma' tranżizzjoni modali (modal backshift) mit-trasport
bil-baħar lura għal dak ibbażat fuq l-art. (12)
Għandu jiġi ffaċilitat
l-aċċess għal metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet. Dawn
il-metodi jistgħu jipprovdu tnaqqis fl-emissjonijiet tal-anqas ekwivalenti
jew, saħansitra akbar minn dak li jista’ jinkiseb bl-użu ta’ fjuwils
b’livell baxx ta’ kubrit, bil-kundizzjoni li ma jkollhomx effetti negattivi sinifikanti
fuq l-ambjent, bħall-ekosistemi tal-baħar, u li jiġu
żviluppati suġġett għal mekkaniżmi xierqa ta’
approvazzjoni u kontroll. Il-kriterji għall-użu ta’ metodi ta'
tnaqqis tal-emissjonijiet għandhom jiġu stabbiliti jew mill-IMO,
suġġetti għal supplimentazzjoni jew emendar
bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni jew, fin-nuqqas tal-istrumenti tal-IMO,
mill-Kummissjoni Ewropea. Il-metodi alternattivi diġà magħrufa,
bħall-użu ta’ sistemi abbord għat-tindif tal-gass tal-egżost
jew it-taħlita ta’ fjuwil u gass naturali likwifikat (LNG) għandhom
jiġu rikonoxxuti fl-Unjoni. Huwa importanti li jiġi promoss
l-ittestjar u l-iżvilupp ta’ metodi ġodda għat-tnaqqis
tal-emissjonijiet. (13)
Sabiex tiġi deċiża d-data
tal-applikazzjoni tal-limitu ta’ 0.50 % kubrit, sabiex jiġu ddeżinjati
SECAs ġodda, biex jiġu approvati metodi alternattivi ġodda
għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u sabiex jiġu stabbiliti
l-kundizzjonijiet xierqa għall-użu tagħhom, sabiex jiġi
żgurat monitoraġġ xieraq tal-kontenut ta’ kubrit tal-fjuwils u
l-kontenut u l-format armonizzat tar-rapporti tal-Istati Membri u sabiex
id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jiġu adattati għall-progress
xjentifiku u tekniku, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi
delegat lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tad-data minn
meta għandu japplika fl-Unjoni l-kontenut massimu ta’ kubrit fil-fjuwils
ta’ 0.50 % skont il-massa, id-deżinjazzjoni ta’ SECAs ġodda fuq
il-bażi tad-deċiżjoni tal-IMO, l-approvazzjoni ta’ metodi
ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li mhumiex koperti bid-Direttiva
96/98/EC[15]
u l-istabbiliment, is-supplimentazzjoni u l-emendar tal-kundizzjonijiet
għall-użu tagħhom, l-ispeċifikazzjoni tal-mezzi
għat-teħid ta’ kampjuni u l-monitoraġġ tal-emissjonijiet u
l-kontenut u l-format tar-rapport u l-emenda tal-Artikolu 2,
il-punti 1, 2, 3, 3a, 3b u 4 jew l-Artikolu 6 l-paragrafu 1(a) u 2
fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku u, fejn ikun rilevanti, l-istrumenti
tal-IMO. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet
xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’
esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti ta'
delega, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u
xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. (14)
Huwa xieraq li l-Kumitat eżistenti dwar
l-Ibħra Protetti [Sikuri] u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn
Bastimenti li ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li
jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti [Sikuri] u l-Prevenzjoni ta’
Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar
is-sigurtà [sikurezza] marittima u l-prevenzjoni ta’ tniġġis minn
bastimenti[16]
jgħin lill-Kummissjoni fl-approvazzjoni tat-teknoloġiji tat-tnaqqis
tal-emissjonijiet li mhumiex koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE
tal-20 ta’ Diċembru 1996 dwar it-tagħmir marittimu[17]. Id-Direttiva 1999/32/KE
għalhekk għandha tiġi emendata skont dan, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 1999/32/KE hija emendata kif
ġej: 1. L-Artikolu 1(2) il-punt
(h) għandu jinbidel b’dan li ġej: "(h) fjuwils użati abbord
bastimenti li jużaw metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet skont
l-Artikoli 4c u 4e." 2. L-Artikolu 2 huwa
emendat kif ġej: (a) il-punti 3a u 3b għandhom
jinbidlu b’dan li ġej: "'3a. żejt tal-fjuwil
tal-baħar tfisser kwalunkwe fjuwil tal-baħar kif iddefinit
għall-grad DMB fit-Tabella I tal-ISO 8217 bl-eċċezzjoni
tar-referenza għall-kontenut ta’ kubrit; 3b. żejt tal-gass tal-baħar
tfisser kwalunkwe fjuwil tal-baħar kif iddefinit għall-gradi DMX, DMA
u DMZ fit-Tabella I tal-ISO 8217 bl-eċċezzjoni
tar-referenza għall-kontenut ta’ kubrit;" (b) il-punt 3m għandu jinbidel b’dan li
ġej: '3m. metodu ta' tnaqqis tal-emissjonijiet
tfisser kwalunkwe attrezzatura, materjal, apparat jew strument li għandhom
jitwaħħlu fuq vapur jew proċedura oħra, fjuwil alternattiv,
jew metodu ta’ konformità, użat bħala alternattiva għal fjuwil
tal-baħar b’livell baxx ta’ kubrit li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati
f’din id-Direttiva, u li jista’ jiġi vverifikat, ikkwantifikat u
infurzat;" 3. L-Artikolu 3 huwa
emendat kif ġej: (a) il-paragrafi 1 u 2 għandhom
jinbidlu b’dan li ġej: "1. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li ma jintużawx żjut tal-fjuwil tqal fit-territorju
tagħhom jekk il-kontenut ta’ kubrit tagħhom jaqbeż 1 %
skont il-massa. 2.
Sal-31 ta’ Diċembru 2015, suġġett għal
monitoraġġ xieraq tal-emissjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti,
ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1 ma għandux japplika
għal żjut tal-fjuwil tqal użati: (a) f’impjanti ta’ kombustjoni li jaqgħu
fl-ambitu tad-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*[DQC1] , li huma
suġġetti għall-Artikolu 4(1), 4(2) jew 4(3)(a) ta’ dik
id-Direttiva u li huma konformi mal-limiti ta’ emissjonijiet ta’ diossidu
tal-kubrit għal tali impjanti kif stipulat f’dik id-Direttiva; (b) f’impjanti ta’ kombustjoni li jaqgħu
fl-ambitu tad-Direttiva 2001/80/KE, li huma suġġetti
għall-Artikolu 4(3)(b) u 4(6) ta’ dik id-Direttiva u li
l-emissjonijiet medji tagħhom ta’ diossidu tal-kubrit fix-xahar ma
jaqbżux 1 700 mg/Nm³ f’kontenut ta’ ossiġenu fil-gass mit-tromba
taċ-ċumnija ta’ 3 % skont il-volum fi stat niexef; (c) f’impjanti ta’ kombustjoni li ma
jaqgħux taħt il-punti (a) jew (b), u li l-emissjonijiet medji
tagħhom ta’ diossidu tal-kubrit fix-xahar ma jaqbżux 1 700 mg/Nm³
f’kontenut ta’ ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija ta’
3 % skont il-volum fi stat niexef; (d) għal kombustjoni f'raffineriji, fejn
il-medja fix-xahar ta’ emissjonijiet ta’ diossidu tal-kubrit mifruxa fuq
l-impjanti ta’ kombustjoni kollha fir-raffinerija, irrispettivament mit-tip ta’
fjuwil jew taħlita ta’ fjuwils li tintuża, iżda li ma tinkludix
impjanti li jaqgħu taħt il-punti (a) u (b), turbini tal-gass u magni
li jaħdmu bil-gass, ma taqbiżx 1 700 mg/Nm3
f’kontenut ta’ ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija ta’
3 % skont il-volum fi stat niexef. Mill-1 ta’ Jannar 2016,
suġġett għal monitoraġġ xieraq tal-emissjonijiet
mill-awtoritajiet kompetenti, ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1 ma
għandux japplika għal żjut tal-fjuwil tqal użati: (a) f’impjanti ta’ kombustjoni li jaqgħu
fl-ambitu tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill**[DQC2] , u li huma
konformi mal-limiti ta’ emissjonijiet ta’ diossidu tal-kubrit għal tali
impjanti kif stipulat fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva jew, fejn dawk
il-valuri tal-limitu ta’ emissjonijiet ma jkunux applikabbli skont dik
id-Direttiva, li l-emissjonijiet medji tagħhom ta’ diossidu tal-kubrit
fix-xahar ma jaqbżux 1 700 mg/Nm³ f’kontenut ta’ ossiġenu
fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija ta’ 3 % skont il-volum fi stat
niexef; (b) f’impjanti ta’ kombustjoni li ma
jaqgħux taħt il-punt (a), u li l-emissjonijiet medji tagħhom ta’
diossidu tal-kubrit fix-xahar ma jaqbżux 1 700 mg/Nm3
f’kontenut ta’ ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija ta’
3 % skont il-volum fi stat niexef; (c) għal kombustjoni f'raffineriji, fejn
il-medja fix-xahar ta’ emissjonijiet ta’ diossidu tal-kubrit mifruxa fuq
l-impjanti ta’ kombustjoni kollha fir-raffinerija, irrispettivament mit-tip ta’
fjuwil jew taħlita ta’ fjuwils li tintuża, iżda li ma tinkludix
impjanti li jaqgħu taħt il-punt (a), turbini tal-gass u magni li
jaħdmu bil-gass, ma taqbiżx 1 700 mg/Nm3
f’kontenut ta’ ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija ta’
3 % skont il-volum fi stat niexef. L-Istati Membri għandhom jieħdu
l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li kull impjant ta’
kombustjoni li juża żejt tal-fjuwil tqil b’konċentrazzjoni ta’
kubrit ogħla minn dik imsemmija fil-paragrafu 1, ma jitħaddimx
mingħajr permess maħruġ minn awtorità kompetenti, li
tispeċifika l-limiti tal-emissjonijiet." (b) il-paragrafu 3 għandu
jitħassar. 4. Jiddaħħal
l-Artikolu 3a li ġej: "Artikolu 3a Kontenut
massimu ta’ kubrit fil-fjuwils tal-baħar L-Istati Membri għandhom jiżguraw
li ma jintużawx jew jitqiegħdu fis-suq fjuwils tal-baħar
fit-territorju tagħhom jekk il-kontenut ta’ kubrit tagħhom
jaqbeż 3.5 % skont il-massa.' 5. L-Artikolu 4(1)
għandu jinbidel b’dan li ġej: "1. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li ma jintużawx żjut tal-gass fit-territorji
tagħhom jekk il-kontenut ta’ kubrit tagħhom jaqbeż 0.10 %
skont il-massa." 6. L-Artikolu 4a jiġi
emendat kif ġej: (a) it-titolu għandu jinbidel b’dan li
ġej: "Il-kontenut massimu ta’ kubrit fi
fjuwils tal-baħar użati f’ibħra territorjali, żoni
ekonomiċi esklużivi u żoni ta' kontroll tat-tniġġis
tal-Istati Membri, fosthom iż-Żoni ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet
tal-SOx u minn vapuri tal-passiġġieri li joperaw servizzi regolari
lejn u minn portijiet tal-Unjoni" (b) il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan
li ġej: '1. L-Istati Membri għandhom jieħdu
l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li ma
jintużawx fjuwils tal-baħar fiż-żoni tal-ibħra
territorjali tagħhom, żoni ekonomiċi esklużivi u żoni
ta’ kontroll tat-tniġġis li jaqgħu fi ħdan Żoni ta’
Kontroll tal-Emissjonijiet tal-SOx jekk il-kontenut ta’ kubrit ta’ dawk
il-fjuwils skont il-massa jaqbeż: (a)
1.00 %
sal-31 ta’ Diċembru 2014; (b)
0.10 % mill-1 ta’ Jannar 2015. Dan il-paragrafu għandu japplika
għall-bastimenti tal-bnadar kollha, inklużi bastimenti li
l-vjaġġ tagħhom ikun beda barra l-Unjoni. (c) jiddaħħal il-paragrafu 1a
li ġej: "1a. L-Istati Membri għandhom
jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li ma
jintużawx fjuwils tal-baħar fiż-żoni tal-ibħra
territorjali tagħhom, żoni ekonomiċi esklużivi u żoni
ta' kontroll tat-tniġġis jekk il-kontenut ta’ kubrit ta’ dawk
il-fjuwils skont il-massa jaqbeż: (a)
3.50 % mill-1 ta’ Jannar 2012; (b)
0.50 % mill-1 ta’ Jannar 2020. Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 9a ta’ din
id-Direttiva rigward id-data li minnha japplika l-istandard dwar il-kubrit li
hemm stipulat fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu. Fuq il-bażi
tal-valutazzjoni mill-IMO dwar id-disponibbiltà ta’ fjuwil tal-baħar
sabiex jiġi osservat il-kontenut massimu ta’ kubrit fil-fjuwil ta’
0.50 % skont il-massa, li hemm referenza għalih
fir-Regolament 14(8) tal-Anness VI tal-MARPOL, din id-data
għandha tkun l-1 ta’ Jannar 2020 jew
l-1 ta’ Jannar 2025. Dan il-paragrafu għandu japplika
għall-bastimenti kollha tal-bnadar kollha, inklużi l-bastimenti li
l-vjaġġ tagħhom ikun beda barra mill-Unjoni, mingħajr
preġudizzju għall-paragrafi 1 u 4 u l-Artikolu 4b." (d) il-paragrafu 2 għandu jinbidel
b’dan li ġej: "Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 9a ta’ din
id-Direttiva fir-rigward tad-deżinjazzjoni ta’ żoni tal-baħar
bħalma huma ż-Żoni ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet tal-SOx fuq
il-bażi tad-deċiżjoni tal-IMO skont ir-Regolament 14(3)(2)
tal-Anness VI tal-MARPOL." (e) il-paragrafi 4, 5 u 6 għandhom
jinbidlu b’dan li ġej: "4. L-Istati Membri għandhom
jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li ma
jintużawx fjuwils tal-baħar fl-ibħra territorjali tagħhom,
żoni ekonomiċi esklużivi u żoni ta' kontroll
tat-tniġġis li jinsabu barra Żoni ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet
tal-SOx minn vapuri tal-passiġġieri li joperaw servizzi regolari lejn
jew minn kwalunkwe port tal-Unjoni jekk il-kontenut ta’ kubrit ta’ dawk
il-fjuwils skont il-massa jaqbeż: (c)
1.5 %; (d)
0.10 % mill-1 ta’ Jannar 2020. 5. L-Istati Membri għandhom
jesiġu l-mili korrett tar-reġistri li jinżammu abbord il-vapuri,
fosthom l-operazzjonijiet ta’ bdil tal-fjuwil, bħala kundizzjoni
għad-dħul tal-vapuri fil-portijiet tal-Unjoni. 6. L-Istati Membri għandhom,
skont ir-Regolament 18 tal-Anness VI tal-MARPOL: (a)
iżommu reġistru pubblikament disponibbli
tal-fornituri lokali ta’ fjuwils tal-baħar; (b)
jiżguraw li l-kontenut ta’ kubrit fil-fjuwils
tal-baħar kollha mibjugħa fit-territorju tagħhom jiġi
ddokumentat mill-fornitur fuq nota ta’ kunsinna tal-bunker, akkumpanjata minn
kampjun issiġillat u ffirmat mir-rappreżentant tal-vapur li
jirċievi l-fjuwil; (c)
jieħdu azzjoni kontra fornituri ta’ fjuwils
tal-baħar li jkunu nstabu li kkonsenjaw fjuwil li ma jaqbilx
mal-ispeċifikazzjoni indikata fuq in-nota ta’ kunsinna tal-bunker; (d)
jiżguraw li tittieħed azzjoni ta’ rimedju
sabiex kwalunkwe fjuwil tal-baħar li jkun instab li mhux konformi
jinġieb f’konformità." (e)
il-paragrafu 8 għandu jitħassar. 7. L-Artikoli 4b u 4c
għandhom jinbidlu b’dan li ġej: "Artikolu 4b Kontenut
massimu ta’ kubrit fil-fjuwils tal-baħar użati minn vapuri
rmiġġjati f’portijiet tal-Unjoni 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu
l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-bastimenti li
ġejjin ma jużawx fjuwils tal-baħar b’kontenut ta’ kubrit li
jaqbeż 0.10 % bil-massa: (b) vapuri rmiġġjati f’portijiet
tal-Unjoni, filwaqt li jitħalla ħin suffiċjenti
għall-ekwipaġġ sabiex ilesti kwalunkwe operazzjoni
neċessarja ta’ bdil tal-fjuwil kemm jista’ jkun malajr wara
l-irmiġġ u kemm jista’ jkun tard qabel it-tluq. L-Istati Membri għandhom jesiġu li
l-ħin ta’ kwalunkwe operazzjoni ta’ bdil tal-fjuwil jiġi
rreġistrat fir-reġistru li jinżamm abbord il-vapuri. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux
japplika: (a) kull meta, skont l-iskedi ppubblikati,
il-vapuri jkunu ser jibqgħu rmiġġjati għal inqas minn
sagħtejn; (d) għal vapuri li jitfu l-magni kollha
u jużaw netwerk tal-elettriku terrestri waqt li jkunu rmiġġjati
fil-portijiet. 3. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li ma jitpoġġewx żjut tal-gass tal-baħar fis-suq
fit-territorju tagħhom jekk il-kontenut ta’ kubrit ta’ dawk
iż-żjut tal-baħar jaqbeż 0.10 % skont il-massa. "Artikolu 4c Metodi
ta' tnaqqis tal-emissjonijiet 1. L-Istati Membri għandhom
jippermettu l-użu ta’ metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet minn vapuri
tal-bnadar kollha fil-portijiet, l-ibħra territorjali, iż-żoni
ekonomiċi esklużivi u ż-żoni ta’ kontroll
tat-tniġġis tagħhom, bħala alternattiva għall-użu
ta’ fjuwils tal-baħar li jissodisfaw ir-rekwiżiti
tal-Artikoli 4a u 4b, suġġett għad-dispożizzjonijiet
tal-paragrafi 2 u 3. 2. Il-vapuri
li jużaw il-metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet imsemmija
fil-paragrafu 1 għandhom kontinwament jiksbu tnaqqis fl-emissjonijiet
ta’ diossidu tal-kubrit li jkun mill-anqas ekwivalenti għat-tnaqqis li
jinkiseb bl-użu ta’ fjuwils tal-baħar li jissodisfaw
ir-rekwiżiti tal-Artikoli 4a u 4b. L-emissjonijiet
ta’ diossidu tal-kubrit li jirriżultaw mill-użu tal-metodi ta'
tnaqqis tal-emissjonijiet ma għandhomx jaqbżu l-valuri tal-limitu
stipulati fl-Anness 1. 3. Il-metodi
ta' tnaqqis tal-emissjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu
konformi mal-kriterji speċifikati fl-istrumenti msemmija fl-Anness 2.1,
sakemm ma jkunux sostitwiti jew supplimentati mill-kriterji stipulati fl-Anness
2.2. 4. Il-Kummissjoni għandu
jkollha s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 9a
fir-rigward ta’: –
l-emendar jew is-supplimentazzjoni tal-valuri
stipulati fl-Anness 1; –
l-emendar jew is-supplimentazzjoni tal-lista ta’
strumenti msemmija fl-Anness 2.1;
–
l-istabbiliment, l-emendar jew is-supplimentazzjoni
tal-kriterji msemmija fl-Anness 2.2.; u –
rekwiżiti dettaljati
għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet, fejn rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, fost
l-oħrajn, il-progress xjentifiku u teknoloġiku kif ukoll l-istrumenti
u l-istandards rilevanti adottati mill-Organizzazzjoni Marittima
Internazzjonali." 8. Jiddaħħlu
l-Artikoli 4d u 4e li ġejjin: "Artikolu 4d Approvazzjoni
ta’ metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet għall-użu fuq vapuri li
jtajru l-bandiera ta’
Stat Membru 1. Il-metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet li
jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE*[DQC3] għandhom
jiġu approvati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva. 2. Il-metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet li
ma jkunux koperti mill-paragrafu 1 għandhom jiġu approvati skont
il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(2)
tar-Regolament 2099/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-5 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra
Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS)**[DQC4] , billi
jiġu kkunsidrati: (a)
il-linji gwida żviluppati mill-IMO; (b)
ir-riżultati ta’ kwalunkwe prova mwettqa skont
l-Artikolu 4e; (c)
l-effetti fuq l-ambjent, inkluż it-tnaqqis
tal-emissjonijiet li jista’ jinkiseb, u l-impatti fuq ekosistemi f’portijiet u
estwarji magħluqa; (d)
il-fattibbiltà tal-monitoraġġ u
l-verifika." "Artikolu 4e Provi
ta’ metodi ġodda ta' tnaqqis tal-emissjonijiet L-Istati Membri
jistgħu, b’kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra, kif ikun xieraq,
japprovaw il-provi ta’ metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet mill-vapuri, fuq
bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, jew f’żoni tal-baħar li
jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. Matul dawk il-provi,
ma għandux ikun obbligatorju l-użu ta’ fjuwils tal-baħar li
jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 4a u 4b, sakemm jiġu
ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: (1) il-Kummissjoni u kwalunkwe Stat portwali
kkonċernat jiġu nnotifikati bil-miktub mill-anqas sitt xhur qabel
jibdew il-provi; (2) il-permessi għall-provi ma jkunux
għal iżjed minn 18-il xahar; (3) il-vapuri kollha involuti jinstallaw
tagħmir li ma jistax jitbagħbas għall-monitoraġġ
kontinwu tal-emissjonijiet ta’ gass miċ-ċumnija u jużawh matul
il-perjodu kollu tal-prova; (4) il-vapuri kollha involuti jiksbu tnaqqis
fl-emissjonijiet li jkun tal-anqas ekwivalenti għal dak li kieku
jintlaħaq bil-limiti fuq il-kubrit fil-fjuwil speċifikat f’din
id-Direttiva; (5) matul il-perjodu kollu tal-prova jkun hemm
implimentati sistemi tajbin għall-immaniġġjar tal-iskart
għal kwalunkwe skart iġġenerat mill-metodi ta' tnaqqis
tal-emissjonijiet; (6) matul il-perjodu kollu tal-prova ssir stima
tal-impatti fuq l-ambjent tal-baħar, b’mod partikolari fuq ekosistemi
f’portijiet u estwarji magħluqa; (7) ir-riżultati sħaħ jiġu
pprovduti lill-Kummissjoni, u jsiru pubblikament disponibbli fi żmien sitt
xhur mit-tmiem tal-provi." 9. L-Artikolu 6 huwa
emendat kif ġej: (a) il-paragrafu 1 għandu jinbidel
b’dan li ġej: '1. L-Istati Membri għandhom jieħdu
l-miżuri kollha meħtieġa biex jiċċekkjaw permezz ta’
teħid tal-kampjuni li l-kontenut ta’ kubrit fil-fjuwils użati huwa
konformi mal-Artikoli 3, 3a, 4, 4a u 4b. It-teħid tal-kampjuni
għandu jibda fid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-limitu
rilevanti għall-kontenut massimu ta’ kubrit fil-fjuwil. Dan għandu
jsir bi frekwenza suffiċjenti u b’mod li l-kampjuni jkunu
rappreżentattivi tal-fjuwil eżaminat, u fil-każ ta’ fjuwil
tal-baħar, tal-fjuwil li jkun qiegħed jintuża mill-bastimenti
waqt li jkunu f’żoni tal-baħar jew f’portijiet rilevanti. Għandhom jintużaw kull wieħed
mill-mezzi li ġejjin ta’ teħid tal-kampjuni, analiżi u spezzjoni
ta’ fjuwils tal-baħar: (a) it-teħid ta’ kampjuni tal-fjuwil
tal-baħar għal kombustjoni abbord waqt li jkun qed jiġi
kkonsenjat lill-vapuri, skont il-Linji gwida għat-teħid ta’ kampjuni
ta’ żejt tal-fjuwil sabiex tiġi ddeterminata l-konformità tiegħu
mal-Anness VI rivedut tal-MARPOL*[DQC5] , u
analiżi tal-kontenut ta’ kubrit tiegħu; (b) it-teħid ta’ kampjuni u analiżi
tal-kontenut ta’ kubrit ta' fjuwils tal-baħar għal kombustjoni abbord
li jkun jinsab f’tankijiet u f’kampjuni tal-bunker issiġillati abbord
il-vapuri; (c) l-ispezzjoni tar-reġistri li
jinżammu abbord il-vapuri u n-noti ta’ kunsinna tal-bunker. Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 9a fir-rigward
ta’: (i) il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni; (ii) il-metodi ta’ teħid tal-kampjuni; (iii) id-definizzjoni ta’ kampjun
rappreżentattiv tal-fjuwil eżaminat; (iv) l-informazzjoni li għandha tiġi
inkluża fir-reġistri li jinżammu abbord il-vapuri u fin-noti ta’
kunsinna tal-bunker." (b) il-paragrafu 1a għandu
jitħassar. (c) il-paragrafu 2 għandu jinbidel
b’dan li ġej: '2. Il-metodu
ta’ referenza adottat sabiex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ kubrit
għandu jkun il-metodu ISO 8754 (2003). Sabiex jiġi stabbilit jekk il-fjuwil
tal-baħar ikkonsenjat lill-vapuri u użat abbord dawn il-vapuri huwiex
konformi mal-limiti ta’ kubrit meħtieġa skont l-Artikoli 3, 3a,
4, 4a u 4b għandha tintuża l-Proċedura ta’ Verifika tal-Fjuwil għall-Kampjuni
ta’ Żejt tal-Fjuwil skont l-Anness VI tal-MARPOL**[DQC6] ." 10. L-Artikolu 7 huwa emendat
kif ġej: (a) il-paragrafu 1 għandu jinbidel
b’dan li ġej: "1. Fuq il-bażi tar-riżultati
tat-teħid ta’ kampjuni, analiżi u spezzjonijiet imwettqa skont
l-Artikolu 6, l-Istati Membri għandhom, sat-30 ta’ Ġunju ta’
kull sena, jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar il-konformità
mal-istandards tal-kubrit stipulati f’din id-Direttiva għas-sena
preċedenti." (b) jiddaħħal il-paragrafu 1a
li ġej: "1a. Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 9a rigward
l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport u l-format
tar-rapport." (c) il-paragrafi 2 u 3 għandhom
jitħassru. (d) il-paragrafu 4 għandu jinbidel
b’dan li ġej: "4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ta'
delega skont l-Artikolu 9a fir-rigward tal-adattamenti
tal-Artikolu 2, il-punti 1, 2, 3, 3a, 3b u 4, l-Artikolu 6
l-paragrafu 1(a) u (2) għall-progress xjentifiku u tekniku." 11. L-Artikolu 8 għandu
jitħassar. 12. L-Artikolu 9 għandu
jitħassar. 13. Jiddaħħal
l-Artikolu 9a li ġej: "Artikolu 9a Eżerċizzju
tad-delega 1. Is-setgħa
li tadotta atti ta' delega hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġett
għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu. 2. Id-delega
tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4a(1a) u (2), 4c(4), 6(1), 7(1a) u
7(4) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’
żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’
din id-Direttiva]. 3. Id-delega
tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4a(1a) u (2), 4c(4), 6(1), 7(1a) u 7(4)
tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew
mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega
tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Hija
għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni
tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa
l-validità ta’ kwalunkwe att ta' delega li diġà jkun fis-seħħ. 4. Malli
tadotta att ta' delega, il-Kummissjoni għandha fl-istess ħin
tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan. 5. Att
ta' delegat adottat skont l-Artikoli 4a(1a) u (2), 4c(4), 6(1), 7(1a) u
7(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet
espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi
żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament
Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se
joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn
fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.' 14. L-Anness
għad-Direttiva 1999/32/KE għandu jinbidel bl-Anness għal
din id-Direttiva. Artikolu 2 Traspożizzjoni 1. L-Istati Membri għandhom
idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u
d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw
ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [12-il xahar wara d-dħul
fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw
minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella
ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk
id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din
id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni
tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom
jiddeċiedu kif issir din ir-referenza. 2. L-Istati Membri għandhom
jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin
tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Artikolu 3 Dħul
fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol
fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha
f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 Din
id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi […], Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS "ANNESS 1 Valuri
massimi ta’ emissjonijiet għall-metodi ta’ tnaqqis kif imsemmi
fl-Artikolu 4c(2) Limiti ta’ kubrit
fil-fjuwil tal-baħar imsemmija fl-Artikoli 4a u 4b u
r-Regolamenti 14.1 u 14.4 tal-Anness VI tal-MARPOL u l-valuri
tal-limitu ta’ emissjonijiet korrispondenti msemmija fl-Artikolu 4c(2) Kontenut ta’ Kubrit ta' fjuwils tal-baħar (% m/m) || Proporzjon ta’ Emissjonijiet ta' SO2(ppm)/CO2(% v/v) 4.50 || 195.0 3.50 || 151.7 1.50 || 65.0 1.00 || 43.3 0.50 || 21.7 0.10 || 4.3 Nota: -L-użu
tal-limiti tal-Proporzjon ta’ Emissjonijiet japplika biss meta jintuża
Distillat ibbażat fuq il-petroleum jew Żjut tal-Fjuwil Residwi. -
Fil-każ ta' sistemi ta' tindif ta' gass tal-egżost li jassorbu l-CO2
waqt il-proċess tat-tindif tal-gass jeħtieġ li l-CO2
jitkejjel qabel il-proċess tat-tindif u tintuża
l-konċentrazzjoni ta' CO2 qabel it-tindif
mal-konċentrazzjoni tal-SO2 wara t-tindif." "ANNESS 2 Kriterji
għall-użu tal-metodi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet imsemmija
fl-Artikolu 4c(3) 1. Il-metodi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet
imsemmija fl-Artikolu 4c għandhom tal-anqas jikkonformaw mal-kriterji
speċifikati fl-istrumenti li ġejjin, kif applikabbli: Metodu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet || Id-deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni Taħlita ta’ fjuwil tal-baħar u gass li jevapora (boil-off gas) || Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/769/UE tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar l-iffissar ta’ kriterji għall-użu ta’ metodi teknoloġiċi minn trasportaturi tal-gass naturali likwifikat bħala alternattiva għall-użu ta’ karburanti [fjuwils] għal użu marittimu b’kontenut ta’ kubrit baxx li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 4b tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti [fjuwils] likwidi kif emendata bid-Direttiva 2005/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontenut ta’ kubrit f’karburanti [fi fjuwils] għal użu marittimu (ĠU L 328, 14.12.2010, p. 15). Sistemi ta' tindif tal-gass tal-egżost || RIŻOLUZZJONI TAL-IMO MEPC.184(59) adottata fis-17 ta’ Lulju 2009 2. Vapuri li
jużaw metodi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 4c
għandhom: –
jimmonitorjaw u jirreġistraw kontinwament
l-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit, u –
jiddokumentaw b'mod preċiż li kwalunkwe
fluss ta’ skart li jintrema fil-baħar, inklużi portijiet u estwarji
magħluqa ma jkollux impatti negattivi sinifikanti fuq, u ma joħloqx
riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent." [1] Komunikazzjoni
mill-Kummissjoni, “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, COM(2010) 2020 finali. [2] SEC
(2005) 1133: Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li
jakkumpanja l-Komunikazzjoni dwar Strateġija Tematika dwar
it-Tniġġis tal-Arja (COM(2005)446 finali), id-Direttiva dwar
il-Kwalità tal-Arja tal-Ambjent u Arja Iktar Nadifa għall-Ewropa
(COM(2005)447 finali) u d-Dokument ta’ ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni
dwar l-implimentazzjoni tal-Politika dwar il-Kwalità tal-Arja tal-UE u li
tipprepara għar-reviżjoni komprensiva tagħha, SEC(2011)342
finali. [3] Fl-UE,
is-SECAs ikopru l-Baħar Baltiku u l-Baħar tat-Tramuntana, kif ukoll
il-Fliegu Ingliż. [4] Riżoluzzjoni
MEPC.176(58) adottata fl-10 ta’ Ottubru 2008 (l-Anness VI rivedut tal-MARPOL). [5] SEC
[referenza] [6] Spjegazzjoni
iżjed dettaljata dwar il-prinċipju tas-sussidjarjetà hija disponibbli
fil-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja din il-proposta. [7] ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17. [8] ĠU L
46, 17.02.1997, p. 25. [9] ĠU C , , p. . [10] ĠU C , , p. . [11] ĠU C , , p. [12] ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1. [13] ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13. [14] ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17. [15] ĠU L
241, 29.8.1998, p. 27. [16] ĠU L
324, 29.11.2002, p. 1. [17] ĠU
L 46, 17.02.1997, p. 25. * ĠU L 309, 27.11.2001,
p. 1. ** ĠU L 334, 17.12.2010, p.
17. * ĠU L 241, 29.8.1998, p. 27. ** ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. * Riżoluzzjoni MEPC.182(59),
adottata fis-17.07.2009. ** L-Appendiċi VI
għar-Riżoluzzjoni MEPC.176(58) adottata
fl-10 ta' Ottubru 2008 (L-Anness VI rivedut tal-MARPOL). [DQC1]Warning:
Footnote has custom reference mark [DQC2]Warning:
Footnote has custom reference mark [DQC3]Warning:
Footnote has custom reference mark [DQC4]Warning:
Footnote has custom reference mark [DQC5]Warning:
Footnote has custom reference mark [DQC6]Warning:
Footnote has custom reference mark