52011PC0394

/* KUMM/2011/0394 finali - 2011/0174 (NLE) */ Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija min-naħa l-oħra


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabilixxi assoċjazzjoni (minn hawn 'il quddiem “il-ftehim ta’ assoċjazzjoni”) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija (minn hawn 'il quddiem "l-Alġerija"), min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fit-22 ta’ April 2002. L-Artikolu 50(d) tal-Ftehim jidentifika l-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka xjentifika u t-teknoloġika bħala qasam ta' interess u b'potenzjal partikolari, filwaqt li l-Artikolu 51(a), partikolarment jipprevedi l-istabiliment ta’ rabtiet permanenti bejn il-komunitajiet xjentifiċi taż-żewġ partijiet.

Il-politika Ewropea tal-viċinat li fiha l-Alġerija mhijiex inkluża imma li tiddefinixxi l-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-ġirien tagħha, tistabilixxi qafas ġdid għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2004) 373 finali tat-12 ta’ Mejju 2004 tidentifika l-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, ir-riċerka u l-iżvilupp bħala wieħed mill-assi prijoritarji tar-relazzjonijiet tagħna mal-pajjiżi Mediterranji. Fil-qafas ta' dik il-politika Ewropea tal-viċinat, dokument strateġiku (2007-2013) jikkwalifika r-riċerka xjentifika bħala element essenzjali favur l-edifikazzjoni tas-soċjetà tal-għarfien u r-t-tnaqqis tal-qagħad fil-kuntest tal-ftuħ tal-ekonomija.

Permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Mejju 2006 l-awtoritajiet Alġerini esprimew l-interess tagħhom biex jinfetħu n-negozjati għal ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-KE u l-Alġerija. Ma' dik l-ittra ġew mehmuża dokumenti mill-Ministeru Alġerin għall-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka Xjentifika li jiddeskrivu s-sitwazzjoni kurrenti tar-riċerka fl-Alġerija. Permezz ta’ ittra tat-8 ta’ Jannar 2007 il-Kummissjoni Ewropea aċċettat li tagħmel żjara esploratorja u evalwattiva fl-Alġerija, bil-ħsieb tan-negozjar ta' ftehim ta' kooperazzjoni. Seħħew attivitajiet esploratorji matul l-2008. Permezz ta’ ittra tat-22 ta’ Diċembru 2008 indirizzata lis-Sur Saidani, tal-Ministeru Alġerin għall-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka Xjentifika, b'risposta għall-ittra tiegħu tad-19 ta’ Novembru 2008, ġie stabilit li jistgħu jinbdew il-proċeduri ta’ negozjar ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni fil-qasam xjentifiku u teknoloġiku, minħabba l-potenzjal tal-Alġerija u l-kapaċità tagħha li tieħu sehem bis-sħiħ fl-attivitajiet koperti minn ftehim ta’ dan it-tip.

B’hekk, fuq proposta tal-Kummissjoni, fis-16 ta’ Novembru 2009 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex, f’isem l-Unjoni Ewropea, tinnegozja ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija, u ħareġ id-direttivi rilevanti għan-negozjati. In-negozjati rriżultaw fl-abbozz ta’ ftehim mehmuż, inizjalat fl-14 ta’ Ottubru 2010.

Il-konklużjoni ta’ ftehim fil-qasam xjentifiku u teknoloġiku jaqdi l-interessi reċiproki tal-Unjoni u l-Alġerija, billi jippermettilhom japprofondixxu u jintensifikaw il-kooperazzjoni bejniethom f'dan il-qasam. Din il-kooperazzjoni se tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-kompetittività tal-Alġerija u r-reġjun, apparti li toħloq rabtiet eqreb bejn iż-żewġ partijiet, fl-interess tal-UE. Ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika jkun l-istrument xieraq għar-rinfurzar tal-kooperazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-Alġerija fil-Programm Kwadru, u għall-intensifikazzjoni tad-djalogu fil-qasam xjentifiku u teknoloġiku.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill biex:

- jawtorizza, f’isem l-Unjoni Ewropea, l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija min-naħa l-oħra, dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika.

ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

L-Artikolu 186 flimkien mal-Artikolu 218(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2011/0174 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

1. Fis-16 ta’ Novembru 2009 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex, f’isem l-Unjoni, tinnegozja ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija. L-eżitu tan-negozjati kien il-Ftehim inizjalat fl-14 ta' Ottubru 2010.

2. Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat min-negozjatur f’isem l-Unjoni Ewropea, u jiġi applikat provviżorjament, soġġett għall-konklużjoni tiegħu aktar tard.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-iffirmar tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija min-naħa l-oħra huwa awtorizzat f’isem l-Unjoni soġġett għall-konklużjoni tiegħu aktar tard.

2. It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill b’dan qed jiġi awtorizzat li jaħtar il-persuna/i mogħnija bis-setgħa tal-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija min-naħa l-oħra.

Artikolu 3

Il-Ftehim japplika provviżorjament b'konformità mal-Artikolu 7(2) tal-Ftehim, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Magħmul fi,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija

dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika

L-Unjoni Ewropea:

(minn hawn ’il quddiem "l-Unjoni")

minn naħa,

U

ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija

(minn hawn 'il quddiem "l-Alġerija")

min-naħa l-oħra,

minn hawn ’il quddiem "il-Partijiet",

WARA LI KKUNSIDRAW l-importanza tax-xjenza u tat-teknoloġija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali taż-żewġ Partijiet, u r-referenza li saret fl-Artikolu 51 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2005;

WARA LI KKUNSIDRAW il-politika Ewropea tal-viċinat u l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rinfurzar tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi ġirien;

WARA LI KKUNSIDRAW li l-Unjoni u l-Alġerija daħlu għal attivitajiet komuni ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni, f'diversi oqsma ta' interess komuni, u li jkun ta' vantaġġ reċiproku li kull wieħed minnhom jieħu sehem fl-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp tal-ieħor, fuq bażi reċiproka;

WAQT LI JIXTIEQU jistabilixxu qafas għall-kooperazzjoni uffiċjali fir-riċerka xjentifika u teknoloġika li jagħmilha possibbli li jkunu estiżi u intensifikati l-isforzi ta' kooperazzjoni fl-oqsma ta' interess komuni u li jinkoraġġixxu l-użu tar-riżultati ta' din il-kooperazzjoni huma u jqisu l-interessi ekonomiċi u soċjali tal-Partijiet;

WAQT LI JIXTIEQU jiftħu ż-Żona Ewropea tar-Riċerka għall-pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u partikolarment għall-pajjiżi sħab Mediterranji;

Ftiehmu kif ġej:

Artikolu 1

Ambitu u prinċipji

1. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu, jiżviluppaw u jiffaċilitaw l-attivitajiet ta' koperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Alġerija fl-oqsma ta' interess komuni fejn ikunu qed iwettqu attivatijiet fil-qasam tax-xjenza u ta’ żvilupp teknoloġiku.

2. L-attivitajiet ta’ kooperazzjoni għandhom jitwettqu fuq il-bażi tal-prinċipji li ġejjin:

(a) il-promozzjoni ta' soċjetà tal-għarfien biex jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku u soċjali taż-żewġ Partijiet;

(b) il-benefiċċju reċiproku bbażat fuq bilanċ kumplessiv ta' vantaġġi;

(c) aċċess reċiproku għall-attivitajiet tal-programmi u proġetti ta' riċerka u ta’ żviluppi teknoloġiċi mwettqa miż-żewġ Partijiet;

(d) l-iskambju f'waqtu ta' informazzjoni li tista' tiffaċilita l-attivitajiet ta' kooperazzjoni;

(e) l-iskambju u l-protezzjoni xierqa tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(f) il-parteċipazzjoni u l-finanzjament f'konformità mad-dispożizzjonijiet u r-regolamenti applikabbli tal-Partijiet.

Artikolu 2

Modalitajiet ta' kooperazzjoni

1. Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi skont id-dritt privat jew id-dritt pubbliku stabiliti fl-Alġerija li jkunu entitajiet ġuridiċi skont l-Anness I jipparteċipaw fl-attivitajiet indiretti ta' kooperazzjoni tal-Programm Kwadru tal-Unjoni Ewropea għall-azzjonijiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (minn hawn 'il quddiem "il-Programm Kwadru"), b'konformità mal-modalitajiet u l-kundizzjonijiet stabiliti mill-Annessi I u II jew imsemmi fihom.

L-entitajiet ġuridiċi stabiliti fl-Istati Membri tal-Unjoni, skont l-Anness I, għandhom jipparteċipaw fil-programmi u proġetti ta' riċerka Alġerini dwar temi ekwivalenti għal dawk tal-Programm Kwadru skont l-istess modalitajiet u kundizzjonijiet stabiliti jew imsemmija fl-Annessi I u II.

2. Il-kooperazzjoni tista' wkoll tieħu waħda mill-forom li ġejjin:

(a) diskussjonijiet regolari dwar l-orjentazzjonijiet u l-prijoritajiet tal-politika u l-ippjanar fil-każ ta’ riċerka fl-Alġerija u l-Unjoni;

(b) diskussjonijiet dwar il-kooperazzjoni, l-iżviluppi u l-perspettivi;

(c) l-għoti f'waqtu ta' informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' programmi u proġetti ta' riċerka fl-Alġerija u l-Unjoni, u dwar ir-riżultati ta' xogħol magħmul fil-qafas ta' dan il-Ftehim;

(d) laqgħat konġunti;

(e) żjarat u skambji ta' riċerkaturi, inġiniera u tekniċi, għal finijiet ta' taħriġ;

(f) skambji u kondiviżjoni ta' apparat, materjali u servizzi ta' ttestjar;

(g) kuntatti bejn il-maniġers ta' programmi jew proġetti tal-Alġerija u l-Unjoni;

(h) il-parteċipazzjoni ta' esperti f'seminars, simpożja u laqgħat ta' ħidma;

(i) l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-prattiki, il-liġijiet, ir-regolamenti u l-programmi li għandhom x'jaqsmu mal-kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim;

(j) it-taħriġ fir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiċi;

(k) l-aċċess reċiproku għal informazzjoni xjentifika u teknoloġika fl-ambitu tal-kooperazzjoni skont dan il-Ftehim;

(l) kwalunkwe modalità oħra li tkun adottata mill-Kumitat Konġunt bejn l-Unjoni Ewropea u l-Alġerija għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, kif iddefinit fl-Artikolu 4, u meqjus f'konformità mal-politiki u l-proċeduri applikabbli fiż-żewġ Partijiet;

(m) l-appoġġ għall-aqwa użu tar-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp tal-intrapriżi innovattivi sabiex jiġu promossi t-tixrid ta’ għarfien ġdid u l-innovazzjoni;

(n) l-assistenza għall-immaniġġjar tar-riċerka xjentifika u l-appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni dwar ir-riċerka;

(o) l-eżami tal-possibilitajiet ta’ kooperazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-inkubaturi u proġetti ġodda u l-ħolqien ta’ ċentri tar-riċerka, partikolarment permezz ta’ programmi Ewropej apparti l-Programm Kwadru;

(p) il-promozzjoni tal-kooperazzjoni permezz tal-proġetti tar-riċerka u żvilupp;

(q) l-aċċess għall-infrastrutturi tar-riċerka;

(r) il-possibilità ta’ kofinanzjament u ta’ koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ riċerka.

Artikolu 3

Titjib tal-kooperazzjoni

Il-Partijiet għandhom jagħmlu kull sforz, fil-limiti tal-qafas tal-leġiżlazzjoni applikabbli tagħhom, biex jiffaċilitaw il-moviment ħieles u r-residenzjar tar-riċerkaturi li jipparteċipaw fl-attivitajiet koperti min dan il-Ftehim u biex jiffaċilitaw il-moviment transfruntier tal-merkanzija maħsuba għall-użu f'attivitajiet bħal dawn.

Artikolu 4

Immaniġġjar tal-Ftehim

Il-Kumitat Konġunt bejn l-Unjoni Ewropea u l-Alġerija għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika

1. Il-koordinazzjoni u l-faċilitazzjoni ta' attivitajiet taħt dan il-Ftehim għandhom jitwettqu f'isem l-Alġerija, mill-Ministeru tal-Edukazzjoni Għolja għar-Riċerka Xjentifika u, f'isem l-Unjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, li jaġixxu bħala aġenti eżekuttivi tal-Partijiet (minn hawn 'il quddiem "l-Aġenti Eżekuttivi").

2. L-Aġenti Eżekuttivi għandhom jistabilixxu kumitat konġunt imsejjaħ "il-Kumitat Konġunt bejn l-Unjoni Ewropea u l-Alġerija għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika" (minn hawn 'il quddiem "il-Kumitat Konġunt"), li l-funzjonijiet tiegħu għandhom jinkludu:

(a) l-iżgurar, l-evalwar u l-eżami tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, kif ukoll il-modifika tal-Annessi tiegħu jew l-adozzjoni ta’ oħrajn ġodda li jqisu l-evoluzzjonijiet tal-politika xjentifika tal-Partijiet, soġġetti għat-twettiq minn kull wieħed mill-Partijiet tal-proċeduri interni tiegħu għal dak l-għan;

(b) l-identifikazzjoni, fuq bażi annwali, tas-setturi potenzjali fejn il-kooperazzjoni għandha tiġi żviluppata u mtejba u jeżamina kwalunkwe miżura għal dan l-għan;

(c) l-eżami regolari tal-orjentazzjonijiet u l-prijoritajiet futuri tal-politiki u l-ippjanar ta' riċerka fl-Alġerija u l-Unjoni, kif ukoll il-perspettivi ta' kooperazzjoni futura fi ħdan dan il-Ftehim;

(d) il-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet lill-Partijiet rigward l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, partikolarment l-identifikazzjoni u r-rakkomandazzjoni ta’ żidiet mal-attivitajiet previsti fl-Artikolu 2(2), kif ukoll miżuri konkreti biex jitjieb l-aċċess reċiproku kif previst fl-Artikolu 1(2);

(e) l-emendar tekniku għal dan il-Ftehim kif ikun meħtieġ, soġġett għall-proċeduri interni ta’ approvazzjoni mill-kull parti.

3. Il-Kumitat Konġunt, li għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Aġenti Eżekuttivi, għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

4. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' tal-anqas darba fis-sena, darba fl-Unjoni u darba fl-Alġerija. Il-laqgħat straordinarji għandhom isiru kull meta jkun hemm bżonn u bi qbil bejn il-Partijiet. Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jintbagħtu, bħala informazzjoni, lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija.

Artikolu 5

Finanzjament

Il-parteċipazzjoni reċiproka fl-attivitajiet ta' riċerka taħt dan il-Ftehim huma stabiliti skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I u huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni, ir-regolamenti, il-politiki u l-kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni tal-programmi li jkunu fis-seħħ fit-territorju ta' kull Parti.

Meta Parti waħda tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-parteċipanti tal-Parti l-oħra b’konnessjoni ma’ attivitajiet kooperattivi indiretti, kwalunkwe sovvenzjoni, kontribuzzjoni finanzjarja jew għotja oħra mingħand il-Parti li qed tagħti l-finanzjament lill-parteċipanti tal-Parti l-oħra għandhom jingħataw eżenzjoni fiskali u ta’ dazju doganali skont il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti fis-seħħ fit-territorji ta’ kull Parti fiż-żmien li jsiru tali sovvenzjonijiet, kontribuzzjonijiet finanzjarji jew għotjiet oħra.

Artikolu 6

Tixrid u użu tar-riżultati u l-informazzjoni

It-tixrid u l-użu tar-riżultati u informazzjoni miksuba u/jew skambjati, l-immaniġġjar, l-attribuzzjoni u l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' riċerka mwettqa skont dan il-Ftehim huma soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet finali

1. L-Annessi I u II jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim. Il-kwistjonijiet jew nuqqas ta’ qbil dwar l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu solvuti bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet.

2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li jkunu lestew il-proċeduri interni sabiex ikun jista' jiġi konkluż. Sakemm ikunu konklużi l-proċeduri interni mill-Partijiet, huma għandhom japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament hekk kif jiffirmawh. Il-Partijiet b'dan qed jaqblu li jekk Parti tinnotifika lill-oħra li ma tkunx se tikkonkludi l-Ftehim, il-proġetti u l-attivitajiet varati taħt din l-applikazzjoni provviżorja u li jkunu għadhom għaddejjin meta ssir in-notifika msemmija hawn fuq, għandhom jitkomplew sakemm jitlestew skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Ftehim.

3. Iż-żewġ Partijiet jistgħu jitterminaw dan il-Ftehim fi kwalunkwe waqt bi preavviż ta' sitt xhur. Il-proġetti u l-attivitajiet li jkunu għaddejjin fil-ħin tat-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jissoktaw sa tmiemhom taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Ftehim.

4. Dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ sakemm waħda milll-Partijiet tavża bil-miktub lill-Parit l-oħra bl-intenzjoni li tittermina dan il-Ftehim. F’każ bħal dan, dan il-Ftehim għandu jieqaf ikollu effett sitt xhur wara li tiġi riċevuta tali notifika.

5. Jekk waħda mill-Partijiet tiddeċiedi li timmodifika l-programmi jew proġetti ta' riċerka previsti fl-Artikolu 1(1), l-aġent eżekuttiv ta' dik il-Parti għandu jgħarraf lill-aġent eżekuttiv tal-Parti l-oħra bil-kontenut eżatt tal-modifiki msemmija. B'deroga mill-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dan il-Ftehim jista’ jiġi tterminat taħt kundizzjonijiet maqbula b'mod reċiproku jekk waħda mill-Partijiet tinnotifika lill-oħra bl-intenzjoni tagħha li tittermina dan il-Ftehim fi żmien xahar wara l-adozzjoni tar-reviżjonijiet riferiti aktar 'il fuq f'dan il-paragrafu.

6. Dan il-Ftehim għandu japplika, min-naħa l-waħda, għat-territorji li fihom it-Trattati dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huma applikabbli u skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dawn it-Trattati, u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija. Dan ma għandux jostakola t-twettiq ta' azzjonijiet kooperattivi fl-ibħra internazzjonali, fl-ispazju jew fit-territorju ta' pajjiżi terzi, skont id-dritt internazzjonali.

B’XIEHDA TA’ DAN, is-sottoskritti, debitament awtorizzati għal dan il-fini mill-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija rispettivament, iffirmaw dan il-Ftehim.

MAGĦMUL f’żewġ kopji fi …., nhar il- …, fis-sena ... bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bit-Taljan, bl-Ungeriż, u bl-Għarbi, kull test huwa ugwalment awtentiku.

GĦALL-UNJONI EWROPEA: | GĦAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA POPOLARI TAL-ALĠERIJA |

ANNESS I

Modalitajiet u kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet ġuridiċi stabiliti fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u fl-Alġerija

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, "entità ġuridika" tfisser kull persuna fiżika, jew ġuridika maħluqa skont id-dritt nazzjonali tal-post tal-istabiliment tagħha jew skont id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li hija intitolata li jkollha jeddijiet u obbligi ta' kull xorta f'isimha proprju.

I. Modalitajiet u kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet ġuridiċi stabiliti fl-Alġerija f'azzjonijiet indiretti tal-Programm Kwadru

1. Il-parteċipazzjoni ta' entitajiet ġuridiċi stabiliti fl-Alġerija f'azzjonijiet indiretti tal-Programm Kwadru għandha ssegwi l-kundizzjonijiet stabiliti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont l-Artikolu 183 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2. L-Unjoni tista' tagħti finanzjament lil entitajiet ġuridiċi stabiliti fl-Alġerija li jipparteċipaw f'azzjonijiet indiretti msemmija fil-punt 1 taħt l-istess modalitajiet u kundizzjonijiet stabiliti mid-deċiżjoni(jiet) meħuda mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont l-Artikolu 183 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni Ewropea u kwalunkwe dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni oħra li tkun tapplika.

3. It-twettiq tal-kontrolli u l-awditjar mill-Kummissjoni Ewropea jew il-Qorti tal-Awdituri Ewropea, jew oħrajn taħt l-awtorità ta' dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu previsti kemm fi ftehim ta' għotja jew f'kuntratt li jsir mill-Unjoni ma' entità ġuridika stabilita fl-Alġerija sabiex twettaq azzjoni indiretta jew fid-deċiżjoni tal-għotja mogħtija mill-Unjoni.

Fi spirtu ta' kooperazzjoni u interess reċiproku, l-awtoritajiet kompetenti tal-Alġerija jagħtu, fil-limitu possibbli u raġonevoli, l-għajnuna kollha li tista' tkun neċessarja jew utli biex jitwettqu l-kontrolli u l-awditjar u l-azzjonijiet ta’ rkupru msemmija hawn fuq.

II. Modalitajiet u kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet ġuridiċi stabiliti fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fi programmi u proġetti ta' riċerka tal-Alġerija

1. Kwalunkwe entità ġuridika stabilita fl-Unjoni, maħluqa skont id-dritt nazzjonali ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni jew skont id-dritt tal-Unjoni, tista' tipparteċipa fi proġetti jew programmi ta' riċerka u żvilupp tal-Algerija b'kooperazzjoni ma' entitajiet ġuridiċi Alġerini.

2. Id-drittijiet u l-obbligi tal-entitajiet ġuridiċi stabiliti fl-Unjoni li jipparteċipaw fi proġetti ta’ riċerka Alġerini fil-qafas tal-programmi ta’ riċerka u żvilupp, il-modalitajiet u l-kundizzjonijiet applikabbli għas-sottomissjoni u l-evalwazzjoni tal-proposti u għall-attribuzzjoni u l-konklużjoni ta' kuntratti f'tali proġetti għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-direttivi tal-gvern tal-Alġerija li jirregolaw l-implimentazzjoni ta' programmi ta' riċerka u żvilupp, kif applikabbli għall-entitajiet ġuridiċi Alġerini u li jiżguraw trattament ekwu, filwaqt li titqies in-natura tal-kooperazzjoni bejn l-Alġerija u l-Unjoni f'dan il-qasam.

Il-finanzjament ta' entitajiet legali stabiliti fl-Unjoni li jipparteċipaw fil-proġetti ta’ riċerka Alġerini fi ħdan il-programmi ta' riċerka u żvilupp għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-direttivi tal-gvern tal-Alġerija li jirregolaw l-implimentazzjoni ta' programmi bħal dawn, kif applikabbli għall-entitajiet ġuridiċi li mhumiex Alġerini.

III. Tagħrif dwar l-opportunitajiet ta' parteċipazzjoni

L-Alġerija u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jippubblikaw regolarment it-tagħrif dwar programmi li jkunu għaddejjin u opportunitajiet ta’ parteċipazzjoni għall-benefiċċju tal-entitajiet ġuridiċi stabiliti fiż-żewġ Partijiet.

ANNESS II

Prinċipji dwar l-allokazzjoni ta' drittijiet tal-propjetà intellettwali

I. Talba

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, "proprjetà intelletwali" għandu jkollha t-tifsira mogħtija fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali, iffirmata fi Stokkolma fl-14 ta' Lulju 1967.

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, "għarfien" għandha tfisser ir-riżultati, li jinkludu l-informazzjoni, kemm jekk jistgħu jkunu prottetti jew le, kif ukoll drittijiet tal-awtur jew drittijiet rilevanti għal tali informazzjoni wara l-applikazzjonijiet għal, jew il-ħruġ ta' privattivi, disinji, varjetajiet ta' pjanti, ċertifikati ta' protezzjoni supplimentari jew forom simili ta' protezzjoni.

II. Drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' entitajiet ġuridiċi tal-Partijiet f'attivitajiet indiretti ta' kooperazzjoni

1. Kull Parti għandha tiżgura ruħha li t-trattament li tagħti lid-drittijiet tal-proprjetà intelletwali u lill-obbligi tal-entitajiet ġuridiċi stabiliti fit-territorji tal-Parti l-oħra li jipparteċipaw f'attivitajiet indiretti ta' kooperazzjoni mwettqa skont dan il-Ftehim, u lid-drittijiet u lill-obbligi relatati li jirriżultaw minn tali parteċipazzjoni, għandu jkun konsistenti mal-liġijiet u mar-regolamenti u mal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti li huma applikabbli għall-Partijiet, inkluż il- Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali relatati mal-Kummerċ, l-Anness 1C għall-Ftehim ta’ Marrakexx li jistabilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ kif ukoll l-Att ta’ Pariġi tal-24 ta’ Lulju 1971 tal-Konvenzjoni ta’ Berna għall-Protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artisitiċi u l-Att ta’ Stokkolma tal-14 ta’ Lulju 1967 tal-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali.

2. Kull Parti għandha tiżgura ruħha li l-parteċipanti f’attivitajiet kooperattivi indiretti tal-Parti l-oħra għandu jkollhom l-istess trattament rigward il-proprjetà intelletwali kif jingħata lill-parteċipanti tal-ewwel Parti skont ir-regoli rilevanti ta’ parteċipazzjoni ta’ kull programm jew proġett ta’ riċerka, jew skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħha.

III. Drittijiet ta' proprjetà intellettwali tal-Partijiet

1. Għajr jekk ikun maqbul mod ieħor mill-Partijiet, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għal għarfien iġġenerat mill-Partijiet matul l-attivitajiet imwettqa skont l-Artikolu 2 ta' dan il-Ftehim:

(a) il-Parti li tiġġenera tali għarfien għandha tkun is-sid ta' dak l-għarfien. Fejn is-sehem rispettiv tal-Partijiet fix-xogħol ma jkunx jista' jiġi aċċertat, għandu jkollhom id-dritt tas-sjieda konġunta tat-tali għarfien.

(b) il-Parti li jkollha s-sjieda tal-għarfien għandha tagħti drittijiet ta' aċċess għalih lill-Parti l-oħra għat-twettiq ta' attivitajiet previsti fl-Artikolu 2 ta' dan il-Ftehim. Dawn id-drittijiet ta' aċċess għall-għarfien għandhom jingħataw mingħajr ħlas.

2. Sakemm il-Partijiet ma jiftehmux bejniethom mod ieħor, ir-regoli li ġejjin japplikaw għax-xogħlijiet letterarji ta' karattru xjentifiku tal-Partijiet:

(a) fil-każ fejn Parti tippubblika dejta, informazzjoni u riżultati xjentifiċi u tekniċi, permezz ta' ġurnali, artikoli, rapporti, kotba, inklużi vidjo u softwer, li joħorġu minn jew ikunu relatati ma' attivitajiet imwettqa skont dan il-Ftehim, liċenzja dinjija, mhux esklussiva, irrevokabbli, ħielsa mill-ħlas ta' drittijiet għandha tingħata lill-Parti l-oħra biex tittraduċi, tirriproduċi, tadatta, tittrażmetti u xxerred pubblikament xogħlijiet bħal dawn;

(b) il-kopji kollha ta' dejta u informazzjoni, protetti mid-drittijiet tal-awtur, li għandhom jitqassmu pubblikament u jkunu prodotti skont il-kundizzjonijiet elenkati f’din it-taqsima għandhom juru l-ismijiet tal-awtur(i) tax-xogħol ħlief jekk awtur jirrifjuta b'mod espliċitu li jissemma'. Dawn għandu jkollhom ukoll rikonoxximent ċar u viżibbli tas-sostenn konġunt tal-Partijiet.

3. Għajr jekk ikun maqbul mod ieħor mill-Partijiet, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-informazzjoni kunfidenzjali tal-Partijiet:

(a) f'komunikazzjoni mal-Parti l-oħra dwar informazzjoni konnessa ma' attivitajiet imwettqa skont dan il-Ftehim, kull Parti għandha tidentifika l-informazzjoni li tixtieq li tibqa' mhux divulgata permezz ta' marki jew skrizzjonijiet ta’ kunfidenzjalità;

(b) il-Parti destinatarja tista', taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, tikkomunika informazzjoni mhux divulgata lil korpi jew persuni taħt l-awtorità tagħha għall-finijiet speċifiċi ta' implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(c) bil-kunsens bil-kitba minn qabel tal-Parti li tipprovdi informazzjoni mhux divulgata, il-Parti destinatarja tista' xxerred tali informazzjoni mhux divulgata b'mod usa' milli permess fil-punt (b). Il-Partijiet għandhom jikkollaboraw fl-istabiliment ta' proċeduri għat-talba u l-kisba ta' awtorizzazzjoni bil-miktub minn qabel għal tixrid usa', u kull Parti għandha tipprovdi din l-awtorizzazzjoni sal-punt permess mill-politiki, ir-regolamenti u l-liġijiet domestiċi tagħha;

(d) l-informazzjoni nondokumentarja li ma tiġix divulgata jew l-informazzjoni kunfidenzjali l-oħra pprovduti f'seminars u laqgħat oħra bejn rappreżentanti tal-Partijiet organizzati skont dan il-Ftehim, jew l-informazzjoni li toħroġ miċ-ċaqlieq ta’ persunal, l-użu ta' stallazzjonijiet jew attivitajiet indiretti ta’ kooperazzjoni, għandha tibqa' kunfidenzjali meta d-destinatarju ta' tali informazzjoni li ma għandhiex tiġi divulgata jew informazzjoni oħra kunfidenzjali jew privileġġjata tkun informata bin-natura kunfidenzjali ta’ dik l-informazzjoni qabel ma sseħħ il-komunikazzjoni tagħha, skont il-punt (a);

(e) kull Parti għandha tagħmel sforz biex tiżgura li l-informazzjoni mhux divulgata li tkun inkisbet b'konformità mal-punti (a) u (d) tkun protetta skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. Jekk waħda mill-Partijiet tintebaħ li se ssib ruħha jew li hija suxxettibli li ma tkunx f'qagħda li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-punti (a) u (d) dwar in-nuqqas ta' tixrid ta’ informazzjoni, hi għandha minnufih tgħarraf b'dan lill-Parti l-oħra. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex jiddeterminaw kif għandhom jipproċedu.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1. Titlu tal-proposta/inizjattiva

1.2. Il-qasam/l-oqsma ta’ politika/i konċernata/i:

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4. Objettiv(i)

1.5. Bażi(jiet) għall-proposta/inizjattiva

1.6. Durata tal-azzjoni u l-impatt finanzjarju tagħha

1.7. Mod(i) ta’ mmaniġġjar previst(i)

2. MIŻURI TA’ MMANIĠĠJAR

2.1. Dispożizzjonijiet ta’ monitoraġġ u rappurtar

2.2. Sistema ta’ mmaniġġjar u kontroll

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u ta’ irregolaritajiet

3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqiet affettwati

3.2. L-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1. Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3. Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn terzi

3.3. Impatt stmat fuq id-dħul

QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

Titlu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija min-naħa l-oħra.

Il-qasam/l-oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB[1]

Strateġija ta’ politika u koordinazjoni tad-Direttorati Ġenerali RTD, JRC, EAC, ENER, ENTR, INFSO u MOVE.

Natura tal-proposta/inizjattiva

X Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida

( Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[2]

( Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal- estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

( Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ridirezzjonata lejn azzjoni ġdida

Objettivi

L-objettiv(i) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni mmirat(i) mill-proposta/inizjattiva

Din id-deċiżjoni se tippermetti liż-żewġ Partijiet jaġġornaw u jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom f’oqsma ta’ interess xjentifiku u teknoloġiku komuni.

L-objettiv(i) speċifiku/ċi u l-attività/ajiet) tal-ABM/ABB konċernata/i

Objettiv speċifiku Nru.

Din id-deċiżjoni se tippermetti sew lill-Unjoni Ewropea kif ukoll lill-Alġerija biex jibbenefikaw reċiprokament mill-progress xjentifiku u teknoloġiku li jinkiseb fil-kuntest tal-programmi speċifiċi ta' riċerka tagħhom. Se tippermetti skambju ta’ għarfien speċifiku u trasferiment ta’ għarfien għall-benefiċċju tal-komunità xjentifika, tal-industrija u taċ-ċittadini.

Attività/ajiet ABM/ABB konċernata/i

Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/popolazzjoni fil-mira.

Din id-deċiżjoni se tippermetti sew lill-Unjoni Ewropea kif ukoll lill-Alġerija biex jibbenefikaw reċiprokament mill-progress xjentifiku u teknoloġiku li jinkiseb fil-kuntest tal-programmi speċifiċi ta' riċerka tagħhom. Se tippermetti skambju ta’ għarfien speċifiku u trasferiment ta’ għarfien għall-benefiċċju tal-komunità xjentifika, tal-industrija u taċ-ċittadini.

Indikaturi ta’ riżultati u impatti

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jevalwaw regolarment l-azzjonijiet kollha mwettqa skont il-ftehim ta' kooperazzjoni, li se jkunu wkoll soġġetti għall-evalwazzjoni konġunta regolari min-naħa tal-Unjoni u l-Alġerija. Din l-evalwazzjoni se tkopri l-elementi li ġejjin:

(a) indikaturi ta' prestazzjoni - għadd ta' missjonijiet u ta' laqgħat, għadd ta’ oqsma differenti ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni.

(b) ġbir ta' informazzjoni – fuq il-bażi tad-dejta mill-programmi speċifiċi tal-Programm Kwadru u tal-informazzjoni pprovduta mill-Alġerija lill-Kumitat Konġunt previst fil-Ftehim.

Bażi(jiet) għall-proposta/inizjattiva

Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew twila ta’ żmien

Din id-deċiżjoni se tippermetti liż-żewġ Partijiet jaġġornaw u jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom f’oqsma ta’ interess xjentifiku u teknoloġiku komuni.

Valur miżjud tal-intervent tal-Unjoni

Il-Ftehim huwa bbażat fuq il-prinċipji ta’ benefiċċju reċiproku, fuq opportunitajiet reċiproċi għall-aċċess għall-programmi u għall-attivitajiet ta’ xulxin li jkunu rilevanti għall-fini tal-Ftehim, in-nuqqas ta' diskriminazzjoni, il-ħarsien effettiv tal-proprjetà intelletwali u l-kondiviżjoni ekwa tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali.

Lezzjonijiet prinċipali mitgħallma minn esperjenzi simili

Matul l-aħħar snin, notevolment fil-każ ta’ ftehimiet xjentifiċi u teknoloġiċi ma' pajjiżi oħra Mediterranji (fil-qafas tal-politika Ewropea tal-viċinat) bħall-Eġittu, it-Tuneżija u l-Marokk, użajna l-qafas ta’ ftehimiet u kumitati konġunti għall-istabiliment ta’ prijoritajiet konġunti mas-sħab prinċipali tagħna u użajna pjanijiet direzzjonali biex niżguraw viżjoni globali tal-impenji komuni u nimmonitorjaw l-insegwiment tagħhom.

Il-kompatibilità u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti finanzjarji oħra

Il-proposta hija konformi wkoll man-nefqa operazzjonali li għaliha tħallas l-Unjoni, li tipprovdi għal missjonjiet min-naħa ta' esperti u uffiċjali tal-UE, kif ukoll għal laqgħat ta' ħidma, seminars u laqgħat li jiġu organizzati fl-Unjoni Ewropea u fl-Alġerija.

Durata tal-azzjoni u l-impatt finanzjarju tagħha

( Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

- ( Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

- ( Impatt finanzjarju minn [SSSS] sa [SSSS]

X Proposta/inizjattiva ta’ durata bla limitu

- Implimentazzjoni b’perjodu inizjali minn [SSSS] sa [SSSS],

- segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

Mod(i) ta’ mmaniġġjar previst(i)[3]

X Immaniġġjar dirett ċentralizzat mill-Kummissjoni

( Immaniġġjar indirett ċentralizzat b’delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil:

- ( aġenziji eżekuttivi

- ( korpi mwaqqfa mill-Unjoni Ewropea[4]

- ( korpi mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

- ( persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

( Immaniġġjar kondiviż mal-Istati Membri

( Immaniġġjar deċentralizzat ma’ pajjiżi terzi

( Immaniġġjar konġunt ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali ( għandu jiġi speċifikat )

Jekk tindika iktar minn mod wieħed ta’ mmaniġġjar, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji fit-taqsima “Rimarki”.

Rimarki

MIŻURI TA’ MMANIĠĠJAR

Dispożizzjonijiet ta’ monitoraġġ u rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet

Il-Kummissjoni se tevalwa l-azzjonijiet koperti minn dan il-Ftehim ta' kooperazzjoni fuq bażi regolari. Il-partijiet għall-Ftehim se jevalwaw l-applikazzjoni tiegħu normalment darba fis-sena fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt li jissemma fl-Artikolu 4 tal-Ftehim.

Sistema ta’ mmaniġġjar u kontroll

Riskju/i identifikat(i)

Li l-iffirmar tal-Ftehim ma jkollu l-ebda effett fuq il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Alġerija.

Mod(i) ta’ kontroll previst(i)

Laqgħat regolari tal-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 4 tal-Ftehim.

Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni jew protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.

Meta l-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru titlob l-użu ta’ kuntratturi esterni jew tinvolvi l-għotja ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-partijiet terzi, il-Kummissjoni se twettaq awditi finanzjarji, fejn ikun xieraq, b’mod partikolari jekk ikollha raġuni biex tiddubita n-natura realistika tax-xogħol imwettaq jew deskritt fir-rapporti tal-attività. L-awditi finanzjarji tal-Unjoni se jitwettqu jew mill-persunal tagħha stess jew minn esperti fil-kontabbiltà approvati skont il-liġi tal-parti li fuqha jkun qed isir l-awditjar. L-Unjoni se tagħżel dawn tal-aħħar mingħajr ebda indħil, filwaqt li tevita kwalunkwe riskju ta’ konflitti ta’ interess li jistgħu jkunu indikati lilha mill-Parti soġġetta għall-awditjar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tiżgura ruħha, li meta twettaq l-attivitajiet ta’ riċerka, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu b’kontrolli effettivi u, fejn ikunu skoperti xi irregolaritajiet, permezz ta’ miżuri u pieni deterrenti u proporzjonati. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, ir-regoli dwar il-kontrolli, il-miżuri u l-pieni, b’referenza għar-Regolamenti Nri 2988/95, 2185/96 u 1073/99, se jkunu inkorporati fil-kuntratti kollha li jintużaw fl-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru.

B’mod partikolari, fil-kuntratti għandu jkun hemm il-punti li ġejjin:

- l-introduzzjoni ta’ klawżoli kuntrattwali speċifiċi sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE fit-twettiq tal-verifiki u tal-kontrolli li għandhom x’jaqsmu max-xogħol imwettaq;

- il-parteċipazzjoni ta’ spetturi amministrattivi fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi, skont ir-Regolamenti Nri 2185/96 u 1073/99;

- l-applikazzjoni ta’ pieni amministrattivi għall-irregolaritajiet intenzjonali jew negliġenti kollha fl-implimentazzjoni tal-kuntratti, skont ir-Regolament Qafas Nru 2988/95, inkluż mekkaniżmu ta’ lista sewda;

- il-fatt li, fil-każ ta’ irregolaritajiet u frodi, l-ordnijiet possibbli ta’ rkupru jkunu jistgħu jiġu infurzati skont l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Barra minn dan u bħala miżuri ta’ rutina, il-persunal tad-DĠ Riċerka responsabbli se jwettaq programm ta’ kontroll rigward l-aspetti xjentifiċi u baġitarji. Spezzjonijiet fil-post jitwettqu mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

- Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja baġitarja | Tip ta' nefqa | Parteċipazzjoni |

Numru [Deskrizzjoni………………………………………...] | AD/AMD [5] | mill-pajjiżi tal-EFTA[6] | minn pajjiżi kandidati[7] | Minn pajjiżi terzi | fis-sens tal-Artikolu 18.1.a bis tar-Regolament Finazjarju |

1a | 08.01.05.03 08.01.05.02 08.01.05.01 | AMD | IVA | IVA | IVA | LE |

- Linji baġitarji ġodda mitlubin, li qed jintalab il-ħolqien tagħhom

Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja baġitarja | Tip ta' nefqa | Parteċipazzjoni |

Numru [Deskrizzjoni………………………………………...…] | AD/AMD | minn pajjiżi tal-EFTA | minn pajjiżi kandidati | mill-pajjiżi terzi | fis-sens tal-Artikolu 18.1.a bis tar-Regolament Finazjarju |

[XX.YY.YY.YY] | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE |

L-impatt stmat fuq in-nefqa

Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | Numru 1a | Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi |

miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

( Karigi tal-pjan ta’ stabiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) |

XX 01 01 01 (fis-sede u fl-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) |

XX 01 01 02 (fid-delegazzjonijiet) |

08 01 05 01 (Riċerka indiretta) | 0.02 | 0.02 |

10 01 05 01 (Riċerka diretta) |

( Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time ETP)[12] |

XX 01 02 01 (AK, INT, ENS mill-pakkett globali) |

XX 01 02 02 (AK, AL, ENS, INT u JED fid-delegazzjonijiet) |

10 01 05 02 (AK, ENS, INT għar-Riċerka diretta) |

Linji baġitarji oħrajn (speċifika) |

TOTAL | 0.02 | 0.02 | 0.02 |

- XX hija l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit konċernat

Il-ħtiġijiet għal riżorsi umani se jiġu koperti permezz tal-persunal mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk dan ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti tal-baġit eżistenti.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu

Uffiċjali u aġenti temporanji | Tħejjija u mmaniġġjar tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 4 tal-Ftehim u tal-missjonijiet intenzjonati għall-funzjonament tajjeb tal-implimentazzjoni, kif ukoll tal-evalwazzjoni regolari tal-Ftehim. |

Persunal estern | Tħejjija u mmaniġġjar tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 4 tal-Ftehim u tal-missjonijiet intenzjonati għall-funzjonament tajjeb tal-implimentazzjoni, kif ukoll tal-evalwazzjoni regolari tal-Ftehim. |

Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali preżenti

- X Il-proposta hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali preżenti.

- ( Il-proposta teħtieġ riprogrammar tal-intestatura relevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega x’riprogrammar huwa meħtieġ, u speċifika l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.

- ( Il-proposta teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[15].

Spjega x’inhu meħtieġ, u speċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.

Kontribuzzjonijiet minn terzi

- X Il-proposta ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

- Il-proposta tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f'miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | daħħal is-snin kollha neċessarji biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) | Totali |

Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | … daħħal is-snin kollha neċessarji biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) |

Artikolu …. | | | | | | | | | |Għal dħul mixxellanju "assenjat", speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit affettwata/i.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[1] ABM: Immaniġġjar Abbażi tal-Attivitajiet – ABB: Ibbaġitjar Abbażi tal-Attivitajiet

[2] Kif inhu msemmi fl-Artikolu 49.6 a jew b tar-Regolament Finanzjarju.

[3] Id-dettalji dwar il-modi tal-immaniġġjar u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit elettroniku BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[4] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[5] AD = Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet Mhux differenzjati

[6] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[7] Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani.

[8] Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (preċedentement linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[9] L-eżiti huma oġġetti u servizzi li għandhom jiġu fornuti (pereżempju: l-għadd ta' skambji tal-istudenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[10] Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “L-objettiv(i) speċifiku/ċi…”

[11] Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (preċedentement linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[12] AK= Aġent Kuntrattwali; AL= Aġent Lokali; ENS= Espert Nazzjonali Sekondat; INT= persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= “Jeune Expert en Délégation” (Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet)

[13] Taħt il-limitu għal persunal estern mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (preċedentement il-linji “BA”).

[14] Għall-fondi strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FEAŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[15] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[16] Fir-rigward tar-riżorsi tagħhom stess tradizzjonali (dazji doganali, dazji fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25% tal-imposti tal-ġbir.