18.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/62 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-iżvilupp ta’ kultura Ewropea ta’ governanza f’diversi livelli: Segwitu tal-White Paper tal-Kumitat tar-Reġjuni”
2012/C 113/12
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
— |
jemmen fil-ħtieġa għal metodu komunitarju mġedded permezz ta’ proċess aktar inklużiv u l-implimentazzjoni fil-prattika ta’ governanza f’diversi livelli; |
— |
jifraħ bil-kunsens li ntwera għall-idea tiegħu ta’ governanza Ewropea u tal-appoġġ tal-istituzzjonijiet Ewropej għall-inizjattiva tiegħu; |
— |
ħa l-inizjattiva li jwaqqaf “Tabella ta’ valutazzjoni tal-governanza f’diversi livelli fil-livell tal-Unjoni Ewropea”, li fuq bażi annwali ser tgħin biex jitkejjel sa liema punt ikunu tqiesu l-prinċipji u l-mekkaniżmi ewlenin ta’ dan it-tip ta’ governanza fiċ-ċiklu politiku tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li ssir enfasi fuq id-dimensjoni reġjonali u lokali tal-politiki u l-istrateġiji analizzati; |
— |
iqis li sabiex tissaħħaħ l-azzjoni ta’ monitoraġġ tal-Kumitat tar-Reġjuni, il-prattika tal-governanza f’diversi livelli tista’ tiġi enfasizzata b’mod partikolari fil-konferenza li jmiss dwar is-sussidjarjetà; |
— |
matul ix-xhur li ġejjin ser ifassal il-Karta tal-Unjoni Ewropea dwar il-Governanza f’Diversi Livelli tiegħu, li għandha twassal għal parteċipazzjoni akbar tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-eżerċizzju tad-demokrazija Ewropea. Dan il-proċess ta’ abbozzar ser ikun wieħed parteċipattiv u inklużiv, u għandu jippromovi l-kunċett ta’ sjieda min-naħa tar-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali; |
Relatur |
Is-Sur VAN DEN BRANDE (BE/PPE), President tal-Uffiċċju ta’ Kooperazzjoni Fjandri-Ewropa |
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
1. |
jikkonferma l-impenn politiku li ħa bil-White Paper tiegħu dwar il-governanza f’diversi livelli adottata fis-17 ta’ Ġunju 2009 (1) u, wara li ppropona proġett politiku sabiex “Nibnu l-Ewropa flimkien”, beħsiebu jiżgura t-twettiq ta’ dan l-għan billi jiġġieled kontra kwalunkwe oppożizzjoni għaliex l-għan iservi l-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea (2); |
A. Prinċipji ġenerali tal-governanza f’diversi livelli
2. |
iqis il-governanza f’diversi livelli bħala prinċipju li jikkonsisti f’azzjoni kkoordinata tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bbażata fuq il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u fuq is-sħubija li fil-prattika tissarraf f’kooperazzjoni funzjonali u istituzzjonali bil-għan li jitfasslu u jitwettqu l-politiki tal-Unjoni Ewropea; |
3. |
għalhekk ifakkar fil-ħtieġa għal metodu komunitarju mġedded permezz ta’ proċess aktar inklużiv u l-implimentazzjoni ta’ governanza f’diversi livelli, li għandu jsaħħaħ l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni Ewropea, billi jintroduċi kultura ġdida ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali u politika favur il-parteċipazzjoni fil-proċess Ewropew tar-rappreżentanti eletti fil-livelli kollha u fi kwalunkwe każ ta’ dawk li jiġu minn reġjuni b’setgħat leġislattivi; |
4. |
jifraħ bil-kunsens li ntwera għall-idea tiegħu ta’ governanza Ewropea u tal-appoġġ tal-istituzzjonijiet Ewropej għall-inizjattiva tiegħu, u jinsab konvint li t-twettiq ta’ kultura ġenwina ta’ governanza f’diversi livelli fl-Ewropa jiddependi minn dawn it-tliet fatturi:
|
5. |
ifakkar li t-Trattat ta’ Lisbona bla dubju integra l-governanza f’diversi livelli fil-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, speċjalment billi saħħaħ l-istatut tagħha fl-arkitettura istituzzjonali u billi naqqax fih l-għan tal-koeżjoni territorjali u d-dimensjoni sottonazzjonali tal-prinċipju tas-sussidjarjetà; |
6. |
għalhekk iqis li l-aħjar mod biex tingħata prijorità lill-interess ġenerali Ewropew, lil dak tal-Istati Membri kif ukoll tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jikkonsisti f’li llum il-ġurnata l-prinċipju tas-sussidjarjetà jitqies bħala l-korollarju tal-valur miżjud Ewropew u f’li l-governanza f’diversi livelli titqies bħala metodu flessibbli u parteċipattiv ta’ governanza li jinsab fil-qalba tal-valuri tal-Unjoni Ewropea u tal-etika tagħha ta’ responsabbiltà u solidarjetà biex jiġu indirizzati r-realtajiet ta’ dinja globalizzata li qed issir dejjem aktar interdipendenti u kompetittiva; |
7. |
iqis li kull riflessjoni dwar il-governanza Ewropea tagħmilha possibbli li l-kwistjoni essenzjali tar-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà jerġa’ jitqiegħed fil-kuntest ta’ proċess politiku u leġislattiv dinamiku u jinsisti fuq il-fatt li l-prinċipju tas-sussidjarjetà u dak tal-governanza f’diversi livelli huma inseparabbli: wieħed huwa konness mal-kompetenzi tal-livelli differenti ta’ poter u l-ieħor jenfasizza l-interazzjoni ta’ bejniethom; |
8. |
huwa tal-fehma li l-fatt li s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità jitqiegħdu fil-kuntest tal-governanza f’diversi livelli jwassal biex tingħaraf il-ħtieġa li l-azzjoni politika Ewropea tkun aktar trasversali u anqas settorjali: is-suċċess tal-istrateġiji globali li jinsabu fil-qalba tal-aġenda Ewropea tal-lum qed jiddependi dejjem aktar mill-kwalità tal-governanza kondiviża fl-Ewropa u mir-rispett b’mod strett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, u dan jevita li d-deċiżjonijiet jittieħdu biss f’livell wieħed ta’ poter u jiggarantixxi li l-politiki jitfasslu u jiġu applikati fl-aktar livell adatt; |
9. |
idaħħal il-proposti tiegħu fil-kuntest attwali tal-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea li jappella għal sforz ikbar ta’ responsabbiltà u solidarjetà mill-politiċi responsabbli Ewropej, nazzjonali u reġjonali fl-ispirtu tal-prinċipju tar-reċiproċità (3); |
B. Konsolidazzjoni tal-valuri u l-prinċipji tal-governanza f’diversi livelli: Progress u Tisħiħ
Lejn fehim ġdid tal-prinċipju tal-bilanċ istituzzjonali
10. |
jenfassizza li l-prinċipju tal-bilanċ istituzzjonali (4), li huwa fil-qalba tal-istruttura tal-Unjoni Ewropea, huwa garanzija fundamentali tad-demokrazija Ewropea, u jqis li d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, li jagħtih statut istituzzjonali u legali msaħħaħ fir-rigward tad-difiża tal-prerogattivi tiegħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, jimplika r-rispett sħiħ ta’ dan il-prinċipju fir-rigward tiegħu; |
11. |
iqis li t-tfassil ta’ Karta tal-Unjoni Ewropea dwar il-governanza f’diversi livelli, li ser tikkontribwixxi għall-integrazzjoni ta’ fehim komuni u kondiviż tal-governanza Ewropea fil-valuri bażiċi tal-Unjoni, ser jirrappreżenta fażi essenzjali tal-konkretizzazzjoni tal-proġett politiku tagħha; |
12. |
jinnota li ma teżistix leġislazzjoni amministrattiva Ewropea koerenti li tiggarantixxi għadd ta’ regoli minimi għall-applikazzjoni ta’ proċeduri ta’ konsultazzjoni, koordinazzjoni u parteċipazzjoni min-naħa tar-reġjuni u l-bliet, u għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tippjana bil-quddiem it-tfassil ta’ Att dwar il-proċeduri amministrattivi Ewropej li jagħmel traspożizzjoni tal-valuri u l-prinċipji ċentrali ta’ din il-Karta futura fi proċeduri aktar parteċipattivi; |
13. |
iqis li r-reviżjoni tal-ftehim ta’ kooperazzjoni tiegħu mal-Kummissjoni Ewropea li qed tiġi nnegozjata għandha tqis aktar il-leġittimità u r-responsabbiltà tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u sabiex, fl-interess ġenerali tal-proċess Ewropew tat-teħid tad-deċiżjonijiet kollu kemm hu, jiġi ggarantit ir-rispett ta’ dawn iż-żewġ prinċipji li jiggwidaw l-azzjoni tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, kif ukoll it-tennija tal-prinċipju tal-governanza f’diversi livelli bħala prinċipju gwida; |
14. |
huwa tal-fehma li din ir-reviżjoni għandha tiġi akkumpanjata minn proċess dinamiku li għandu jwassal biex flimkien mal-Kummissjoni Ewropea jiġi adottat Pjan ta’ Azzjoni kontinwu li jidentifika l-aktar inizjattivi li jista’ jkollhom impatt territorjali u l-analiżi kemm ex ante kif ukoll ex post, li l-KtR ikun jista’ jwettaq billi jimmobilizza l-għarfien espert tal-membri tiegħu u l-pjattaformi tal-awtoritajiet territorjali li fihom jipparteċipa (pjattaforma Ewropa 2020, pjattaforma tas-sussidjarjetà, pjattaforma REKT) (5); |
15. |
jistieden lill-Parlament Ewropew jintensifika l-involviment istituzzjonali tiegħu fir-rigward tat-traspożizzjoni tal-prinċipji u l-mekkaniżmi tal-governanza f’diversi livelli u tal-approċċ integrat, u jappoġġja l-proposta tiegħu għall-ħolqien ta’ tikketta Ewropea għall-governanza f’diversi livelli (6); |
16. |
ifaħħar l-inizjattiva tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li, f’Marzu 2010 (7), laqqa’ għall-ewwel darba laqgħa ministerjali informali dwar il-governanza f’diversi livelli li l-konklużjonijiet tiegħu jistiednu b’mod espliċitu lill-Kumitat tar-Reġjuni “sabiex jiffaċilita valutazzjoni politika kontinwa tal-progress tal-governanza f’diversi livelli fil-qafas tal-Unjoni Ewropea” u jitlob lill-presidenzi futuri jkomplu fuq dan il-pass. Huwa jinnota wkoll li l-preżenza aktar sistematika tal-Kumitat tar-Reġjuni fil-Kunsilli u l-laqgħat intergovernattivi turi l-iżvilupp tal-kunsiderazzjoni ta’ dan il-metodu ta’ governanza; |
17. |
jilqa’ l-prospetti ta’ ftehim mal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew u tal-fehim tagħha tal-impatt tad-deċiżjonijiet strateġiċi meħuda fil-livell tal-kapijiet ta’ Stat u ta’ gvern dwar l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u jqis li f’dan il-kuntest għandha tiġi organizzata laqgħa qabel kull Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa; |
18. |
beħsiebu jistabbilixxi djalogu aktar regolari mal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-rispett tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità u l-għan tal-koeżjoni territorjali fir-rigward tat-traspożizzjoni tajba tal-liġijiet Ewropej u l-impatt tagħhom fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll dwar ir-rispett tal-erba’ libertajiet, u flimkien mal-Qorti tal-Awdituri dwar il-governanza tajba tal-fondi Ewropej u l-impatt tal-ġestjoni tagħhom fuq il-koeżjoni territorjali u l-kompetittività tal-bliet u r-reġjuni; |
Approċċ ta’ sħubija għal regolamentazzjoni intelliġenti
19. |
jaqbel mal-approċċ rakkomandat ġdid bil-kunċett ta’ regolamentazzjoni intelliġenti bbażat fuq ċiklu politiku tal-Unjoni Ewropea li matulu l-leġislazzjoni tiġi adattata b’mod permanenti għall-isfidi u ċ-ċirkostanzi u fejn issir valutazzjoni fil-fond tat-twettiq tagħha, iżda jemmen li għandu jitqies aktar l-impatt territorjali tagħha (8); |
20. |
itenni t-talba tiegħu biex ir-reviżjoni li jmiss tal-ftehim interistituzzjonali “Tfassil aħjar tal-liġijiet” tinkludi protokoll speċifiku li jkopri ċerti dispożizzjonijiet li fihom ikun involut b’mod sħiħ, l-aktar dawk li b’mod partikolari huma marbuta mal-analiżijiet tal-impatt u l-valutazzjoni ex post tal-leġislazzjoni; |
21. |
beħsiebu jżid l-involviment tiegħu fil-proċess ta’ monitoraġġ tal-pjan ta’ azzjoni “Tfassil aħjar tal-liġijiet”, speċjalment billi jiżgura li r-rapport annwali tiegħu dwar il-monitoraġġ tas-sussidjarjetà jiġi kkunsidrat bħala kontribut rikonoxxut għar-rapport annwali tal-Kummissjoni “Tfassil aħjar tal-liġijiet”; |
22. |
jappella għal reviżjoni tal-linji gwida għall-analiżijiet tal-impatt proposti mill-Kummissjoni li għandhom jiffaċilitaw it-tfassil tal-valutazzjoni tal-impatt territorjali ex ante u ex post u l-iżvilupp ta’ indikaturi territorjali u ta’ governanza inklużiva. Il-Kumitat ser jippreżenta xi proposti speċifiċi f’dan ir-rigward ibbażati fuq l-esperjenza li nkisbet mill-kooperazzjoni li għaddejja diġà mal-Kummissjoni Ewropea; |
23. |
jappoġġja bis-sħiħ l-għan importanti tal-ħidma tal-grupp ta’ livell għoli dwar it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi (Grupp Stoiber) u jenfasizza l-impenn tiegħu fi ħdan dan il-grupp biex jitħaffef il-piż li jagħfas fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
24. |
jiddispjaċih li hemm nuqqas ta’ involviment mill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-eżerċizzju ta’ komitoloġija u jistieden immedjatament lill-Kummissjoni Ewropea biex tirranġa dan in-nuqqas li jhedded l-applikazzjoni tajba tal-leġislazzjoni Ewropea fil-livell lokali u reġjonali; |
Tweġiba biex tiżdied l-adeżjoni taċ-ċittadini fil-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea
25. |
jilqa’ r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Riflessjoni li ġie inkarigat mill-Kunsill Ewropew biex jgħin lill-Unjoni Ewropea tantiċipa u tiffaċċja b’mod aktar effikaċi l-isfidi fit-tul għall-2020-2030, u billi jipproponi patt ġdid, jagħraf il-validità tal-“governanza fuq diversi livelli fejn il-kompetenzi huma kondiviżi” u li “tista’ u għandha tinforma t-tfassil tal-linji politiċi u r-relazzjonijiet tal-UE fil-livelli kollha, bejn l-individwi u l-ġenerazzjonijiet u bejn il-lokalitajiet, ir-reġjuni u l-Istati Membri”, u jilqa’ bi pjaċir ir-rakkomandazzjoni tal-grupp ta’ riflessjoni biex tiżdied il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-Kumitat sabiex tissaħħaħ iċ-ċittadinanza politika u b’hekk tiġi ffaċilitata l-adeżjoni taċ-ċittadini għall-proġett Ewropew (9); |
26. |
jemmen li għandha ssir valutazzjoni annwali tas-sitwazzjoni attwali tar-reġjonalizzazzjoni u d-deċentralizzazzjoni fl-Unjoni Ewropea sabiex isservi ta’ barometru tad-dinamika tal-awtonomija politika, ġuridika u fiskali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. B’mod partikolari dan il-pass imur tajjeb mal-impenn tal-Kumitat fir-rigward tal-monitoraġġ tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u għandu jidħol fil-qafas ta’ kooperazzjoni fil-fond mal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa; |
27. |
huwa favur it-twaqqif ta’ Erasmus għar-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali fil-qafas ta’ kooperazzjoni istituzzjonali mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea u jilqa’ b’sodisfazzjon il-finanzjament għal proġett pilota kif propost mill-Parlament Ewropew; |
28. |
jenfasizza l-kontribut li beħsiebu jagħti fl-implimentazzjoni ta’ strument ġdid ta’ demokrazija diretta, l-inizjattivi taċ-ċittadini tal-UE, u b’mod partikolari joffri li juża l-kanali u n-netwerks ta’ informazzjoni tiegħu u tal-membri tiegħu sabiex iżid is-sensibilizzazzjoni dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini u biex jappoġġja lill-Kummissjoni b’mod li jitqies utli, pereżempju matul il-proċess ta’ “valutazzjoni ex ante” ta’ kemm huma aċċettabbli l-inizjattivi proposti f’dak li hu l-impatt tagħhom fuq il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità; barra minn hekk, jista’ jkun utli għall-ġbir u t-tixrid ta’ informazzjoni dwar Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej ippjanati jew li għaddejjin bħalissa u għall-organizzazzjoni ta’ dibattiti parteċipattivi kemm fi Brussell kif ukoll postijiet oħra (10); fl-aħħar nett, jixtieq ikun involut bis-sħiħ, u joffri l-appoġġ tiegħu għas-seduti li se jiġu organizzati mill-Parlament Ewropew bħala reazzjoni għall-inizjattivi taċ-ċittadini li jirnexxu; |
29. |
jappella għat-twaqqif ta’ kooperazzjoni mal-Kummissjoni sabiex tmexxi dan il-proċess ’il quddiem bl-istess mod bħal istituzzjonijiet oħrajn; dan l-istrument għandu jiġi promoss fi sħubija billi jitħeġġu b’mod partikolari d-dibattiti fi ħdan l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-parlamenti reġjonali u billi jiġu mobilizzati l-mezzi tax-xandir lokali u reġjonali; |
30. |
iqis li l-inklużjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-leġislazzjoni primarja tal-Unjoni Ewropea u l-possibbiltà li l-Unjoni Ewropea tissieħeb fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għandhom irawmu protezzjoni f’diversi livelli tad-drittijiet fundamentali; għalhekk, jitlob li jiġi involut fid-djalogu interistituzzjonali li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jixtieq jara fir-rapport annwali tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-Karta, liema rapport jikkunsidra li l-applikazzjoni effettiva tal-Karta għandha tkun ibbażata fuq l-azzjonijiet tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-UE (11); |
31. |
beħsiebu jsaħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu mal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali permezz ta’ djalogu annwali dwar il-ħarsien u l-promozzjoni f’diversi livelli tad-drittijiet fundamentali, u ser jieħu inizjattivi ġodda fid-dawl tal-Sena Ewropea taċ-Ċittadini fl-2013; |
32. |
jappella biex jitwettqu azzjonijiet ta’ komunikazzjoni deċentralizzata fil-muniċipalitajiet u r-reġjuni Ewropej dwar l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea u l-impatt tagħhom fuq iċ-ċittadini u jenfasizza l-bżonn urġenti li jingħataw mezzi finanzjarji suffiċjenti għall-appoġġ tal-azzjonijiet tiegħu fost il-mezzi tax-xandir lokali u reġjonali li għandhom udjenza wiesgħa fost iċ-ċittadini; |
C. It-traspożizzjoni tal-governanza f’diversi livelli fl-istrateġiji u l-politiki tal-unjoni ewropea
Il-prinċipju tal-governanza f’diversi livelli bħala prinċipju ewlieni għall-politiki u l-istrateġiji Ewropej kollha li għandhom impatt territorjali qawwi
33. |
jemmen li l-istruttura proposta għall-governanza tal-Istrateġija Ewropa 2020 kif ukoll dik li ser ikollha tmexxi r-riforma tal-politika ta’ koeżjoni għandhom jiggarantixxu żewġ bidliet fil-mudell:
|
Qafas ġdid ta’ governanza għat-tkabbir Ewropew
34. |
jinnota li fil-kuntest ta’ kriżi baġitarja li l-Ewropa qed tiffaċċja bħalissa u li l-effetti ekonomiċi u soċjali tagħha huma fil-qalba tat-tħassib taċ-ċittadini, il-kwistjoni tal-valur miżjud tal-Unjoni Ewropea u l-mezzi li għandha għad-dispożizzjoni tagħha biex tegħleb il-kriżi hija partikolarment kruċjali; |
35. |
jappoġġja l-approċċ konvenzjonali, li huwa għandu jkun assoċjat miegħu, propost mill-Parlament Ewropew u implimentat mill-Presidenza Pollakka sabiex jiġu definiti fi sħubija l-prijoritajiet politiċi tal-infiq tal-Unjoni Ewropea u l-finanzjament tagħhom għall-perjodu 2014-2020; |
36. |
jixtieq jiġi involut f’dan il-proċess minħabba l-kontribut kruċjali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jirrappreżentaw 16 % tal-PDG tal-Unjoni Ewropea u 58 % tal-investimenti pubbliċi fl-Ewropa, fl-irkupru ekonomiku tal-Unjoni (12); |
37. |
f’dan ir-rigward, jiġbed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni preokkupanti tal-finanzi pubbliċi għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li qed ittellef ir-rilanċ tal-ekonomija Ewropea u li qed thedded is-suċċess tal-Istrateġija Ewropa 2020. Għaldaqstant, huwa jemmen li għandu jitwettaq eżerċizzju ta’ rendikont fir-rigward tal-finanzi pubbliċi lokali u reġjonali fil-kuntest tal-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss; |
It-twettiq tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u s-seba’ inizjattivi ewlenin tagħha fi sħubija permezz tat-twaqqif ta’ patti territorjali
38. |
jinnota li l-istituzzjonijiet Ewropej kollha jagħrfu b’mod ċar il-ħtieġa li titwaqqaf governanza f’diversi livelli biex jitwettqu l-għanijiet ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020 u s-seba’ inizjattivi ewlenin tagħha; |
39. |
b’mod partikolari jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Ewropew, li fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2011 (13) għaraf li l-adeżjoni għall-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 fid-dawl tal-implimentazzjoni tas-Semestru Ewropew tirrikjedi li jiġu involuti mill-qrib il-Kumitat tar-Reġjuni, fost atturi politiċi u ekonomiċi ewlenin oħrajn, u r-reġjuni; |
40. |
jinsab kuntent li f’ċerti Stati Membri, il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma jqisu aktar il-potenzjal tas-sħubija bejn il-livelli differenti ta’ gvern; madankollu jiddeplora l-assenza ovvja ta’ mekkaniżmi u proċeduri kredibbli għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ governanza f’diversi livelli sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni effettiva tal-politiki u s-sinkronizzazzjoni tal-iskedi u l-baġits ta’ livelli differenti ta’ gvern b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà; |
41. |
għaldaqstant, iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvolvu b’mod sħiħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali kemm fil-proċess tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma kif ukoll fil-Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza, għax l-għanijiet globali tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-kontributi mħabbra fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma jistgħu jitqarrbu biss permezz tas-sħubija bejn il-livelli differenti ta’ gvern (14); |
42. |
barra minn hekk, jitlob lill-Kummissjoni Ewropea issaħħaħ il-monitoraġġ tad-dimensjoni “Governanza” fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma u r-rapporti ta’ progress annwali tal-Istati Membri sabiex il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ikun fil-pożizzjoni li jadotta rakkomandazzjonijiet espliċiti biex iħeġġeġ lill-Istati Membri jestendu u jsaħħu s-sħubijiet bejn il-livelli differenti tal-gvern fl-implimentazzjoni tal-PNR; |
43. |
itenni l-objettiv tal-ikkuntrattar f’diversi livelli li għandu jakkumpanja l-implimentazzjoni tas-seba’ inizjattivi u t-twaqqif ta’ mekkaniżmi innovattivi (15) bħalma huma l-aġendi diġitali lokali u l-i“stakeholder arrangements” proposti fil-kuntest tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (DAE) (16), il-“Pjattaforma ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti”, imnedija mill-Kummissjoni Ewropea, u t-twettiq tal-għanijiet tal-inizjattivi ewlenin “Żgħażagħ Mobbli” u “Unjoni ta’ Innovazzjoni” billi tissaħħaħ il-koerenza bejn l-atturi u l-istrateġiji kollha fil-livelli kollha (17); |
44. |
jiddispjaċih li ma kienx hemm involviment dirett tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-fażijiet kollha tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni sabiex tiġi implimentata l-Istrateġija Ewropa 2020 u jinsisti bis-sħiħ favur l-integrazzjoni tagħhom f’dan il-proċess; |
45. |
ifakkar fil-valur miżjud ta’ approċċ integrat, b’mod partikolari biex, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, ikun hemm tisħiħ tas-sinerġiji bejn l-Istrateġija tal-UE għal Żvilupp Sostenibbli u l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-użu tal-fondi strutturali għall-investimenti tal-enerġija; kif ukoll fl-integrazzjoni tal-objettiv li jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima u li dawn il-bidliet jiġu inkorporati fl-oqfsa strateġiċi eżistenti kollha tal-UE, b’mod partikolari l-politika agrikola u tal-iżvilupp rurali; |
Mudell ġdid għall-politika ta’ koeżjoni futura
46. |
ifakkar li r-riżultati tal-konsultazzjoni dwar il-ħames rapport tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni jikkonfermaw il-fehma tiegħu, kif ukoll dik tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha, li għandu jissaħħaħ il-prinċipju tas-sħubija, approċċ ikkonfermat mill-Kunsill, li jirrikonoxxi l-importanza tal-governanza f’diversi livelli għat-twettiq tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 permezz tal-politika l-ġdida ta’ koeżjoni (18); |
47. |
jinnota b’sodisfazzjon li l-“Aġenda Territorjali 2020”, li ġiet adottata mill-Kunsill f’Mejju 2011, tirrakkomanda l-użu tal-governanza f’diversi livelli għat-twettiq tal-koeżjoni territorjali, filwaqt li, b’mod partikolari, tistieden lill-Kummissjoni Ewropea tqis id-dimensjoni territorjali fil-valutazzjonijiet tal-impatt li twettaq u tistieden lill-Kumitat tar-Reġjuni jagħti kontribut lill-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
48. |
fir-rigward tal-politika ta’ koeżjoni wara l-2013, il-Kumitat jinnota b’sodisfazzjon li l-Kummissjoni wieġbet għall-istennijiet tiegħu billi inkludiet ċerti prinċipji u mekkaniżmi tal-governanza f’diversi livelli u tal-approċċ integrat u multifunzjonali (19) fl-abbozz tagħha għar-Regolament ġenerali l-ġdid dwar il-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni, fosthom it-talbiet biex:
|
49. |
jilqa’ bi pjaċir il-proposta tal-Kummissjoni li jinħoloq qafas strateġiku komuni li jħallat il-punti differenti ta’ azzjoni Komunitarja favur l-iżvilupp territorjali (FAEŻR, Fondi Strutturali: FEŻR u FSE, Fondi ta’ Koeżjoni u FES); u jitlob li anke f’dan il-kuntest l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti b’mod prattiku fit-tfassil tal-kuntratti ta’ sħubija; |
50. |
għaldaqstant, jitlob lil-leġislaturi Ewropej jikkonfermaw dawn id-dispożizzjonijiet u jsaħħuhom b’mod partikolari permezz ta’:
|
51. |
iqis il-kooperazzjoni territorjali bħala parti integrali tal-politika reġjonali, fejn ir-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali jaġixxi bħala laboratorju ġenwin għall-governanza f’diversi livelli (20); |
52. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-proposta għal reviżjoni tar-Regolament REKT, ippreżentata mill-Kummissjoni Ewropea f’Ottubru 2011, tagħti xhieda tar-rieda li jiġi implimentat l-objettiv tal-koeżjoni territorjali u tinkludi għadd ta’ proposti mfassla minn qabel mill-KtR, b’mod partikolari fir-rigward tat-twaqqif ta’ REKT bilaterali flimkien ma’ korpi ta’ pajjiżi terz (21); jiġbed l-attenzjoni għall-potenzjal tar-REKT bħala struttura ta’ kooperazzjoni f’politiki settorjali oħra tal-UE, apparti l-politika reġjonali; |
53. |
jenfasizza r-rwol tal-pjattaforma tar-REKT tal-KtR fil-promozzjoni tal-istrument u l-għoti ta’ appoġġ operattiv għat-twaqqif ta’ REKT ġodda, b’mod partikolari permezz tal-iskambju tal-prattiki tajba; |
54. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex, fir-rigward tal-iżvilupp tal-istrateġiji makroreġjonali, tagħti attenzjoni partikolari lil dawn li ġejjin:
|
It-twettiq tas-Suq Uniku fi sħubija
55. |
jilqa’ b’sodisfazzjon it-tnax-il xprun maħsuba sabiex jiġu stimulati t-tkabbir, il-kompetittività u l-progress soċjali hekk kif propost fl-Att dwar is-Suq Uniku u jappoġġja t-talba tal-Kunsill li enfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-governanza tas-Suq Uniku, filwaqt li jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tkompli bil-ħidma tagħha sabiex tikseb dan l-għan (22); |
56. |
jinnota li l-Parlament Ewropew, fir-Rapport tiegħu dwar Governanza u Sħubija fis-Suq Uniku, stqarr “li r-regoli tas-Suq Uniku spiss jiġu implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jiżviluppaw u jwessgħu aktar is-sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-politika ta’ koeżjoni sal-politiki tas-Suq Uniku’ (23); |
57. |
għaldaqstant, jitlob biex jiġi żgurat segwitu tal-implimentazzjoni globali tal-Att dwar is-Suq Uniku bil-għan li tiġi garantita koerenza fl-approċċ u li jinkiseb suq uniku fi sħubija; iqis li missjoni bħal din għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Pjattaforma għall-Monitoraġġ tal-Istrateġija Ewropa 2020 li wieħed mill-punti tagħha huwa proprju r-rilanċ tas-suq uniku; |
58. |
jenfasizza l-kontribut tat-tikketta “Reġjun Ewropew Intraprenditorjali” tiegħu għall-iżvilupp ta’ viżjoni strateġika tal-iżvilupp territorjali integrat, fuq il-bażi tal-prinċipji tas-“Small Business Act” (24); huwa jappella wkoll għall-ħolqien ta’ “Small Business Act Patnerships” għat-twettiq tal-SBA fil-livell reġjonali kif ukoll li jiġu stabbiliti “Rappreżentanti tal-SMEs (SME Envoys)” fil-livell nazzjonali u f’dak reġjonali u lokali u jipproponi li jiġi involut fil-grupp konsultattiv dwar l-SBA li għandu jitwaqqaf; |
59. |
itenni l-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali u b’mod partikolari r-reġjuni li għandhom setgħat leġislattivi jkunu involuti fil-mekkaniżmi parteċipatorji għat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni bis-sħiħ tal-leġislazzjoni dwar is-Suq Uniku; |
Il-politiki futuri dwar l-ambjent, it-tibdil fil-klima u l-enerġija (25) (26)
60. |
iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet internazzjonali u ’l-Unjoni Ewropea jqisu l-valur miżjud li joffru l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-governanza tal-ambjent globali u l-iżvilupp sostenibbli, inkluża l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet Internazzjonali dwar l-Ambjent bħall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD), kif ukoll l-Aġenda Rio+20 għal ekonomija ekoloġika u governanza tal-iżvilupp sostenibbli (27); |
61. |
jargumenta li mod kostruttiv kif jiġu involuti l-livelli lokali u reġjonali rigward il-miżuri għall-adattament għall-klima huwa permezz ta’ ftehimiet immirati lejn ir-riżultat, li fihom il-livelli governattivi differenti jistgħu jimpenjaw ruħhom fuq bażi volontarja favur objettiv partikolari b’rabta mal-mitigazzjoni tal-klima u jġorru flimkien l-impenn u r-responsabbiltà għall-kontributi rispettivi tagħhom (28); |
62. |
jiġbed l-attenzjoni għall-importanza dejjem tikber tal-“alleanzi” settorjali jew intersettorjali dwar l-enerġija u l-klima bejn ir-reġjuni u l-kumpaniji. Dawn l-alleanzi għandhom jitħeġġu b’mod espliċitu sabiex mill-aktar fis possibbli jkomplu jiġu żviluppati u applikati t-teknoloġiji li jużaw ammont żgħir ta’ karbonju permezz ta’ sħubijiet bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livelli lokali u reġjonali, u negozji żgħar u ta’ daqs medju (SMEs); |
63. |
jinnota li ż-żoni urbani jipproduċu 75 % tal-emissjonijiet tal-karbonju u jenfasizza l-fatt li azzjoni globali effettiva teħtieġ approċċ ta’ governanza f’diversi livelli li jinvolvi l-koordinazzjoni tal-isforzi bejn il-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u sopranazzjonali ta’ gvern abbażi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà; f’dan ir-rigward, ifakkar fil-proposti tiegħu għal “Patt Territorjali tal-Awtoritajiet Reġjonali u Lokali dwar l-Istrateġija Ewropa 2020” bħala għodda effiċjenti għall-indirizzar tat-tibdil fil-klima; |
64. |
jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu bir-reqqa l-impatt tal-linji gwida strateġiċi u l-istrumenti leġislattivi marbuta mal-Istrateġija tal-Enerġija 2020 dwar il-piżijiet amministrattivi u finanzjarji għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u biex jiġi żgurat rispett għall-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, u jappoġġja bis-sħiħ il-ħolqien ta’ strumenti innovattivi għall-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija (29); |
65. |
itenni l-impenn tiegħu fir-rigward tal-Patt tas-Sindki għall-kisba tal-objettiv komuni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u jirrakkomanda li dan jiġi estiż lil hinn mit-tnaqqis tas-CO2 lejn oqsma oħrajn tal-ekonomija sostenibbli bħalma hi l-ġestjoni tal-ilma kif ukoll li jiġi estiż ġeografikament għall-qafas tal-Unjoni għall-Mediterran u s-Sħubija tal-Lvant, bil-pjattaformi politiċi li nieda, jiġifieri l-ARLEM u l-CORLEAP, u għal-livell dinji b’Patt tas-Sindki Dinji; |
Il-politika agrikola komuni futura, il-politika tas-sajd u l-politika marittima
66. |
huwa tal-fehma li t-twaqqif ta’ qafas ta’ governanza f’diversi livelli huwa kruċjali għar-riformulazzjoni b’suċċess tal-PAK wara l-2013 sabiex tiġi żgurata l-inklużjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-għażla tal-linji gwida u l-metodi tal-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta’ din il-politika komuni, kif ukoll it-twaqqif ta’ sinerġiji bejn il-politika tal-iżvilupp rurali u politiki oħrajn tal-UE, u b’mod partikolari l-politika ta’ koeżjoni (30); |
67. |
sabiex jissaħħaħ l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sa minn fażi bikrija fit-tfassil tal-politika agrikola komuni u tal-politika ta’ żvilupp rurali, jitlob li jkun involut b’mod sħiħ fil-ħidmiet preparatorji tal-gruppi konsultattivi tal-Kummissjoni Ewropea; |
68. |
huwa tal-fehma li l-approċċ integrat għandu jispira l-politika tas-sajd il-ġdida sabiex jiġu żgurati l-vijabbiltà tas-sajd u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd; huwa favur id-deċentralizzazzjoni tat-teħid tad-deċiżjonijiet sabiex jitnaqqsu l-inkonsistenzi kkawżati minn mikroġestjoni Ewropea billi f’ċerti każijiet, ikun hemm rikors għall-proċedura ta’ komitoloġija, u billi fil-qafas tal-leġislazzjoni tal-UE l-ġestjoni ta’ ċerti attivitajiet tas-sajd titħalla f’idejn l-Istati Membri, ir-reġjuni u s-settur innifsu; |
69. |
jitlob li jkun hemm koordinazzjoni bejn il-politiki settorjali li huma rilevanti għall-użu taż-żoni marittimi, u li jiġi stabbilit fond Ewropew uniku għall-affarijiet marittimi u tas-sajd li jintegra fl-istess qafas l-istrumenti eżistenti kollha f’dawn is-setturi, u għaldaqstant jappoġġja t-twaqqif ta’ pjattaforma marittima Ewropea li tiġbor flimkien l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-atturi kkonċernati sabiex tipprovdi strument li jippermetti t-tqassim tar-responsabbiltajiet u t-tixrid tal-prattiki tajbin (31); |
Implimentazzjoni tal-Programm ta’ Stokkolma mal-awtoritajiet lokali u reġjonali
70. |
ifakkar l-importanza tal-implikazzjoni tiegħu fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni relatat mal-Programm ta’ Stokkolma kif ukoll fit-tħejjija tal-metodi ta’ valutazzjoni b’mod li jiġi garantit li jitqiesu aħjar l-esperjenzi mistħarrġa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
71. |
jemmen, b’mod partikolari, li l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tħejjija ta’ qafas Ewropew relatat mal-immigrazzjoni illegali, il-miżuri għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali għall-immigranti u l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-pajjiżi ta’ oriġini ser iżid il-leġittimità tal-azzjoni tal-Unjoni u jiżgura li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jiġi rispettat b’mod strett; |
72. |
jitlob biex isiru valutazzjonijiet tal-impatt territorjali sabiex jiġu valutati r-rekwiżiti imposti fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-kuntest tal-miżuri b’applikazzjoni legali miftiehma fil-livell Ewropew jew nazzjonali; |
73. |
jinnota b’sodisfazzjon li l-parteċipazzjoni tiegħu fil-konferenzi interministerjali annwali dwar l-integrazzjoni u l-kontribuzzjonijiet tiegħu għall-Forum Ewropew dwar l-Integrazzjoni, għall-manwal tal-Kummissjoni dwar l-Integrazzjoni bil-preżentazzjoni dwar il-prattiki tajbin tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u għad-definizzjoni tal-prijoritajiet annwali u multiannwali tal-Fond Ewropew dwar l-Integrazzjoni wasslu għal rikonoxximent tal-approċċ f’diversi livelli fit-Tieni Aġenda Ewropea għall-Integrazzjoni (32), li tirrakkomanda:
|
Mekkaniżmi tal-governanza f’diversi livelli għall-appoġġ tal-istrateġija tat-tkabbir tal-UE
74. |
huwa favur l-aġġustament tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) sabiex jiġi allinjat mal-ħtiġijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-pajjiżi benefiċjarji, u tal-iżvilupp tal-kooperazzjoni territorjali, b’mod speċjali r-REKT, li huma għodod essenzjali sabiex tiġi konsolidata d-dimensjoni pan-Ewropea tal-governanza f’diversi livelli; |
Politika tal-viċinat konsolidata mill-governanza f’diversi livelli
75. |
ifakkar li l-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) u l-Konferenza annwali tal-awtoritajiet reġjonali u lokali tal-pajjiżi fis-Sħubija tal-Lvant u tal-Unjoni Ewropea (CORLEAP) jgħaqqdu flimkien, rispettivamemnt, ir-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali tal-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi tal-Unjoni għall-Mediterran u tas-Sħubija tal-Lvant, u jikkompletaw il-qafas istituzzjonali ta’ dawn iż-żewġ proċessi; |
76. |
huwa tal-fehma li demokrazija f’diversi livelli u approċċ inklużiv huma kruċjali għas-suċċess tagħhom, u jinnota li dawn iż-żewġ inizjattivi politiċi li jsaħħu d-dimensjoni territorjali tal-politika tal-viċinat iwieġbu għall-ħtieġa evidenti ta’ appoġġ fit-tħejjija biex jiġu stabbiliti strutturi politiċi u amministrattivi permanenti fil-livell lokali u reġjonali, għall-użu effikaċi tal-istrumenti finanzjarji u għat-twaqqif tal-mekkaniżmi biex jippermettu l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali tal-pajjiżi msieħba permezz, b’mod partikolari, tal-merti tal-kooperazzjoni interreġjonali; |
77. |
qed jieħu azzjoni sabiex l-ARLEM tkun involuta mill-qrib fil-governanza tal-Unjoni għall-Mediterran biex b’hekk tippermetti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali tat-tlitt ixtut ikunu involuti fid-djalogu politiku fi ħdan il-korpi varji, u biex jibbenefikaw mill-aċċess għall-mekkaniżmi u l-istrumenti mwaqqfa għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni; |
78. |
fil-kuntest tal-konsolidazzjoni tal-pjattaforma istituzzjonali mwaqqfa flimkien mal-CORLEAP, jixtieq jistabbilixxi djalogu permanenti mal-Kummissjoni Ewropea u l-pajjiżi msieħba sabiex jinstabu metodi konkreti li jippermettu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant biex jipparteċipaw fil-ħidma tal-erba’ pjattaformi tas-sħubija, biex ikunu involuti fit-tħejjija tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni, ta’ dokumenti strateġiċi u ta’ pjani ta’ azzjoni, u b’mod partikolari biex jimplimentaw u jivvalutaw il-programmi indikattivi nazzjonali; |
Il-governanza f’diversi livelli fil-globalizzazzjoni: prospettiva ta’ dinamiki ġodda
79. |
jippromovi l-approċċ territorjali fir-reviżjoni tal-politika Ewropea tal-iżvilupp u parteċipazzjoni miżjuda tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-kuntest tal-Għanijiet tal-Millennju (33); f’dan ir-rigward jinsisti dwar l-appoġġ meħtieġ li għandu jiġi pprovdut sabiex jiġu żviluppati l-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-pajjiżi msieħba; |
80. |
jinnota l-valur miżjud tal-kooperazzjoni deċentralizzata u b’mod speċjali inizjattivi bħalma huma l-Konferenza dwar il-kooperazzjoni deċentralizzata, li għandha l-għan li tiffaċilita l-iskambju u d-djalogu politiku bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE, tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-istituzzjonijiet tal-UE, il-Portal dwar il-kooperazzjoni deċentralizzata u l-borża tal-kooperazzjoni deċentralizzata, strumenti li għandhom ikunu konsolidati fil-kuntest ta’ kooperazzjoni istituzzjonali fil-livell Ewropew; |
81. |
jinnota b’sodisfazzjon li l-kontributi sinifikanti ta’ diversi organizzazzjonijiet internazzjonali għall-proċess ta’ konsultazzjoni tal-White Paper dwar il-governanza f’diversi livelli (34) wrew kemm dan l-approċċ fil-livell tal-Unjoni Ewropea huwa ta’ interess għalihom, kemm għall-iżvilupp tad-dimensjoni territorjali tal-azzjonijiet tagħhom u kemm għall-ħolqien ta’ sħubijiet f’reġjuni oħra tad-dinja li jippromovu l-komplementarità bejn il-politiki settorjali; |
82. |
jenfasizza, fil-kuntest tal-affermazzjoni tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-mekkaniżmi tal-governanza globali:
|
83. |
għaldaqstant, jikkonkludi li t-tendenza lejn id-deċentralizzazzjoni u l-fatt li l-atturi sottonazzjonali ħadu spinta ’l quddiem fi ħdan il-komunità dinjija jistgħu jwasslu biss għall-involviment tagħhom fil-mekkaniżmi ta’ governanza tal-globalizzazzjoni u b’hekk jippromovu t-twelid ta’ multilateraliżmu ġdid; |
D. Stadji ġodda sabiex tiġi konsolidata l-implimentazzjoni tal-governanza f’diversi livelli
84. |
ħa l-inizjattiva li jwaqqaf “Tabella ta’ valutazzjoni tal-governanza f’diversi livelli fil-livell tal-Unjoni Ewropea”, li fuq bażi annwali ser tgħin biex jitkejjel sa liema punt ikunu tqiesu l-prinċipji u l-mekkaniżmi ewlenin ta’ dan it-tip ta’ governanza fiċ-ċiklu politiku tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li ssir enfasi fuq id-dimensjoni reġjonali u lokali tal-politiki u l-istrateġiji analizzati. L-ewwel edizzjoni ser tindika l-progress u l-ostakli li ġew identifikati fil-proċess Ewropew ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward ta’ erba’ strateġiji u politiki ewlenin fil-programm politiku tal-Unjoni Ewropea għall-2010: l-Istrateġija Ewropa 2020, l-Istrateġija tal-Enerġija 2011/2020, il-Programm ta’ Stokkolma u l-Aġenda tar-Rebbiegħa (37); |
85. |
Wara ħarsa lejn l-ewwel tabella ta’ valutazzjoni tiegħu, jinnota li:
|
86. |
iqis li sabiex tissaħħaħ l-azzjoni ta’ monitoraġġ tal-Kumitat tar-Reġjuni, il-prattika tal-governanza f’diversi livelli tista’ tiġi enfasizzata b’mod partikolari fil-konferenza li jmiss dwar is-sussidjarjetà biex jiġu analizzati t-tendenzi li ġew osservati fl-ewwel tabella ta’ valutazzjoni u tal-impatt tagħhom fuq il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet Ewropew; |
87. |
matul ix-xhur li ġejjin ser ifassal il-Karta tal-Unjoni Ewropea dwar il-Governanza f’Diversi Livelli tiegħu, li għandha twassal għal parteċipazzjoni akbar tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-eżerċizzju tad-demokrazija Ewropea. Dan il-proċess ta’ abbozzar ser ikun wieħed parteċipattiv u inklużiv, u għandu jippromovi l-kunċett ta’ sjieda min-naħa tar-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali. |
Brussell, 16 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Mercedes BRESSO
(1) White Paper tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-“Gvernanza f’Diversi Livelli” CdR 89/2009 fin.
(2) Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-prijoritajiet politiċi għall-2011, il-KtR jindika li “beħsiebu jkompli jiżviluppa kultura Ewropea ta’ governanza f’diversi livelli (GDL), u ser jimxi mal-White Paper dwar il-GDL biex jivvaluta l-implimentazzjoni tagħha u jimmonitorja l-istat tal-governanza f’diversi livelli fi ħdan l-Unjoni Ewropea” - CdR 361/2010 fin. Dan il-proċess jinvolvi djalogu mal-assoċjazzjonijiet territorjali Ewropej u t-think tanks prinċipali Ewropej.
(3) Skont dan il-prinċipju, għandu jkun l-obbligu ta’ kull livell ta’ gvern li jkun qed jieħu sehem fi proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet konġunt li jrawwem il-leġittimità u l-kapaċità tal-oħrajn (Landy u Teles, “Beyond devolution: from subsidiarity to mutuality” (Lil hinn mid-devoluzzjoni: mis-sussidjarjetà għar-reċiproċità)). Fi kliem ieħor, il-governanza f’diversi livelli m’għandhiex titqies bħala attività kompetittiva. Minflok, il-livelli differenti għandhom jaħdmu biex isaħħu lil xulxin.
(4) Dan il-prinċipju jikkonsisti f’sistema ta’ tqassim ta’ kompetenzi fost id-diversi istituzzjonijiet Komunitarji, li tagħti rwol preċiż lil kull istituzzjoni fl-istruttura istituzzjonali tal-Komunità u fit-twettiq tal-kompiti mogħtija lilha. Il-Qorti tiżgura r-rispett tal-istat tad-dritt billi timmonitorja ż-żamma tal-bilanċ istituzzjonali, u dan ifisser li kull istituzzjoni trid teżerċita s-setgħat tagħha b’attenzjoni għas-setgħat tal-istituzzjonijiet l-oħrajn (ara l-Każ 9/56, Meroni v. Awtorità Għolja, (1957 u 1958) ECR 133, 152. u l-Każ 70/88, Parlament Ewropew v. Kunsill (190) ECR I-2041, I-2072, paragrafi 21 u 22).
(5) Stqarrija għall-istampa konġunta tas-Sur José Manuel Barroso u s-Sinjura Mercedes Bresso fid-29 ta’ Ġunju 2010 (ara MEMO/10/287 f’dan l-indirizz: http://europa.eu/rapid/).
(6) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 (is-Sinjura Manescu) dwar “Governanza tajba fir-rigward tal-politika reġjonali tal-UE: proċeduri ta’ assistenza u kontroll mill-Kummissjoni Ewropea” (2009/2231(INI))(P7_TA(2010) 0468)).
(7) Laqgħa informali tal-ministri għall-politika territorjali li saret fis-17 ta’ Marzu 2010 f’Malaga fuq inizjattiva tal-Presidenza Spanjola bi tkomplija tad-dinamika tad-Djalogu Territorjali ta’ Palma tat-18 ta’ Jannar 2010.
(8) Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni “Regolamentazzjoni Intelliġenti” – CdR 353/2010.
(9) Siltiet mir-rapport tal-Grupp ta’ Riflessjoni tal-Kunsill Ewropew dwar “Proġett Ewropa 2030, Sfidi u Opportunitajiet”, Marzu 2010. Ir-rapport ġie ppreżentat lill-President tal-Kunsill Ewropew, is-sur Herman Van Rompuy, fit-8 ta’ Mejju 2010.
(10) Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej” - CdR 167/2010 fin.
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini - COM(2010) 119 finali.
(11) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-azzjoni u l-inizjattivi tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - it-3092 sessjoni tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali, Brussell, 23 ta’ Mejju 2011.
(12) Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni “Il-Mobilizzazzjoni tal-investiment privat u pubbliku għall-irkupru u tibdil strutturali fit-tul: l-iżvilupp tal-partenarjati pubbliċi privati” - CdR 21/2010 fin.
(13) B’referenza għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta’ Marzu 2011 - EUCO 10/1/11 REV 1, il-Kumitat tar-Reġjuni, fil-qafas tal-ħidma tal-pjattaforma tiegħu Ewropa 2020, innota li, fuq il-bażi ta’ informazzjoni li tinsab fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma:
— |
f’żewġ terzi tal-Istati Membri (19 minn 27), l-awtoritajiet reġjonali u lokali qdew rwol fil-proċess tat-tfassil tal-PNR. |
— |
fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali ġew ikkonsultati u fi tmienja fost dawn, l-ALR kellhom sehem dirett fit-tfassil tal-PNR; |
— |
fil-PNR ta’ tlettax-il Stat Membru (inklużi 5 mill-aktar popolati) hemm imsemmija inizjattivi bbażati fuq il-governanza f’diversi livelli; |
— |
żewġ Stati Membri (BE, PT) adottaw miri divrenzjati skont ir-reġjuni; |
— |
Stat Membru wieħed (RO) ħabbar li ser jadotta l-proposta tal-Kumitat tar-Reġjuni għal Patti Territorjali, u semmiha b’mod espliċitu; |
— |
xi Stati Membri waqqfu l-għan għalihom infushom li jimplimentaw “approċċ integrat” u li jsaħħu s-“sinerġiji” bejn il-livelli differenti ta’ governanza permezz ta’ strutturi ta’ koordinazzjoni/djalogu aktar effettivi. |
(14) Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 – CdR 72/2011 riv. 1, u r-Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Sehem ikbar tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali fl-Istrateġija Ewropa 2020” - CdR 199/2010 fin.
(15) Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Għal strumenti aktar adatti għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija UE 2020: il-linji gwida integrati għall-politiki ekonomiċi u tal-impjiegi tal-Istati Membri u tal-Unjoni – CdR 175/2010 fin.
(16) Dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni – SEC (2011)708 (http://ec.europa.eu/information_society/digital-agenda/scoreboard/docs/scoreboard.pdf). Dwar dan, fl-opinjoni tiegħu CdR 104/2010 fin, il-KtR qal li huwa għandu jingħata rwol proattiv, flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, fiċ-Ċiklu Ewropew tal-Governanza tal-Aġenda Diġitali (European Digital Agenda Governance Cycle).
(17) CdR 373/2010 fin
(18) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill rigward il-Ħames Rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali – it-3068 sessjoni tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali, Brussell, 21 ta’ Frar 2011.
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-kontribut tal-politika ta’ koeżjoni għall-Istrateġija Ewropa 2020 – CdR 223/2010 fin.
(19) Opinjoni ta’ prospettiva tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-ġejjieni tal-politika ta’ koeżjoni, CdR 210/2009 fin.
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment – Konklużjonijiet tal-ħames rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: il-futur tal-politika ta’ koeżjoni – (COM(2010) 642 finali).
(20) Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Perspettivi ġodda għar-reviżjoni tar-regolament REKT – CdR 100/2010 fin.
(21) Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Perspettivi ġodda għar-reviżjoni tar-regolament REKT – CdR 100/2010 fin.
(22) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar L-Att dwar is-Suq Uniku – prijoritajiet għar-rilanċ tas-Suq Uniku – it-3105 sessjoni tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Brussell, 12 ta’ Lulju 2011. Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar L-Att dwar is-Suq Uniku – CdR 330/2010 fin.
(23) Rapport dwar Governanza u Sħubija fis-Suq Uniku (2010/2289 (INI)).
(24) Abbozz ta’ opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Ir-reviżjoni tal-“Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa – CdR 151/2011 riv.1.
(25) Ara r-rakkomandazzjonijiet dettaljati maħruġa fl-Opinjoni ta’ Prospettiva tiegħu CdR 164/2010 fin dwar Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-politika ambjentali tal-ġejjieni, li tittratta l-mod kif għandu jiġi applikat approċċ ta’ governanza f’diversi livelli fil-fażijiet kollha tat-tfassil tal-politika ambjentali tal-UE.
(26) Ara, fost oħrajn, il-White Paper tal-Kummissjoni “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti” – COM(2011) 144 finali.
(27) Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-politika tal-UE u l-politika internazzjonali fil-qasam tal-bijodiversità wara l-2010 - CdR 112/2010 fin, u l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-politika internazzjonali dwar il-klima adottata wara Kopenħagen - CdR 245/2010 fin. L-abbozz ta’ Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE għall-konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-iżvilupp sostenibbli 2012 (Rio+20) - CdR 187/2011 riv. 1.
(28) Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-politika internazzjonali dwar il-klima adottata wara Kopenħagen – CdR 245/2010 fin.
(29) Opinjoni ta’ prospettiva tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-politika ambjentali tal-ġejjieni – CdR 164/2010 fin; u l-Opinjoni ta’ prospettiva tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-baġit futur tal-UE u l-integrazzjoni tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima fil-politika ġenerali – CdR 104/2011 fin.
(30) Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-ġejjieni tal-PAK wara l-2013 - CdR 127/2010 fin.
(31) Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar L-iżvilupp ta’ politika marittima integrata u l-għarfien dwar il-baħar 2020 – CdR 339/2010 fin.
(32) Proposta tal-Kummissjoni – Aġenda Ewropea għall-Integrazzjoni ta’ Persuni bin-Nazzjonalità ta’ Pajjiżi Terzi – COM(2011) 455 finali.
(33) Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni u l-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar Politika tal-iżvilupp tal-UE għall-appoġġ ta’ tkabbir inklussiv u żvilupp sostenibbli – Żieda fl-impatt tal-politika tal-iżvilupp tal-UE – CdR 408/2010 fin.
(34) Ir-Rapport ta’ Konsultazzjoni dwar il-White Paper tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-governanza f’diversi livelli – CDR 25/2010 fin.
(35) Ara l-attivitajiet tal-assoċjazzjoni “Forum globali tal-assoċjazzjonijiet reġjonali/FOGAR”.
(36) Il-Kumitat tar-Reġjuni jtenni li s-Summit Rio+20 jinkariga lill-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP), jew il-Kummissjoni dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (SDC) joħolqu kumitat permanenti għall-gvernijiet sottonazzjonali u lokali bħala struttura ġdida li b’mod adegwat tirrifletti l-governanza f’diversi livelli u toffri mekkaniżmu permanenti ta’ konsultazzjoni u kooperazzjoni ma’ gvernijiet sottonazzjonali u awtoritajiet lokali madwar id-dinja. Il-Kumitat tar-Reġjuni jista’ jservi ta’ mudell f’dan ir-rigward. Minbarra dan, huwa promettenti l-fatt li fi ħdan l-hekk imsejħa Konvenzjonijiet ta’ Rio tan-NU, il-gvernijiet sottonazzjonali u l-awtoritajiet lokali dan l-aħħar ingħataw rikonoxximent akbar tal-istatus speċjali tagħhom bħala istituzzjonijiet tal-gvern, inkluż pereżempju r-rikonoxximent tagħhom bħala “partijiet interessati” fil-Ftehim ta’ Cancun, kif ukoll id-Deċiżjoni X/22 tal-COP 10 tas-CBD “Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Gvernijiet Sottonazzjonali, il-Bliet u Awtoritajiet Lokali oħra”. Il-KtR tenna li l-gvernijiet sottonazzjonali u l-awtoritajiet lokali jeħtieġu li jkollhom post fil-qafas istituzzjonali għall-iżvilupp sostenibbli flimkien mal-gvernijiet nazzjonali u l-entitajiet tan-NU. Fl-abbozz ta’ opinjoni tiegħu CoR 187/2011 riv.1 dwar Il-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE għall-konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-iżvilupp sostenibbli 2012 (Rio+20), il-KtR jiddeplora l-fatt li fl-arkitettura attwali tal-governanza internazzjonali, minkejja r-rwol speċifiku tagħhom fil-governanza, ir-rappreżentanza tagħhom fil-korpi tan-NU ta’ sikwit qed tpoġġihom fuq l-istess livell tas-soċjetà ċivili u n-negozji bħala gruppi ewlenin oħra.
(37) Dan l-ewwel eżerċizzju tat-tabella ta’ valutazzjoni huwa bbażat fuq studju mill-EIPA.
(38) Ġew definiti sitt kategoriji taħt żewġ titli ta’ prattiki konkreti għall-governanza f’diversi livelli (I. Proċeduri: informazzjoni u konsultazzjoni; involviment tal-partijiet interessati u attitudni ta’ rispons; II. Kontenut tal-politiki tal-UE: politika territorjali/integrata/ibbażata fuq il-post; Mekkaniżmi ta’ regolamentazzjoni intelliġenti u strumenti innovattivi għall-implimentazzjoni u s-sħubija). Ġie definit ukoll x’jista’ jitqies bħala ‘prattika tajba’ fir-rigward tas-sitt prattiki li jirreferu għall-prinċipji u l-għanijiet ġenerali tal-governanza f’diversi livelli u jiġu stabbiliti indikaturi sabiex jitkejlu jew jiġu valutati l-prattiki ta’ implimentazzjoni.
(39) Dwar ir-riżultati differenti għall-“proċeduri” u l-“kontenut”, is-sottoriżultati differenti għall-grupp tal-kategorija “proċeduri” u “kontenut” juru li, ħlief għall-Pakkett tar-Rebbiegħa, il-prattiki tal-governanza f’diversi livelli huma ħafna aktar żviluppati taħt il-grupp “proċeduri” (informazzjoni/konsultazzjoni, involviment tal-partijiet interessati, attitudni ta’ rispons) meta mqabblin mal-grupp “kontenut” (strumenti innovattivi għall-implimentazzjoni, mekkaniżmi intelliġenti ta’ regolamentazzjoni, approċċ territorjali/integrat). Kemm l-Ewropa 2020 kif ukoll l-Enerġija/Klima laħqu l-livell minimu tar-riżultat 3/6 għall-grupp “proċeduri”. Madankollu, it-tabella turi wkoll li r-riżultat ġeneralment pożittiv għall-Ewropa 2020 inkiseb prinċipalment minħabba r-riżultat għoli li nkiseb taħt il-prattiki tal-governanza f’diversi livelli tal-“proċeduri”.
Meta nagħtu ħarsa aktar dettaljata lejn it-tliet komponenti ta’ kull sottogrupp, id-dijagrammi tat-tabelli juru li - ħlief għall-Pakkett tar-Rebbiegħa - ir-riżultati relattivament ogħla għall-ewwel sottogrupp “proċeduri”, meta mqabblin mas-sottogrupp “kontenut”, jistgħu jiġu spjegati mir-riżultati għoljin (ħafna) għall-“Informazzjoni/Konsultazzjoni”, u sa ċertu punt anke mir-riżultat sodisfaċenti għall-“involviment tal-partijiet interessati”. Madankollu, b’mod ġenerali l-“attitudni ta’ rispons” ġabet riżultati relattivament baxxi. Fit-tieni sottogrupp “Kontenut tal-politiki tal-UE”, kienet biss l-Ewropa 2020 li setgħet tikseb riżultat tista’ tgħid sodisfaċenti għall-“mekkaniżmu ta’ regolamentazzjoni intelliġenti” u “strumenti innovattivi għall-implimentazzjoni”. L-istess jgħodd għall-Enerġija/Klima u għall-Pakkett tar-Rebbiegħa fejn tidħol il-prattika tal-“approċċ territorjali/integrat”. Il-prattiki l-oħrajn kollha kisbu riżultati relattivament baxxi.