52011PC0155

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE /* KUMM/2011/0155 finali */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 25.3.2011

KUMM(2011) 155 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE

(ippreżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti[1] l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, b'limitu massimu annwali ta' EUR 1 biljun, li ma jinkludix l-intestaturi relevanti tal-qafas finanzjarju. Il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità għall-Fond huma ppreżentati fid-dettall fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002[2].

Abbażi tal-applikazzjoni għal assistenza mill-Fond mis-Slovenja, il-Kroazja u r-Repubblika Ċeka relatata mad-diżastri tal-għargħar li seħħew f'Settembru tal-2010, l-estimi totali tal-ħsara li ġiet ikkaġunata huma kif ġej:

(f’EUR) |

Stat Benefiċjarju | Ħsara diretta | Limitu minimu | Ammont ibbażat fuq 2.5 % | Ammont ibbażat fuq 6% | Ammont totali tal- għajnuna proposta |

Is-Slovenja – għargħar ta' Settembru 2010 "diżastru maġġuri" | 251 300 861 | 217 669 000 | 5 441 725 | 2 017 912 | 7 459 637 |

Il-Kroazja – għargħar ta' Settembru 2010 "il-kriterju ta' pajjiż ġar" | 47 002 839 | 275 804 000 | 1 175 071 | - | 1 175 071 |

Ir-Repubblika Ċeka – l-għargħar ta' Awwissu tal-2010 | 436 477 560 | 824 029 000 | 10 911 939 | - | 10 911 939 |

Total | 19 546 647 |

Fid-dawl tal-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet[3], u meta titqies l-għotja massima possibbli mill-Fond flimkien mal-possibilità ta' riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li tirrikjedi nefqa addizzjonali, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għal ammont totali ta' EUR 18 371 576 u EUR 1 175 071 li għandhom ikunu allokati taħt l-intestatura 3b u 4 tal-qafas finanzjarju rispettivament.

Bil-preżentazzjoni ta' din il-proposta sabiex jiġi mobilizzat il-Fond, il-Kummissjoni qiegħda tagħti bidu għall-proċedura ssimplifikata tat-trilogu, kif mitlub mill-Punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex jinkiseb il-ftehim taż-żewġ fergħat tal-Awtorità tal-Baġit dwar il-ħtieġa li jiġi użat il-Fond u l-ammont meħtieġ. Il-Kummissjoni tistieden lil kull fergħa tal-awtorità tal-baġit li tinforma lill-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħha.

Fil-każ li jkun hemm nuqqas ta' ftehim minn waħda miż-żewġ fergħat tal-Awtorità tal-Baġit, għandha tissejjaħ laqgħa formali tat-trilogu.

Il-Kummissjoni ser tressaq abbozz ta’ baġit emendatorju (ABE) sabiex, kif mitlub mill-Punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006, fil-baġit tal-2011 jiddaħħlu approprjazzjonijiet speċifiċi għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba[4], u b'mod partikolari l-punt 26 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea[5],

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[6],

Billi:

(1) L-Unjoni Ewropea ħolqot il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-"Fond") sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn diżastri.

(2) Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu annwali ta’ EUR 1 biljun.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista’ jiġi mmobilizzat.

(4) Is-Slovenja, il-Kroazja u r-Repubblika Ċeka ressqu l-applikazzjoni tagħhom għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, fir-rigward ta' diżastri kkaġunati minn għargħar kbir.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jkun mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 19 546 647 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[1] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1.

[2] ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3

[3] Il-Komunikazzjoni lill-Kummissjoni SEC(2011) 218 u SEC(2011) 373 dwar l-applikazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea mressqa mis-Slovenja, il-Kroazja u r-Repubblika Ċeka rispettivament.

[4] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1.

[5] ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

[6] ĠU C […], […], p. […].