52011PC0322

/* KUMM/2011/0322 finali - NLE 2011/0151 */ Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jtemm il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ kumarina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

2. Raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ('ir-Regolament bażiku') fil-proċediment li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ kumarina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

- Kuntest ġenerali

Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skont ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku.

- Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 600/1996[1] tal-25 ta’ Marzu 1996 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ kumarina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 769/2002[2] tas-7 ta’ Mejju 2002 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta’ coumarin li toriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2272/2004[3] tat-22 ta' Diċembru 2004 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament (KE) Nru 769/2002 fuq l-importazzjoni ta’ coumarin li toriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ coumarin li jiġu kkunsinnati mill-Indja jew mit-Tajlandja, kemm jekk ikunu dikjarati li joriġinaw fl-Indja jew fit-Tajlandja kif ukoll jekk le.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 3/2005[4] tat-3 ta' Jannar 2005 li taċċetta impenn offrut inkonnessjoni mal-investigazzjoni kontra t-tqarriq bil-liġi dwar miżuri ta' kontra d-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 769/2002 dwar l-importazzjoni ta' coumarinli ġejja mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina mill-importazzjoni ta' coumarin kkonsenjat mill-Indja jew mit-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati jew le bħala li ġejjin mill-Indja jew mit-Tajlandja.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1650/2006[5] tas-7 ta' Novembru 2006 li jestendi d-dazju definittiv kontra d-dumping impost mir-Regolament (KE) Nru 769/2002 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta' kumarina li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, għall-importazzjonijiet ta' kumarina kkunsinnati mill-Indoneżja u l-Malażja kemm jekk dikjarati li joriġinaw mill-Indoneżja jew mill-Malażja kif ukoll jekk le.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 654/2008[6] tad-29 ta' April 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ kumarina li toriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ kumarina konsenjati mill-Indja, mit-Tajlandja, mill-Indoneżja u mill-Malażja, kemm jekk dikjarati li joriġinaw fl-Indja, fit-Tajlandja, fl-Indoneżja u fil-Malażja kif ukoll jekk le.

- Konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni

Mhux applikabbli.

3. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TAL-IMPATT

4. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-partijiet interessati kkonċernati mill-proċediment kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku.

- Ġbir u użu ta’ kompetenza

Ma kienx hemm ħtieġa ta’ esperti esterni.

- Stima tal-impatt

Din il-proposta hija r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku.

Ir-Regolament bażiku ma fihx dispożizzjonijiet għal stima tal-impatt ġenerali iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati.

5. ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

6. Taqsira tal-azzjoni proposta

Fil-5 ta' Novembru 2010, il-Kummissjoni nediet, ex-officio , reviżjoni interim parzjali limitata għall-aspetti ta' ħsara tal-miżuri anti-dumping applikabbli fuq importazzjonijiet ta’ kumarina li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ kumarina konsenjati mill-Indja, mit-Tajlandja, mill-Indoneżja u mill-Malażja, kemm jekk dikjarati li joriġinaw mill-Indja, mit-Tajlandja, mill-Indoneżja u mill-Malażja kif ukoll jekk le, b'konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.

Il-fini ta' din l-investigazzjoni kienet li teżamina jekk kienx għad hemm produzzjoni ta' kumarina fl-Unjoni Ewropea, u jekk kien hemm, jekk l-industrija tal-Unjoni kinitx għadha ssofri ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet iddampjati.

Il-Kummissjoni ġiet infurmata mill-uniku produttur magħruf tal-kumarina fl-UE, li kkostitwixxa l-industrija tal-Unjoni fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti, li l-kumpanija ddeċidiet li twaqqaf b'mod permanenti il-produzzjoni tagħha fl-aħħar ta' Awwissu 2010. Bħalissa, għall-kumpaniji Ewropej ma hemm l-ebda alternattiva oħra milli jimportaw il-kumarina.

Il-Kummissjoni ma identifikatx l-argumenti li jissuġġerixxu li l-interess tal-Unjoni jista' jiġġustifika t-tkomplija tal-miżuri anti-dumping preżentement fis-seħħ u għalhekk tissuġġerixxi li dawn il-miżuri jitneħħew.

Huwa għalhekk propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament li għandu jiġi ppubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kemm jista' jkun malajr u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mit-12 ta' Lulju 2011.

- Bażi ġuridika

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.

- Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-proposta taqa’ fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

- Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin:

Il-forma tal-azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tħallix lok għal deċiżjoni nazzjonali.

L-indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini huwa mminimizzat u pproporzjonat mal-għan tal-proposta, mhijiex applikabbli.

- L-għażla ta' strumenti

Strumenti proposti: regolament.

Mezzi oħra ma jkunux adegwati minħabba r-raġuni li ġejja:

Mezzi oħra ma jkunux adegwati għaliex ir-Regolament bażiku ma jipprevedix għażliet alternattivi.

7. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni.

2011/0151 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jtemm il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ kumarina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[7] ("ir-Regolament bażiku"), u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea ("il-Kummissjoni") wara li kkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

8. PROĊEDURA

9. Miżuri fis-seħħ

10. Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 654/2008[8] fuq importazzjonijiet ta’ kumarina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ kumarina kkonsenjati mill-Indja, mit-Tajlandja, mill-Indoneżja u mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja, mit-Tajlandja, mill-Indoneżja u mill-Malażja kif ukoll jekk le, u impenn aċċettat minn produttur Indjan wieħed (Atlas Fine Chemicals Pvt. Ltd)[9].

11. Raġunijiet għar-reviżjoni

12. Il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-uniku produttur tal-kumarina, li jikkostitwixxi l-industrija tal-Unjoni fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti, iddeċieda li jwaqqaf il-produzzjoni tal-kumarina fl-Unjoni Ewropea fl-aħħar ta' Awwissu 2010.

13. Bidu

14. Għaldaqstant, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, tat bidu, permezz ta' nota ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea [10], għal reviżjoni interim parzjali limitata għall-aspetti ta' ħsara tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ kumarina li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ kumarina konsenjati mill-Indja, mit-Tajlandja, mill-Indoneżja u mill-Malażja, kemm jekk dikjarati li joriġinaw mill-Indja, mit-Tajlandja, mill-Indoneżja u mill-Malażja kif ukoll jekk le.

15. Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-produtturi tal-Unjoni u lir-rappreżentanti tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina bil-bidu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta' bidu.

16. Il-prodott rivedut

17. Il-prodott taħt reviżjoni huwa kumarina, li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li bħalissa huwa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 2932 21 00 ("il-prodott ikkonċernat").

18. Sejbiet u tmiem il-proċediment

19. L-investigazzjoni kkonfermat li l-uniku produttur Ewropew tal-prodott ikkonċernat għalaq permanentement il-faċilità ta' produzzjoni tiegħu f'Awwissu 2010.

20. Il-Kummissjoni qieset li l-proċediment attwali għandu jitwaqqaf peress li l-investigazzjoni tar-reviżjoni ma sabet l-ebda kunsiderazzjoni li turi li dan it-tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b'dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma tressqu l-ebda kummenti li jindikaw li dan it-tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

21. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-proċediment anti-dumping li jikkonċerna importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ kumarina li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ kumarina konsenjati mill-Indja, mit-Tajlandja, mill-Indoneżja u mill-Malażja, kemm jekk dikjarati li joriġinaw mill-Indja, mit-Tajlandja, mill-Indoneżja u mill-Malażja kif ukoll jekk le għandu jintemm.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-miżuri anti-dumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ kumarina li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2932 21 00 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiżi għall-importazzjonijiet konsenjati mill-Indja, it-Tajlandja, l-Indoneżja u l-Malażja, sew jekk ikunu ddikjarati bħala li joriġinaw mill-Indja, it-Tajlandja, l-Indoneżja u l-Malażja u sew jekk le, huma b'dan revokati u l-proċediment li jikkonċerna dawn l-importazzjonijiet huwa mitmum.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell fi […],

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU L 086, 4.4.1996, p. 1.

[2] ĠU L 123, 9.5.2002, p. 1.

[3] ĠU L 396, 31.12.2004, p. 19.

[4] ĠU L 1, 4.1.2005, p. 15.

[5] ĠU L 311, 10.11.2006, p. 1.

[6] ĠU L 183, 11.7.2008, p. 1.

[7] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

[8] ĠU L 183, 11.7.2008, p. 1.

[9] ĠU L 1, 4.1.2005, p. 15.

[10] ĠU C 299, 5.11.2010, p. 4.