52011PC0090

/* KUMM/2011/0090 finali - COD 2008/0142 */ OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294 (7), punt (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew, għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fir-rigward ta’ proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 24.2.2011

KUMM(2011) 90 finali

2008/0142 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294 (7), punt (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew, għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fir-rigward ta’ proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali

2008/0142 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 294 (7), punt (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fir-rigward ta’ proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali

1. Introduzzjoni

L-Artikolu 294(7), punt (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistipula li l-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni tistabbilixxi l-opinjoni tagħha hawn taħt rigward l-emendi proposti mill-Parlament.

2. Sfond

Data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (dokument COM(2008)414 finali – 2008/0142(COD)): | 2 ta’ Lulju 2008 |

Data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 4 ta’ Diċembru 2008 |

Data tal-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni: | 12 ta’ Frar 2009 |

Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | 23 ta’ April 2009 |

Data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: | l-ebda |

Data tal-qbil politiku: | 8 ta’ Ġunju 2010 |

Data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill: | 13 ta’ Settembru 2010 |

Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, it-tieni qari: | 19 ta’ Jannar 2011 |

3. L-għan tal-proposta

L-għan ġenerali tad-Direttiva proposta huwa li jkun stabbilit qafas ċar u koerenti għar-rimbors tal-kura tas-saħħa fl-UE, f'każijiet fejn il-kura tingħata fi Stat Membru li mhux il-pajjiż tal-affiljazzjoni (il-kura tas-saħħa transkonfinali). Din segwiet il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonferma li indipendentement mid-drittijiet għat-trattament skedat fi Stat Membru ieħor kif rikonoxxuti mir-Regolamenti (KE) 883/2004 u 987/2009, il-pazjenti assigurati jibbenefikaw mill-libertà li jirċievu trattament mediku fi Stat Membru ieħor, skont l-Artikolu 56 TFUE.

Sabiex jintlaħaq dan il-għan, il-proposta hija strutturata madwar tliet oqsma ewlenin: (1) li tiżgura li l-pazjenti jirċievu kura tas-saħħa sikura u ta' kwalità għolja, (2) regoli li jiċċaraw id-drittijiet għar-rimbors tal-kura tas-saħħa transkonfinali, u (3) kooperazzjoni fl-UE dwar il-kura tas-saħħa fil-qasam ta' rikonoxximent ta' riċetti tat-tabib, oqfsa ta' referenza Ewropea, valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, u servizzi ta’ Saħħa elettronika.

4. Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi mill-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew ivvota fit-tieni qari test ikkonsolidat li fih numru ta' emendi għat-test tal-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari. It-test huwa r-riżultat tan-negozjati bejn il-parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Il-maġġoranza tal-emendi huma konformi mal-proposta inizjali tal-Kummissjoni u għalhekk aċċettabbli fid-dawl ta’ kompromess ġenerali.

Il-Kummissjoni għalhekk aċċettat l-emendi kollha vvutati mill-Parlament.