52011PC0087

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' karbur tat-tangstin, karbur tat-tangstin imħallat sempliċement ma’ trab metalliku u karbur tat-tangstin imdewweb li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 /* KUMM/2011/0087 finali - NLE 2011/0040 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 28.2.2011

KUMM(2011) 87 finali

2011/0040 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' karbur tat-tangstin, karbur tat-tangstin imħallat sempliċement ma’ trab metalliku u karbur tat-tangstin imdewweb li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' karbur tat-tangstin, karbur tat-tangstin imħallat sempliċement ma’ trab metalliku u karbur tat-tangstin imdewweb li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament Bażiku”), fil-proċediment tar-reviżjoni tal-iskadenza tad-dazju anti-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ karbur tat-tangstin, karbur tat-tangstin imħallat sempliċement ma’ trab metalliku u karbur tat-tangstin imdewweb li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ("RPĊ"). |

Il-kuntest ġenerali Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li saret b’konformità mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku. |

Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Bir-Regolament (KEE) Nru 2737/90[1], il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta’ 33% fuq importazzjonijiet ta’ karbur tat-tangstin u karbur tat-tangstin imdewweb li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”). Bid-Deċiżjoni 90/480/KEE[2] il-Kummissjoni aċċettat impenji mogħtija minn żewġ esportaturi ewlenin li jikkonċernaw il-prodott suġġett għall-miżuri. Wara l-irtirar tal-impenji miż-żewġ esportaturi Ċiniżi kkonċernati, il-Kummissjoni imponiet permezz tar-Regolament (KE) Nru 2286/94[3] dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Bir-Regolament (KE) Nru 610/95[4], il-Kunsill emenda r-Regolament (KEE) Nru 2737/90 u impona dazju definittiv ta’ 33% fuq importazzjonijiet ta’ karbur tat-tangstin u karbur tat-tangstin imdewweb. Wara reviżjoni li kienet inbdiet skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku ("l-investigazzjoni tar-reviżjoni preċedenti"), dawn il-miżuri ġew estiżi għal perjodu ta' ħames snin oħra mir-Regolament (KE) Nru 771/98[5]. Bir-Regolament (KE) Nru 2268/2004[6], wara reviżjoni tal-iskadenza, il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta’ 33% fuq importazzjonijiet ta’ karbur tat-tangstin u karbur tat-tangstin imdewweb li joriġinaw mir-RPĊ. Bir-Regolament (KE) Nru 1275/2005[7], il-Kunsill emenda d-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott biex ikopri wkoll il-karbur tat-tangstin imħallat sempliċement ma’ trab metalliku. |

Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. |

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TAL-IMPATT |

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

Il-partijiet interessati kkonċernati mill-proċediment kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, b'konformtà mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. |

Ġbir u użu ta' għarfien espert |

Ma kienx hemm ħtieġa ta’ esperti esterni. |

Stima tal-impatt Din il-proposta hija r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix stima tal-impatt ġenerali iżda jinkludi lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati. |

L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

Taqsira tal-azzjoni proposta Fit-30 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni ħabbret b’avviż ("Avviż ta’ bidu"), ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-bidu ta' reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ karbur tat-tangstin u karbur tat-tangstin imdewweb li joriġina mir-RPĊ. Ir-reviżjoni nbdiet wara talba sustanzjata mressqa mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Metalli (Eurometaux) f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ aktar minn 85% tal-produzzjoni tal-Unjoni ta' karbur tat-tangstin, karbur tat-tangstin imħallat sempliċement ma’ trab metalliku u karbur tat-tangstin imdewweb. L-investigazzjoni tar-reviżjoni sabet dumping kontinwu tal-prodott ikkonċernat, li, kieku kellhom jitneħħew il-miżuri anti-dumping, jirriżulta f'rikorrenza tal-ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Ġie stabbilit ukoll li t-tmiem tal-miżuri ma kienx ikun fl-interess tal-Unjoni. Għalhekk, qed jiġi suġġerit li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament sabiex jestendi l-miżuri eżistenti, li għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sa mhux aktar tard mis-29 ta' Marzu 2011. |

Bażi ġuridika Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. |

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: |

Il-forma ta' azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tħalli l-ebda lok għal deċiżjoni nazzjonali. |

L-indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini huwa mminimizzat u proporzjonat għall-għan tal-proposta mhijiex applikabbli. |

L-għażla tal-istrumenti |

L-istrumenti proposti: regolament. |

Mezzi oħrajn ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix possibilitajiet alternattivi. |

IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

Il-proposta ma għandhiex implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. |

2011/0040 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' karbur tat-tangstin, karbur tat-tangstin imħallat sempliċement ma’ trab metalliku u karbur tat-tangstin imdewweb li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[8] (‘ir-Regolament bażiku’), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. IL-PROĊEDURA

1. Miżuri fis-seħħ

1. Bir-Regolament (KEE) Nru 2737/90[9], il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta’ 33% fuq importazzjonijiet ta’ karbur tat-tangstin u karbur tat-tangstin imdewweb li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”). Bid-Deċiżjoni 90/480/KEE[10] il-Kummissjoni aċċettat impenji mogħtija minn żewġ esportaturi ewlenin li jikkonċernaw il-prodott suġġett għall-miżuri.

2. Wara l-irtirar tal-impenji miż-żewġ esportaturi Ċiniżi kkonċernati, il-Kummissjoni imponiet permezz tar-Regolament (KE) Nru 2286/94[11] dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.

3. Bir-Regolament (KE) Nru 610/95[12], il-Kunsill emenda r-Regolament (KEE) Nru 2737/90 u impona dazju definittiv ta’ 33% fuq importazzjonijiet ta’ karbur tat-tangstin u karbur tat-tangstin imdewweb. Wara reviżjoni li kienet inbdiet skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku ("l-investigazzjoni tar-reviżjoni preċedenti"), dawn il-miżuri ġew estiżi għal perjodu ta' ħames snin oħra mir-Regolament (KE) Nru 771/98[13].

4. Bir-Regolament (KE) Nru 2268/2004[14], wara reviżjoni ta' skadenza, il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta’ 33% fuq importazzjonijiet ta’ karbur tat-tangstin u karbur tat-tangstin imdewweb li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”).

5. Bir-Regolament (KE) Nru 1275/2005[15], il-Kunsill emenda d-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott biex ikopri wkoll il-karbur tat-tangstin imħallat sempliċement ma’ trab metalliku.

2. Talba għal reviżjoni

6. Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta’ skadenza imminenti[16] tal-miżuri anti-dumping definittivi fis-seħħ, fit-30 ta’ Settembru 2009 l-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' reviżjoni ta' skadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba tressqet mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Metalli (Eurometaux) ("l-applikanti") f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ aktar minn 85%, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' karbur tat-tangstin, karbur tat-tangstin imħallat sempliċement ma’ trab metalliku u karbur tat-tangstin imdewweb.

7. It-talba kienet ibbażata fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri probabbilment tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dumping u f’rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

3. Bidu

8. Wara li ddeterminat, wara kosultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ reviżjoni tal-iskadenza, il-Kummissjoni ħabbret nhar it-30 ta’ Diċembru 2009, permezz ta’ avviż ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea [17] ("l-Avviż ta' bidu"), il-bidu ta’ reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

4. L-investigazzjoni

4.1. Il-perijodu ta’ investigazzjoni

9. L-investigazzjoni tat-tkomplija jew tar-rikorrenza tad-dumping kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2009 ("il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni" jew "PIR"). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-verifika tal-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006 sa tmiem il-PIR ("il-perjodu kkunsidrat").

4.2. Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

10. Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikant, lil produtturi oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi, lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati, u lir-rappreżentanti tar-RPĊ bil-bidu tar-reviżjoni tal-iskadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Avviż ta' Bidu.

11. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta.

12. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa kkonċernati u lil dawk li ppreżentaw ruħhom fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Avviż ta' bidu. It-tweġibiet waslu mingħand seba' produtturi tal-Unjoni, produttur esportatur fir-RPĊ, produttur esportatur fil-pajjiż analogu u tliet utenti.

13. L-ebda wieħed mill-importaturi ma wieġeb matul l-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni u lanqas ma ta lill-Kummissjoni ebda informazzjoni jew ippreżentaw ruħhom matul l-investigazzjoni. Peress li ġie produttur esportatur wieħed biss mir-RPĊ bl-informazzjoni mitluba, ma kienx hemm bżonn li jintgħażel kampjun.

14. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset bħala neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabilità ta' tkomplija jew rikorrenza ta' dumping u l-ħsara li tirriżulta minnu u tal-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(a) Il-produtturi tal-Unjoni

- Wolfram Bergbau und Hütten-GmbH Nfg.KG., St Peter, l-Awstrija

- H. C. Starck GmbH & Co. KG, Goslar, il-Ġermanja

- Eurotungstène poudres S.A., Grenoble, Franza

- Global Tungsten & Powders spol. s r.o, Brutal, ir-Repubblika Ċeka

- Treibacher Industrie AG, Althofen, l-Awstrija

(b) Il-Pajjiż Analogu

- Global Tungsten & Powders Corp., l-Istati Uniti

(c) Utent

- Sandvik Hard Materials, Epinouze, Franza

B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

15. Il-prodott ikkonċernat mir-reviżjoni preżenti huwa l-karbur tat-tangstin, il-karbur tat-tangstin imħallat sempliċement ma’ trab metalliku u l-karbur tat-tangstin imdewweb li joriġinaw mir-RPĊ u li bħalissa hija kklassifikata bil-kodiċijiet NM 2849 90 30 u ex 3824 30 00.

16. Il-karbur tat-tangstin, il-karbur tat-tangstin imħallat sempliċement ma’i trab metalliku u l-karbur tat-tangstin imdewweb huma komposti tal-karbonju u t-tangstin prodotti bi trattament bis-sħana (karburizzazzjoni fl-ewwel każ, fużjoni fit-tielet). Dawn il-prodotti huma prodotti intermedji, użati bħala materjali ta’ tqegħid fil-manifattura ta’ komponenti ta’ metall iebes bħalma huma l-għodda tal-qtugħ tal-karbur issimentat u ta’ komponenti li jifilħu ħafna, f’kisi li jiflaħ għall-grif, u f’golji għat-tħaffir taż-żejt u f’għodod tal-minjieri kif ukoll f’forom u ponot għall-iddisinjar u l-għoti ta’ forom għall-metalli.

17. L-investigazzjoni preżenti kkonfermat li, il-prodott ikkonċernat immanifatturat u mibjugħ mill-produttur esportatur fl-Unjoni huma identiċi f'termini ta' karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u l-użi għall-prodott iffabbrikat mill-produtturi tal-Unjoni u mibjugħ fis-suq tal-Unjoni jew għal dak prodott u mibjugħ fil-pajjiż analogu u, għalhekk, jitqiesu bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C. PROBABBILTÀ TA’ TKOMPLIJA TA’ RIKORRENZA TAD-DUMPING

18. Rimarki preliminari

19. Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk id-dumping kienx qiegħed preżentament iseħħ u, jekk iva, jekk l-iskadenza tal-miżuri kinitx se twassal għal tkomplija jew rikorrenza tad-dumping. Tajjeb li jitfakkar li fil-kuntest tal-investigazzonijiet skont dan l-Artikolu, it-trattament tal-ekonomija tas-suq ("MET") ma jiġix ikkunsidrat mill-ġdid.

20. Kif spjegat hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li jiġi applikat it-teħid ta' kampjuni fir-rigward tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ.

21. Fl-istadju tat-teħid ta' kampjuni, l-uniku produttur esportatur Ċiniż li kkoopera deher li kien jirrappreżenta inqas minn 5% tal-esportazzjonijiet Ċiniżi totali lejn l-Unjoni. L-awtoritajiet Ċiniżi u l-partijiet interessati l-oħra kienu avżati bil-possibilità li l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku jista' jkun applikat minħabba livell baxx ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba għal din il-komunikazzjoni.

22. Madankollu, iktar tard fl-investigazzjoni, fit-tweġiba għall-kwestjonarju, il-produttur esportatur li kkoopera kkoreġa l-iżball fir-rappurtar tal-bejgħ tal-esportazzjoni tiegħu lill-Unjoni u rreveda 'l fuq il-volum tal-esportazzjoni tiegħu lejn l-Unjoni. B'mod parallel, il-volumi tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni mir-RPĊ kienu analizzati ulterjorment abbażi taċ-ċifri tal-EUROSTAT. Minħabba f'hekk, u wara l-verifika tat-tweġiba għall-kwestjonarju, kien stabbilit li l-volum ta' esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera kien għoli ħafna[18]. Fuq il-bażi ta' dawn is-sejbiet, kien konkluż li l-kooperazzjoni kienet għolja.

23. Id-dumping ta' importazzjonijiet matul il-PIR

24. Il-pajjiż analogu

25. Peress li l-ebda produttur esportatur mir-RPĊ ma ngħata l-MET fl-investigazzjonijiet preċedenti, il-valur normali għaċ-Ċina kien stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

26. Fl-Avviż ta’ bidu, kien maħsub li jintużaw l-Istati Uniti bħala pajjiż analogu xieraq għall-fini li jkun stabbilit il-valur normali għar-RPĊ. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza ta' din l-għażla. F’dak ir-rigward, ma waslu l-ebda kummenti jew oġġezzjonijiet. L-Istati Uniti ntużat ukoll bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali u l-ebda ċirkostanzi ġodda jew mibdula li kieku jiġġustifikaw bidla ma jidhru li jeżistu jew ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni. Tqies li l-Istati Uniti kienu rappreżentattivi bħala suq ta' referenza, speċjalment fid-dawl tal-libertà u l-kompetittività tas-suq domestiku Amerikan. Barra minn hekk, produttur mill-Istati Uniti qabel li jikkoopera fir-reviżjoni preżenti.

27. Għalhekk, l-Istati Uniti ntużat bħala pajjiż b’ekonomija tas-suq analogu għall-iskop ta’ din ir-reviżjoni.

28. Il-valur normali

29. Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit skont l-informazzjoni vverifikata li waslet mill-produttur Amerikan li kkoopera fil-pajjiż analogu, jiġifieri skont il-prezzijiet imħallsa jew li jitħallsu fis-suq domestiku fl-Istati Uniti, għal tipi ta' prodotti li nstabu li jinbiegħu fl-andament normali tal-kummerċ.

30. B’konsegwenza ta’ dan, il-valur normali ġie stabbilit bħala prezz tal-bejgħ domestiku medju differenzjat lil klijenti mhux relatati mill-produtturi li kkooperaw fl-Istati Uniti.

31. L-ewwel ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti tal-produttur Amerikan li kkoopera kienx rappreżentattiv skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri jekk ammontax għal 5% jew iktar tal-volum tal-bejgħ totali tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni. Il-bejgħ domestiku tal-produttur Amerikan li kkoopera tqies li kienu rappreżentattivi biżżejjed tul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni.

32. Sussegwentement il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jistax jitqies bħala bejgħ li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi, għall-prodott simili mibjugħ fis-suq tal-Istati Uniti, ġie stabbilit proporzjon tal-bejgħ domestiku bi profitt lil klijenti indipendenti matul il-PIR.

33. Billi l-volum ta' bejgħ bi profitt tal-prodott simili rrappreżenta inqas minn 80% tal-volum ta' bejgħ totali tal-prodott simili, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku reali, ikkalkulat bħala medja differenzjata tal-bejgħ bi profitt.

34. Il-prezz tal-esportazzjoni

35. Kif spjegat hawn fuq, fid-dawl tal-fatt li l-produttur esportatur li kkoopera rrappreżenta iktar minn 90% tal-importazzjonijiet Ċiniżi lill-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni ġie eżaminat fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-produttur esportatur, jiġifieri l-prezz aġġustat sew effettivament imħallas jew li jista' jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

36. Tqabbil

37. Il-valur normali medju differenzjat tqabbel mal-prezz medju tal-esportazzjoni differenzjat għal kull tip ta’ prodott ikkonċernat, fuq bażi tal-prezz tal-fabbrika u fuq l-istess livell tal-kummerċ u l-istess livell ta' tassazzjoni. Skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, u għall-fini li jiġi żgurat tqabbil ġust, tqiesu d-differenzi f’fatturi li ġew allegati u murija li jolqtu l-prezz u t-tqabbil tal-prezzijiet. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż tal-merkanzija oċeanika u domestika, il-ħlasijiet lill-banek u l-ispejjeż tal-imballaġġ. Barra minn hekk, aġġustament ta' 5% fuq il-prezz tal-esportazzjoni għat-taxxa tal-esportazzjoni u l-aġġustament għat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) fuq il-valur normali.

38. Il-marġini tad-dumping

39. Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit għal kull tip ta’ prodott fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-valur normali medju differenzjat mal-prezz medju differenzjati tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ. Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping matul il-PIR li jammonta għal iktar minn 80%, għalhekk f’livell sinifikattivament ogħla minn dak stabbilit fl-aħħar investigazzjoni tar-reviżjoni (31%). Il-marġini preċiż tad-dumping ma jistax jinkixef minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalità. Il-kalkoli kienu bbażati fuq dejta pprovduta minn produttur esportatur fir-RPĊ u produttur fil-pajjiż analogu. L-iżvelar tal-marġini ta' dumping jippermetti kemm lill-produttur esportatur li kkoopera fir-RPĊ u lill-produttur fil-pajjiż analogu biex jaslu għall-valur normali u l-prezz ta' esportazzjoni ta' wieħed lill-ieħor, li jammonta għal ksur ċar tad-dritt ta' kunfidenzjalità taż-żewġ partijiet.

40. L-iżvilupp tal-importazzjonijiet jekk jitħassru l-miżuri

41. Rimarka preliminari

42. Id-dejta inkluża f'din it-taqsima nkisbet permezz tal-analiżi tad-dejta pprovduta mill-produttur esportatur li kkoopera, mill-EUROSTAT, mit-talba ta' reviżjoni.

43. Il-kapaċità żejda tal-produtturi esportaturi Ċiniżi

44. Id-dejta dwar il-kapaċità żejda pprovduta mill-produttur esportatur Ċiniż kienu ppreżentati b'żieda jew tnaqqis ta' 20% biex tiġi rrispettata l-kunfidenzjalità. Il-kapaċità ta' produzzjoni fir-RPĊ tammonta għal madwar 21 000 tunnellata fl-2006 u fl-2007 u żdiedet sostanzjalment għal madwar 35 000 tunnellata fl-2008 u l-PIR, żieda ta' iktar minn 80% tul il-perjodu kkunsidrat. Dawn iċ-ċifri jistgħu jitqiesu bħala konservattivi, peress li t-talba ta' reviżjoni rrappurtat kapaċità ta' produzzjoni fil-viċinanzi ta' 50 000 tunnellata.

45. Barra minn hekk il-produttur esportatur li kkoopera rrapporta żieda sostanzjali fil-kapaċità matul il-perjodu meqjus.

46. Fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni, il-produzzjoni Ċiniża total qabżet konsiderevolment il-produzzjoni Ċiniża reali (b'tal-anqas iktar minn 20 000 tunnellata fl-2008 u fil-PIR).

47. Fil-PIR ir-RPĊ kellha kapaċità żejda li tammonta għal sitt darbiet il-konsum tal-Unjoni (25 000 tunnellata mqabbla ma' 3 800 tunnellata fil-konsum tal-Unjoni).

48. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa ċar li parti kbira tal-kapaċità żejda disponibbli fir-RPĊ jista' jintuża biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fin-nuqqas ta' miżuri anti-dumping.

49. Barra minn hekk, l-informazzjoni mibgħuta matul l-investigazzjoni indikat distorsjonijiet importanti fis-suq tal-materja prima użat għall-manifattura tal-prodott ikkonċernat. L-ewwel nett, il-materja prima hija suġġetta għall-kwoti mogħtija mill-awtoritajiet Ċiniżi. It-tieni nett, l-awtoritajiet Ċiniżi jillimitaw l-aċċess għall-materja prima permezz tal-impożizzjoni tat-taxxi ta' esportazzjoni u politiki ta' tnaqqis fil-VAT, li kif indikat fil-premessa (31) applikat ukoll għall-prodott ikkonċernat. Dawn il-fatturi jikkostitwixxu elementi addizzjonali li juru l-probabilità li d-dumping ikompli fil-każ preżenti.

50. L-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

51. It-tagħrif dwar il-prezzijiet mill-esportatur li kkoopera, li ma jistax jinkixef minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalità, juri li l-Unjoni tikkostitwixxi realment suq interessanti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. Tul il-perjodu meqjus il-prezzijiet miksuba fi swieq ta' pajjiżi terzi oħra kienu inqas (ħlief fl-2007) minn dawk li jiġu ċċarġjati lill-Unjoni (bejn wieħed u ieħor bejn 10 u 20% inqas fi snin differenti tul il-perjodu kkunsidrat).

52. Għal dawn ir-raġunijiet, wieħed jista' jikkonkludi li f'termini ta' prezzijiet li jistgħu jinkisbu, is-suq tal-UE huwa definittivament alternattiva attraenti għall-esportaturi Ċiniżi.

53. Abbażi ta' dan, il-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom inċentiv li jidderieġu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jiġu revokati. Il-prezzijiet prevalentement ogħla fis-suq tal-Unjoni għandhom jippermettu lill-produtturi esportaturi Ċiniżi biex jiksbu marġini ta' profitt aħjar.

54. Evażjoni tal-miżuri

55. Fl-2005 l-miżuri ġew estiżi għal kodiċi NM addizzjonali peress li nstab li l-esportaturi Ċiniżi kienu qed jevadu l-miżuri billi jżidu kwantitajiet żgħar ta' trab metalliku ieħor (l-iktar il-kobalt) mat-trab tal-karbur tat-tangstin[19]. Din il-prattika kkonfermata ta' evażjoni hija terġa' element ieħor li jwasslu għall-konklużjoni ta' probabilità li d-dumping ikompli. Hija tikkostitwixxi evidenza ċara li s-suq Ewropew ikompli jkun attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li x'aktarx li jidderieġu volumi ogħla ta' karbur tat-tangstin fl-UE fin-nuqqas tal-miżuri anti-dumping.

56. Konklużjoni dwar il-probabilità ta’ tkomplija tad-dumping

57. L-analiżi ta' hawn fuq turi li l-importazzjonijiet Ċiniżi jkomplu jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet iddampjati b'marġini ta' dumping għoli ħafna. Minħabba l-iktar l-analiżi tal-livelli tal-prezzijiet fis-suq tal-UE u f'tal-pajjiżi terzi kif ukoll il-kapaċitajiet disponibbli fir-RPĊ, jista' jiġi konkluż li hemm il-probabilità tat-tkomplija ta' dumping jekk il-miżuri jitneħħew.

D. IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI

1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni

58. Fi ħdan l-Unjoni, il-prodott simili huwa mmanifatturat minn seba' kumpaniji jew gruppi ta' kumpaniji.

59. Għalhekk dawn huma meqjusin li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u għandhom minn hawn ‘il quddiem jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”.

Rimarka preliminari

60. Id-dejta relatata mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni Ewropea li joriġina fir-RPĊ għandha tiġi indiċizzata sabiex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

61. Rigward il-volumi tal-importazzjoni skont il-kodiċi TARIC 3824 30 00 10, minħabba l-inklużjoni ta' prodotti oħra minbarra l-prodott ikkonċernat fid-dejta tal-importazzjoni disponibbli fil-livell tal-kodiċi NM mill-Eurostat (kodiċi NM 3824 30 00), l-analiżi li ġejja saret abbażi tad-dejta tal-importazzjoni fil-livell tal-kodiċi TARIC, issupplimentata bl-informazzjoni mid-dejta miġbura skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku. Id-dejta tat-TARIC titqies bħala kunfidenzjali peress li tipprovdi livell ta' dettall li jippermetti l-identifikazzjoni tal-partijiet. Għal din ir-raġuni xi tagħrif ġie ppreżentat f'firxiet.

62. Id-dejta tal-industrija tal-Unjoni inkisbet minn tweġibiet għall-kwestjonarji tas-seba' produtturi tal-Unjoni.

Il-konsum fis-suq tal-Unjoni

63. Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, u dejta tal-importazzjoni mill-Eurostat.

64. Bejn l-2006 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 62%, bit-tnaqqis ewlieni jseħħ bejn l-2008 u l-PIR. Fil-PIR, il-produzzjoni naqset bi 63% meta mqabbla mal-2008.

Tabella 1 |

Konsum |

2006 | 2007 | 2008 | PIR |

Volum (tunnellati) |

+ L-importazzjoni totali | 1.766 | 1.885 | 2.303 | 755 |

+ Il-produzzjoni tal-UE mibjugħa fis-suq tal-UE | 8.281 | 8.334 | 7.981 | 3.024 |

= Il-konsum | 10.047 | 10.218 | 10.284 | 3.779 |

Żieda ta' sena fuq sena | 2% | 1% | -63% |

Volum, sehem mis-suq u prezzijiet ta’ importazzjonijet iddampjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

65. Il-volumi, l-ishma mis-suq u l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ żviluppaw kif muri hawn taħt. Il-kwalità u x-xejriet tal-prezzijiet li ġejjin huma bbażati fuq l-Eurostat.

Tabella 2 |

Importazzjonijiet mir-RPĊ |

2006 | 2007 | 2008 | PIR |

Volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (tunnellati) | Iktar minn 700 | Iktar minn 700 | Iktar minn 400 | Iktar minn 60 |

Indiċi (2006=100) | 100 | 104 | 60 | 11 |

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat | 7,1% | 7,3% | 4,2% | 2,1% |

Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (EUR/tunnellata) | 25.622 | 21.883 | 22.434 | 22.110 |

Indiċi (2006=100) | 100 | 85 | 88 | 86 |

66. Il-volum tal-importazzjonijiet iddampjati tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ naqsu bi 89% matul il-perjodu kkunsidrat u laħaq livell ta’ madwar 80 tunnellata matul il-PIR. Is-sehem mis-suq tagħhom ukoll naqas minn 7,1% fl-2006 għal 2,1% fil-PIR.

67. Spjegazzjoni possibbli għal dan it-tnaqqis huwa żieda sostanzjali għall-konsum domestiku tar-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, permezz ta' sistema ta' kwoti tal-esportazzjoni u tariffi tal-esportazzjoni, l-awtoritajiet Ċiniżi jidhru li jridu politika fejn jikkonservaw ir-riżorsi ta' tangstin tar-RPĊ.

68. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu b'14% tul il-perjodu kkunsidrat. L-evoluzzjoni tirrifletti x-xejra ġenerali osservata wkoll fir-rigward tal-prezzjiet tal-industrija tal-Unjoni.

69. It-tqabbil wera wkoll li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’iktar minn 10%, wara t-tnaqqis tad-dazju anti-dumping fis-seħħ. Dawn ir-riżultati huma l-istess bħal tal-aħħar investigazzjoni tar-reviżjoni[20].

Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

70. Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodu kkunsidrat qed jintwerew fit-tabella hawn taħt. Il-kwantità u x-xejriet tal-prezzijiet huma bbażati fuq l-Eurostat:

Tabella 3 |

Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra |

2006 | 2007 | 2008 | PIR |

Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (tunnellati) | 1.050 | 1.138 | 1.873 | 675 |

Indiċi (2006=100) | 100 | 108 | 178 | 64 |

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra | 10,5% | 11,1% | 18,2% | 17,9% |

Prezz medju (EUR/Tunnellata) | 27.309,1 | 26.626,0 | 21.607,5 | 24.867,4 |

Indiċi (2006=100) | 100 | 97 | 79 | 91 |

Sehem mis-suq tal-UE | 4,2% | 3,9% | 3,9% | 3,6% |

Prezz medju (EUR/Tunnellata) | 32.948,1 | 32.356,0 | 29.353,3 | 32.054,4 |

Sehem mis-suq tal-Korea t'Isfel | 2,2% | 2,4% | 2,6% | 4,4% |

Prezz medju (EUR/Tunnellata) | 33.733,8 | 29.969,5 | 25.789,0 | 24.503,7 |

71. L-importazzjoni minn pajjiżi terzi naqsu b'36% matul il-perjodu kkunsidrat. Dan segwa xejra tas-suq ġenerali li ġie mit-tnaqqis fil-konsum (waqgħa ta' 62%), imma mhux bl-istess pass. B’hekk is-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied minn 10,5% għal 17,9%. Madankollu, l-impatt ta' dawn l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni ma jistax jitqies bħala negattiv kif juru l-premessi minn (85) sa (88) hawn taħt.

72. Ta' min jinnota li s-sehem mis-suq tar-Repubblika tal-Korea ("il-Korea") irdoppja matul il-perjodu kkunsidrat, u laħħaq l-4,4%. Il-prezzijiet tal-importazzjoni medja Koreani naqsu matul il-perjodu kkunsidrat, madankollu jibqgħu konsistentement ogħla mill-prezz tal-bejgħ medju tal-bejgħ tal-esportazzjoni Ċiniż.

Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

73. Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet kollha rilevanti li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

5.1. Produzzjoni

74. Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni l-ewwel żdiedet bi 5,8% fl-2007 u 11,6% fl-2008 meta mqabbla mal-2006 u mbagħad naqset drastikament matul il-PIR, b'56% meta mqabbla mal-2008.

Tabella 4 |

Produzzjoni totali tal-Unjoni |

2006 | 2007 | 2008 | PIR |

Volum (Tunnellati) |

Produzzjoni | 10.094 | 10.679 | 11.268 | 4.861 |

Indiċi (2006=100) | 100 | 106 | 112 | 48 |

5.2. Kapaċità u rati tal-użu tal-kapaċità

75. Il-kapaċità ta’ produzzjoni żdiedet b'10.8% bejn l-2006 u l-PIR. Hekk kif il-produzzjoni naqset, b'mod partikolati matul il-PIR, l-użu tal-kapaċità li rriżulta wera tnaqqis kumplessiv ta’ 57% bejn l-2006 u l-PIR, li laħħaq 39% użu tal-kapaċità matul il-PIR.

Tabella 5 |

Il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità |

2006 | 2007 | 2008 | PIR |

Volum (Tunnellati) |

Il-kapaċità ta’ produzzjoni | 11.110 | 11.610 | 12.230 | 12.310 |

Indiċi (2006=100) | 100 | 105 | 110 | 111 |

L-użu tal-kapaċità | 91% | 92% | 92% | 39% |

Indiċi (2006=100) | 100 | 101 | 101 | 43 |

5.3. Ħażniet

76. Il-livell tal-ħażniet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni żdied b'20% fl-2008 meta mqabbel mal-2006 u mbagħad naqas b’26% matul il-PIR.

Tabella 6 |

Ħażniet |

2006 | 2007 | 2008 | PIR |

Volum (Tunnellati) |

Ħażna tal-għeluq | 1.714 | 1.808 | 2.054 | 1.514 |

Indiċi (2006=100) | 100 | 106 | 120 | 88 |

5.4. Volum tal-bejgħ

77. Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni għal konsumaturi mhux relatati żdiedet kemm kemm bejn l-2006 u l-2008 u mbagħad naqset b'61% bejn l-2008 u l-PIR. Il-volumi tal-bejgħ żdiedu fl-2007 u fl-2008 imma naqsu drastikament, matul il-PIR. Dan l-iżvilupp huwa konformi max-xejra ġenerali ta’ tnaqqis fil-konsum fis-suq tal-Unjoni.

Tabella 7 |

Bejgħ lil klijenti mhux relatati |

2006 | 2007 | 2008 | PIR |

Volum (Tunnellati) | 5.594 | 5.630 | 5.874 | 2.292 |

Indiċi (2006=100) | 100 | 101 | 105 | 41 |

5.5. Sehem mis-suq

78. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa' pjuttost stabbli bejn l-2006 u l-2008 biex imbabgħad żdied b'4 punti perċentwali bejn l-2008 u l-PIR. Kumplessivament, kien hemm żieda b'5 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella 8 |

Sehem mis-suq tal-UE |

2006 | 2007 | 2008 | PIR |

Sehem mis-suq tal-UE | 56% | 55% | 57% | 61% |

Indiċi (2006=100) | 100 | 99 | 103 | 109 |

5.6. Tkabbir

79. Billi t-tnaqqis fil-bejgħ kien kemm kemm inqas mit-tnaqqis fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tirbaħ ftit sehem mis-suq.

5.7. L-impjiegi

80. Il-livell tal-impjieg tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 17% bejn l-2006 u l-PIR. L-impjiegi naqsu wkoll fil-perjodu 2006-2008, meta l-produzzjoni żdiedet kemm kemm, li wriet l-isforzi li saru mill-industrija tal-Unjoni biex ittejjeb il-produttività tagħha. Matul il-PIR madankollu, it-tnaqqis drastiku fil-produzzjoni wassal għal deterjorament qawwi fl-impjiegi.

Tabella 9 |

L-impjiegi |

2006 | 2007 | 2008 | PIR |

Medja (perjodu kkunsidrat) |

Impjiegi totali | 674 | 667 | 653 | 557 |

Indiċi (2006=100) | 100 | 99 | 97 | 83 |

5.8. Produttività

81. Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni ta' kull persuna impjegata kull sena, żdiedet fl-2007 u l-fl-2008 b'7% u 15% rispettivament, meta mqabbla mal-2006 u mbagħad żdiedet b'49% bejn l-2008 u l-PIR.

Tabella 10 |

Produttività |

2006 | 2007 | 2008 | PIR |

Produttività (tunnellati fis-sena / impjegat) | 15 | 16 | 17 | 9 |

Indiċi (2006=100) | 100 | 107 | 115 | 58 |

5.9. Prezzijiet tal-bejgħ

82. Prezzijiet medji tal-bejgħ mill-fabbirka mill-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni segwew tendenza ta’ tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat. Kollox ma' kollox, l-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas il-prezzijiet tagħha bi 15,4% bejn l-2006 u l-PIR.

83. Kif spjegat fil-premessi (55) u (56), il-prezzijiet tal-importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ segwew xejra simili għal dik tal-industrija tal-Unjoni, iżda kienu konsistentement iżjed baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Matul il-PIR, il-prezzijiet mir-RPĊ kienu iktar minn 10% iktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

Tabella 11 |

Il-prezz ta’ unità tas-suq tal-UE |

2006 | 2007 | 2008 | PIR |

Prezz ta’ unità fis-suq tal-Unjoni (EUR/tunnellata) | 31.030 | 29.995 | 29.072 | 26.241 |

Indiċi (2006=100) | 100 | 97 | 94 | 85 |

5.10. Pagi

84. Bejn l-2006 u l-PIR, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet bi 4,8%.

Tabella 12 |

L-ispejjeż tax-xogħol |

2006 | 2007 | 2008 | PIR |

L-ispiża annwali tax-xogħol għal kull impjegat | 53.614 | 54.613 | 56.564 | 56.221 |

Indiċi (2006=100) | 100 | 102 | 106 | 105 |

5.11. Investimenti u abilità li jinġabar il-kapital

85. Bejn l-2006 u l-2008, il-fluss annwali tal-investimenti fil-prodott ikkonċernat li saru mill-industrija tal-Unjoni żdied bi 18%. L-investimenti bejn l-2007 u l-2008 żdiedu b'103%. Madankollu, matul il-PIR l-investimenti naqsu b’65% meta mqabbla mal-2008.

86. L-investimenti saru l-iktar fil-kostruzzjoni ta' faċilitajiet ġodda biex jipproduċu materjal tangstin minn materjali użati u ruttam. L-investimenti kellhom jitnaqqsu minħabba: i) it-tnaqqis fil-livell ġenerali tal-produzzjoni fis-suq tal-Unjoni, ii) id-distorsjonijiet dwar il-materja prima (ara l-premessa (39) iii) il-kriżi ekonomika.

87. Matul il-PIR, ma saru l-ebda investimenti sinifikanti. Dan jista' jiġi spjegat fil-parti l-kbira mill-kriżi ekonomika li bdiet fl-2008 u laħqet l-iktar punt baxx tagħha matul il-PIR meta l-aċċess għal kapital ġdid kien terġa' iktar diffiċli.

Tabella 13 |

Investimenti |

2006 | 2007 | 2008 | PIR |

Investimenti netti ('000 EUR) | 18.403 | 10.711 | 21.756 | 7.568 |

Indiċi (2006=100) | 100 | 58 | 118 | 41 |

5.12. Profitabilità u redditu mill-investimenti

88. Bejn bis-saħħa tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ u bejn bis-saħħa tal-isforzi li saru mill-industrija tal-Unjoni biex jiddiversifikaw is-sorsi tal-materja prima, bejn l-2006 u l-2008 l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżomm livell pożittiv ta' profittabilità, anke jekk kumplessivament naqset b'26% matul dan il-perjodu. Matul il-PIR, madankollu, l-industrija tal-Unjoni kellha riżultat ferm inqas favorevoli, li wriet ċerta fraġilità f'dan ir-rigward.

89. Ir-redditu mill-investimenti ("ROI") segwew b'mod wiesa' x-xejra tal-profitabilità tul il-perjodu kollu kkunsidrat.

Tabella 14 |

Il-profittabilità u l-ROI |

2006 | 2007 | 2008 | PIR |

Il-Profitt Nett tal-bejgħ tal-UE lil klijenti mhux relatati (% ta' bejgħ nett) | 10,3% | 5,8% | 7,6% | -19,5% |

L-ROI (profitt nett f’% tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti) | 34,8% | 22,1% | 28,8% | -28,6% |

5.13. Likwidità

90. Ix-xejra tal-likwidità, li hija l-kapaċità tal-industrija biex tiffinanzja hija stess l-attivitajiet tagħha, baqgħet pożittiva matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Madankollu, bejn l-2006 u l-PIR, hija naqset bi kważi 35%.

Tabella 15 |

Likwidità |

2006 | 2007 | 2008 | PIR |

Likwidità ('000 EUR) | 36.125 | 39.868 | 44.102 | 23.540 |

Indiċi (2006=100) | 100 | 110 | 122 | 65 |

5.14. Id-daqs tal-marġni tad-dumping

91. Id-dumping mir-RPĊ kompla matul il-PIR f'livell li huwa 'l fuq sew mil-livell attwali tal-miżuri. Barra minn hekk, minħabba d-distorsjonijiet fil-materja prima, il-kapaċità żejda u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġini reali tad-dumping ma jistax jitqies li hu negliġibbli.

5.15 Irkupru minn dumping fil-passat

92. Ġie analizzat jekk l-industrija tal-Unjoni rkupratx mill-effetti ta’ dumping fil-passat. Il-konklużjoni kienet li rnexxielha tirkupra sa ċertu punt sew minn dawn l-effetti minħabba li l-miżuri anti-dumping fis-seħħ urew li huma effettivi. Madankollu, il-kriżi ekonomika waqqfet dak il-proċess u aċċentwat id-diffikultajiet tal-industrija tal-Unjoni.

Impatt tal-importazzjonijiet iddampjati u fatturi oħra

6.1. Impatt tal-importazzjonijiet iddampjati

93. B'mod parallel għall-konsum dejjem jonqos fl-Unjoni, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqas minn 7,1% għal 2,1% (ara l-premessa (52)). L-informazzjoni disponibbli tindika li dawn l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet li kienu iżjed baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni u wkoll iżjed baxxi mill-importazzjonijiet li joriġinaw f'pajjiżi terzi oħra. Kif imsemmi fil-premessa (56) hawn fuq, abbażi ta' kalkolu li jeskludi d-dazju anti-dumping, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu 10,7% inqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR. Ta’ min ifakkar li r-rata tad-dazju tammonta għal 33%. Għaldaqstant, il-livell ta' kemm kien iktar baxx juri minn naħa l-effettività tad-dazji fis-seħħ u min-naħa l-oħra l-bżonn li l-miżuri jkomplu. Din il-konklużjoni tissaħħaħ bil-fatt li l-ammont inqas kien fl-istess livell tal-aħħar investigazzjoni tar-reviżjoni. B'hekk, l-impatt fil-prezz tal-importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ fuq l-industrija tal-Unjoni baqgħu l-istess u, fin-nuqqas ta' kwalunkwe evidenza li turi bil-kontra, x'aktarx li jkompli.

6.2. Impatt tal-kriżi ekonomika

94. Minħabba l-kundizzjonijiet ekonomiċi negattivi ħafna li prevalew matul il-PIR fis-settur li jsegwi fil-katina tal-produzzjoni tat-tangstin, b'mod partikolari fis-settur tal-azzar u l-karbur iċċimentat, li jirrappreżenta l-parti l-kbira tal-konsum tat-tangstin fl-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni naqqset drastikament il-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat.

95. Qabel il-kriżi, il-kumpaniji li joperaw fis-settur li jsegwi fil-katina tal-produzzjoni kellhom livell għoli ta' ħażniet ta' tangstin li ma kinux mibnijia matul il-PIR, li affettwaw ulterjorment il-livell tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

96. Minħabba li l-produzzjoni naqset, u li l-industrija tal-Unjoni hija waħda b'livell intensiv ta' kapital u għalhekk teħtieġ li tipproduċi ċerti volumi biex l-ispiża tal-unità fissa tinżamm baxxa, il-profitabilità ntlaqtet serjament.

97. Madankollu, l-analiżi tal-industrija tal-Unjoni, qabel il-kriżi, hija prova tal-effettività tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ. L-investigazzjoni wriet li l-ikbar produtturi tal-Unjoni kienu qed jagħmlu investimenti importanti sabiex jevitaw id-distorsjonijiet fil-materja prima filwaqt li fl-istess ħin kienu kapaċi li jikkompetu fis-suq u jżommu pożizzjoni b'saħħitha.

6.3. Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

98. Huwa stmat li l-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra naqas b'36% minn madwar 1 500 tunnellata fl-2006 għal madwar 675 tunnellata fil-PIR. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra żdied minn 10,5% fl-2006 għal 17,9% fil-PIR. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet naqas bi 8,9% bejn l-2006 u l-RIP. Il-pajjiżi importaturi ewlenin kienu l-Korea t'Isfel u l-Istati Uniti.

99. Is-sehem mis-suq ta' dawn l-importazzjonijiet mill-Korea t'Isfel irduppjaw matul il-perjodu kkunsidrat (minn 2,2% għal 4,4%). Madankollu, l-informazzjoni disponibbli tindika li matul il-PIR dawn l-importazzjonijiet saru għal prezzijiet li kienu kemm kemm iżjed baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni (b'6,6%), iżda ogħla (b'9,8%) minn dawk tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ.

100. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti naqsu bi 15,1 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat (minn 4,2% għal 3,6%). L-informazzjoni disponibbli tindika li matul il-PIR dawn l-importazzjonijiet saru għal prezzijiet li kienu 'l fuq minn dawk tal-industrija tal-Unjoni u għalhekk sostanzjalment ogħla (b'31%) minn dawk tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ.

101. Il-konklużjoni hi li fost l-ikbar importaturi tal-karbur tat-tangstin fl-UE, l-importazzjonijiet Sud Koreani u Amerikani ma setgħux iħallu impatt negattiv fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni l-iktar minħabba l-livelli tal-prezzijiet tagħhom (simili jew anke ogħla mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni) u fil-każ tal-Istati Uniti anke minħabba s-sehem mis-suq dejjem jonqos.

Konklużjoni

102. Minħabba d-dazji anti-dumping effettivi fis-seħħ, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tirkupra sa ċertu punt mill-effetti tad-dumping dannuż tal-imgħoddi.

103. Madankollu, ma jistax jiġi konkluż li l-qagħda tal-industrija tal-Unjoni hija waħda soda. Għalkemm kważi l-indikaturi tal-ħsara kollha relatati mar-rendiment finanzjarju tal-produtturi tal-Unjoni – bħall-profittabilità, ir-redditu mill-investimenti u l-likwidità – tjiebu matul l-ewwel snin tal-perjodu kkunsidrat, l-investigazzjoni wriet ukoll li matul il-PIR l-indikaturi tal-ħsara kollha ddeterjoraw.

104. Minkejja l-fatt li t-tnaqqis fid-domanda matul il-PIR jista' jkun parzjalment attribwit għall-kriżi ekonomika, l-investigazzjoni analizzat bir-reqqa l-impatt ta' esportazzjonijiet bi prezzijiet iddampjati baxxi mir-RPĊ fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni.

105. Kif jidher mill-premessa (52) il-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-fatt naqsu bejn l-2006 u l-PIR. Il-prezzijiet ta' dawn l-importazzjonijiet naqsu b'14% tul l-istess perjodu, li meta jkun analizzat mill-perspettiva tal-perjodu ta' erba' snin ikkunsidrati jkun mera tal-iżvilupp tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Ta' min jinnota madankollu, li t-tnaqqis sostanzjali fil-prezz tal-importazzjonijiet iddampjati Ċiniżi ġraw bejn l-2006 u l-2007 (bi 15%), jiġifieri sew qabel il-kriżi ekonomika fil-perjodu meta l-industrija tal-Unjoni kien fil-proċess tal-irkupru. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ stabbilizzaw minn hemm 'il quddiem u l-kriżi finanzjarja tidher li hi limitata. Il-waqt ta' meta seħħ it-tnaqqis sostanzjali fil-prezz min-naħa tal-esportaturi Ċiniżi (qabel il-kriżi) jista' jindika li kienu qed jistabbilixxu strateġija tal-prezzijiet iktar ikkonċentrata u b'saħħitha sabiex ikollhom prezzijiet iktar baxxi minn tal-industrija tal-Unjoni. Fil-fatt id-differenzjal fil-prezzijiet bejn il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi u dawk tal-industrija tal-Unjoni tela' għal 27% u 22,8% fl-2007 u fl-2008.

106. Fl-2008, il-prezzijiet fuq l-esportazzjoni miċ-Ċina kienu 22,8% iktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Matul il-PIR, id-distakk naqas bi 15,7%. Bit-tnaqqis drastiku fil-konsum, il-produtturi tal-Unjoni kellhom ibaxxu l-prezzijiet tagħhom sabiex iżommu s-sehem mis-suq.

107. Kif deher fil-premessa (57) il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra naqas b'36%, b'konfomità mat-tnaqqis fil-konsum. Minkejja żieda fis-sehem mis-suq l-impatt ta' dawk l-importazzjonijiet fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni ma jistax jitqies bħala negattiv kif turi l-premessa (88) hawn fuq.

108. Fir-rigward tal-vijabilità tal-industrija tal-Unjoni ta' min jinnota li l-evidenza miġbura matul l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tikkompeti skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq kontra l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u anke meta l-prezzijiet kienu iktar baxxi minn dawk tal-produtturi tal-Unjoni d-distakk ma kienx evidenti daqs mal-prezzijiet taċ-Ċina kif jidher mil-premessi minn (85) sa (88) hawn fuq.

109. Minħabba t-titjib fil-qagħda tal-industrija tal-Unjoni fis-snin ta' qabel il-PIR, l-industrija investiet f'teknoloġija iktar moderna u ġdida biex tipproduċi l-prodott ikkonċernat mill-bidu u b'hekk tegħleb parzjalment id-distorsjonijiet fis-seħħ fil-materja prima.

110. Meta titqies il-qagħda kumplessiva tal-industrijat tal-Unjoni kif ukoll l-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-perjodu mill-2006 sal-PIR, bħala konklużjoni, fid-dawl tal-iżvilupp pożittiv ta' xi indikaturi li jappartjenu għall-Industrija tal-Unjoni, tqies li l-industrija tal-Unjoni ma sofritx ħsara materjali matul il-perjodu meqjus. Għalhekk ġie eżaminat jekk kienx hemm probabilità ta’ rikorrenza ta’ ħsara f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

F. PROBABILITÀ TA' RIKORRENZA TAL-ĦSARA

Rimarki preliminari

111. Kif deskritt fil-premessi minn (89) sa (97) l-impożizzjoni ta' miżuri anti-dumping ppermettiet lill-industrija tal-Unjoni tirkupra biss mill-ħsara li sofriet, imma sa ċertu punt biss. Madankollu, meta l-livelli eċċezzjonali tal-konsum tal-Unjoni esperjenzati matul il-parti l-kbira tal-perjodu kkunsidrat naqsu b'od sinifikanti matul il-PIR, l-industrija tal-Unjoni dehret f'qagħda fraġili u vulnerabbli u baqgħet esposta għall-effett dannuż tal-importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ.

112. Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat ġew ivvalutati sabiex tiġi stabbilita l-probabilità ta' tkomplija tal-ħsara.

Volumi tal-esportazzjonijiet Ċiniżi u l-prezzijiet għal pajjiżi terzi

113. Instab li l-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-bejgħ Ċiniż fuq swieq ta' pajjiżi terzi oħra kienu wkoll inqas minn dawk li jiġu ċċarġjati lill-UE (bejn wieħed u ieħor bejn 10 u 20% inqas fi snin differenti tul il-perjodu kkunsidrat, ħlief fl-2007). Il-bejgħ tal-esportatur Ċiniż lill-pajjiżi mhux tal-UE sar fi kwantitajiet sinifikanti, li jammontaw għal iktar minn 80% tal-bejgħ totali tal-esportazzjoni totali tiegħu. Għalhekk tqies li jekk il-miżur jiskadu, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jkollhom inċentiv li jdawru kwantitajiet sinifikanti ta' esportazzjonijiet minn pajjiż terzi oħra lejn is-suq iktar attraenti tal-Unjoni.

Kapaċità żejda fis-suq tar-RPĊ

114. Kif deskritt fil-premessi minn (34) sa (42)(34), id-dejta miġbura matul l-investigazzjoni wriet li hemm kapaċità żejda sinifikanti disponibbli fir-RPĊ. Għadd ta' indikazzjonijiet ċari wasslu għall-konklużjoni li parti kbira tal-kapaċità żejda tista' tintuża biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fin-nuqqas ta' miżuri anti-dumping. Dan huwa kkonfermat b'mod partikolari minħabba li ma hemmx indikazzjonijiet li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq domestiku jistgħu jassorbu kwalunkwe produzzjoni żejda fir-RPĊ.

Konklużjoni

115. L-industrija tal-Unjoni ġarrbet l-effetti tal-importazzjonijiet iddampjati Ċiniżi għal bosta snin u bħalissa għadha f’qagħda ekonomika fraġli.

116. Kif deher minn hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tirkupra mill-prattika Ċiniża tad-dumping bis-saħħa tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ. Matul il-PIR, madankollu, hija sabet ruħha f'qagħda ekonomika diffiċli l-iktar minħabba l-kriżi ekonomika. F'dan il-kuntest, jekk l-industrija tal-Unjoni tkun esposta għal żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet iddampjati bi prezz baxx mill-pajjiż ikkonċernat, dan x'aktarx li jirriżulta f'deterjorament ulterjuri tal-bejgħ, tas-sehem mis-suq, u tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, kif ukoll deterjorament konsegwenti tal-qagħda finanzjarja tagħha.

117. Barra minn hekk, kif intqal fil-premessa (56) hawn fuq, instab ukoll li l-fatt li l-prezz tal-bejgħ tal-produtturi Ċiniżi kienu iktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni, bħala medja kważi 11%, jidher li jindika li fin-nuqqas ta' miżuri tal-produtturi esportaturi Ċiniżi x'aktarx li jesportaw il-prodott ikkonċernat lis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet konsiderevolment iktar baxxi minn dawk tal-Unjoni.

118. Fid-dawl tas-sejbiet li saru matul l-investigazzjoni, l-iktar il-kapaċità żejda fir-RPĊ, id-distorsjonijiet li nstabu fis-suq għal materja prima, il-potenzjal tal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat biex iżidu u/jew idawru l-volumi tal-esportazzjoni tagħhom lejn is-suq tal-UE, l-imġiba tal-prezzijiet taċ-Ċiniża f'pajjiżi terzi oħra u l-attrazzjoni tas-suq tal-UE li jrendi iktar, kwalunkwe tneħħija tal-miżuri jwasslu għal probabilità ta' rikorrenza tal-ħsara. Din tkun terġa' iktar serja meta tqis il-kriżi ekonomika preżenti.

I. L-INTERESS TAL-UNJONI

Introduzzjoni

119. Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni bħala entità. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażat fuq l-apprezzament tal-bosta interessi involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, u tal-utenti.

120. Ta' min ifakar li, fl-investigazzjonijiet ta’ qabel, l-adozzjoni tal-miżuri ma kinitx ikkunsidrata li tmur kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, li b’hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri anti-dumping diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri anti-dumping eżistenti.

121. Abbażi ta’ dan ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabilità ta’ tkomplija ta’ dumping jew rikorrenza tal-ħsara, jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

Interess tal-industrija tal-Unjoni

122. Fid-dawl tal-konklużjonijiet dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni stabbiliet fil-premessi minn (89) sa (97) hawn fuq, u skont l-argumenti relatati mal-analiżi tal-probabilità ta’ rikorrenza ta’ ħsara kif spjegat fil-premessi (102) sa (105), jista’ jitqies ukoll li l-industrija tal-Unjoni aktarx li tesperjenza deterjorament serju fil-qagħda finanzjarja tagħha f’każ li d-dazji anti-dumping jitħallew jiskadu.

123. Tqies li t-tkomplija tal-miżuri tibbenefika lill-industrija tal-Unjoni li mbagħad għandha tkun kapaċi li żżid il-volumi tal-bejgħ u, x'aktarx, il-prezzijiet tal-bejgħ u b’hekk jiġġeneraw il-livell ta’ redditu meħtieġ li jippermetti li jkompli jinvesti f'teknoloġiji ġodda għall-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħha. Kuntrarjament, il-waqfien tal-miżuri jwaqqaf l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni u b'hekk jhedded serjament il-vijabilità tagħha, u, minħabba f'hekk, tpoġġi l-eżistenza tagħha fil-periklu, b'hekk tonqos il-provvista u l-kompetizzjoni fis-suq.

Interess tal-importaturi/utenti

124. Utent ippreżenta ruħu u ressaq tweġiba għall-kwestjonarju. L-utent li kkoopera sostna li t-tkomplija tal-miżuri ma jħallux impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni fis-suq tal-UE, anzi mill-banda l-oħra tippermetti lill-industrija li ssegwi fil-katina tal-produzzjoni biex ikollha firxa usa' ta' fornituri li jikkompetu fi prezzijiet tas-suq.

125. Ta’ min ifakkar li, fl-investigazzjoni preċedenti, instab li l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri ma għandux ikun sinifikanti għall-utenti[21]. Minkejja l-eżistenza tal-miżuri, l-importaturi/utenti fl-Unjoni setgħu ikomplu jakkwistaw il-provvisti tagħhom, fost l-oħrajn, mir-RPĊ. Ma tressqu l-ebda indikazzjonijiet dwar kienx hemm diffikultajiet fis-sejba ta' sorsi oħra. Għalhekk ġie konkluż li huwa improbabbli li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping jkollha effett serju fuq l-importaturi/utenti fl-Unjoni.

Konklużjoni

126. L-effetti tat-tkomplija tal-miżuri jistgħu jkunu mistennija jgħinu lill-industrija tal-Unjoni, b'effetti ta' konsegwenza ta' benefiċċju fuq il-kondizzjonijiet kompetittivi fis-suq tal-Unjoni u t-tnaqqis ta' theddid ta' għeluq u tnaqqis fl-impjiegi.

127. Barra minn hekk, it-tkomplija tal-miżuri tista' tkun mistennija li tibbenefika lill-utenti/importaturi billi żżomm firxa wiesgħa ta' fornituri fis-suq tal-UE.

128. Minħabba l-analiżi msemmija hawn fuq, ġie konkuż li t-tkomplija tal-miżuri ma tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

J. MIŻURI ANTI-DUMPING

129. Il-partijiet kollha ġew informati dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perjodu biex jiabgħtu l-kummenti tagħhom wara dak l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien ħaqqhom.

130. Minn dak li ntqal fuq jirriżulta, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, li l-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-karbur tat-tangstin, li joriġinaw mir-RPĊ għandhom jinżammu. Ta' min ifakkar illi dawn il-miżuri jikkonsistu f’dazji ad valorem .

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

131. Dazju anti-dumping definittiv huwa b'dan impost fuq importazzjonijiet ta' karbur tat-tangstin, karbur tat-tangstin imħallat sempliċement ma’ trab metalliku u karbur tat-tangstin imdewweb li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2849 90 30 u ex 3824 30 00[22] (kodiċi TARIC 3824 30 00 10) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

132. Ir-rata tad-dazju applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 għandha tkun ta' 33 %.

133. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU L 264, 27.9.1990, p. 7.

[2] ĠU L 264, 27.9.1990, p. 59.

[3] ĠU L 248, 23.9.1994, p. 8.

[4] ĠU L 64, 22.3.1995, p. 1.

[5] ĠU L 111, 9. 4. 1998, p. 1.

[6] ĠU L 395, 31.12.2004, p. 56

[7] ĠU L 202, 3.8.2005, p. 1.

[8] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

[9] ĠU L 264, 27.9.1990, p. 7.

[10] ĠU L 264, 27.9.1990, p. 59.

[11] ĠU L 248, 23.9.1994, p. 8.

[12] ĠU L 64, 22.3.1995, p. 1.

[13] ĠU L 111, 9. 4. 1998, p. 1.

[14] ĠU L 395, 31.12.2004, p. 56.

[15] ĠU L 202, 3.8.2005, p. 1.

[16] ĠU C 115, 20.5.2009, p. 18.

[17] ĠU C 322, 30.12.2009, p. 23.

[18] Il-perċentwali eżatta ma tistax tinkixef minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

[19] ĠU L 202, 03.08.2005, p. 1, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1275/2005 tas-26 ta’ Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2268/2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ tungsten carbide u fused tungsten carbide li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

[20] Ara l-premessa (65) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2268/2004 (ĠU L 395/62, 31.12.2004)

[21] Ara l-premessa (101) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2268/2004 (ĠU L 395/66, 31.12.2004)

[22] Il-partiċelli huma irregolari u ma għandux fluss ħieles f’kuntrast mal-partiċelli tat-"trab lest għall-ippressar", li huma

sferiċi jew b'forma mrammla, omoġenji u għandu fluss liberu.

In-nuqqas ta’ flussibilità jista’ jitkejjel u jkun stabbilit bl-użu ta’ lenbut ikkalibrat eż. il-miter tal-fluss HALL

skont l-istandard ISO 4490.