52011PC0088

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju Interim ta’ Assoċjazzjoni dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (l-OĦP) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra /* KUMM/2011/0088 finali - NLE 2011/0041 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 3.3.2011

KUMM(2011) 88 finali

2011/0041 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju Interim ta’ Assoċjazzjoni dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (l-OĦP) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea (l-UE) u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża (minn hawn 'il quddiem imsejħa "L-Awtorità Palestinjana") hija msejsa fuq il-Ftehim Ewro-Mediterranju Interim ta' Assoċjazzjoni li ġie ffirmat fi Frar 1997 u li d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-kummerċ daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1997. L-għan ewlieni tiegħu huwa li jinkoraġġixxi l-kummerċ u l-investiment u relazzjonijiet ekonomiċi tajbin bejn il-Partijiet u b’hekk jitrawwem żvilupp ekonomiku sostenibbli.

Il-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni jistipula l-aċċess mingħajr dazju fis-swieq tal-UE għal prodotti industrijali Palestinjani, u t-tneħħija f’fażijiet tat-tariffi fuq l-esportazzjonijiet mill-UE lejn it-territorju okkupat Palestinjan (toP) fuq ħames snin. L-Artikolu 12 tal-Ftehim jistabbilixxi li l-Komunità u l-Awtorità Palestinjana għandhom progressivament jistabbilixxu aktar liberalizzazzjoni fil-kummerċ tagħhom f'prodotti agrikoli u prodotti tas-sajd li huma ta’ interess għaż-żewġ Partijiet. L-Artikolu 14(2), jindika wkoll li l-Komunità u l-Awtorità Palestinjana għandhom jeżaminaw il-possibbiltà li jagħtu lil xulxin konċessjonijiet oħrajn. Barra minn hekk, l-Artikolu 7 jispeċifika l-kondizzjonijiet għall-kummerċ fil-prodotti agrikoli pproċessati. L-ebda konċessjoni mhi stipulata għall-ħut u l-prodotti tas-sajd.

Fl-14 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tmexxi negozjati sabiex tinkiseb aktar liberalizzazzjoni fil-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd, inkluż mal-Awtorità Palestinjana. Dawn in-negozjati tmexxew mid-DĠ AGRI, TRADE u ENTR f’kooperazzjoni mill-qrib mas-servizzi differenti tal-Kummissjoni, b’mod partikolari mad-DĠ RELEX, MARE, TAXUD, SANCO, BUDG u OLAF.

Ir-riżultati miksuba huma fl-ispirtu tal-Proċess ta’ Barċellona; f’konformità mal-Pjan ta’ Direzzjoni Ewro-Mediterranju għall-agrikoltura (il-Pjan ta’ Direzzjoni ta’ Rabat), adottat mill-Ministri Ewro-Mediterranji għall-Affarijiet Barranin fit-28 ta’ Novembru 2005 għat-tħaffif tal-liberalizzazzjoni fil-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd; mal-prinċipji tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u mal-konklużjonijiet tal-Konferenza Ewro-Mediterranja tal-Ministri għall-Kummerċ li saret bejn it-8 u d-9 ta’ Diċembru 2009 li jimmiraw, inter alia, li sal-2010 jiffaċilitaw, fuq bażi bilaterali u reġjonali, il-kummerċ fil-prodotti Palestinjani ma’ msieħba Ewro-Mediterranji oħrajn.

Fl-10 ta’ Ġunju 2010 f’Brussell, il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità Palestinjana fetħu n-negozjati uffiċjalment fuq livell politiku għoli. In-negozjati ġew konklużi fis-17 ta’ Diċembru 2010 f’Brussell u l-Minuti Miftiehma dwar l-akkordju ġew inizjalati fl-istess jum. Sabiex ir-riżultati tan-negozjati konklużi mal-Awtorità Palestinjana jiġu implimentati, il-Kummissjoni qed tipproponi lill-Kunsill jadotta l-Iskambju tal-Ittri mehmuż hawn.

L-intenzjoni taż-żewġ partijiet hija li dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ kmieni fl-2011.

B’konsegwenza, il-Kummissjoni qed tipproponi lill-Kunsill jadotta d-Deċiżjoni annessa.

IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Huwa stmat li l-impatt finanzjarju huwa negliġibbli.

Abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni qed tipproponi lill-Kunsill jinnomina lill-persuna jew lill-persuni li għandhom is-setgħa jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

2011/0041 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju Interim ta’ Assoċjazzjoni dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (l-OĦP) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

1. Fl-14 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tmexxi negozjati sabiex tinkiseb aktar liberalizzazzjoni fil-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd ma’ ċerti pajjiżi tal-Mediterran. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess billi ġie inizjalat il-Ftehim.

2. Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna jew il-persuni li għandhom is-setgħa jiffirmaw, f’isem l-Unjoni Ewropea, il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju Interim ta’ Assoċjazzjoni dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (l-OĦP) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi adottata. Hija għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju Interim ta’ Assoċjazzjoni dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (l-OĦP) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra

A. Ittra mill-Unjoni Ewropea

Sinjur/Sinjura,

B’unur nirreferi għan-negozjati li seħħew fl-ispirtu tal-Pjan ta' Direzzjoni Ewro-Mediterranju għall-agrikoltura (il-Pjan ta’ Direzzjoni ta’ Rabat), adottat mill-Ministri Ewro-Mediterranji għall-Affarijiet Barranin fit-28 ta’ Novembru 2005, għat-tħaffif tal-liberalizzazzjoni fil-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd, u skont l-Artikoli 7, 12 u 14(2) tal-Ftehim Ewro-Mediterranju Interim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (l-OĦP) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità Palestinjana”), min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni”), fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 1997, li jistqarr li l-Komunità u l-Awtorità Palestinjana għandhom progressivament jistabbilixxu aktar liberalizzazzjoni, inter alia, fil-kummerċ tagħhom f'prodotti agrikoli li huma ta’ interess għaż-żewġ Partijiet.

A: Il-Partijiet qablu dwar l-emendi temporanji għall-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni li ġejjin:

1. Il-Protokoll 1 għandu jinbidel b’dak mogħti fl-Anness I għal dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-punt A.

B: Il-Partijiet qablu wkoll dwar l-emendi permanenti għall-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni li ġejjin:

1. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għal prodotti li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea u mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża minbarra dawk elenkati fil-Kapitoli 1 sa 24 tan-Nomenklatura Magħquda (NM) u tat-tariffa doganali tal-Awtorità Palestinjana, u minbarra dawk elenkati fl-Anness 1(1)(ii) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura tal-GATT. Madankollu, dan il-Kapitolu għandu jkompli japplika għal-lattożju kimikament pur tal-kodiċi tan-NM 1702 11 00 u għall-glukożju u l-ġulepp tal-glukożju, li fihom fl-istat xott 99 % jew aktar bil-piż ta’ glukożju, tal-kodiċijiet tan-NM ex 1702 30 50 u ex 1702 30 90.”

2. It-titolu ta' Kapitolu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"PRODOTTI AGRIKOLI, PRODOTTI AGRIKOLI PPROĊESSATI U ĦUT U PRODOTTI TAS-SAJD".

3. L-Artikolu 11 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għal prodotti li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea u mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża elenkati fil-Kapitoli 1 sa 24 tan-Nomenklatura Magħquda (NM) u tat-tariffa doganali tal-Awtorità Palestinjana, u għal dawk elenkati fl-Anness 1(1)(ii) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura tal-GATT, minbarra l-lattożju kimikament pur tal-kodiċi tan-NM 1702 11 00 u l-glukożju u l-ġulepp tal-glukożju, li fihom fl-istat xott 99 % jew aktar bil-piż ta’ glukożju, tal-kodiċijiet tan-NM ex 1702 30 50 u ex 1702 30 90, li għalihom diġà ngħata aċċess mingħajr dazju fi ħdan il-Kapitolu 1."

4. L-Artikolu 12 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"L-Unjoni Ewropea u l-Awtorità Palestinjana għandhom progressivament jistabbilixxu aktar liberalizzazzjoni fil-kummerċ tagħhom fl-agrikoltura, fil-prodotti agrikoli pproċessati u fil-ħut u l-prodotti tas-sajd li huma ta’ interess għaż-żewġ Partijiet."

5. L-Artikolu 13 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"1. Prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża u li huma elenkati fil-Protokoll 1, għandhom ikunu soġġetti għall-arranġamenti stabbiliti f’dak il-Protokoll mal-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea.

2. Prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea u li huma elenkati fil-Protokoll 2, għandhom ikunu soġġetti għall-arranġamenti stabbiliti f’dak il-Protokoll mal-importazzjoni tagħhom fix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża. "

6. L-Artikolu 23a għandu jiżdied:

"Tneħħija Temporanja tal-Preferenzi

1. Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni u l-assistenza amminstrattivi huma essenzjali għall-implimentazzjoni u l-kontroll tat-trattament preferenzjali mogħti skont dan il-Ftehim. Huma jenfasizzaw l-impenn tagħhom li jiġġieldu kontra kull irregolarità u frodi fi kwistjonijiet doganali u fi kwistjonijiet relatati magħhom.

2. Fejn Parti tkun ikkonkludiet, abbażi ta’ informazzjoni oġġettiva, li kien hemm nuqqas ta’ kooperazzjoni/assistenza amministrattivi u/jew li kien hemm irregolaritajiet jew frodi skont dan il-Ftehim, il-Parti konċernata tista’ tissospendi temporanjament it-trattament preferenzjali relevanti tal-prodott/i konċernat/i skont dan l-Artikolu.

3. Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, nuqqas ta’ kooperazzjoni/assistenza amministrattivi għandu jfisser, inter alia:

a) in-nuqqas imtenni li jiġu rrispettati l-obbligi ta’ verifika tal-istatus ta’ oriġini tal-prodott/i konċernat/i;

b) ir-rifjut imtenni jew id-dewmien mhux dovut fit-twettiq u/jew fil-komunikazzjoni tar-riżultati tal-verifika sussegwenti tal-prova tal-oriġini;

c) ir-rifjut imtenni jew id-dewmien mhux dovut fil-kisba tal-awtorizzazzjoni sabiex jitwettqu żjarat ta’ stħarriġ biex tiġi ddeterminata l-awtentiċità tad-dokumenti jew ir-reqqa tal-informazzjoni relevanti għall-għotja tat-trattament preferenzjali inkwistjoni.

4. Għall-fini ta’ dan l-Artikolu konklużjoni dwar irregolaritajiet jew frodi tista’ tiġi determinata, inter alia, fejn ikun hemm żieda rapida, mingħajr spjegazzjoni sodisfaċenti, fl-importazzjonijiet ta’ prodotti li tissupera l-livell tal-produzzjoni u l-kapaċità normali tal-esportazzjoni tal-Parti l-oħra, li tkun marbuta ma’ informazzjoni oġġettiva dwar l-irregolaritajiet jew il-frodi.

5. L-applikazzjoni ta’ sospensjoni temporanja għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

a) Il-Parti li tkun ikkonkludiet, abbażi ta’ informazzjoni oġġettiva, li kien hemm nuqqas ta’ kooperazzjoni/assistenza amministrattivi u/jew li kien hemm irregolaritajiet jew frodi għandha tinnotifika mingħajr dewmien mhux dovut lill-Kumitat Konġunt bil-konklużjoni tagħha flimkien mal-informazzjoni oġġettiva u għandha tidħol f’konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt, abbażi tal-informazzjoni u tal-konklużjonijiet oġġettivi kollha li huma relevanti, sabiex tinstab soluzzjoni li tkun aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet.

b) Fejn il-Partijiet ikunu daħlu f’konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat imsemmi hawn fuq u ma jkunx irnexxilhom jaqblu dwar soluzzjoni aċċettabbli fi żmien 3 xhur minn meta tkun saret in-notifika, il-Parti konċernata tista’ tissospendi b’mod temporanju t-trattament preferenzjali li huwa relevanti għall-prodott/i konċernat/i. Sospensjoni temporanja għandha tiġi nnotifikata lill-Kumitat mingħajr dewmien mhux dovut.

c) Is-sospensjonijiet temporanji skont dan l-Artikolu għandhom ikunu limitati għal dak li jkun meħtieġ biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Parti konċernata. Dawn ma għandhomx jaqbżu perjodu ta’ sitt xhur, li jista' jiġġedded fil-każ li sad-data tal-iskadenza ma jkun inbidel xejn fir-rigward tal-kondizzjonijiet li kkaġunaw is-sospensjoni inizjali. Huma għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjonijiet perjodiċi fi ħdan il-Kumitat Konġunt, b’mod partikolari bil-għan li jiġu tterminati hekk kif il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom ma jibqgħux japplikaw.

Kull Parti għandha tippubblika skont il-proċedura interna tagħha, u fil-każ tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, avviżi lill-importaturi li jikkonċernaw kwalunkwe: notifika msemmija fil-paragrafu 5(a); deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5(b); u estensjoni jew terminazzjoni msemmija fil-paragrafu 5(c)."

7. Il-Protokoll 2 u l-Annessi tiegħu għandhom jinbidlu b’dawk li jidhru fl-Anness 2 għal dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri.

8. Dikjarazzjoni Komuni dwar l-ostakli sanitarji u fitosanitarji jew tekniċi għal kwistjonijiet kummerċjali, li jidhru fl-Anness III għal dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, għandha tiżdied mal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni.

C. Il-Partijiet qablu dwar id-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

1. a) L-emendi temporanji stipulati fil-punt A għandhom japplikaw għal perjodu ta’ 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Madankollu, skont l-iżvilupp ekonomiku fil-futur tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, il-Kumitat Konġunt jista’ jikkunsidra l-possibbiltà li jestendi dawk l-emendi għal perjodu addizzjonali. Deċiżjoni bħal din għandha tittieħed mill-Kumitat Konġunt sa mhux aktar tard minn sena qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ 10 snin kif stipulat f’dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri.

b) L-Unjoni Ewropea u l-Awtorità Palestinjana għandhom jiltaqgħu ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim biex jikkunsidraw il-possibbiltà li jagħtu lil xulxin iktar konċessjonijiet permanenti marbutin mal-kummerċ f’prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati, ħut u prodotti tas-sajd skont l-għan stabbilit fl-Artikolu 12 tal-Ftehim Interim.

c) Il-punt tal-bidu għal negozjati reċiproki fil-futur se jkunu l-konċessjonijiet ikkonsolidati tal-Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja Interim, li huma elenkati fl-Anness IV u fil-Protokoll 2 ta’ dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri.

d) Huwa preżunt li l-kondizzjonijiet ta’ kummerċ li għandhom jingħataw mill-Unjoni Ewropea b’riżultat tat-tali negozjati fil-futur jistgħu jkunu anqas favorevoli minn dawk mogħtija skont dan il-Ftehim.

2. L-Artikolu 7(1) tal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni ma għandux japplika sakemm ma jiġux applikati l-emendi temporanji stipulati fil-punt A.

Dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta’ approvazzjoni.

Għandi l-unur nikkonferma li l-Unjoni Ewropea taqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra.

Inkun grat jekk inti tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma’ dak imsemmi hawn fuq.

Sinjur/a, jekk jogħġbok aċċetta l-garanzija tal-ogħla kunsiderazzjoni tiegħi.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Unjoni Ewropea

F’isem il-Kunsill tal-UE

ANNESS I GĦALL-FTEHIM

PROTOKOLL 1

DWAR L-ARRANĠAMENTI PROVIŻORJI APPLIKABBLI GĦALIMPORTAZZJONIJIET FL-UNJONI EWROPEA TA’PRODOTTI AGRIKOLI, PRODOTTI AGRIKOLI PPROĊESSATIU ĦUT U PRODOTTI TAS-SAJDLI JORIĠINAW MIX-XATT TAL-PUNENT U L-MEDDA TA’ GAŻA

1. Id-dazji doganali u l-imposti li għandhom effett ekwivalenti (inkluż il-komponent agrikolu tagħhom), li huma applikabbli għal prodotti li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża mal-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea u li huma elenkati fil-Kapitoli 1 sa 24 tan-Nomenklatura Magħquda (NM) u tat-tariffa doganali tal-Awtorità Palestinjana, u dawk elenkati fl-Anness 1(1)(ii) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura tal-GATT, minbarra l-lattożju kimikament pur tal-kodiċi tan-NM 1702 11 00 u l-glukożju u l-ġulepp tal-glukożju, li fihom fl-istat xott 99 % jew aktar bil-piż ta’ glukożju, tal-kodiċijiet tan-NM ex 1702 30 50 u ex 1702 30 90 koperti mill-Kapitolu 1, għandhom jiġu eliminati temporanjament f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt B.5(a) tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri.

2. Minkejja l-kondizzjonijiet skont il-punt 1 ta’ dan il-Protokoll, għall-prodotti li għalihom japplika prezz tad-dħul skont l-Artikolu 140a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007[1], u li għalihom it-Tariffa Doganali Komuni tipprovdi għall-applikazzjoni tad-dazji doganali ad valorem u ta’ dazju speċifiku tad-dwana, l-eliminazzjoni tapplika biss għall-parti ad valorem tad-dazju.

ANNESS II GĦALL-FTEHIM

PROTOKOLL 2

DWAR L-ARRANĠAMENTI APPLIKABBLI GĦAL IMPORTAZZJONIJIETFIX-XATT TAL-PUNENT U L-MEDDA TA’ GAŻA TA’ PRODOTTI AGRIKOLI, PRODOTTI AGRIKOLI PPROĊESSATI U ĦUT U PRODOTTI TAS-SAJD LI JORIĠINAW MILL-UNJONI EWROPEA

1. Il-prodotti elenkati fl-Annessi li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea għandhom jitħallew jiġu importati fix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża skont il-kondizzjonijiet imsemmija hawn u fl-Annessi.

2. Id-dazji fuq l-importazzjonijiet għandhom jiġu eliminati jew jitnaqqsu sal-livell indikat fil-kolonna ‘a’, fi ħdan il-limitu tal-kwota tariffarja annwali elenkata fil-kolonna ‘b’, u soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċifiċi indikati fil-kolonna ‘c’.

3. Għall-kwantitajiet importati li jaqbżu l-kwoti tariffarji, għandhom japplikaw id-dazji doganali ġenerali applikati għal pajiżi terzi, soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi indikati fil-kolonna ‘c’.

4. Għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni, il-volumi tal-kwoti tariffarji u l-kwantitajiet ta’ referenza għandhom jiġu kkalkolati bħala pro rata tal-volumi bażiċi, filwaqt li jitqies il-perjodu li jkun għadda qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.

ANNESS 1 GĦALL-PROTOKOLL 2

Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Dazju (%) | Kwota tariffarja (f’tunnellati, sakemm mhux indikat mod ieħor) | Dispożizzjonijiet speċifiċi |

a | b | c |

0102 90 71 | Annimali tal-ifrat ħajjin, ta' piż li jaqbeż 300 kg għall-qatla, minbarra l-għoġiela u l-baqar | 0 | 300 |

0202 30 90 | Laħam ta’ annimali tal-ifrat, mingħajr għadam, minbarra l-kwarti ta’ quddiem, il-kwarti ‘kumpensati’, “crop”, qatgħat ta’ spalla u skapula u sidra, friżat | 0 | 200 |

0206 22 00 | Fwied li jittiekel ta’ annimali tal-ifrat, friżat | 0 | 100 |

0406 | Ġobon u baqta | 0 | 200 |

0407 00 19 | Bajd tat-tjur tad-dar (poultry) għat-tifqis, minbarra dak tad-dundjani u tal-wiżż | 0 | 120 000 bajda |

1101 00 15 | Dqiq tal-qamħ komuni u spelt | 0 | 13 000 |

2309 90 99 | Preparazzjonijiet oħrajn ta’ tip użati għal għalf ta’ annimali | 2 | 100 |

ANNESS 2 GĦALL-PROTOKOLL 2

PRODOTTI MSEMMIJAFL-ARTIKOLU 7 (2) TAL-FTEHIM EWRO-MEDITERRANJU INTERIM TA’ ASSOĊJAZZJONI

Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni |

1902 | Għaġin u kuskus: |

A | — tal-qamħ durum |

B | — oħrajn |

1905 10 | Ħobż iqarmeċ (crispbread) |

1905 20 90 | Kejk tal-ġinġer (gingerbread) u prodotti bħalu, li mhumiex speċjalment magħmulin għal min ibati mid-dijabete: |

A | — li fihom aktar minn 15 %, bil-piż, ta’ dqiq li ġej minn ċereali minbarra l-qamħ meta mqabbel mal-kontenut totali tad-dqiq |

B | — oħrajn |

ex 1905 32 A | Waffles u wejfers |

Al | — mhux mimlijin, kemm jekk miksijin u kemm jekk le |

Ala | — li fihom aktar minn 15 %, bil-piż, ta’ dqiq li ġej minn ċereali minbarra l-qamħ meta mqabbel mal-kontenut totali tad-dqiq |

Alb | — oħrajn |

A2 | — oħrajn |

A2a | — li fihom mhux anqas minn 1,5 % ta’ xaħmijiet tal-ħalib jew mhux anqas minn 2,5 % ta’ proteini tal-ħalib |

A2b | — oħrajn |

1905 40 10 | Ħobż imbaskat (rusk/s) [qarmeċ] b’żieda ta’ zokkor, għasel jew kwalunkwe materjal ieħor biex jagħmel ħelu, bajd, xaħam, ġobon, frott, kawkaw jew simili: |

A | — li fihom aktar minn 15 % bil-piż ta’ dqiq li ġej minn ċereali minbarra l-qamħ meta mqabbel mal-kontenut totali tad-dqiq |

B | — oħrajn |

1905 ex 31) B + ex 90) | Oġġetti [prodotti] oħrajn tal-furnara, b’żieda ta’ zokkor, għasel jew kwalunkwe materjal ieħor biex jagħmel ħelu, bajd, xaħam, ġobon, frott, kawkaw jew simili: |

Bl | — li fihom bajd miżjud, tal-piż ta’ mhux anqas minn 2,5 % |

B2 | — li fihom frott jew ġewż imnixxef miżjud: |

B2a | — li fihom mhux anqas minn 1,5 % ta’ xaħmijiet tal-ħalib u mhux anqas minn 2,5 % ta’ proteini tal-ħalib; ara l-Anness V |

B2b | — oħrajn |

ВЗ | — li fihom anqas minn 10 % bil-piż ta’ zokkor miżjud u li ma fihomx bajd miżjud jew frott jew ġewż imnixxef miżjud |

ANNESS III GĦALL-FTEHIM

DIKJARAZZJONI KOMMUNIKOOPERAZZJONI DWAR L-OSTAKLI SANITARJI U FITOSANITARJI JEWTEKNIĊI GĦAL KWISTJONIJIET KUMMERĊJALI

Il-Partijiet għandhom isolvu kwalunkwe problema, b'mod partikolari l-ostakli sanitarji, fitosanitarji jew tekniċi għall-kummerċ, li jxekklu l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, permezz tal-arranġamenti amministrattivi eżistenti. Ir-riżultati mbagħad għandhom jiġu rrappurtati lis-Sottokumitati relevanti u lill-Kumitat Konġunt. Il-Partijiet jieħdu l-impenn li jeżaminaw u jsolvu t-tali każijiet fl-iqsar żmien possibbli b’mod ta’ ħbiberija, f’konformità mal-liġijiet applikabbli rispettivi tagħhom u mal-istandards tad-WTO, tal-OIE, tal-IPPC u tal- Codex Alimentarius .

ANNESS IV GĦALL-FTEHIM

A: LISTA KKONSOLIDATA TA’ KONĊESSJONIJIET APPLIKATI GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET FL-UNJONI EWROPEA TA’ PRODOTTI AGRIKOLI U PRODOTTI TAS-SAJD LI JORIĠINAW MIX-XATT TAL-PUNENT U L-MEDDA TA’ GAżA QABEL ID-DħUL FIS-SEħħ TA’ DAN IL-FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI

1. Il-prodotti elenkati fl-Anness, li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, għandhom jitħallew jiġu importati fl-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet imsemmija hawn taħt u fl-Anness.

(a) Id-dazji doganali qed jiġu eliminati jew imnaqqsa kif indikati fil-kolonna ‘a’.

(b) Għal ċerti prodotti, li għalihom it-Tariffa Doganali Komuni tistipula l-applikazzjoni ta’ dazju ad valorem u dazju speċifiku, r-rati ta’ tnaqqis, indikati fil-kolonni ‘a’ u ‘c’ japplikaw biss għad-dazju ad valorem . Madankollu, għall-prodott li jikkorrispondi mas-subintestatura 1509 10, it-tnaqqis tad-dazju japplika għad-dazju speċifiku.

(c) Għal ċerti prodotti, id-dazji doganali qed jiġu eliminati fil-limitu tal-kwoti tariffarji elenkati fil-kolonna ‘b’ għal kull wieħed minnhom; il-kwoti tariffarji għandhom japplikaw fuq bażi annwali mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

(d) Għall-kwantitajiet importati li jaqbżu l-kwoti, id-dazji doganali komuni, jiġu applikati skont il-prodott konċernat, bis-sħiħ jew bi tnaqqis, kif indikat fil-kolonna ‘c’.

2. Għal ċerti prodotti, l-eżenzjoni mid-dazji doganali tingħata fil-qafas tal-kwantitajiet ta’ referenza kif indikat fil-kolonna ‘d’.

Fil-każ li l-volum ta’ importazzjonijiet ta’ wieħed minn dawn il-prodotti jaqbeż il-kwantità ta’ referenza, l-Unjoni Ewropea, wara li tkun ikkunsidrat ir-reviżjoni annwali li għandha twettaq tal-flussi tal-kummerċ, tista’ tagħmel lill-prodott inkwistjoni soġġett għal kwota tariffarja tal-Unjoni, li l-volum tagħha għandu jkun ugwali għall-kwantità ta’ referenza. F’dak il-każ, għall-kwantitajiet importati li jaqbżu l-kwota, id-dazju doganali komuni għandu jiġi applikat, skont il-prodott konċernat, bis-sħiħ jew bi tnaqqis kif indikat fil-kolonna ‘c’.

3. Għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni, il-volumi tal-kwoti tariffarji u l-kwantitajiet ta’ referenza għandhom jiġu kkalkolati bħala pro rata tal-volumi bażiċi, filwaqt li jitqies il-perjodu li jkun għadda qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.

4. Għal ċerti prodotti elenkati fl-Anness, il-volum tal-kwota tariffarja qed jiżdied darbtejn, abbażi tal-volum indikat fil-kolonna ‘e’. L-ewwel żieda għandha sseħħ fid-data meta kull kwota tariffarja tinfetaħ għat-tieni darba.

0403 | Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn iffermentati jew li saru aċidużi [aċidifikati] kemm jekk konċentrati kif ukoll jekk le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw: |

0403 10 51 sa 0403 10 99 | Jogurt, imħawwar jew miżjud bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw |

0403 90 71 sa 0403 90 99 | Xorrox tal-butir, baqta u krema, kefir u ħalib u krema oħrajn iffermentati jew li saru aċidużi [aċidifikati], imħawrin u miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw |

0710 40 00 | Qamħ ħelu (mhux imsajjar jew imsajjar bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), iffriżat |

0711 90 30 | Qamħ ħelu ippreżervat proviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f’ilma tal-kubrit jew f’taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajjeb f’dak l-istat għall-konsum immedjat |

ex 1517 | Marġerina; taħlitiet jew preparazzjonijiet tajbin għall-ikel ta’ xaħmijiet jew żjut ta’ annimali jew veġetali jew ta’ frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut differenti ta’ dan il-Kapitolu, minbarra xaħmijiet u żjut tajbin għall-ikel jew il-frazzjonijiet tagħhom tat-Titlu [bin-Numru] 1516: |

1517 10 10 | Marġerina, ħlief marġerina likwida, li fiha bil-piż aktar minn 10 % iżda inqas minn 15 % tax-xaħmijiet tal-ħalib |

1517 90 10 | Oħrajn, li fihom, bil-piż, iktar minn 10 % iżda inqas minn 15 % tax-xaħmijiet tal-ħalib |

ex 1704 | Ħelu taz-zokkor (inkluża ċikkulata bajda), mingħajr kawkaw; minbarra l-estratt tas-sugu [tal-għud is-sus] li fih aktar minn 10 % tal-piż sukrożju iżda ma fihx sustanzi oħrajn miżjudin, li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM 1704 90 10 |

1806 | Ċikkulata u preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw |

ex 1901 | Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet tal-ikel tad-dqiq, groats (xgħir u barli mitħun oħxon), pasta [dqiq tas-smid], lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 40 % tal-piż kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; preparazzjonijiet tal-ikel ta’ oġġetti [prodotti] tat-titli 0401 sa 0404, li ma fihomx kawkaw jew li fihom anqas minn 5 % tal-piż kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, minbarra l-preparazzjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi tan-NM 1901 90 91 |

ex 1902 | Għaġin, minbarra għaġin mimli li jaqa’ fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM 1902 20 10 u 1902 20 30; kuskus, kemm jekk ippreparat u kemm jekk le |

1903 | Tapjoka u sostituti tagħha ppreparati mil-lamtu, f’forma ta’ qxur, ħbub, perli, frakijiet [granulat marbul] jew forom simili |

1904 | Ikel ippreparat miksub min-nefħa jew mix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali (pereżempju, kornflejks); ċereali (ħlief qamħirrun (qamħ)) f’forma ta’ ħbub jew f’forma ta’ qxur jew qmuħ oħrajn maħdumin (ħlief dqiq, groats u pasta [dqiq tas-smid]), imsajrin minn qabel jew ippreparati mod ieħor, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra |

1905 | Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u oġġetti [prodotti] oħrajn tal-furnara, kemm jekk fihom il-kawkaw jew le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalità li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta ostja u prodotti simili |

2001 90 30 | Qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) ippreparat jew ippreżervat bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku |

2001 90 40 | Jammijiet [jams], patata ħelwa u partijiet simili ta' pjanti tajbin għall-ikel li fihom 5 % jew aktar tal-piż lamtu, ippreparati jew ippreżervati bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku |

2004 10 91 | Patata f’forma ta’ dqiq, pasta [dqiq tas-smid] jew qxur, ippreparata jew ippreżervata mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, iffriżata |

2004 90 10 | Qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata), ippreparat jew ippreżervat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, iffriżat |

2005 20 10 | Patata f’forma ta’ dqiq, pasta [dqiq tas-smid] jew qxur, ippreparata jew ippreżervata mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżata |

2005 80 00 | Qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata), ippreparat jew ippreżervat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat |

1904 20 10 | Preparazzjoni tat-tip Müsli bbażata fuq qxur taċ-ċereali mhux mixwijin |

2008 99 85 | Qamħirrun, ħlief qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) ippreparat jew ippreżervat mod ieħor, li ma fihx spiritu miżjud jew zokkor miżjud |

2008 99 91 | Jams, patata ħelwa u partijiet simili ta' pjanti tajbin għall-ikel, li fihom 5 % jew aktar tal-piż lamtu, ippreparati jew ippreżervati mod ieħor, li ma fihomx spirtu miżjud jew zokkor miżjud |

2101 12 98 | Preparazzjonijiet b’bażi ta’ kafé |

2101 20 98 | Preparazzjonijiet b’bażi ta’ tè jew matè |

2101 30 19 | Sostituti tal-kafè nkaljati minbarra ċ-ċikwejra inkaljata |

2101 30 99 | Estratti, essenzi jew konċentrati tas-sostituti tal-kafè inkaljati minbarra dawk taċ-ċikwejra inkaljata |

2102 10 31 2102 10 39 | Ħmira tal-furnara |

ex 2103 90 90 | Zlazi u preparazzjonijiet tagħhom; — Majoneż |

2105 00 | Ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel, kemm jekk fihom il-kawkaw jew le |

ex 2106 | Preparazzjonijiet tal-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, minbarra dawk li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM 2106 10 20 u 2106 90 92 u minbarra l-ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin jew ikkuluriti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 2106 90 30 sa 2106 90 59 |

2202 90 91 2202 90 95 2202 90 99 | Xorb mhux alkoħoliku, mhux meraq tal-frott jew tal-ħxejjex ta’ titlu 2009, li fih prodotti ta’ titli 0401 sa 0404 jew xaħam miksub mill-prodotti ta’ titli 0401 sa 0404 |

2905 43 00 | Mannitol |

2905 44 | D-gluċitol (sorbitol) |

ex 3505 10 | Destrini u lamti oħrajn immodifikati, minbarra l-lamti esterifikati jew eterifikati tal-kodiċi tan-NM 3505 10 50 |

3505 20 | Kolol ibbażati fuq lamti, jew fuq destrini jew lamti oħrajn immodifikati |

3809 10 | Aġenti għall-irfinar, katalisti (carriers) biex iħaffu ż-żbigħ jew l-iffissar ta’ sustanzi taż-żbigħ u prodotti oħrajn u preparazzjonijiet (pereżempju, sustanzi għat-twebbis u murdenti), ta’ tip użati fl-industriji tat-tessuti, tal-karta, tal-ġilda jew bħalhom, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, b’bażi ta’ sustanzi amilaċeużi |

3824 60 | Sorbitol ħlief dak ta’ subtitlu 2905 44 |

B. Ittra mill-Awtorità Palestinjana

Sinjur/Sinjura,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek ta’ […] li taqra kif ġej:

“B’unur nirreferi għan-negozjati li seħħew fl-ispirtu tal-Pjan ta' Direzzjoni Ewro-Mediterranju għall-agrikoltura (il-Pjan ta’ Direzzjoni ta’ Rabat), adottat mill-Ministri Ewro-Mediterranji għall-Affarijiet Barranin fit-28 ta’ Novembru 2005, għat-tħaffif tal-liberalizzazzjoni fil-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd, u skont l-Artikoli 7, 12 u 14(2) tal-Ftehim Ewro-Mediterranju Interim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (l-OĦP) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità Palestinjana”), min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem il-“Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni”), fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 1997, li jistqarr li l-Komunità u l-Awtorità Palestinjana għandhom progressivament jistabbilixxu aktar liberalizzazzjoni, inter alia, fil-kummerċ tagħhom fil-prodotti agrikoli li huma ta’ interess għaż-żewġ Partijiet.

A: Il-Partijiet qablu dwar l-emendi temporanji għall-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni li ġejjin:

1. Il-Protokoll 1 għandu jinbidel b’dak li jidher fl-Anness I għal dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-punt A.

B: Il-Partijiet qablu wkoll dwar l-emendi permanenti għall-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni li ġejjin:

1. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għal prodotti li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea u mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża minbarra dawk elenkati fil-Kapitoli 1 sa 24 tan-Nomenklatura Magħquda (NM) u tat-tariffa doganali tal-Awtorità Palestinjana, u minbarra dawk elenkati fl-Anness 1(1)(ii) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura tal-GATT. Madankollu, dan il-Kapitolu għandu jkompli japplika għal-lattożju kimikament pur tal-kodiċi tan-NM 1702 11 00 u għall-glukożju u l-ġulepp tal-glukożju, li fihom fl-istat xott 99 % jew aktar bil-piż ta’ glukożju, tal-kodiċijiet tan-NM ex 1702 30 50 u ex 1702 30 90.”

2. It-titolu ta' Kapitolu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"PRODOTTI AGRIKOLI, PRODOTTI AGRIKOLI PPROĊESSATI U ĦUT U PRODOTTI TAS-SAJD"

3. L-Artikolu 11 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għal prodotti li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea u mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża elenkati fil-Kapitoli 1 sa 24 tan-Nomenklatura Magħquda (NM) u tat-tariffa doganali tal-Awtorità Palestinjana, u għal dawk elenkati fl-Anness 1(1)(ii) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura tal-GATT, minbarra l-lattożju kimikament pur tal-kodiċi tan-NM 1702 11 00 u l-glukożju u l-ġulepp tal-glukożju, li fihom fl-istat xott 99 % jew aktar bil-piż ta’ glukożju, tal-kodiċijiet tan-NM ex 1702 30 50 u ex 1702 30 90, li għalihom diġà ngħata aċċess mingħajr dazju fi ħdan il-Kapitolu 1."

4. L-Artikolu 12 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"L-Unjoni Ewropea u l-Awtorità Palestinjana għandhom progressivament jistabbilixxu aktar liberalizzazzjoni fil-kummerċ tagħhom fl-agrikoltura, fil-prodotti agrikoli pproċessati u fil-ħut u l-prodotti tas-sajd li huma ta’ interess għaż-żewġ Partijiet."

5. L-Artikolu 13 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"1. Prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża u li huma elenkati fil-Protokoll 1, għandhom ikunu soġġetti għall-arranġamenti stabbiliti f’dak il-Protokoll mal-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea.

2. Prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea u li huma elenkati fil-Protokoll 2, għandhom ikunu soġġetti għall-arranġamenti stabbiliti f’dak il-Protokoll mal-importazzjoni tagħhom fix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża. "

6. L-Artikolu 23a għandu jiżdied:

"Tneħħija Temporanja tal-Preferenzi

1. Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni u l-assistenza amminstrattivi huma essenzjali għall-implimentazzjoni u l-kontroll tat-trattament preferenzjali mogħti skont dan il-Ftehim. Huma jenfasizzaw l-impenn tagħhom li jiġġieldu kontra kull irregolarità u frodi fi kwistjonijiet doganali u fi kwistjonijiet relatati magħhom.

2. Fejn Parti tkun ikkonkludiet, abbażi ta’ informazzjoni oġġettiva, li kien hemm nuqqas ta’ kooperazzjoni/assistenza amministrattivi u/jew li kien hemm irregolaritajiet jew frodi skont dan il-Ftehim, il-Parti konċernata tista’ tissospendi temporanjament it-trattament preferenzjali relevanti tal-prodott/i konċernat/i skont dan l-Artikolu.

3. Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, nuqqas ta’ kooperazzjoni/assistenza amministrattivi għandu jfisser, inter alia:

a) in-nuqqas imtenni li jiġu rrispettati l-obbligi ta’ verifika tal-istatus ta’ oriġini tal-prodott/i konċernat/i;

b) ir-rifjut imtenni jew id-dewmien mhux dovut fit-twettiq u/jew fil-komunikazzjoni tar-riżultati tal-verifika sussegwenti tal-prova tal-oriġini;

c) ir-rifjut imtenni jew id-dewmien mhux dovut fil-kisba tal-awtorizzazzjoni sabiex jitwettqu żjarat ta’ stħarriġ biex tiġi ddeterminata l-awtentiċità tad-dokumenti jew ir-reqqa tal-informazzjoni relevanti għall-għotja tat-trattament preferenzjali inkwistjoni.

4. Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, konklużjoni dwar irregolaritajiet jew frodi tista’ tiġi determinata, inter alia, fejn ikun hemm żieda rapida, mingħajr spjegazzjoni sodisfaċenti, fl-importazzjonijiet ta’ prodotti li tissupera l-livell tal-produzzjoni u l-kapaċità normali tal-esportazzjoni tal-Parti l-oħra, li tkun marbuta ma’ informazzjoni oġġettiva dwar l-irregolaritajiet jew il-frodi.

5. L-applikazzjoni ta’ sospensjoni temporanja għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

a) Il-Parti li tkun ikkonkludiet, abbażi ta’ informazzjoni oġġettiva, li kien hemm nuqqas ta’ kooperazzjoni/assistenza amministrattivi u/jew li kien hemm irregolaritajiet jew frodi għandha tinnotifika mingħajr dewmien mhux dovut, lill-Kumitat Konġunt bil-konklużjoni tagħha flimkien mal-informazzjoni oġġettiva u għandha tidħol f’konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt, abbażi tal-informazzjoni u tal-konklużjonijiet oġġettivi kollha li huma relevanti, sabiex tinstab soluzzjoni li tkun aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet.

b) Fejn il-Partijiet ikunu daħlu f’konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat imsemmi hawn fuq u ma jkunx irnexxilhom jaqblu dwar soluzzjoni aċċettabbli fi żmien 3 xhur minn meta tkun saret in-notifika, il-Parti konċernata tista’ tissospendi, b’mod temporanju t-trattament preferenzjali li huwa relevanti għall-prodott/i konċernat/i. Sospensjoni temporanja għandha tiġi nnotifikata lill-Kumitat mingħajr dewmien mhux dovut.

c) Is-sospensjonijiet temporanji skont dan l-Artikolu għandhom ikunu limitati għal dak li jkun meħtieġ biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Parti konċernata. Dawn ma għandhomx jaqbżu perjodu ta’ sitt xhur, li jista' jiġġedded fil-każ li sad-data tal-iskadenza ma jkun inbidel xejn fir-rigward tal-kondizzjonijiet li kkaġunaw is-sospensjoni inizjali. Huma għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjonijiet perjodiċi fi ħdan il-Kumitat Konġunt, b’mod partikolari bil-għan li jiġu tterminati hekk kif il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom ma jibqgħux japplikaw.

Kull Parti għandha tippubblika skont il-proċedura interna tagħha, u fil-każ tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, avviżi lill-importaturi li jikkonċernaw kwalunkwe: notifika msemmija fil-paragrafu 5(a); deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5(b); u estensjoni jew terminazzjoni msemmija fil-paragrafu 5(c)."

7. Il-Protokoll 2 u l-Annessi tiegħu għandhom jinbidlu b’dawk li jidhru fl-Anness 2 għal dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri.

8. Dikjarazzjoni Komuni dwar l-ostakli sanitarji u fitosanitarji jew tekniċi għal kwistjonijiet kummerċjali, li jidhru fl-Anness III għal dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, għandha tiżdied mal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni.

C. Il-Partijiet qablu dwar id-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

1. a) L-emendi temporanji stipulati fil-punt A għandhom japplikaw għal perjodu ta’ 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Madankollu, skont l-iżvilupp ekonomiku fil-futur tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, il-Kumitat Konġunt jista’ jikkunsidra l-possibbiltà li jestendi dawk l-emendi għal perjodu addizzjonali. Deċiżjoni bħal din għandha tittieħed mill-Kumitat Konġunt sa mhux aktar tard minn sena qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ 10 snin kif stipulat f’dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri.

b) L-Unjoni Ewropea u l-Awtorità Palestinjana għandhom jiltaqgħu ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim biex jikkunsidraw il-possibbiltà li jagħtu lil xulxin iktar konċessjonijiet permanenti marbutin mal-kummerċ f'prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati, ħut u prodotti tas-sajd skont l-għan stabbilit fl-Artikolu 12 tal-Ftehim Interim.

c) Il-punt tal-bidu għal negozjati reċiproki fil-futur se jkunu l-konċessjonijiet ikkonsolidati tal-Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja Interim, li huma elenkati fl-Anness IV u fil-Protokoll 2 ta’ dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri.

d) Huwa preżunt li l-kondizzjonijiet ta’ kummerċ li għandhom jingħataw mill-Unjoni Ewropea b’riżultat tat-tali negozjati fil-futur jistgħu jkunu anqas favorevoli minn dawk mogħtija skont dan il-Ftehim.

2. L-Artikolu 7(1) tal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni ma għandux japplika sakemm ma jiġux applikati l-emendi temporanji stipulati fil-punt A.

Dan il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta’ approvazzjoni.”

Għandi l-unur nikkonferma li l-Awtorità Palestinjana taqbel mal-kontenut tal-ittra tiegħek.

Sinjur/a, jekk jogħġbok aċċetta l-garanzija tal-ogħla kunsiderazzjoni tiegħi.

Magħmul f’Ramallaħ / fi Brussell,

Għall-Awtorità Palestinjana

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA | Fichefin/10/857266REV1 DDG/dz 6.0.2005.1-2010 |

DATA: 07/12/2010 |

1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT: Kapitolu 12 - Dazji doganali u dazji oħrajn | APPROPRJAZZJONIJIET: PB2011: EUR 16 653.7 miljun |

2. | TITOLU: Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju Interim ta’ Assoċjazzjoni dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (l-OĦP) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra. |

3. | BAŻI LEGALI: It-Trattat u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu. |

4. | GĦANIJIET: L-iffirmar ta’ Ftehim bil-għan li jkun hemm aktar liberalizzazzjoni fil-kummerċ bilaterali ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd. |

5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI | PERJODU TA' 12-IL XAHAR (miljuni ta' EUR) | SENA FINANZJARJA KURRENTI 2010 (miljuni ta' EUR) | SENA FINANZJARJA SUSSEGWENTI 2011 (miljuni ta' EUR) |

5.0 | NEFQA - LI GĦANDHA TITĦALLAS MILL-BAĠIT TAL-UE (RIFUŻJONIJIET/INTERVENTI) - MILL-AWTORITAJIET NAZZJONALI - MINN SETTURI OĦRAJN | - | - | - |

5.1 | DĦUL - RIŻORSI PROPRJI TAL-UE (IMPOSTI/DAZJI DOGANALI) - NAZZJONALI | - | - | - |

2012 | 2013 | 2014 |

5.0.1 | NEFQA STMATA |

5.1.1 | DĦUL STMAT | - | - | - |

5.2 | METODU TA' KALKOLU: - |

6.0 | HEMM POSSIBBILTÀ LI L-PROĠETT JIĠI FFINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RELEVANTI TAL-BAĠIT KURRENTI? | IVA LE |

6.1 | HEMM POSSIBBILTÀ LI L-PROĠETT JIĠI FFINANZJAT BI TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT KURRENTI? | IVA LE |

6.2 | SE JKUN HEMM IL-ĦTIEĠA TA’ BAĠIT SUPPLEMENTARI? | IVA LE |

6.3 | SE JKUN MEĦTIEĠ JIDDAĦĦLU APPROPRJAZZJONIJIET F'BAĠITS FUTURI? | IVA LE |

OSSERVAZZJONIJIET: Il-proposta tikkonċerna l-iffirmar ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, sabiex ikun hemm aktar liberalizzazzjoni fil-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju Interim ta’ Assoċjazzjoni. Il-miżura tikkonċerna l-aktar l-importazzjonijiet ta’prodotti li huma soġġetti għal prezz tad-dħul (frott u ħaxix) jiġifieri: s-sistema applikabbli attwalment biex jiġu ddeterminati d-dazji agrikoli korrispondenti, li għalihom ma jistgħu jsiru ebda stimi fuq id-dħul. Barra minn hekk, il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodotti agrikoli konċernati fl-UE huwa baxx ħafna. Għalhekk jista’ jiġi stmat li l-impatt finanzjarju tal-miżura huwa negliġibbli. |

[1] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.