/* KUMM/2011/0288 finali - 2011/0135 (COD) */ Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) jiġi fdat b’ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-kreattività, l-għarfien u l-innovazzjoni huma l-ixprunaturi tat-tkabbir futur tagħna. Għaldaqstant, l-Istrateġija Ewropa 2020[1] identifikat it-tkabbir intelliġenti bħala wieħed mit-tliet prijoritajiet għat-tfassil tal-politika futura tal-Kummissjoni. Din tisħaq ukoll fuq il-ħtieġa li tingħata spinta lill-prestazzjoni tar-riċerka tal-UE, li jkun hemm promozzjoni tal-innovazzjoni u trasferiment tal-għarfien u li jkun żgurat li l-ideat innovattivi jkunu jistgħu jinbidlu fi prodotti u servizzi ġodda li joħolqu tkabbir u impjiegi ta’ kwalità. Il-Kummissjoni impenjat ruħha li tappoġġa dawn l-objettivi billi toħloq kultura ta’ proprjetà intellettwali (PI) ta’ standard għoli[2]. Theddida għall-politika tal-PI, u għalhekk għat-tkabbir u l-kompetittività, tinsab fiż-żieda fil-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali osservata f’dawn l-aħħar snin. Pereżempju, fl-2009, l-OECD stmat li l-kummerċ internazzjonali fil-merkanzija ffalsifikata u li sfat vittma tal-piraterija, fl-2007 kien jammonta għal USD 250 biljun, li bħala ammont huwa ikbar mill-PDG nazzjonali ta’ 150 ekonomija[3]. Barra minn hekk, iċ-ċifri ppubblikati mill-awtoritajiet doganali tal-UE jirriflettu żieda ċara fl-attività doganali, b’żieda fil-każijiet irreġistrati minn 26 704 fl-2005 għal 43,572 fl-2009, jiġifieri żieda ta’ madwar 60% fi żmien ħames snin[4]. Rigward il-piraterija (jew il-ksur tad-drittijiet tal-awtur onlajn), l-impatt ekonomiku huwa inqas ċar f’dan l-istadju, minħabba n-natura riċenti ħafna ta’ dan il-fenomenu. Madankollu, l-aktar studju riċenti tal-industrija li sar fl-2010, minn TERA Consultants li huma bbażati f’Pariġi u kkummissjonat mill-inizjattiva tal-International Chamber of Commerce’s Business Action to Stop Counterfeiting and Piracy (BASCAP), jindika li fl-2008, intilfu EUR 10 biljun u aktar minn 185,000 impjieg fl-UE minħabba l-piraterija fl-industriji tal-mużika, tal-films, tat-TV u tas-softwer[5]. Diversi studji ppubblikati mill-industrija u minn organizzazzjonijiet internazzjonali jikkonfermaw it-tkabbir kostanti fil-kummerċ ta’ oġġetti ffalsifikati u li sfaw vittma tal-piraterija u jikkonkludu li dan: - inaqqas b’mod sinifikanti l-investiment fl-innovazzjoni u jeqred l-impjiegi[6]; - jhedded is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi Ewropej[7]; - joħloq problemi serji għall-SMEs Ewropej[8]; - jirriżulta f’telf mid-dħul tat-taxxa minħabba tnaqqis fil-bejgħ iddikjarat[9]; - jattira l-kriminalità organizzata[10]. Waħda mill-inizjattivi ewlenin mnedija mill-Kunsill[11] u l-Kummissjoni fl-2009[12] biex tkun indirizzata din it-theddida kienet li jiġi stabbilit Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija u biex jittejjeb il-fehim dwar il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI) (‘l-Osservatorju’). F’konformità mat-talba tal-Kunsill tal-2008, l-Osservatorju fil-forma preżenti tiegħu huwa ċentru ta’ għarfien espert mingħajr personalità ġuridika amministrat mis-servizzi tal-Kummissjoni. Għandu rwol doppju: (i) li jsir riżorsa ċentrali għall-ġbir, għall-monitoraġġ u għar-rappurtar ta’ informazzjoni u dejta relatati ma’ kull ksur tad-DPI u (ii) li jintuża bħala pjattaforma għal kooperazzjoni bejn ir-rappreżentanti mill-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet interessati biex ikunu skambjati l-ideat u l-għarfien espert dwar l-aqwa prattiki, biex ikunu żviluppati strateġiji konġunti ta’ nfurzar u biex isiru rakkomandazzjonijiet lil dawk li jfasslu l-politika. Il-ġestjoni tal-Osservatorju tinkludi sensiela ta’ kompiti u attivitajiet taħt ir-responsabbiltà tas-servizzi tal-Kummissjoni. Bħalissa, l-Osservatorju qiegħed jitmexxa minn tliet uffiċjali tal-Kummissjoni (żewġ amministraturi u assistent/a) li jwettqu wkoll ħidma ta’ politika relatata mal-Osservatorju. L-aktar Riżoluzzjoni tal-Kunsill riċenti relatata mal-Osservatorju żiedet aktar responsabbiltajiet, billi tistiednu jivvaluta l-ħtiġijiet għall-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ fuq livell tal-UE għal dawk involuti fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija[13]. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ Settembru 2010 talbet ukoll lill-Osservatorju biex jiġbor dejta ta’ riċerka xjentifika dwar il-falsifikazzjoni u r-regolazzjoni tad-DPI[14]. Finalment, studju riċenti ppubblikat u kkummissjonat mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kummerċ jirrakkomanda li l-Osservatorju għandu jsir punt uniku ta’ kuntatt fi ħdan il-Kummissjoni, għall-partijiet esterni, u punt internazzjonali għall-ħolqien u d-disseminazzjoni tal-aqwa prattika[15]. Minkejja li ċ-ċirkostanzi attwali tal-Osservatorju kienu dawk xierqa għall-fażi tat-tnedija tal-proġett, bil-qafas istituzzjonali tiegħu stabbilit permezz ta’ konsultazzjonijiet u laqgħat, ma hemm l-ebda ambitu għall-espansjoni tal-mandat tal-Osservatorju u għall-iżvilupp tal-attivitajiet operazzjonali tiegħu, peress li t-tnejn li huma jeħtieġu infrastruttura sostenibbli f’termini ta’ riżorsi umani, finanzjament u tagħmir tal-IT kif ukoll aċċess għall-għarfien espert neċessarju. - Konsistenza mal-politiki u l-objettivi l-oħrajn tal-UE L-għanijiet tal-proposta huma konformi mal-politiki u l-istrateġiji eżistenti tal-UE, bħall-Ewropa 2020[16]. Huma konformi wkoll mal-prijoritajiet u l-proposti prinċipali tal-Kummissjoni rigward l-istrateġija tad-DPI għall-Ewropa[17]. 2. RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT - Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Sa mill-bidu tiegħu, l-istruttura u l-finanzjament tal-Osservatorju ġew diskussa regolarment, kemm fl-erba’ laqgħat tal-Osservatorju[18] li saru s’issa kif ukoll f’laqgħat ta’ sottogruppi speċjalizzati li, sa minn Settembru 2009 tlaqqgħu flimkien rappreżentanti minn għadd ta’ organizzazzjonijiet tas-settur privat fl-Osservatorju. Il-Membri tal-Parlament Ewropew jinżammu infurmati dwar il-ħidma u l-iżviluppi tal-Osservatorju u, f’żewġ okkażjonijiet separati fl-2010, il-Forum tal-Parlament Ewropew dwar il-falsifikazzjoni, il-kuntrabandu u l-kriminalità organizzata ddiskuta bil-miftuħ il-futur tal-Osservatorju u, b’mod partikolari, trasferiment possibbli tal-Osservatorju għall-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Observatory to the Office for Harmonisation in the Internal Market - OHIM). Barra minn hekk, fil-livell politiku, il-Kunsill, b’risposta għal żewġ Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-Osservatorju[19], adotta żewġ Riżoluzzjonijiet[20] li jilqgħu bi pjaċir il-ħolqien tal-Osservatorju u jitlob lill-Kummissjoni telabora ir-rwol u l-kompiti tiegħu. Barra minn hekk, fit-22 ta’ Settembru 2010, il-Parlament Ewropew adotta rapport dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2009, li jħeġġeġ involvement akbar tal-OHIM fi kwistjonijiet relatati mal-infurzar[21]. L-idea li xi attivitajiet relatati mal-infurzar jiġu fdati lill-OHIM intlaqgħet tajjeb mill-utenti tas-sistema Ewropea tat-trademarks, li ġew ikkonsultati bħala parti minn evalwazzjoni komprensiva tas-sistema Ewropea tat-trademarks[22]. Matul aktar diskussjonijiet f’laqgħa ta' ħdima speċifika fis-Samit Pan-Ewropew dwar l-IP fl-2010, li saru fi Brussell fit-2 u t-3 ta’ Diċembru 2010[23], l-idea rċeviet appoġġ wiesa’. Daqstant ieħor, il-proposta ttieħdet b’mod pożittiv mill-korpi regolatorji tal-OHIM, mill-Bord Amministrattiv u mill-Kumitat għall-Baġit[24], fil-laqgħat tagħhom f’Novembru 2010. Fid-dawl ta’ dan il-proċess ta’ konsultazzjoni speċifiku, immirat u kontinwu, deher li ma kienx hemm ħtieġa li jiġi organizzat eżerċizzju ta’ konsultazzjoni standard supplimentari. - Valutazzjoni tal-Impatt Il-Valutazzjoni tal-Impatt qieset tliet alternattivi differenti, kull waħda b’għadd ta’ subalternattivi. Fl-alternattiva 1, is-servizzi tal-Kummissjoni jkomplu jamministraw l-Osservatorju iżda r-riżorsi tagħhom jiżdiedu b’mod konsiderevoli. Fis-subalternattiva 1a, il-ħidma ssir kollha kemm hi jew fil-parti l-kbira tagħha internament, waqt li fl-alternattiva 1b din tkun fil-biċċa l-kbira esternalizzata. It-tieni alternattiva li kienet eżaminata tkun tinvolvi li l-Osservatorju jitħalla f’idejn inizjattiva mmexxija mis-settur privat li għandha tkun iffinanzjata jew kollha kemm hi mis-settur privat (subalternattiva 2a), permezz ta’ għotja mill-Kummissjoni (subalternattiva 2b), jew permezz ta’ sħubija pubblika-privata (PPP, subalternattiva 2c). It-tielet alternattiva analizzata fil-Valutazzjoni tal-Impatt tikkonsisti f’li l-Osservatorju jitħalla f’idejn aġenzija ġdida li għandha tinħoloq mill-UE (subalternattiva 3a) jew f’idejn aġenzija eżistenti, b’mod partikolari l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (OHIM) f’Alicante. L-alternattiva 1a (aktar persunal fid-DĠ MARKT) ma kinitx ikkunsidrata fattibbli taħt il-politika attwali tal-Kummissjoni ta’ ‘tkabbir żero’[25]. Barra minn hekk, l-alternattiva 2a ma kinitx ikkunsidrata realistika għaliex ma hemmx indikazzjonijiet li s-settur privat ikun lest li jidħol għal impenn ta’ dan it-tip. L-alternattivi 1b (esternalizzazzjoni fuq bażi kummerċjali) u 2b (il-kompiti jitwettqu minn inizjattiva mmexxija mill-industrija) kienu kkunsidrati fattibbli, iżda mhumiex is-soluzzjonijiet adatti għaliex probabbilment ma jħallux aċċess għal dejta li hija kkunsidrata bħala sensittiva mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u mill-partijiet interessati privati u, fil-każ tal-alternattiva 2b, ir-riskju ta’ pożizzjonijiet inugwali (jew anke l-esklużjoni) għal partijiet interessati differenti joħloq problemi konsiderevoli biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali tal-Osservatorju. Dawn l-iżvantaġġi jistgħu jkunu parzjalment evitati fl-alternattiva 2c (PPP), li madankollu timponi fuq il-baġit tal-UE kostijiet ta’ bejn EUR 2.41 miljun u EUR 2.98 miljun fl-ewwel sentejn, u bejn EUR 2.61 miljun u EUR 3.07 miljun mit-tielet sena, skont id-disinn tas-sistemi tal-IT li jinħolqu. L-alternattiva 3a (aġenzija ġdida tal-UE), skont il-Valutazzjoni tal-Impatt, toffri soluzzjoni adatta biex l-Osservatorju jsir operazzjonali. Madankollu, din l-alternattiva tirriżulta f'kostijiet sostanzjali għall-baġit tal-UE – bejn EUR 4.33 miljun u EUR 5.33 miljun fl-ewwel sentejn, u bejn EUR 5.5 miljun u EUR 6.28 miljun mit-tielet sena – kif ukoll dewmien sinifikanti biex tiġi stabbilita l-aġenzija u biex din tibda tiffunzjona. L-alternattiva 3b (li l-kompiti jitħallew f’idejn aġenzija eżistenti tal-UE, preferibbilment l-OHIM) tippermetti lill-Osservatorju sabiex ikollu aċċess għal għarfien espert, riżorsi u finanzjament u li jsir operazzjonali malajr. F'termini baġitarji għandha toffri soluzzjoni kost-effiċjenti (bil-kostijiet totali ta' bejn EUR 3.3 miljun u EUR 4.3 miljun fl-ewwel sentejn u bejn EUR 4.74 miljun u EUR 5.52 miljun mit-tielet sena) u tippermetti li l-kostijiet ikunu koperti minn riżorsi finanzjarji barra mill-baġit tal-UE. Il-Valutazzjoni tal-Impatt għalhekk ikkonkludiet li l-aħjar alternattiva hija t-trasferiment tal-Osservatorju lill-OHIM minħabba li dan għandu l-finanzjament u l-istrutturi xierqa u kapaċi jilħaq l-għanijiet tal-Osservatorju hekk kif ikun emendat ir-Regolament bażiku tiegħu. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA - Sommarju tal-azzjoni proposta Huwa propost li l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern jiġi fdat bil-kompiti u l-attivitajiet relatati mal-ġestjoni tal-Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija, inklużi dawk li jikkonċernaw id-drittijiet tal-awtur, id-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur u l-privattivi. Fil-futur, dawn il-kompiti għandhom jinkludu: - it-twassil ta’ dejta u valutazzjonijiet indipendenti dwar l-ambitu u l-iskala tal-falsifikazzjoni u l-piraterija fis-suq intern; - l-iskambju u l-promozzjoni tal-aqwa prattiki fir-rigward tal-awtoritajiet pubbliċi; - it-tixrid tal-aqwa strateġiji tas-settur privat; - it-trawwim tal-kuxjenza pubblika; - l-evalwazzjoni tal-ħtieġa u t-tfassil ta’ programmi ta’ taħriġ Ewropej għall-awtoritajiet involuti fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, f’kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet u aġenziji internazzjonali u Ewropej oħrajn; - it-twettiq ta’ riċerka dwar għodod tekniċi biex ikunu evitati l-falsifikazzjoni u l-piraterija; u - it-trawwim tal-kooperazzjoni internazzjonali u l-għoti ta’ assistenza teknika lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi. L-attivitajiet biex jintlaħqu dawn il-kompiti għandhom jinkludu: - l-organizzazzjoni ta’ laqgħat tar-rappreżentanti għall-Osservatorju u l-gruppi ta' ħidma tiegħu; - l-organizzazzjoni ta’ laqgħat ma’ esperti oħrajn; - l-ikkatalogar u l-organizzazzjoni ta’ seminars u sessjonijiet ta’ taħriġ dwar ksur tad-DPI u metodi ta’ kif dan il-ksur jista’ jiġi indirizzat; - it-twettiq ta' studji dwar l-ambitu u l-impatt tal-falsifikazzjoni u l-piraterija u jitfasslu rapporti annwali dwar l-iżviluppi u t-tendenzi u rapporti settorjali li janalizzaw is-sitwazzjoni fid-diversi setturi tal-industrija u tal-prodotti; - ir-riċerka dwar għodod tekniċi biex l-iffalsifikar u l-piraterija jiġu evitati; - l-iżvilupp ta’ bażijiet tad-dejta li fihom tinħażen u tiġi analizzata dejta dwar l-ambitu u l-impatt tal-ksur tad-DPI, il-każistika nazzjonali dwar dan il-ksur u miżuri ta’ taħriġ eżistenti, u sistemi biex jittejjeb l-aċċess għall-informazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati privati u li jippermettu skambju rapidu ta’ informazzjoni bejniethom. - Bażi legali L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) huwa l-pedament speċifiku għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern. Il-kompiti li jitħallew f’idejn l-OHIM skont dan ir-Regolament huma relatati wkoll mal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali pprovduti fil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri u jistgħu jitqiesu bħala element ta’ appoġġ għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam. L-Artikolu 118(1) TFUE jagħti setgħat biex ikunu adottati miżuri għall-ħolqien ta’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali Ewropej, biex tingħata protezzjoni uniformi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali mal-UE kollha u għall-istabbiliment ta’ arranġamenti ta’ awtorizzazzjoni, koordinazzjoni u superviżjoni ċentralizzati għall-UE kollha. Għalhekk, l-Artikolu 114 u l-Artikolu 118(1) ikkombinati jikkostitwixxu l-bażi legali adatta għal din il-proposta. - Prinċipju ta’ sussidjarjetà Ħafna mill-attivitajiet assenjati lill-Osservatorju Ewropew dwar il-Falsifikazzjoni u l-Piraterija huma ta’ natura transkonfinali, li jinvolvu lis-27 Stat Membru kollha u għaldaqstant ma jistgħux jitwettqu b’mod effikaċi minn Stati Membri individwali. Meta jkun hemm il-ħtieġa għal kooperazzjoni bilaterali bejn żewġ Stati Membri, il-proċeduri ta' każijiet individwali, teoretikament jistgħu jiġu żviluppati f’dan il-livell. Madankollu, minħabba li l-għodod u l-metodi meħtieġa f’kuntest bħal dan ikunu simili għall-Istati Membri kollha, jidher li jkun aktar effiċjenti li dawn jiġu żviluppati fil-livell tal-UE. Dan jiżgura li s-soluzzjonijiet ma jkunux imfasslin apposta għar-rekwiżiti tal-Istati Membri individwali, iżda jkunu ta’ benefiċċju għall-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, mil-lat tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi, il-koordinazzjoni fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni u ma’ aġenziji tal-UE u aġenziji internazzjonali oħrajn għandha ssir fil-livell tal-UE. Finalment, kif muri fil-Valutazzjoni tal-Impatt, l-assenjazzjoni ta’ dawn il-kompiti lil aġenzija eżistenti tal-UE u b’mod aktar konkret, lill-OHIM, jippermetti li jkun hemm sinerġiji ma’ attivitajiet li jkunu diġà qegħdin isiru. Tippermetti wkoll li wieħed jibbenefika mill-għarfien espert diġà eżistenti fl-OHIM mil-lat ta’ drittijiet fuq trademarks u disinji, u mil-lat tar-relazzjonijiet ta’ ħidma li l-OHIM stabbilixxa ma’ uffiċċji nazzjonali tal-PI. Dawn ir-relazzjonijiet ta’ ħidma jippermettu lill-OHIM sabiex ilaqqa’ flimkien lill-esperti li jkollu bżonn sabiex iwettaq il-kompiti ġodda tiegħu b’suċċess. 4. IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI Il-proposta ma toħloq ebda kost għall-baġit tal-UE. Anzi, din tippermetti li jiġu frankati madwar EUR 40,000 minħabba li ċerti kostijiet li bħalissa l-baġit tal-UE jagħmel tajjeb għalihom, fil-futur il-baġit tal-OHIM se jagħmel tajjeb għalihom. 5. SPJEGAZZJONI TAL-ARTIKOLI Artikolu 1 Dan l-Artikolu jiddeskrivi s-suġġett tal-proposta, li hu t-tkabbir tal-isfera tal-kompetenza tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (OHIM) billi jiġi fdat bit-tħaddim tal-Osservatorju Ewropew dwar il-Falsifikazzjoni u l-Piraterija bħala ċentru ta’ għarfien espert fir-rigward ta’ kompiti u attivitajiet speċifiċi. Artikolu 2 Dan l-Artikolu jiddefinixxi l-kompiti u l-attivitajiet li l-Uffiċċju għandu jwettaq fir-rigward tal-Osservatorju, u li jistgħu jiġu raggruppati f’sitt kategoriji ewlenin: - It-titjib tal-fehim dwar l-ambitu u l-impatt tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u dwar il-valur tal-proprjetà intellettwali u l-għarfien dwar l-aqwa prattiki fis-settur pubbliku u privat sabiex jiġi miġġieled il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; - jiżdied l-għarfien pubbliku dwar l-impatt tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; - jitjieb l-għarfien espert tal-persuni involuti fl-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; - jissaħħaħ l-għarfien dwar għodod tekniċi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija, inklużi sistemi ta’ osservazzjoni u traċċar; - jittejjeb l-iskambju elettroniku, bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri involuti fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ta’ informazzjoni relatata mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u jrawwem il-kooperazzjoni ma’ u bejn l-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, inkluż l-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Benelux; - tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali. Artikolu 3 Dan l-Artikolu jikkjarifika li l-Uffiċċju għandu jorganizza attivitajiet sabiex jitwettqu l-kompiti fl-Artikolu 2 billi jsir użu mill-mezzi baġitarji tiegħu. Artikolu 4 Dan l-Artikolu jkopri l-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Osservatorju u l-organizzazzjoni ta' dawn il-laqgħat. Jipprovdi li l-Uffiċċju għandu jistieden lill-esperti minn amministrazzjonijiet, korpi u organizzazzjonijiet pubbliċi li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, mis-settur privat, mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni. Ir-rappreżentanti mis-settur privat għandhom jiġu mis-setturi ekonomiċi li huma l-aktar milquta mill-falsifikazzjoni. Għandhom għalhekk jinkludu rappreżentanti minn setturi differenti tal-industrija. Għalhekk, id-detenturi tad-drittijiet, il-fornituri tas-servizz tal-Internet u l-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni għandhom jiġu rappreżentati. Barra minn hekk, ir-rappreżentanti tal-konsumaturi għandhom ikunu inklużi wkoll. Dan l-Artikolu jipprovdi wkoll l-possibbiltà li jorganizza laqgħat tal-gruppi ta' ħidma tal-Osservatorju. Artikolu 5 L-Artikolu jobbliga lir-rappreżentanti tal-Istati Membri u tas-settur privat li jiskambjaw, fl-ambitu tal-liġijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta, informazzjoni dwar l-istatistika u l-każistika mal-Uffiċċju fir-rigward tal-ħidma tal-Osservatorju, b’mod konformi mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta’ Marzu 2010, u li jinfurmawh dwar il-politiki tagħhom stess f'dak il-qasam. Artikolu 6 Dan l-Artikolu jistabbilixxi l-obbligu tal-Uffiċċju li jadotta l-istruzzjonijiet amministrattivi interni tal-Osservatorju u l-pubblikazzjoni tal-avviżi li huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti kollha fdati lill-Uffiċċju f’dan ir-Regolament. Artikolu 7 Dan l-Artikolu jipprovdi li r-rapport ta’ amministrazzjoni annwali tal-Uffiċċju għandu jinkludi rapport dwar l-attivitajiet tal-Uffiċċju skont dan ir-Regolament. Jistabbilixxi l-informazzjoni prinċipali li jeħtieġ li tiġi inkluża fir-rapport, b’mod partikolari reviżjoni tal-attivitajiet ewlenin imwettqa tul is-sena, ir-riżultati miksubin, valutazzjoni ġenerali tax-xogħol tal-Uffiċċju taħt ir-Regolament, informazzjoni tax-xogħol ippjanat fil-futur tal-Osservatorju u rakkomandazzjonijiet dwar politiki futuri fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Artikolu 8 Dan l-Artikolu jistipula r-regoli għall-evalwazzjoni tar-Regolament, li għandha titwettaq mill-Kummissjoni, abbażi tal-prestazzjoni tal-Uffiċċju meta jimplimenta fil-prattika r-Regolament, jiġifieri b'mod partikolari fit-twettiq tal-kompiti stipulati fl-Artikolu 2, u dwar l-impatt ta' din il-ħidma dwar il-protezzjoni tad-drittijiet intellettwali tal-proprjetà fl-UE. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Osservatorju bħala parti mill-proċess ta’ evalwazzjoni u għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tniedi konsultazzjoni wiesgħa fost il-partijiet interessati dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni, li tista’ tkun segwita minn proposti għall-emendar tar-Regolament, fejn dan ikun xieraq. Artikolu 9 Dan l-Artikolu jindirizza d-dħul fis-seħħ u l-effetti tar-Regolament propost. 2011/0135 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) jiġi fdat b’ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 u 118(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[26], Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: 1. Il-benesseri ekonomiku tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-Unjoni") jiddependi fuq il-kreattività u l-innovazzjoni kostanti. Għaldaqstant miżuri għall-protezzjoni effikaċi tagħhom huma essenzjali sabiex jiżguraw il-prosperità futura tagħha. 2. Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma proprjetà vitali tan-negozju li jgħinu sabiex jiżguraw li l-innovaturi u l-inventuri jiksbu qligħ ġust għax-xogħol tagħhom u li l-investiment tagħhom fir-riċerka u fl-ideat ġodda jkun protett. 3. Approċċ tajjeb, armonizzat u progressiv lejn id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huwa fundamentali fl-isforz sabiex jintlaħqu l-ambizzjonijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020[27]. 4. Iż-żieda kostanti ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali hija theddida ġenwina mhux biss għall-ekonomija tal-Unjoni, iżda wkoll għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi tal-Unjoni. Għalhekk, hemm bżonn ta’ azzjonijiet effikaċi, immedjati u kkoordinati fuq livell Ewropew u dak globali sabiex jingħeleb dan il-fenomenu. 5. Fil-kuntest tal-istrateġija ġenerali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali prevista mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Settembru 2008 dwar pjan Ewropew komprensiv kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija[28], il-Kunsill talab lill-Kummissjoni sabiex tniedi Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-Osservatorju”). Għalhekk il-Kummissjoni ffurmat netwerk ta’ esperti mis-settur pubbliku u dak privat u ddeskriviet il-kompiti tiegħu fil-Komunikazzjoni "It-titjib tal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern"[29]. 6. Il-Komunikazzjoni stabbilixxiet li l-Osservatorju għandu jsir riżorsa ċentrali għall-ġbir, għall-monitoraġġ u għar-rappurtar ta’ informazzjoni u dejta relatati mal-ksur kollu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Għandu jintuża bħala pjattaforma għall-kooperazzjoni bejn ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet interessati fejn jaqsmu ideat u esperjenzi dwar l-aqwa prattiki, jiżviluppaw strateġiji konġunti ta’ infurzar u jagħmlu rakkomandazzjonijiet lil dawk li jfasslu l-politika. Il-Komunikazzjoni speċifikat li l-Osservatorju għandu jkun organizzat u mmexxi mis-servizzi tal-Kummissjoni. 7. Fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern tal-1 ta’ Marzu 2010[30], il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-industrija sabiex jipprovdu lill-Osservatorju b’dejta affidabbli u komparabbli disponibbli dwar il-falsifikazzjoni u l-piraterija u sabiex jiżviluppaw u jaqblu flimkien, fil-kuntest tal-Osservatorju, dwar pjanijiet sabiex jiġbru aktar informazzjoni. Il-Kunsill stieden ukoll lill-Osservatorju sabiex kull sena jippubblika rapport annwali komprensiv li jkopri l-ambitu, l-iskala u l-karatteristiċi ewlenin tal-falsifikazzjoni u l-piraterija kif ukoll l-impatt tagħhom fuq is-suq intern. Dak ir-rapport annwali għandu jitħejja bl-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-settur privat, fil-limiti tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta, dwar l-ambitu, l-iskala u l-karatteristiċi ewlenin tal-falsifikazzjoni u l-piraterija kif ukoll l-impatt tagħhom fuq is-suq intern. 8. Fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-25 ta’ Mejju 2010[31], il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi bażi legali għall-involviment tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-Uffiċċju”) f’attivitajiet relatati mal-infurzar, inkluż fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni, b’mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni tiegħu mal-uffiċċji nazzjonali tat-trademarks u mal-Osservatorju. 9. Id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali[32] tipprovdi inter alia miżuri li jippromwovu l-kooperazzjoni, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni, fost l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. 10. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern[33], stieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jestendu l-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-uffiċċji nazzjonali tal-proprjetà intellettwali sabiex jinkludi wkoll il-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. 11. Minħabba l-firxa ta’ kompiti assenjati lill-Osservatorju, hemm bżonn ta’ soluzzjoni sabiex tkun żgurata infrastruttura adegwata u sostenibbli għat-twettiq tal-kompiti tal-Osservatorju. 12. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trademark Komunitarja[34] jipprovdi għal kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Uffiċċju u l-qrati jew l-awtoritajiet tal-Istati Membri, u l-iskambju ta’ pubblikazzjonijiet bejn l-Uffiċċju u l-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri. Fuq dik il-bażi, l-Uffiċċju stabbilixxa kooperazzjoni mal-uffiċċji nazzjonali li huma attivi fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. B’hekk l-Uffiċċju diġà għandu, sa ċertu punt, l-esperjenza u l-għarfien meħtieġa sabiex jipprovdi infrastruttura adegwata u sostenibbli fil-qasam tal-kompiti tal-Osservatorju. 13. Għalhekk l-Uffiċċju huwa f’pożizzjoni tajba sabiex ikun inkarigat li jwettaq dawn il-kompiti. 14. Dawn il-kompiti għandhom jirrigwardaw kull dritt tal-proprjetà intellettwali kopert mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat f’dan il-qasam minħabba li f’bosta każijiet, l-atti ta’ ksur jaffettwaw ħafna drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Barra minn hekk, l-informazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki huma meħtieġa għall-firxa sħiħa tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, sabiex tinkiseb stampa sħiħa tas-sitwazzjoni u jkunu jistgħu jitfasslu strateġiji komprensivi sabiex jonqos il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Fil-kuntest ta’ dawn il-kompiti, il-mandat tal-Uffiċċju għandu għalhekk ikun estiż sabiex ikopri wkoll il-protezzjoni tal-privattivi, tad-drittjiet tal-awtur u drittijiet relatati kif ukoll l-indikazzjonijiet ġeografiċi. 15. Il-kompiti li l-Uffiċċju għandu jwettaq jistgħu jkunu marbuta mal-miżuri ta’ infurzar u ta’ rappurtar stabbiliti bid-Direttiva 2004/48/KE. Għalhekk, l-Uffiċċju għandu jipprovdi servizzi lill-awtoritajiet jew lill-operaturi nazzjonali li jaffettwaw, b’mod partikolari, l-implimentazzjoni omoġenea tad-Direttiva u li aktarx jiffaċilitaw l-applikazzjoni tagħha. Għaldaqstant, il-kompiti tal-Uffiċċju għandhom jitqiesu li huma marbuta mill-qrib mas-suġġett ta’ atti li japprossimizzaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri. 16. Organizzat mill-Uffiċċju, l-Osservatorju għandu jsir ċentru ta’ eċċellenza dwar informazzjoni u dejta relatati mal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, billi jibbenefika mill-għarfien, l-esperjenza u r-riżorsi tal-Uffiċċju. 17. L-Uffiċċju għandu joffri forum li jlaqqa’ lill-awtoritajiet pubbliċi u lis-settur privat, filwaqt li jiżgura l-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta’ dejta oġġettiva rilevanti, komparabbli u affidabbli dwar il-valur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-ksur ta’ dawk id-drittijiet, l-iżvilupp tal-aqwa prattiki u strateġiji għall-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u t-trawwim tal-għarfien pubbliku dwar l-impatti tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Barra minn hekk, l-Uffiċċju għandu jwettaq kompiti oħrajn, bħal pereżempju jtejjeb il-fehim tal-valur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, itejjeb l-għarfien espert ta’ persuni involuti fl-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali permezz ta’ miżuri ta’ taħriġ adegwat, iżid l-għarfien dwar it-tekniki li jipprevjenu l-falsifikazzjoni, u jtejjeb il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. 18. Fir-rigward tar-rappreżentanti tas-settur privat, l-Uffiċċju għandu jinvolvi, meta jlaqqa’ l-Osservatorju fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu, għażla rappreżentattiva tas-setturi ekonomiċi l-aktar milquta u li għandhom l-iktar esperjenza fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b’mod partikolari r-rappreżentanti tad-detenturi tad-drittijiet u l-fornituri tas-servizzi tal-Internet. Għandu jkun hemm ukoll rappreżentanza xierqa tal-konsumaturi u tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. 19. L-Uffiċċju għandu jimplimenta l-kompiti u l-attivitajiet relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali billi juża l-mezzi tal-baġit tiegħu stess, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jinkariga lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-Uffiċċju”) b’ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti l-Uffiċċju għandu jistieden regolarment lil esperti, awtoritajiet u partijiet interessati li għandhom jiltaqgħu taħt l-isem ta’ "Osservatorju Ewropew dwar il-Falsifikazzjoni u l-Piraterija" (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "l-Osservatorju"). Artikolu 2Kompiti u attivitajiet 20. L-Uffiċċju għandu jkollu dawn il-kompiti li ġejjin: (a) itejjeb il-fehim dwar l-ambitu u l-impatt ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, protetti taħt il-liġi tal-Unjoni Ewropea jew il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri, inklużi d-drittijiet tal-proprjetà industrijali, id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur; (b) itejjeb il-fehim dwar il-valur tal-proprjetà intellettwali; (c) isaħħaħ l-għarfien dwar l-aqwa prattiki fis-settur pubbliku u dak privat għall-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; (d) iżid l-għarfien taċ-ċittadini dwar l-impatt ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; (e) isaħħaħ l-għarfien espert ta’ persuni involuti fl-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; (f) isaħħaħ l-għarfien dwar għodod tekniċi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija, inklużi sistemi ta’ osservazzjoni u traċċar; (g) itejjeb l-iskambju elettroniku, bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri involuti fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ta’ informazzjoni relatata mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u jrawwem il-kooperazzjoni ma’ u bejn l-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, inkluż l-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Benelux; (h) irawwem il-kooperazzjoni internazzjonali ma’ uffiċċji tal-proprjetà intellettwali f’pajjiżi terzi sabiex jinbnew strateġiji u jiġu żviluppati tekniki għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ħiliet u għodod. 21. Fit-twettiq tal-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Uffiċċju għandu jwettaq dawn l-attivitajiet: (a) ilaqqa’ l-Osservatorju regolarment, skont l-Artikolu 4; (b) jistabbilixxi metodoloġija għall-ġbir, l-analiżi u r-rappurtar ta’ dejta indipendenti, oġġettiva, komparabbli u affidabbli relatata mal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; (c) jiġbor, janalizza u jxerred dejta indipendenti, oġġettiva, komparabbli u affidabbli dwar il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; (d) jiġbor, janalizza u jxerred dejta oġġettiva rilevanti, komparabbli u affidabbli dwar il-valur ekonomiku tal-proprjetà intellettwali u l-kontribut tagħha għat-tkabbir ekonomiku, il-benesseri, l-innovazzjoni, il-kreattività, id-diversità kulturali, il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja u l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi ta’ kwalità għolja fi ħdan l-Unjoni; (e) jipprovdi valutazzjonijiet regolari u rapporti speċifiċi skont is-settur ekonomiku, iż-żona ġeografika u t-tip ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali miksur, li jevalwaw, inter alia, l-impatt tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq is-soċjetà, l-ekonomija, is-saħħa, l-ambjent, is-sigurtà u s-sikurezza, u r-relazzjoni ta’ ksur bħal dan mal-kriminalità organizzata u mat-terroriżmu; (f) jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni dwar l-aqwa prattiki bejn ir-rappreżentanti li jiltaqgħu bħala Osservatorju, u jiżviluppa strateġiji bbażati fuq tali prattiki; (g) ifassal rapporti u pubblikazzjonijiet sabiex iżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-UE dwar l-impatt tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u jorganizza konferenzi, kampanji onlajn u offlajn, avvenimenti u laqgħat fil-livell Ewropew u dak internazzjonali; (h) jiżviluppa u jorganizza taħriġ onlajn u forom oħra ta’ taħriġ għall-uffiċjali nazzjonali involuti fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; (i) jorganizza laqgħat ta’ esperti ad hoc sabiex jappoġġaw ix-xogħol tiegħu taħt dan ir-Regolament; (j) jirriċerka, jevalwa u jippromwovi għodod tekniċi għall-professjonisti u tekniki ta’ referenza, inklużi sistemi ta’ osservazzjoni u traċċar li jgħinu fid-distinzjoni bejn prodotti ġenwini u dawk foloz; (k) jaħdem ma’ awtoritajiet nazzjonali sabiex jiżviluppa netwerk elettroniku għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali onlajn, inklużi twissijiet f’ħin reali u informazzjoni dwar ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali bejn l-amministrazzjonijiet, il-korpi u l-organizzazzjonijiet fl-Istati Membri li jittrattaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; (l) jibni strateġiji b’kooperazzjoni mal-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, inkluż l-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Benelux, u jiżviluppa tekniki, ħiliet u għodod relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi programmi ta’ taħriġ u kampanji ta’ għarfien; (m) jiżviluppa programmi dwar għajnuna teknika għal pajjiżi terzi kif ukoll jiżviluppa u jwassal programmi u avvenimenti ta’ taħriġ speċifiku għal uffiċjali minn pajjiżi terzi involuti fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; (n) jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, inkluż abbażi tat-talba mill-Kummissjoni; (o) ifassal programm ta’ ħidma annwali għal-laqgħat imsemmija fil-punt (a) f’konformità mal-politiki u l-prijoritajiet tal-UE fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; (p) iwettaq attivitajiet simili meħtieġa sabiex l-Uffiċċju jkun jista’ jwettaq il-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 1. Artikolu 3Finanzjament L-Uffiċċju għandu jiżgura f’kull ħin li l-attivitajiet fdati lilu minn dan ir-Regolament isiru billi jagħmel użu mill-mezzi baġitarji tiegħu stess. Artikolu 4Laqgħat tal-Osservatorju 22. L-Uffiċċju għandu jistieden rappreżentanti minn amministrazzjonijiet pubbliċi, korpi u organizzazzjonijiet li jittrattaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u rappreżentanti mis-settur privat għal-laqgħat li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(2)(a). 23. Ir-rappreżentanti li jiltaqgħu bħala l-Osservatorju li jkunu mistiedna mis-settur privat għandhom jinkludu firxa wiesgħa u rappreżentattiva ta’ korpi tal-UE u korpi nazzjonali li jirrappreżentaw id-diversi setturi ekonomiċi l-aktar milquta u bl-iktar esperjenza fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju għandhom ikunu rrappreżentati kif xieraq. 24. L-Uffiċċju għandu jistieden rappreżentant nazzjonali wieħed minn kull Stat Membru, u ħames rappreżentanti kull wieħed mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni. 25. L-ismijiet tar-rappreżentanti, l-aġenda u l-minuti għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju. 26. Il-laqgħat imsemmija fl-Artikolu 2(2)(a) jistgħu jkunu organizzati wkoll fi gruppi ta’ ħidma fi ħdan l-Osservatorju. Sa żewġ rappreżentanti mill-Parlament u sa żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni għandhom ikunu mistiedna għal-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma bħala osservaturi. Artikolu 5Obbligi ta’ informazzjoni Mingħajr preġudizzju għal-liġi li tirregola l-ipproċessar tad-dejta personali, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u tas-settur privat li jiltaqgħu bħala Osservatorju għandhom: (a) jinfurmaw lill-Uffiċċju dwar il-politiki u l-istrateġiji tagħhom dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u kull tibdil li jsirilhom; (b) jipprovdu statistiċi dwar il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; (c) jinfurmaw lill-Uffiċċju dwar kwalunkwe każistika rilevanti. Artikolu 6Struzzjonijiet u avviżi amministrattivi interni Bis-setgħat mogħtija lilu mill-Artikolu 124 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, il-President tal-Uffiċċju għandu jadotta l-istruzzjonijiet amministrattivi interni u għandu jippubblika l-avviżi meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti kollha fdati lill-Uffiċċju f’dan ir-Regolament. Artikolu 7Kontenut tar-rapport ta’ ġestjoni Ir-rapport ta’ ġestjoni previst fl-Artikolu 124(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja dwar il-kompiti u l-attivitajiet tal-Uffiċċju taħt dan ir-Regolament: (a) ħarsa lejn l-attivitajiet ewlenin imwettqa matul is-sena kalendarja preċedenti; (b) ir-riżultati miksuba matul is-sena kalendarja preċedenti, flimkien ma’, fejn hu xieraq, rapporti settorjali li janalizzaw is-sitwazzjoni fis-setturi differenti tal-industrija u l-produzzjoni; (c) evalwazzjoni globali tat-twettiq tal-kompiti tal-Uffiċċju kif ipprovdut f’dan ir-Regolament; (d) ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet li l-Uffiċċju għandu ppjanat għall-futur; (e) rakkomandazzjonijiet dwar politiki futuri fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż dwar kif tista’ titjieb il-kooperazzjoni effettiva bejn l-Istati Membri. Artikolu 8Evalwazzjoni 27. Fi żmien 5 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta rapport li jevalwa l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. 28. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jevalwa l-prestazzjoni tal-Uffiċċju fit-tħaddim ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt tiegħu fuq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern. 29. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, waqt it-tħejjija tar-rapport ta’ evalwazzjoni, mar-rappreżentanti li jiltaqgħu bħala Osservatorju dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2. 30. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha twettaq konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni. Artikolu 9Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-(għoxrin) jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President STQARRIJA FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titlu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam/oqsma tal-politika kkonċernat/i fl-istruttura ABM/ABB 1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva: Proposta leġiżlattiva 1.4. Għan(ijiet) 1.5. Bażi tal-proposta/inizjattiva: 1.6. Tul ta' żmien u impatt finanzjarju 1.7. Metodu(i) ta' ġestjoni previsti 2. MIŻURI TAL-ĠESTJONI 2.1. Monitoraġġ u regoli tar-rappurtar 2.2. Ġestjoni u sistema tal-kontroll 2.3. Miżuri li jipprevjenu l-frodi u l-irregolaritajiet 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja(i) tal-baġit tal-ispiża affettwati 3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali 3.2.5. Parteċipazzjoni tal-partijiet terzi fil-finanzjament 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul STQARRIJA FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA Titlu tal-proposta/inizjattiva Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) jiġi fdat b’ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija Qasam/oqsma tal-politika kkonċernat/i fl-istruttura ABM/ABB[35] Suq Intern – ekonomija msejsa fuq l-għarfien – l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali Natura tal-proposta/inizjattiva ( Il-proposta/inizjattiva hija marbuta għal azzjoni ġdida ( Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma' azzjoni ġdida wara li jkunu ġew adottati proġett pilota/azzjoni preparatorja[36] ( Il-proposta/inizjattiva hija marbuta mal-estensjoni tal-azzjoni eżistenti ( Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida Għanijiet L-għan/għanijiet strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni mmirat/i) lejn il-proposta/inizjattiva L-għan ġenerali hu li jitjieb l-infurzar effikaċi tad-DPI, sabiex tiġi evitata ħsara sinifikanti kkawżata mill-falsifikazzjoni u l-piraterija tal-ekonomija Ewropea u għas-saħħa u s-sikurezza taċ-ċittadini Ewropej. Dan l-Għan hu konformi mal-politiki u strateġiji tal-UE, bħall-Ewropa 2020[37]. Huma konformi wkoll mal-prijoritajiet u l-proposti prinċipali tal-Kummissjoni rigward l-istrateġija tad-DPI għall-Ewropa[38]. Matul l-aħħar għaxar snin żdied il-ksur tad-DPI b'mod sinifikanti. Fl-2009, l-OECD stmat li l-kummerċ internazzjonali fil-merkanzija ffalsifikata u li sfat vittma tal-piraterija, fl-2007 kien jammonta għal USD 250 biljun, li huwa ikbar mill-PDG nazzjonali ta’ 150 ekonomija[39]. Iċ-ċifri ppubblikati mill-awtoritajiet doganali tal-UE jirriflettu żieda ċara fl-attività doganali, b’żieda fil-każijiet irreġistrati minn 4,694 fl-1999 għal 43,572 fl-2009, jiġifieri żieda ta’ madwar 920% fi żmien għaxar snin. Rigward il-piraterija onlajn, l-aktar studju riċenti tal-industrija li twettaq fl-2010, minn TERA Consultants li huma bbażati f’Pariġi u kkummissjonat mill-inizjattiva tal-International Chamber of Commerce’s Business Action to Stop Counterfeiting and Piracy (BASCAP), jindika li fl-2008, intilfu EUR 10 biljun u aktar minn 185,000 impjieg minħabba l-piraterija fl-industriji tal-mużika, tal-films, tat-TV u tas-softwer fl-UE[40]. Fil-livell tal-UE, l-inizjattiva primarja fil-ġlieda kontra l-problema hija l-Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija ('l-Osservatorju'), li hu mmexxi mid-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern u s-Servizzi (DĠ MARKT). Għan/Għanijiet speċifiku/i u l-attività/attivitajiet kkonċernati tal-ABM/ABB Għan speċifiku Matul l-aħħar sentejn, twaqqaf il-qafas istituzzjonali tal-Osservatorju. Issa li spiċċat din il-fażi li fiha twaqqaf l-Osservatorju jidher li, minħabba nuqqas ta' finanzjament, riżorsi umani, ħiliet fit-teknoloġija tal-informatika u biex jiġu organizzati laqgħat u għarfien espert neċessarju, mhux se jilħaq l-għanijiet tiegħu fil-ġejjieni u se jiġi eskluż l-għoti ta' kompiti supplimentari skont l-istruttura li għandu bħalissa. L-għan speċifiku għalhekk hu li jkun żgurat li l-Osservatorju għandu l-infrastruttura neċessarja sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effikaċi, malajr kemm jista' jkun u mingħajr ma l-baġit tal-UE jġarrab xi spejjeż. Il-kompiti jinkludu t-titjib tal-għarfien fost l-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati privati dwar l-ambitu, l-impatt u x-xejriet marbuta mal-falsifikazzjoni u l-piraterija u dwar it-tekniki effikaċi biex tiġi miġġielda l-problema, billi jitjieb l-infurzar ta' kuljum marbut mal-kooperazzjoni; u li jiġu infurmati l-konsumaturi bl-impatt ekonomiku u l-perikli marbuta mal-falsifikazzjoni u l-piraterija u biex tittejjeb il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet destinati lejn il-pajjiżi terzi. F'din l-inizjattiva, l-Osservatorju se jkun immexxi minn aġenzija eżistenti – l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (OHIM). Dan se jippermetti lill-Osservatorju jagħmel profitt mill-istrutturi amministrattivi eżistenti (bħar-riżorsi umani u l-finanzi). L-OHIM hija l-aġenzija tal-UE responsabbli mir-reġistrazzjoni tat-trademarks u d-disinji tal-Komunità, valida fis-27 Stat Membru kollha. Minħabba r-relazzjoni ċara bejn il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-infruzar tagħhom, l-għarfien espert li hu diġà disponibbli fi ħdan l-OHIM jidher partikolarment pertinenti sabiex dan jiddomina l-kompiti tal-Osservatorju. L-attività/attivitajiet konċernat/i tal-ABM/ABB: Politika tas-Suq Intern. Riżultat/i mistenni/ja u l-impatt Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva se jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira. Sakemm ma titteħidx azzjoni kkoordinata u sostenibbli sabiex jiġi miġġieled il-ksur tad-DPI, l-UE se tiffaċċja xejra dannuża li jkollha impatt reali fuq l-irkupru ekonomiku, il-ġid u l-impjiegi tagħha. Din ix-xejra tinkludi żieda fil-prodotti li jistgħu potenzjalment jikkawżaw ħsara kbira lill-konsumaturi, bħal pereżempju mediċini, prodotti tal-ikel, kożmetiċi u tagħmir għad-dar foloz. L-Osservatorju se jtejjeb b'mod sinifikanti l-infurzar billil jagħti dejta affidabbli u oġġettiva sabiex ikunu identifikati x-xejriet u t-theddid, koordinazzjoni ikbar u skambju bejn l-awtoritajiet responsabbli fl-Istati Membri dwar l-aqwa prattika, u skambji f'ħin reali tal-informazzjoni bejn il-partijiet interessati dwar il-prodotti speċifiċi li sfaw vittma tal-falsifikazzjoni, skambji dwar l-istrateġiji li rnexxew fis-settur pubbliku u privat; taħriġ lill-awtoritajiet ta' infurzar, iżjed taħriġ dwar l-għarfien tal-konsumaturi lill-awtoritajiet fil-pajjiżi terzi vulnerabbli sabiex ikunu miġġielda l-falsifikazzjoni u l-piraterija. Apparti mill-iffrankar tal-kostijiet meta mqabbla mas-sitwazzjoni attwali li jidhru fil-Valutazzjoni tal-Impatt, din l-inizjattiva jkollha wkoll il-vantaġġ li l-Osservatorju jitħalla jsir operattiv malajr. L-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (OHIM) huwa l-uniku aġenzija tal-UE li tittratta mat-trademarks u d-disinji u hu adattat biex jospita l-Oservatorju. Diġà kien stabblixxa bażi ta' għarfien espert fil-qasam tal-infurzar tat-trademarks u d-disinji, bis-saħħa tas-seminars u l-attivitajiet ta' taħriġ, u qed jippjana li jiżviluppa iktar proġetti ta' infurzar, bħal sistema ta' informazzjoni tal-IT dwar it-trademarks u d-disinji reġistrati. Barra minn hekk, is-sinerġiji bejn il-kompiti tal-Osservatorju u dawk li diġà twettqu mill-OHIM se jillimataw b'mod sinifikanti l-għadd ta' persunal supplimentari li hu meħtieġ. Indikaturi tar-riżultati u l-impatt Speċifika l-indikaturi għall-implimentazzjoni ta' monitoraġġ tal-proposta/inizjattiva. Il-proċess fil-ħin tal-analiżi tal-kritika u l-pubblikazzjoni tar-rapporti dwar il-falsifikazzjoni u l-piraterija mill-Uffiċċju, ir-riċerka dwar l-aqwa prattiki, l-iżvilupp u t-twettiq ta' għodod dwar it-tqajjim tal-kuxjenza, u l-iżvilupp, it-twassil u l-manutenzjoni tal-bażijiet tad-dejta; Il-kwalità tar-rapporti u tar-riċerka (preċiżjoni u utilità), il-kwalità u l-impatt tal-istrateġiji li għandhom jiżviluppaw fl-oqsma tal-għarfien pubbliku, ir-riċerka u t-taħriġ, inkluż l-għadd, l-impatt u l-influwenza tal-kampanji mwettqa b'suċċess, l-għadd ta' persuni mħarrġa u l-aċċessibbiltà tad-dejta. Bażi tal-proposta/inizjattiva: Rekwiżit(i) li għandhom jintlaħqu f'perjodu ta' żmien qasir jew twil Minħabba l-ħtieġa li jitwessgħu l-attivitajiet tal-Osservatorju b'mod mgħaġġel, f'perjodu ta' żmien qasir, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-Osservatorju jiffoka fuq il-ġbir tad-dejta, miżuri dwar l-għarfien pubbliku u taħriġ, l-identifikazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki pubbliċi u privati, u t-titjib tal-kooperazzjoni ta' kuljum, l-għodod tar-riċerka u dawk tekniċi sabiex jiġu evitati l-falsifikazzjoni u l-piraterija u l-assistenza teknika internazzjonali. Valur miżjud tal-involviment tal-UE Bosta attivitajiet meħtieġa sabiex jiġu miġġielda l-falsifikazzjoni u l-piraterija huma ta' natura transkonfinali, imsejsa fuq il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni. Sabiex ikunu għal kollox effikaċi, jeħtieġu l-ingaġġ u l-involviment tas-27 Stati Membru kollha. Għalhekk, hu essenzjali li jiġu żviluppati l-għodod u l-istrutturi fil-livell tal-UE li jistgħu jippermettu li l-Istati Membri kollha jibbenefikaw mir-riżultati. Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi Fl-2009, l-OECD u organizzazzjonijiet oħra semmew il-kwistjonijiet ewlenin li kienu naqsu milli joħonqu ż-żieda tal-falsifikazzjoni u l-piraterija; dan wassal sabiex ikun hemm tnaqqis sinifikanti fl-investiment u għall-qerda tal-impjiegi[41]; theddida dejjem tikber fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi Ewropej[42]; problemi serji għall-SMEs tal-UE[43], telf ta' taxxi minħabba tnaqqis fil-bejgħ dikjarat u l-involviment ta' kriminalità organizzata. Koerenza u sinerġija possibbli ma' strumenti oħra rilevanti Il-proposta hija msejsa fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2009[44] billi tiddefinixxi l-kompiti tal-Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija. L-għanijiet tal-proposta huma konformi mal-politiki u l-istrateġiji eżistenti tal-UE, bħall-Ewropa 2020[45]. Huma konformi wkoll mal-prijoritajiet u l-proposti prinċipali tal-Kummissjoni rigward l-istrateġija tad-DPI għall-Ewropa[46]. Tul ta' żmien u impatt finanzjarju ( Porposta/inizjattiva fuq perjodu limitat - ( Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[JJ/XX]SSSS sal-[JJ/XX]SSSS - ( Impatt finanzjarju mis-SSSS sal-SSSS ( Porposta/inizjattiva fuq perjodu mhux limitat - Implimentazzjoni b'perjodu li jibda mill-2012 sal-2013 (dejjem jekk ir-Regolament ikun daħal fis-seħħ matul l-2012), - wara li tkun operazzjonali għal kollox. Metodu(i) ta' ġestjoni previsti[47] ( Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni ( Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delegazzjoni tal-kompiti ta' implimentazzjoni lil: - ( aġenziji eżekuttivi - ( korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet[48] - ( korpi nazzjonali fis-settur pubbliku/korpi b'missjoni fis-servzz pubbliku - ( persuni li ngħataw ir-responsabbiltà tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet speċifiċi skont it-Titlu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u li ġew identifikati fl-att bażiku rilevanti fit-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju ( Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri ( Ġestjoni diċentralizzata mal-pajjiżi terzi ( Ġestjoni konġunta mal-organizzazzjonijiet internazzjonali (għad trid tiġi speċifikata) F'każ li jiġi indikat iktar minn mudell wieħed ta' ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fis-sezzjoni "Kummenti" Kummenti Hu propost li jiġu delegati l-kompiti lil korp diġà eżistenti, jiġifieri l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (OHIM). MIŻURI TAL-ĠESTJONI Monitoraġġ u regoli tar-rappurtar Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet. Ir-Regolament propost jipprovdi li, fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Uffiċċju fl-operazzjoni ta' dak ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatt tiegħu fuq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Ir-rapport tal-evalwazzjoni li ħejjiet il-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-Uffiċċju mwettqa skont ir-Regolament propost jinkludi: Valutazzjoni tar-riżultati li se jiġu ppubblikati mill-Osservatorju f'rapporti li joħorġu kull tliet xhur u fir-rapport annwali, msejsa fuq dejta li tinftiehem u li tkun oġġettiva. Kwalunke rapport ta' awditjar li jsir mill-OHIM dwar ix-xogħol tal-Osservatorju; Stħarriġ tal-partijiet interessati pubbliċi u privati dwar il-perċezzjonijiet tagħhom tax-xogħol tal-Uffiċċju, f'termini ta' fehim, affidabbiltà, preċizjoni, utilità, oġġettività u indipendenza tar-riżultati tiegħu. Il-kriterji li se jintużaw sabiex jiġu vvalutati l-effett u l-impatt tal-miżura se jkunu, b'mod partikolari: Il-progress li jkun sar fl-iżvilupp tal-attivitajiet tal-Osservatorju; Is-suċċess tal-istrateġija tal-Osservatorju; L-użu effiċjenti tar-riżorsi; L-impatt u l-implikazzjonijiet tal-partijiet interessati pubbliċi u privati. Li ġejjin għandhom iservu ta' indiċi ewlenin ta' monitoraġġ: Il-proċess fil-ħin tal-analiżi tal-kritika u tal-pubblikazzjoni tar-rapporti dwar l-aqwa prattiki, l-iżvilupp u t-twettiq ta' għodod dwar it-tqajjim tal-kuxjenza, u l-iżvilupp, it-twassil u l-manutenzjoni tal-bażijiet tad-dejta; Il-kwalità tar-rapporti u tar-riċerka (preċiżjoni u utilità), il-kwalità u l-impatt tal-istrateġiji li għandhom jiżviluppaw fl-oqsma tal-għarfien pubbliku, ir-riċerka u t-taħriġ, inkluż l-għadd ta' kampanji mwettqa b'suċċess u l-għadd ta' persuni mħarrġa u l-aċċessibbiltà tad-dejta. | Ġestjoni u sistema tal-kontroll Riksju(i) indentifika(i) - Il-kompiti l-ġodda tal-Uffiċċju għandhom iservu wkoll sabiex issir valutazzjoni, fil-livell tal-Kummissjoni, ta' kwalunkwe attivitajiet addizzjonali li huma meħtieġa fil-livell tal-UE u x'għandhom ikunu dawn l-attivitajiet. Għalhekk jeħtieġ ikun żgurat li l-programm ta' ħidma u l-prijoritajiet iffissati mill-Uffiċċju huma konformi mal-ħtiġijiet tal-informazzjoni tal-Kummissjoni. Id-delegazzjoni għall-aġenzija toħloq riskju li dan l-alinjament mhuwiex imħares fil-prattika. - L-enfasi attwali tal-Uffiċċju dwar it-trademarks u d-disinnji toħloq riskju li d-drittijiet tal-awtur u titli oħra ta' proprjetà intellettwali ma jiġux trattati bl-istess prijorità bħal ta' qabel. Se tinħoloq valutazzjoni tar-riskju sħiħ abbażi tal-kriterji ta' hawn fuq. Metodu(i) ta' ġestjoni previsti Se jsiru valutazzjonijiet regolari tar-riskju u rapporti ta' analiżi, abbażi tar-rapporti annwali tal-Uffiċċju u l-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni. Miżuri li jipprevjenu l-frodi u l-irregularitajiet Speċifika l-prevenzjoni eżistenti jew prevista u l-miżuri ta' protezzjoni. L-OHIM diġà għandu politiki u proċeduri riġidi f'dan il-qasam. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja(i) tal-baġit tal-ispiża affettwati - Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji tal-baġit. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja tal-baġit | Tip ta' nefqa | Kontribuzzjoni | Numru tad- [Deskrizzjoni………………………...……….] | DA/NDA ([49]) | mill-pajjiżi tal-EFTA[50] | mill-pajjiżi kandidati[51] | mill-pajjiżi terzi | fit-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju | 12 01 01 Nefqa relatata mal-istaff impjegat bħalissa fil-qasam ta' politika ‘Suq Intern’ | AMD | LE | LE | LE | LE | 12 01 03 Nefqa relatata mat-tagħmir, għamara u servizzi fil-qasam ta' politika ‘Suq Intern’ | AMD | LE | LE | LE | LE | - L-inizjattiva proposta se twassal għal tfaddil fuq dawn il-linji tal-baġit. - Linji tal-baġit ġodda mitluba Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji tal-baġit . Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja tal-baġit | Tip ta' nefqa | Kontribuzzjoni | Numru tal- [Intestatura……………………………………..] | Differenzjat/mhux differenzjat | mill-pajjiżi tal-EFTA | mill-pajjiżi kandidati | mill-pajjiżi terzi | fit-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju | [XX.YY.YY.YY] | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE | Impatt stmat fuq in-nefqa Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa EUR miljuni (sa 3 punti deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | Numru | Politika tas-Suq Intern | EUR miljuni (sa 3 punti deċimali) Nefqa oħra ta' natura amministrattiva rilaxxata - (f'Miljuni ta' EUR) Tip ta' nefqa | Nefqa oħra ta' natura amministrattiva rilaxxata | mill-2013 | 12 01 02 11 02 – Konferenzi u Laqgħat | 0.040 | TOTAL tan-nefqa amministrattiva rilaxxata | 0.040 | Il-kostijiet tal-laqgħat tal-Osservatorju ma għandhomx jibqgħu joħorġu mill-baġit tal-UE minħabba li dawn il-kostijiet jistgħu jiġu ffinanzjati mill-baġit separat tal-OHIM. Abbażi tan-nefqa 2010, se tiġi rilaxxata s-somma ta' EUR 40 000. Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani - ( Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu tar-riżorsi umani. - ( Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu tar-riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt: Stima li għandha tiġi espressa f'ammonti sħaħ (jew għall-anqas sa punt wieħed deċimali) Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | … daħħal kemm tista' snin skont il-ħtieġa sabiex turi l-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6) | ( Karigi fil-pjan tal-istabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) | XX 01 01 01 (Kwartieri u Uffiċji tar-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni) | XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) | XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) | XX 01 05 01 (Riċerka diretta) | ( Persunal estern (Ekwivalenti tal-Unità Full Time: FTE)[59] | XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") | XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) | XX 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka diretta) | Linji oħra tal-baġit (speċifika) | TOTAL | XX huwa l-qasam tal-politika jew it-titlu tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani meħtieġa għandhom jiġu ssodisfati mill-istaff tal-DĠ li diġà ġie assenjat għall-immaniġġar tal-azzjoni u/jew li ċċaqlaq fi ħdan id-DĠ, flimkien jekk ikun neċessarju ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ fit-tmexxija skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-ostakli relatati mal-baġit. Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu: Uffiċjali u aġenti temporanji | Persunal estern | Għadd u tip ta' riżorsi umani rilaxxati Tip ta' kariga | Riżorsi umani rilaxxati u li għandhom jiġu assenjati għal prijoritajiet oħra (permezz ta' ċaqliq lejn servizzi oħra tal-Kummissjoni) | 2013 | Uffiċjali u aġenti temporanji | AD | 0 | AST | 0 | Total tal-karigi | 0 | Persunal estern | Aġenti kuntrattwali | 0 | Esperti Nazzjonali Ssekondati | Total tal-persunal estern | 0 | TOTAL tal-Unitajiet Ekwivalenti għal Full Time (FTE) | 0 | Il-membri tal-Istaff attwali AST fi ħdan l-organizzazzjoni tal-Osseratorju huma ssekondati mill-OHIM. L-għajnuna tiegħu fil-ġejjieni mhijiex se tibqa' tkun meħtieġa fil-Kummissjoni u l-kariga se tingħata lura lill-Uffiċċju. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali - ( Proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali. - ( Proposta/inizjattiva se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali. Spjega x'tip ta' programmar mill-ġdid hu meħtieġ billi tispeċifika l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti. - ( Proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[62]. Spjega x'inhu meħtieġ billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Kontribuzzjonijiet mill-partijiet terzi - Il-proposta/inizjattiva ma tippermettix li jkun hemm kofinanzjament mill-partijiet terzi - Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament skont kif inhu stmat hawn taħt: Approprjazzjonijiet f'EUR miljuni (sa 3 punti deċimali) Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | … daħħal kemm tista' snin skont il-ħtieġa sabiex turi l-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6) | Total | Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | … daħħal kemm tista' kolonni skont il-ħtieġa sabiex turi l-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6) | Artikolu …………. | | | | | | | | | |Għad-dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit affetwat/i. Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. [1] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: ‘Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv’ tat-3 ta’ Marzu 2010, COM(2010) 2020. [2] Ara b’mod partikolari l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2008: ‘Strateġija għall-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Industrijali’, COM(2008) 465 finali. [3] OECD, Il-problema ewlenija tal-falsifikazzjoni u l-piraterija tal-prodotti tanġibbli (Magnitude of counterfeiting and piracy of tangible products) – aġġornament ta’ Novembru 2009, http://www.oecd.org/document/23/0,3343. [4] Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, ‘Report on EU Customs enforcement of intellectual property rights – 2009’ http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/customs_controls/counterfeit_piracy/statistics/index_en.htm . [5] http://www.iccwbo.org/bascap/id35360/index.html. [6] TERA Consultants , ' Building a Digital Economy: Marzu 2010, http://www.iccwbo.org/bascap/id35360/index.html. [7] 'Report on EU Customs enforcement of intellectual property rights - 2009', asra n-Nota ta' Qiegħ il-Paġna nru 4.. [8] Technopolis (2007), ‘Effects of counterfeiting on EU SMEs’, http://ec.europa.eu/enterprise/enterprise_policy/industry/doc/Counterfeiting_Main%20Report_Final.pdf. [9] Frontier Economics, (Mejju 2009), ‘L-impatt tal-iffalisifikar fuq il-Gvernijiet u l-Konsumaturi’ (‘The impact of counterfeiting on Governments and Consumers’): http://www.iccwbo.org/uploadedFiles/BASCAP/Pages/Impact%20of%20Counterfeiting%20on%20Governments%20and%20Consumers%20-%0Final%20doc.pdf. [10] UNICRI, ‘Counterfeiting: a global spread’, 2008, http://counterfeiting.unicri.it/report2008.php. [11] Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25.09.2008, ĠU C 253, 4.10.2008, p.1. [12] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Settembru 2009: ‘Li ssaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern’, COM(2009) 467 finali . [13] Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ Marzu 2010 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern (2010/C 56/01), ĠU C56, 6.3.2010, p. 1. [14] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Settembru 2010, 2009/2178(INI). [15] ADE, ‘Evalwazzjoni tal-Istrateġija tal-Infurzar tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali f’Pajjiżi Terzi’ (‘Evaluation of the Intellectual Property Rights Enforcement Strategy in Third Countries’), Novembru 2010, http://trade.ec.europa.eu/doclib/cfm/doclib_section.cfm?sec=180&langId=en [16] COM(2010)2020. [17] COM(2008)465; ara wkoll il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2010: "Towards a Single Market Act – for a highly competitive social market economy" (Lejn Att dwar Suq Uniku – għal ekonomija ta' suq soċjali kompetittiv għall-aħħar), COM(2010)608 finali. [18] Dawn il-laqgħat saru fl-4 ta’ Settembru 2009, fl-14 ta’ Diċembru 2009, fis-16 ta’ Frar 2010 u fl-10 ta’ Ġunju 2010. [19] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2008: ‘Strateġija għall-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Industrijali’, COM(2008) 465 finali, u COM(2009) 467 finali. [20] Ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta’ Settembru 2008 u tal-1 ta’ Marzu 2010. [21] Ir-Riżoluzzjoni tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern (2009/2178(INI)), A7-0175/2010. [22] Għad-dettalji rreferi għat-test tal-istudju ppreparat mill-Istitut Max Planck għall-Proprjetà Intellettwali, il-Liġi tal-Kompetizzjoni u tat-Taxxa, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/internal_market/indprop/tm/index_en.htm. [23] http://www.premiercercle.com/sites/ip2010/overview.php. [24] Iż-żewġ korpi huma komposti minn rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni. [25] Ara SEC(2007)530. [26] ĠU C , , p. . [27] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010: Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv', COM (2010) 2020. [28] ĠU C 253, 4.10.2008, p.1. [29] COM(2009) 467, 14.09.2009. [30] Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ Marzu 2010 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern (2010/C 56/01), ĠU C56, 6.3.2010, p. 1. [31] Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2010 dwar ir-reviżjoni futura tas-sistema tat-Trade Marks fl-Unjoni Ewropea, ĠU C 140, 29.5.2010, p. 22. [32] ĠU L 195, 2.6.2004, p. 16. [33] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Settembru 2010, 2009/2178(INI). [34] ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1. [35] ABM: Activity-Based Management (Ġestjoni msejsa fuq l-Attività) – ABB: Activity-Based Budgeting (Baġitjar imsejsa fuq l-Attività). [36] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju. [37] COM(2010)2020. [38] COM(2008)465. [39] OECD, Il-problema ewlenija tal-falsifikazzjoni u l-piraterija tal-prodotti tanġibbli (Magnitude of counterfeiting and piracy of tangible products) – aġġornament ta’ Novembru 2009, http://www.oecd.org/document/23/0,3343. [40] TERA Consultants, ‘Il-Bini ta’ Ekonomija Diġitali: [41] Konsulenti TERA , ' Building a Digital Economy: Marzu 2010, http://www.iccwbo.org/bascap/id35360/index.html. [42] Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, ‘Report on EU Customs enforcement of intellectual property rights – 2009’ http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/customs_controls/counterfeit_piracy/statistics/index_en.htm . [43] Technopolis (2007), ‘Effects of counterfeiting on EU SMEs’, (Effetti tal-falsifikazzjoni fuq l-SMEs tal-UE) http://ec.europa.eu/enterprise/enterprise_policy/industry/doc/Counterfeiting_Main%20Report_Final.pdf. [44] COM(2009) 467 finali [45] COM(2010)2020. [46] COM(2008)465; ara wkoll il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2010: Towards a Single Market Act – for a highly competitive social market economy’, COM(2010)608 finali (mhux disponibbli bil-Malti). [47] Dettalji dwar il-metodi ta' ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [48] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju. [49] AD= Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD= Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati [50] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles [51] Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani. [52] Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. [53] Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (li kienu linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta. [54] Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. [55] Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li jingħataw (eż. l-għadd ta' skambji tal-istudenti ffinanzjati, l-għadd ta' km ta' toroq mibnija, eċċ). [56] Kif deskritt fit-Taqsima 1.4.2. "Għan(ijiet) speċifiku(/ċi)...." [57] Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. [58] Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (li kienu linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta. [59] CA = Aġent Kuntrattwali; INT= staff tal-aġenzija (" Intérimaire") ; JED= " Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); LA = Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Ssekondat; [60] Skont il-limitu tal-persunal estern minn approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji "BA"). [61] Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (EFF). [62] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [63] Fir-rigward tar-riżorsi tradizzjonali tagħha stess (taxxi doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu l-ammonti netti jiġifieri l-ammonti grossi wara li jkun hemm tnaqqis ta' 25% għall-kostijiet relatati mal-ġbir.