52011PC0008




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 19.1.2011

KUMM(2011) 8 finali

2011/0006 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

MEMORANDUM SPJEGATTIV

1. Kuntest tal-proposta

L-esperjenza tal-kriżi finanzjarja esponiet nuqqasijiet rilevanti fis-superviżjoni finanzjarja. Għalhekk il-President Barroso talab lil grupp ta’ esperti ta’ livell għoli, ippresedut mis-Sinjur Jacques de Larosière, sabiex jagħmel proposti ħalli jsaħħaħ l-arranġamenti tas-superviżjoni Ewropea. Il-Grupp ippreżenta r-rapport tiegħu fil-25 ta’ Frar 2009. Bl-użu tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport bħala bażi, il-Kummissjoni stabilixxiet proposti għal arkitettura Ewropea ġdida ta' superviżjoni finanzjarja fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa ta' Marzu 2009. Il-Kummissjoni ppreżentat l-ideat tagħha f’iżjed dettall fil-Komunikazzjoni tagħha ta’ Mejju 2009 li pproponiet:

- Li tistabilixxi Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF), li tikkonsisti f’netwerk ta’ superviżuri finanzjarji nazzjonali li jaħdmu id f’id mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE), li nħalqet permezz tat-trasformazzjoni tal-kumitati superviżorji Ewropej eżistenti[1] f’Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX), u Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS), u permezz ta’ dan tgħaqqad il-vantaġġi ta’ qafas Ewropew kumplessiv għas-superviżjoni finanzjarja mal-kompetenza ta’ korpi superviżorji lokali mikroprudenzjali li jkunu l-eqreb mal-istituzzjonijiet li joperaw fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom; u

- L-istabbiliment ta’ Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), li għandu jimmonitorja u jivvaluta t-theddidiet potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja li jistgħu jirriżultaw minn żviluppi makroekonomiċi u minn żviluppi fis-sistema finanzjarja b’mod ġenerali. Għal dan il-fini, l-BERS għandha tipprovdi twissija bikrija ta’ riskji mas-sistema kollha li jkunu jistgħu qegħdin jikbru u, fejn ikun meħtieġ, toħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni sabiex dawn ir-riskji jiġu kkonfrontati.

Il-Komunikazzjoni kkonkludiet ukoll li sabiex s-SESF taħdem b’mod effiċjenti, ikun meħtieġ bdil fil-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji, b’mod partikolari sabiex jiġi pprovdut ambitu xieraq lis-setgħat iżjed ġenerali mniżżla fir-regolamenti individwali li jistabilixxu l-awtoritajiet, ħalli jiġi żgurat sett iżjed armonizzat ta’ regoli finanzjarji permezz tal-possibilità tal-iżvilupp ta’ abbozz ta’ standards tekniċi u jiġi faċilitat it-tqassim, fejn ikun meħtieġ, tal-informazzjoni mikroprudenzjali.

2. Konsultazzjoni tal-partijiet interessati

Saru żewġ konsultazzjonijiet miftuħa fl-iżvilupp ta’ dawn il-proposti. L-ewwel nett, wara r-rapport tal-grupp ta’ livell għoli ppresedut minn Jacques de Larosière u l-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2009, il-Kummissjoni organizzat l-ewwel konsultazzjoni mill-10 ta’ Marzu sal-10 t’April 2009 bħala input tal-Komunikazzjoni tagħha dwar is-Superviżjoni Finanzjarja fl-Ewropa ppubblikata fis-27 ta’ Mejju 2009. Sommarju tas-sottomissjonijiet irċevuti jista’ jinsab fuq:

http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/docs/2009/fin_supervision/summary_en.pdf

It-tieni, mis-27 ta’ Mejju sal-15 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni oħra, sabiex tistieden il-partijiet interessati kollha ħalli jikkummentaw dwar ir-riformi iżjed dettaljati ppreżentati fil-Komunikazzjoni dwar is-Superviżjoni Finanzjarja fl-Ewropa tas-27 ta' Mejju 2009. Il-parti l-kbira tar-risposti rċevuti urew appoġġ lejn ir-riformi suġġeriti, b'kummenti dwar aspetti dettaljati tal-BERS u s-SESF proposti. Sommarju tas-sottomissjonijiet irċevuti jista’ jinsab fuq:

http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/docs/2009/fin_supervision_may/replies_summary_en.pdf

Barra dan, ġie ppubblikat Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tas-Servizzi tal-Kummissjoni fit-23 ta’ Settembru 2009 sabiex jiġu previsti l-oqsma possibbli fejn jistgħu jkunu meħtieġa emendi tal-leġiżlazzjoni settorjali. Id-dokument ta’ ħidma jista’ jinsab fi:

http://ec.europa.eu/internal_market/finances/docs/committees/supervision/20090923/sec2009_1233_en.pdf

3. VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Mejju dwar is-Superviżjoni Finanzjarja fl-Ewropa ġiet akkumpanjata b’valutazzjoni tal-impatt li tanalizza l-alternattivi ta’ politika ewlenin ħalli jiġu stabiliti s-SESF u l-BERS. Mal-proposti leġiżlattivi kien hemm it-tieni valutazzjoni tal-impatt, li teżamina l-alternattivi f'iżjed dettall. It-tieni valutazzjoni tal-impatt analizzat l-alternattivi għas-setgħat xierqa sabiex l-awtorità tkun tista’ taħdem sabiex tilħaq ġabra unika ta’ regoli armonizzati u l-konklużjoni kienet li huwa tajjeb li din il-kapaċità tiġi limitata għal dawk l-oqsma li għandhom jiġu ddefiniti fil-leġiżlazzjoni settorjali li jmiss, u identifikat oqsma potenzjali bħal dawn. Barra dan, fl-iżvilupp tal-abbozz tal-standards tekniċi nnifishom, l-awtoritajiet għandhom jagħmlu analiżi adegwata tal-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u jikkonsultaw il-partijiet interessati qabel ma jissotomettu dan l-abbozz lill-Kummissjoni.

It-tieni rapport tal-valutazzjoni tal-impatt huwa disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/internal_market/finances/committees/index_en.htm#package

4. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Billi jeħtieġ li jiġu introdotti bidliet fid-Direttivi eżistenti sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp ta’ ġabra unika tar-regoli, l-iżjed strument adegwat huwa Direttiva emendatorja. Din id-Direttiva emendatorja għandu jkollha l-istess bażi legali tad-Direttivi li temenda.

5. Implikazzjonijiet għall-baġit

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-UE.

6. Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

Fit-23 ta' Settembru 2009, il-Kummissjoni adottat proposti għal Regolamenti li jistabbilixxu l-EBA, l-EIOPA u l-ESMA[2]. "F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tixtieq tfakkar fid-Dikjarazzjonijiet li għamlet b'relazzjoni għall-Artikoli 290 u 291 TFUE waqt l-adozzjoni tar-Regolamenti li jistabbilixxu l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej skont liema: "fir-rigward tal-proċess għall-adozzjoni ta' standards regolatorji, il-Kummissjoni tenfasizza n-natura unika tas-settur tas-servizzi finanzjarji, li jkompli mal-istruttura Lamfalussy u li kien speċifikament rikonoxxut fid-Dikjarazzjoni 39 għat-TFUE. Madankollu, il-Kummissjoni għandha dubji serji jekk ir-restrizzjonijiet fuq ir-rwol tagħha meta tadotta atti delegati u miżuri ta' implimentazzjoni humiex skont l-Artikoli 290 u 291 TFUE."

Flimkien ma' dawk ir-Regolamenti, u sabiex l-ESFS taħdem b'mod effikaċi, huma meħtieġa tibdiliet għal-leġiżlazzjoni settorjali. L-oqsma li fihom ġew proposti emendi jaqgħu b’mod ġenerali fil-kategoriji li ġejjin.

- Definizzjoni tal-ambitu xieraq tal- istandards tekniċi bħala għodda oħra għall-konverġenza tas-superviżjoni u b’għan li tiġi żviluppata ġabra unika tar-regoli.

- L-integrazzjoni xierqa tal-possibblità għall-awtoritajiet isolvu nuqqas ta ’ qbil b’mod bilanċjat f’dawk l-oqsma fejn diġà jeżistu proċessi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet komuni fil-leġiżlazzjoni settorjali;

- Emendi ġenerali li jkunu komuni għall-parti l-kbira tal-leġiżlazzjoni settorjali u meħtieġa sabiex id-direttivi joperaw fil-kuntest ta’ awtoritajiet ġodda pereżempju, t-tibdil tal-isem tal-kumitati tal-livell 3 għall-awtoritajiet ġodda u jiġi żgurat li l-aċċessi xierqa għall-iskambju tal-informazzjoni jkunu preżenti; u

- Emendi addizzjonali tad-Direttiva Solvenza II

Id-direttiva emendatorja hija proposta sabiex temenda l-leġiżlazzjoni li ġejja:

- id-Direttiva 2003/71/KE: Direttiva dwar il-Prospett

- id-Direttiva 2009/138/KE: Direttiva dwar is-Solvenza II

Għal spjegazzjonijiet dettaljati tal-kategoriji ta’ emendi ara l-Memorandum Spjegattiv għall-proposta tal-Kummissjoni COM(2009) 576 finali tas-26 ta’ Settembru 2009.

6.1 Iżjed emendi tad-Direttiva dwar is-Solvenza II

Sabiex jiġi aġġustat l-għoti tas-setgħat tal-livell 2 eżistenti mat-Trattat ta’ Lisbona

Peress li t-Trattat ta’ Lisbona daħal fis-seħħ reċentement, id-Direttiva dwar is-Solvenza II teħtieġ li tiġi aġġustata sabiex jitqies it-Trattat il-ġdid. L-għoti tas-setgħat tal-livell 2 li jikkwalifikaw bħala atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE għandu għalhekk jiġi trasformat fl-għoti tas-setgħat għal atti delegati. Il-proċeduri ta’ kontroll xierqa għandhom jiġu previsti.

Rekwiżiti tranżizzjonali

Jeħtieġ li jkun tkun disposta l-ispeċifikazzjoni ta' rekwiżiti tranżizzjonali għal għadd ta' raġunijiet. Għandu jkun hemm tranżizzjoni mingħajr intoppi għall-iskema l-ġdida, għandu jkun evitat it-tfixkil tas-suq u l-impatti fuq is-sensiela ta' prodotti importanti tal-assigurazzjoni għandhom ikunu jistgħu jkunu kkunsidrati. Għandu jkun ukoll possibbli li tingħata kunsiderazzjoni xierqa għal informazzjoni sinifikanti u ta' valur għall-industrija kollha li għandha tinkiseb mill-istudju kwantitattiv dwar l-impatt (QIS5). Ir-rekwiżiti tranżizzjonali għalhekk għandhom ikunu possibbli b'relazzjoni mal-valutazzjoni, il-governanza, ir-rappurtar superviżorju u d-divulgazzjoni pubblika, id-determinazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-fondi proprji, il-formula standard għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u l-għażla ta' metodi u suppożizzjonijiet għall-kalkolu ta' provvedimenti tekniċi, inkluża d-determinazzjoni tal-istruttura tat-terminu rilevanti tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju. Huwa neċessarju wkoll li l-miżuri tal-livell 2 jkunu jistgħu jispeċifikaw arranġamenti tranżizzjonali relatati mat-trattament tar-reġimi tal-pajjiżi terzi sabiex jirrikonoxxu li ċertu pajjiżi terzi jista’ jkollhom bżonn żmien biex jaddattaw u jimplimentaw ir-reġim ta' solvenza li jissodisfa bi sħiħ il-kriterji għar-rikonoxximent tiegħu bħala ekwivalenti. Għandu jkun possibbli għar-rekwiżiti tranżizzjonali stipulati fid-Direttiva 2009/138/KE, kif emendata b'din id-Direttiva, li jkollhom l-elementi mhux essenzjali tagħhom speċifikati iktar f'atti delegati. Filwaqt li l-perjodi massimi għar-rekwiżiti tranżizzjonali għandhom ikunu stipulati bid-Direttiva 2009/138/KE, il-perjodu ta' żmien reali fi kwalunkwe att delegat jista' jkun għal perjodu iqsar u għandu jkun proporzjonali għall-bażi partikolari li fuqu r-rekwiżiti tranżizzjonali jintwerew li huma neċessarji sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-iskema l-ġdida. Ir-rekwiżiti tranżizzjonali għandhom għall-inqas ikunu ekwivalenti, fil-fatt, għall-qafas eżistenti dwar id-direttivi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u ma għandhomx jirriżultaw fi trattament iktar favorevoli għall-impriżi tal-assiġurazzjoni u r-riassigurazzjoni, jew għal inqas protezzjoni għad-detenturi tal-polza, li teżisti bħalissa. Ir-rekwiżiti tranżizzjonali għandhom jinkoraġġixxu impriżi biex jimxu lejn konformità mar-rekwiżiti partikolari tal-iskema l-ġdida malajr kemm jista' jkun.

Emendar tal-għoti tas-setgħat fil-livell 2

Sabiex tiġi permessa iżjed konverġenza dwar il-proċeduri għall-approvazzjonijiet superviżorji kif dispost fis-Solvenza II għat-twettiq ta’ parametri speċifiċi, politika mudell ta’ tibdil, strumenti bi skopijiet speċjali u d-determinazzjoni u t-tneħħija ta’ supplimentazzjonijiet kapitali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri permezz ta’ atti delegati li jispeċifikaw proċedura f’dawn l-oqsma.

Huwa wkoll meħtieġ li tiġi żgurata konsistenza transsettorjali sabiex tippermetti li miżuri tal-livell 2 fil-kuntest ta’ investimenti f'selfiet ripakkjati mhux biss jispeċifikaw ir-rekwiżiti iżda wkoll jispeċifikaw il-konsegwenzi tal-ksur ta’ dawk ir-rekwiżiti.

Sabiex is-Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) tiġi nkluża fil-lista ta’ forom possibbli ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni.

Sabiex il-kooperattivi Ewropej ikunu jistgħu jipprovdu servizzi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni, huwa meħtieġ li l-lista ta’ forom permissibbli ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tinkludi s-Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1435/2003[3].

Ammont f'euro tal-limitu assolut tar-RKM

Hija meħtieġa emenda li tirrifletti l-addattament għall-ammont f'euro tal-limitu tar-RKM għall-impriżi tar-riassigurazzjoni captive. Dan huwa r-riżultat tal-aġġustament perjodiku tal-limiti eżistenti tar-rekwiżit tal-kapital sabiex impriżi bħal dawn jikkunsidraw l-inflazzjoni[4].

Estensjoni ta’ xahrejn għad-data tal-implimentazzjoni

Sabiex ikun hemm allinjament aħjar tal-bidu tar-rappurtar, il-kalkolu u l-obbligi ġodda l-oħra differenti tar-reġim tas-Solvenza II mad-data (31 ta’ Diċembru) li timmarka t-tmiem tas-sena finanzjarja tal-parti l-kbira tal-impriżi tal-assigurazzjoni, huma meħtieġa emendi li jestendu d-dati tat-traspożizzjoni, ir-revoka u l-applikazzjoni b’xahrejn (2).

Proposta għal

2011/0006 (COD)

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 53, 62, u 114 ta’ dan,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[5],

Wara li bgħatet l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew[6],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[7],

Taġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Fit-23 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni adottat proposti għal tliet Regolamenti li jistabilixxu s-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji inkluż il-ħolqien tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE).

(2) Sabiex is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF) taħdem effikaċement, jeħtieġ isiru bidliet fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-operat tat-tliet Awtoritajiet. Dawn il-bidliet jikkonċernaw id-definizzjoni tal-ambitu ta’ ċertu setgħat tal-ASE, l-integrazzjoni ta’ ċertu setgħat fi proċessi eżistenti stabiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u emendi sabiex jiġi żgurat funzjonament mingħajr intoppi u effikaċi fil-kuntest tas-SESF.

(3) It-twaqqif ta’ tliet ASE għandu jiġi akkumpanjat bl-iżvilupp ta’ ġabra unika tar-regoli armonizzati sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi u għalhekk jingħata kontribut għal funzjonament iżjed effikaċi tas-suq intern. Ir-regolamenti li jistabilixxu s-SESF jipprovdu li l-ASE jistgħu jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi fl-oqsma stabiliti b’mod speċifiku fil-leġiżlazzjoni rilevanti, li għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni sabiex jiġu adottati skont l-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) permezz ta’ atti delegati jew ta’ implimentazzjoni. Filwaqt li d-Direttiva .../.... [Omnibus I] identifikat l-ewwel set ta’ tali oqsma, din id-Direttiva għandha tidentifika set ieħor ta’ oqsma, partikolarment għad-Direttiva 2003/71/KE u d-Direttiva 2009/138/KE, mingħajr ħsara għall-possibilità li jiżdiedu aktar oqsma fil-futur.

(4) Il-leġiżlazzjoni rilevanti għandha tiddefinixxi dawk l-oqsma fejn l-ASE jingħataw is-setgħat li jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi u kif tali standards għandhom jiġu adottati. Il-leġiżlazzjoni rilevanti għandha tistabilixxi l-elementi, il-kundizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet kif speċifikati fl-Artikolu 290 tat-TFUE fil-każ tal-atti delegati.

(5) L-identifikazzjoni ta’ oqsma għal standards tekniċi għanda tilħaq bilanċ xieraq bejn il-ħolqien ta’ ġabra unika ta’ regoli armonizzati u l-evitar ta’ regolazzjoni u infurzar ikkumplikati bla bżonn. L-oqsma li jintagħżlu għandhom ikunu biss dawk fejn regoli tekniċi konsistenti jikkontribwixxu b’mod sinifikanti u effikaċi għall-ilħuq tal-miri tal-leġiżlazzjoni rilevanti, filwaqt li jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet ta’ politika jittieħdu mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni skont il-proċeduri normali tagħhom.

(6) Il-kwistjonijiet soġġetti għall-istandards tekniċi għandhom ikunu ġenwinament tekniċi, fejn l-iżvilupp tagħhom jirrikjedi l-kompetenza tal-esperti tas-superviżjoni. L-istandards tekniċi adottati bħala atti delegati għandhom jiżviluppaw, jispeċifikaw u jiddeterminaw aktar il-kundizzjonijiet għall-armonizzazzjoni konsistenti tar-regoli inklużi fl-istrumenti bażiċi adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jissuplimentaw jew jemendaw ċerti elementi nonessenzjali fl-atti leġiżlattivi. Mill-banda l-oħra, l-istandards tekniċi adottati bħala atti ta’ implimentazzjoni għandhom jistipulaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni uniformi tal-atti vinkolanti tal-Unjoni. L-istandards tekniċi ma għandhomx jinvolvu għażliet ta’ politika.

(7) Fil-każ ta’ standards tekniċi regolatorji jkun xieraq li tiġi introdotta l-proċedura prevista fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru .../2010 [ABE], ir-Regolament (UE) Nru .../2010 [AETS], u r-Regolament (UE) Nru .../2010 [AEAPX]. L-istandards tekniċi implimentatorji għandhom jiġu adottati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru .../2010 [ABE], ir-Regolament (UE) Nru .../2010 [AETS], u r-Regolament (UE) Nru .../2010 [AEAPX]. Il-Kunsill Ewropew endorsja l-approċċ ta’ erba’ livelli tal-Lamfalussy biex il-proċess regolatorji tal-leġiżlazzjoni finanzjarja tal-Unjoni jsir aktar effiċjenti u trasparenti. Il-Kummissjoni ingħatat is-setgħa tadotta miżuri tal-livell 2 f’bosta oqsma, u hemm fis-seħħ għadd kbir ta' regolamenti u direttivi tal-Kummissjoni fil-livell 2. Fil-każ fejn jitfasslu biex jiżviluppaw, jispeċifikaw jew jiddeterminaw aktar il-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ tali miżuri tal-livell 2, dawn l-istandards tekniċi għandhom jiġu adottati biss ladarba il-miżuri rilevanti tal-lviell 2 ikunu adottati u għandhom jirrispettaw il-kontenut tal-miżuri tal-livell 2.

(8) Standards tekniċi vinkolanti jikkontribwixxu għal ġabra unika ta’ regoli għal-leġiżlazzjoni tas-servizzi finanzjarji kif endorsjat mill-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Ġunju 2009. Sakemm ċerti rekwiżiti fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni ma jkunux totalment armonizzati, u skont il-prinċipju prekawzjonarju dwar is-superviżjoni, standards tekniċi vinkolanti li jiżviluppaw, jispeċifikaw jew jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni għal dawk ir-rekwiżiti ma għandhom jipprevjenu l-Istati Membri milli jirrikjedu informazzjoni addizzjonali jew jimponu rekwiżiti aktar strinġenti. L-istandards tekniċi għandhom għalhekk jippermettu l-Istati Membri li jagħmlu dan f’oqsma speċifiċi, fejn dawk l-atti leġiżlattivi jipprovdu tali diskrezzjoni.

(9) Kif stipulat fir-regolamenti li jistabilixxu s-SESF, qabel jitressqu l-istandards tekniċi lill-Kummissjoni, l-ASE għandha, fejn xieraq, twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwarhom u tanalizza l-potenzjal tal-kostijiet u l-benefiċċji relatati.

(10) Għandu jkun possibbli li l-istandards tekniċi jipprovdu miżuri tranżizzjonali suġġetti għal skadenzi adegwati jekk il-kostijiet ta' implimentazzjoni immedjata jkunu eċċessivi meta mqabbla mal-benefiċċji involuti.

(11) Ir-Regolamenti li jistabilixxu s-SESF jipprovdu mekkaniżmu sabiex tinsab soluzzjoni għal nuqqas ta’ ftehim bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Fejn awtorità kompetenti ma taqbilx mal-proċeduri jew il-kontenut ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità kompetenti oħra f’oqsma speċifikati f'atti legali tal-Unjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru .../ 2010 [ABE], ir-Regolament (UE) Nru .../ 2010 [AETS] u r-Regoalment (UE) Nru .../ 2010 [AEAPX], fejn il-leġiżlazzjoni rilevanti tirrikjedi kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt ta' deċiżjoni min-naħa ta' awtoritajiet nazzjonali kompetenti minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-ASE, fuq talba minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti konċernati, jistgħu jassistu lill-awtoritajiet fl-ilħuq ta’ ftehim fil-limitu ta’ żmien stabilit mill-ASE fejn jiġu kkunsidrati kwalunkwe limiti ta' żmien rilevanti fil-leġiżlazzjoni rilevanti, u l-urġenza u l-kumplessità tan-nuqqas ta' ftehim. Fil-każ li dan in-nuqqas ta' ftehim jippersisti, l-ASE għandhom ikunu jistgħu jaqtgħu l-kwistjoni huma.

(12) Ir-regolamenti li jistabilixxu l-ASE jirrikjedu li l-każijiet fejn jistgħu jkunu applikati l-mekkaniżmi għar-rimedju ta' nuqqas ta' ftehim bejn l-awtoritjiet nazzjonali kompetenti, għandhom ikunu speċifikati fil-leġiżlazzjoni settorjali. Din id-Direttiva għandha tidentifika l-ewwel sett ta' każijiet bħal dawn u għandha tkun mingħajr ħsara għaż-żieda ta' każijiet ulterjuri fil-futur. Din id-Direttiva ma għandhiex ixxekkel lill-ASE milli tieħu azzjoni f'konformità ma' setgħat oħra jew milli jwettqu kompiti speċifikati fir-regolamenti ta' twaqqif tagħhom, inkluża medjazzjoni nonvinkolanti u kontribut għall-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti legali tal-Unjoni. Barra minn hekk, f’dawk l-oqsma fejn xi forma ta’ medjazzjoni nonvinkolanti hija diġà stabilita fl-att legali rilevanti, jew fejn ikun hemm limiti ta’ żmien għat-teħid konġunt ta’ deċiżjonijiet min-naħa ta’ awtorità nazzjonali kompetenti waħda jew iżjed, ikun hemm bżonn ta’ emendi sabiex jiġi żgurat li jkun hemm ċarezza u l-inqas tfixkil possibbli fil-proċess għall-ilħuq ta' deċiżjoni konġunta, iżda wkoll li fejn ikun meħtieġ, l-ASE jkunu kapaċi li jsibu soluzzjoni għal nuqqas ta’ ftehim. Il-proċedura vinkolanti għar-rimedju ta' nuqqas ta' ftehim hija maħsuba biex issolvi sitwazzjonijiet, li ma jkunux jistgħu jsolvuhom bejniethom is-superviżuri kompetenti, dwar kwistjonijiet proċedurali jew sostantivi relatati mal-konformità mal-atti legali tal-Unjoni.

(13) Din id-Direttiva għalhekk għandha tidentifika sitwazzjonijiet meta kwistjoni proċedurali jew sostantiva dwar il-konformità mad-dritt tal-Unjoni tista' teħtieġ li tkun solvuta u s-superviżuri ma jkunux jistgħu jsolvu l-kwistjoni huma stess. F'sitwazzjoni bħal din, wieħed mis-superviżuri involuti għandu jkun jista' jqajjem il-kwistjoni mal-ASE kompetenti. Dik l-ASE għandha tieħu azzjoni skont il-proċedura stabilita fir-regolament tat-twaqqif tagħha u f'din id-Direttiva. Għandha tkun tista' tirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti konċernati jieħdu azzjoni speċifika jew li ma jieħdux azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni u li tiżgura konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b'effetti vinkolanti fuq l-awtoritajiet kompetenti konċernati. F'każijiet fejn l-att legali rilevanti tal-Unjoni jikkonferixxi diskrezzjoni fuq l-Istati Membri, id-deċiżjonijiet meħuda mill-ASE ma għandhomx jissostitwixxu l-eżerċitar tad-diskrezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

(14) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II)[8] tipprevedi deċiżjonijiet konġunti għal dak li għandu x’jaqsam mal-approvazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-użu ta’ mudell intern fil-livelli ta’ grupp u dawk sussidjarji, l-approvazzjoni ta’ applikazzjonijiet sabiex sussidjarja tkun soġġetta għall-Artikoli 238 u 239 ta’ dik id-Direttiva u l-identifikazzjoni tas-superviżur tal-grupp fuq bażi differenti mill-kriterji stabiliti fl-Artikolu 247 ta’ dik id-Direttiva. F’dawn l-oqsma kollha, emenda għandha tiddikjara b’mod ċar li fl-eventwalità ta’ nuqqas ta’ ftehim, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX) tista’ ssolvi n-nuqqas ta’ ftehim bl-użu tal-proċess deskritt fil-qosor fir-Regolament …/… [AEAPX]. Dan l-approċċ jagħmilha ċara li n-nuqqas ta’ ftehim jista’ jiġi solvut u li l-kooperazzjoni tissaħħaħ qabel ma deċiżjoni tittieħed jew tinħareġ lil istituzzjoni. Ir-rwol tal-AEAPX fis-soluzzjoni ta’ nuqqas ta’ ftehim huwa dak ta’ medjatur bejn fehmiet konflinġenti tal-awtoritajiet superviżorji minflok ma tissostitwixxi opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet konċernati. Il-fatt li l-AEAPX tkun aġixxiet sabiex tagħmila ta’ medjatur fi kwistjoni speċifika ta’ nuqqas ta’ ftehim m’għandux jiġi kkunsidrat bħala suġġeriment li l-AEAPX għandha rwol kontinwu fis-superviżjoni tas-suġġett tal-applikazzjoni.

(15) L-arkitettura superviżorja ġdida stabilita permezz tas-SESF għandha teħtieġ lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali sabiex jikkooperaw mill-qrib mal-ASE. Emendi lil-leġiżlazzjoni rilevanti għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda ostakolu legali għall-obbligi tal-qsim tal-informazzjoni inklużi fir-Regolamenti proposti mill-Kummissjoni li qiegħda tistabilixxi l-ASE.

(16) Fl-oqsma fejn il-Kummissjoni attwalment għandha kkonferita s-setgħa permezz tad-Direttiva 2009/138/KE li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni fejn dawn il-miżuri jkunu atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali ħalli jissupplimentaw jew jemendaw ċertu elementi mhux essenzjali ta’ dik id-Direttiva skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont dak l-Artikolu.

(17) Sabiex jitħalla jsir il-kalkolu konsistenti ta’ provvedimenti tekniċi min-naħa ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni skont id-Direttiva 2009/138/KE, jeħtieġ li korp ċentrali jikseb, jippubblika, u jaġġorna ċertu informazzjoni teknika relatata mal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju, li tikkunsidra l-osservazzjonijiet fis-suq finanzjarju, u li l-korp jagħmel dan fuq bażi regolari. B’kunsiderazzjoni għan-natura teknika u dik relatata mal-assigurazzjoni ta’ dawn l-inkarigi, dawn għandhom jitwettqu mill-AEAPX.

(18) Sabiex ikun żgurat li jkunu pprovduti fuq bażi armonizzata ċertu kontributi tekniċi għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza (RKS) permezz tal-użu ta' formola standard, pereżempju li jippermettu approċċi armonizzati lejn l-użu ta' klassifikazzjonijiet, għandhom ikunu assenjati kompiti speċifiċi lill-AEAPX. Il-manjiera dettaljata għat-twettiq ta' dawn il-kompiti għandha tkun speċifikata iktar fil-miżuri li għandhom ikunu adottati mill-atti delegati.

(19) Sabiex ikun żgurat approċċ armonizzat taħt id-Direttiva 2009/138/KE biex jiġi ddeterminat meta tkun awtorizzata estensjoni għall-perjodu ta' rkupru f'każijiet ta' ksur tar-RKS, għandhom ikunu speċifikati l-kundizzjonijiet li jikkostitwixxu "waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji". L-AEAPX, fuq talba tal-awtorità superviżorja konċernata, għandha tkun responsabbli biex ikun iddeterminat jekk dawk il-kundizzjonijiet ġewx issodisfati u l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri permezz ta' atti delegati li jispeċifikaw il-proċeduri rilevanti li għandhom ikunu segwiti.

(20) Sabiex tkun żgurata konsistenza transettorjali u jiġi eliminat il-miżallinjament bejn l-interessi tad-ditti li “jirripakkjaw” is-selfiet f’titoli negozjabbli u strumenti oħra finanzjarji (oriġinaturi) u l-interessi tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jinvestu f’titoli jew strumenti bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri permezz ta' att delegat fil-kuntest ta' investimenti f'selfiet ripakkjati taħt id-Direttiva 2009/138/KE, li tispeċifika mhux biss ir-rekwiżiti iżda wkoll il-konsegwenzi tal-ksur ta' dawk ir-rekwiżiti.

(21) Sabiex tiġi permessa iżjed konverġenza dwar il-proċeduri għall-approvazzjonijiet superviżorji mniżżla fid-Direttiva 2009/138/KE għall-adottar ta’ parametri speċifiċi, politika mudell ta’ tibdil, strumenti bi skopijiet speċjali u t-twaqqif u t-tneħħija ta’ supplimentazzjonijiet kapitali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri permezz ta’ atti delegati li jispeċifikaw il-proċedura f’dawn l-oqsma.

(22) L-iżvilupp ta’ konverġenza internazzjonali lejn reġimi ta’ solvenza bbażati fuq ir-riskju għandu jiġi nkuraġġat. Sabiex jiġi rikonoxxut li ċertu pajjiżi terzi jista' jkollhom bżonn ta’ iżjed żmien sabiex jadattaw u jimplimentaw reġim ta’ solvenza li jkun jista’ jissodisfa kompletament il-kriterji ħalli jiġi rikonoxxut bħala ekwivalenti, huwa meħtieġ li l-miżuri tal-Kummissjoni adottati permezz ta’ atti delegati jitħallew jispeċifikaw arranġamenti tranżitorji relatati mat-trattament ta’ reġimi bħal dawn ta’ pajjiżi terzi, b'mod partikolari fejn ikun ittieħed impenn pubbliku sabiex ikun hemm konverġenza ma’ reġim ekwivalenti għad-Direttiva 2009/138/KE.

(23) Sabiex is-Soċjetà Kooperattiva Ewropea, imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE)[9] jitħallew jipprovdu servizzi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni, huwa meħtieġ li l-lista ta’ forom legali permissibbli ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni taħt id-Direttiva 2009/138/KE tinkludi s-Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE).

(24) L-ammont f'euro tal-limitu tar-Rekwiżit Kapitali Minimu għall-impriżi tar-riassigurazzjoni captive għandu jiġi adottat. Dan huwa r-riżultat tal-aġġustament perjodiku tal-limiti minimi eżistenti tar-rekwiżit tal-kapital sabiex impriżi bħal dawn jikkunsidraw l-inflazzjoni[10].

(25) Sabiex tiġi riflessa aħjar id-data (31 ta’ Diċembru) li timmarka t-tmiem tas-sena finanzjarja għall-parti l-kbira tal-impriżi tal-assigurazzjoni sabiex ikun hemm tranżizzjoni b’inqas xkiel bejn ir-reġimi l-qodma u dawk ġodda, id-dati rilevanti tat-traspożizzjoni, ir-revoka u l-applikazzjoni fid-Direttiva 2009/138/KE għandhom jiġu estiżi b’xahrejn.

(26) Ċertu setgħat ta' implimentazzjoni pprovduti mill-Artikolu 202 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (it-Trattat KE) għandhom ikunu sostitwiti b'dispożizzjonijiet xierqa skont l-Artikolu 290 tat-TFUE.

(27) L-allinjament tal-proċeduri tal-komitoloġija għat-TFUE u, b'mod partikolari, għall-Artikolu 290 tiegħu, għandu jsir abbażi ta' każ b'każ. Sabiex ikunu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u biex ikunu speċifikati r-rekwiżiti stipulati fid-Direttivi emendati b'din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE. B'mod partikolari, l-atti delegati għandhom ikunu adottati fir-rigward ta' dettalji li jikkonċernaw rekwiżiti ta' governanza, stimar, rappurtar superviżorju u divulgazzjoni pubblika, id-determinazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-fondi proprji, il-formula standard għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza (inkluża kwalunkwe bidla konsegwenzjali fil-qasam tas-supplimentazzjonijiet kapitali) u l-għażla ta' metodi u suppożizzjonijiet għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi

(28) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom xahrejn mid-data tan-notifika biex joġġezzjonaw għall-att delegat. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, għandu jkun possibbli li dak il-perjodu jkun prolongat b'xahar fir-rigward ta' oqsma sinifikanti ta' tħassib Għandu jkun ukoll possibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jinfurmaw lill-istituzzjonijiet l-oħra bl-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet. Approvazzjoni bikrija bħal din tal-atti delegati hija partikolarment xierqa meta jkun jeħtieġ li jkunu rispettati l-iskadenzi, pereżempju meta jkun hemm skedi ta’ żmien fl-att bażiku għall-Kummissjoni biex tadotta atti delegati.

(29) Sabiex tkun possibbli tranżizzjoni mingħajr intoppi skont id-Direttiva 2009/138/KE għal skema l-ġdida, jeħtieġ li jkun hemm kunsiderazzjoni għar-rekwiżiti tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' governanza, stimar, rappurtar superviżorju u divulgazzjoni pubblika, id-determinazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-fondi proprji, il-formula standard għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza (inkluża kwalunkwe bidla konsegwenzjali fil-qasam tas-supplimentazzjonijiet kapitali) u l-għażla ta' metodi u suppożizzjonijiet għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi. Meta dawn il-bidliet isiru fil-livell ta' impriża individwali, għandhom isiru bidliet korrispondenti u konsegwenzjali għall-kalkolu tas-solvenza tal-grupp, u r-rappurtar superviżorju u d-divulgazzjoni pubblika fil-livell ta' grupp. Meta dawn il-bidliet jikkonċernaw ir-rappurtar superviżorju u divulgazzjoni pubblika ta' grupp, id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali xierqa għandhom japplikaw mutatis mutandis fil-livell ta' grupp. Fir-rigward tas-solvenza tal-grupp, l-Artikolu 218(2) u (3) jipprovdi l-bażi għar-rekwiżiti ta' solvenza għal superviżjoni f'każijiet ta' applikazzjoni ta' superviżjoni ta' gruppi msemmija fl-Artikolu 213. Il-metodi u l-prinċipji għall-kalkolu tas-solvenza ta' grupp msemmi fl-Artikolu 218 huma stipulati f'aktar dettall fl-Artikoli 220 sa 235. Dawk il-metodi u kalkoli japplikaw (kemm jekk direttament kif ukoll jekk b'analoġija) għal każijiet ta' applikazzjoni ta' superviżjoni ta' grupp imsemmi fl-Artikolu 218. Safejn dawk ir-regoli tas-solvenza ta' grupp jagħmlu referenza għal regoli tas-solvenza fil-livell ta' impriżi individwali u meta skema ta' insolvenza tranżizzjonali tiġi applikata fil-livell individwali, jista' jkun hemm bżonn li jsiru adattamenti korrispondenti għar-regoli tas-solvenza tal-grupp.

(30) Ir-rekwiżiti tranżizzjonali għandhom l-għan li jevitaw it-taqlib tas-suq u li jillimitaw l-interferenzi ma' prodotti eżistenti kif ukoll li jiżguraw id-disponibbiltà ta' prodotti tal-assigurazzjoni. Id-dispożizzjonijiet ta' rekwiżiti tranżizzjonali għandhom jippermetti wkoll kunsiderazzjoni xierqa għal informazzjoni sinifikanti u ta' valur għall-industrija kollha li għandha tinkiseb mill-istudju kwantitattiv dwar l-impatt (QIS5). Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fid-Direttiva 2009/138/KE għandhom jispeċifikaw iktar l-elementi mhux essenzjali li għandhom ikunu determinati minn atti delegati. Filwaqt li l-perjodi massimi għal dispożizzjonijiet tranżizzjonali għandhom ikunu stabbiliti fid-Direttiva 2009/138/KE, il-perjodu ta' żmien reali magħżul fi kwalunkwe att delegat jista' jkun għal perjodu ta' żmien iqsar u għandu jirrifletti l-karatteristiċi speċfiċi tad-dispożizzjonijiet u jiffaċilita l-applikazzjoni tal-iskema ġdida. Ir-rekwiżiti tranżizzjonali għandhom għall-inqas ikunu ekwivalenti, fil-fatt, għall-qafas eżistenti dwar id-direttivi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u ma għandhomx jirriżultaw fi trattament iktar favorevoli għall-impriżi tal-assiġurazzjoni u r-riassigurazzjoni, jew għal inqas protezzjoni għad-detenturi tal-polza, li teżisti bħalissa. F'termini ta' rekwiżiti ta' solvenza, dan ifisser li dawn, matul kwalunkwe perjodu tranżizzjonali possibbli, m'għandhomx ikunu ogħla mir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u mhux inqas mis-somma tar-Rekwiżit Kapitali Minimu u ħamsin fil-mija tad-differenza bejn ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u r-Rekwiżit Kapitali Minimu. Ir-rekwiżiti tranżizzjonali għandhom jinkoraġġixxu impriżi biex jimxu lejn konformità mar-rekwiżiti partikolari tal-iskema l-ġdida malajr kemm jista' jkun.

(31) Billi l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, prinċipalment it-titjib tal-funzjonament tas-Suq Intern permezz tal-iżgurar ta’ livell għoli, effettiv u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni prudenzjali, il-protezzjoni tad-detenturi u l-benefiċjarji ta’ polza u b’dan in-negozji u l-konsumaturi, il-ħarsien tal-integrità, l-effiċjenza u l-funzjonament ordinat tas-swieq finanzjarji, il-manteniment tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti min-naħa tal-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, stabilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(32) Il-Kummissjoni għandha sal-1 ta' Jannar 2014, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tressiq mill-ASE tal-abbozzi tal-istandards tekniċi pprovduti f'din id-Direttiva u għandha tippreżenta kwalunkwe proposta xierqa.

(33) Id-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE għalhekk għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikoli 1

Id-Direttiva 2003/71/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

"Meta t-termini finali tal-offerta la jkunu inklużi fil-prospett bażi u lanqas f'suppliment, it-termini finali għandhom ikunu disponibbli għal investituri u inkartati mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju (tal-post), kif ukoll ikkomunikati mill-emittent, offerent jew persuna li titlob għal ammissjoni għal negozjar f'suq regolat, lill-awtorità kompetenti tal-Istat/Stati Membru/i ospitanti u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) meta ssir kull offerta pubblika hekk kif tkun prattikabbli u fejn possibbli, qabel il-bidu tal-offerta pubblika jew ammissjoni għal negozjar. It-termini finali għandhom jinkludu biss informazzjoni relatata man-nota dwar it-titoli u ma għandhomx jintużaw biex jissupplimentaw il-prospett bażi. F'każijiet bħal dawn għandu japplika l-Artikolu 8(1)(a)."

2. L-Artikolu 11(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"3. Qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tkun inkorporta b'riferenza.

L-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament …/… [AETS].

L-AETS għandha tiżviluppa abbozz għall-istandards tekniċi regolatorji u għandha tressaqhom lill-Kummissjoni sa mhux iżjed tard mill-1 ta’ Jannar 2014".

3. L-Artikolu 13(7) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"7. Qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-proċeduri għall-approvazzjoni tal-prospett u l-kundizzjonijiet skont liema għandhom jiġu aġġustati l-limiti taż-żmien.

L-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament …/… [AETS].

L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sa mhux iżjed tard mill-1 ta’ Jannar 2014".

4. L-Artikolu 14(8) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"8. Qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dispożizzjonijiet relatati mal-pubblikazzjoni tal-prospett imsemmija fil-paragrafi (1) u (4).

L-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament …/… [AETS].

L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sa mhux iżjed tard mill-1 ta’ Jannar 2014".

5. L-Artikolu 15(7) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"7. Qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni li jispeċifikaw id-dispożizzjonijiet dwar t-tixrid ta' reklami li jħabbru l-intenzjoni li jkunu offruti titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għal negozjar f'suq regolat, b'mod partikolari qabel il-prospett ikun sar disponibbli għall-pubbliku jew qabel il-ftuħ ta' sottoskrizzjoni, u li jispeċifikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4.

L-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament …/… [AETS].

L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sa mhux iżjed tard mill-1 ta’ Jannar 2014".

Artikoli 2

Id-Direttiva 2009/138/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

6. L-Artikolu 17(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, li għandhom x’jaqsmu mat-tkabbir tal-lista ta’ forom stabiliti fl-Anness III."

7. L-Artikolu 31 għandu jiġi emendat kif ġej:

8. Il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 301b u 301c, li għandhom x’jaqsmu mal-paragrafu 2 li jispeċifikaw l-aspetti importanti li dwarhom għandha tiġi divulgata d-dejta statistika aggregata, u l-format, l-istruttura, il-lista tal-kontenut u d-data tal-pubblikazzjoni tad-divulgazzjoni."

9. Għandu jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

"5. Qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tiddetermina l-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-paragrafu 2 kif issupplimentat mill-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4 dwar il-kwistjonijiet koperti minn dawk l-atti delegati, speċifikament rigward il-mudelli u l-istruttura tad-divulgazzjonijiet.

L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament …/… [AEAPX].

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX) għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għas-sottomessjoni lill-Kummissjoni mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011.”

10. Fl-Artikolu 33, qed jiżdied it-tielet paragrafu kif ġej:

"Meta talba għall-kooperazzjoni b'relazzjoni għal verifika fuq il-post skont dan l-Artikolu tiġi miċħuda jew li dwarha ma titteħidx azzjoni f'perjodu ta' żmien raġonevoli, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jirreferu din il-kwistjoni lill-AEAPX u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament .../2010 [AEAPX]. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu."

11. L-Artikolu 35 għandu jiġi emendat kif ġej:

12. Il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 301b u 301c, li jispeċifikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4, bl-għan li tiġi żgurata sal-punt xieraq il-konverġenza tar-rapportar superviżorju."

13. Għandu jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:

"7. Qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex ikunu determinati l-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 kif issupplimentati mill-atti delegati adottati skont il-paragrafu 6, speċifikament rigward il-mudelli u l-proċeduri għat-tressiq ta' informazzjoni lill-awtoritajiet superviżorji. Il-proċeduri jistgħu jinkludu, fejn xieraq, rekwiżiti għall-approvazzjoni.

L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament …/… [AEAPX].

L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Diċembru 2011".

14. L-Artikolu 37 għandu jiġi emendat kif ġej:

15. il-paragrafu 6 jiġi sostitwit b'li ġej:

"6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 301b u 301c, li jistabilixxi iżjed speċifikazzjonijiet għaċ-ċirkostanzi fejn tkun tista’ tiġi imposta supplimentazzjoni kapitali u l-metodoloġiji għall-kalkolu ta’ din u l-proċess tad-deċiżjonijiet ħalli jiġu stabiliti, ikkalkulati u mneħħija s-supplimentazzjonijiet kapitali."

16. Għandu jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:

"7. Qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu kif supplimentat mill-atti delegati msemmija fil-paragrafu 6 dwar il-kwistjonijiet koperti minn dawk l-atti delegati, speċifikament rigward il-proċess tad-deċiżjonijiet ħalli jiġu stabiliti, ikkalkulati u mneħħija s-supplimentazzjonijiet kapitali msemmija fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 6.

L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament …/… [AEAPX].

L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011."

17. Fl-Artikolu 38(2), għandu jiġi miżjud is-subparagrafu li ġej:

"Meta talba għall-kooperazzjoni b'relazzjoni għal spezzjoni fuq il-post skont dan il-paragrafu tiġi miċħuda jew li dwarha ma titteħidx azzjoni f'perjodu ta' żmien raġonevoli, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jirreferu din il-kwistjoni lill-AEAPX u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament .../2010 [AEAPX]. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu."

18. L-Artikolu 50 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 50Atti delegati

19. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, sabiex tispeċifika iżjed dan li ġej.

(a) l-elementi tas-sistemi msemmija fl-Artikoli 41, 44, 46 u 47, u b’mod partikolari l-oqsma li għandhom jiġu koperti mill-immaniġjar tal-assi u l-obbligazzjonijiet u l-politika tal-investiment, kif imsemmi fl-Artikolu 44(2), tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

(b) il-funzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 44, 46, 47 u 48;

(c) ir-rekwiżiti stabiliti fl-Artikolu 42 u l-funzjonijiet soġġetti għal dan;

(d) il-kundizzjonijiet li skonthom tista’ ssir l-esternalizzazzjoni, b’mod partikolari lill-fornituri tas-servizzi li jkunu stazzjonati f’pajjiżi terzi.

20. Fejn ikun meħtieġ li tiġi żgurata konverġenza xierqa tal-valutazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 45(1), il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, sabiex jiġu speċifikati iżjed l-elementi ta’ dik il-valutazzjoni.”

21. Fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 51(2) id-data “31 ta’ Ottubru 2017” tinbidel bid-data “31 ta’ Diċembru 2017”.

22. L-Artikolu 52 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 52Informazzjoni għall-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u rapporti mingħandha

23. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet superviżorji jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-AEAPX fuq bażi annwali:

(a) is-supplimentazzjoni kapitali medja għall kull impriża u d-distribuzzjoni tas-supplimentazzjonijiet kapitali imposti mill-awtorità superviżorja tul is-sena ta' qabel, imkejla bħala perċentwal tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, murija separatament kif ġej:

(i) għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kollha;

(ii) għall-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja;

(iii) għall-impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja;

(iv) għall-impriżi tal-assigurazzjoni li jeżerċitaw attivitajiet kemm tal-ħajja kif ukoll mhux tal-ħajja;

(v) għall-impriżi tar-riassigurazzjoni;

(b) għal kull divulgazzjoni stabilita fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, il-proporzjon ta’ supplimentazzjonijiet kapitali impost fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 37 (1) rispettivament.

24. L-AEAPX għandha tiddivulga pubblikament, fuq bażi annwali, l-informazzjoni li ġejja:

(a) għall-Istati Membri kollha, id-distribuzzjoni totali ta’ supplimentazzjonijiet kapitali, imkejla bħala perċentwal tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, għal kull wieħed minn dawn li ġejjin

(i) għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kollha;

(ii) impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja;

(iii) impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja;

(iv) impriżi tal-assigurazzjoni li jeżerċitaw attivitajiet kemm tal-ħajja kif ukoll mhux tal-ħajja;

(v) impriżi tal-assigurazzjoni;

(b) għal kull Stat Membru meħud separatament, id-distribuzzjoni totali ta’ supplimentazzjonijiet kapitali, imkejla bħala perċentwal tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, li tkopri l-impriżi kollha tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni f’dak l-Istat Membru;

(c) għal kull attività ta' divulgazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu, il-proporzjon ta’ supplimentazzjonijiet kapitali imposti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 37(1) rispettivament.

25. L-AEAPX għandha tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, flimkien ma' rapport li jiddeskrivi fil-qosor il-grad ta’ konverġenza superviżorja fl-użu ta’ supplimentazzjonijiet kapitali bejn l-awtoritajiet superviżorji fl-Istati Membri differenti.”

26. L-Artikolu 56 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 56Rapport dwar il-kundizzjoni ta’ solvenza u dik finanzjarja: atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b'konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, sabiex tispeċifika iżjed l-informazzjoni li għandha tiġi divulgata u l-mezzi li bih dan jista' jsir.

Qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-Artikoli 53, 54 u 55 kif issupplimentat mill-atti delegati msemmija f'dan l-Artikolu dwar il-kwistjonijiet koperti minn dawk l-atti delegati, speċifikament rigward il-mudelli għad-divulgazzjoni pubblika.

L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament …/… [AEAPX].

L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Diċembru 2011. "

27. L-Artikolu 58(8) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"8. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b'konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, sabiex tispeċifika iżjed l-aġġustament tal-kriterji stabiliti fl-Artikolu 59(1), sabiex jiġu kkunsidrati żviluppi futuri u tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-Artikoli 57 sa 63.

28. Fl-Artikolu 69, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Divulgazzjoni bħal din għandha ssir biss fejn ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ kontroll prudenzjali. L-Istati Membri għandhom, madankollu, jipprovdu dik l-informazzjoni li jkunu rċievu skont l-Artikoli 65 u 68(1), u l-informazzjoni miksuba permezz ta' verifika fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 33 tista’ tiġi divulgata biss bill-kunsens speċifiku tal-awtorità superviżorja li minnha tkun oriġinat l-informazzjoni jew l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru li fih tkun saret il-verifika fuq il-post.”

29. L-Artikolu 71 għandu jiġi emendat kif ġej:

30. Il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fl-eżerċitar ta' dmirijiethom l-awtoritajiet superviżorji jikkunsidraw il-konverġenza għal dak li jirrigwarda l-għodod superviżorji u l-prassi superviżjorji fl-applikazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u r-rekwiżiti amministrattivi adottati skont din id-Direttiva. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) l-awtoritajiet superviżorji jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-AEAPX;

(b) l-awtoritajiet superviżorji jsegwu l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet tal-AEAPX u għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet jekk ma jagħmlux dan;

(c) il-mandati nazzjonali kkonferiti lill-awtoritajiet superviżorji ma jfixklux it-twettiq tad-dmirijiethom bħala membri tal-AEAPX skont din id-Direttiva."

31. Il-paragrafu 3 jitħassar.

32. L-Artikolu 75 għandu jiġi emendat kif ġej:

33. Il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b'konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, sabiex tistabilixxi l-metodi u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw fl-istimar tal-assi u l-obbligazzjonijiet kif stabilit fil-paragrafu 1."

34. Għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3. Qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji biex:

(a) ikunu ddeterminati l-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1 kif issupplimentati mill-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 dwar il-kwistjonijiet koperti minn dawk l-atti delegati, rigward:

(i) approċċi tal-valutazzjoni fejn il-prezzijiet kwotati tas-suq jew ma jkunux disponibbli jew ma jkunux konsistenti mal-paragrafi 1 u 2.;

(ii) il-konsistenza tal-istandards tal-kontabilità internazzjonali kif endorsjati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 bl-approċċ tal-valutazzjoni stabilit f’dan l-Artikolu.

(b) id-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1 kif issupplimentati mill-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 dwar il-kwistjonijiet koperti minn dawk l-atti delegati, speċifikament fir-rigward tal-metodi u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw fl-istimar tal-assi u l-obbligazzjonijiet kif stipulati fil-paragrafu 1 inklużi l-metodi alternattivi ta’ stimar li għandhom jintużaw fejn standards kontabilistiċi internazzjonali, kif endorsjati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[11], ikunu temporanjament jew permanentement inkonsistenti mal-approċċ tal-valutazzjoni stipulat f'dan l-Artikolu.

L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament …/… [AEAPX].

L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011."

35. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 77a li ġej:

Artikolu 77a Informazzjoni teknika prodotta mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol

L-AEAPX għandha tippubblika informazzjoni teknika inkluża l-istruttura tat-terminu rilevanti tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju. Meta l-AEAPX tosserva primjum għal nuqqas ta' likwidità fis-swieq finanzjarji f'perjodi ta' likwidità stressata, l-informazzjoni dwar il-primjum għal nuqqas ta' likwidità, inkluż id-daqs tiegħu, għandha tkun ippubblikata wkoll. L-AEAPX għandha twettaq l-osservazzjoni tal-primjum għal nuqqas ta' likwidità u d-derivazzjoni tal-informazzjoni fuq bażi trasparenti, oġġettiva u affidabbli. L-informazzjoni għal dawn l-għanijiet kollha għandha tkun derivata skont metodi u suppożizzjonijiet li jistgħu jinkludu formuli, jew determinazzjonijiet magħmula mill-AEAPX.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tkun ippubblikata għal kull valuta rilevanti għallinqas kull tliet xhur b'mod konsistenti mal-metodoloġiji msemmija fl-Artikolu 86."

36. L-Artikolu 86 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 86Atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, li jistabilixxu dan li ġej:

(a) metodoloġiji attwarjali u statistiċi għall-kalkolu tal-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 77(2);

(b) il-metodoloġiji, il-prinċipji u t-tekniki għad-determinazzjoni tal-istruttura rilevanti tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 77(2);

(c) iċ-ċirkostanzi li fihom il-provvedimenti tekniċi għandhom jiġu kkalkulati bħala total, jew bħala somma tal-aħjar stima u marġni tar-riskju, u l-metodi li għandhom jintużaw fil-każ fejn provvedimenti tekniċi jiġu kkalkulati fit-total.

(d) il-metodi u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-marġni tar-riskju inkluż id-determinazzjoni tal-ammont ta’ fondi proprji eliġibbli meħtieġa għas-sostenn tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-kalibrazzjoni tar-rata tal-Kost tal-Kapital;

(e) il-linji tan-negozju li fuq il-bażi tagħhom l-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għandhom jiġu segmentati sabiex jiġu kkalkulati l-provvedimenti tekniċi;

(f) l-istandards li għandhom jintlaħqu għal dak li jirrigwarda l-iżgurar tal-adattezza, il-kompletezza u l-akkuratezza tad-dejta użata fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi, u ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom ikun xieraq li tintuża approssimizzazzjoni, inkluż l-approċċi każ b’każ, għall-kalkolu tal-aħjar stima;

(g) il-metodoloġiji li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-aġġustament għall-inadempjenza tal-kontroparti msemmi fl-Artikolu 81 iddisinjat sabiex jaqbdu it-telf mistenni minħabba l-inadempjenza tal-kontroparti;

(h) fejn ikun meħtieġ, metodi u tekniki simplifikati għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi, sabiex jiġi żgurat li l-metodi attwarji u statistiċi msemmija fil-punti (a) u (b) ikunu proporzjonali man-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji sostnuti minn impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni inklużi l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni captive;

(i) il-kriterji ddettaljati għall-elementi ta' informazzjoni teknika, il-metodi ta' kalkolu u s-suppożizzjonijiet u fejn xieraq il-formuli u d-determinazzjonijiet, skont liema, l-informazzjoni għandha tkun derivata mill-AEAPX kif imsemmi fl-Artikolu 77a .

Qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummisjoni biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-Artikolu 77(2) kif issupplimentati bl-atti delegati msemmija fil-punti (a) sa (h) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikoli dwar l-oqsma koperti b'dawk l-atti delegati.

L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament …/… [AEAPX].

L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011."

37. L-Artikolu 92 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) It-titolu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 92Atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni”

(b) Il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, li jispeċifikaw dan li ġej:

(a) il-kriterji u l-proċedura għall-għoti tal-approvazzjoni superviżorja ta’ fondi proprji anċillari skont l-Artikolu 90;

(b) it-trattament tal-parteċipazzjonijiet, skont it-tifsira tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 212(2), f’istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu għal dak li jirrigwarda d-determinzzjoni ta’ fondi proprji."

(c) Il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"3. Qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 90 kif issupplimentat mill-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1(a) ta' dan l-Artikolu dwar il-kwistjonijiet koperti minn dawk l-atti delegati, speċifikament rigward il-proċedura li għandha tkun segwita għall-għoti tal-approvazzjoni superviżorja ta’ fondi proprji anċillari.

L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament …/… [AEAPX].

L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011."

38. L-Artikolu 97 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 97 Atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni

39. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, li jistabilixxu dan li ġej:

(a) lista ta’ oġġetti ta’ fondi proprji, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 96, ikkunsidrati li jissodisfaw il-kriterji, stabiliti fl-Artikoli 94, li tinkludi għal kull oġġett ta' fondi proprji deskrizzjoni preċiża tal-karatteristiċi li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tiegħu;

(b) il-metodi li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet superviżorji, fl-approvazzjoni tal-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni ta’ oġġetti ta’ fondi proprji li mhumiex koperti mil-lista msemmija fil-punt (a);

Il-Kummissjoni għandha teżamina regolarment u, fejn ikun xieraq, taġġorna l-lista msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq.

40. Qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-Artikoli 93 sa 96 kif issupplimentat mill-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu dwar il-kwistjonijiet koperti minn dawk l-atti delegati, speċifikament rigward il-metodi ta' klassifikazzjoni.

L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament …/… [AEAPX].

L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011."

41. L-Artikolu 99 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 99Atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni

42. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, li jistabilixxu:

(a) il-limiti kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 98(1) u (2);

(b) l-aġġustamenti li għandhom isiru sabiex jirriflettu n-nuqqas ta’ trasferibbiltà ta’ dawk l-oġġetti ta’ fondi proprji li jistgħu jintużaw biss sabiex ikopru telf li joriġina minn settur partikolari ta’ obbligazzjonijiet jew minn riskji partikolari (fondi ring-fenced).

43. Qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-Artikolu 98 kif issupplimentat mill-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu dwar il-kwistjonijiet koperti minn dawk l-atti delegati, speċifikament rigward l-aġġustamenti fir-rigward tal-fondi ring-fenced.

L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament …/… [AEAPX].

L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011."

44. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 109a li ġej:

"Artikolu 109aKontributi tekniċi armonizzati għall-formola standard rwol l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol

45. Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju kif imsemmija fl-Artikolu 101(5) li jiffaċilitaw il-kalkolu tal-modulu tar-riskju tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 105(5) u fejn xieraq, li jiffaċilitaw il-modulu ta’ riskju tal-inadempjenza tal-kontroparti kif imsemmi fl-Artikolu 105(6), l-AEAPX għandha:

(a) tivvaluta l-eliġibilità tal-istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu u talloka l-valutazzjonijiet tal-kreditu tagħhom għal skala oġġettiva tal-passi tal-kwalità tal-kreditu;

(b) tippubblika l-listi ta' gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali, li l-iskoperturi għalihom għandhom ikunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali;

(c) tispeċifika l-indiċi ta' ekwità msemmi fl-Artikolu 106(2), tikkalkola l-aġġustament simetriku msemmi fl-Artikolu 106 u tippubblika ż-żewġ settijiet ta' informazzjoni fuq bażi regolari;

(d) tispeċifika l-aġġustamenti li għandhom isiru għall-valuta marbuta mal-euro fis-submodolu tar-riskju tal-valuta msemmi fl-Artikolu 105(5).

46. Għall-fini li jkun iffaċilitat il-kalkolu tas-saħħa tal-modulu tas-sottoskrizzjoni tar-riskju msemmi fl-Artikolu 105(4), l-AEAPX għandha tikkalkula u tippubblika devjazzjonijiet standard fir-rigward ta' miżuri leġiżlattivi nazzjonali speċifiċi li jippermettu l-qsim ta' pretensjonijiet ta' pagamenti fir-rigward tar-riskju tas-saħħa fost l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u li jissodisfaw kriterji speċifikati."

47. L-Artikolu 111 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 111Atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni”

48. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, li jipprovdu dan li ġej:

(a) formola standard skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 101 u 103 sa 109;

(b) kwalunkwe submodulu meħtieġ jew li jkopri b’iżjed preċiżjoni r-riskji li jaqgħu taħt il-moduli tar-riskji rispettivi msemmija fl-Artikolu 104 kif ukoll kwalunkwe aġġornament sussegwenti;

(c) il-metodu, is-suppożizzjonijiet, u l-parametri standard li għandhom jintużaw, meta jiġi kkalkolat kull wieħed mill-moduli jew submoduli tar-riskju tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza Bażiku stipulat fl-Artikoli 104, 105 u 304, il-mekkaniżmu ta' aġġustament simetriku u l-perjodu xieraq ta' żmien, espress f'għadd ta' xhur, kif spjegat fl-Artikolu 106, u l-approċċ xieraq biex jiġi integrat il-metodu msemmi fl-Artikolu 304 fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza kif ikkalkulat skont il-formula standard;

(d) il-parametri ta’ korrelazzjoni, inklużi, jekk ikun meħtieġ, dawk stabiliti fl-Anness IV, u l-proċeduri għall-aġġornament ta’ dawk il-parametri;

(e) fejn l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jużaw tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju, il-metodi u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-bidliet fil-profil tar-riskju tal-impriża konċernata u sabiex jiġi aġġustat il-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(f) il-kriterji kwalitattivi li t-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju msemmija fil-punt (e) għandhom jissodisfaw sabiex jiġi żgurat li r-riskju jkun effettivament ġie ttrasferit lil parti terza,

(g) il-metodi u l-parametri li għandhom jintużaw fil-valutazzjoni tar-rekwiżit kapitali għar-riskju operazzjonali stipulat fl-Artikolu 107, inkluż il-perċentwali msemmi fl-Artikolu 107(3);

(h) il-metodi u l-aġġustamenti li għandhom jintużaw biex jiġi rifless l-iskop imnaqqas għad-diversifikazzjoni tar-riskju tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni b'rabta mal-fondi li jkunu "ring-fenced";

(i) il-metodu li għandu jintuża fil-kalkolu tal-aġġustament għall-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tal-provvedimenti tekniċi jew taxxi differiti kif stipulat fl-Artikolu 108;

(j) is-subsett tal-parametri standard fil-moduli tar-riskju tas-sottoskrizzjoni tal-ħajja, mhux tal-ħajja u s-saħħa li jistgħu jinbidlu b’parametri speċifiċi tas-sottoskrizzjoni kif stabilit fl-Artikolu 104(7);

(k) il-kriterji konnessi mal-metodi standardizzati li għandhom jintużaw mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għall-kalkolu tal-parametri speċifiċi tas-sottoskrizzjoni msemmija fil-punt (j), u kwalunkwe kriterju li jirrigwarda l-kompletezza, il-preċiżjoni, u l-adattezza tad-dejta użata li għandu jintlaħaq qabel ma tingħata l-approvazzjoni superviżorja flimkien mal-proċedura li għandha tiġi segwita għal approvazzjoni bħal din;

(l) il-kalkoli simplifikati previsti għal sottomoduli speċifiċi u moduli tar-riskju, kif ukoll il-kriterji li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, inklużi l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni captive, għandhom jissodisfaw sabiex ikunu intitolati li jużaw kull waħda minn dawk is-simplifikazzjonijiet, kif stabilit fl-Artikolu 109;

(m) l-approċċ li għandu jintuża fir-rigward tal-impriżi relatati fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 212 fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, b’mod parikolari l-kalkolu tas-sottomodulu tar-riskju ta’ ekwità msemmi fl-Artikolu 105(5), b’kunsiderazzjoni tat-tnaqqis probabbli fil-volatilità tal-valur ta’ dawk l-impriżi relatati li joriġinaw min-natura strateġika ta’ dawk l-investimenti u l-influwenza eżerċitata mill-impriża parteċipanti fuq dawk l-impriżi relatati.

(n) il-kriterji dettaljati għall-eliġibbiltà tal-istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu u għall-assoċjazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu sa skala ta' kwalità tal-kreditu msemmija fl-Artikolu 109a(1)(a);

(o) il-kriterji dettaljati għall-indiċi ta' ekwità msemmija fl-Artikolu 109a(1)(c);

(p) il-kriterji dettaljati għall-aġġustamenti għall-valuti marbuta mal-euro bl-għan li jkun iffaċilitat il-kalkolu tas-sottomodulu tar-riskju tal-valuta msemmi fl-Artikolu 109a(1)(d);

(q) il-kriterji dettaljati li l-arranġamenti ta' miżuri leġiżlattivi nazzjonali għandhom jissodisfaw u r-rekwiżiti għall-kalkolu tad-devjazzjoni standard bl-iskop li jkun iffaċilitat il-kalkolu tal-modulu ta' sottoskrizzjoni tar-riskju tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 109a(2).

49. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, li jistabilixxu limiti kwantitattivi u kriterji tal-eliġibilità tal-assi. Dawk l-atti delegati għandhom japplikaw għal assi li jkopru provvedimenti tekniċi, minbarra l-assi miżmuma fir-rigward ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni tal-ħajja fejn ir-riskju ta’ investiment jaqa’ fuq id-detenturi tal-polza. Dawk il-miżuri għandhom jiġu riveduti mill-Kummisjoni fid-dawl ta’ żviluppi fil-formola standard u s-swieq finanzjarji.

50. Qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji biex:

(a) Il-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-Artikoli 101 sa 110 kif supplimentati mill-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1(a) sa (m) dwar oqsma koperti minn dawk l-atti delegati; u

(b) il-metodi standardizzati li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-parametri speċifiċi tal-impriża kif imsemmi fil-paragrafu 1(j).

L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament …/… [AEAPX].

L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011."

51. L-Artikolu 114 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 114Atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni

52. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, li jistabilixxu dan li ġej:

(a) il-proċedura li għandha tiġi segwita għall-approvazzjoni ta’ mudell intern;

(b) l-adattamenti li għandhom isiru fuq l-istandards stabiliti fl-Artikoli 120 sa 125 sabiex fid-dawl tal-kamp limitat tal-applikazzjoni tal-mudell intern parzjali;

(c) il-proċeduri għall-approvazzjoni ta’ bidliet sostanzjali għal mudell intern u bidliet fil-politika għat-tibdil ta’ mudell intern imsemmi fl-Artikolu 115;

(d) approċċi, inklużi, fejn ikun xieraq, tekniki tal-inadempjenza li jippermettu li mudell intern parzjali jiġi integrat kompletament fil-formola standard tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u r-rekwiżiti għall-użu ta' tekniki alternattivi.

Qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-Artikoli 112 sa 126 kif issupplimentat mill-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu dwar il-kwistjonijiet koperti minn dawk l-atti delegati, speċifikament rigward tal-proċeduri, adattamenti u tekniki alternattivi msemmija f'dak il-paragrafu. L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament …/… [AEAPX]. L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011."

53. Artikolu 127 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 127Atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, fir-rigward tal-Artikoli 120 sa 126 dwar l-użu ta' mudelli interni fl-Unjoni kollha.

Qed jiġu delegati setgħat lill-Kummisjoni biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-Artikoli 120 sa 126 kif issupplimentati bl-atti delegati msemmija fil-punti (a) sa (i) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikoli dwar l-oqsma koperti b'dawk l-atti delegati.

L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament …/… [AEAPX]. L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011."

54. Artikolu 129(1)(d)(iii) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"(iii) EUR 3 200 000 għall-impriżi tar-riassigurazzjoni, minbarra fil-każ ta’ impriżi tar-riassigurazzjoni captive, li f’dan il-każ ir-Rekwiżit Kapitali Minimu m’għandux ikun inqas minn EUR 1 100 000",

55. Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 129(3) id-data “31 ta’ Ottubru 2014” għandha tiġi sostitwita bid-data “31 ta’ Diċembru 2014”.

56. Fl-Artikolu 129(5) id-data“31 ta' Ottubru 2017” għandha tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Diċembru 2017”.

57. L-Artikolu 130 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 130Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, sabiex tispeċifika l-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali Minimu, imsemmi fl-Artikoli 128 u 129.

58. Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 131 id-dati "31 ta’ Ottubru 2012" u "31 ta’ Ottubru 2013" għandhom jiġu sostitwiti rispettivament bid-dati "31 ta’ Diċembru 2012" u "31 ta’ Diċembru 2013 rispettivament".

59. L-Artikolu 135 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 135Atti delegati

60. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, li jispeċifikaw ir-rekwiżiti kwalitattivi fl-oqsma li ġejjin:

(a) l-identifikazzjoni, il-kejl, il-monitoraġġ, l-immaniġjar u r-rappurtar ta’ riskji li jinħolqu minn investimenti relatati mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 132(2);

(b) l-identifikazzjoni, il-kejl, il-monitoraġġ, l-immaniġjar u r-rappurtar tar-riskji speċifiċi li jirriżultaw minn investimenti minn strumenti derivati u assi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 132(4).

61. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, li jistabilixxu:

(a) ir-rekwiżiti li jeħtieġ li jiġu ssodisfati mill-impriżi li jirripakkjaw selfiet f'titoli li jistgħu jkun negozjati jew strumenti finanzjarji (oriġinaturi) sabiex impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun tista' tinvesti f' tali titoli jew strumenti maħruġa wara l-1 ta' Jannar 2011, inklużi rekwiżiti li jiżguraw li l-oriġinatur iżomm imgħax ekonomiku nett ta' mhux inqas minn 5 %;

(b) rekwiżiti kwalitattivi li jridu jiġu ssodisfati mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jinvestu f'dawn it-titoli jew strumenti.

(c) il-konsegwenzi tal-ksur tar-rekwiżiti stabiliti fil-punti a) u b) ta' dan il-paragrafu inklużi, fejn ikun xieraq, u irrispettivament mill-Artikolu 101(3), miżuri li jiddebitaw imposta kapitali addizzjonali proporzjonata.”

62. L-Artikolu 138(4) huwa emendat kif ġej:

(a) L-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Fil-każ ta’ waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji, kif determinat mill-AEAPX skont dan il-paragrafu, l-awtorità superviżorja tista’ testendi l-perjodu stabilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 b’perjodu xieraq ta’ żmien b’kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti kollha.”

(b) Għandhom jiżdiedu r-raba' u l-ħames subparagrafi li ġejjin:

"Mingħajr ħsara għas-setgħat tal-AEAPX skont l-Artikolu 18 tar-Regolament .../..., għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-AEAPX għandha wara talba mill-awtorità superviżorja konċernata, tindirizza deċiżjoni individwali lill-awtorità superviżorja li tagħmel it-talba biex tiddikjara l-eżistenza ta' waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji. Waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji teżisti meta impriża waħda jew aktar tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma jkunux jistgħu jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu fil-perjodu ta' żmien definit fih bħala konsegwenza tal-waqgħa fis-swieq finanzjarji mhux prevista u drastika, li tkun differenti mit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku li jseħħ bħala parti miċ-ċiklu ekonomiku u li diġà jkun affettwa serjament u b'mod negattiv is-sitwazzjoni finanzjarja ta' impriża waħda jew iktar tal-assigurazzjoni jew tar-risassigurazzjoni li kollettivament jirrappreżentaw parti sostanzjali tas-suq tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fi Stat Membru wieħed jew aktar.

L-AEAPX għandha għallinqas darba fix-xahar tanalizza jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fir-raba' subparagrafu ikunux għadhom japplikaw fid-data tal-analiżi u tirrevoka dik id-deċiżjoni meta ma jkunux għadhom jiġu ssodisfati kundizzjoni waħda jew aktar imsemmija fir-raba' subparagrafu li fuqha kienet ibbażata d-deċiżjoni. Għal dan l-għan, l-AEAPX għandha tindirizza deċiżjoni individwali lill-awtorità superviżorja konċernata u tiddikjara li waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji ma kinetx għadha teżisti."

63. L-Artikolu 143 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 143Atti delegati

64. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 301b u 301c, billi tispeċifika l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-AEAPX biex tkun determinata l-eżistenza ta' waqgħa eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji u l-fatturi li għandhom ikunu kkunsidrati għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 138(4) inkluż il-perjodu massimu ta’ żmien xieraq, espress f'għadd totali ta’ xhur, li għandu jkun l-istess għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kollha kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 138(4).

65. Fejn ikun meħtieġ li tittejjeb il-konverġenza, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 301b u 301c, li jistabilixxu speċifikazzjonijiet oħra fir-rigward tal-pjan ta’ rkupru msemmi fl-Artikolu 138(2), l-iskema finanzjarja msemmija fl-Artikolu 139(2) u fir-rigward tal-Artikolu 141, b'attenzjoni xierqa sabiex jiġu evitati l-effetti proċikliċi.”

66. Is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu ta' Artikolu 155(3):

"Barra minn hekk, l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni għall-AEAPX u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament .../...2010 [AEAPX]. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu."

67. Is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu ta' Artikolu 158(2):

"Barra minn hekk, l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni għall-AEAPX u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament .../...2010 [AEAPX]. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu."

68. L-Artikolu 172 għandu jiġi emendat kif ġej:

69. (a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, billi tispeċifika l-kriterji sabiex tivvaluta jekk ir-reġim tas-solvenza ta’ pajjiż terz applikat għal attivitajiet ta’ riassigurazzjoni ta’ impriżi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’dak il-pajjiż terz huwiex ekwivalenti għal dak stabilit fit-Titolu I ...."

(b) il-paragrafi ġodda li ġejjin 4, 5 u 6 huma miżjuda:

"4. B'deroga mill-paragrafu 3 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 134(1), l-istess trattament bħall-Artikolu 172(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 134(1) għandu jingħata għal perjodu tranżizzjonali, għall-kuntratti tar-riassigurazzjoni konklużi mal-impriżi li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz u li l-iskemi ta' solvenza tagħhom probabbilment, sal-31 ta' Diċembru 2012 probabbilment ma jissodisfawx b'mod sħiħ il-kriterji għall-valutazzjoni tal-ekwivalenza msemmija fil-paragrafu 1. Il-perjodu tranżizzjonali għandu jdum massimu ta' 5 snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 309(1). Din id-deroga għandha tapplika biss meta l-Kummissjoni tkun għamlet deċiżjoni skont il-paragrafu 6 li l-kundizzjonijiet speċifikati intlaħqu mill-pajjiż terz.

5. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 301a u li jkunu suġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, li jispeċifikaw b'relazzjoni mal-paragrafu 4, it-tul ta' żmien tal-perjodu tranżizzjonali li jista' jkun iqsar mill-massimu ta' 5 snin u l-kundizzjonijiet li għandhom ikunu ssodisfati mill-pajjiż terz. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikopru impenji mogħtija mill-awtoritajiet superviżorji, il-konverġenza tagħhom għal skema ekwivalenti fuq perjodu ta' żmien fiss, il-kontenut tal-iskema eżistenti jew maħsub, u oqsma ta' kooperazzjoni, skambju ta' informazzjoni u obbligi ta' segretezza professjonali.

6. Il-Kummissjoni tista', f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 301(2), tiddeċiedi fir-rigward ta' skemi ta' solvenza msemmija fil-paragrafu 4 li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 174(4) u l-att delegat, intlaħqu mill-pajjiż terz.

Dawk id-deċiżjonijiet għandhom jiġu riveduti regolarment."

70. L-Artikolu 210(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, li jispeċifikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 fir-rigward tal-monitoraġġ, l-immaniġjar u l-kontrol tar-riskji li jirriżultaw mill-attivitajiet tar-riassigurazzjoni finite."

71. L-Artikolu 211 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, li jistabilixxu dan li ġej:

(a) l-ambitu tal-awtorizzazzjoni;

(b) il-kundizzjonijiet mandatorji li għandhom jiġu inklużi fil-kuntratti kollha li jinħarġu;

(c) ir-rekwiżiti idonji u xierqa tajba kif imsemmi fl-Artikolu 42 tal-persuni li jkunu qegħdin imexxu l-istrument bi skop speċjali;

(d) ir-rekwiżiti idonji u xierqa għall-azzjonisti jew membri li jkollhom parteċipazzjoni kwalifikattiva fl-istrument bi skop speċjali;

(e) proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi tajbin, mekkaniżmi ta’ kontroll intern adegwati u rekwiżiti tal-immaniġjar tar-riskji;

(f) rekwiżiti kontabilistiċi, u dawk prudenzjali u tal-informazzjoni statistika;

(g) rekwiżiti tas-solvenza.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, billi tistabilixxi l-proċeduri għall-approvazzjoni superviżorja tal-istrumenti bi skop speċjali u, fejn l-istrument bi skop speċjali li jassumi riskju minn impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni hija stabilit fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru li fih l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni hija awtorizzata, il-proċeduri għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji.

3. L-istrumenti bi skop speċjali awtorizzati qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 għandhom ikunu soġġetti għal-liġi tal-Istat Membru li jkun awtorizza l-istrument b’għan speċjali. Madankollu, kull attività ġdida mibdija bi strument bi skop speċjali bħal dan wara dik id-data għandha tkun soġġetta għall-paragrafi 1 u 2".

(b) Għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

"4. Qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu kif supplimentat mill-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 dwar il-kwistjonijiet koperti minn dawk l-atti delegati, speċifikament rigward il-proċedura li għandha tkun segwita għall-għoti ta' approvazzjoni superviżorja ta' strumenti bi skop speċjali u l-proċeduri għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji.

L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament …/… [AEAPX].

L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011."

72. L-Artikolu 216(7) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"7. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, u tispeċifika ċ-ċirkostanzi li fihom tkun tista’ tittieħed id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.”

73. L-Artikolu 217(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, u tispeċifika ċ-ċirkostanzi li fihom tkun tista’ tittieħed id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.”

74. Fl-Artikolu 227(2), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Waqt li jkun qed jagħmel dan, is-superviżur tal-grupp għandu jikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra konċernati u l-AEAPX qabel ma jieħu deċiżjoni dwar l-ekwivalenza.”

75. L-Artikolu 227(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, sabiex tispeċifika l-kriterji ħalli jiġi vvalutat jekk ir-reġim tas-solvenza f'pajjiż terz huwiex ekwivalenti għal dak stabilit fit-Titolu I, Kapitolu VI."

76. Fl-Artikolu 227, għandhom jiżdiedu l-paragrafi 6 u 7 li ġejjin:

"6. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, għal perjodu tranżizzjonali jipprovdu li l-kalkolu tas-solvenza tal-grupp jikkunsidra, fir-rigward tal-impriża msemmija f'dak is-subparagrafu, ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u l-fondi proprji eliġibbli biex ikun issodisfat ir-rekwiżit kif stipulat mill-pajjiż terz ikkonċernat. Il-perjodu tranżizzjonali għandu jdum massimu ta' 5 snin mid-data msemmija fl-ewwel sub-paragrafu tal-Artikolu 309(1). Din id-deroga għandha tapplika biss meta l-Kummissjoni tkun iddeċidiet f'konformità mal-paragrafu 7 li kundizzjonijiet speċifikati ntlaħqu mill-pajjiż terz.

7. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 301a u li jkunu suġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, li jispeċifikaw b'relazzjoni mal-paragrafu 6, it-tul ta' żmien tal-perjodu tranżizzjonali li jista' jkun iqsar mill-massimu ta' 5 snin u l-kundizzjonijiet li għandhom ikunu ssodisfati mill-pajjiż terz. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikopru impenji mogħtija mill-awtoritajiet superviżorji, il-konverġenza tagħhom għal skema ekwivalenti fuq perjodu ta' żmien fiss, il-kontenut tal-iskema eżistenti jew maħsub, u oqsma ta' kooperazzjoni, skambju ta' informazzjoni u obbligi ta' segretezza professjonali.

8. Il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni fir-rigward tal-iskemi ta' solvenzi ta' pajjiżi terzi, imsemmija fil-paragrafu 6 li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 u l-att delegat, kienu ssodisfati mill-pajjiż terz.

Dawk id-deċiżjonijiet għandhom ikunu adottati wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ewropew tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 301(2). Dawk id-deċiżjonijiet għandhom jiġu riveduti regolarment."

77. L-Artikolu 231(3) u (6) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

"3. Matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, is-superviżur tal-grupp u kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet superviżorji l-oħra konċernati jistgħu jikkonsultaw mal-AEAPX. L-AEAPX għandha tiġi kkonsultata wkoll fejn l-impriża parteċipanti titlob dan.

Fejn l-AEAPX tiġi kkonsultata, l-awtoritajiet superviżorji kollha konċernati għandhom jiġu infurmati u l-perjodu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jittawwal b’xahrejn.

4. Is-superviżur tal-grupp għandu jipprovdi lill-applikant b’dokument li jistabilixxi d-deċiżjoni konġunta motivata b’mod sħiħ imsemmija fil-paragrafu 2.

Fejn ikun ġiet ikkonsultata l-AEAPX, b'konformità mal-paragrafu 3 l-awtoritajiet superviżorji konċernati għandhom jikkunsidraw dan il-parir kif xieraq qabel ma jieħdu d-deċiżjoni konġunta tagħhom. Is-superviżur tal-grupp għandu jipprovdi lill-applikant b’dokument li jistabilixxi d-deċiżjoni konġunta motivata b'mod sħiħ u spjegazzjoni ta’ kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti mill-parir adottat mill-AEAPX.

5. Fl-assenza ta' deċiżjoni konġunta fil-perjodi stabiliti fil-paragrafi 2 u 3 rispettivament, is-superviżur tal-grupp għandu jieħu d-deċiżjoni hu stess dwar l-applikazzjoni.

Fit-teħid tad-deċiżjoni, is-superviżur tal-grupp għandu jikkunsidra b’mod xieraq dan li ġej:

(a) kwalunkwe fehma u riżerva tal-awtoritajiet superviżorji l-oħra konċernati waqt il-perjodu applikabbli;

(b) meta l-AEAPX tkun ġiet kkonsultat, il-parir tagħha.

Is-superviżur tal-grupp għandu jipprovdi lill-applikant u lill-awtoritajiet l-oħra superviżorji b’dokument li jistabilixxi d-deċiżjoni konġunta motivata b’mod sħiħ u spjegazzjoni ta’ kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti mill-parir adottat mill-AEAPX.

Dik id-deċiżjoni għandha tkun rikonoxxuta bħala determinanti u applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati.

6. Jekk, fl-aħħar tal-perjodi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 rispettivament, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet superviżorji konċernati tkun irriferiet il-kwistjoni lill-AEAPX skont l-Artikolu 19 tar-Regolament …/… [AEAPX], is-superviżur tal-grupp għandu jiddeferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b’konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX.

Il-perjodi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 rispettivament għandhom jitqiesu bħala l-perjodu tal-konċiljazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 19(2)ta' dak ir-Regolament.

L-AEAPX għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferita lill-AEAPX wara t-tmiem tal-perjodi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 rispettivament jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta."

78. L-Artikolu 234 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 234Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, biex tispeċifika l-prinċipji u l-metodi tekniċi kif spjegat fl-Artikoli 220 sa 229 u l-applikazzjoni tal-Artikoli 230 sa 233 sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi fl-Unjoni."

79. L-Artikolu 237 għandu jiġi emendat kif ġej:

80. Il-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"3. Matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, fil-każ li jkun hemm fehmiet diversi dwar l-approvazzjoni tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, is-superviżur tal-grupp jew xi awtorità superviżorja oħra konċernata jistgħu jikkonsultaw lill-AEAPX. Fejn l-AEAPX tiġi kkonsultata, l-awtoritajiet superviżorji kollha konċernati għandhom jiġu infurmati u l-perjodu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jittawwal b'xahar.

Fejn tkun ġiet ikkonsultata l-AEAPX, l-awtoritajiet superviżorji konċernati għandhom jikkunsidraw dan il-parir kif xieraq qabel ma jieħdu d-deċiżjoni konġunta tagħhom.

4. L-awtorità superviżorja, wara li tawtorizza lill-impriża sussidjarja għandha tipprovdi lill-applikant bid-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafi 2 u 3, għandha tagħti l-motivazzjonijiet kollha u, fejn l-AEAPX tkun ġiet ikkonsultata, tinkludi spjegazzjoni dwar kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti mill-parir adottat mill-AEAPX. Id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi rikonoxxuta bħala finali u għandha tkun applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati.

5. Fl-assenza ta' deċiżjoni konġunta min-naħa tal-awtoritajiet superviżorji konċernati fil-perjodi stabiliti fil-paragrafi 2 u 3, is-superviżur tal-grupp għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu stess dwar l-applikazzjoni.

Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, is-superviżur tal-grupp għandu jikkunsidra tajjeb dan li ġej:

(a) kwalunkwe fehma u riżerva tal-awtoritajiet superviżorji konċernati waqt il-perjodu applikabbli;

(b) kwalunkwe riżerva tal-awtoritajiet l-oħra superviżorji fil-kulleġġ tas-superviżuri espressa waqt il-perjodu applikabbli;

(c) meta l-AEAPX tkun ġiet ikkonsultat, il-parir tagħha.

Id-deċiżjoni għandha tagħti l-motivazzjoni kollha u għandha tinkludi spjegazzjoni ta’ xi devjazzjoni sinifikanti mir-riżervi tal-awtoritajiet superviżorji l-oħra konċernati, flimkien mal-parir tal-AEAPX. Is-superviżur tal-grupp għandu jipprovdi lill-applikant u lill-awtoritajiet l-oħra superviżorji konċernati b’kopja tad-deċiżjoni."

81. Għandu jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

"6. Jekk, fl-aħħar tal-perjodi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 rispettivament ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet superviżorji konċernati tkun irriferiet il-kwistjoni lill-AEAPX skont l-Artikolu 19 tar-Regolament …/… [AEAPX], l-awtorità superviżorja għandha tiddeferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha b’konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX.

Il-perjodi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 rispettivament għandhom jitqiesu bħala l-perjodu tal-konċiljazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 19(2)ta' dak ir-Regolament. L-AEAPX għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferita lill-AEAPX wara t-tmiem tal-perjodi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 rispettivament jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta."

82. L-Artikolu 238(5) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"5. Meta l-awtorità superviżorja u s-superviżur tal-grupp ma jaqblux, kwalunkwe wieħed mis-superviżuri jista', fi żmien xahar mill-proposta tal-awtorità superviżorja, jirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u jitlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament .../... [AEAPX]. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn minn dan ir-riferiment. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferita lill-AEAPX wara t-tmiem tal-perjodu ta’ xahar imsemmi f’dan is-subparagrafu jew wara li jkun intlaħaq ftehim fil-kulleġġ skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

L-awtorità superviżorja, wara li tkun awtorizzat lil dik is-sussidjarja, għandha tiddeferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha b’konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX.

Id-deċiżjoni għandha tiddikjara l-motivazzjonijiet sħaħ li fuqhom tkun ġiet ibbażata.

Id-deċiżjoni għandha tiġi sottomessa lis-sussidjarja u lill-kulleġġ tas-superviżuri.”

83. Fl-Artikolu 239, għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

"4. Fejn l-awtorità superviżorja u s-superviżur tal-grupp ma jaqblux dwar l-approvazzjoni tal-pjan ta’ rkupru fit-tmiem tal-perjodu ta’ erba’ xhur imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew dwar l-approvazzjoni tal-miżuri proposti fl-aħħar tal-perjodu ta’ xahar imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, iż-żewġ superviżuri jistgħu, fl-aħħar tal-perjodu applikabbli, jirreferu l-kwistjoni lill-AEAPX u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament .../...[AEAPX]. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat mogħtija lilha minn dak l-Artikolu u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn dan ir-riferiment. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferita lill-AEAPX wara t-tmiem tal-perjodu applikabbli msemmi f’dan is-subparagrafu jew wara li jkun intlaħaq ftehim fil-kulleġġ skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 jew it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

L-awtorità superviżorja, wara li tkun awtorizzat lil dik is-sussidjarja, għandha tiddeferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha b’konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX.

Id-deċiżjoni għandha tiddikjara l-motivazzjonijiet sħaħ li fuqhom tkun ġiet ibbażata.

Id-deċiżjoni għandha tiġi sottomessa lis-sussidjarja u lill-kulleġġ tas-superviżuri.”

84. L-Artikolu 241 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 241Sussidjarji ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoniatti delegati

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, li jispeċifikaw dan li ġej:

(a) il-kriterji li għandhom jiġu applikati meta jkun qed jiġi vvalutat jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 236 ikunux intlaħqu jew le;

(b) il-kriterji li għandhom jiġu applikati meta jkun qed jiġi vvalutat x’għandu jiġi kkunsidrat bħala sitwazzjoni ta’ emerġenza skont l-Artikolu 239(2);

(c) il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet superviżorji waqt skambju ta’ informazzjoni, meta jkunu qegħdin jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom skont l-Artikoli 237 sa 240.”

85. Fl-Artikolu 242(1), id-data "31 ta' Ottubru 2014" għandha tiġi sostitwita bid-data "31 ta' Diċembru 2014".

86. Fl-Artikolu 242(2), id-data "31 ta' Ottubru 2015" għandha tiġi sostitwita bid-data "31 ta' Diċembru 2015".

87. L-Artikolu 244(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, għal dak li jirrigwarda d-definizzjoni u l-identifikazzjoni ta’ konċentrazzjoni tar-riskju sinifikanti u r-rappurtar dwar konċentrazzjoni tar-riskju bħal din, għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3.”

88. L-Artikolu 245(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, għal dak li jirrigwarda d-definizzjoni u l-identifikazzjoni ta’ tranżazzjoni intragrupp sinifikanti u r-rappurtar dwar tranżazzjoni intragrupp bħal din, għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3."

89. L-Artikolu 247(4) sa (7) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"4. Matul il-perjodu tat-tliet xhur imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3, kwalunkwe awtorità superviżorja konċernata tista’ titlob li tiġi kkonsultata l-AEAPX. Fil-każ li l-AEAPX tiġi kkonsultata, dak il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn.

5. Fil-każ li l-AEAPX tiġi kkonsultata, l-awtoritajiet superviżorji konċernati għandhom iqisu kif xieraq il-parir tal-AEAPX qabel ma jieħdu d-deċiżjoni konġunta tagħhom. Id-deċiżjoni konġunta għandha tagħti l-motivazzjonijiet sħaħ u għandha tinkludi spjegazzjoni ta’ kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti mill-parir mogħti mill-AEAPX.

6. Fl-assenza ta’ deċiżjoni konġunta li tidderoga mill-kriterji stabiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-inkarigu ta’ superviżur tal-grupp għandu jitwettaq mill-awtorità superviżorja identifikata skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Madankollu, jekk fl-aħħar tal-perjodi stipulati fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu kwalunkwe wieħed mis-superviżuri konċernati jkun irrefera l-kwistjoni lill-AEAPX, b'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament .../... [AEAPX], huma għandhom jistennew id-deċiżjoni tal-AEAPX.

Il-perjodi msemmija fil-paragrafi 3 u 4 rispettivament għandhom jitqiesu bħala l-perjodu tal-konċiljazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 19(2)ta' dak ir-Regolament. L-AEAPX għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-AEAPX wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta.

L-inkarigu ta' superviżur tal-grupp għandu jkun eżerċitat mill-awtorità superviżorja identifikata fid-deċiżjoni meħuda mill-AEAPX. Id-deċiżjoni għandha titressaq lill-grupp u lill-kulleġġ tas-superviżuri.

7. L-AEAPX għandu jgħarraf lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, mill-inqas darba fis-sena, dwar kwalunkwe diffukultà ewlenija fir-rigward tal-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 3 u 6.

Fl-eventwalità li tinħoloq kwalunkwe diffikultà kbira fl-applikazzjoni tal-kriterji stabiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b'konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, li jispeċifikaw dawk il-kriterji."

90. L-Artikolu 248 għandu jiġi emendat kif ġej:

91. Is-subparagrafu li għandu jiżdied mal-paragrafu 2:

"Meta superviżur ta' grupp jonqos milli jwettaq l-inkarigi msemmija fil-paragrafu 1 jew meta l-membri tal-kulleġġ ma jikkooperawx sa fejn rikjest f'dan il-paragrafu, kwalunkwe awtorità superviżorja konċernata tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament .../2010 [AEAPX]. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha mill-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament."

92. It-tieni u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 4 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Fl-eventwalità ta’ fehmiet diverġenti li jikkonċernaw l-arranġamenti tal-koordinazzjoni, kwalunkwe membru tal-kulleġġ tas-superviżuri jista’ jirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX.

Wara li jkun ikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji konċernati, is-superviżur tal-grupp għandu jikkunsidra tajjeb kwalunkwe parir prodott mill-AEAPX fi żmien xahrejn mill-irċevuta ta’ dan qabel ma jieħu d-deċiżjoni finali tiegħu. Id-deċiżjoni għandha tiddikjara l-motivazzjonijiet sħaħ u għandu jkollha spjegazzjoni ta’ kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn kwalunkwe parir mogħti mill-AEAPX. Is-superviżur tal-grupp għandu jittrażmetti d-deċiżjoni lill-awtoritajiet l-oħra superviżorji konċernati.”

93. Il-paragrafi 6 u 7 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"6. Qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-funzjoni operattiva tal-kulleġġi.

Dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament …/…[AEAPX]. L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2011 u tiżviluppa abbozzi riveduti tal-istandards għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni għallinqas kull tliet snin.

7. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, għall-koordinazzjoni tas-superviżjoni tal-gruppi għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 6, inkluża d-definizzjoni ta’ “fergħa sinifikanti”.

94. Fl-Artikolu 249 għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

"1a. Meta awtorità superviżorja ma tkunx ikkomunikat informazzjoni rilevanti jew talba għall-kooperazzjoni, partikolarment għall-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti, tkun ġiet rifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-AEAPX u jitolbu l-assistenza tagħha.

Meta l-kwistjoni tkun riferuta lill-AEAPX, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 258 TFUE, f'dawn il-każijiet l-AEAPX tista' taġixxi skont is-setgħat konferiti lilha permezz tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru .../2010 [AEAPX]."

95. L-Artikolu 249 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, għad-determinazzjoni tal-oġġetti li għandhom jinġabru, fuq bażi sistematika, mis-superviżur tal-grupp u jitqassmu lill-awtoritajiet l-oħra superviżorji konċernati jew li għandhom jiġu trażmessi lis-superviżur tal-grupp min-naħa tal-awtoritajiet superviżorji l-oħra konċernati.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, li jispeċifikaw l-oġġetti essenzjali jew rilevanti għas-superviżjoni f’livell ta’ grupp bl-għan li tittejjeb il-konverġenza tar-rappurtar superviżorju.

(b) Għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

"4. “Qegħdin jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni sabiex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta' dan l-Artikolu kif supplimentati mill-atti delegati msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu dwar il-kwistjonijiet koperti minn dawk l-atti delegati, speċjalment għal dak li jirrigwarda l-mudelli u l-proċeduri għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni lis-superviżur tal-grupp kif ukoll il-proċedura għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji kif stabilit f’dan l-Artikolu.

L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament …/… [AEAPX].

L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011."

96. L-Artikolu 254(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

" 2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet tagħhom responsabbli biex jeżerċitaw is-superviżjoni tal-grupp, għandhom ikollhom aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall finijiet ta' superviżjoni irrispettivament min-natura tal-impriża kkonċernata. L-Artikoli 35 u 308a(1) għandhom japplikaw mutatis mutandis ."

97. Fl-Artikolu 255(2), jiżdied ir-raba' subparagrafu kif ġej:

"Meta t-talba lil awtorità superviżorja oħra biex tagħmel verifika skont dan il-paragrafu tkun rifjutata jew ma titteħidx azzjoni dwarha f'perjodu ta' żmien raġonevoli, jew meta talba lill-awtorità superviżorja li tkun għamlet it-talba biex tipparteċipa fil-verifika skont it-tielet subparagrafu tkun rifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha f'perjodu ta' żmien raġonevoli, l-awtorità li tagħmel it-talba tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u tista' titlob l-assistenza tagħha f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament .../2010 [AEAPX]. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu."

98. L-Artikolu 256 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

" 1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jew kumpaniji holding tal-assigurazzjoni li jkunu qed jipparteċipaw biex jiżvelaw pubblikament, fuq bażi annwali, rapport dwar is-solvenza u l-kondizzjoni finanzjarja fil-livell tal-grupp. L-Artikoli 51, 53, 54, 55 u 308a(4) għandhom japplikaw mutatis mutandis .

(b) Il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 301b u 301c, li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi divulgata u l-mezzi li bihom dan għandu jsir għal dak li jirrigwarda r-rapport singolu dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja."

(c) Għandu jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

"5. Qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tiddetermina l-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu kif issupplimentat mill-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu dwar il-kwistjonijiet koperti minn dawk l-atti delegati, speċifikament rigward il-mudelli għad-divulgazzjoni dwar is-solvenza tal-grupp u r-rapport finanzjarju kif stabilit f’dan l-Artikolu.

L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament …/… [AEAPX].

L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011."

99. L-Artikolu 258(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, għall-koordinazzjoni tal-miżuri tal-infurzar imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.”

100. L-Artikolu 259 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 259Rapportar tal-AEAPX

101. L-AEAPX għandha tirraporta lill-Parlament Ewropew kull sena skont l-Artikolu 35 tar-Regolament …/...[AEAPX]

102. L-AEAPX għandha tirraporta, inter alia , dwar l-esperjenzi kollha rilevanti u sinifikanti tal-attivitajiet superviżorji u kooperazzjoni bejn is-superviżuri fil-qafas tat-Titolu III, u, b’mod partikolari:

(a) il-proċess tan-nominazzjoni tas-superviżur tal-grupp, l-għadd ta’ superviżuri tal-grupp u l-firxa ġeografika;

(b) il-ħidma tal-kulleġġ tas-superviżuri, b’mod partikolari l-involviment u l-impenn tal-awtoritajiet superviżorji fejn ma jkunux is-superviżuri tal-grupp.

103. L-AEAPX tista’, għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, tirraporta wkoll dwar it-tagħlimiet ewlenin li jkunu ttieħdu mill-analiżijiet msemmija fl-Artikolu 248(6), fejn ikun xieraq.”

104. L-Artikolu 260 għandu jiġi emendat kif ġej:

105. Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Il-verifika għandha ssir mill-awtorità superviżorja li għandha tkun is-superviżuri tal-grupp kieku l-kriterji stabiliti fl-Artikolu 247(2) kellhom japplikaw, fuq talba tal-impriża possedenti jew min-naħa ta’ kwalunkwe waħda mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzati fl-Unjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx ikkonkludiet minn qabel fir-rigward tal-ekwivalenza tal-pajjiż terz konċernat. Fit-twettiq ta' dan, l-awtorità superviżorja għandha tikkonsulta l-awtoritajiet l-oħra superviżorji konċernati u l-AEAPX, qabel ma tieħu deċiżjoni.”

106. Il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u b’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, ħalli tispeċifika l-kriterji sabiex tivvaluta jekk ir-reġim prudenzjali f’pajjiż terz għas-superviżjoni ta’ gruppi jkunx ekwivalenti għal dak stabilit f’dan it-Titolu.

(c) għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

"4. B'deroga mill-Artikolu 261(1), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 262(1) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 263, l-Istati Membri jistgħu għal perjodu tranżizzjonali, jiddependu fuq is-superviżjoni tal-grupp eżerċitata mill-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terzi. Il-perjodu tranżizzjonali għandu jdum massimu ta' 5 snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 309(1). Din id-deroga għandha tapplika biss meta l-Kummissjoni tkun għamlet deċiżjoni skont il-paragrafu 5 li l-kundizzjonijiet speċifikati intlaħqu mill-pajjiż terz. "

(d) għandu jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

"5. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 301a u li jkunu suġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, li jispeċifikaw b'relazzjoni mal-paragrafu 4, it-tul ta' żmien tal-perjodu tranżizzjonali li jista' jkun iqsar mill-massimu ta' 5 snin u l-kundizzjonijiet li għandhom ikunu ssodisfati mill-pajjiż terz. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikopru impenji mogħtija mill-awtoritajiet superviżorji, il-konverġenza tagħhom għal skema ekwivalenti fuq perjodu ta' żmien fiss, il-kontenut tal-iskema eżistenti jew maħsub, u oqsma ta' kooperazzjoni, skambju ta' informazzjoni u obbligi ta' segretezza professjonali.

(e) għandu jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

"6. Il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni fir-rigward ta' skemi prudenzjali ta' pajjiżi terzi, imsemmija fil-paragrafu 4 li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 u l-att delegat, kienu ssodisfati mill-pajjiż terz.

Dawk id-deċiżjonijiet għandhom ikunu adottati wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ewropew tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 301(2). Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu riveduti regolarment."

107. Fl-Artikolu 262, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:"1. Fin-nuqqas ta' superviżjoni ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 260, l-Istati Membri għandhom japplikaw waħda minn dawn li ġejjin għall-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni:

108. (a) l-Artikoli 218 sa 235, l-Artikolu 244 sa 258 u l-Artikolu 308a(9) mutatis mutandis

109. (b) wieħed mill-metodi stabbiliti fil-parafrafu 2."

110. Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 300 id-data "31 ta’ Ottubru 2012" għandha tiġi sostitwita bid-data "31 ta’ Diċembru 2012".

111. L-Artikolu 301(3) jitħassar.

112. Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 301a, 301b u 301c li ġejjin:

"Artikolu 301aEżerċizzju tad-delega

113. Is-setgħat għall-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 17, 31, 35, 37, 50, 56, 58, 75, 86, 92, 97, 99, 111, 114, 127, 130, 135, 143, 172, 210, 211, 216, 217, 227, 234, 241, 244, 245, 247, 248, 249, 256, 258, 260 u 308b, għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 5 snin, hekk kif tidħol fis-seħħ din id-Direttiva.

Il-Kummissoni għandha tagħmel rapport għal dak li jirrigwarda s-setgħat delegati mhux aktar tard minn 6 xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 5 snin. Id-delegazzjoni tas-setgħat għandha tiġi awtomatikament estiża għal perjodi ta’ tul identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokawha skont l-Artikolu 301b.

114. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

115. Is-setgħat tal-adozzjoni ta’ atti delegati jingħataw lill-Kummissjoni bil-kundizzjoni li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikoli 301b u 301c.

Artikolu 301bRevoka tad-delega

116. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 17, 31, 35, 37, 50, 56, 58, 75, 86, 92, 97, 99, 111, 114, 127, 130, 135, 143, 172, 210, 211, 216, 217, 227, 234, 241, 244, 245, 247, 248, 249, 256, 258, 260 u 308b, tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

117. L-istituzzjoni li bdiet proċedura interna għat-teħid tad-deċiżjoni dwar jekk ir-revoka tad-delega tas-setgħa għandhiex issir jew le għandha tinforma lil-leġiżlatur l-ieħor u lill-Kummissjoni mhux iżjed tard minn xahar qabel it-teħid tad-deċiżjoni finali, bid-dikjarazzjoni dwar is-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u r-raġunijiet għaliex tkun saret revoka.

118. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data iktar tard speċifikata. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 301cOġġezzjonijiet għal atti delegati

119. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiżdied b’xahar.

120. Jekk, meta jiskadi dan il-perjodu, msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.

L-att delegat għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw il-Kummissjoni bl-għan tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

3. Jekk, jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għall-att delegat fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet tal-oġġezzjoni għall-att delegat.”

121. Fl-Artikolu 304(2), id-data "31 ta' Ottubru 2015" għandha tiġi sostitwita bid-data "31 ta' Diċembru 2015".

122. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 308a li ġej:

"TAQSIMA 3

Transitional measures specified by delegated acts

Artikolu 308a

Dispożizzjonijiet tranżitorji

123. Meta l-Kummissjoni tkun adottat att delegat f'konformità mal-Artikolu 308b(6), l-Artikolu 35(5) ma għandux japplika għal perjodu massimu ta' ħames snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 309(1).

124. Meta l-Kummissjoni tkun adottat att delegat f'konformità mal-Artikolu 308b(2), il-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 37(1)(a) li awtorità superviżorja tkun ikkonkludiet li l-profil tar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni ddevja b'mod sinifikanti mis-suppożizzjonijiet sottostanti fir-Rekwiżit tal-Kapital ta' Solvenza kif ikkalkulat bl-użu ta' formula standard, ma għandux japplika għal perjodu massimu ta' 10 snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 309(1). Bl-istess mod, ir-rekwiżit fl-Artikolu 37(2) li supplimentazzjonijiet kapitali imposti mill-punt a tal-Artikolu37(1) għandhom ikunu kkalkulati b'tali mod li jiżguraw li l-impriża tikkonforma mal-Artikolu 101(3), ma għandux japplika għal perjodu massimu ta' 10 snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 309(1).

125. Meta l-Kummissjoni tkun adottat att delegat f'konformità mal-Artikolu 308b(3), l-Artikolu 41(1) u l-Artikolu 41(3) ma għandux japplika għal perjodu massimu ta' 3 snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 309(1).

126. Meta l-Kummissjoni tkun adottat att delegat f'konformità mal-Artikolu 308b(4), l-Artikolu 51(1) ma għandux japplika għal perjodu massimu ta' 3 snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 309(1).

127. Meta l-Kummissjoni tkun adottat att delegat f'konformità mal-Artikolu 308b(5), l-Artikolu 75(1) ma għandux japplika għal perjodu massimu ta' 10 snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 309(1).

128. Meta l-Kummissjoni tkun adottat att delegat f'konformità mal-Artikolu 308b(1), l-Artikolu 76(2), Artikolu 76(3) u Artikolu 76(5) ma għandhomx japplikaw għal perjodu massimu ta' 10 snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 309(1).

129. Meta l-Kummissjoni tkun adottat att delegat f'konformità mal-Artikolu 308b(7), l-Artikolu 94 ma għandux japplika għal perjodu massimu ta' 10 snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 309(1).

130. Meta l-Kummissjoni tkun adottat att delegat f'konformità mal-Artikolu 308b(8), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 100, l-Artikolu 101(3), l-Artikolu 102 u l-Artikolu 104 ma għandhomx japplikaw għal perjodu massimu ta' 10 snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 309(1).

131. Meta l-Kummissjoni tkun adottat att delegat f'konformità mal-Artikolu 308b(9), l-Artikolu 218(2) u (3) ma għandux japplika għal perjodu massimu ta' 10 snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 309(1).

132. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 308b li ġej:

Artikolu 308b

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 301b u 301c, li jirrigwardaw dan li ġej:

(a) fir-rigward tal-Artikolu 308a(1), li jispeċifikaw it-tul tal-perjodu tranżizzjonali li jista' jkun iqsar mill-massimu ta' 3 snin, li jispeċifikaw kwalunkwe eliminazzjoni bil-mod tal-perjodu tranżizzjonali u li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tranżizzjonali fir-rigward tas-sistemi u l-istrutturi impriżi għandhom jistipulaw biex jikkonformaw mal-informazzjoni meħtieġa li għandha tkun ipprovduta għal skopijiet superviżorji u li jirrikjedu li impriżi tal-assigurazzjoni u riassigurazzjoni jikkonformaw għall-inqas mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-produzzjonijiet ta' rapporti ta' kontabbiltà u sottomissjoni perjodika ta' dikjarazzjonijiet li huma adottati skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/83/KE, l-Artikolu 11 tad-Direttiva 84/641/KE u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2005/68/KE.

(b) fir-rigward tal-Artikolu 308a(2), li jispeċifikaw it-tul tal-perjodu tranżizzjonali li jista' jkun iqsar minn 10 snin, li jispeċifikaw kwalunkwe eliminazzjoni bil-mod tal-perjodu tranżizzjonali, li jispeċifikaw rekwiżit li jkunu kkunsidrati s-suppożizzjonijiet sottostanti għal Rekwiżit Kapitali ta' Solvenza msemmi fl-Artikolu 308b(8) iktar milli r-Rekwiżit Kapitali ta' Solvenza, meta jkun qed jiġi konkluż jekk il-kundizzjonijiet għall-impożizzjoni ta' supplimentazzjonijiet kapitali fkont l-Artikolu37(1)(a) b'referenza għall-attribwiti tal-kalibrazzjoni u l-livell ta' kunfidenza ta' dak ir-rekwiżit milli dawk tal-formula standard tar-rekwiżit Kapitali ta' Solvenza;

(c) fir-rigward tal-Artikolu 308a(3), li jispeċifikaw it-tul tal-perjodu tranżizzjonali li jista' jkun iqsar mill-massimu ta' 3 snin, l-eliminazzjoni bil-mod tal-perjodu tranżizzjonali fir-rigward tas-sistemi u l-istrutturi ta' governanza u l-limitu sa fejn is-sistemi, il-funzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 41 sa 49 li magħhom għandhom jikkonformaw l-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, għall-inqas mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi, jirrikjedu proċeduri amministrattivi tajbin u kontroll intern li huma adottati skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/83/KE, l-Artikolu 9 tad-Direttiva 84/641/KE u l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2005/68/KE.

(d) fir-rigward tal-Artikolu 308a(4), it-tul tal-perjodu tranżizzjonali li jista' jkun iqsar mill-massimu ta' 3 snin, kwalunkwe eliminazzjoni gradwali tal-perjodu tranżizzjonali u kwalunkwe rekwiżit tranżizzjonali rigward il-kontenut u ż-żmien tal-informazzjoni li għandu jkun divulgat pubblikament mill-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u li jirrikjedu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u riassigurazzjoni jkunu għall-inqas rikjesti jiddivulgaw rapport li jinkludi sommarju ta' livell għoli tal-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 51(1).

(e) fir-rigward l-Artikolu 308a(5), it-tul tal-perjodu tranżizzjonali li jista' jkun iqsar mill-massimu ta' 10 snin, kwalunkwe eliminazzjoni gradwali tal-perjodu tranżizzjonali, kwalunkwe speċifikazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet li għandhom ikunu suġġetti għal rekwiżiti tranżizzjonali rigward il-valutazzjoni u r-rekwiżiti tranżizzjonali dwar il-metodu u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw fil-valutazzjoni tal-assi u obbligazzjonijiet speċifikati u li jirrikjedu li impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni għall-inqas jikkonformaw mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri għall-valutazzjoni ta' dawn l-assi u obbligazzjonijiet li kienu applikabbli fil-31 ta' Diċembru 2012;

(f) fir-rigward tal-Artikolu 308a(6), it-tul tal-perjodu tranżizzjonali li jista' jkun iqsar mill-massimu ta' 10 snin, l-eliminazzjoni gradwali tal-perjodu tranżizzjonali u r-rekwiżiti tranżizzjonali dwar il-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi u li għandhom japplikaw matul il-perjodu tranżizzjonali u li jirrikjedu li impriżi tal-assigurazzjoni u riassigurazzjoni jikkonformaw għall-inqas mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-istabbiliment ta' provvedimenti tekniċi li jkunu adottati skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/83/KE, l-Artikolu 15 tad-Direttiva 73/239/KE u l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2005/68/KE.

(g) fir-rigward tal-Artikolu 308a(7), it-tul tal-perjodu tranżizzjonali li jista' jkun iqsar mill-massimu ta' 10 snin, l-eliminazzjoni gradwali tal-perjodu tranżizzjonali, l-ispeċifikazzjoni tal-fondi proprji li jkunu suġġetti għar-rekwiżiti tranżizzjonali u r-rekwiżiti tranżizzjonali dwar il-klassifikazzjoni ta' fondi proprji, li se japplikaw għal dawk il-fondi proprji speċifikati u li jirrikjedu li matul il-perjodu tranżizzjonali, impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jikkonformaw għall-inqas mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2002/83/KE, l-Artikolu 16 tad-Direttiva 73/239/KE u l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2005/68/KE fir-rigward ta' dawk ir-riżorsi proprji;

(h) fir-rigward tal-Artikoli 308a(8), it-tul tal-perjodu tranżizzjonali li jista' jkun iqsar mill-perjodu massimu ta' 10 snin, kwalunkwe eliminazzjoni gradwali tal-perjodu tranżizzjonali u kwalunkwe rekwiżit tranżizzjonali għall-kalkolu u l-użu ta' Rekwiżit Kapitali ta' Solvenza tranżizzjonali Il-kalkolu tar-rekwiżit Kapitali ta' Solvenza tranżizzjonali jista' jinkludi modifiki għall-enfasijiet, ix-xenarji, il-koeffiċjenti ta' korrelazzjoni u l-parametri tal-formula standard tar-Rekwiżit Kapitali ta' Solvenza li kieku japplika. L-att delegat għandu jirrikjedi wkoll li l-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni jikkonformaw ma' Rekwiżit Kapitali ta' Solvenza li mhux ogħla mir-Rekwiżit Kapitali ta' Solvenza u mhux inqas mis-somma tar-Rekwiżit Kapitali Minimu u ħamsin fil-mija tad-differenza bejn ir-Rekwiżit Kapitali ta' Solvenza u r-Rekwiżit Kapitali Minimu;

(i) fir-rigward tal-Artikolu 308a(9), bidliet relatati mal-għażla tal-metodu ta' kalkolu u l-prinċipji ġenerali fil-kalkolu tas-solvenza tal-grupp stabbilit fl-Artikoli 220 sa 229 u l-Artikoli 230 sa 233 u l-Artikolu 235 b'relazzjoni mal-metodi għall-kalkolu tas-solvenza tal-grupp. L-atti delegati jistgħu jistabbilixxu wkoll il-bidliet relatati mal-kalkolu tas-solvenza tal-grupp taħt superviżjoni fil-livell ta' grupp kif imsemmi fl-Artikolu 213(2)(c), meta ma jkunx hemm superviżjoni ekwivalenti kif imsemmi fl-Artikolu 262. Dawk il-bidliet għall-kalkolu tal-fondi proprji tal-grupp u r-rekwiżit kapitali ta' solvenza tal-grupp għandu jkollhom konsegwenzi għal kwalunkwe rekwiżiti tranżizzjnali dwar il-klassifikazzjoni ta' fondi proprji u r-Rekwiżit Kapitali ta' Solvenza li japplika fil-livell ta' impriżi individwali tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni matul il-perjodu tranżizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 308a(7) u l-Artikolu 308a(8). L-att delegat għandu jirrikjedi li impriżi tal-assigurazzjoni u riassigurazzjoni jiżguraw li fondi proprji eliġibbli, b'kunsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fl-Artikolu 308a(7), huma disponibbli fil-grupp. Dawk il-fondi proprji eliġibbli għandhom għall-inqas ikunu ekwivalenti għal Rekwiżit Kapitali ta' Solvenza li għandu jkun ikkalkolat b'referenza għall-metodu ta' kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali ta' Solvenza msemmi fl-Artikolu 308a(8) jew l-ammont tar-Rekwiżit Kapitali ta' Solvenza;

(j) fir-rigward l-Artikolu 254(2), il-bidliet relatati mal-informazzjoni li għandha tkun irrappurtata lill-awtoritajiet responsabbli għall-eżerċitar tas-superviżjoni tal-grupp li għandhom konsegwenzi għar-rekwiżiti għar-rappurtar superviżorju fil-livell ta' impriżi individwali ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni li japplikaw matul il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 308a(1)

(k) fir-rigward l-Artikolu 256(1), il-bidliet relatati mal-kontenut u ż-żmien tal-informazzjoni li għandhom ikunu divulgati pubblikament u li għandhom konsegwenzi għar-rekwiżiti għad-divulgazzjoni pubblika fil-livell ta' impriżi individwali ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni li japplikaw matul il-perjodu tranżizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 308a(4)."

133. Fl-Artikolu 309(1), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 4, 10, 13, 18, 23, 26 sa 32, 34 sa 49, 51 sa 55, 67, 68, 71, 72, 74 sa 85, 87 sa 91, 93 sa 96, 98,100 sa 110, 112, 113, 115 sa 126, 128, 129, 131-134, 136-142, 144, 146, 148, 162 sa 167, 172, 173, 178, 185, 190, 192, 210 sa 233, 235-240, 243 sa 258, 260 sa 263, 265, 266, 303 u 304 u l-Annessi III u IV sal-31 ta’ Diċembru 2012."

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2013."

134. Fl-Artikolu 310, id-data "1 ta’ Novembru 2012" fl-ewwel paragrafu għandha tiġi sostitwita bid-data "1 ta’ Jannar 2013".

135. It-tieni paragrafu tal-Artikolu 311 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"L-Artikoli 1, 2, 3, 5 sa 9, 11, 12, 14 sa 17, 19 sa 22, 24, 25, 33, 57 sa 66, 69, 70, 73, 143, 145, 147, 149 sa 161, 168 sa 171, 174 sa 177, 179 sa 184, 186 sa 189, 191, 193 sa 209, 267 sa 300, 302, 305-08 u l-Annessi I u II, V, VI u VII għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013."

136. Fl-Anness III parti A il-punt 28 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"28. fi kwalunkwe każ u bħala alternattiva għall-forom ta’ impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja mniżżla fil-punti (1) sa (27) u (29), il-forma tal-Kumpanija Ewropea (SE) kif iddefinita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001(1)".

137. Fl-Anness III, Parti A, għandu jiżdied il-punt 29 li ġej:

"29. fi kwalunkwe każ u bħala alternattiva għall-forom ta’ impriżi tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja mniżżla fil-punti (1) sa (28), il-forma ta’ Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) kif iddefinit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 (*)."

* ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1.

138. Fl-Anness III, parti B, il-punt 28 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"28. fi kwalunkwe każ u bħala alternattiva għall-forom ta’ impriżi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mniżżla fil-punti (1) sa (27) u (29), il-forma ta’ Kumpanija Ewropea (SE) kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 2157/2001".

139. Fl-Anness III parti B għandu jiżdied il-punt 29:

"29. fi kwalunkwe każ u bħala alternattiva għall-forom ta’ impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja mniżżla fil-punti (1) sa (28), il-forma ta’ Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1435/2003."

140. Fl-Anness III Parti C il-punt 28 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"28. fi kwalunkwe każ u bħala alternattiva għall-forom ta’ impriżi tar-riassigurazzjoni mniżżla fil-punti (1) sa (27) u (29), il-forma ta’ Kumpanija Ewropea (SE) kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 2157/2001."

141. Fl-Anness III Parti C għandu jiżdied il-punt 29:

"29. fi kwalunkwe każ u bħala alternattiva għall-forom ta’ impriżi tar-riassigurazzjoni mniżżla fil-punti (1) sa (28), il-forma ta’ Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1435/2003."

142. It-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VII hija emendata kif ġej:

(a) Taħt "Din id-Direttiva", l-Artikolu 13(27) għandu jiddaħħal bħala korrispondenti tal-Artikolu 5, il-punt (d) tad-Direttiva 73/239/KEE.

(b) Taħt "Din id-Direttiva", ir-referenzi għall-Artikoli 210(1)((f) u 210(1)(g) għandhom jinbidlu rispettivament b’referenzi għall-Artikolu 212(1)(f) u l-Artikolu 212(1)(g).

Artikoli 3 Traspożizzjoni

143. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 1(1), l-Artikolu 2(3), l-Artikolu 2(6), l-Artikolu 2(8), l-Artikolu 2(9), l-Artikolu 2(12), l-Artikolu 2(13), l-Artikolu 2(24), l-Artikolu 2(25), l-Artikolu 2(28), l-Artikolu 2(30), l-Artikolu 2(32), l-Artikolu 2(33), l-Artikolu 2(39), l-Artikolu (41) sa (42), l-Artikolu 2(44) sa 2(46), l-Artikolu 2(52) sa (54), l-Artikolu 2(56), l-Artikolu 2(58), l-Artikolu 2(61) sa (62) , l-Artikolu 2(67) u l-Artikolu 2(69), l-Artikolu 2(70), u l-Artikolu 2(71) sa 2(80) ta' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2013.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom iżommu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-aħħar pubblikazzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

144. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikoli 4 Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 2(15) u 2(20) għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2013.

Artikoli 5 Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President […] […]

[1] Dawn huma l-Kumitat tat-Superviżuri Bankarji Ewropej (CEBS), il-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (CEIOPS) u l-Kumitat tar-Regolamenti dwar it-Titoli Ewropej (CESR).

[2] http://ec.europa.eu/internal_market/finances/committees/index_en.htm#package

[3] ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1.

[4] ĠU C 63, 18.03.2009, p. 11.

[5] ĠU C , , p. .[Din għandha tkun nota tal-qiegħ 1]

[6] ĠU C , , p. .

[7] ĠU C , , p. .

[8] ĠU L 335, 17.12.2009 p. 1-155.

[9] ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1.

[10] ĠU C 63, 18.03.2009, p. 11.

[11] ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.