52011PC0082

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri /* KUMM/2011/0082 finali - COD 2011/0039 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 7.3.2011

KUMM(2011) 82 finali

2011/0039 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Introduzzjoni

Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona wassal għal bidliet sinifikanti kemm fil-qafas għall-adozzjoni ta' atti ddelegati u implimentattivi kif ukoll għat-twettiq tal-politika kummerċjali.

Fir-rigward tal-adozzjoni ta' atti ddelegati u implimentattivi t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (aktar 'il quddiem imsejjaħ "it-Trattat") jiddistingwi b'mod ċar bejn atti ddelegati u atti implimentattivi.

- Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-atti ddelegati, li huma stabbiliti fl-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jipprevedu li l-leġiżlatur jikkontrolla l-eżerċizzju tas-setgħat tal-Kummissjoni permezz ta' dritt ta' revoka u/jew dritt ta' oġġezzjoni.

- Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-atti implimentattivi, li huma stabbiliti fl-Artikolu 291, ma jipprevedu l-ebda rwol għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill biex jikkontrollaw l-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi. Dan il-kontroll jista' jkun eżerċitat biss mill-Istati Membri. Huwa meħtieġ qafas legali biex jiġu stabbiliti l-mekkaniżmi ta' tali kontrolli.

Fir-rigward tal-politika kummerċjali, it-Trattat ta' Lisbona jagħmel li l-Parlament ikun koleġiżlatur u l-kunsens tiegħu huwa meħtieġ għall-konklużjoni ta' ftehimiet.

Fid-9 ta' Marzu 2010 il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewrepow u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[1]. Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta' din il-proposta huwa li tipprevedi li l-kontroll tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi tagħha jitwettaq mhux mill-Kunsill jew mill-Parlament Ewropew iżda mill-Istati Membri kif meħtieġ mill-Artikolu 291 tat-Trattat. Fil-proposta, dan jinkiseb bil-ħolqien ta' proċeduri (il-proċeduri ta' konsulenza u eżaminazzjoni) li bihom l-atti implimentattivi tal-Kummissjoni jkunu soġġetti għall-kontroll mill-Istati Membri flimkien ma' allinjament awtomatiku[2] ta' proċeduri eżistenti stabbiliti skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[3]. B'dan il-mod, il-proposta tal-Kummissjoni sejra tressaq l-eżerċizzju tal-kontroll fuq l-atti implimentattivi tal-Kummissjoni f'dawk iż-żoni fejn japplikaw il-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE b'mod konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 291 li skonthom huma l-Istati Membri u mhux il-leġiżlaturi li jeżerċitaw tali kontroll. Dawn il-fatturi ewlenin kienu ppriservati fit-test adottat fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-ewwel qari tal-Parlament Ewropew fis-16 ta' Diċembru 2010 u fl-impenji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2010. Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poter huwa mistenni jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2011.

Kif ġie nnutat fil-proposta tal-Kummissjoni tad-9 ta' Marzu 2010[4], l-adattament tal-atti bażiċi previsti fl-Artikolu 13[5] mhux se jaħdem, madankollu, għal għadd sinifikanti ta' atti bażiċi fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni. Dawn l-atti bażiċi ma kinux soġġetti għall-proċeduri stabbiliti preċedentement fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999. Il-proposta attwali tindirizza proċeduri għall-kontroll jew l-adozzjoni ta' atti f'24 att bażiku fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni li qabel ma kinux soġġetti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE.

Hemm att ieħor li teoretikament jista' jaqa' fl-ambitu ta' din il-proposta. Dan l-att huwa r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1842/71 tal-21 ta' Ġunju 1971 rigward miżuri ta' salvagwardja kif maħsuba mill-protokoll addizzjonali mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija kif ukoll mill-ftehim interim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija[6]. Madankollu, verżjonijiet ta' dan l-att mhumiex disponibbli f'għadd sinifikanti ta' lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Għalhekk, l-emenda tal-att jirrikjedi wkoll l-istabbiliment ta' verżjonijiet tar-Regolament fil-lingwi li mhumiex attwalment disponibbli. Pjuttost milli jiddaħħal dan l-eżerċizzju f'din il-proposta, huwa meqjus preferibbli li jinbidel ir-Regolament. Fiż-żmien tat-tibdil, il-Kummissjoni sejra tindirizza l-kwistjonijiet rilevanti dwar teħid ta' deċiżjoni (li apparti dan huma simili ħafna għal dawk li jitqajmu għar-Regolament Nru 2841/72 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1972 fuq il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera). Il-Kummissjoni sejra tieħu l-passi meħtieġa f'dan ir-rigward malajr kemm jista' jkun.

2. Setgħat biex il-Kunsill imur kontra l-Kummissjoni

Minn dawk l-24 att fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni mhux soġġetti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE u koperti minn din il-proposta, 20 jipprevedu li l-Kummissjoni tadotta atti implimentattivi, tipikament, iżda mhux b'mod esklussiv, miżuri ta' salvagwardja jew provviżorji, u jipprevedu li l-Kunsill imur kontra tali atti permezz ta' maġġoranza kwalifikata fi żmien speċifikat. Din il-lista ta' atti bażiċi koperti minn din il-proposta b'tali proċeduri hija kif ġej:

- Ir-Regolament (KEE) Nru 2841/72 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1972 fuq il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera[7],

- Ir-Regolament (KEE) Nru 2843/72 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1972 fuq il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda[8],

- Ir-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1692/73 tal-25 ta’ Ġunju 1973 dwar il-miżuri ta’ salvagward previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja[9],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ[10],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta' Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni ekstraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha[11],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2248/2001 tad-19 ta' Novembru 2001 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, għall-parti waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, għall-parti l-oħra u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja, kif emendat[12],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 tal-21 ta' Jannar 2002 fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Provviżorju bejn il-Komunità Ewropea u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kif emendat[13],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 tat-3 ta' Marzu 2003 dwar mekkaniżmu tranżitorju ta' salvagwardja għal prodotti partikolari għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina[14],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1616/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija[15],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika[16],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 980/2005 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/924/KE[17],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 140/2008 tad-19 ta’ Novembru 2007 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra[18],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 594/2008 tas-16 ta' Ġunju 2008 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bosnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bosnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra[19],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta' Lulju 2008 li japplika skema ta' preferenzi ġeneralizzati tat-tariffa għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011[20],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet[21],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea[22],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi[23],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1061/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-esportazzjoni[24],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu[25],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[26],

Billi dawn l-atti bażiċi mhux sejrin jiġu affettwati mill-adattament tal-atti bażiċi previst fil-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi tal-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzi tal-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi, huwa xieraq li dawn l-atti jiġu emendati sabiex jagħmlu l-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjoni konsistenti mal-qafas il-ġdid. Fejn dawn l-atti jipprevedu li l-Kunsill jirrifjuta jew jemenda Deċiżjoni tal-Kummissjoni permezz ta' maġġoranza kwalifikata, il-Kummissjoni tipproponi li tintuża l-proċedura ta' eżaminazzjoni.

3. Riżervi tas-setgħa għall-Kunsill

F'16 mill-24 att bażiku, il-Kunsill irriżerva d-dritt li jadotta miżuri għalih innifsu. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, dawn l-atti jinkludu għadd sostanzjali ta' setgħat implimentattivi iżda wkoll setgħat biex jiġu supplimentati jew emendati l-atti bażiċi kkonċernati, referenzi għall-possibbiltà li wieħed jaġixxi fuq il-bażi legali ġenerali tal-Artikolu 207 (qabel 133) tat-Trattat u li tiġi revokata l-leġiżlazzjoni kkonċernata.

Fir-rigward ta' dawk l-atti li huma meqjusa bħala setgħat implimentattivi, l-Artikolu 291 TFUE jipprevedi li l-Kunsill jista' jirriżerva setgħat implimentattivi għalih stess "fil-każijiet speċifiċi ġustifikati b'mod xieraq." Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li fir-rigward ta' possibbiltà bi kliem simili li "l-Kunsill ma jistax jirriżerva għalih stess li jeżerċita direttament setgħat ta’ implementazzjoni ħlief f’każijiet speċifiċi, deċiżjoni li huwa għandu jagħti motiv għaliha b’mod ċirkustanzjali. Dan ifisser li l-Kunsill għandu l-obbligu li debitament jiġġustifika, fil-funzjoni tan-natura u l-kontentut tal-att ta’ bażi, li jimplementa jew li jemenda, eċċezzjoni għar-regola li, fis-sistema tat-Trattat, meta fil-livell Komunitarju għandhom jittieħdu miżuri ta’ implementazzjoni ta’ att ta’ bażi, hija l-Kummissjoni li normalment hija responsabbli sabiex teżerċita din is-setgħa.[27]"

Il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid dawn l-atti fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, u b'mod partikolari, fid-dawl tal-istatus mogħti lill-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur fil-politika kummerċjali komuni. Hija tinnota li l-ebda wieħed mill-atti bażiċi ma jiddikjara fid-dettall għaliex il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kunsill minflok mill-Kummissjoni. Fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni diġà ngħatat setgħat implimentattivi għall-eżekuzzjoni tal-politika kummerċjali komuni, inklużi miżuri ta' difiża tal-kummerċ, u inklużi l-miżuri provviżorji, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li r-riżervi tas-setgħat għandhom jiġu riveduti u allinjati skont ir-regoli u l-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw il-mekkaniżmi tal-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 291(3) tat-Trattat.

L-emendi tal-Kummissjoni għall-atti li ġejjin huma maħsuba li jwasslu għal tali bidla:

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 385/96 tad-29 ta' Jannar 1996 dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta' Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 tat-3 ta' Marzu 2003 dwar mekkaniżmu tranżitorju ta' salvagwardja għal prodotti partikolari għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2003 tas-6 ta’ Marzu 2003 dwar il-miżuri li l-Komunità tista’ tadotta relatati mal-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra r-rimi u kontra s-sussidju b’miżuri ta’ salvagwardjar,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 980/2005 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/924/KE,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1061/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-esportazzjoni,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea,

Fejn is-setgħat riżervati għall-Kunsill ma jikkonċernawx l-adozzjoni ta' atti implimentattivi, iżda l-adozzjoni ta' emendi għall-att bażiku, il-Kummissjoni tipproponi li jingħataw setgħat delegati lill-Kummissjoni. L-emendi proposti għall-atti li ġejjin huma maħsuba li jwasslu għal din il-bidla:

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta' Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni ekstraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika,

Fl-aħħar nett, f'att bażiku wieħed il-Kunsill huwa meħtieġ li jadotta miżura fuq il-bażi tal-Artikolu 133 KE (issa l-Artikolu 207 tat-Trattat) u f'att bażiku ieħor il-Kunsill huwa meħtieġ li jibdel il-miżura meta jseħħu ċertu avvenimenti. Huwa meħtieġ li jiġu riveduti dawn id-dispożizzjonijiet, billi, filwaqt li l-Kunsill fil-passat kien irriżerva setgħat għalih innifsu, fil-fatt il-miżuri li kieku jiġu adottati skont dawn id-dispożizzjonijiet ma jkunux meqjusa bħala atti delegati jew implimentattivi, iżda atti bażiċi jew emendi tagħhom, li issa huma soġġetti għall-Artikolu 207 tat-Trattat. Dawn l-atti rilevanti huma:

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 tal-25 ta’ April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika.

4. Aġġustamenti Oħra Relatati mal-Applikazzjoni tar-Regolament li jistabbilixxi r-Regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-poteri ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni

Uħud mill-atti li huma koperti minn dan ir-Regolament jipprevedu li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-kumitat qabel ma tadotta atti implimentattivi jew qabel ma taġixxi b'xi mod ieħor. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Kummissjoni għandha jew tadotta atti implimentattivi taħt il-kontroll tal-Istati Membri permezz tal-użu tal-proċedura konsultattiva jew ta' eżaminazzjoni jew inkella tagħmel dan mingħajr l-ebda kontroll. Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni tipproponi li tneħħi każijiet f'dawn l-atti li jipprevedu l-konsultazzjoni tal-kumitati rilevanti meta r-riżultati tal-konsultazzjoni ma għandhomx effetti legali fir-rigward tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi.

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poter jistabbilixxi proċeduri speċifiċi għall-adozzjoni ta' dazji definittivi ta' antidumping u ta' kontrobilanċ. Il-Kummissjoni tistenna li fil-parti l-kbira tal-każijiet il-proċeduri previsti f'dak ir-Regolament jistgħu jkunu implimentati malajr u b'mod effiċjenti, fil-qafas taż-żmien attwali. Madankollu, f'ċerti ċirkostanzi eċċezzjonali, minħabba l-kumplessità tal-investigazzjoni, l-applikazzjoni tar-regolament il-ġdid jista' jħallu konsegwenzi fuq it-tul taż-żmien neċessarju biex jiġu adottati atti implimentattivi. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu adattati ċerti perjodi ta' żmien fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. B'mod partikolari, huwa xieraq li titħalla ssir l-estensjoni, mhux inqas minn tmien xhur mill-avviż ta' bidu, tat-tul massimu ta' żmien għall-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji sa 12-il xahar mill-bidu tal-investigazzjoni f'każijiet eċċezzjonali fid-dawl tal-kumplessità tal-investigazzjoni. Huwa xieraq ukoll li titħalla ssir l-estensjoni mhux iktar tard minn disa' xhur mill-avviż tat-tul taż-żmien massimu għall-investigazzjoni għal 18-il xahar f'każijiet eċċezzjonali fid-dawl tal-kumplessità tal-investigazzjoni, b'konformità mal-Ftehimiet rilevanti tad-WTO. Filwaqt li jiġi rispettat id-dritt tal-partijiet interessati biex ikunu infurmati bis-sħiħ u biex jiġu pprovduti kummenti dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet, huwa xieraq ukoll li jsiru aġġustamenti għar-regoli dwar l-iżvelar.

5. RELAZZJONI MA' PROPOSTI OħRA

Il-Kummissjoni diġà adottat, mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, żewġ proposti fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni li jekk jiġu adottati jemendaw l-atti bażiċi li jew jipprovdu setgħa biex il-Kunsill jikkontrolla l-atti implimentattivi tal-Kummissjoni jew jipprovdu setgħa biex jadotta atti implimentattivi. Fil-Memoranda ta' Spjegazzjoni li jakkumpanjaw dawn il-proposti, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tippreżenta proposta li tirrevedi l-proċeduri rilevanti kollha fil-politika kummerċjali komuni u għalhekk biex tiġi ttrattata l-kwistjoni tal-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq bażi orizzontali[28].

Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar li l-proposta attwali għandha x'taqsam biss ma' dawk l-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjoni skont il-politika kummerċjali komuni li attwalment mhumiex soġġetti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE. Hemm għadd ta' proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-politika kummerċjali komuni, inklużi xi wħud li jinsabu fl-atti li huma soġġetti għal din il-proposta, li fil-fatt huma soġġetti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta' Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011). Kif ġie stabbilit fl-Istqarrija tal-Kummissjoni li takkumpanja r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew, hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproċedi b'reviżjoni ta' dawn l-atti sabiex tiddetermina jekk is-setgħat ipprovduti lill-Kummissjoni jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 290 jew l-Artikolu 291 tat-Trattat. Il-Kummissjoni sejra minnufih tagħmel proposta li temenda dawn l-atti kif meħtieġ, sabiex jiġu introdotti atti delegati. Il-fatt li din il-proposta ma tindirizzax dawk il-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet soġġetti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE ma għandhomx jinftiehmu bħala li jimplikaw li l-Kummissjoni tqis li dawn għandhom jitqiesu bħala atti implimentattivi soġġetti għall-Artikolu 291 tat-Trattat.

Ir-riżultat tal-adozzjoni tal-proposta attwali, u r-reviżjoni tal-proċeduri eżistenti bbażati fuq id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, se jkun għadd sostanzjali ta' emendi għall-atti kkonċernati. Sabiex titjieb il-leġibbiltà tal-atti kkonċernati, il-Kummissjoni pproponiet li tissostitwixxi sentenzi jew paragrafi sħaħ anke fejn numru limitat ta' kliem biss fis-sentenza jew fil-paragrafu jkun qiegħed jiġi emendat fir-realtà. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sejra tipproponi kodifikazzjoni tal-atti malajr kemm jista' jkun ladarba ż-żewġ proposti orizzontali jiġu adottati.

6. Għanijiet ġenerali

B'din il-proposta, il-Kummissjoni ppruvat tirrifletti l-bidliet fil-qafas legali u l-bilanċ istituzzjonali li saru minħabba d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. L-allinjament tal-kontroll tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi fuq ir-Regolament dwar ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri ser iġib vantaġġi addizzjonali. B'mod partikolari, ser jippermetti eżerċizzju aktar effettiv u effiċjenti tas-setgħat implimentattivi tal-Kummissjoni u għalhekk jikkontribwixxi għal politika kummerċjali komuni aktar effettiva u effiċjenti. L-allinjament tal-proċeduri fuq il-proċeduri standard jippermetti wkoll fehim aktar malajr tal-proċeduri li japplikaw fil-politika kummerċjali u d-dispożizzjonijiet ta' trasparenza tar-Regolament orizzontali sejrin iżidu t-trasparenza ġenerali tal-kondotta tal-politika kummerċjali.

2011/0039 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Għadd ta' Regolamenti bażiċi relatati mal-politika kummerċjali komuni jipprevedu li l-atti li jimplimentaw il-politika kummerċjali komuni għandhom jiġu adottati mill-Kunsill skont il-proċeduri stabbiliti fl-istrumenti varji kkonċernati jew mill-Kummissjoni soġġetti għal proċeduri speċifiċi u kontroll mill-Kunsill. Tali proċeduri mhumiex soġġetti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[29].

(2) Huwa xieraq li jiġu emendati dawk ir-Regolamenti sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mad-dispożizzjonijiet introdotti mit-Trattat ta' Lisbona. Dan għandu jsir, fejn xieraq, permezz tal-għoti ta' setgħat delegati lill-Kummissjoni u billi jiġu applikati ċertu proċeduri stabbiliti mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[30].

(3) Ir-Regolamenti li ġejjin għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan:

- Ir-Regolament (KEE) Nru 2841/72 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1972 fuq il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera[31],

- Ir-Regolament (KEE) Nru 2843/72 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1972 fuq il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda[32],

- Ir-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1692/73 tal-25 ta’ Ġunju 1973 dwar il-miżuri ta’ salvagward previsti fil-Ftehim bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja[33],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ[34],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 385/96 tad-29 ta' Jannar 1996 dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti[35],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta' Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni ekstraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha[36],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta' Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tad-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji[37],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2248/2001 tad-19 ta' Novembru 2001 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, għall-parti waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, għall-parti l-oħra u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja[38],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 tal-21 ta' Jannar 2002 fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Provviżorju bejn il-Komunità Ewropea u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja[39],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 tat-3 ta' Marzu 2003 dwar mekkaniżmu tranżitorju ta' salvagwardja għal prodotti partikolari għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina[40],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2003 tas-6 ta’ Marzu 2003 dwar il-miżuri li l-Komunità tista’ tadotta relatati mal-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra r-rimi u kontra s-sussidju b’miżuri ta’ salvagwardjar[41],

- Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 673/2005 tal-25 ta’ April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika[42],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1616/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija[43],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika[44],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 980/2005 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/924/KE[45],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 140/2008 tad-19 ta’ Novembru 2007 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra[46],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 594/2008 tas-16 ta' Ġunju 2008 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra[47],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta' Lulju 2008 li japplika skema ta' preferenzi ġeneralizzati tat-tariffa għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011[48],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet[49],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea[50],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi[51],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1061/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-esportazzjoni[52],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu[53],

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[54].

(4) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa meħtieġ li l-proċeduri għall-adozzjoni ta' miżuri li nbdew iżda ma tlestewx qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ma jiġux affettwati minn dan ir-Regolament,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolamenti elenkati fl-Anness għandhom b'dan jiġu adattati, skont l-Anness, għall-Artikolu 290 tat-Trattat jew għad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011].

Artikolu 2

Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti fl-Anness għandhom jinftiehmu li huma magħmula għal dawk id-dispożizzjonijiet kif adattati b'dan ir-Regolament.

Ir-referenzi magħmula għall-ismijiet ta' qabel ta' kumitati għandhom jinftiehmu li huma referenzi għall-ismijiet ġodda kif previst minn dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-proċeduri mibdija għall-adozzjoni ta' miżuri previsti fir-Regolamenti fl-Anness inbdew meta nbdew, mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew qabel:

(a) il-Kummissjoni adottat att; jew

(b) hemm bżonn ta' konsultazzjoni skont wieħed mir-Regolamenti u dawn il-konsultazzjonijiet inbdew; jew,

(c) hemm bżonn ta' proposta skont wieħed mir-Regolamenti u l-Kummissjoni adottat proposta ta' dan it-tip.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President […] […]

ANNESS

Lista ta' Regolamenti li jaqaw taħt il-politika kummerċjali komuni u adattati għall-Artikolu 290 tat-Trattat jew għad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[55].

1. Ir-Regolament (KEE) Nru 2841/72 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1972 fuq il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera [56]

FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KEE) NRU 2841/72, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [57].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 2841/72 għandu jiġi emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li jirriferi lill-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera aktar 'il quddiem msejjaħ il-'Ftehim għall-iskop li jittieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 22, 24, 24a u 26 tal-Ftehim. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2).”

2. Fl-Artikolu 2(1), it-tieni sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:

"Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' salvagwardja skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2)".

3. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"1. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24, 24a u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet fl-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri ta' prekawzjoni previsti fl-Artikolu 27(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7(3).

2. Meta l-Kummissjoni tkun mitluba tieħu azzjoni minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni fi żmien massimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol wara li tirċievi din it-talba."

4. L-Artikolu 7 li ġej għandu jiġi miżjud:

"Artikolu 7

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[58]. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu."

2. IR-REGOLAMENT (KEE) NRU 2843/72 TAL-KUNSILL TAD-19 TA’ DIċEMBRU 1972 FUQ IL-MIżURI TA’ SALVAGWARDJA PREVISTI FIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-ISLANDA[59]

FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KEE) NRU 2843/72, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [60].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 2843/72 għandu jiġi emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tirriferi lill-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-'Ftehim' għall-iskop li jittieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 23, 25, 25a u 27 tal-Ftehim. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2).”

2. Fl-Artikolu 2(1), it-tieni sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:

"Fejn meħtieġ, il-Kummissoni għandha tadotta miżuri ta' salvagwardja skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2)."

3. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"1. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 25, 25a u 27 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet fl-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri ta' prekawzjoni previsti fl-Artikolu 28(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7(3).

2. Meta l-Kummissjoni tkun mitluba tieħu azzjoni minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni fi żmien massimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol wara li tirċievi din it-talba."

4. L-Artikolu 7 li ġej għandu jiġi miżjud:

"Artikolu 7

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[61]. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu."

3. IR-REGOLAMENT (KEE) TAL-KUNSILL NRU 1692/73 TAL-25 TA’ ĠUNJU 1973 DWAR IL-MIżURI TA’ SALVAGWARD PREVISTI FIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITA EKONOMIKA EWROPEA U R-RENJU TAN-NORVEġJA[62]

FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KEE) NRU 1692/73, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [63].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 1692/73 għandu jiġi emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tirriferi lill-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-'Ftehim' għall-iskop li jittieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 22, 24, 24a u 26 tal-Ftehim. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2).”

2. Fl-Artikolu 2(1), it-tieni sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:

"Fejn meħtieġ, il-Kummissoni għandha tadotta miżuri ta' salvagwardja skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2)."

3. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"1. Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24, 24a u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet fl-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri ta' prekawzjoni previsti fl-Artikolu 27(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7(3).

2. Meta l-Kummissjoni tkun mitluba tieħu azzjoni minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni fi żmien massimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol wara li tirċievi din it-talba."

4. L-Artikolu 7 li ġej għandu jiġi miżjud:

"Artikolu 7

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[64]. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu."

4. IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 3286/94 TAT-22 TA' DIċEMBRU 1994 LI JISTABBILIXXI L-PROċEDURI TAL-KOMUNITÀ FIL-QASAM TA' POLITIKA KUMMERċJALI KOMUNI SABIEX JIżGURA L-EżERċIZZJU TAD-DRITTIJIET TAL-KOMUNITÀ SKONT IR-REGOLI INTERNAZZJONALI TAL-KUMMERċ, B'MOD PARTIKOLARI DAWK STABBILITI TAħT L-AWSPIċJI TAL-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA TAL-KUMMERċ[65]

FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 3286/94, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [66].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 3286/94 jiġi emendat b’dan li ġej:

1. L-Artikolu 5(3) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Fejn jidher li l-ilment ma jipprovdix biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni, il-kwerelant għandu jiġi informat b'dan."

2. L-Artikolu 6(4) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Fejn jidher li t-talba ma tipprovdix biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni, l-Istat Membru għandu jiġi informat b'dan."

3. L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) L-intestatura tal-Artikolu għandha tinbidel bl-intestatura: "Il-Kumitat"

(b) Il-paragrafu (1) jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. (a) Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat". Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].(b) Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

(c) Fil-paragrafu 2, għandhom jitħassru l-ewwel żewġ sentenzi:

(d) Il-paragrafi 3 u 4 għandhom jitħassru.

4. Fl-Artikolu 8(1), il-frażi introduttorja għandha tinbidel b’dan li ġej:

"1. Fejn il-Kummissjoni jidhrilha li hemm evidenza biżżejjed li tiġġustifika l-bidu ta' proċedura ta' eżaminazzjoni u li tkun meħtieġa fl-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha taġixxi kif ġej:".

5. L-Artikolu 9(2)(a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. (a) La l-Kummissjoni, la l-Istati Membri, lanqas l-uffiċjali ta' kwalunkwe wieħed minn dawn, ma għandhom jiżvelaw kwalunkwe informazzjoni ta' natura kunfidenzjali rċevuta skont dan ir-Regolament, jew kwalunkwe informazzjoni pprovduta fuq bażi kunfidenzjali minn parti għal proċedura ta' eżaminazzjoni, mingħajr il-permess speċifiku mill-parti li tkun qiegħda tressaq din l-informazzjoni."

6. L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"1. Meta jinstab b'konsegwenza tal-proċedura ta' eżaminazzjoni li l-interessi tal-Unjoni ma jeħtiġux li tittieħed xi azzjoni, il-proċedura għandha tiġi mitmuma mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(1)(b)."

(b) Il-paragrafu (2)(a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. (a) Meta, wara proċedura ta' eżaminazzjoni, il-pajjiz jew pajjiżi terzi kkonċernat(i) jieħu jew jieħdu miżuri li huma meqjusa sodisfaċjenti, u għalhekk ma tkunx meħtieġa azzjoni mill-Unjoni, il-proċedura tista’ tiġi sospiża mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(1)(b).";

(c) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"3. Fejn, wara proċedura ta' eżaminazzjoni, jew f'xi ħin qabel, waqt u wara proċedura għas-soluzzjoni ta' tilwima internazzjonali, ikun jidher li l-aktar mod xieraq sabiex tiġi solvuta tilwima minħabba ostakolu għall-kummerċ ikun il-konklużjoni ta' ftehim mal-pajjiż jew pajjiżi terzi kkonċernati, li jista’ jbiddel id-drittijiet sostantivi tal-Unjoni u tal-pajjiż jew pajjiżi terzi kkonċernati, il-proċedura għandha tiġi sospiża mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(1)(b), u n-negozjati għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 207 tat-Trattat."

7. L-Artikolu 13 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 13

Proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet

1. Fejn l-Unjoni, bħala riżultat ta' lment b'mod konformi mal-Artikoli 3 jew 4, jew ta' referenza magħmula skont l-Artikolu 6, issegwi proċeduri internazzjonali formali għall-konsultazzjoni jew għas-soluzzjoni ta' tilwim, id-deċiżjonijiet relatati mal-bidu, it-twettiq jew it-tmiem ta' tali proċeduri għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni.

2. Fejn l-Unjoni, wara li tkun aġixxiet skont l-Artiklou 12(2), ikollha tieħu deċiżjoni dwar il-miżuri ta' politika kummerċjali li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 11(2)(ċ) jew skont l-Artikolu 12, hija għandha taġixxi, mingħajr dewmien, skont l-Artikolu 207 tat-Trattat u, fejn xieraq, skont kull proċedura applikabbli."

8. L-Artikolu 14 għandu jitħassar.

5. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 385/96 tad-29 ta' Jannar 1996 dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti [67]

FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 385/96, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [68].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 385/96 jiġi emendat b’dan li ġej:

1. L-Artikolu 5(11) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Bla ħsara għall-Artikolu 15(2), meta, jkun jidher li hemm evidenza biżżejjed li tiġġustifika l-bidu ta' proċeduri, il-Kummissjoni għandha tagħmel hekk fi żmien 45 ġurnata minn meta jsir l-ilment, jew, fil-każ ta' bidu skont il-paragrafu 8, mhux aktar tard minn sitt xhur miż-żmien li fih il-bejgħ tal-vapur kien magħruf jew seta' kien magħruf, u għandha tippubblika avviż f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Meta ma tkunx ġiet ippreżentata biżżejjed evidenza, min jagħmel l-ilment għandu jkun infurmat dwar dan fi żmien 45 jum minn dakinhar li jkun tressaq l-ilment lill-Kummissjoni."

2. L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Meta l-miżuri protettivi jkunu bla bżonn l-investigazzjoni jew il-proċedimenti għandhom jintemmu. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2).";

(b) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Fejn il-fatti kif ġew stabbiliti finalment juru li hemm prezzijiet inġurjużi u dannu kkawżat b'dawn, għandu jiġi impost ħlasgħall-prezzijiet inġurjużi fuq il-bennejja tal-bastimenti mill-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2). L-ammont tal-ħlas għall-prezzijiet inġurjużi għandu jkun daqs il-marġini tal-prezzijiet inġurjużi stabbilit. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill, b'mod partikolari l-ġbir tal-ħlas għall-prezzijiet inġurjużi."

3. Fl-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

"L-investigazzjoni jista' jintemm mingħajr l-impożizzjoni ta' ħlas għall-prezzijiet inġurjużi jekk il-bennej tal-vapuri definittivament u bla kundizzjoni jxejjen il-bejgħ tal-vapur ipprezzat b'mod inġurjuż jew jikkonforma ma' rimedju ekwivalenti alternattiv aċċettat mill-Kummissjoni."

4. L-Artikolu 9(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"1. Jekk il-bennej tal-vapur interessat ma jħallasx il-ħlas għall-prezzijiet inġurjużi impost skont l-Artikolu 7, miżuri kuntrarji f'forma ta' ċaħda ta' drittijiet dwar tagħbija u ħatt għandhom jiġu imposti mill-Kummissjoni, fuq il-vapuri mibnija mill-bennej tal-bastimenti inkwistjoni."

5. L-Artikolu 10 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 10

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Prezzijiet Inġurjużi tal-Bastimenti. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

6. L-Artikolu 13(5) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew l-uffiċjali ta' kwalunkwe wieħed minn dawn, ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni li tkun waslitilhom skont dan ir-Regolament li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali mill-fornitur tagħha, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur. Skambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew ta' kwalunkwe dokumenti interni preparati mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, ma għandhomx jiġu żvelati minbarra kif speċifikament stipulat f'dan ir-Regolament."

7. L-Artikolu 14(3) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3. Kxif għandu jsir bil-miktub. Filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta għall-ħtieġa biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, dan se jiġi effettwat, kemm jista' jkun malajr u normalment, mhux inqas minn xahar qabel deċiżjoni definittiva. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx fil-pożizzjoni li tiżvela xi fatti jew kunsiderazzjonijiet f'dak il-ħin, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista' jkun malajr wara. "L-iżvelar ma għandu jippreġudika l-ebda deċiżjoni sussegwenti li tista’ tittieħed mill-Kummissjoni, imma meta deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatti u kunsiderazzjonijiet differenti, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista’ jkun malajr."

6. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta' Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni ekstraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha [69]

FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 2271/96, IL-KUMMISSJONI GħANDHA TINGħATALHA L-POTER LI TADOTTA ATTI DELEGATI SKONT L-ARTIKOLU 290 TAT-TRATTAT GħALL-GħAN LI TEMENDA L-ANNESS TA' DAK IR-REGOLAMENT.

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2271/96 għandhom jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[70].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2271/96 jiġi emendat b’dan li ġej:

1. Fl-Artikolu 1, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

"Waqt li jaġixxi skont id-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat u minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(c), il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati skont l-Artikoli 11a, 11b u 11c jew tħassar liġijiet għal jew mill-Anness ta' dan ir-Regolament."

2. L-Artikolu 8 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 8

1. Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 7(b) u (c), il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Leġiżlazzjoni Extra-territorjali. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

3. Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 11a, 11b u 11c li ġejjin:

"Artikolu 11a

1. Is-setgħat għall-adozzjoni ta' atti delegati msemmijin fl-Artikolu 1 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

2. Hekk kif hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

3. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħat li tadotta l-atti delegati, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 11b u 11c.

Artikolu 11b

1. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 1 tista' tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi kwalunkwe ħin.

2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix irrevokata d-delega ta’ setgħa għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni, f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ revoka kif ukoll ir-raġunijiet possibbli għal revoka.

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegar tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Hija għandu jkollha effett minnufih jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Hija għandha tkun ippubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Artikolu 11c

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar.

2. Jekk meta jiskadi dak il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, huwa għandu jiġi ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data fih stabbilita.L-att iddelegat jista’ jiġi ppubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal att delegat adottat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att iddelegat.”

7. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta' Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji [71]

FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1515/2001, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [72].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1515/2001 jiġi emendat b’dan li ġej:

1. L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, il-frażi introduttorja qiegħda tinbidel b’dan li ġej:

"1. Kull meta d-DSB jadotta Rapport dwar miżura mill-Unjoni meħuda skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, ir-Regolament (KE) Nru 597/2009 jew għal dan ir-Regolament ("miżura kkontestata"), il-Kummissjoni tista' tieħu waħda jew iktar mill-miżuri li ġejjin, kwalunkwe waħda li tqis xierqa skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3a(2)."

(b) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"3. Sakemm ikun xieraq li ssir reviżjoni qabel jew fl-istess żmien li jittieħdu kwalunkwe miżuri skont il-paragrafu 1, din ir-reviżjoni għandha tinbeda mill-Kummissjoni.

(c) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"4. Sakemm ikun xieraq li tiġi sospiża l-miżura kontestata jew emendata, tali sospensjoni għandha tingħata mill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien limitat, billi taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3a(2)."

2. L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"1. Il-Kummissjoni tista' tieħu kwalunkwe waħda minn dawn il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1) sabiex jitqiesu l-interpretazzjonjiet legali li saru f'rapport adottat mid-DSB fir-rigward ta' miżura mhux kontestata, jekk tqis dan bħala xieraq."

(b) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"3. Sakemm ikun xieraq li ssir reviżjoni qabel jew fl-istess żmien li jittieħdu kwalunkwe miżuri skont il-paragrafu 1, din ir-reviżjoni għandha tinbeda mill-Kummissjoni.

(c) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"4. Sakemm ikun xieraq li tiġi sospiża l-miżura kontestata jew emendata, tali sospensjoni għandha tingħata mill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien limitat, billi taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3a(2)."

3. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

"Artikolu 3a

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Anti-Dumping stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 jew mill-Kumitat kontra s-sussidju stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 skont il-każ. Dawn il-Kumitati għandhom ikunu Kumitati fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

8. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2248/2001 tad-19 ta' Novembru 2001 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, għall-parti waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, għall-parti l-oħra u għall-applikazzjoni tal-Ftehim TEMPORANJU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA[73]

FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 2248/2001, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [74].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2248/2001 jiġi emendat b’dan li ġej:

1. L-Artikolu 7a għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Għandhom jiddaħħlu l-paragrafi 3a u 3b li ġejjin:

“3a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

3b. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu."

(b) L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:"Malli jitlestew il-konsultazzjonijiet, u jekk ebda arranġament ieħor ma jkun possibbli, il-Kummissjoni, tista' tiddeċiedi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7a(3a) jew li ma taġixxix jew li tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikoli 25 u 26 tal-Ftehim Interim , u minn hemm 'il quddiem fl-Artikoli 38 u 39 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7a(3b).";

(c) Il-paragrafi 7, 8 u 9 għandhom jitħassru.

2. L-Artikolu 7b għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 7b

Ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi

Fejn iseħħu cirkostanzi eċċezzjonali u kritici fit-tifsira tal-Artikolu 25(4)(b) u l-Artikolu 26(4) tal-Ftehim Interim , u minn hemm 'il quddiem l-Artikolu 38(4)(b) u l-Artikolu 39(4) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri immedjati kif stipulat fl-Artikoli 25 u 26 tal-Ftehim Interim , u minn hemm 'il quddiem l-Artikoli 38 u 39 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7a(3a). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7a(3b).

Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta tasal it-talba."

3. Fl-Artikolu 7e, it-tieni sentenza tal-paragrafu 1 tinbidel b’dan li ġej:

"Fejn meħtieġ għandha tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja skont il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 7a(3a) minbarra fil-każi ta’ għajnuna li għalihom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea[75], meta għandhom jittieħdu miżuri skont il-proċeduri mniżżla f’dak ir-Regolament."

9. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 TAL-21 TA' JANNAR 2002 FUQ ċERTI PROċEDURI GħALL-APPLIKAZZJONI TAL-FTEHIM TA' STABILIZZAZZJONI U ASSOċJAZZJONI BEJN IL-KOMUNITAJIET EWROPEJ U L-ISTATI MEMBRI, FUQ NAħA, U L-EKS REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAċEDONJA, FUQ L-OħRA, U GħALL-APPLIKAZZJONI TAL-FTEHIM PROVVIżORJU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-EKS REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAċEDONJA[76],

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 153/2002, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[77].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 153/2002 jiġi emendat b’dan li ġej:

1. L-Artikolu 7a għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Għandhom jiddaħħlu l-paragrafi 3a u 3b li ġejjin:

“3a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

3b. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu."

(b) L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:"Malli jitlestew il-konsultazzjonijiet, u jekk ebda arranġament ieħor ma jkun possibbli, il-Kummissjoni, tista' tiddeċiedi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7a(3a) jew li ma taġixxix jew li tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikoli 24 u 25 tal-Ftehim Interim , u minn hemm 'il quddiem fl-Artikoli 37 u 38 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7a(3b).";

(c) Il-paragrafi 7, 8 u 9 għandhom jitħassru.

2. L-Artikolu 7b għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 7b

Ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi

Fejn iseħħu cirkostanzi eċċezzjonali u kritici fit-tifsira tal-Artikolu 24(4)(b) u l-Artikolu 25(4) tal-Ftehim Interim , u minn hemm 'il quddiem l-Artikolu 37(4)(b) u l-Artikolu 38(4) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri immedjati kif stipulat fl-Artikoli 24 u 25 tal-Ftehim Interim , u minn hemm 'il quddiem l-Artikoli 37 u 38 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7a(3a). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 7a(3b).

Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta tasal it-talba."

3. Fl-Artikolu 7e, it-tieni sentenza tal-paragrafu 1 tinbidel b’dan li ġej:

"Fejn meħtieġ għandha tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja skont il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 7a(3a) minbarra fil-każi ta’ għajnuna li għalihom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea[78], meta għandhom jittieħdu miżuri skont il-proċeduri mniżżla f’dak ir-Regolament."

10. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 TAT-3 TA' MARZU 2003 DWAR MEKKANIżMU TRANSITORJU TA' SALVAGWARDJA GħAL PRODOTTI PARTIKOLARI GħALL-IMPORTAZZJONIJIET LI JORIġINAW MIR-REPUBBLIKA POPOLARI TAċ-ĊINA U LI JEMENDA R-REGOLAMENT (KE) NRU 519/94 DWAR REGOLI KOMUNI GħALL-IMPORTAZZJONIJIET MINN ċERTI PAJJIżI TERZI[79]

FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 427/2003, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [80].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 427/2003 jiġi emendat b’dan li ġej:

1. L-Artikolu 5(4) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Meta jidher li hemm evidenza biżżejjed biex tiġġustifika proċediment u kwalunkwe konsultazzjoni taħt il-paragrafu 3 ma wasslux għal soluzzjoni sodisfaċenti għat-tnejn, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ."

2. L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, it-tieni u t-tielet sentenzi jiġu sostitwiti bis-segwenti:

"Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 15(3)."

(b) Il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

3. L-Artikolu 8 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 8

Terminazzjoni mingħajr miżuri

Meta miżuri bilaterali ta' salvagwardja mhumiex meħtieġa, l-investigazzjoni jew proċedura għandhom jitwaqqfu skont il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 15(2)."

4. L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. Jekk il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jwasslux għal soluzzjoni sodisfaċenti għat-tnejn fi żmien 60 jum minn meta tkun waslet it-talba għall-konsultazzjonijiet, għandha tiġi imposta miżura definittiva ta' salvagwardja jew ta' devjazzjoni ta' kummerċ skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2)."

(b) Il-paragrafi 3 u 6 għandhom jitħassru.

5. L-Artikolu 12(4) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li kwalunkwe miżura ta' salvagwardja għandha tiġi revokata jew emendata, għandha tirrevoka jew temenda l-miżuri ta' salvagwardja."

6. L-Artikolu 14(4) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"4. Fl-interess tal-Unjoni, il-miżuri imposti bis-saħħa ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu sospiżi b'deċiżjoni tal-Kummissjoni għal perjodu ta' disa' xhur. Is-sospensjoni tista' tiġi estiża għal perjodu ieħor, li ma jkunx iżjed minn sena skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-miżuri jistgħu jiġu sospiżi biss meta l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu nbidlu temporanjament sal-punt fejn ma jkunx probabbli li jerġa' jkun hemm distorsjoni fis-suq b'riżultat tas-sospensjoni. Il-miżuri jistgħu, f'kull ħin u wara konsultazzjoni, jerġgħu jiġu imposti mill-ġdid jekk ma tibqax applikabbli r-raġuni għas-sospensjoni."

7. L-Artikolu 15 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 15

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[81]. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu.

4. B'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] meta jsir rikors għall-proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm bla riżultat meta, fiż-żmien stipulat mill-presidenza, il-presidenza tiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat kif definita fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] titlob hekk."

8. L-Artikolu 17(5) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew l-uffiċjali ta' kwalunkwe wieħed minn dawn, ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni li tkun waslitilhom skont dan ir-Regolament li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali mill-fornitur tagħha, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur. L-iskambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni, u l-Istati Membri, jew kull informazzjoni li għandha x'taqsam ma' konsultazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 12, jew konsultazzjonijiet imfissra fl-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 9(1), jew xi dokument intern imħejji mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, ma għandhomx jixxandru lill-pubbliku jew lil xi parti fil-proċedimenti ħlief kif previst speċifikament f'dan ir-Regolament.

9. Fl-Artikolu 18(4), ir-raba' sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:

"L-iżvelar ma għandu jippreġudika l-ebda deċiżjoni sussegwenti li tista’ tittieħed mill-Kummissjoni, imma meta deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatti u kunsiderazzjonijiet differenti, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista’ jkun malajr."

10. Fl-Artikolu 19, il-paragrafi 5 u 6 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

"5. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni li tiġi ppreżentata kif suppost u kemm din tkun rappreżentattiva, u r-riżultati ta' din l-analiżi, flimkien ma’ opinjoni fuq il-merti tagħha, għandhom jintbagħtu lill-Kumitat."

6. Il-partijiet li jkunu osservaw il-paragrafu 2 jistgħu jitolbu li l-fatti u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom x'aktarx ikunu ttieħdu d-deċiżjonijiet finali jkunu għad-dispożizzjoni tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli sakemm ikun possibbli u bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti meħuda mill-Kummissjoni."

11. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2003 tas-6 ta’ Marzu 2003 dwar il-miżuri li l-Komunità tista’ tadotta relatati mal-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra r-rimi u kontra s-sussidju b’miżuri ta’ salvagwardjar [82]

FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 452/2003, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [83].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 452/2003 jiġi emendat b’dan li ġej:

1. Fl-Artikolu 1(1), il-frażi introduttorja għandha tinbidel b’dan li ġej:

"Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li kombinazzjoni ta' anti-dumping jew miżuri kontra s-sussidju b'miżuri ta' tariffi ta' salvagwardja fuq l-istess importazzjonijiet tista' twassal għall-effetti akbar milli mixtieq f'termini tal-politika ta' difiża tal-kummerċ tal-Unjoni, din tista' tadotta xi miżuri minn dawn li ġejjin kif jidhrilha xieraq skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 2a(2):".

2. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 2a li ġej:

"Artikolu 2a

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Anti-Dumping stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009[84]. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

12. Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 673/2005 tal-25 ta’ April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika [85]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 673/2005, il-poter li tirrevoka r-regolament huwa mogħti lill-Kunsill. Din is-setgħa għandha tiġi mħassra, u l-Artikolu 207 tat-Trattat għandu japplika għar-revoka ta' dan ir-Regolament

L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 huwa b'dan imħassar.

13. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1616/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Sta BBILIZZAZZJONI U ASSOċJAZZJONI BEJN IL-KOMUNITAJIET EWROPEJ U L-ISTATI MEMBRI TAGħHOM, FUQ IN-NAħA L-WAħDA, U R-REPUBBLIKA TAL-ALBANIJA, FUQ IN-NAħA L-OħRA, U SABIEX JIġI APPLIKAT IL-FTEHIM INTERIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-ALBANIJA[86]

FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1616/2006, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [87].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1616/2006 jiġi emendat b’dan li ġej:

1. Fl-Artikolu 7, it-tielet, ir-raba' u l-ħames inċiżi jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3)."

2. L-Artikolu 8(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3)."

3. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:

"Artikolu 8a

Il-Kumitat

1. Għall-finijiet tal-Artikoli 7 u 8, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[88]. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu."

14. Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 TAL-20 TA' DIċEMBRU 2007 LI JAPPLIKA L-ARRANġAMENTI GħALL-PRODOTTI LI JORIġINAW F'ċERTI STATI LI HUMA PARTI MILL-GRUPP TA' STATI AFRIKANI, KARIBEJ U PAċIFIċI (AKP) PREVISTI FI FTEHIM LI JISTABBILIXXU, JEW LI JWASSLU BIEX JIġU STABBILITI, FTEHIM TA' SħUBIJA EKONOMIKA [89]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-fini tal-emendar tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 għandhom jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[90].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1528/2007 jiġi emendat b’dan li ġej:

1. L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. Il-Kummissjoni, għandha temenda l-Anness I permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 24a, 24b u 24c biex iżżid reġjuni jew stati mill-Grupp ta' Stati AKP li kkonkludew negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni u dak ir-reġjun jew stat li tal-anqas jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu XXIV GATT 1994."

(b) Fil-paragrafu 3, il-frażi introduttorja qiegħda tinbidel b’dan li ġej:

"3. Tali stat jew reġjun se jibqa' fl-Anness I sakemm il-Kummissjoni tadotta att delegat skont l-Artikoli 24a, 24b u 24c li jemendaw l-Anness I biex jitneħħa reġjun jew stat minn dak l-Anness, b'mod partikolari, meta"

2. L-Artikolu 14 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"3. Fejn, jidher li hemm biżżejjed xhieda li tiġġustifika bidu ta' proċediment, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Il-bidu ta' proċediment għandu jseħħ fi żmien xahar mill-wasla tat-tagħrif għand Stat Membru."

(b) Fil-paragrafu 4, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:

"4. Jekk il-Kummissjoni tkun tal-fehma li jeżistu ċ-ċirkustanzi stabbiliti fl-Artikolu 12, għandha minnufih tinnotifika r-reġjun jew l-istati fl-Anness I milquta mill-intenzjoni tagħha li jingħata bidu għal investigazzjoni."

3. L-Artikolu 16 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, it-tieni u t-tielet sentenzi jiġu sostitwiti bis-segwenti:"Il-miżuri tranżitorji għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 21(3)."

(b) Fil-paragrafu 2, it-tieni sentenza għandha titħassar.

(c) Il-paragrafu 4 għandu jitħassar.

4. L-Artikolu 17 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 17

Terminazzjoni tal-investigazzjoni u proċedura mingħajr miżuri

Fejn miżuri ta' salvagwardja bilaterali jitqiesu mhux meħtieġa l-investigazzjoni u l-proċedura għandhom jiġu terminati abbażi tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2)."

5. L-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. Jekk il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jwasslux għal soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ naħat fi żmien tletin jum minn meta l-kwistjoni tkun ġiet mgħarrfa lir-reġjun jew stat ikkonċernat, għandha tittieħed deċiżjoni li jiġu imposti miżuri definittivi bilaterali ta' salvagwardja mill-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) fi żmien għoxrin jum tax-xogħol wara t-tmiem tal-perjodu ta' konsultazzjoni."

(b) Il-paragrafi 3 u 4 għandhom jitħassru.

6. L-Artikolu 20(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. Id-deċiżjoni li tiġi imposta sorveljanza għandha tittieħed mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(2)."

7. L-Artikolu 21 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 21

Il-Kumitat

1. Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[91]. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu.

4. Fil-każ ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1701, il-Kumitat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun megħjun mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 195 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007[92]."

8. Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 24a, 24b u 24c li ġejjin:

"Artikolu 24a

Eżerċizzju tad-delega

1. Il-Kummissjoni se tingħata s-setgħat, għal perjodu ta' żmien mhux determinat, li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(2) u (3).

2. Hekk kif hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

3. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħat li tadotta l-atti delegati, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 24b u 24c.

Artikolu 24b

Revoka tad-delega

1. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 2(2) u (3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix irrevokata d-delega ta’ setgħa għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni, f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ revoka kif ukoll ir-raġunijiet possibbli għal revoka.

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegar tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandu jkollha effett minnufih jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Artikolu 24c

Oġġezzjonijiet għall-atti delegati

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar.

2. Jekk meta jiskadi dak il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, huwa għandu jiġi ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data fih stabbilita.L-att iddelegat jista’ jiġi ppubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att iddelegat adottat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att iddelegat.”

15. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 140/2008 tad-19 ta’ Novembru 2007 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim TEMPORANJU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA, MINN NAħA WAħDA, U R-REPUBBLIKA TAL-MONTENEGRO, MIN-NAħA L-OħRA [93]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 140/2008, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[94].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 140/2008 jiġi emendat b’dan li ġej:

1. Fl-Artikolu 7, it-tielet, ir-raba' u l-ħames inċiżi jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3)."

2. L-Artikolu 8(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3)."

3. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:

"Artikolu 8a

Il-Kumitat

1. Għall-finijiet tal-Artikoli 7 u 8, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[95]. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu."

16. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 980/2005 U D-DEċIżJONI TAL-KUMMISSJONI 2005/924/KE[96]

FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 55/2008, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [97].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 55/2008 jiġi emendat b’dan li ġej:

1. L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-frażi tal-bidu tal-paragrafu 1 għandha tinbidel b'dan li ġej:

"1. Fejn il-Kummissjoni ssib li hemm biżżejjed evidenza ta’ frodi, irregolaritajiet jew nuqqas sistematiku mill-Moldova ta’ konformità jew ta’ żgurar ta’ konformità mar-regoli tal-oriġini tal-prodotti u l-proċeduri relatati magħhom u biex tipprovdi kooperazzjoni amministrattiva kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), jew nuqqas ta’ konformità ma’ xi waħda mill-kundizzjonijiet l-oħra definiti fl-Artikolu 2(1), tista’ tieħu l-miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11a(2) biex tissospendi kompletament jew parti mill-arranġamenti preferenzjali previsti f’dan ir-Regolament għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur, sakemm l-ewwel tkun:"

(b) Il-paragrafu 2 għandu jitħassar.

2. L-Artikolu 11(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"1. Meta prodott li joriġina fil-Moldova jkun importat fuq termini li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, diffikultajiet serji għal produttur tal-Unjoni għal prodotti simili jew li jikkompetu direttament, id-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni fuq dak il-prodott jistgħu jerġgħu jiġu introdotti f’kull ħin mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11a(2)."

3. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 11a li ġej:

"Artikolu 11a

Il-Kumitat

1. Għall-finijiet tal-Artikolu 11, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[98]. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

17. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 594/2008 tas-16 ta' Ġunju 2008 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Sta BBILIZZAZZJONI U ASSOċJAZZJONI BEJN IL-KOMUNITAJIET EWROPEJ U L-ISTATI MEMBRI TAGħHOM, MINN NAħA WAħDA, U R-REPUBBLIKA TAL-BOSNJA-ĦERZEGOVINA, MIN-NAħA L-OħRA, U SABIEX JIġI APPLIKAT IL-FTEHIM TEMPORANJU DWAR IL-KUMMERċ U MATERJI RELATATI MAL-KUMMERċ BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA, MINN NAħA WAħDA, U L-BOSNJA-ĦERZEGOVINA, MIN-NAħA L-OħRA[99],

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 594/2008, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[100].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 594/2008 jiġi emendat b’dan li ġej:

1. Fl-Artikolu 7, it-tielet, ir-raba' u l-ħames inċiżi jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3)."

2. L-Artikolu 8(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(3)."

3. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:

"Artikolu 8a

Il-Kumitat

1. Għall-finijiet tal-Artikoli 7 u 8, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[101]. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu."

18. Ir-Regolament tal-kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 U LI JEMENDA R-REGOLAMENTI (KE) NRU 552/97, NRU 1933/2006 U R-REGOLAMENTI TAL-KUMMISSJONI (KE) NRU 1100/2006 U (KE) NRU 964/2007 [102]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[103].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 732/2008 jiġi emendat b’dan li ġej:

1. L-Artikolu 16 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 3, il-frażi introduttorja qiegħda tinbidel b’dan li ġej:

"3. Il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-arranġamenti preferenzjali previsti f’dan ir-Regolament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' ċerti prodotti li joriġinaw f’pajjiż benefiċjarju, b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(6), meta tqis li hemm biżżejjed evidenza biex ikun iġġustifikat irtirar temporanju għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, sakemm l-ewwel tkun:"

(b) Il-paragrafu 4 għandu jitħassar.

2. L-Artikolu 17 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 17

1. Fejn il-Kummissjoni jew Stat Membru jirċievi informazzjoni li tista’ tiġġustifika l-irtirar temporanju u fejn il-Kummissjoni jew Stat Membru jikkunsidraw li hemm biżżejjed raġunijiet għal investigazzjoni, huwa għandu jinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 27.

2. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, fi żmien xahar u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(5), li tagħti bidu għal investigazzjoni."

3. L-Artikolu 19 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 3, it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tinnotifika din id-deċiżjoni lill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat u għandha tippubblika avviż f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea , li jħabbar li biħsiebha tirtira temporanjament l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward tal-prodotti kollha jew xi wħud minnhom li joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju, ħlief jekk, qabel tmiem il-perjodu, il-pajjiż benefiċjarju kkonċernat ikun intrabat li jieħu l-miżuri neċessarji biex ikun konformi, f’perjodu ta’ żmien raġjonevoli, mal-konvenzjonijiet imsemmija fil-Parti A tal-Anness III."

(b) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"4. Meta l-Kummissoni tqis li jkun hemm bżonn ta' rtirar temporanju, hija għandha tiddeċiedi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(6). Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha taġixxi fi tmiem il-perjodu msemmi f’dak il-paragrafu."

(c) Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"5. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-irtirar temporanju, din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li tittieħed, sakemm il-Kummissjoni ma tiddeċidix minn qabel li r-raġunijiet li jiġġustifikawh ma għadhomx jeżistu."

4. L-Artikolu 20 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"5. L-investigazzjoni għandha titlesta fi żmien sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż imsemmi fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tista', f’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali u wara li tikkonsulta l-Kumitat, testendi dan il-perjodu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(5)."

(b) Il-paragrafu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"6. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien xahar, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(6). Deċiżjoni bħal din għandha tidħol fis-seħħ fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ."

(c) Il-paragrafu 7 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"7. Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali li jirrikjedu azzjoni immedjata jagħmlu investigazzjoni impossibbli, il-Kummissjoni tista’, b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(7), tieħu kwalunkwe miżura preventiva li tkun strettament meħtieġa."

5. L-Artikolu 21 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Meta l-importazzjonijiet ta’ prodotti inklużi fl-Anness I tat-Trattat jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, tfixkil serju għas-swieq tal-Unjoni, b’mod partikolari lil wieħed jew iżjed mir-reġjuni l-iktar imbiegħda, jew lill-mekkaniżmi regolatorji ta' dawn is-swieq, il-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru, tista’ tissospendi l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward tal-prodotti kkonċernati b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(6) wara li tikkonsulta lill-kumitat ta’ ġestjoni għall-organizzazzjoni rilevanti tas-suq komuni."

6. L-Artikolu 22(2) għandu jitħassar.

7. Fl-Artikolu 27, għandhom jiżdiedu l-paragrafi 6 u 7 li ġejjin:

"6. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011].

7. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu."

19. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea [104]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[105].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 597/2009 jiġi emendat b’dan li ġej:

1. L-Artikolu 10(11) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"11. Meta jkun jidher li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta’ proċedimenti, il-Kummissjoni għandha tagħmel dan fi żmien 45 jum mit-tressiq tal-ilment u għandha tippubblika avviż f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Meta ma tkunx ġiet ippreżentata biżżejjed evidenza, min jagħmel l-ilment għandu jkun infurmat dwar dan fi żmien 45 jum minn dakinhar li jkun tressaq l-ilment lill-Kummissjoni."

2. L-Artikolu 11(9) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"9. Għal proċedmenti skont l-Artikolu 10(11), investigazzjoni għandha tiġi konkluża fi żmien sena, kull meta dan ikun possibbli. Fi kwalunkwe każ, investigazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu konklużi fi żmien 13-il xahar mill-bidu, b'konformità mas-sejbiet li saru skont l-Artikolu 13 għall-impenji jew is-sejbiet li saru skont l-Artikolu 15 għal azzjoni definittiva. F'każijiet eċċezzjonali, wara li titqies il-kumplessità tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, sa mhux aktar tard minn tmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, biex dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż, għal perjodu ta' sa mhux iktar minn 18-il xahar."

3. L-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Id-dazji provviżorji għandhom jiġu imposti mhux qabel 60 jum, u mhux iktar tard minn disa' xhur, mill-bidu tal-proċedimenti. F'każijiet eċċezzjonali, minħabba l-kumplessità tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, mhux iktar minn tmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, li dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż għal perjodu ta' sa 12-il xahar li madankollu ma jista' qatt ikun itwal minn hekk"

(b) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"3. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(3)."

(c) Il-paragrafu 5 għandu jitħassar.

4. L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"1. Sakemm tkun saret determinazzjoni affermattiva provviżorja dwar l-għoti ta’ sussidju u l-ħsara, il-Kummissjoni tista’ taċċetta offerti ta’ impenji volontarji sodisfaċenti li bihom:

(a) il-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni jaqbel li jelimina jew jillimita s-sussidju jew jieħu miżuri oħra dwar l-effetti tiegħu; jew

(b) kwalunkwe esportatur jimpenja ruħu li jirrevedi l-prezzijiet tiegħu jew li jwaqqaf l-esportazzjonijiet lejn iż-żona kkonċernata sakemm esportazzjonijiet bħal dawn ikunu jgawdu minn sussidji, ħalli l-Kummissjoni tkun sodisfatta li l-effett ta' ħsara tas-sussidji jkun ġie eliminat.F'każ bħal dan u sakemm dawk l-impenji jkunu fis-seħħ, id-dazji provviżorji imposti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12(3) u d-dazji definittivi imposti skont l-Artikolu 15(1) ma għandhomx japplikaw għall-importazzjonijiet rilevanti tal-prodott ikkonċernat manifatturat mill-kumpanniji msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-impenji u fi kwalunkwe emenda sussegwenti ta' deċiżjoni ta' dan it-tip.Iż-żidiet fil-prezzijiet skont impenji ta' dan it-tip ma għandhomx ikunu ogħla milli hu neċessarju biex ipaċu l-ammont ta’ sussidji ta’ kontrobilanċ, u għandhom ikunu inqas mill-ammont ta’ sussidji ta’ kontrobilanċ jekk dawn iż-żidiet ikunu adegwati biex ineħħu l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni.";

(b) Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"5. Meta l-impenji jkunu aċċettati l-investigazzjoni għandha tintemm. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).";

(c) Fil-paragrafu 9, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

"9. Fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impenji minn kwalunkwe parti f'dak l-impenn, jew fil-każ ta' rtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn mill-Kummissjoni, l-aċċettazzjoni tal-impenn għandha tiġi rtirata permezz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni jew Regolament tal-Kummissjoni, kif ikun xieraq, u d-dazju provviżorju li jkun ġie impost mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12 jew id-dazju definittiv li jkun ġie impost skont l-Artikolu 15(1), għandhom japplikaw, kemm-il darba l-esportatur ikkonċernat, jew il-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni jkun ingħata, ħlief fil-każ tal-irtirar ta' impenn mill-esportatur jew minn dak il-pajjiż, opportunità biex jikkumenta.";

(d) Il-paragrafu 10 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"10. Jista’ jiġi impost dazju skont l-Artikolu 12 fuq il-bażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli, meta jkun hemm raġuni biex wieħed jaħseb illi qiegħed jinkiser xi impenn, jew fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impenn, meta l-investigazzjoni li tkun wasslet għal dak l-impenn ma tkunx ġiet konkluża."

5. L-Artikolu 14(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Meta l-miżuri protettivi jkunu bla bżonn l-investigazzjoni jew il-proċedimenti għandhom jintemmu. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).";

6. L-Artikolu 15(1) huwa emendat kif ġej:

(a) L-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

"1. Meta l-fatti finalment stabbiliti juru l-eżistenza ta' sussidji kontrobilanċjabbli u ħsara kkawżata minnhom, u l-interess tal-Unjoni jsejjaħ għal intervent skont l-Artikolu 31, għandu jiġi impost dazju defenittiv ta' kontrobilanċ mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artiklu 25(2). Meta jkunu fis-seħħ dazji provviżorji, il-Kummissjoni għandha tibda din il-proċedura sa mhux iktar tard minn xahar qabel ma dawn id-dazji jiskadu.";

(b) It-tieni u t-tielet subparagrafi qed jitħassru.

7. Fl-Artikolu 16(2), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"2. Meta jkun applikat dazju provviżorju u l-fatti kif finalment stabbiliti juru l-eżistenza ta' sussidji ta' kontrobilanċ u ħsara, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, irrispettivament minn jekk id-dazju definittiv ta' kontrobilanċ għandux ikun impost, liema proporzjon tad-dazju provviżorju għandu jinġabar definittivament."

8. Fl-Artikolu 20, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

"Reviżjoni bħal din għandha tinbeda wara li l-produtturi fl-Unjoni jkunu ngħataw l-opportunità li jagħtu l-kummenti tagħhom."

9. Fl-Artikolu 21(4), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"4. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tingħata l-applikazzjoni u sa liema punt, jew tista’ tiddeċiedi fi kwalunkwe ħin li tibda reviżjoni interim , fejn l-informazzjoni u s-sejbiet minn din ir-reviżjoni, imwettqa skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal reviżjonijiet bħal dawn, għandhom jintużaw biex jiġi stabbilit jekk tkunx iġġustifikata rifużjoni u sa liema punt."

10. L-Artikolu 22 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Ir-reviżjonijiet imwettqa skont l-Artikoli 18 u 19 għandhom jitwettqu b’mod mgħaġġel u normalment jintemmu fi żmien 12-il xahar mid-data tal-bidu tar-reviżjoni. Fi kwalunkwe każ, reviżjonijiet skont l-Artikoli 18 u 19 għandhom jintemmu fi żmien 15-il xahar minn meta jinbdew. F'każijiet eċċezzjonali, wara li titqies il-kumplessità tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, sa mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, biex dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż, għal perjodu ta' sa mhux iktar minn 18-il xahar."

(b) Fil-paragrafu 1, jitħassar il-ħames subparagrafu;

(c) Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. Reviżjonijiet skont l-Artikoli 18, 19 u 20 għandhom jinbdew mill-Kummissjoni."

11. L-Artikolu 23 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

"L-investigazzjonijiet għandhom jinbdew skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta’ Stat Membru jew ta' kwalunkwe parti interessata fuq il-bażi ta’ evidenza suffiċjenti rigward il-fatturi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3. Il-bidu tal-investigazzjonijiet għandhom isiru permezz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jista' wkoll jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jagħmlu l-importazzjonijiet suġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 24(5) jew jitolbu garanziji."

(b) Fil-paragrafu 4, it-tielet subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Jekk il-fatti kif finalment aċċertati jiġġustifikaw l-estensjoni tal-miżuri, dan għandu jsir mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2)."

(c) Fil-paragrafu 6, ir-raba’ subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

"Dawn l-eżenzjonijiet jingħataw b'deċiżjoni tal-Kummissjoni u għandhom jibqgħu validi għall-perjodu u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fiha."

12. L-Artikolu 24 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"4. Fl-interess tal-Unjoni, il-miżuri imposti bis-saħħa ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu sospiżi b'deċiżjoni tal-Kummissjoni għal perjodu ta' disa' xhur. Is-sospensjoni tista' tiġi estiża għal perjodu ieħor, li ma jkunx iżjed minn sena, mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).Il-miżuri jistgħu jiġu sospiżi biss meta l-kundizzjonijiet tas-suq jkunu nbidlu temporanjament sakemm ikun probabbli li l-ħsara ma terġax issir bħala riżultat tas-sospensjoni, u sakemm l-industrija tal-Unjoni tkun ingħatat l-opportunità li tikkummenta u dawn il-kummenti jkunu ġew ikkunsidrati. Il-miżuri jistgħu, fi kwalunkwe mument, jerġgħu jiddaħħlu jekk ir-raġuni għas-sospensjoni ma tkunx għadha applikabbli."

(b) L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:Il-Kummissjoni tista’ tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu sussegwentement jiġu applikati kontra dik l-importazzjoni mid-data ta’ dik ir-reġistrazzjoni."

13. L-Artikolu 25 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat ta' Kontra s-Sussidji, imsejjaħ il-Kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu.

4. B'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] meta jsir rikors għall-proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm bla riżultat meta, fiż-żmien stipulat mill-presidenza, il-presidenza tiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat kif definita fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] titlob hekk."

14. L-Artikolu 29(5) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew l-uffiċjali ta' kwalunkwe wieħed minn dawn, ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni li tkun waslitilhom skont dan ir-Regolament li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali mill-fornitur tagħha, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur. Skambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew ta' kwalunkwe dokumenti interni preparati mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, ma għandhomx jiġu żvelati minbarra kif speċifikament stipulat f'dan ir-Regolament."

15. L-Artikolu 30 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Żvelar finali għandu jiġi mogħti bil-miktub. Dan għandu jsir, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali, kemm jista’ jkun malajr u, normalment, mhux iktar tard minn xahar qabel il-bidu tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 14 jew 15. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx fil-pożizzjoni li tiżvela xi fatti jew kunsiderazzjonijiet f'dak il-ħin, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista' jkun malajr wara.

L-iżvelar ma għandu jippreġudika l-ebda deċiżjoni sussegwenti li tista’ tittieħed mill-Kummissjoni, imma meta deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatti u kunsiderazzjonijiet differenti, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista’ jkun malajr."

(b) Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Rappreżentazzjonijiet li jsiru wara li jingħata t-tagħrif finali għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk jaslu fi żmien perjodu li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f'kull każ, li għandu jkun mill-inqas 10 ijiem, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta lill-urġenza tal-kwistjoni. Jista' jiġi stabbilit perjodu iqsar kull darba li żvelar finali jkun diġà sar."

16. L-Artikolu 31 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"4. Il-partijiet li aġġixxew f'konformità mal-paragrafu 2 jistgħu jipprovdu kummenti fuq l-applikazzjoni ta' kwalunkwe dazji provviżorji. Kummenti bħal dawn għandhom jaslu fi żmien 15-il jum mill-applikazzjoni ta' miżuri bħal dawn jekk għandu jingħata kas tagħhom u dawn, jew taqsiriet xierqa tagħhom, għandhom jiġu magħmula disponibbli għal partijiet oħra li għandhom ikunu intitolati li jirrispondu għal kummenti bħal dawn."

(b) Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"5. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni li tiġi ppreżentata kif suppost u kemm din tkun rappreżentattiva, u r-riżultati ta' din l-analiżi, flimkien ma’ opinjoni fuq il-merti tagħha, għandhom jintbagħtu lill-Kumitat."

(c) Fil-paragrafu 6, it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli sakemm ikun possibbli u bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti meħuda mill-Kummissjoni."

20. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet [106]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 260/2009, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[107].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 260/2009 jiġi emendat b’dan li ġej:

1. L-Artikolu 3 għandu jitħassar.

2. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat dwar is-Salvagwardji, imsejjaħ il-Kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu.

4. B'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] meta jsir rikors għall-proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm bla riżultat meta, fiż-żmien stipulat mill-presidenza, il-presidenza tiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat kif definita fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] titlob hekk."

3. L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:

"Meta jkun jidher lill-Kummissjoni li hemm evidenza suffiċjenti li tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni fi żmien xahar minn meta tirċievi l-informazzjoni mingħand Stat Membru u tippubblika avviż f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ."

(b) Fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tfittex kull tagħrif li jidhrilha li jkun meħtieġ u, meta tħoss li jkun xieraq għandha tagħmel ħilitha sabiex teżamina dan it-tagħrif mal-importaturi, il-kummerċjanti, l-aġenti, il-produtturi, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet kummerċjali."

(c) Il-paragrafu 7 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Meta jidher lill-Kummissjoni li ma hemmx biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-investigazzjoni, hija għandha tinforma lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tal-informazzjoni mill-Istati Membri."

4. L-Artikolu 7(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. Meta l-Kummissjoni tqis, fi żmien disa’ xhur mill-bidu tal-investigazzjoni, li ma hemm bżonn tal-ebda miżuri ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja tal-Unjoni, l-investigazzjoni għandha tintemm fi żmien xahar."

5. L-Artikolu 9(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. La l-Kummissjoni, la l-Istati Membri u lanqas l-uffiċjali ta’ kwalunkwe wieħed minnhom ma għandhom jiżvelaw l-ebda tagħrif ta’ natura kunfidenzjali li jkunu rċevew skont dan ir-Regolament, u l-ebda tagħrif li jkun ingħata fuq bażi kunfidenzjali mingħajr il-permess speċifiku ta’ min ikun forna dan it-tagħrif."

6. L-Artikolu 11(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. Id-deċiżjoni li tiġi imposta sorveljanza għandha tittieħed mill-Kommissjoni skont il-proċedura stabbilita f'Artikolu 16(6)."

7. L-Artikolu 13 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 13

Meta l-importazzjoni ta' prodott ma tkunx saret bil-kundizzjoni ta'sorveljanza minn qabel tal-Unjoni mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 18, tista' tintroduċi sorveljanza ristretta għall-importazzjonijiet f'reġjun tal-Unjoni jew iktar."

8. Fl-Artikolu 16, il-paragrafi 6 u 7 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

"6. Meta l-intervent mill-Kummissjoni jkun mitlub minn xi Stat Membru, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2) għandha tieħu deċiżjoni f’massimu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol mill-wasla ta' din it-talba. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 4(3)."

9. L-Artikolu 17 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 17

Meta l-interessi tal-Unjoni jkunu jeħtieġu, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2) u t-termini tal-Kapitolu III, tista tadotta l-miżuri xierqa sabiex prodott ma jitħalliex jiġi importat ġewwa l-Unjoni fi kwantitajiet miżjuda tant bil-qawwi u/jew skont dawk it-termini jew kundizzjonijiet li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni tal-istess prodotti jew ta' prodotti f’kompetizzjoni diretta magħhom.

Għandu japplika l-Artikolu16(2) sa (5)."

10. L-Artikolu 21(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. Meta l-Kummissjoni tqis li kwalunkwe miżuri ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja msemmija fl-Artikoli 11, 13, 16, 17 u 18 għandhom jiġu revokati jew emendati, hija għandha, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2), tirrevoka jew temenda l-miżuri."

11. L-Artikolu 23 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 23

Meta jkun hemm bżonn għall-interessi tal-Unjoni, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2), jista’ jadotta l-miżuri xierqa sabiex id-drittijiet u d-dmirijiet tal-Unjoni jew tal-Istati Membri kollha tagħha, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-kummerċ f’merkanzija, ikunu jistgħu jiġu eżerċitati u mwettqa fil-livell internazzjonali."

21. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi [108]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 625/2009, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament b'konfomità mar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] ta' [xx/yy/2011] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-poteri[109].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 625/2009 jiġi emendat b’dan li ġej:

1. L-Artikolu 3 għandu jitħassar.

2. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għas-Salvagwardji stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[110], imsejjaħ il-Kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu.

4. B'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] meta jsir rikors għall-proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm bla riżultat meta, fiż-żmien stipulat mill-presidenza, il-presidenza tiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat kif definita fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] titlob hekk."

3. L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:

"Meta jkun jidher lill-Kummissjoni li hemm evidenza suffiċjenti li tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni fi żmien xahar minn meta tirċievi l-informazzjoni mingħand Stat Membru u tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea."

(b) Fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tfittex kull tagħrif li jidhrilha li jkun meħtieġ u, meta tħoss li jkun xieraq għandha tagħmel ħilitha sabiex teżamina dan it-tagħrif mal-importaturi, il-kummerċjanti, l-aġenti, il-produtturi, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet kummerċjali."

(c) Il-paragrafu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"6. Meta jidher lill-Kummissjoni li ma hemmx biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-investigazzjoni, hija għandha tinforma lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tal-informazzjoni mill-Istati Membri."

4. Fl-Artikolu 6(2) l-ewwel sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej:

"Meta fi żmien disa’ xhur mill-bidu tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tqis li ma hemm bżonn tal-ebda miżuri ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja tal-Unjoni, l-investigazzjoni għandha tintemm."

5. L-Artikolu 7(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-uffiċjali minn kull wieħed minn dawn, ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali li tkun waslitilhom b’konformità ma’ dan ir-Regolament, u l-ebda informazzjoni pprovduta fuq bażi kunfidenzjali, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur ta' informazzjoni bħal din."

6. L-Artikolu 12 għandu jinbidel b’dan li ġej:

" Artikolu 12

Meta l-importazzjoni ta' prodott ma tkunx saret bil-kundizzjoni ta' sorveljanza minn qabel tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tintroduċi, b'konformità mal-Artikolu 17, sorveljanza ristretta għall-importazzjonijiet f'reġjun tal-Unjoni jew iktar."

7. L-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Il-miżuri adottati għandhom ikunu kkomunikati minnufih lill-Istati Membri, u għandhom jidħlu fis-seħħ immedjatament.";

(b) Il-paragrafi 4, 5 u 6 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"4. Meta l-intervent mill-Kummissjoni jkun mitlub minn xi Stat Membru, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2) għandha tieħu deċiżjoni f’massimu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol mill-wasla ta' din it-talba. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 4(3)."

8. L-Artikolu 16(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"1. Il-Kummissjoni tista', b'mod partikolari fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1) tadotta l-miżuri xierqa filwaqt li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2)."

9. L-Artikolu 18(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. Meta l-Kummissjoni tikkonsidra li kwalunkwe miżura ta' sorveljanza jew salvagwardja msemmija fil-Kapitoli IV u V għandhom jitħassru jew jiġu emendati, hi għandha tħassar jew temenda l-miżuri."

22. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1061/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-esportazzjoni [111]

FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1061/2009, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [112].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1061/2009 jiġi emendat b’dan li ġej:

1. L-Artikolu 3 għandu jitħassar.

2. L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat dwar ir-regoli komuni għall-esportazzjonijiet, imsejjaħ il-Kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu."

3. L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"1. Sabiex tkun evitata sitwazzjoni kritika li toriġina minħabba nuqqas ta' prodotti essenzjali, jew sabiex tkun rimedjata sitwazzjoni ta' dan it-tip, u meta l-interessi tal-Unjoni jitolbu intervent immedjat, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, u filwaqt li tqis in-natura tal-prodotti u l-karatteristiċi partikolari l-oħra tat-tranżazzjonijiet ikkonċernati, tista' tissoġġetta l-esportazzjoni ta' prodott għall-produzzjoni ta' awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni, li l-għoti tagħha għandu jkun regolat minn dispożizzjonijiet ta' dan it-tip u fil-limiti li l-Kummissjoni tfassal skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 4(3).";

(b) Fil-paragrafu 4, it-tieni sentenza għandha titħassar;

(c) Il-paragrafi 5 u 6 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"5. Meta l-Kummissjoni tkun aġixxiet skont il-paragrafu 1, hija għandha, sa mhux aktar tard minn 12-il jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri li tkun ħadet, tiddeċiedi tadottax il-miżuri xierqa kif stipulat fl-Artikolu 7. Jekk, wara 6 ġimgħat mid-dħul fis-seħħ tal-miżura, ma jkunu ġew adottati l-ebda miżuri, il-miżura kkonċernata għandha titqies li tkun tħassret."

4. Fl-Artikolu 7(1), il-frażi introduttorja għandha tinbidel b’dan li ġej:

"Meta l-interessi tal-Unjoni jkunu jitolbu dan, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2), tista' tadotta l-miżuri xierqa:"

5. L-Artikolu 8(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. Meta l-Kummissjoni tqis li kwalunkwe miżura msemmija fl-Artikolu 6 jew fl-Artikolu 7 għandha tiġi revokata jew emendata, hija għandha taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2)."

23. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu [113]

FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1215/2009, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [114].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 jiġi emendat b’dan li ġej:

1. L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu għandu jitħassar;

(b) Għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3. F'każ ta' nonkonformità fir-rigward tal-paragrafi 1 jew 2, il-benefiċċji ta' dan ir-Regolament għall-pajjiż jista' jiġi sospiż kollu kemm hu jew parti minnu, b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2)."

2. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:

" Artikolu 8a

Il-Kumitat

1. Għall-finijiet tal-Artikoli 2 u 10, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta' Implimentazzjoni tal-Balkani tal-Punent. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

3. L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1) Il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"(a) informat lill-Kumitat ta' Implimentazzjoni tal-Balkani tal-Punent;"

(2) It-tieni subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

"Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(2).";

(b) Il-paragrafu 2 għandu jitħassar;

(c) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Mal-għeluq tal-perjodu ta’ sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jew li ttemm il-miżura ta’ sospensjoni provviżorja jew li testendi l-miżura ta’ sospensjoni skont il-paragrafu 1."

24. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea [115]

FIR-RIGWARD TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1225/2009, IL-KUMMISSJONI GħANDHA JKOLLHA S-SETGħA LI TADOTTA L-MIżURI NEċESSARJI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAK IR-REGOLAMENT B'KONFOMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) NRU [XXXX/2011] TA' [XX/YY/2011] TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI R-REGOLI U L-PRINċIPJI ġENERALI DWAR IL-MEKKANIżMI GħALL-KONTROLL MILL-ISTATI MEMBRI TAL-EżERċIZZJI TAL-KUMMISSJONI GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POTERI [116].

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 jiġi emendat b’dan li ġej:

1. Fl-Artikolu 2(7), l-aħħar subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk il-produttur jissodisfax il-kriterji msemmija hawn fuq fi żmien sitt xhur mill-bidu tal-investigazzjoni wara li l-industrija tal-Unjoni tkun ingħatat l-opportunità li tikkommenta. Din id-deċiżjoni għandha tibqa' fis-seħħ tul l-investigazzjoni kollha."

2. L-Artikolu 5(9) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Meta jkun jidher li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta’ proċediment, il-Kummissjoni għandha tagħmel dan fi żmien 45 jum mit-tressiq tal-ilment u għandha tippubblika avviż f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Meta ma tkunx ġiet ippreżentata biżżejjed evidenza, min jagħmel l-ilment għandu jkun infurmat dwar dan fi żmien 45 jum minn dakinhar li jkun tressaq l-ilment lill-Kummissjoni."

3. L-Artikolu 6(9) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Għall-proċedimenti mibdija skont l-Artikolu 5(9), investigazzjoni għandha, kull fejn possibbli, tiġi konkluża fi żmien sena. Fi kwalunkwe każ, investigazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu konklużi fi żmien 15-il xahar mill-bidu, b'konformità mas-sejbiet li saru skont l-Artikolu 8 għall-impenji jew is-sejbiet li saru skont l-Artikolu 9 għal azzjoni definittiva. F'każijiet eċċezzjonali, wara li titqies il-kumplessità tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, sa mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, biex dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż, għal perjodu ta' sa mhux iktar minn 18-il xahar."

4. L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Dazji provviżorji jistgħu jiġu imposti jekk ikunu nbdew proċedimenti skont l-Artikolu 5, jekk tkun ingħatat notifika b'dak l-effett u l-partijiet interessati jkunu ngħataw opportunità adegwata biex jissottomettu informazzjoni u jagħmlu kummenti skont l-Artikolu 5(10), jekk tkun saret determinazzjoni affermattiva provviżorja ta' dumping u ħsara konsegwenti lill-industrija tal-Unjoni, u jekk l-interess tal-Unjoni jirrikjedi intervent biex tiġi pprevenuta ħsara bħal din. Id-dazji provviżorji għandhom jiġu imposti mhux qabel 60 jum, u mhux iktar tard minn disa' xhur, mill-bidu tal-proċedimenti. F'każijiet eċċezzjonali, minħabba l-kumplessità tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, mhux iktar minn tmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, li dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż għal perjodu ta' sa 12-il xahar li madankollu ma jista' qatt ikun itwal minn hekk."

(b) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"4. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3). "

(c) Il-paragrafu 6 għandu jitħassar.

5. L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"1. Bil-kundizzjoni li jkun ġie determinat provviżorjament b’mod affermattiv dumping u ħsara, il-Kummissjoni tista' taċċetta offerti ta' impenji volontarji sodisfaċenti mressqa minn kwalunkwe esportatur biex jirrevedi l-prezzijiet tiegħu jew biex iwaqqaf l-esportazzjonijiet li jkunu suġġett ta' dumping, jekk tkun sodisfatta li b'hekk jiġi eliminat l-effett ta' ħsara mid-dumping. F'każ bħal dan u sakemm ikunu fis-seħħ dawk l-impenji, id-dażji provviżorji imposti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(1) jew id-dazji definittivi imposti skont l-Artikolu 9(4) kif ikun il-każ ma għandhomx japplikaw għall-importazzjonijiet rilevanti tal-prodott ikkonċernat manifatturat mill-kumpanniji msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-impenji, kif emendata sussegwentement. Iż-żidiet fil-prezzijiet b'dawn l-impenji ma għandhomx ikunu ogħla milli jkun neċessarju biex jiġi eliminat il-marġni tad-dumping u għandhom ikunu inqas mill-marġni ta' dumping jekk dawk iż-żidiet ikunu adegwati għat-tneħħija tal-ħsara lill-industrija tal-Unjoni.";

(b) Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"5. Meta l-impenji jkunu aċċettati l-investigazzjoni għandha tintemm. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2).";

(c) Fil-paragrafu 9, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

"9. Fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impenji minn kwalunkwe parti f'dak l-impenn, jew fil-każ ta' rtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn mill-Kummissjoni, l-aċċettazzjoni tal-impenn tista' tiġi rtirata b'Deċiżjoni tal-Kummissjoni jew Regolament tal-Kummissjoni, kif ikun xieraq, u d-dazju provviżorju li jkun ġie impost mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 jew id-dazju definittiv li jkun ġie impost skont l-Artikolu 9(4) għandu japplika awtomatikament, sakemm l-esportatur ikkonċernat ikun ingħata, ħlief fejn ikun irtira l-impenn hu stess, l-opportunità biex jikkummenta.";

(d) Il-paragrafu 10 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"10. Jista’ jiġi impost dazju skont l-Artikolu 7 fuq il-bażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli, meta jkun hemm raġuni biex wieħed jaħseb illi qiegħed jinkiser xi impenn, jew fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impenn, meta l-investigazzjoni li tkun wasslet għal dak l-impenn ma tkunx ġiet konkluża."

6. L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. Meta l-miżuri protettivi jkunu bla bżonn l-investigazzjoni jew il-proċediment għandu jintemm. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2).";

(b) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"4. Meta l-fatti kif finalment stabbiliti juru li hemm dumping u ħsara kkawżata minnu, u l-interess tal-Unjoni għal intervent skont l-Artikolu 21, għandu jiġi impost dazju anti-dumping definittiv mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artiklu 15(2). Meta jkunu fis-seħħ dazji provviżorji, il-Kummissjoni għandha tibda din il-proċedura sa mhux iktar tard minn xahar qabel ma dawn id-dazji jiskadu. L-ammont tad-dazju anti-dumping ma għandux ikun ogħla mill-marġni tad-dumping stabbilit iżda għandu jkun inqas mill-marġni jekk dan id-dazju inqas ikun adegwat biex titneħħa l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni."

7. Fl-Artikolu 10(2), l-ewwel sentenza għandha tiġi ssotitwita b'dan li ġej:

"2. Fejn dazju provviżorju jkun ġie applikat u l-fatti kif finalment stabbiliti juru li hemm dumping u ħsara, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, irrispettivament minn jekk għandux jiġi impost dazju anti-dumping definittiv, liema proporzjon tad-dazju provviżorju għandu jiġi miġbur b'mod definittiv."

8. L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Fl-Artikolu 4, l-ewwel sentenza tat-tielet subparagrafu għandha tinbidel b'li ġej:

"Reviżjoni għal esportatur ġdid għandha tinbeda u titwettaq fuq bażi mgħaġġla wara li l-produtturi tal-Unjoni jkunu ngħataw l-opportunità li jikkummentaw."

(b) Fil-paragrafu 5, l-ewwel u t-tieni subparagrafi jinbidlu b'dan li ġej:

"Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament fejn għandhom x'jaqsmu l-proċeduri u t-twettiq tal-investigazzjonijiet, bl-esklużjoni ta' dawk li għandhom x'jaqsmu mal-limiti ta' żmien, għandhom japplikaw għal kwalunkwe reviżjoni mwettqa skont il-paragrafi 2, 3 u 4. Ir-reviżjonijiet li jitwettqu skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom jitwettqu malajr u normalment għandhom jintemmu fi żmien 12-il xahar mill-bidu tar-reviżjoni. Fi kwalunkwe każ, reviżjonijiet skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom jintemmu fi żmien 15-il xahar minn meta jinbdew. F'każijiet eċċezzjonali, wara li titqies il-kumplessità tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, sa mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni, biex dan il-limitu taż-żmien jiġi estiż, għal perjodu ta' sa mhux iktar minn 18-il xahar. Reviżjonijiet skont il-paragrafu 4 għandhom f'kull każ jintemmu fi żmien disa' xhur mid-data ta' meta jinbdew. Jekk tinbeda reviżjoni skont il-paragrafu 2 waqt li tkun għaddejja reviżjoni skont il-paragrafu 3 fl-istess proċediment, ir-reviżjoni skont il-paragrafu 3 għandha tintemm fl-istess ħin mar-reviżjoni skont il-paragrafu 2."

(c) Il-paragrafu 6 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Reviżjonijiet skont dan l-Artikolu għandhom jinbdew mill-Kummissjoni. Meta r-reviżjonijiet jitolbu dan, il-miżuri għandhom jiġu revokati jew jinżammu skont il-paragrafu 2, jew revokati, miżmuma jew emendati skont il-paragrafi 3 u 4. Meta l-miżuri jkunu revokati għal esportaturi individwali, iżda mhux għall-pajjiż kollu kemm hu, esportaturi bħal dawn għandhom jibqgħu suġġetti għall-proċediment u jistgħu, awtomatikament, jiġu investigati mill-ġdid fi kwalunkwe reviżjoni sussegwenti mwettqa għal dak il-pajjiż skont dan l-Artikolu.";

(d) Fil-paragrafu 8, l-ewwel sentenza tar-raba' subparagrafu għandu jinbidel b'li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tingħata l-applikazzjoni u sa liema punt, jew tista’ tiddeċiedi fi kwalunkwe ħin li tibda reviżjoni interim , fejn l-informazzjoni u s-sejbiet minn din ir-reviżjoni, imwettqa skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal reviżjonijiet bħal dawn, għandhom jintużaw biex jiġi stabbilit jekk tkunx iġġustifikata rifużjoni u sa liema punt."

9. L-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Meta l-industrija tal-Unjoni jew kwalunkwe parti interessata oħra tibgħat, normalment fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-miżuri, informazzjoni biżżejjed li turi li, wara l-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali u qabel jew wara l-impożizzjoni ta' miżuri, il-prezzijiet ta' esportazzjoni naqsu jew li ma kien hemm l-ebda moviment jew moviment insuffiċjenti fil-prezzijiet ta' bejgħ mill-ġdid jew prezzijiet ta' bejgħ sussegwenti tal-prodott importat fl-Unjoni, l-investigazzjoni tista' terġa' tinfetaħ biex jiġi eżaminat jekk il-miżura ħallitx effetti fuq il-prezzijiet imsemmija hawn fuq."

(b) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"3. Meta investigazzjoni mill-ġdid skont dan l-Artikolu turi li d-dumping ikun żdied, il-miżuri fis-seħħ jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2), skont is-sejbiet il-ġodda dwar il-prezzijiet ta' esportazzjoni. L-ammont ta' dazju anti-dumping impost bis-saħħa ta' dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż id-doppju tal-ammont tad-dazju impost inizjalment."

(c) Fil-paragrafu 4, l-ewwel u t-tieni subparagrafi jinbidlu b'dan li ġej:

"Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 5 u 6 għandhom japplikaw għal kull investigazzjoni mill-ġdid li titwettaq bis-saħħa ta' dan l-Artikolu, ħlief li dik l-investigazzjoni mill-ġdid titwettaq malajr u normalment tintemm fi żmien disa' xhur mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni mill-ġdid. Fi kwalunkwe każ, dawn l-investigazzjonijiet mill-ġdid għandhom fil-każijiet kollha jintemmu fi żmien sena mill-bidu tal-investigazzjoni mill-ġdid."

10. L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"L-investigazzjonijiet għandhom jinbdew skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' Stat Membru jew ta' kwalunkwe parti interessata fuq il-bażi ta' evidenza suffiċjenti rigward il-fatturi stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-bidu tal-investigazzjonijiet għandhom isiru permezz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jista' wkoll jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jagħmlu l-importazzjonijiet suġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) jew jitolbu garanziji. L-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni, li tista’ tkun megħjuna mill-awtoritajiet doganali u għandhom jintemmu fi żmien disa’ xhur. Jekk il-fatti kif finalment aċċertati jiġġustifikaw l-estensjoni tal-miżuri, dan għandu jsir mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2). L-estensjoni tibda’ sseħħ mid-data li fiha ġiet imposta r-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) jew li fiha ġew mitluba l-garanziji. Id-dispożizzjonijiet proċedurali rilevanti ta' dan ir-Regolament rigward il-bidu u t-tmexxija ta' investigazzjonijiet għandhom japplikaw skont dan l-Artikolu.";

(b) Fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Dawn l-eżenzjonijiet għandhom jingħataw b'deċiżjoni tal-Kummissjoni u għandhom jibqgħu validi għall-perjodu u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fiha."

11. L-Artikolu 14 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"4. Fl-interess tal-Unjoni, il-miżuri imposti bis-saħħa ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu sospiżi b'deċiżjoni tal-Kummissjoni għal perjodu ta' disa' xhur. Is-sospensjoni tista' tiġi estiża għal perjodu ieħor, li ma jkunx iżjed minn sena, mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-miżuri jistgħu jiġu sospiżi biss meta l-kundizzjonijiet tas-suq jkunu nbidlu temporanjament sakemm ikun probabbli li l-ħsara ma terġax issir bħala riżultat tas-sospensjoni, u sakemm l-industrija tal-Unjoni tkun ingħatat l-opportunità li tikkummenta u dawn il-kummenti jkunu ġew ikkunsidrati. Il-miżuri jistgħu, fi kwalunkwe mument, jerġgħu jiddaħħlu jekk ir-raġuni għas-sospensjoni ma tkunx għadha applikabbli."

(b) Fil-paragrafu 5, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej

"5. Il-Kummissjoni tista’ tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu sussegwentement jiġu applikati kontra dik l-importazzjoni mid-data ta’ dik ir-reġistrazzjoni."

12. L-Artikolu 15 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Anti-Dumping. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru […./2011].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu [5] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011]."

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/2011] għandu japplika flimkien mal-Artikolu [5] tiegħu.

4. B'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] meta jsir rikors għall-proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm bla riżultat meta, fiż-żmien stipulat mill-presidenza, il-presidenza tiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat kif definita fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru […./2011] titlob hekk."

13. L-Artikolu 19(5) għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew l-uffiċjali ta' kwalunkwe wieħed minn dawn, ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni li tkun waslitilhom skont dan ir-Regolament li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali mill-fornitur tagħha, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur. Skambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew ta' kwalunkwe dokumenti interni preparati mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, ma għandhomx jiġu żvelati minbarra kif speċifikament stipulat f'dan ir-Regolament."

14. L-Artikolu 20 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Żvelar finali għandu jiġi mogħti bil-miktub. Dan għandu jsir, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali, kemm jista’ jkun malajr u, normalment, mhux iktar tard minn xahar qabel il-bidu tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx fil-pożizzjoni li tiżvela xi fatti jew kunsiderazzjonijiet f'dak il-ħin, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista' jkun malajr wara. L-iżvelar ma għandu jippreġudika l-ebda deċiżjoni sussegwenti li tista’ tittieħed mill-Kummissjoni, imma meta deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatti u kunsiderazzjonijiet differenti, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista’ jkun malajr."

(b) Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Rappreżentazzjonijiet li jsiru wara li jingħata t-tagħrif finali għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk jaslu fi żmien perjodu li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f'kull każ, li għandu jkun mill-inqas 10 ijiem, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta lill-urġenza tal-kwistjoni. Jista' jiġi stabbilit perjodu iqsar kull darba li żvelar finali jkun diġà sar."

15. L-Artikolu 21 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"4. Il-partijiet li aġġixxew f'konformità mal-paragrafu 2 jistgħu jipprovdu kummenti fuq l-applikazzjoni ta' kwalunkwe dazji provviżorji. Kummenti bħal dawn għandhom jaslu fi żmien 15-il jum mill-applikazzjoni ta' miżuri bħal dawn jekk għandu jingħata kas tagħhom u dawn, jew taqsiriet xierqa tagħhom, għandhom jiġu magħmula disponibbli lill-partijiet l-oħra li għandhom ikunu intitolati li jirrispondu għal kummenti bħal dawn."

(b) Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"5. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni li tiġi ppreżentata kif suppost u kemm din tkun rappreżentattiva, u r-riżultati ta' din l-analiżi, flimkien ma’ opinjoni fuq il-merti tagħha, għandhom jintbagħtu lill-Kumitat."

(c) Fil-paragrafu 6, it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli sakemm ikun possibbli u bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti meħuda mill-Kummissjoni."

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT BAĠITARJU ESKLUSSIVAMENT RISTRETT GĦAN-NAĦA TAD-DĦUL

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri.

2. LINJI TAL-BAĠIT:

Mhux applikabbli.

3. IMPATT FINANZJARJU

( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju.

4. MIŻURI KONTRA L-FRODI

Mhux applikabbli.[pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] COM(2010) 83 finali tad-9.3.2010, 2010/0051 (COD).

[2] Ara l-Artikolu 10 tal-proposta tal-Kummissjoni.

[3] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[4] Ara l-aħħar paragrafu tal-Memorandum ta' Spjegazzjoni.

[5] In-numerazzjoni tu din il-proposta tirreferi għar-Regolament kif jinsab fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament tas-16 ta' Diċembru 2010.

[6] ĠU L 192, 26.8.1971, p. 14.

[7] ĠU L 300, 31.12.1972, p. 284.

[8] ĠU L 301, 31.12.1972, p. 162.

[9] ĠU L 171, 27.6.1973, p. 103.

[10] ĠU L 349, 31.12.1994, p. 71.

[11] ĠU L 309, 29.11.1996, p. 1.

[12] ĠU L 304, 21.11.2001, p. 1.

[13] ĠU L 25, 29.01.2002, p. 16.

[14] ĠU L 65, 8.3.2003, p. 1.

[15] ĠU L 300, 31.10.2006, p. 1.

[16] ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

[17] ĠU L 20, 24.1.2008, p. 1.

[18] ĠU L 43, 19.2.2008, p. 1.

[19] ĠU L 169, 30.6.2008, p. 1.

[20] ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.

[21] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1.

[22] ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

[23] ĠU L 185, 17.7.2009, p. 1.

[24] ĠU L 291, 7.11.2009, p. 1.

[25] ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1.

[26] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

[27] Paragrafi 50-51, Kawża C-257/01 Il-Kummissjoni kontra l-Kunsill [ECR] 2005 p. I-00345. Ara wkoll il-Kawża C-133/06 Il-Parlament Ewropew kontra l-Kunsill [ECR] 2008 p. I-03189.

[28] Ara l-paragrafu 11 tal-Memorandum ta' Spjegazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (COM (2010) 54 2010/36/COD) u l-paragrafu 6 tal-Memorandum ta' Spjegazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 (COM (2010) 142 2010/0140/COD).

[29] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[30] ĠU L …

[31] ĠU L 300, 31.12.1972, p. 284.

[32] ĠU L 301, 31.12.1972, p. 162.

[33] ĠU L 171, 27.6.1973, p. 103.

[34] ĠU L 349, 31.12.1994, p. 71.

[35] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 21.

[36] ĠU L 309, 29.11.1996, p. 1.

[37] ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10.

[38] ĠU L 304, 21.11.2001, p. 1.

[39] ĠU L 25, 29.01.2002 p. 16.

[40] ĠU L 65, 8.3.2003, p. 1.

[41] ĠU L 69, 13.3.2003, p. 8.

[42] ĠU L 110, 30.4.2005, p. 1.

[43] ĠU L 300, 31.10.2006, p. 1.

[44] ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

[45] ĠU L 20, 24.1.2008, p. 1.

[46] ĠU L 43, 19.2.2008, p. 1.

[47] ĠU L 169, 30.6.2008, p. 1.

[48] ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.

[49] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1.

[50] ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

[51] ĠU L 185, 17.7.2009, p. 1.

[52] ĠU L 291, 7.11.2009, p. 1.

[53] ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1.

[54] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

[55] ĠU L …

[56] ĠU L 300, 31.12.1972, p. 284.

[57] ĠU L …

[58] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1.

[59] ĠU L 301, 31.12.1972, p. 162.

[60] ĠU L …

[61] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1.

[62] ĠU L 171, 26.6.1973, p. 103.

[63] ĠU L …

[64] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1.

[65] ĠU L 349, 31.12.1994, p. 71.

[66] ĠU L …

[67] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 21.

[68] ĠU L …

[69] ĠU L 309, 29.11.1996, p. 1.

[70] ĠU L …

[71] ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10.

[72] ĠU L …

[73] ĠU L 304, 21.11.2001, p. 1.

[74] ĠU L …

[75] ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

[76] ĠU L 25, 29.01.2002 p. 16.

[77] ĠU L …

[78] ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

[79] ĠU L 65, 8.3.2003, p. 1.

[80] ĠU L …

[81] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1.

[82] ĠU L 69, 13.3.2003, p. 8.

[83] ĠU L …

[84] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

[85] ĠU L 110, 30.4.2005, p. 1.

[86] ĠU L 300, 31.10.2006, p. 1.

[87] ĠU L …

[88] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1.

[89] ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

[90] ĠU L …

[91] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1.

[92] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

[93] ĠU L 43, 19.2.2008, p. 1.

[94] ĠU L …

[95] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1.

[96] ĠU L 20, 24.1.2008, p. 1.

[97] ĠU L …

[98] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1.

[99] ĠU L 169, 30.6.2008, p. 1.

[100] ĠU L …

[101] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1.

[102] ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.

[103] ĠU L …

[104] ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

[105] ĠU L …

[106] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1.

[107] ĠU L …

[108] ĠU L 185, 17.7.2009, p. 1.

[109] ĠU L …

[110] ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1.

[111] ĠU L 291, 7.11.2009, p. 1.

[112] ĠU L …

[113] ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1.

[114] ĠU L …

[115] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

[116] ĠU L …