31.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 153/35 |
It-Tlieta 15 ta’ Novembru 2011
Il-Logħob tal-Azzard Onlajn fis-Suq Intern
P7_TA(2011)0492
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2011 dwar il-Logħob tal-Azzard Onlajn fis-Suq Intern (2011/2084(INI))
2013/C 153 E/05
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Marzu 2011 bl-isem ta' "Green Paper dwar il-logħob tal-azzard onlajn fis-Suq Intern" (COM(2011)0128), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 52 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità anness mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ġurisprudenza relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-10 ta’ Diċembru 2010 u r-rapporti ta’ progress tal-Presidenza tal-Kunsill Franċiża, Svediża, Spanjola u Ungeriża dwar il-qafas għal-logħob tal-azzard u l-imħatri fl-Istati Membri tal-UE, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-10 ta' Marzu 2009 dwar l-integrità tal-logħob tal-azzard fuq l-internet (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2008 dwar il-White Paper dwar l-Isport (3), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (4), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (6), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu (7), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2011 intitolata “Il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni fl-Unjoni Ewropea” (COM(2011)0308), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment ħieles ta’ din id-dejta (8), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (9), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Jannar 2011 intitolata “L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport” (COM(2011)0012), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/112/KE tas-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (10), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar servizzi fis-suq intern (11), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà tal-informatika, b’mod partikulari l-kummerċ elettroniku fis-Suq Intern (12), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0342/2011), |
A. |
billi s-settur tal-logħob tal-azzard onlajn qiegħed jikber b'mod kostanti, u sa ċertu punt lil hinn mill-kontroll tal-gvernijiet nazzjonali taċ-ċittadini li għalihom dawn is-servizzi tal-azzard huma pprovduti u billi dan is-settur hu differenti minn swieq oħrajn minħabba r-riskji involuti f'termini ta' protezzjoni tal-konsumatur u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, |
B. |
billi, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, ma jeżisti l-ebda att leġiżlattiv Ewropew partikolari li jirregola l-logħob tal-azzard onlajn, |
C. |
billi s-servizzi tal-logħob tal-azzard huma soġġetti għal numru ta’ atti tal-UE bħad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva, id-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali, id-Direttiva dwar il-Bejgħ mill-Bogħod, id-Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus, id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data, id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettonika, u d-Direttiva dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, |
D. |
billi s-settur tal-logħob tal-azzard hu regolat b'mod differenti fi Stati Membri differenti u dan mhux biss għamilha diffiċli biex il-fornituri regolati jipprovdu servizzi tal-logħob legali fuq bażi transkonfinali, iżda ukoll biex ir-regolaturi jipproteġu l-konsumaturi u jiġġieldu kontra l-logħob tal-azzard illegali onlajn u l-kriminalità potenzjali marbuta miegħu fil-livell tal-UE, |
E. |
billi l-valur miżjud ta’ approċċ pan-Ewropew fil-ġlieda kontra l-kriminalità u l-frodi, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħarsien tal-integrità tal-isports u l-protezzjoni tal-lagħaba u l-konsumaturi, hu konsiderevoli, |
F. |
billi l-Artikolu 56 TFUE jiggarantixxi l-libertà ta' forniment ta' servizzi, iżda billi b'konsegwenza tan-natura partikolari tiegħu, il-logħob tal-azzard onlajn, kien eżentat mid-Direttivi dwar il-Kummerċ Elettroniku u dwar is-Servizzi u d-Drittijiet tal-Konsumatur, |
G. |
billi, filwaqt li l-Qorti tal-Ġustizzja kkjarifikat numru ta’ kwistjonijiet legali importanti li jikkonċernaw il-logħob tal-azzard onlajn fl-UE, għad hemm inċertezza legali fir-rigward ta’ numru ta’ kwistjonijiet oħra, li jistgħu jiġu solvuti biss fil-livell politiku; billi din l-inċertezza legali wasslet għal żieda sinifikanti fid-disponibilità ta’ offerti tal-logħob tal-azzard illegali u r-riskji għoljin marbuta magħhom; |
H. |
billi, jekk il-logħob tal-azzard onlajn ma jkunx regolamentat kif xieraq, dan jista' jkabbar ir-riskju ta' abbuż aktar mil-logħob tal-azzard fiżiku tradizzjonali u fi-post, minħabba inter alia l-faċilità akbar ta' aċċess u n-nuqqas ta' kontroll soċjali, |
I. |
billi l-konsumaturi għandhom jiġu edukati dwar il-ħsara potenzjali tal-logħob tal-azzard onlajn u għandhom jiġu protetti mill-perikli f’dan il-qasam, speċjalment il-vizzju, il-frodi, il-qerq u l-logħob tal-azzard ta' minuri, |
J. |
billi l-logħob tal-azzard jipprovdi sors ta’ dħul konsiderevoli, li bosta Stati Membri jużaw għal skopijiet ta' benefiċċju pubbliku u għal skopijiet ta' karita’ bħall-isports, |
K. |
billi hu importanti li tiġi żgurata l-integrità tal-isports billi tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-logħob imbagħbas, |
L. |
billi huwa essenzjali biex jintlaħqu dawn l-objettivi, li jinħolqu mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kompetizzjonijiet sportivi u tal-flussi finanzjarji flimkien ma' mekkaniżmi ta’ sorveljanza komuni fil-livell tal-UE, |
M. |
billi l-kooperazzjoni fil-livell internazzjonali bejn il-partijiet interessati kollha (istituzzjonijiet, federazzjonijiet sportivi u operaturi ta’ mħatri) hija essenzjali wkoll għall-ġbir flimkien ta’ prattiki tajbin, |
1. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea ħadet l-inizjattiva li tniedi konsultazzjoni pubblika b'rabta mal-Green Paper dwar l-imħatri u l-logħob tal-azzard onlajn li għandha tiffaċilita r-riflessjoni prammatika u realistika dwar il-futur ta' dan is-settur fl-Ewropa; |
2. |
Jilqa’ l-kjarifika tal-Kummissjoni, li tippreċiża li l-proċess politiku mniedi bil-Green Paper, bl-ebda mod m’għandu l-għan li ma jirregolax/jilliberalizza l-logħob tal-azzard onlajn; |
3. |
Ifakkar fl-importanza ekonomika li qed tikber tas-settur tal-logħob tal-azzard onlajn, li d-dħul minnu kien ta' 'l fuq minn EUR 6 biljuni, jew 45 % tas-suq dinji, fl-2008; jaqbel mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li din hija attività ekonomika b'karatteristiċi speċifiċi; ifakkar li dan it-tkabbir ifisser ukoll żieda fl-ispiża soċjali li tirriżulta minn imġiba kompulsiva u prattiki illegali mil-logħob tal-azzard; |
4. |
Hu tal-fehma li r-regolamentazzjoni effikaċi tas-settur tal-logħob tal-azzard onlajn għandha b’mod partikolari
|
5. |
Iqis li din ir-regolamentazzjoni għandha l-potenzjal li tiżgura li l-konsumaturi u l-pubbliku jkunu attratti lejn il-kompetizzjonijiet sportivi, kif ukoll li tiżgura li r-riżultati sportivi jibqgħu kredibbli u l-kompetizzjonijiet jżommu l-pretiġju tagħhom; |
6. |
Jenfasizza l-pożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea (13), li l-internet huwa biss mezz minn fejn jiġi offrut il-logħob tal-azzard, minkejja li dan ma jaffettwax il-possibilità li l-Istati Membri jiddeċiedu dwar l-approċċ speċifiku li għandhom jieħdu biex jiġi regolat il-logħob tal-azzard fuq l-internet, u jħallilhom il-possibilità li jillimitaw jew jeskludu ċerti servizzi offruti lill-konsumaturi; |
Prinċipju ta’ sussidjarjetà u valur Ewropew miżjud
7. |
Jenfasizza li kwalunkwe regolamentazzjoni tas-settur tal-logħob tal-azzard hi soġġetta għal, u għandha tkun sostnuta mill-prinċipju ta' sussidjarjetà, b'kunsiderazzjoni tat-tradizzjonijiet u kulturi differenti fl-Istati Membri, li għandhom jitqiesu bħala "sussidjarjetà attiva", li twassal għal kooperazzjoni fost l-amministrazzjonijiet nazzjonali; iqis, madankollu, li dan il-prinċipju jimplika konformità mar-regoli tas-suq intern sakemm dan jiġu applikati bi qbil mas-sentenza tal-ECJ rigward il-logħob tal-azzard; |
8. |
Huwa tal-opinjoni li proposta għal servizzi ta' logħob tal-azzard attraenti u regolamentata tajjeb, kemm fuq l-Internet u ukoll permezz ta' kanali tradizzjonali bil-preżenza fiżika tal-lagħab, hi meħtieġa biex jiġi żgurat li l-konsumaturi ma jużawx operaturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti nazzjonali għall-ħruġ ta’ liċenzji; |
9. |
Jirrifjuta għalhekk kwalunkwe strument leġiżlattiv Ewropew li jirregola b’mod uniformi s-settur tal-logħob tal-azzard kollu kemm hu, iżda, madankollu huwa tal-fehma li jista' jinkiseb valur miżjud ċar minn approċċ Ewropew koordinat f’xi oqsma partikolari, flimkien ma’ regolamentazzjoni nazzjonali, meta titqies in-natura transkonfinali tas-servizzi tal-azzard onlajn; |
10. |
Jirrikonoxxi l-libertà li tingħata lill-Istati Membri fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-logħob tal-azzard filwaqt li jiġu żgurati l-prinċipji bażiċi tat-TUE dwar in-nondiskriminazzjoni u l-proporzjonalità; jirrispetta, f'dan il-kuntest, id-deċiżjoni ta' numru ta' Stati Membri li jipprojbixxu kull tip ta' jew ċerti tipi ta' logħob tal-azzard onlajn jew li jżommu monopolji governattivi fuq dan settur, bi qbil mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm dawn jadottaw approċċ koerenti; |
11. |
Jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rrikonoxxiet kemm-il darba fis-sentenzi tagħha li l-għoti ta’ drittijiet esklużivi lil operatur wieħed soġġett għal kontroll strett ta’ awtorità pubblika jista’ jkun mezz biex titjieb il-protezzjoni tal-konsumatur kontra l-frodi u biex il-kriminalità marbuta mas-setturi tal-logħob tal-azzard onlajn tiġi miġġielda b’mod aktar effettiv; |
12. |
Jindika li l-logħob tal-azzard onlajn huwa attività ekonomika speċjali, li għalih ir-regoli tas-suq intern, b'mod partikolari l-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, ma japplikawx mingħajr restrizzjoni; jirrikonoxxi madankollu l-każistika konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tenfasizza li l-kontrolli nazzjonali għandhom jgħaddu b’liġi u jiġu applikati b’mod konsistenti, proporzjonat u nondiskriminatorju; |
13. |
Jenfasizza li, minn naħa waħda, il-fornituri tal-logħob tal-azzard onlajn għandhom f’kull każ josservaw il-liġijiet nazzjonali tal-pajjiżi fejn jopera dak il-logħob, u min-naħa l-oħra, l-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jimponu l-miżuri biex jindirizzaw il-logħob tal-azzard illegali onlajn ħalli jimplimentaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali u jeskludu lill-fornituri illegali mill-aċċess għas-suq; |
14. |
Huwa tal-fehma li l-prinċipju ta' rikononxximent reċiproku ta' liċenzji fis-settur tal-logħob tal-azzard mhuwiex applikabbli, iżda madankollu, fl-interess tal-prinċipji tas-suq intern, jinsisti li l-Istati Membri li jiftħu s-settur tal-logħob tal-azzard onlajn tagħhom għall-kompetizzjoni għal kull tip jew għal ċertu tip ta' logħob tal-azzard onlajn, għandhom jiżguraw t-trasparenza u għandhom iwasslu għal kompetizzjoni non-diskriminatorja; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex f’din l-eventwalità jintroduċu mudell ta’ liċenzjar li jippermetti li kwalunkwe fornitur Ewropew ta' logħob tal-azzard li jissodisfa l-kundizzjonijiet imposti mill-Istat Membru ospitanti jkun jista’ japplika għal liċenzja; jistgħu jinħolqu proċeduri ta' applikazzjoni għal liċenzji, li jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi billi jevitaw l-irduppjar mhux meħtieġ ta' rekwiżiti u kontrolli mwettqa fi Stati Membri oħra, f'dawk l-Istati Membri li jkunu implimentaw sistema ta' liċenzjar, filwaqt li jiżguraw rwol preminenti għar-regolatur fl-Istat Membru li fih tkun tressqet l-applikazzjoni; iqis, għalhekk, li teħtieġ tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejn ir-regolaturi nazzjonali permezz ta’ kooperazzjoni amministrattiva msaħħa u aktar mill-qrib; jirrispetta, barra minn hekk, id-deċiżjoni ta' uħud mill-Istati Membri, li jistabbilixxu n-numru ta' operaturi, it-tipi u l-kwantitajiet ta' logħob offrut, sabiex jipproteġu l-konsumaturi u jipprevjenu l-kriminalità, sakemm dawn ir-restrizzjonijiet ikun proporzjonati u jirriflettu t-tħassib dwar il-limitazzjoni tal-attivitajiet f'dan is-settur b'mod konsistenti u sistematiku; |
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni tesplora – bi qbil mal-prinċipju ta' "sussidjarjetà attiva" – kull għodda u jew miżura possibbli fil-livell tal-UE mfassla biex jipproteġu konsumaturi vulnerabbli, jipprevjenu l-vizzju u jiġġieldu kontra l-operaturi illegali fil-qasam tal-logħob tal-azzard, inkluż il-kooperazzjoni formalizzata bejn ir-regolaturi nazzjonali, l-istandards komuni għall-operaturi jew direttiva qafas; huwa tal-opinjoni li l-ewwel pass jista' jkun il-ħolqien ta’ kodiċi tal-kondotta pan-Ewropew għal-logħob tal-azzard onlajn maqbul bejn ir-regolaturi u l-operaturi; |
16. |
Huwa tal-fehma li kodiċi tal-kondotta pan-Ewropew għal-logħob tal-azzard onlajn, għandu jindirizza d-drittijiet u l-obbligi kemm tal-fornitur tas-servizz u kemm tal-konsumatur; iqis li dan il-kodiċi tal-Kondotta għandu jgħin biex jiżgura logħob tal-azzard responsabbli, livell għoli ta’ protezzjoni għal-lagħaba, b’mod partikolari fil-każ ta’ minuri u persuni vulnerabbli oħra, jappoġġa mekkaniżmi kemm fil-livell tal-UE u dak nazzjonali li jiġġieldu kontra l-ċiberkriminalità, il-frodi u r-reklamar qarrieq u fl-aħħar nett jipprovdu qafas ta’ prinċipji u regoli li jiżguraw li l-konsumaturi jgawdu l-istess protezzjoni fl-UE; |
17. |
Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jaħdmu aktar biex jipprevjenu l-fornituri ta' logħob tal-azzard illegali milli joffru s-servizzi tagħhom onlajn, pereżempju billi joħolqu listi suwed ta' fornituri tal-logħob tal-azzard illegali; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibilità li tipproponi strumenti legalment vinkolanti li jobbligaw lill-banek, lil dawk li joħorġu karti ta' kreditu u lil parteċipanti ta' sistemi ta' ħlas fl-UE biex jimblukkaw, abbażi tal-listi suwed nazzjonali, it-transazzjonijiet bejn il-klijenti tagħhom u l-fornituri ta' logħob tal-azzard li m'għandhomx liċenzja fil-ġurisdizzjoni tagħhom, mingħajr ma jxekklu t-transazzjonijiet leġittimi; |
18. |
Jirrispetta d-dritt tal-Istati Membri li jużaw varjetà wiesgħa ta' miżuri repressivi kontra offerti ta' logħob tal-azzard illegali onlajn; jappoġġa, biex tiżdied l-effiċjenza tal-ġlieda kontra l-offerti tal-logħob tal-azzard illegali onlajn, l-introduzzjoni ta’ prinċipju regolatorju li bih kumpanija tal-logħob tal-azzard tista’ topera biss (jew tixħet offerta għal-liċenzja nazzjonali meħtieġa) fi Stat Membru jekk ma toperax bi ksur tal-liġi fi Stat Membru ieħor tal-UE; |
19. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni bħala l-gwardjan tat-Trattati, u lill-Istati Membri, biex ikomplu jwettqu kontrolli effikaċi fuq il-konformità mal-liġi tal-UE; |
20. |
Jinnota l-fatt li seta’ jsir aktar progress fil-kawżi ta’ ksur pendenti mill-2008 ’l hawn u li l-ebda Stat Membru ma tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli l-investigazzjoni tagħha dwar inkonsistenzi possibbli fil-leġiżlazzjoni dwar il-logħob tal-azzard tal-Istati Membri (offlajn u onlajn) mat-TFUE u – fejn meħtieġ – issegwi dawk il-proċeduri ta’ ksur li huma pendenti mill-2008 biex tiġi żgurata dik il-konsistenza; ifakkar lill-Kummissjoni, bħala "l-gwardjan tat-Trattati", dwar dmirijietha li taġixxi malajr meta tirċievi lmenti ta’ ksur tal-libertajiet stabbiliti fit-Trattati; |
Kooperazzjoni bejn il-korpi regolatorji
21. |
Jitlob għal kooperazzzjoni aktar estiża fost il-korpi regolatorji nazzjonali mgħammra b’kompetenzi suffiċjenti u kkoordinati mill-Kummissjoni, biex jiżviluppaw standards komuni u biex jaġixxu flimkien kontra operaturi tal-logħob tal-azzard onlajn li joperaw mingħajr il-liċenzja nazzjonali meħtieġa; jiddikjara li l-isforzi nazzjonali individwali spiss m’għandhomx suċċess, b'mod partikolari biex jidentifikaw lagħaba fuq listi suwed u biex jiġġieldu kontra l-ħasil tal-flus, imħatri imbagħbsa u forom oħra ta' kriminalità organizzata; f'dan il-kuntest; iqis li l-ħolqien ta’ regolatur b’setgħat adegwati f’kull Stat Membru jikkostitwixxi pass importanti lejn koperazzjoni regolatorja aħjar u aktar effikaċi; jiddikjara li s-Sistema ta' Tagħrif tas-Suq Intern tista' sservi ta' bażi għal kooperazzjoni aktar effettiva fost il-korpi regolatorji nazzjonali; jieħu nota tal-inizjattivi minn regolaturi nazzjonali għal ħidma aktar mill-qrib, bħan-netwerk tal-Forum Ewropew ta' Regolaturi tal-Logħob tal-Azzard (GREF) u l-Pjattaforma Regolatorja Ewropea; jitlob kooperazzjoni aħjar u aktar mill-qrib fost l-Istati Membri tal-UE, il-Europol u l-Eurojust fil-ġlieda kontra l-logħob tal-azzard illegali, il-frodi, il-ħasil tal-flus u reati finanzjarji oħra fil-qasam tal-logħob tal-azzard onlajn; |
22. |
Huwa tal-fehma li forom differenti ta' logħob tal-azzard onljan – bħalma huwa logħob interattiv rapidu taċ-ċans li jintlagħab fuq frekwenza ta' ftit sekondi, l-imħatri, u l-lotteriji li jinvolvu tlugħ ta’ kull ġimgħa – huma differenti minn xulxin u jeħtieġu soluzzjonijiet differenti peress li xi forom ta' logħob tal-azzard jippermettu opportunitajiet ikbar ta' abbuż minn oħrajn; jinnota, b'mod partikolari, li l-opportunità għall-ħasil tal-flus tiddependi fuq is-saħħa tal-proċedura ta’ identifikazzjoni, it-tip ta' logħba u l-metodi ta' ħlas użati, li jagħmlu neċessarju, fir-rigward ta' xi forom ta' logħob, li l-logħob ikun immonitorjat f’ħin reali u jitwettaq kontroll aktar strett milli huwa l-każ b'forom oħra ta' logħob; |
23. |
Jenfasizza l-bżonn li tkun indirizzata l-protezzjoni tal-kontijiet tal-konsumaturi miftuħin minħabba l-logħob tal-azzard onlajn f'każ li l-fornitur tas-servizz ifalli; jissuġġerixxi, għalhekk, li kull leġiżlazzjoni futura jkollha l-għan li tipproteġi d-depożiti f'każ fejn ikunu imposti multi fuq siti elettroniċi partikolari, jew proċeduri legali kontrihom; |
24. |
Jitlob lill-Kummissjoni tappoġġja lill-konsumaturi jekk jiġu affettwati minn prattiki illegali u joffrulhom għajnuna legali; |
25. |
Jirrakkomanda l-introduzzjoni ta’ standards minimi uniformi ta’ identifikazzjoni elettronika pan-Ewropej; iqis li għandha ssir reġistrazzjoni b’tali mod li tkun stabbilita l-identità tal-lagħab u fl-istess ħin tiżgura li l-lagħab jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu massimu ta’ kont wieħed għal-logħob tal-azzard għal kull kumpanija tal-logħob tal-azzard; jenfasizza li reġistrazzjoni u s-sistemi ta' verifika b’saħħithom huma għodod ewlenin fil-prevenzjoni ta' kull użu ħażin ta' logħob tal-azzard onlajn, bħalma hu l-ħasil tal-flus; |
26. |
Hu tal-fehma li l-UE teħtieġ tadotta standards komuni għall-protezzjoni tal-konsumatur sabiex il-konsumaturi, b'mod partikolari dawk il-lagħaba vulnerabbli u ż-żgħażagħ, ikunu protetti b'mod effikaċi mill-aspetti negattivi tal-logħob tal-azzard onlajn; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li jeħtieġ li jiddaħlu fis-seħħ proċessi ta' kontroll u ta' protezzjoni qabel ma tinbeda kull attività ta' logħob tal-azzard u li dawn għandhom jinkludu, inter alia, il-verifika tal-età, restrizzjonijiet ta' ħlas elettroniku u ta’ trasferimenti ta' fondi bejn kontijiet ta' logħob tal-azzard u rekwiżit għall-operaturi li jqiegħdu avviżi dwar l-età legali, l-imġiba ta' riskju għoli, logħob tal-azzard kompulsiv u punti ta' kuntatt nazzjonali fuq is-siti tal-logħob tal-azzard onlajn; |
27. |
Jitlob li jintużaw metodi effikaċi biex tiġi miġġielda l-problema tal-logħob tal-azzard, inter alia permezz tal-projbizzjoni tal-logħob tal-azzard u permezz ta’ limiti obbligatorji fuq in-nefqa matul perjodu partikolari, għalkemm stabbiliti mill-konsumatur innifsu; jenfasizza li, b'żieda ma’ dan, għandu jgħaddi perjodu ta’ żmien qabel, ma jkun jista' jiżdied il-limitu ta' nfiq; |
28. |
Jenfasizza li logħob tal-azzard kompulsiv huwa fil-fatt diżordni fl-imġiba li jista' jaffettwa sa 2 % tal-popolazzjoni f'xi pajjiżi; jitlob, għalhekk, li jsir stħarriġ dwar id-daqs tal-problema f'kull Stat Membru tal-UE bħala bażi għal strateġija integrata mfassla biex tipproteġi l-konsumaturi minn dan il-vizzju; huwa tal-fehma li hekk kif jinħoloq kont tal-logħob tal-azzard, għandha tkun disponibbli informazzjoni komprensiva u preċiża rigward il-logħob tal-azzard, dwar logħob tal-azzard responsabbli u dwar opportunitajiet għat-trattament ta' dipendenza fuq il-logħob tal-azzard; |
29. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw studji diġà mwettqa f'dan il-qasam, jiffukaw fuq riċerka li teżamina l-inċidenza, il-formazzjoni u t-trattament tal-vizzju tal-logħob tal-azzard u jiġbru u jippubblikaw l-istatistika fuq il-kanali kollha (onlajn u offlajn) dwar is-setturi tal-logħob tal-azzard u l-vizzju tal-logħob tal-azzard sabiex jipproduċu data komprensiva dwar is-settur tal-logħob tal-azzard kollu kemm hu fl-UE; jenfasizza l-ħtieġa ta’ statistika minn sorsi indipendenti b’mod partikolari rigward il-vizzju tal-logħob tal-azzard; |
30. |
Jitlob lill-Kummissjoni tniedi l-ħolqien ta’ netwerk ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali li jieħdu ħsieb dawk bil-vizzju tal-logħob tal-azzard, sabiex dawn jaqsmu l-esperjenzi u l-aħjar prattiki tagħhom; |
31. |
Josserva li skont studju ppubblikat reċentement (14), is-settur tal-logħob tal-azzard kien identifikat bħala dak is-settur li l-aktar ta’ spiss huwa nieqes minn mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim; jissuġġerixxi għalhekk li l-aġenziji regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu modi ta’ riżoluzzjoni alternattivi tat-tilwim għas-settur tal-logħob tal-azzard onlajn; |
Il-logħob tal-azzard u l-isports: il-ħtieġa li tiġi żgurata l-integrità
32. |
Jinnota li r-riskju ta’ frodi fil-kompetizzjonijiet sporitvi – anke jekk kienu jeżistu minn dejjem - żdied b’mod qawwi sa mill-ħolqien tas-settur tal-imħatri fuq l-isports onlajn u jirrappreżenta riskju għall-integrità tal-isports; għalhekk hu tal-opinjoni li għandha tkun żviluppata definizzjoni komuni ta’ frodi u qerq fl-isports u li frodi f’imħatri għandhom jiġu kkastigati bħala reat kriminali madwar l-Ewropa kollha; |
33. |
Jitlob għal strumenti li jżidu l-kooperazzjoni transkonfinali tal-pulizija u tal-ġudikatura, li tinkludi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' logħob mixtri fir-rigward tal-imħatri tal-isports; f’dan ir-rigward, jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw servizzi ta’ prosekuzzjoni speċjalizzati b’responsabilità primarja għall-investigazzjoni tal-każijiet ta’ xiri ta’ logħob; jitlob li jitqies qafas ta' kooperazzjoni mal-organizzaturi ta' kompetizzjonijiet sportivi bil-għan li jkun iffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-korpi ta' dixxiplina sportiva u l-awtoritajiet investigattivi statali u l-aġenziji ta' prosekuzzjoni, bit-tfassil ta' pereżempju, netwerks u ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali speċjalizzati b'mod speċifiku biex jitrattaw każijiet ta' xiri ta' logħob; dan għandu jseħħ, fejn xieraq, b'kooperazzjoni mal-operaturi tal-logħob tal-azzard; |
34. |
Iqis, għaldaqstant, li għandha titfassal definizzjoni uniformi ta' frodi fl-isports fil-livell Ewropew u li din għandha tiddaħħal fid-dritt kriminali tal-Istati Membri kollha; |
35. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-rabtiet bejn l-organizzazzjonijiet kriminali u l-iżvilupp tax-xiri tal-logħob marbuta mal-imħatri onlajn, li l-qligħ minnhom jintuża biex jalimenta attivitajiet kriminali oħra; |
36. |
Jinnota li bosta pajjiżi Ewropej diġà adottaw leġiżlazzjoni stretta kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-imħatri fuq l-isports, frodi fl-isports (klassifikati bħala offiża speċifika u kriminali) u kunflitti ta’ interessi bejn l-operaturi tal-imħatri u klabbs tal-isports, timijiet jew atleti attivi; |
37. |
Jinnota li l-operaturi liċenzjati onlajn fl-UE diġà jwettqu rwol fl-identifikar ta’ każijiet potenzjali ta’ korruzzjoni fl-isports; |
38. |
Jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni għall-protezzjoni tal-integrità tal-isports; jitlob, għalhekk, li l-Istati Membri u l-federazzjonijiet sportivi jinformaw u jedukaw lill-isportivi u lill-konsumaturi b'mod adegwat, sa minn età żgħira u fil-livelli kollha (kemm dawk dilettanti u professjonali); |
39. |
Huwa konxju tal-importanza partikolari tal-kontribuzzjoni li ssir mid-dħul mil-logħob tal-azzard għall-finanzjament tal-isports fil-livelli professjonistiċi u dilettantistiċi kollha fl-Istati Membri, inkluż miżuri li jissalvagwardjaw l-integrità tal-kompetizzjonijiet sportivi minn immanipular tal-imħatri; jistieden lill-Kummissjoni tesplora modi ta’ finanzjament alternattivi, filwaqt li tirrispetta l-prattiki fl-Istati Membri, fejn id-dħul mill-imħatri tal-isports jista’ jintuża regolarment biex jissalvagwardja l-integrità tal-kompetizzjonijiet sportivi mill-manipulazzjonijiet tal-imħatri, filwaqt li tqis li kwalunkwe mekkaniżmu ta’ finanzjament m’għandu jwassal għal sitwazzjoni li minnha jibbenefikaw biss numru żgħir ta’ sports professjonali imxandra b’mod estensiv fuq it-televiżjoni filwaqt li sports ieħor u speċjalment l-isports aktar bażiku jara l-finanzjament ġenerat mill-imħatri tal-isports jonqos; |
40. |
Itenni għal darb' oħra l-pożizzjoni tiegħu li l-imħatri tal-isports huma forma ta' użu kummerċjali tal-kompetizzjonijiet sportivi; jirrakkomanda li l-kompetizzjonijiet sportivi jiġu protetti minn użu kummerċjali mhux awtorizzat, b'mod partikolari billi jirrikonoxxi d-drittijiet tal-proprjetà tal-organizzaturi ta' avvenimenti sportivi, mhux biss sabiex jiżguraw ritorn finanzjarju ġust għall-benefiċċju tal-livelli kollha ta' sport professjonistiċi u dilettantistiċi, iżda ukoll bħala mezz biex tissaħħaħ il-ġlieda jkontra l-frodi sportivi, b'mod partikolari x-xiri ta' logħob; |
41. |
Jenfasizza li l-ħolqien ta’ ftehimiet legalment vinkolanti bejn l-organizzaturi tal-kompetizzjonijiet sportivi u l-operaturi tal-logħob tal-azzard onlajn għandu jiżgura relazzjoni aktar bilanċjati bejn iż-żewġ partijiet; |
42. |
Jinnota l-importanza tat-trasparenza fis-settur tal-logħob tal-azzard onlajn; jipprevedi, f'dan ir-rigward, obbligi ta' rappurtar annwali, li għandu juri, inter alia, liema attivitajiet ta' interess ġenerali u/jew kompetizzjonijiet sportivi huma ffinanzjati u/jew sponsorjati permezz tal-profitti mil-logħob tal-azzard; jitlob lill-Kummissjoni tinvestiga l-possibilità ta' rappurtar obbligatorju annwali. |
43. |
Jinnota l-ħtieġa li tingħata alternattiva affidabbli għal servizzi tal-logħob tal-azzard illegali; jenfasizza l-ħtieġa ta’ soluzzjonijiet prammatiċi dwar ir-reklamar u l-isponsorizzar ta’ avvenimenti sportivi permezz tal-operaturi tal-logħob tal-azzard fuq l-internet; hu tal-fehma li għandhom jiġu adottati standards ta' reklamar komuni li jipprovdu protezzjoni adegwata għal konsumaturi vulnerabbli, iżda li fl-istess ħin jippermettu l-isponsorizzar ta' avvenimenti internazzjonali; |
44. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu mal-partijiet interessati kollha tal-isports bil-għan li jiġu identifikati l-mekkaniżmi xierqa meħtieġa biex jippreservaw l-integrità tal-isports u l-iffinanzjar tal-isports fil-livell bażiku; |
*
* *
45. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) B’mod partikolari s-sentenzi mogħtija fil-każijiet li ġejjin: Schindler 1994 (C-275/92), Gebhard 1995 (C-55/94), Läärä 1999 (C-124/97), Zenatti 1999 (C-67/98), Anomar 2003 (C-6/01), Gambelli 2003 (C-243/01), Lindman 2003 (C-42/02), Fixtures Marketing Ltd v OPAP 2004 (C-444/02), Fixtures Marketing Ltd v Svenska Spel AB 2004 (C-338/02), Fixtures Marketing Ltd v Oy Veikkaus Ab 2005 (C-46/02), Stauffer 2006 (C-386/04), Unibet 2007 (C-432/05), Placanica et al. 2007 (C-338/04, C-359/04 u C-360/04), Kommission v Italien 2007 (C-206/04), Liga Portuguesa de Futebol Profissional 2009 (C-42/07), Ladbrokes 2010 (C-258/08), Sporting Exchange 2010 (C-203/08), Sjöberg u Gerdin 2010 (C-447/08 u C-448/08), Markus Stoß et al 2010 (C-316/07, C-358/07, C-359/07, C-360/07, C-409/07 u C-410/07), Carmen Media 2010 (C-46/08) u Engelmann 2010 (C-64/08).
(2) ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 30.
(3) ĠU C 271 E, 12.11.2009, p. 51.
(5) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.
(6) ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.
(7) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.
(8) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(9) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(10) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(11) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.
(12) ĠU L 178, 17.07.2000, p. 1.
(13) Carmen Media 2010 (C-46/08).
(14) Studju dwar "Cross-Border Alternative Dispute Resolution in the European Union" (Modi Alternattivi ta’ Soluzzjoni tat-Tilwim Transkonfinali), 2011, http://www.europarl.europa.eu/activities/committees/studies/download.do?language=en&file=41671.