Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni /* KUMM/2011/0336 finali - COD 2011/0147 */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA · Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament
għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf fl-2006 bir-Regolament (KE)
Nru 1927/2006[1]
bil-għan ewlieni li juri solidarjetà mal-ħaddiema li jingħataw
is-sensja bħala konsegwenza tal-bidliet fil-mudelli tal-kummerċ dinji
u jipprovdilhom l-assistenza. Billi jikkofinanzja l-miżuri tal-politika
tas-suq tax-xogħol attiv, l-EGF kellu jiffaċilita l-integrazzjoni
mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol tal-ħaddiema f'oqsma, setturi,
territorji jew reġjuni tas-suq tax-xogħol li jġarrbu xokk minn
tfixkil serju fl-ekonomija. Il-kundizzjoni għall-eliġibbiltà
għas-sostenn mill-FEG kienet is-somma ta' mill-inqas 1 000 sensja tul
perjodu ta' erba' xhur f'intrapriża u l-fornituri u l-produtturi aktar ’l
isfel fil-katina tal-attivitajiet inkella tul perjodu ta' disa' xhur f'settur
ekonomiku definit bħala Diviżjoni tar-Reviżjoni 2 tan-NACE
f'reġjun wieħed, jew fi tnejn qrib xulxin, stabbiliti fil-livell NUTS
II. Il-kontribuzzjoni massima mill-FEG kienet stabbilita fil-livell ta' 50%
tal-kostijiet totali tal-miżuri għal suq tax-xogħol attiv u
l-perjodu tal-implimentazzjoni tal-miżuri sostnuti mill-FEG ma jistax
jaqbeż it-12-il xahar mid-data tal-applikazzjoni. Fid-dawl tal-iskala u tar-ritmu
mgħaġġel li bih żviluppat il-kriżi finanzjarja u
ekonomika fl-2008, il-Kummissjoni, fil-Pjan Ewropew tagħha ta' Rkupru
Ekonomiku[2],
ħasbet li tirrevedi r-Regolament (KE) Nru 1927/2006. L-għan ta'
din ir-reviżjoni, li wassal għaliha r-Regolament (KE)
Nru 546/2009[3],
kien li jiġi estiż l-ambitu tal-FEG bħala parti mir-reazzjoni
tal-Ewropa għall-kriżi u tbiddlu fi strument bikri ta' intervent
aktar effettiv f'konformità mal-prinċipji fundamentali ta' solidarjetà u
ġustizzja soċjali. L-emendi inkludew bidliet permanenti
fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006, bħalma hu t-tnaqqis minn
1 000 għal 500 fil-għadd ta' sensji meħtieġa biex tkun
tista' ssir applikazzjoni għal sostenn mill-FEG u estensjoni minn 12 għal
24 xahar għall-perjodu fejn jiġu implimentati l-miżuri
sostnuti mill-FEG. Kienet ġiet introdotta deroga temporanja sabiex (1)
tkabbar l-ambitu tal-FEG biex ikopri s-sostenn favur dawk il-ħaddiema li
jingħataw is-sensja b'effett dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika
(il-paragrafu 1 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006) u (2) biex iżżid il-livell ta' kofinanzjar
mill-FEG minn 50 sa 65% (l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006). Id-deroga temporanja tiskadi
fit-30 ta' Diċembru 2011 u fit-tieni paragrafu
tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 hemm stipulata
l-possibbiltà li din tiġi riveduta. Bejn l-1 ta' Jannar 2007 u
t-30 ta' April 2009 (i.e. qabel ma kienet teżisti d-deroga
marbuta mal-kriżi), il-Kummissjoni kienet irċeviet 15-il
applikazzjoni, hekk li indirizzat l-għajnuna lil 18 430 ħaddiem
u t-total sħiħ tal-kontribut mitlub mill-FEG kien ta'
EUR 78 776 367. Mill-1 ta' Mejju 2009,
jiġifieri minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE)
Nru 546/2009 li jirrevedi r-Regolament (KE) Nru 1927/2006,
l-għadd ta' applikazzjonijiet —kif jidher hawn taħt — żdied
b'mod sinifikanti. Applikazzjonijiet għall-għajnuna mill-FEG imressqa fil-kuntest tad-deroga temporanja marbuta mal-kriżi Sena || Għadd ta' applikazzjonijiet || Għadd ta’ ħaddiema fil-mira || It-total tal-kontributi mitluba mill-FEG (EUR) 2009 || 22 || 19 381 || 99 396 898 2010 || 24 || 25 083 || 115 353 865 Total || 46 || 44 464 || 214 750 763 Applikazzjonijiet għall-għajnuna mill-FEG imressqa fil-kuntest tal-kriterju tar-rabta mal-kummerċ Sena || Għadd ta' applikazzjonijiet || Għadd ta’ ħaddiema fil-mira || It-total tal-kontributi mitluba mill-FEG (EUR) 2009 || 4 || 6 569 || 25 990 290 2010 || 6 || 3 074 || 17 126 749 Total || 10 || 9 643 || 43 117 039 Wara konsultazzjoni mnedija mill-Kummissjoni,
l-Istati Membri indikaw li mingħajr deroga temporanja kien se jkun impossibbli
li titressaq il-parti l-kbira tal-applikazzjonijiet marbuta mal-kriżi,
hekk li 45 000 ħaddiem li batew il-konsegwenzi tal-kriżi
finanzjarja u ekonomika kienu se jibqgħu mingħajr għajnuna
mill-FEG. Barra minn dan, ir-rata akbar ta' 65 % ta' kofinanzjament, b'mod
globali, naqqset il-piż tal-iffinanzjar tal-miżuri sostnuti mill-FEG
għall-Istati Membri applikanti b'madwar EUR 60 miljun
għall-applikazzjonijiet kollha mressqa bejn
l-1 ta' Mejju 2009 u l-31 ta' Diċembru 2010[4]. Id-deċiżjoni dwar l-iskadenza tad-deroga
temporanja marbuta mal-kriżi kienet ittieħdet fl-2009. Dak
iż-żmien, l-aktar Tbassiriet Ekonomiċi tal-Kummissjoni[5] riċenti li kien hemm disponibbli
(tal-Ħarifa 2008), għall-Unjoni Ewropea (UE) kollha kemm hi, kienu
jindikaw irkupru gradwali minn nofs l-2009 bl-istennija ta' tkabbir ta'
0,2 % tal-PGD fl-2009 u ta' 1,1 % fl-2010. Kien imbassar li fl-2009
kien se jkun hemm tnaqqis ta' 0,5% fl-impjiegi u li fl-2010 dawn kellhom
jiżdiedu b'0,1%. Ir-rata tal-qgħad kienet mistennija tilħaq
is-7,8% u t-8,1% tal-forza tax-xogħol fl-2009 u fl-2010, rispettivament.
B'paragun ma' dawn it-tbassiriet, is-sitwazzjoni fl-2009 irriżultat
waħda pjuttost agħar. Il-PGD fl-UE niżel b'4,2 % filwaqt li
l-impjiegi naqsu b'1,9 % u r-rata tal-qgħad laħqet
it-8,9 %. Minkejja l-fatt li t-tkabbir tal-PGD fl-2010 hu previst li jkun
ogħla milli mistenni, fil-livell ta' xi 1,8 %, l-impjiegi komplew
jonqsu b'0,6 % filwaqt li r-rata tal-qgħad laħqet ir-rekord
għoli ta' 9,6 %. Barra minn hekk, l-aktar tbassir riċenti
tat-Tbassiriet Ekonomiċi tal-Kummissjoni (tar-Rebbiegħa 2011) jindika
li l-prospetti għal irkupru ekonomiku u speċjalment għal
wieħed fis-suq tax-xogħol fl-2011 u l-2012 huma agħar minn dawk
mistennija b'mod ġenerali fir-Rebbiegħa tal-2008. Dan hu
partikolarment minnu fejn jidħol il-ħolqien ta' impjiegi ġodda u
r-rata tal-qgħad. Għall-2011, it-tbassir tal-Ħarifa jipprevedi
żieda żgħira fl-impjiegi ta' 0,4 % kif ukoll rata stabbli
f'dak li hu qgħad ta' 9,5 %. Għall-2012, l-istess tbassir
jipprevedi li t-tkabbir fl-impjiegi se jibqa' wieħed imrażżan,
0.7%, u li r-rata tal-qgħad se tibqa' fil-livell ta' 9,1%. Dan jirrifletti
l-fatt li l-irkupru fl-impjiegi normalment jiġi wara dak tal-PGD. Il-kundizzjonijiet
tax-xogħol relattivament dgħajfin[6],
minkejja t-titjib gradwali fil-prospetti tat-tkabbir tal-Prodott Gross
Domestiku (PGD), juru li apparti l-effett tal-irtirar tal-miżuri ta'
politika meħudin b'reazzjoni għall-kriżi biex jittaffa l-effett
tagħha fuq il-qgħad, l-aġġustament strutturali b'effett
tal-kriżi għadu għaddej fis-setturi u l-intrapriżi hekk li
għandu jkun mistenni li għal ċertu żmien se jkun hemm iktar
sensji kawża tal-għeluq ta' xi intrapriżi. Għaldaqstant,
titjib aktar sostanzjali fil-qagħda tal-impjiegi jista' jixref biss mill-2013
’il quddiem. Din l-istampa ta' rkupru pjuttost
mingħajr impjiegi hija kkonfermata mill-Kummissjoni fl-Istħarriġ
Annwali tagħha dwar it-Tkabbir: l-avvanz tar-rispons komprensiv tal-UE
għall-kriżi[7].
Sabiex ikun evitat ir-riskju li jerġa' jkun hemm tkabbir mingħajr
biżżejjed ħolqien dinamiku ta' impjiegi, jidher li hu essenzjali
li jiġi indirizzat il-qgħad u li wieħed jipprevjeni
l-esklużjoni fit-tul mis-suq tax-xogħol. Biex il-fatturi ewlenin li
jwasslu għat-tkabbir jerġgħu jissaħħu, hemm bżonn
ta' riallokazzjoni tax-xogħol u tal-kapital fis-setturi u
l-intrapriżi kif ukoll ta' inċentivi finanzjarji aħjar b'mod li
ngħaddu mill-qgħad għax-xogħol. Kif stqarret il-Kummissjoni, il-kriżi
wasslet għal telf kbir fl-attività ekonomika, għal żieda
sostanzjali fil-qgħad, għal waqgħa kbira fil-produttività, u
għal finanzi pubbliċi tassew dgħajfa. Dan hu kuntest
partikolarment diffiċli biex l-Istati Membri jipprovdu għajnuna
mfassla b'mod u manjiera li tilħaq lil għadd kbir ta' ħaddiema
li tilfu xogħolhom fl-istess żmien kawża tal-kriżi.
Estensjoni tar-rata akbar ta' kofinanzjament mill-FEG ta' 65 % tippermetti
li jitnaqqas xi ftit mill-piż fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istati
Membri. L-impatt tal-kriżi fuq il-kumpaniji li
jagħlqu, li mistenni li se jibqa', flimkien mal-ħtieġa għal
konsolidament fiskali fl-Istati Membri, jiġġustifika l-estensjoni
tad-deroga marbuta mal-kriżi fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Għaldaqstant, hu ssuġġerit li
d-deroga temporanja marbuta mal-kriżi, li tiskadi
fit-30 ta' Diċembru 2011, tkun estiża
sal-31 ta' Diċembru 2013, jiġifieri sa tmiem
il-perjodu tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Dan
għandu jagħmilha possibbli għall-Istati Membri li jkomplu
jressqu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna mill-FEG
għall-benefiċċju tal-ħaddiema li għadhom qed jitilfu
xogħolhom kawża tal-kriżi finanzjarja u ekononomika u biex dawn
jibbenefikaw minn rata ta' kofinanzjament mill-FEG ta' 65 %. · Il-kuntest ġenerali Minn meta ġiet introdotta d-deroga
tempranja marbuta mal-kriżi, kien hemm żieda sinifikanti
fl-għadd ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna mill-FEG kif ukoll
żieda fl-għadd ta' Stati Membri li applikaw għall-għajnuna
mill-FEG. Dan jindika li r-rwol tal-FEG bħala strument ta' intervent waqt
kriżi f'każ ta' sensji fuq skala kbira, kawża tal-kriżi
finanzjarja u ekonomika, qed jiġi aċċettat tassew. Il-Parlament Ewropew appella
għall-estensjoni tad-deroga marbuta mal-kriżi fir-riżoluzzjoni
tiegħu tas-7 ta' Settembru 2010[8]
dwar l-iffinanzjar u l-funzjonament tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament
għall-Globalizzazzjoni. Il-Parlament Ewropew qies li 'il-perjodu
tal-validità tad-deroga inserit fl-2009 bil-għan li jiġu
megħjuna l-ħaddiema li jitilfu xogħolhom minħabba
l-kriżi ekonomika u finanzjarja għandu jiġi estiż sa tmiem
il-Qafas Finanzjarju Multiannwali attwali u li r-rata ta’ kofinanzjament
għandha, għaldaqstant, tinżamm fil-livell ta' 65 %, u dan
minħabba li l-kawżi prinċipali li fuqhom tistrieħ
l-approvazzjoni ta' dawn għadhom għal kollox eżistenti.' · Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-Fond Soċjali Ewropew[9] (FSE) ġie stabbilit biex
jikkontribwixxi għall-prijoritajiet tal-Komunità fejn tidħol
il-koeżjoni ekonomika u soċjali permezz tat-titjib fl-opportunitajiet
tal-impjiegi u x-xogħol, filwaqt li jippromwovi livell ogħli ta’ impjegar
kif ukoll aktar impjiegi u li huma wkoll aħjar. Huwa jappoġġja
l-Istrateġija Ewropea tal-Impjiegi kif ukoll il-politika tal-Istati Membri
li l-għan tagħhom huwa li jinkiseb stat ta' xogħol għal
kulħadd u kwalità u produttività fix-xogħol, tiġi promossa
l-inklużjoni soċjali, inkluż l-aċċess
għax-xogħol lin-nies żvantaġġati, u jitnaqqsu
d-diskrepanzi bejn l-impjiegi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. Id-differenza prinċipali fil-FEG hija li
l-FSE jikkonsisti fi programmi multiannwali li jsostnu miri
strateġiċi li jifirxu fit-tul – notevolment l-antiċipazzjoni u
l-ġestjoni tal-bidla u r-ristrutturar, b’attivitajiet bħalma huma
t-tagħlim tul il-ħajja. Il-FEG, min-naħa l-oħra, jipprovdi
għajnuna individwali ta' darba, li tkun ristretta għal żmien
partikulari, immirata direttament għall-ħaddiema milquta mis-sensji
riżultat tal-globalizzazzjoni tal-kummerċ jew tal-kriżi
finanzjarja u ekonomika. Biex tkun promossa l-għajnuna effettiva li
tingħata lil ħaddiema li jispiċċaw qiegħda, it-tul
tal-miżuri ta' sostenn mill-FEG u l-għażla tal-istrument
jistrieħu fuq valutazzjoni ta' jekk is-sensji humiex kawża ta' possibbiltà
ta' tnaqqis temporanju fl-attività tal-intrapriża u l-fornituri rilevanti,
jew fis-settur ekonomiku, inkella minħabba fatturi strutturali permanenti.
· Konsistenza mal-politiki u l-objettivi l-oħra tal-UE Il-FEG jikkontribwixxi għall-objettivi
tal-Istrateġija Ewropa 2020, li għandhom jippermettu lill-Unjoni
toħroġ iktar b’saħħitha mill-kriżi, u tressaq
l-ekonomija tagħha lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u
inklużiv, flimkien ma' livell għoli ta' impjiegi, produttività u
koeżjoni soċjali. Fil-Komunikazzjoni[10]
Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli
u inklużiv, il-Kummissjoni tara rwol ċar għall-FEG fil-kuntest
tal-inizjattiva ewlenija 'Politika industrijali fl-era tal-globalizzazzjoni',
partikolarment fid-dawl għar-ridistribuzzjoni tal-ħiliet
għas-setturi u s-swieq emerġenti li qed jaraw tkabbir sinifikanti. Billi jimmira lejn ir-riintegrazzjoni
fix-xogħol u f'qasir żmien tal-ħaddiema li jkunu tilfu
xogħolhom kawża tal-globalizzazzjoni u tal-kriżi finanzjarja u
ekonomika, il-FEG jikkontribwixxi għal-linji gwida li ġejjin[11] dwar il-politiki tax-xogħol tal-Istati
Membri: –
Linja gwida 7: Iż-żieda
fil-parteċipazzjoni tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol,
it-tnaqqis tal-qgħad strutturali u l-promozzjoni tal-kwalità
tax-xogħol; –
Linja gwida 8: L-iżvilupp ta' forza
tax-xogħol b’ħiliet li jwieġbu għall-ħtiġijiet
tas-suq tax-xogħol u l-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja; –
Linja gwida 10: Il-promozzjoni tal-inklużjoni
soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar. Finalment, fil-Komunikazzjoni tagħha dwar
il-Ħiliet Ġodda għal Impjiegi Ġodda – L-antiċipazzjoni
u t-tlaqqigħ tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa[12], il-Kummissjoni enfasizzat
in-neċessità li l-UE twitti t-triq għall-irkupru b'mod li
jissaħħaħ il-kapital uman u l-impjegabbiltà billi jiġu
aġġornati l-ħiliet, kif ukoll billi tkun assigurata l-provvista
tal-ħiliet u d-domanda tas-suq tax-xogħol. Il-miżuri
għall-attivazzjoni, għat-taħriġ mill-ġdid u
għall-aġġornament tal-ħiliet kienu identifikati bħala
l-mezzi biex jiżdiedu l-impjiegi u r-riintegrazzjoni fis-suq
tax-xogħol. Il-kofinanzjament tal-attivitajiet biex jiġu
aġġornati l-ħiliet huwa wieħed mill-objettivi ewlenin
tal-FEG. · L-impatt fuq id-drittijiet fundamentali Din il-Proposta ma għandha l-ebda impatt
fuq id-drittijiet fundamentali. 2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI · Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi
ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta’ dawk li ħadu sehem Lill-Istati Membri, il-Kummissjoni
kkonsultathom darbtejn: l-ewwel permezz ta' kwestjonarju
fis-26 ta' Awwissu 2010 u t-tieni, f'laqgħa li saret
f'Porto fid-29 u t-30 ta' Settembru 2010. L-għan ewlieni
ta' dawn il-konsultazzjoniiet kien li jinġabru l-opinjonijiet dwar
l-effettività tal-emendi marbuta mal-kriżi introdotti fl-2009 permezz
tal-Artikolu 1.1a u l-Artikolu 10(1) fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006,
li jiskadu fit-30 ta' Diċembru 2011 u dwar il-bżonn li
dawn jiġu estiżi sal-31 ta' Diċembru 2013. Sommarju
tat-tweġibiet u ta’ kif ġew ikkunsidrati Dwar il-possibbiltà li kien hemm biex
jitressqu l-applikazzjonijiet għas-sensji marbuta direttament
mal-kriżi finanzjarja u ekonomika (l-Artikolu 1.1a tar-Regolament
(KE) Nru 1927/2006) il-konsultazzjoni indikat li dan kien tabilħaqq
ippermetta lill-Istati Membri biex jitolbu l-għajnuna mill-FEG
għall-ħaddiema li tilfu xogħolhom kawża tal-kriżi u
biex tingħatalhom assistenza mill-FEG għar-riintegrazzjoni fid-dinja
tax-xogħol. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri indikat li dawn
il-ħaddiema ma setgħux jibbenefikaw mill-għajnuna tal-FEG
abbażi tal-kriterji tal-globalizzazzjoni marbuta mal-kummerċ.
Il-konsultazzjoni kompliet tindika li ġeneralment inħass eħfef
li tinġabar l-evidenza u li tiġi stabbilita rabta ippruvata bejn
is-sensji u l-kriżi finanzjarja u ekonomika, milli b'rabta mal-tibdil
fil-mudelli tal-kummerċ dinji kawża tal-globalizzazzjoni. Dwar il-bżonn li d-deroga tiġi
estiża sa tmiem l-2013, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri li
wieġbu esprimew ix-xewqa tagħhom li jkun possibbli li jibqgħu
jitressqu iktar applikazzjonijiet għas-sensji marbuta mal-kriżi
finanzjarja u ekonomika globali. L-argumenti favur din l-estensjoni inkludew
kummenti dwar l-esperjenza pożittiva bl-impatt tal-għajnuna li waslet
mill-FEG fuq il-kapaċità tal-ħaddiema biex jirriintegraw ruħhom
fis-suq tax-xogħol f'sitwazzjoni fejn l-effetti tal-kriżi ekonomika
kellhom jibqgħu jinħassu wara l-2011; fejn dan spiċċa
affettwa lill-Istati Membri fi żminijiet differenti u fejn l-effetti
tal-kriżi fuq l-impjiegi kienu għadhom b'saħħithom. Barra
minn hekk, inġibdet l-attenzjoni li estensjoni ta' sentejn oħra ma
kellhiex tikkomprometti s-snin lil hinn mill-2013. Rigward il-possibbiltà għall-applikanti
biex jibbenefikaw minn rata ta' kofinanzjament ta' 65 %
(l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006),
il-konsultazzjoni indikat li r-rata miżjuda ta' kofinanzjament kienet
iffaċilitat id-deċiżjoni li titressaq applikazzjoni
għall-għajnuna mill-FEG għal għadd ta' raġunijiet.
Il-15 % aktar ippermettew li lill-ħaddiema kkonċernati
jingħatalhom l-ekwivalenti f'għajnuna addizzjonali Id-diskrepanza
bejn ir-rata tal-FSE u dik tal-FEG kienet tnaqqset għall-Istati Membri li
setgħu jiksbu rati ogħla mill-FSE u mingħajr dan it-tnaqqis ma
setgħu jressqu ebda applikazzjoni għall-FEG. Il-kofinanzjament
nazzjonali baqa' problema, iżda minħabba li issa l-livell kien ta'
35 % — mhux ta' 50 % — il-problema naqset fil-gravità tagħha.
Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri sabu li r-rata ta' 65 % waqt
il-kriżi kienet waħda xierqa u esprimew ruħhom favur estensjoni
ta' din ir-rata ogħla ta' intervent sa tmiem l-2013. Ir-riżultat ta' dawn
il-konsultazzjonijiet huwa rifless fl-emendi proposti għar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006. · Ġbir u użu ta’ għarfien espert Ma kien hemm bżonn ta' ebda għarfien
espert estern. · Il-valutazzjoni tal-impatt Għal din il-proposta ma kien hemm
bżonn ta' ebda valutazzjoni tal-impatt. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA · Sommarju tal-azzjoni proposta Sabiex tkun estiża d-deroga temporanja
ta' għajnuna għall-ħaddiema mogħtija s-sensja kawża
tal-kriżi finanzjarja u ekonomika, id-data stabbilita fit-tieni paragrafu
tal-paragrafu 1a tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006 hija sostitwita b'dik tal-31 ta' Diċembru
2013. Din l-emenda testendi wkoll, awtomatikament, ir-rata akbar ta'
kofinanzjament ta' 65 % sal-istess ġurnata, kif stipulat
fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. · Bażi legali It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175. · Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika
minħabba li l-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva
tal-UE. L-objettivi tal-proposta ma jistgħux
jintlaħqu għal kollox mill-Istati Membri. Jistgħu jinkisbu biss
billi jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006. L-azzjoni fil-livell tal-UE se twassal
għal kisba aħjar tal-objettivi ta' solidarjetà stabbiliti
fil-proposta għar-raġunijiet li ġejjin. L-adattabbiltà tal-FEG, strument finanzjarju
disponibbli fil-livell tal-UE, għall-ħtiġijiet tas-sitwazzjoni
ekonomika u finanzjarja ta' bħalissa, tista' tirnexxi biss permezz ta'
inizjattiva leġiżlattiva meħuda fil-livell tal-UE. Meta għamlet il-proposta, il-Kummissjoni
straħet fuq il-ħtiġijiet li jixirfu mill-valutazzjoni ta'
bħalissa tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-Istati Membri u fuq
it-tbassir ekonomiku tal-perjodu 2012-13. Dawn ivarjaw b'mod sinifikanti
mill-valutazzjoni u t-tbassir disponibbli fi tmiem l-2008 u l-bidu tal-2009,
meta l-emendi temporanji marbuta mal-kriżi kienu ġew introdotti
fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Din il-proposta għalhekk tikkonforma
mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. · Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju
tal-proporzjonalità minħabba r-raġunijiet li ġejjin. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità,
l-emendi proposti għar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 ma jmorrux lil
hinn minn dak li hu neċessarju sabiex ikun aġġustat
il-funzjonament tal-FEG għat-tbassiriet attwali fejn tidħol
il-kriżi finanzjarja u ekonomika u l-impatt tagħha fuq l-impjiegi u
fuq id-defiċits tal-Istati Membri billi (1) iħallu l-possibbiltà li
jitressqu applikazzjonijiet għall-għajnuna mill-FEG
għall-ħaddiema mogħtija s-sensja kawża tal-kriżi
finanzjarja u ekonomika li għadha għaddejja u (2) jipprovdu għal
rata ta' kofinanzjament ta' 65 % minflok ta' 50 %. Id-deroga marbuta mal-kriżi tagħti
l-possibbiltà lill-Istati Membri li japplikaw għall-għajnuna mill-FEG
għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja kawża tal-kriżi
fil-każijiet fejn tista' tkun stabbilita rabta ċara u ppruvata bejn
dawn is-sensji u l-kriżi. Huwa ovvju li din il-possibbiltà ma
tintużax kemm-il darba ma jkunx hemm każijiet simili. Il-proposta ma timponix xi piż
amministrattiv addizzjonali fuq l-Istati Membri b'paragun mar-rekwiżiti
imposti mid-dispożizzjonijiet attwali tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006. · Għażla tal-istrument L-istrument propost: Regolament. Mezzi oħra ma jkunux adegwati
minħabba r-raġuni li ġejja: Regolament huwa l-istrument legali xieraq biex
jiġi emendat ir-regolament eżistenti. 4. IMPLIKAZZJONI TAL-BAĠIT L-Artikolu 28 tal-Ftehim
Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni
tas-17 ta' Mejju 2006[13]
dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda jipprevedi li
l-FEG ma jistax jaqbeż ammont minimu annwali ta' EUR 500 miljun. Abbażi
tat-talbiet għall-għajnuna mill-FEG fil-passat[14], l-estensjoni proposta tad-deroga marbuta
mal-kriżi fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 mhix mistennija
taqbeż l-ammont massimu annwali. It-talbiet laħqu l-EUR 51,8 miljun
fl-2007 u l-EUR 20,6 miljun fl-2008. Fl-2009, l-ammont totali ta'
għajnuna li ntalbet mill-FEG laħaq il-EUR 131,7 miljun, li
minnhom 75 % kienu jikkonċernaw applikazzjonijiet b'rabta mal-kriżi
filwaqt li 25 % kienu jikkonċernaw applikazzjonijiet b'rabta
mal-kummerċ. Fl-2010, l-ammont totali ta' għajnuna li ntalbet
mill-FEG laħaq il-EUR 132,5 miljun, li minnhom 87 % kienu
jikkonċernaw applikazzjonijiet b'rabta mal-kriżi filwaqt li 13 %
kienu jikkonċernaw applikazzjonijiet b'rabta mal-kummerċ. 2011/0147 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006
li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament
għall-Globalizzazzjoni IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu
tal-Artikolu 175 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Wara li għaddew l-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[15], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[16], Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1)
Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006[17] stabbilixxa l-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (minn hawn ’il quddiem
il-'FEG') biex jippermetti lill-Unjoni issostni u turi solidarjetà
mal-ħaddiema li ngħataw is-sensja kawża tal-bidliet strutturali
maġġuri fil-mudelli tal-kummerċ dinji minħabba
l-globalizzazzjoni. (2)
Bħala parti mir-reazzjoni
għall-kriżi finanzjarja u ekonomika, ir-Regolament (KE) Nru 546/2009
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009[18] emenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006
billi jipprovdi, b'mod partikolari, għal deroga temporanja mmirata biex
twessa' l-ambitu tiegħu sabiex ikopri s-sensji kawża tal-kriżi
kif ukoll żieda temporanja fir-rata ta' finanzjament mill-FEG. (3)
Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali ekonomika u
finanzjarja fl-Unjoni, huwa f'loku li din id-deroga tiġi estiża qabel
l-iskadenza tagħha fit-30 ta' Diċembru 2011. (4)
Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 għandu
għalhekk ikun emendat bl-istess mod. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fl-Artikolu 1(1a) tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006 it-tieni subparagrafu għandu jinbidel
b’dan li ġej: "Din id-deroga għandha tapplika
għall-applikazzjonijiet kollha mressqa mhux aktar tard
mill-31 ta' Diċembru 2013." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu
f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President STQARRIJA FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Il-qasam/l-oqsma
ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB 1.3. In-natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. Objettiv(i)
1.5. Bażi
għall-proposta/inizjattiva 1.6. Tul
ta’ żmien u impatt finanzjarju 1.7. Metodu(i)
ta’ mmaniġġjar previst(i) 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli
ta’ monitoraġġ u rapportaġġ 2.2. Sistema
ta’ ġestjoni u kontroll 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni tal-frodi u ta’ irregolaritajiet 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura(i)
tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa
affettwata(i) 3.2. L-impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sinteżi tal-impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.2. Impatt stmat fuq
approprjazzjonijiet operattivi 3.2.3. Impatt stmat fuq
approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.4. Kumpatibbiltà
mal-qafas finanzjarju multiannwali preżenti 3.2.5. Parteċipazzjoni
ta’ terzi fil-finanzjament 3.3. Stima tal-impatt fuq
id-dħul DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI
1.
QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.
Titolu tal-proposta/inizjattiva
Proposta
għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li Jemenda
r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
1.2.
Il-qasam(l-oqsma) ta’ politika kkonċernat(i)
fl-istruttura tal-ABM/ABB[19]
L-Attività
ABB: Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni kif
inkluż fil-Pjan tal-Immaniġġjar tad-DĠ EMPL 2010
1.3.
In-natura tal-proposta/inizjattiva
¨ Il-proposta/l-inizjattiva
hija relatata ma’ azzjoni ġdida ¨ Il-proposta/inizjattiva
għandha x'taqsam ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett
pilota/azzjoni preparatorja[20]
X Il-proposta/l-inizjattiva
tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti ¨ Il-proposta/inizjattiva
hija marbuta ma’ azzjoni indirizzata lejn azzjoni ġdida
1.4.
Objettivi
1.4.1.
L-objettiv(i) strateġiku(strateġiċi)
multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta(inizjattiva)
Il-proposta
taqa' taħt l-inizjattiva ewlenija 'Politika industrijali għall-era
tal-globalizzazzjoni' li tagħmel parti mill-Istrateġija Ewropa 2020
tal-Kummissjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u
inklużiv.
1.4.2.
Objettiv(i) speċifiku(speċifiċi) u
l-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata(i)
Objettiv speċifiku Nru 1: Li
tinżamm il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema
mogħtija s-sensja kawża tal-bidliet fil-mudelli tal-kummerċ
dinji u tal-kriżi finanzjarja u ekonomika . Objettiv speċifiku Nru 2:
Jiżdied l-għarfien tal-FEG, bħala espressjoni ta' solidarjetà,
fost il-pubbliku ġenerali Attività(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernati:
Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)
1.4.3.
Riżultat(i) u impatt mistennijin
Speċifika
l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq
il-benefiċjarji/gruppi fil-mira. Il-proposta
se tippermetti lill-Unjoni Ewropea tkompli tagħti s-sostenn tagħha
permezz tal-FEG b'rata ta' kofinanzjament ta' 65 % għal miżuri
għal suq tax-xogħol attiv għall-ħaddiema li tilfu
xogħolhom kawża tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. Barra
minn dan, din ir-rata ta' kofinanzjament se jibbenefikaw minnha wkoll
il-ħaddiema li tilfu xogħolhom kawża tal-globalizzazzjoni
tal-kummerċ.
1.4.4.
Indikaturi ta’ riżultati u impatt
Speċifika l-indikaturi
għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. -
L-għadd ta' applikazzjonijiet imressqa għall-għajnuna mill-FEG -
L-għadd ta' ħaddiema li tilfu xogħolhom fil-mira
tal-għajnuna mill-FEG -
L-għadd ta' ħaddiema riintegrati fid-dinja tax-xogħol
riżultat tal-miżuri sostnuti mill-FEG
1.5.
Bażi għall-proposta/inizjattiva
1.5.1.
Rekwiżit(i) li għandhom jintlaħqu
fuq medda ta’ żmien qasir jew twil
Fid-dawl
tal-kriżi finanzjarja u ekonomika , fl-2009 kien emendat ir-Regolament
(KE) Nru 1927/2006 u pprovda għal deroga temporanja marbuta
mal-kriżi. Din id-deroga tiskadi
fit-30 ta' Diċembru 2011. Madankollu, l-iktar tbassiriet
ekonomiċi riċenti jipprevedu li l-effetti tal-kriżi, u b'mod
partikolari l-impatt negattiv tagħha fuq ir-ritmu tal-ħolqien tal-impjiegi
fir-ristrutturar u fuq ir-rata tal-qgħad, se jkomplu għaddejjin
tal-inqas sa tmiem l-2012. Din il-proposta għandha tippermetti lill-FEG
biex jintervjeni fl-għajnuna lill-ħaddiema mogħtija s-sensja
kawża tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali sal-31 ta' Diċembru 2013
b'rata ta' intervent ta' 65 %.
1.5.2.
Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE
L-involviment
tal-UE permezz tal-FEG jagħmilha possibbli li jiġu kkumplimentati
l-mezzi nazzjonali disponibbli għar-riintegrazzjoni tal-ħaddiema
mogħtija s-sensja kawża tal-globalizzazzjoni tal-kummerċ jew
tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. L-esperjenza miksuba sa issa
mill-FEG tidher li tindika li l-involviment tal-UE jagħmilha possibbli li
tkun ipprovduta għajnuna aktar speċifika għal perjodu itwal,
fejn ħafna drabi jkunu involuti miżuri li ma kinux ikunu pprovduti
mingħajr involviment mill-UE.
1.5.3.
Għarfien miksub minn esperjenzi simili
fil-passat
Ara
l-esperjenza mir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006
stabbilita fil-Memorandum ta' spjega.
1.5.4.
Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti
relevanti oħrajn
Il-FEG
huwa koerenti u joffri sinerġija mal-Fond Soċjali Ewropew.
1.6.
Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju
–
X Proposta/inizjattiva temporanja –
X Proposta/inizjattiva
fis-seħħ mill-31 ta' Diċembru 2011 sal-31 ta' Diċembru 2013 –
¨ Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS ¨ Proposta/inizjattiva temporanja –
Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-SSSS
sal-SSSS, –
segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.
Il-metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i)[21]
¨ Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni ¨ Ġestjoni indiretta ċentralizzata b’delega tal-kompiti ta' implimentazzjoni lil: –
¨ aġenziji eżekuttivi –
¨ entitatjiet stabbiliti mill-Komunitajiet[22] –
¨ korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz
pubbliku –
¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi
skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att
bażiku relevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49
tar-Regolament Finanzjarju X Ġestjoni maqsuma mal-Istati Membri ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi ¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (trid tiġi
speċifikata) Jekk tindika iktar minn
mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji
fit-taqsima “Kummenti”. Kummenti
2.
MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.
Regoli ta’ monitoraġġ u
rapportaġġ
Speċifika
l-frekwenza u l-kundizzjonijiet L-Artikolu 16
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 jirrikjedi li l-Kummissjoni
tippreżenta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport
kwalitattiv u kwantitattiv dwar l-attivitajiet li saru taħt dan
ir-Regolament fis-sena ta’ qabel. Dan ir-rapport fih, fost l-oħrajn,
l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni fuq l-attivitajiet ta’ monitoraġġ
matul is-sena kkonċernata. Skont
l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, qabel tmiem l-2011
il-Kummissjoni — f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri — trid
tagħmel evalwazzjoni f’nofs il-perjodu tal-effettività u s-sostenibbiltà
tar-riżultati miksuba bil-FEG.
Sal-31 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni trid twettaq,
bl-assistenza ta’ esperti esterni, valutazzjoni ex-post biex tkejjel l-impatt
tal-FEG u l-valur miżjud tiegħu.
2.2.
Sistema ta’ ġestjoni u kontroll
2.2.1.
Riskj(i)i identifikat(i)
Ir-riskji
huma dawk marbuta mal-ġestjoni konġunta tal-Fondi Komunitarji.
2.2.2.
Metodu(i) ta’ kontroll previst(i)
Ir-rekwiżiti
applikabbli għall-ġestjoni u l-kontroll finanzjarju huma stipulati
fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.
2.3.
Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u ta’
irregolaritajiet
Speċifika
l-miżuri ta’ prevenzjoni jew protezzjoni eżistenti jew previsti. Il-miżuri
biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-irregolaritajiet huma
stipulati fl-Artikolu 18 (1) d u fl-Artikolu 18 (2) tar-Regolament
(KE) Nru 1927/2006.
3.
STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.
Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u
l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata(i)
· Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti Fl-ordni skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju
multiannwali u l-linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Deskrizzjoni........................................…...…] || AD/AMD ([23]) || Minn pajjiżi tal-EFTA[24] || mill-pajjiżi kandidati[25] || mill-pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju. 1.1 || 04.0501 Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni 04.010414 Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) — Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva 40.0243 Riserva għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni || AMD || LE || LE || LE || LE · Linji baġitarji ġodda mitluba Fl-ordni skont
l-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Intestatura…..................................................] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || mill-pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju. mhux applikabbli || mhux applikabbli || […] || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE
3.2.
L-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.
Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa
Miljuni ta' EUR (sa 3 figuri deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru || DĠ: EMPL || || || Sena 2012[26] || Sena 2013 || TOTAL Approprazzjonijiet operazzjonali PM || || || Numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1) || || || Ħlasijiet || (2) || || || Numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1a) || || || Ħlasijiet || (2a) || || || Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[27] || || || Numru tal-linja baġitarja || || (3) || || || TOTAL ta’ approprjazzjonijiet għad-DĠ EMPL || Impenji || =1+1a +3 || || || Ħlasijiet || =2+2a +3 || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || Ħlasijiet || (5) || || || TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi || (6) || || || TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA EMPL tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || || || Ħlasijiet || =5+ 6 || || || Jekk aktar minn intestatura waħda hija milquta
mill-proposta / inizjattiva: TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || Ħlasijiet || (5) || || || TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi || (6) || || || TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || Ħlasijiet || =5+ 6 || || || Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || " Nefqa amministrattiva " Miljuni ta' EUR (sa 3 figuri deċimali) || || || Sena 2012 || Sena 2013 || TOTAL DĠ: EMPL || Riżorsi umani || Ebda impatt || Ebda impatt || Infiq amministrattiv ieħor || || || TOTAL DĠ EMPL || Approprjazzjonijiet || || || TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Impenji totali = Ħlasijiet totali) || || || Miljuni ta' EUR (sa 3 figuri deċimali) || || || Sena N[28] || Sena N+1 || TOTAL TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || || || Ħlasijiet || || ||
3.2.2.
Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet operattivi
–
X Il-proposta/inizjattiva
ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali. –
¨ Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet
operattivi, kif spjegat hawn isfel: Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta' EUR (sa 3
figuri deċimali) Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena 2012 || Sena 2013 || ... daħħal is-snin li hemm bżonn biex turi l-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL || || Tip ta’ riżultat[29] || Kost medju tar-riżultat || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd ta’ riżultati || Kost || Għadd totali ta’ riżultati || Kost totali || OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1[30] || || || || || || || || || || || || || - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru°1 || || || || || || || || || || || || || OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ... || || || || || || || || || || || || || - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru°2 || || || || || || || || || || || || || KOST TOTALI || || || || || || || || || || || || ||
3.2.3.
Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’
natura amministrattiva
3.2.3.1.
Sinteżi
–
X Il-proposta/inizjattiva
ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi –
¨ Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet
amministrattivi, kif spjegat hawn isfel: Miljuni ta' EUR (sa 3
figuri deċimali) || Sena 2012 [31] || Sena 2013 || ... daħħal is-snin li hemm bżonn biex turi l-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || Riżorsi umani || || || || Infiq amministrattiv ieħor || || || || Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || ’Il barra mill-INTESTATURA 5[32] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || Riżorsi umani || || || Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva || || || Subtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || TOTAL || || || || || ||
3.2.3.2.
Stima tal-bżonn ta’ riżorsi umani
–
¨ Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ riżorsi
umani –
X Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu
ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn isfel: L-istima għandha tiġi espressa
f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa figura deċimali waħda) || Sena 2012 || Sena 2013 || ... daħħal is-snin li hemm bżonn biex turi l-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6) xx 01 01 01 (Fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || || xx 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || xx 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || || XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || XX 01 04 yy [33] || - fil-Kwartieri Ġenerali[34] || || - fid-delegazzjonijiet || || XX 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka indiretta) || || 10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) || || Linji baġitarji oħrajn (speċifika) || || TOTAL || || || || || XX huwa l-qasam
ta’ politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani
mitluba għandhom jiġu koperti mill-membri tal-persunal mid-DĠ li
jkunu diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew
riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk dan ikun meħtieġ,
ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali ta’ ġestjoni li tista’
tingħata lid-DĠ skont il-proċedura annwali ta’allokazzjoni u
fid-dawl tal-limiti tal-baġit. Deskrizzjoni ta’
kompiti li għandhom jitwettqu: Uffiċjali u aġenti temporanji || Persunal estern ||
3.2.4.
Kumpatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali
preżenti
–
X Il-proposta/inizjattiva
hija kumpatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali preżenti. –
¨ Il-proposta/inizjattiva ser tinvolvi programmar mill-ġdid
tal-intestatura relevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali. Spjega x’ipprogrammar mill-ġdid huwa
meħtieġ, u speċifika l-linji baġitarji kkonċernati u
l-ammonti korrispondenti. Mhux
applikabbli –
¨ Il-proposta/inizjattiva teżiġi l-applikazzjoni
tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju
multiannwali[35]. Spjega x’inhu meħtieġ, u speċifika
l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti
korrispondenti. Mhux
applikabbli
3.2.5.
Kontribuzzjonijiet minn terzi
–
X
Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet
terzi –
Il-proposta/inizjattiva tipprovdi
għall-kofinanzjament stmat hawn isfel: Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 figuri
deċimali) || Sena 2012 || Sena 2013 || ... daħħal is-snin li hemm bżonn biex turi l-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total Speċifika l-korp li jikkofinanzja || || || || || || Approprjazzjonijiet TOTALI kofinanzjati || || || || || ||
3.3.
Stima tal-impatt fuq id-dħul
–
X Il-proposta/
l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul. –
¨ Il-proposta/inizjattiva għandha dan l-impatt finanzjarju: –
¨ fuq ir-riżorsi proprji –
¨ fuq id-dħul mixxellanju. Miljuni ta' EUR (sa 3 figuri deċimali) Linja baġitarja tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għall-eżerċizzju tal-baġit li jinsab għaddej || || Sena 2012 || Sena 2013 || … daħħal il-kolonni li hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Artikolu............... || || || || || || || Għal dħul
mixxellanju assenjat, speċifika l-linja(i) baġitarja(i) tal-infiq
affettwata(i). Mhux
applikabbli Speċifika l-metodu
għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. Mhux applikabbli [1] ĠU
L 48, 22.2.2008, p. 82 [2] COM(2008)800,
26.11.2008 [3] ĠU
L 167, 29.6.2009, p. 26 [4] Esklużi
l-applikazzjonijiet li ġew irtirati jew irrifjutati [5] http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/european_economy/forecasts_en.htm [6] Ibid. [7] COM(2011)11,
12.1.2011 [8] Riżoluzzjoni
tal-Parlament Ewropew (2010/2072/INI) [9] Regolament
(KE) Nru 1081/2006, ĠU L 210, 31.7.2006, p. 12 [10] COM(2010)2020,
3.3.2010 [11] Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar il-linji gwida
għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri. ĠU
L 308, 24.11.2010, p. 46 [12] COM(2008) 868,
16.12.2008 [13] ĠU
C 139, 14.6.2006, p. 1. [14] Esklużi
l-applikazzjonijiet li ġew irtirati jew irrifjutati [15] ĠU C
, , p. . [16] ĠU C
, , p. . [17] ĠU
L 48, 22.2.2008, p. 82 [18] ĠU
L 167, 29.6.2009, p. 26 [19] ABM:
Activity-Based Management (Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività) – ABB:
Activity-Based Budgeting (Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività). [20] Kif inhu
msemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju. [21] Id-dettalji
dwar il-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju
huma disponibbli fis-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [22] Kif
imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju. [23] AD =
Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD= Approprjazzjonijiet mhux differenzjati [24] EFTA:
European Free Trade Association (Assoċjazzjoni Ewropea
għall-Kummerċ Ħieles). [25] Il-pajjiżi
kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali
mill-Balkani tal-Punent. [26] Is-sena N
hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. [27] Assistenza
u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ
għall-implimentazzjoni ta’ programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (li qabel
kienu linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta. [28] Is-sena N
hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. [29] Ir-riżultati
huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (eż.:
l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’
toroq mibnija, eċċ.). [30] Kif
ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku(ċi)…” [31] Is-sena N
hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. [32] Assistenza
u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ
għall-implimentazzjoni ta’ programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (li qabel
kienu linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta. [33] Taħt
il-limitu massimu għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet
operattivi (linji “BA” preċedenti). [34] Essenzjalment
għall-Fondi Strutturali, għall-Fond Agrikolu Ewropew
għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u għall-Fond Ewropew
għas-Sajd (FES). [35] Ara
l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.