52011PC0059

/* COM/2011/0059 finali - NLE 2011/0030 */ Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Speċjali tal-UE-Ċilì dwar Kooperazzjoni Doganali u Regoli tal-Oriġini relatati mal-Anness III tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ- Ċilì, fuq in-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 14.2.2011

KUMM(2011) 59 finali

2011/0030 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Speċjali tal-UE-Ċilì dwar Kooperazzjoni Doganali u Regoli tal-Oriġini relatati mal-Anness III tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ- Ċilì, fuq in-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

- Raġunijiet għall-proposta u għanijiet tagħha

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, kien iffirmat fit-18 ta' Novembru 2002.

L-Anness III tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċilì dwar it-tifsira tal-kunċett tal-'prodotti ta' oriġini' u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini għall-prodotti li joriġinaw mit-territorju tal-Partijiet f'dan il-Ftehim.

Iċ-Ċilì u l-Unjoni Ewropea ftehmu li jintroduċu kjarifikazzjoni tar-regoli ta' oriġini li jinsabu fl-Anness III. Dan se jsir permezz ta' nota ta' spjegazzjoni mal-Anness III.

- Kuntest ġenerali

L-Anness III daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2003. Noti ta' Spjegazzjoni mal-Anness III – li d-dispożizzjonijiet tiegħu jservu l-għan li jipprovdu lill-awtoritajiet doganali b'linji gwida ċari dwar l-applikazzjoni fil-prattika tal-Anness III ta' mal-Ftehim – ilhom fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2004.

- Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Ma hemm l-ebda dispożizzjoni eżistenti fil-qasam tal-proposta.

- Konsistenza mal-bqija tal-politiki u l-għanijiet tal-Unjoni

Mhux applikabbli.

2. RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Mhux rilevanti.

Din il-proposta tintroduċi kjarifikazzjonijiet għal test preċedenti.

- Il-ġbir u l-użu tal-kompetenza

Ma kien hemm l-ebda bżonn ta’ għarfien espert estern.

- Valutazzjoni tal-impatt

Mhux rilevanti. Din il-proposta ddaħħal kjarifikazzjonijiet għal ftehim ta' kummerċ bilaterali eżistenti. Ma hemm l-ebda għażla oħra biex tiġi kkunsidrata.

3. ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

- Sommarju tal-azzjoni proposta

Il-Kunsill qed ikun mitlub biex jadotta pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fuq abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Speċjali ta' bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċilì dwar Kooperazzjoni Doganali u Regoli tal-Oriġini li jintroduċu kjarifikazzjonijiet fir-regoli ta' oriġini li jinsabu fl-Anness III ta' mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' 'prodotti ta' oriġini' u l-metodi tal-kooperazzjoni amministrattiva.

- Bażi legali

L-Artikolu 39 tal-Anness III ta' mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jagħti l-poter lill-Partijiet sabiex jiftehmu fuq in-Noti ta' Spjegazzjoni dwar l-interpretazzjoni, l-applikazzjoni u l-amministrazzjoni ta' dan l-Anness fi ħdan il-Kumitat Speċjali dwar il-Kooperazzjoni Doganali u r-Regoli tal-Oriġini. .

- Il-prinċipju tas-sussidjarità

Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

- Prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejjin:

Mhux rilevanti.

- L-għażla tal-istrumenti

L-istrumenti proposti: oħrajn.

Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġuni(jiet) li ġejjin:

Deċiżjoni tal-Kumitat Speċjali tal-UE-Ċilì dwar Kooperazzjoni Doganali u Regoli tal-Oriġini.

4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Din il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea.

2011/0030 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Speċjali tal-UE-Ċilì dwar Kooperazzjoni Doganali u Regoli tal-Oriġini relatati mal-Anness III tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda u r-Repubblika taċ-Ċilì, fuq in-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(3) u (4) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

1. Ir-regoli tal-oriġini preferenzjali huma essenzjali għall-funzjonament korrett tal-ftehim dwar kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-isħab fil-kummerċ tagħha, inkluż iċ-Ċilì. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda, u ċ- Ċilì, fuq in-naħa l-oħra, iffirmaw Ftehim tal-Assoċjazzjoni fit-18 ta' Novembru 2002[1].

2. L-Anness III ta' mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jagħti tifsira lill-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini" u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva. Dan l-Anness daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2003.

3. Noti ta' Spjegazzjoni mal-Anness III – li d-dispożizzjonijiet tiegħu jservu l-għan li jipprovdu lill-awtoritajiet doganali b'linji gwida ċari dwar l-applikazzjoni fil-prattika tal-Anness III ta' mal-Ftehim – ilhom fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2004.

4. Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni għandu l-għan fl-Artikolu 58 li jelimina t-taxxi doganali fuq oġġetti li joriġinaw f'Parti waħda u li jiġu esportati lill-Parti oħra billi jirreferi għar-regoli tal-oriġini msemmija fl-Anness III tal-Ftehim. L-Anness, fl-Artikolu 36(2), jirreferi għat-"territorju doganali tal-Komunità",

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-iskop tal- Anness III tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati l-Membri tagħha u r-Repubblika taċ-Ċilì , it-termini "territorju doganali tal-Komunità" jkopri t-territorju doganali tal-Komunità Ewropea (issa magħrufa bħala l-Unjoni Ewropea) kif definit mill-Artikolu 3.1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe emenda futura jew tħassir ta' leġiżlazzjoni eżistenti.

Din in-Nota ta' Spjegazzjoni hi mingħajr preġudizzju għat-Titolu VII dwar Ceuta u Melilla ta' dak l-Anness III.

Artikolu 2

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ b'effett immedjat.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT SPEĊJALI UE-ĊILI DWAR KOOPERAZZJONI DOGANALI U REGOLI TAL-ORIĠINI

Nru…/2010

relatata mal-Anness III tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, fuq in-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

IL-KUMITAT SPEĊJALI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim tal-Assoċjazzjoni tat-18 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, fuq in-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tal-Anness III dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti ta' oriġini u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva,

Billi:

5. L-Anness III tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini għall-prodotti li joriġinaw fit-territorju tal-Partijiet f'dan il-Ftehim.

6. L-Artikolu 36(2) tal-Anness jirreferi għat-"territorju doganali tal-Komunità".

7. Hu kkunsidrat xieraq li wieħed jiddefinixxi t-termini "territorju doganali tal-Komunità" sabiex wieħed jiżgura l-applikazzjoni territorjali korretta tal-Anness fil-forma ta' Nota ta' Spjegazzjoni mal-Anness.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-iskop tal-Anness III tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati l-Membri tagħha u r-Repubblika taċ-Ċilì , it-termini "territorju doganali tal-Komunità" jkopri t-territorju doganali tal-Komunità Ewropea (issa magħrufa bħala l-Unjoni Ewropea) kif definit mill-Artikolu 3.1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe emenda futura jew tħassir ta' leġiżlazzjoni eżistenti.

Din in-Nota ta' Spjegazzjoni hi mingħajr preġudizzju għat-Titlu VII dwar Ceuta u Melilla ta' dak l-Anness III.

Artikolu 2

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ b'effett immedjat.

Magħmula fi xxx,

F'isem il-Kumitat Speċjali

Il-President

[1] Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2002. ĠU L 352, p.1