|
5.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 33/46 |
It-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011
Il-prijoritajiet għall-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u lil hinn
P7_TA(2011)0318
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-prijoritajiet għall-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u lil hinn (2011/2034(INI))
2013/C 33 E/06
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u wara – Pjan dettaljat għal netwerk tal-enerġija Ewropew integrat (COM(2010)0677), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar stima tal-impatt fuq il-"Prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u wara – Pjan dettaljat għal netwerk tal-enerġija Ewropew integrat (SEC(2010)1395), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu ‧Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv‧, (COM(2010)0639), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem ‘Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv’ (COM(2010)2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "L-enerġija rinnovabbli: nimxu lejn il-miri għall-2020" (COM(2011)0031), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Analiżi tal-alternattivi biex isir progress lil hinn mit-tnaqqis ta’ 20 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra u l-valutazzjoni tar-riskju ta’ rilaxx tal-karbonju" (COM(2010)0265), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu ‧Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050‧, COM(2011)0112), |
|
— |
wara li kkunsidra t-tielet pakkett leġiżlattiv dwar is-suq intern fil-qasam tal-enerġija bit-titolu "Enerġija għall-Ewropa: Suq reali bi provvista żgura" (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Ewropa li tuża r-riżorsi b'effiċjenza – Inizjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Ewropa 2020" (COM(2011)0021), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta-6 ta’ Settembru 2006 li tistabbilixxi linji gwida għal netwerks tal-enerġija trans-Ewropej u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 96/391/KE u d-Deċiżjoni Nru 1229/2003/KE (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 663/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tan-netwerks trans-Ewropej tal-enerġija fil-perjodu 2007-2009 (COM(2010)0203), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tat-teknoloġiji tal-informatika u l-komunikazzjoni biex tiġi ffaċilitata t-transizzjoni għal ekonomija b'użu effiċjenti tal-enerġija u b'livell baxx ta’ karbonju (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Parlament Ewropew bit-titolu ‘Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa’ (COM(2007)0001), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu ‘Pjan ta’ Interkonnessjoni ta’ Prijorità’ (COM(2006)0846), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (7), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2010 bit-titolu ‘Lejn Strateġija ġdida dwar l-Enerġija għall-Ewropa 2011-2020’ (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-Reviżjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza Enerġetika (10), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2011 (11) dwar Ewropa 2020, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 170 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skontu l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għat-twaqqif u l-iżvilupp ta’ netwerks trans-Ewropej fl-oqsma ta’ infrastrutturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjonijiet u tal-enerġija, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0226/2011), |
|
A. |
billi l-isfidi maġġuri tagħna fil-qasam tal-enerġija huma li niffaċċjaw it-tibdil fil-klima, it-tisħiħ tas-sigurtà u tal-awtonomija tal-enerġija u tnaqqis fl-użu ġenerali tal-enerġija kif ukoll l-importazzjonijiet u d-dipendenza fuq il-fjuwils fossils, id-diversifikazzjoni tal-fornituri u tas-sorsi tal-enerġija, il-kisba ta’ suq intern kompetittiv tal-enerġija u l-iżgurar ta’ aċċess universali għal enerġija sostenibbli, bi prezz li jintlaħaq, sikura u effiċjenti, |
|
B. |
billi l-politika komuni dwar l-enerġija fil-livell tal-UE tfasslet madwar l-objettiv komuni li tiġi żgurata d-disponibilità fiżika mingħajr ebda interuzzjoni tal-prodotti u s-servizzi tal-enerġija fis-suq, bi prezzijiet li jlaħħqu magħhom il-konsumaturi kollha (domestiċi u industrijali), |
|
C. |
billi jeħtieġ li tiġi ggarantita s-sigurtà tal-provvista u l-konsolidazzjoni tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri f’sitwazzjonijiet fejn Stat Membru jkun qed iħabbat wiċċu ma’ kriżi enerġetika, |
|
D. |
billi t-Trattat ta’ Lisbona jipprovdi bażi legali speċifika għall-iżvilupp ta’ politika enerġetika tal-UE li tippromwovi l-interkonnessjoni b’suċċess tan-netwerks tal-enerġija bejn l-Istati Membri indipendentement mill-fruntieri nazzjonali u reġjonali, li hi meħtieġa għall-kisba ta’ objettivi oħra tal-politika tal-enerġija u tas-solidarjetà tal-UE (il-funzjonament tas-suq tal-enerġija, l-effiċjenza tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli, is-sigurtà tal-provvista u d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija u tal-forom tal-provvista), |
|
E. |
billi n-nuqqas ta’ modernizzazzjoni, titjib, interkonnessjoni u aġġustament f'waqthom tal-infrastruttura tal-enerġija tal-Unjoni għal mudell aktar sostenibbli u aktar effiċjenti tal- produzzjoni, it-trażmissjoni u l-konsum tal-enerġija jista' jfixkel il-kapaċità tagħha li tikseb l-objettivi tal-enerġija u l-klima għall-2020 – speċjalment l-objettivi relatati mal-integrazzjoni u mat-tkabbir tas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli – u jikkomprometti l-objettiv fit-tul tal-2050 li l-emissjonijiet ta’ gass b'effett serra (GHG) jitnaqqsu bi 80 % sa 95 %, |
|
F. |
billi l-ippjanar tal-investiment fl-infrastruttura u d-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu b’assoċjazzjoni ma’ dan jeħtieġu l-appoġġ ta’ xenarju fuq żmien fit-tul li jqis il-kisbiet mistennija u l-ħtiġijiet ta’ żviluppi tekniċi addizzjonali, |
|
G. |
billi l-integrazzjoni ulterjuri tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli tirrikjedi xi adattamenti tal-infrastruttura Ewropea tal-enerġija kemm fil-livell ta’ trażmissjoni, kif ukoll f’dak tad-distribuzzjoni, |
|
H. |
billi suq tal-enerġija tal-UE li jkun miftuħ, trasparenti, integrat u kompetittiv huwa meħtieġ sabiex jinkisbu prezzijiet kompetittivi, sigurtà u sostenibbiltà tal-provvista u użu effiċjenti u fuq skala kbira ta’ enerġija rinnovabbli, u billi t-tlestija ta’ tali suq għadha sfida importanti għall-Istati Membri kollha, |
|
I. |
filwaqt li jfakkar l-importanza kruċjali ta’ implimentazzjoni f'waqtha u sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti, inkluż ix-xogħol regolatorju meħtieġ mit-tielet pakkett tas-suq intern tal-enerġija u n-notifika xierqa tal-investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija, fl-istennija tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (12), sabiex tingħata ħarsa ġenerali lejn xi nuqqasijiet li jista’ jkun hemm fid-domanda u fil-provvista, kif ukoll l-ostakoli għall-investiment, |
|
J. |
billi l-kapaċità ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, jew saħansitra d-disponibilità ta’ interkonnessjoni, għadha insuffiċjenti f’terz tal-Unjoni, skont l-objettiv ta’ interkonnessjoni ta’ 10 % stabbilit fil-Kunsill Ewropew tal-2002, u billi ċerti Stati Membri u reġjuni għadhom iżolati u dipendenti fuq fornitur wieħed, u dan ma jippermettix l-integrazzjoni reali tas-swieq, il-likwidità u l-flussi tal-enerġija, |
|
K. |
billi, għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċjali tal-gżejjer u tar-reġjuni ultraperiferiċi bħall-Gżejjer Kanarji, Madeira, l-Ażores u r-Reġjuni Ultraperiferiċi Franċiżi f’termini ta’ infrastrutturi tal-enerġija, |
|
L. |
billi fix-Xlokk tal-Ewropa n-netwerk tat-trażmissjoni tal-enerġija mhix daqstant folta daqs dik tal-bqija tal-kontinent, |
|
M. |
billi rotot alternattivi tal-provvista u ta’ tranżitu, kif ukoll interkonessjonijiet ġodda, huma importanti ħalli jiġi żgurat li s-solidarjetà bejn l-Istati Membri tkun operattiva, |
|
N. |
billi għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-proġetti li għadhom mhux finalizzati li ġew magħżula mill-UE bħala proġetti ta’ prijorità skont id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 li tistabbilixxi linji gwida għal netwerks tal-enerġija trans-Ewropej u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 96/391/KE u d-Deċiżjoni Nru 1229/2003/KE, |
|
O. |
billi t-tielet pakkett tal-enerġija ħoloq qafas legali li għandu jtejjeb il-kompetittività fis-suq tal-enerġija, |
|
P. |
billi l-infrastrutturi tal-enerġija ppjanati llum għandhom ikunu konsistenti mal-ħtiġijiet tas-suq u mal-objettivi fit-tul tal-UE fil-qasam tal-klima u l-enerġija u l-implimentazzjoni tagħhom fid-diversi politiki nazzjonali relatati mal-enerġija, filwaqt li tingħata prijorità li dawk is-sorsi tal-enerġija li m’għandhom impatt negattiv għas-soċjetà jew għall-ambjent, |
|
Q. |
billi, rigward il-gass u l-elettriku, jinħtieġ tisħiħ tal-investiment fil-kapaċità tat-trażmissjoni filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-enerġija 20-20-20 tal-UE u l-ambjent enerġetiku l-ġdid b’livell imnaqqas ta’ karbonju wara l-2020, |
|
R. |
billi l-bini ta’ infrastruttura tal-enerġija huwa ta’ importanza strateġika għall-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi tal-Pjan SET (Strategic Energy Technology Plan), |
|
S. |
billi l-effiċjenza enerġetika tirrappreżenta strument b'saħħtu u kost-effettiv għal futur b’enerġija sostenibbli: billi jekk titnaqqas id-domanda għall-enerġija, tista’ tonqos ukoll id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet u r-rikolazzjoni tal-impjanti minħabba żieda fl-ispejjeż, u permezz ta’ investimenti intelliġenti fl-infrastrutturi eżistenti u ġodda, tista’ tonqos il-ħtieġa ta’ investiment pubbliku u privat fl-infrastruttura tal-enerġija, |
|
T. |
billi l-grilji intelliġenti jipprovdu opportunità importanti ħalli tiġi stabbilita relazzjoni effiċjenti bejn il-produzzjoni tal-enerġija, it-trażmissjoni tal-enerġija, id-distribuzzjoni tal-enerġija u l-utenti, filwaqt li jingħata lok għal konsum enerġetiku razzjonali u żieda fl-effiċjenza tal-użu tal-enerġija, |
|
U. |
billi t-tisħiħ tal-kapaċità ta’ interkonnesjoni bejn is-sistemi tal-gass tul l-assi tal-Lbiċ fil-kuritur tat-Tramuntana-Nofsinhar ser jippermetti lill-kapaċità ta’ importazzjoni tal-LNG u lill-kapaċità ta’ ħażna taħt l-art tal-Peniżola Iberika jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-provvista tal-UE, filwaqt li jsir pass importanti lejn suq intern tal-enerġija verament integrat, |
|
V. |
billi l-proċeduri twal ta’ awtorizzazzjoni u n-nuqqas ta’ koordinament bejn l-entitajiet amministrattivi jistgħu jirriżultaw f'dewmien kbir u spejjeż addizzjonali, b'mod partikolari fil-każ ta’ proġetti transkonfinali, |
|
W. |
billi l-proċeduri twal għall-għoti tal-permessi u n-nuqqas ta’ metodoloġiji għall-allokazzjoni tal-ispejjeż u n-nuqqas ta’ strumenti biex jinqasmu l-benefiċċji u l-ispejjeż tal-proġetti infrastrutturali transkonfinali tal-enerġija huma ostakoli ewlenin għall-iżvilupp tagħhom, |
|
X. |
billi għandu jkun iggarantit dibattitu pubbliku ta’ livell għoli, filwaqt li l-leġiżlazzjoni ambjentali Ewropea trid titqies b'mod xieraq, |
|
Y. |
billi r-regolaturi għandhom rwol importanti fil-ħolqien ta’ suq intern tal-enerġija li jkun orjentat għall-konsumatur, li jkun integrat u kompetittiv, |
|
Z. |
billi, skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu ‘Prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u wara – Pjan dettaljat għal netwerk tal-enerġija Ewropew integrat’, fl-għaxar snin li ġejjin se jkunu meħtieġa EUR 200 biljun sabiex jiġu ffinanzjati l-ħtiġijiet tal-infrastruttura tal-enerġija, u billi nofs dan l-ammont irid jiġi pprovdut mill-Istati Membri, |
|
AA. |
billi l-istrumenti bbażati fuq is-suq u l-prinċipju li l-utent iħallas għadhom il-bażi għall-finanzjament tal-infrastruttura enerġetika, u billi, b’mod trasparenti u b’kunsiderazzjoni individwali ta’ kull każ, se jkun meħtieġ ammont limitat ta’ finanzjament pubbliku għall-finanzjament ta’ ċerti proġetti ta’ interess Ewropew, li filwaqt li mhumiex vijabbli minn aspett strettament kummerċjali, jiddefendu kundizzjonijiet indaqs is-suq tal-enerġija intern Ewropew, filwaqt li tkun garantita s-sigurtà tal-provvista, jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tiġi promossa l-integrazzjoni effiċjenti tal-enerġija rinnovabbli, |
|
AB. |
billi jeħtieġ isir investiment fuq skala kbira mill-aktar fis possibbli, |
|
AC. |
billi l-awtoritajiet reġjonali għandhom rwol kruċjali bħala atturi ewlenin fi kwistjonijiet ta’ enerġija, minħabba r-responsabilitajiet tagħhom f’għadd ta’ attivitajiet li jirrigwardaw l-ippjanar u l-ġestjoni reġjonali, l-għoti tal-permessi, l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għal proġetti ewlenin ta’ infrastruttura, l-investimenti, l-akkwist pubbliku, il-produzzjoni u l-fatt li huma qrib il-konsumaturi, |
L-ippjanar strateġiku tal-infrastruttura tal-enerġija
|
1. |
Jenfasizza l-fatt li l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ir-responsabilità ġenerali li jaqdu l-interess pubbliku billi jwettqu l-għanijiet tas-soċjetà u ambjentali, iżda r-responsabilità ewlenija għall-iżvilupp tal-infrastruttura tal-enerġija għandha tkun f’idejn suq regolat tajjeb; |
|
2. |
Jenfasizza l-importanza kruċjali ta’ implimentazzjoni f'waqtha, korretta u sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti, inkluż ix-xogħol regolatorju meħtieġ mit-tielet pakkett tas-suq intern tal-enerġija, sabiex sa mhux aktar tard mill-2014 jitwettaq suq intern Ewropew integrat u kompetittiv; |
|
3. |
Jenfasizza l-ħtieġa tal-implimentazzjoni tal-politiki u r-regolamenti attwali sabiex l-infrastruttura tal-enerġija eżistenti tintuża aħjar għall-benefiċċju tal-konsumatur Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni u lill-ACER sabiex jissorveljaw b'mod iktar strett l-implimentazzjoni nazzjonali ta’ regoli bħal dawk relatati mal-prinċipju ‘tużah jew titilfu’; |
|
4. |
Jemmen li approċċ tal-UE – żviluppat b’kooperazzjoni mal-partijiet konċernati kollha – hu meħtieġ biex jiġu sfruttati b’mod sħiħ il-benefiċċji ta’ infrastruttura ġdida, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żviluppat metodu armonizzat kumplimentari, skont ir-regoli tas-suq intern, għall-għażla tal-proġetti infrastrutturali; jemmen li dan il-metodu għandu jqis il-perspettivi Ewropej u reġjonali sabiex jitneħħew id-differenzi u jkunu ottimizzati l-effetti soċjoekonomiċi u ambjentali; |
|
5. |
Jenfasizza li l-ippjanar ta’ proġetti ta’ infrastruttura tal-enerġija għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mal-prinċipju prekawzjonarju; il-pjanijiet ta’ azzjoni għandhom ikunu suġġetti għal valutazzjonijiet bir-reqqa tal-impatt ambjentali li jsiru każ każ, u li jqisu l-kundizzjonijiet ambjentali lokali u reġjonali; |
|
6. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat livell adegwat ta’ sigurtà tal-provvista enerġetika għall-UE, u li jiġu żviluppati relazzjonijiet favorevoli ma’ pajjiżi mhux fl-UE li jipprovdu l-enerġija u ma’ pajjiżi ta’ tranżitu permezz tal-kooperazzjoni fir-rigward tas-sistemi reġjonali u globali tat-trasport tal-provvista tal-enerġija; |
|
7. |
Jenfasizza li x-xenarju ta’ referenza użat għall-valutazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 għandu jkun trasparenti u konsistenti mal-objettivi ġenerali tal-politika enerġetika mħaddna fl-Artikolu 194 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-pjan direzzjonali tal-UE għall-2050, u ma’ politiki oħra tal-UE (bħala pereżempju t-trasport, il-bini u l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet (ETS)), mal-politiki tal-effiċjenza tal-enerġija (b'mod partikolari l-implimentazzjoni tal-pjan għall-effiċjenza enerġetika (EEP) li ġej), mal-impatt potenzjali tal-avvanzi fit-teknoloġija, b’mod partikolari fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli u r-rwol dejjem jikber ta’ vetturi elettriċi, u mal-użu ta’ griljiintelliġenti u l-inizjattivi ‘bliet u reġjuni intelliġenti’; |
|
8. |
Jappoġġa t-tnedija fil-pront tas-sħubija għall-innovazzjoni bl-isem ‘Bliet intelliġenti’, u jistieden lill-imsieħba relevanti involuti fil-proċessi tal-ippjanar għal żvilupp urban sostenibbli sabiex jippromwovu aħjar u jisiltu aktar profitt mill-benefiċċji li jistgħu jipprovdu l-inizjattivi JESSICA u ELENA għal investimenti fl-enerġija sostenibbli fil-livell lokali, bil-għan li jgħinu lill-bliet u lir-reġjuni jibdew proġetti ta’ investiment vijabbli fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija, sorsi ta’ enerġija li jinħarqu b'mod nadif u li jkunu rinnovabbli, u trasport urban sostenibbli; jindika barra minn hekk il-potenzjal ta’ finanzjament transkonfinali mal-pajjiżi ġirien fil-qafas tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI); |
|
9. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi identifikat, skont il-ġerarkija ta’ importanza u fl-interess tal-kost-effettività, meta l-infrastruttura tkun tista' tiġi minimizzata permezz ta’ politiki ta’ effiċjenza enerġetika, meta l-infrastruttura eżistenti nazzjonali jew transkonfinali tista' tittejjeb jew tiġi modernizzata u meta tkun meħtieġa infrastruttura ġdida li tista' tinbena qrib infrastruttura eżistenti tal-enerġija jew tat-trasport; |
|
10. |
Jikkunsidra li t-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u fl-emissjonijiet li jniġġsu, u effiċjenza enerġetika mtejba jistgħu jinkisbu permezz ta’ programmi implimentattivi għal iktar effiċjenza enerġetika fis-setturi tal-bini u tat-trasport; |
|
11. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu identifikati nuqqasijiet futuri potenzjali fid-domanda u fil-provvista ta’ enerġija, kif ukoll defiċjenzi futuri potenzjali fl-infrastruttura tal-produzzjoni u tat-trażmissjoni; |
|
12. |
Jissottolinja l-importanza tal-armonizzazzjoni tad-disinn tas-suq tal-UE u tal-iżvilupp ta’ skemi infrastrutturali komuni Ewropej sabiex ikunu żgurati l-ġestjoni tal-interkonnessjonijiet Ewropej interni u l-interkonnessjonijiet ma’ terzi pajjiżi; |
|
13. |
Iqis li l-iżvilupp ta’ infrastruttura tal-elettriku bejn l-UE u pajjiżi terzi, u f'xi każijiet l-infrastruttura tal-elettriku eżistenti, jistgħu joħolqu riskju ta’ rilaxx (leakage) ta’ karbonju, jew inkella jżidu dan ir-riskju fejn dan ikun preżenti diġà; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa din il-possibbiltà u tippreżenta, jekk ikun meħtieġ, miżuri li permezz tagħhom l-UE tkun tista' tindirizza dan b'mod effikaċi, billi pereżempju titlob li jkun hemm konformità mad-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli; |
|
14. |
Jistieden lill-operaturi tan-netwerks, l-awtoritajiet regolatorji, inkluż l-ACER, u l-Kummissjoni biex joħolqu, f'kooperazzjoni ma’ operaturi ta’ netwerks u awtoritajiet f'pajjiżi terzi, il-kundizzjonijiet neċessarji sabiex tiġi żgurata l-kompatibilità u l-istabilità bejn l-infrastruttura tal-elettriku tal-UE u dik ta’ pajjiżi terzi, bl-għan li titjieb is-sigurtà tal-enerġija tal-Istati Membri; |
|
15. |
Jenfasizza li għandu jkun hemm attenzjoni mhux biss fuq proġetti transkonfinali imma wkoll fuq sistemi tat-trażmissjoni interni, li huma kruċjali sabiex jiġu integrati s-swieq tal-enerġija, il-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli u s-sigurtà tas-sistemi, jintemmu l-gżejjer tal-enerġija u jittaffew il-konġestjonijiet interni li għandhom impatt fuq is-sistema enerġetika Ewropea b'mod ġenerali; jenfasizza l-importanza li jkun garantit li reġjuni remoti u l-ħtiġijiet lokali tagħhom jitqiesu kif jixraq; |
|
16. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta’ infrastruttura ġdida li twassal għal tmiem il-gżejjer tal-enerġija u d-dipendenza fuq fornitur wieħed u li ttejjeb is-sigurtà tal-provvista; |
|
17. |
Jenfasizza li l-ebda reġjun tal-Istati Membri tal-UE, inklużi r-reġjuni gżejjer, m’għandu jibqa’ iżolat min-netwerks Ewropej tal-gass u tal-elettriku wara l-2015, jew ikollu s-sigurtà tal-enerġija tiegħu mhedda minħabba n-nuqqas ta’ konnessjonijiet xierqa; |
|
18. |
Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tippromwovi l-kooperazzjoni reġjonali u jitlob li tingħata aktar gwida fuq tali inizjattivi reġjonali; |
|
19. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-opportunitajiet li joffru l-ftehimiet ta’ kooperazzjoni reġjonali eżistenti tal-UE għall-iżvilupp u għall-intensifikazzjoni ta’ proġetti transkonfinali tal-infrastruttura enerġetika, partikolarment dawk relatati mal-enerġija rinnovabbli, u jħeġġeġ li l-istrumenti ta’ kooperazzjoni reġjonali (Euregios, EGTCs) jintużaw għal dan il-għan; |
|
20. |
Huwa tal-opinjoni li l-inizjattivi reġjonali għandhom jiġu estiżi u jkomplu jiġu żviluppati, peress li huma marbuta l-aktar mill-qrib mal-mod ta’ kif topera s-sistema tal-enerġija f'reġjuni individwali (pereżempju l-istruttura tas-sorsi reġjonali tal-produzzjoni, l-enerġija mir-riħ, il-limitazzjonijiet tal-grids u d-disponibbiltà tas-sorsi tal-enerġija); |
|
21. |
Jenfasizza li l-kooperazzjoni fost il-muniċipalitajiet u r-reġjuni fil-livell nazzjonali u Ewropew tikkontribwixxi sabiex jitneħħew il-gżejjer tal-enerġija, jitlesta s-suq intern tal-enerġija u jiġu implimentati proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija; huwa tal-fehma li l-objettiv ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea tal-politika ta’ koeżjoni, kif ukoll l-istrateġiji makroreġjonali, jistgħu jżidu l-opportunitajiet ta’ kooperazzjoni għal proġetti transkonfinali bl-għan li jinkisbu interkonnessjonijiet effiċjenti u intelliġenti bejn sorsi ta’ enerġija lokali u reġjonali mhux konvenzjonali u grilji kbar tal-enerġija; jenfasizza l-fatt li l-koordinament xieraq tal-proġetti infrastrutturali jista' jiggarantixxi l-aħjar proporzjon possibbli bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji u jimmassimizza l-effiċjenza tal-fondi tal-UE; iqis, f'dan il-kuntest, li l-kooperazzjoni reġjonali għandha tittejjeb, b’mod partikolari sabiex tkun żgurata konnessjoni xierqa bejn il-prijoritajiet stabbiliti u r-reġjuni Ewropej; |
|
22. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabilixxu miżuri li jiżguraw li TSOs huma inċentivati biżżejjed biex jeżaminaw interkonnetturi possibli minn perspettiva reġjonali jew Ewropea u li l-pjanijiet tal-investiment tagħhom huma bbażati fuq l-effetti soċjoekonomiċi tal-interkonnetturi tal-enerġija aktar milli sempliċiment fuq l-ekonomija tal-proġetti, biex jiġi evitat is-sottoinvestiment fil-kapaċità tat-trażmissjoni; |
|
23. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex sa tmiem l-2011, tressaq is-soluzzjonijiet proposti għall-kompromessi (trade-offs) deskritti mill-koordinatur Ewropew Georg Wilhelm Adamowitsch fit-tielet rapport annwali tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2010, bħal pereżempju l-kompromess bejn il-ħtieġa urġenti għal infrastruttura ġdida u r-regoli riġidi ta’ protezzjoni ambjentali; |
|
24. |
Jitlob li jittieħdu passi sabiex tkun żgurata konformità mal-ftehimiet internazzjonali bħall-Konvenzjoni Espoo qabel il-bidu jew l-iżvilupp ulterjuri ta’ proġetti transkonfinali, u jiġbed l-attenzjoni, fil-kuntest tal-espansjoni tan-netwerks tal-enerġija, għall-ħtieġa li tisseddaq kooperazzjoni eqreb, b’mod partikolari bejn ir-Russja u l-Bjelorussja u l-Istati Baltiċi, u f’dan ir-rigward, sabiex jiġi żviluppat djalogu dwar l-enerġija bejn l-UE u r-Russja, b’mod partikolari sabiex jintlaħaq l-objettiv tas-sigurtà tal-enerġija għall-Istati Membri u għar-reġjuni tal-UE; |
|
25. |
Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tintroduċi ‘testijiet tal-istress’ għal impjanti tal-enerġija nukleari tal-Ewropa; jikkunsidra inizjattivi leġiżlattivi futuri huma essenzjali biex jiġi stabbilit qafas komuni għas-sigurtà nukleari, sabiex ikomplu jittejbu l-istandards tas-sikurezza fl-Ewropa; |
|
26. |
Jinnota li l-infrastruttura tal-enerġija ġġib magħha riskji sinjifikanti inklużi riskji operattivi (pereżempju konġestjonijiet u diskontinwità tal-provvista), riskji naturali (eż. terremoti, għargħar), riskji ambjentali (eż. tniġġis, telf ta’ ħabitats u ta’ bijodiversità) u riskji antropoġeniċi/politiċi (eż. riskji għas-sikurezza u t-terroriżmu); għalhekk jitlob li jiġu implimentati deċiżjonijiet dwar l-iżvilupp ta’ grilji intelliġenti, kif previst fid-Direttiva KE 2008/114/KE dwar l-infrastrutturi kritiċi; jissuġġerixxi li l-Istati Membri jfasslu mappa tar-riskji bħala għodda għat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-monitoraġġ tar-riżultati tal-implimentazzjoni ta’ grilji intelliġenti sabiex titjieb l-interkonnettività tal-grilji; |
|
27. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li fil-prijoritajiet infrastrutturali tal-enerġija tinkludi proġetti li jtejbu s-sikurezza u s-sigurtà ta’ infrastrutturi enerġetiċi maġġuri eżistenti fl-Ewropa (pipelines tal-gass u taż-żejt, grilji tal-elettriku, impjanti tal-enerġija nukleari, terminals tal-LNG eċċ.) għal kontra l-inċidenti u d-diżastri naturali jew id-diżastri kkawżati mill-bniedem; |
Xenarju komprensiv tal-infrastruttura tal-iżvilupp
|
28. |
Iqis li l-Pjan ta’ Għaxar Snin għall-Iżvilupp tan-Netwerk (Ten-Year Network Development Plan (TYNDP)) jidentifika l-proġetti relevanti tal-infrastruttura tal-elettriku u tal-gass u għandu jagħti kontribut għall-istipular tal-prijoritajiet għall-għażla tal-proġetti ta’ interess Ewropew li għandhom jiġu żviluppati sabiex jintlaħqu l-miri tal-UE fil-qasam tal-enerġija u tal-klima, mingħajr ma jinterferixxu mal-funzjonament tas-suq intern; hu tal-fehma, f'dan ir-rigward, li l-kapaċità ta’ interkonnessjoni għandha tiġi kkunsidrata fl-istess livell bħall-objettivi 20-20-20, u li, għaldaqstant, it-TYNDP għandu jiftiehem bħala l-istrument li jissorvelja l-konformità mal-objettiv ta’ interkonnessjoni ta’ 10 %; |
|
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex bil-għan li tiżgura governanza aħjar tal-ippjanar futur tal-infrastruttura tal-elettriku u tal-gass tal-UE, tippreżenta proposta konkreta ta’ titjib fit-trasparenza u fil-parteċipazzjoni pubblika fid-determinazzjoni tal-prijoritajiet tal-UE, fl-ambitu ta’ proċess ta’ parteċipazzjoni usa’ tal-partijiet interessati (li jkun jinkludi, pereżempju, is-settur tal-enerġija, esperti indipendenti, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u NGOs; jikkunsidra li l-pubblikazzjoni ta’ data teknika dwar l-ippjanar hi kruċjali biex tiġi żgurata din il-parteċipazzjoni; |
|
30. |
Jikkunsidra li għandna noqogħdu attenti minn infrastrutturi enerġetiċi tal-UE li jkunu jappartjenu għal kumpaniji barranin jew is-sussidjarji tagħhom u li ma jkollhomx struttura ta’ ġestjoni trasparenti u li jkunu suġġetti għal pressjoni mhux xierqa minn gvernijiet barranin; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposti li jistabbilixxu salvagwardji legali u istituzzjonali adegwati f'dan ir-rigward, partikolarment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għal finanzjament pubbliku tal-UE; |
|
31. |
Iqis li t-TYNDP jagħti kontribut lill-programm li jimxi minn sena għal oħra għall-iżvilupp ta’ infrastruttura Ewropea tat-trasport tal-gass u tat-trażmissjoni tal-elettriku fi ħdan perspettiva Ewropea ta’ ppjanar fit-tul u taħt is-sorveljanza tal-ACER u tal-Kummissjoni, bil-qies xieraq għad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Tielet Pakkett tas-Suq Intern; |
|
32. |
Jenfasizza l-fatt li dan l-approċċ minn isfel għal fuq għandu jiġi kumplementat minn approċċ minn fuq għal isfel li jkun strutturat tajjeb b'perspettiva Ewropea; |
|
33. |
Jenfasizza li t-trawwim tal-bini ta’ infrastruttura għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni għall-integrazzjoni effiċjenti u intelliġenti tal-enerġija rinnovabbli u għall-użi ġodda għall-elettriku (bħall-vetturi tal-elettriku jew ibridi) hu kruċjali għall-kisba b’suċċess tal-objettivi ġenerali tal-enerġija; jilqa’ l-prijorità mogħtija lill-supergrid Ewropew futur u lill-proġetti pilota approvati mill-Forum ta’ Firenze; jistieden lill-Kummissjoni tikkonsulta lill-partijiet interessati kollha ħalli tħaffef il-proċess tal-identifikazzjoni ta’ awtostradi tal-elettriku bħala infrastruttura ta’ grilja integrata bbażata fuq ċentri ewlenin (hubs) sabiex jiġu ottimizzati l-konnettività, is-saħħa tas-sistema u l-flessibilità operattiva u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż, mingħajr ma jiġi eskluż xi territorju ġeografiku usa’ Ewropew, u jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-punti prinċipali lill-Parlament Ewropew sa nofs is-sena 2014, liema punti għandhom jindirizzaw b’mod komplut kemm jista’ jkun il-ħtiġijiet speċifiċi li jirriżultaw mit-trażmissjoni ta’ enerġiji rinnovabbli; |
|
34. |
Jirrimarka li, minħabba l-lok fejn jinsabu, il-gżejjer u ż-żoni muntanjużi għandhom ostakli ġeografiċi li jagħmilha diffiċli ħafna li dawn jiġu integrati fin-netwerk tal-enerġija tal-UE; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni tqis iċ-ċirkostanzi differenti tar-reġjuni u tiffoka espressament fuq reġjuni b’karatteristiċi ġeografiċi u demografiċi speċifiċi bħal gżejjer, reġjuni muntanjużi u reġjuni b’livell baxx ta’ popolazzjoni, biex tinkiseb diversifikazzjoni akbar tas-sorsi tal-enerġija u tkun promossa l-enerġija rinnovabbli biex titnaqqas id-dipendenza fuq l-enerġija importata; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi fost il-prijoritajiet tagħha għall-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 is-sitwazzjoni speċjali tas-sistemi tal-enerġija tal-gżejjer; |
|
35. |
Jenfasizza li hemm bżonn ta’ koerenza trasversali tal-politiki fir-rigward tal-infrastrutturi tal-enerġija u r-relazzjoni tagħhom mal-qafas tal-ippjanar tal-ispazji marittimi, u li dan jista’ jkun utli wkoll biex proġetti kbar ta’ parks offshore għall-enerġija mir-riħ jiddaħħlu fi strateġija globali; |
|
36. |
Ifakkar lill-Kummissjoni, madankollu, li kull Stat Membru għandu jingħata wkoll appoġġ biex ikun produttur, u mhux biss konsumatur, tal-enerġija sostenibbli, kemm għal raġunijiet ta’ sigurtà kif ukoll għal raġunijiet ekonomiċi; |
|
37. |
Isostni li l-iżvilupp tal-ġenerazzjoni reġjonali tal-enerġija huwa mezz importanti biex tiġi garantita l-awtosuffiċjenza fl-enerġija fid-diversi partijiet tal-Ewropa, speċjalment fir-reġjun Baltiku, li għadu iżolat u dipendenti fuq sors ta’ provvista uniku; jinnota l-fatt li r-reġjuni għandhom firxa wiesgħa ta’ riżorsi x’jisfruttaw, inklużi l-possibilitajiet li joffru r-riżorsi naturali, u li fil-futur l-għan għandu jkun li dawn jiġu sfruttati bis-sħiħ sabiex tiġi diversifikata l-produzzjoni tal-enerġija; |
|
38. |
Japprova l-importanza ta’ infrastruttura tal-gass effiċjenti għat-tisħiħ tad-diversifikazzjoni u tas-sigurtà tal-provvista, biex jingħata kontribut lill-funzjonament aħjar tas-suq intern tal-enerġija, u biex titnaqqas id-dipendenza fuq l-enerġija, filwaqt li jiġi rispettat il-bżonn li jitnaqqsu drastikament l-emissjonijiet mis-settur tal-enerġija sal-2050; jenfasizza l-bżonn ta’ aktar rekwiżiti ta’ flessibilità fl-infrastrutturi tal-gass, u li dawn jiġu implimentati b’mod korrett, b'mod partikolari ħalli jiġu żgurati l-flussi fid-direzzjoni opposta u l-interkonnessjonijiet, u jenfasizza li l-infrastrutturi tal-gass għandhom jiġu żviluppati, b’qies sħiħ għall-kontribut tat-terminals tal-LNG u tas-CNG, il-vapuri tat-trasport u l-faċilitajiet tal-ħżin, u għall-iżvilupp tal-bijomassa gassifikata u tal-bijogass; |
|
39. |
Jilqa’ l-istqarrija tal-Kummissjoni li l-gass naturali se jkollu rwol importanti bħala fjuwil ta’ riżerva; madankollu jenfasizza li xi forom oħra tal-enerġija kif ukoll faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija se jkollhom jaċċettaw dan ir-rwol ukoll, biex tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista; jenfasizza l-fatt li taħlita wiesgħa tal-enerġija se tibqa’ tkun il-bażi għal provvista tal-enerġija sikura u kost-effettiva; |
|
40. |
Jinnota li, f’kuntrast mal-investimenti l-oħrajn kollha tal-infrastruttura li l-UE biħsiebha tinċentivizza, l-interkonnessjonijiet u l-ħżin tal-gass huma infrastrutturi obbligatorji fl-ambitu tar-Regolament tal-2009 dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass; jitlob lill-Kummissjoni tevalwa jekk hux meħtieġ xi finanzjament tal-UE għat-titjib tal-infrastruttura li hu meħtieġ fl-ambitu tar-regolament tal-2009; |
|
41. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tevalwa sorsi ta’ gass mhux konvenzjonali, filwaqt li tqis il-kwistjonijiet legali, l-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja, ir-riżervi disponibbli, l-impatt ambjentali u l-vijabilità ekonomika; jitlob lill-Kummissjoni biex fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ trattament indaqs tas- sorsi primarji tal-enerġija, twettaq evalwazzjoni bir-reqqa tal-benefiċċji u r-riskji potenzjali tal-użu ta’ sorsi tal-gass mhux konvenzjonali fl-UE; |
|
42. |
Iqis li, għalkemm id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija se twassal għal tnaqqis progressiv fl-użu tal-enerġija minn fjuwils fossili, iż-żejt se jibqa’ parti sinifikanti mill-provvista tal-enerġija tal-UE għal ħafna snin, u għalhekk, jeħtieġ li tul it-tranżizzjoni tinżamm infrastruttura kompetittiva tat-trasport u tal-irfinar taż-żejt sabiex tiġi żgurata provvista tal-prodotti sikura u bi prezz li jintlaħaq għall-konsumaturi tal-UE; |
|
43. |
Jenfasizza l-importanza ta’ ppjanar integrat tal-infrastruttura tal-enerġija għal sorsi ta’ enerġija agrikoli u rurali fuq skala żgħira, ħalli jiġu promossi l-produzzjoni tal-enerġija deċentralizzata, il-parteċipazzjoni fis-suq u l-iżvilupp rurali; jisħaq fuq l-importanza ta’ aċċess ta’ prijorità għall-grilja għall-enerġija rinnovabbli, kif stipulat fid-Direttiva 2009/28/KE; |
|
44. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-grilji jiġu ppreparati u adattati għall-produzzjoni ta’ forom ta’ enerġija bħall-elettriku u l-bijogass minn sorsi agrikoli u tal-foresti, bħala riżultat ta’ PAK riformata; |
|
45. |
Iqis li għandha tingħata attenzjoni lil soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda għall-użu ta’ enerġija mill-iskart tal-industrija, jiġifieri l-gass maħruq, is-sħana mitlufa, eċċ.; |
|
46. |
Jenfasizza l-importanza tal-infrastruttura fil-livell tad-distribuzzjoni u r-rwol importanti tal-produtturi-konsumaturi (prosumers) u tal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni (DSOs) fl-integrazzjoni fis-sistema ta’ prodotti tal-enerġija deċentralizzati u miżuri tal-effiċjenza min-naħa tad-domanda; Jindika li jekk tingħata prijorità ogħla lill-ġestjoni u lill-ġenerazzjoni tal-enerġija min-naħa tad-domanda, l-integrazzjoni ta’ sorsi tal-enerġija deċentralizzati se tissaħħaħ sew, u dan itejjeb l-ilħuq tal-objettivi globali tal-politika tal-enerġija; jemmen li dan japplika wkoll għal proġetti tal-infrastruttura nazzjonali li għandhom impatt pożittivi lil hinn mill-fruntieri nazzjonali f’termini ta’ provvista jew ta’ interkonnessjoni tas-suq intern tal-enerġija; |
|
47. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex sal-2012 tippreżenta inizjattivi konkreti għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kapaċitajiet tal-ħżin tal-enerġija (inklużi l-faċilitajiet b’diversi użi tal-gass/idroġenu, batteriji intelliġenti bi flussi bidirezzjonali għall-vetturi elettriċi, impjanti tal-ħżin tal-ippumpjar tal-idroenerġija, ħżin diċentralizzat tal-bijogass, istallazzjonijiet solari b'temperatura għolja, faċilitajiet tal-ħżin tal-arja kompressata u teknoloġiji oħra innovattivi); jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tivvaluta inizjattivi ulterjuri għall-ħżin tal-enerġija biex timmassimizza l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli; |
|
48. |
Jikkunsidra li l-immodernizzar u t-titjib tal-effiċjenza ta’ netwerks urbani tat-tisħin u t-tkessiħ għandhom ikunu priorità għall-UE u għandhom jiġu riflessi u appoġġati f'dak li jirrigwarda kemm ir-rieżami tal-qafas finanzjarju eżistenti kif ukoll il-perspettiva finanzjarja futura; |
|
49. |
Jilqa’ l-proġetti ta’ qbid, trasport u ħżin ta’ CO2 żviluppati s’issa; jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal, bħala kwistjoni ta’ urġenza, rapport ta’ nofs it-terminu, anke mill-perspettiva teknika u ekonomika, li jivvaluta r-riżultati miksuba mill-użu ta’ teknoloġiji sperimentali ssussidjati mill-UE għall-qbid u l-ħżin tal-karbonju (CCS) għal impjanti tal-elettriku li jaħdmu bil-faħam; |
|
50. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex b’kooperazzjoni mal-partijiet konċernati kollha, inklużi l-operaturi relevanti tan-netwerks u tas-suq, tevalwa b'mod kritiku u tirrevedi, fejn ikun meħtieġ, il-figuri dwar il-ħtiġijiet ta’ investimenti pprovduti fil-komunikazzjoni dwar il-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija, partikolarment fir-rigward tat-tnaqqis fid-domanda permezz ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika, u jitlobha tirrapporta lill-Kunsill u lill-Parlament dwar l-investimenti li aktarx se jkunu meħtieġa; |
|
51. |
Jinnota li minbarra l-ispejjeż kapitali u operattivi, il-kostruzzjoni, l-operat u d-dekummissjonar tal-proġetti ta’ infrastruttura tal-enerġija joħolqu spejjeż ambjentali sinifikanti; jenfasizza l-importanza li jingħata rendikont ta’ dawn l-ispejjeż ambjentali fl-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji bl-użu tal-approċċ ibbażat fuq il-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja; |
|
52. |
Iqis li t-TSOs għandhom ikunu meħtieġa li jqiegħdu l-linji ta’ trażmissjoni kollha għad-dispożizzjoni sħiħa tas-suq, b’hekk jiġi evitat li l-kapaċità ta’ trażmissjoni tkun irriżervata għall-ibbilanċjar transkonfinali eċċ … u li dan ir-rekwiżit jeħtieġ jiġi stabbilit f’leġiżlazzjoni vinkolanti bbażata fuq il-linji gwida tal-prattika tajba attwali tal-ERGEG; |
|
53. |
Jappoġġa kooperazzjoni mtejba bejn l-Istati Membri għall-ħolqien ta’ awtoritajiet regolatorji reġjonali għal għadd ta’ Stati Membri; jilqa’ inizjattivi simili biex jinħolqu TSOs reġjonali uniċi; |
|
54. |
Jitlob lill-Kummissjoni u lill-ACER biex ifittxu li jaħdmu favur il-ħolqien ta’ suq ‘tal-istess jum’ (intraday) komuni Ewropew sal-2014, għax dan ikun jippermetti l-iskambju ħieles tal-enerġija għall-interkonnetturi kollha tat-trażmissjoni bejn il-pajjiżi u/jew żoni bi prezzijiet differenti; |
Grilji intelliġenti
|
55. |
Jemmen li l-infrastruttura tal-enerġija għandha tkun orjentat aktar lejn l-utent finali, b'fokus aktar qawwi fuq l-interazzjoni bejn il-kapaċitajiet tas-sistemi tad-distribuzzjoni u l-konsum, u jenfasizza l-ħtieġa ta’ flussi bidirezzjonali tal-enerġija u tal-informazzjoni fil-ħin reali; jirrimarka fuq il-benefiċċji ta’ sistema tal-elettriku ġdida li tinkludi teknoloġiji, tagħmir u servizzi effiċjenti bħal miters intelliġenti, grilji intelliġenti u servizzi tal-ġestjoni tal-enerġija min-naħa tal-provvista u min-naħa tal-konsum li jkunu interoperabbli u joperaw permezz tal-ICT, sistema li tinvolvi l-iżvilupp ta’ formuli innovattivi u dinamiċi għall-istipular tal-prezzijiet u sistemi ta’ rispons għad-domanda għall-benefiċċju tal-konsumaturi; |
|
56. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jkun promoss l-iżvilupp ta’ teknoloġiji li jiffavorixxu l-utenti u ġestjoni min-naħa tad-domanda sabiex ikun żgurat l-użu ta’ teknoloġiji ta’ grilji intelliġenti u sistemi ta’ rispons għad-domanda u sabiex jinkiseb il-benefiċċju sħiħ tal-grilji intelliġenti għall-partijiet interessati kollha; |
|
57. |
Jenfasizza li l-iplimentazzjoni ta’ grilji intelliġenti għandha tkun waħda mill-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija bil-għan li jinkisbu l-objettivi tal-UE għall-enerġija u l-klima, għax dan jgħin l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli tad-distribuzzjoni u l-karozzi elettriċi, it-tnaqqis tad-dipendenza enerġetika, it-titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-iżvilupp tal-flessibilità u tal-kapaċità tas-sistemi tal-elettriku; jemmen li l-grilji intelliġenti joffru opportunità unika biex tingħata spinta lill-innovazzjoni, lill-ħolqien tal-impjiegi u lill-kompetittività tal-industrija Ewropea, b'mod partikolari għal dak li jirrigwarda l-SMEs; |
|
58. |
Jitlob lill-Kummissjoni tiffaċilita t-twettiq urġenti ta’ proġetti kbar ta’ dimostrazzjoni ta’ grilji intelliġenti, bħala l-aħjar mod biex jitqabblu l-ispejjeż mal-benefiċċji għas-soċjetà Ewropea; jinnota li sabiex jinqasam ir-riskju tal-investiment meħtieġ għal dawn il-proġetti, jinħtieġ finanzjament pubbliku, f'qafas ta’ sħubija pubblika-privata, bħal dik offruta b’mod effettiv mill-Inizjattiva Ewropea għall-Grilji tal-Elettriku (European Electric Grid Initiative (EEGI)); |
|
59. |
Jinnota li l-grilji intelliġenti huma riżultat tal-konverġenza bejn it-teknoloġiji tal-elettriku u dawk tal-informazzjoni u tal-komunikazzjonijiet, u li konsegwentament jeħtieġ tingħata attenzjoni speċjali lill-kooperazzjoni bejn iż-żewġ setturi, bħal pereżempju rigward l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju fl-Ewropa kollha kemm hi u li jiġu mifhuma l-funzjonijiet tal-enerġija intelliġenti fl-ippjanar tal-‘Internet tal-Affarijiet’ tal-ġejjieni; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi pjan ta’ kooperazzjoni bejn l-unitajiet differenti involuti (DĠ Research, DĠ Energy, DĠ INFSO, eċċ.) sabiex ikun żgurat l-aktar mod koerenti u effiċjenti b'mod ġenerali biex jingħata kontribut għall-użu u għall-operat tal-grilji intelliġenti, bħala bażi fundamentali għall-attivitajiet tal-politika enerġetika; |
|
60. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk humiex meħtieġa xi inizjattivi leġiżlattivi oħra għall-implimentazzjoni tal-grilji intelliġenti skont ir-regoli tat-tielet pakkett dwar is-suq intern tal-enerġija; iqis li l-valutazzjoni trid tqis l-objettivi li ġejjin: i) li jkun żgurat b'mod xieraq l-aċċess liberu għall-informazzjoni operattiva u l-qsim tal-istess informazzjoni bejn l-operaturi u l-punti ta’ interazzjoni fiżiċi tagħhom; ii) il-ħolqien ta’ suq tas-servizzi tal-enerġija li jiffunzjona sew; u iii) l-għoti ta’ inċentivi xierqa biex l-operaturi tal-grilji jinvestu f'teknoloġiji intelliġenti għal grilji intelliġenti; |
|
61. |
Jitlob li jkun hemm fokus aktar qawwi fuq l-interazzjoni bejn il-kapaċitajiet tas-sistemi ta’ distribuzzjoni u l-konsum, li jinvolvi strateġija Ewropea komuni għall-grilji intelliġenti, u jinnota li, kif enfasizzat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar 2011, standards tekniċi għall-grilji intelliġenti għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard minn tmiem l-2012; |
|
62. |
Jenfasizza li l-grilji għandhom jiġu adattati għal entranti ġodda, sabiex jiġu ffaċilitati sorsi ġodda ta’ produzzjoni fuq skala żgħira, bħad-djar u l-SMEs; |
|
63. |
Iqis li fis-7 u fit-8 Programmi Qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp għandu jinħoloq ambitu, bħala kwistjoni ta’ prijorità, għat-teknoloġija ta’ grilji intelliġenti fir-rigward ta’ infrastruttura privata tal-iċċarġjar tal-batteriji għall-karozzi elettriċi, bil-ħsieb li b’ħeffa tiġi implimentata netwerk deċentralizzata u bidirezzjonali f'dan il-qasam; |
|
64. |
Jinnota l-ħtieġa li jinħoloq qafas regolatorju stabbli sabiex jiġi promoss l-investiment kbir ħafna meħtieġ fl-Ewropa biex jiġu stabbiliti grilji intelliġenti; |
|
65. |
Jenfasizza li l-istandardizzazzjoni u l-interoperabilità tal-grilji intelliġenti għandhom ikunu prijorità; iħeġġeġ lill-Istati Membri, flimkien mal-entitajiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej u internazzjonali u l-industrija, biex iħaffu x-xogħol fuq l-istandards tekniċi u ta’ sikurezza għall-vetturi elettriċi, l-infrastruttura tal-iċċarġjar tal-batteriji, grilji intelliġenti u miters intelliġenti, sabiex dan jitlesta sa tmiem l-2012; jenfasizza li t-teknoloġiji għandhom ikunu bbażati fuq standards internazzjonali miftuħa biex tkun żgurata l-kost-effettività tagħhom, li se jtejjeb l-interoperabilità tas-sistemi u jipprovdi lill-konsumaturi b’għażla ta’ soluzzjonijiet; |
|
66. |
Jirrikonoxxi li l-ħidma ta’ standardizzazzjoni għall-miters intelliġenti miexja. Il-Mandat ta’ standardizzazzjoni M/441 inħareġ mill-Kummissjoni Ewropea lill-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni (CEN, CENELEC u ETSI), u jenfasizza li l-istandards tekniċi għall-miters intelliġenti għandhom iqisu l-funzjonalitajiet addizzjonali identifikati fir-rapport finali tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Miters Intelliġenti (SM-CG) tas-CEN/CENELEC/ETSI, jiġifieri:
|
|
67. |
Jilqa' l-ħidma mwettqa mill-Inizjattiva Ewropea għall-Grilji tal-Elettriku (EEGI) u mit-Task Force tal-Kummissjoni dwar il-Grids Intelliġenti; jistieden lill-Kummissjoni tqis bis-sħiħ il-konklużjonijiet tagħhom dwar il-leġiżlazzjoni speċifika għal grilji intelliġenti skedata għall-semestru tal-2011; |
|
68. |
Jenfasizza li l-objettiv tal-miters intelliġenti huwa li l-konsumaturi jkunu jistgħu jimmonitorjaw u jikkontrollaw b'mod effettiv il-konsum tagħhom ta’ enerġija; |
|
69. |
Jirrimarka li l-Istati Membri diġà għandhom l-obbligu, suġġett għall-valutazzjoni pożittiva, li jiddistribwixxu l-miters intelliġenti għal tal-anqas 80 % tal-konsumaturi finali tagħhom sal-2020, u jfakkar fil-mira interim ta’ 50 % tad-djar li jkollhom il-miters intelliġenti sal-2015, kif miftiehem fl-Aġenda Diġitali l-ġdida għall-Ewropa; |
|
70. |
Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jappoġġaw numru sinjifikanti ta’ proġetti pilota għall-konsumaturi residenzjali sabiex itejbu l-aċċettazzjoni pubblika u jagħtu spinta lill-proċess ta’ innovazzjoni, kif ipprovdut fit-tielet pakkett tas-suq tal-enerġija; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta, fuq il-bażi tal-valutazzjoni mitluba fit-tielet pakkett tal-enerġija, miżuri ulterjuri sabiex jiġi żgurat l-użu ta’ miters intelliġenti għall-konsumaturi kollha mhux residenzjali sal-2014, filwaqt li temporanjament teskludi l-mikrointrapriżi; jitlob li jiġu stabbiliti regoli ċari dwar is-sigurtà, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data skont il-liġi tal-UE fis-seħħ; |
|
71. |
Tenfasizza li l-użu ta’ tagħmir tal-ġestjoni tal-enerġija, b’mod speċjali meta jiġu stallati miters intelliġenti għall-użu ta’ konsumaturi domestiċi, jeħtieġ li l-ewwel nett ikun ta’ benefiċċju tanġibbli b’mod ċar għall-konsumaturi finali; jenfasizza l-ħtieġa li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar il-konsum tagħhom tal-enerġija, sabiex jiġu involuti b’mod attiv fl-isforz għall-iffrankar tal-enerġija, filwaqt li hu meħtieġ fokus speċjali fuq il-ħolqien ta’ kampanji ta’ qawmien tal-kuxjenza, jiġi provdut taħriġ, kontijiet ċari, tiġi żgurata l-kost-effettività u promoss l-iżvilupp ta’ teknoloġiji li jiffavorixxu lill-utent; |
|
72. |
Jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza fundamentali ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni, li għandu jkun sostnut minn politika attiva ta’ finanzjament, inkluż l-użu ta’ strumenti innovattivi li għad iridu jiġu żviluppati, bħal fond Ewropew għall-finanzjament tal-innovazzjoni jew fond Ewropew għall-privattivi; |
|
73. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu favur l-għażla ta’ frekwenza tal-ispettru tar-radju standardizzata u awtorizzata għall-miters u l-grilji intelliġenti; |
|
74. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, tivvaluta l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali ta’ protezzjoni tad-data, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ atturi differenti fir-rigward ta’, fost l-oħrajn, l-aċċess, is-sjieda, il-pussess u l-ġestjoni tad-data u tad-drittijiet ta’ qari u ta’ modifika, u jekk ikun meħtieġ, tħejji proposti u/jew linji gwida regolatorji xierqa; |
Id-definizzjoni ta’ kriterji ċari u trasparenti għall-proġetti ta’ prijorità
|
75. |
Jilqa' l-kurituri ta’ prijorità identifikati mill-Kummissjoni u jaqbel fuq il-bżonn li jiġu ottomizzati l-fondi limitati; itenni li filwaqt li r-responsabilità tal-ippjanar u tal-iżvilupp tal-proġetti ta’ infrastruttura prinċipalment huma tas-suq, l-UE għandha rwol fil-promozzjoni ta’ ċerti proġetti permezz tal-għoti tal-istatus ta’ ‘proġett ta’ interess Ewropew’ u billi tipprovdi l-finanzjament pubbliku għal uħud minnhom; |
|
76. |
Jitlob li jkun hemm metodoloġija ċara u trasparenti li twassal għall-għażla ta’ proġetti ta’ prijorità li jissodisfaw il-bżonnijiet urġenti Ewropej; jenfasizza li l-għażla tal-proġetti ta’ interess Ewropew (PEIs) għandha ssir skont kriterji oġġettivi u trasparenti u bl-involviment tal-partijiet interessati kollha; |
|
77. |
Jenfasizza li l-PEIs kollha għandhom jikkontribwixxu għall-ksib ta’ objettivi ta’ politika tal-enerġija tal-UE – it-twettiq tas-suq intern, il-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli u titjib fis-sigurtà tal-provvista – u għandhom ikunu kapaċi jagħtu kontribut sostanzjali:
|
|
78. |
Iqis li, sabiex tiġi ġġustifikata l-prijoritizzazzjoni tal-proġetti, għandhom jitqiesu l-kriterji li ġejjin:
|
|
79. |
Huwa tal-opinjoni li, biex jingħata lok għal aktar prijoritizzazzjoni tal-proġetti, il-kriterji li għandhom jitqiesu għandhom ikunu:
|
|
80. |
Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni reġjonali fl-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-prijoritajiet stabbiliti u fit-tfassil ta’ pjanijiet ta’ investiment u proġetti speċifiċi; jemmen li l-istrateġiji eżistenti għall-makroreġjuni (bħall-Baltiku u r-reġjun tad-Danubju) jistgħu jservu wkoll bħala mudelli għal pjattaformi ta’ kooperazzjoni meta jiġu miftiehma u implimentati proġetti rigward l-enerġija; |
|
81. |
Jindika l-fatt li jeħtieġ titkompla l-integrazzjoni tas-suq intern tal-enerġija bil-promozzjoni, b’mod partikolari, ta’ proġetti li jiżguraw li l-pajjiżi ġirien ikollhom taħlita nazzjonali tal-enerġija li tkun ibbilanċjata tajjeb; |
|
82. |
Jenfasizza li jeħtieġ li jitneħħew l-ostakoli għall-kompetizzjoni u għall-iżvilupp immexxi mis-suq tal-infrastrutturi kollha tal-enerġija, inkluż it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali; |
|
83. |
Itenni li l-ostakoli ġeografiċi inerenti tal-qagħda ġeografika ta’ territorji gżejjer jagħmlu l-integrazzjoni fin-netwerk tal-enerġija tal-Unjoni diffiċli ħafna, u li dawn għandhom jingħataw faċilitajiet speċjali biex inaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq l-enerġija, jew billi jiżviluppaw il-potenzjal endoġenu tagħhom f'sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jew billi jippromwovu l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija; |
|
84. |
Jenfasizza li t-trasparenza għandha tissaħħaħ billi l-pubbliku jiġi informat b'mod ċar dwar l-iskop ta’ kull proġett, u jingħata data dwar l-ippjanar tekniku tiegħu; jitlob li l-provi ta’ konformità mal-kriterji jkunu vverifikati fil-kuntest ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi; |
|
85. |
Iqis li mhux proġetti infrastrutturali kbar biss għandhom jingħataw appoġġ, iżda wkoll proġetti iżgħar li jista’ jkollhom valur miżur kbir u jitlestew aktar malajr; |
|
86. |
Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li proġetti li jingħataw l-istatus ta’ proġett ta’ interess Ewropew (PEI), wara li jiġu approvati, jibqgħu jissodisfaw il-kriterji ta’ hawn fuq; jemmen li, fil-każ ta’ xi tibdil ewlieni fi proġett, l-istatus tiegħu ta’ PEI għandu jiġi eżaminat mill-ġdid; |
Proċeduri rapidi u trasparenti għall-għoti tal-permessi
|
87. |
Jaqbel dwar il-bżonn li tiġi żgurata implimentazzjoni f'waqtha tal-PEIs u jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li jiġu simplifikati l-proċeduri għall-għoti tal-permessi, filwaqt li jissaħħaħ il-koordinament tagħhom u jitjiebu u jitħaffew – sakemm jiġi rispettat il-prinċipju ta’ sussidjarjetà u tal-kompetenza nazzjonali fir-rigward tal-għoti tal-permessi – sabiex ikun żgurat li l-iskadenzi eżistenti f’dawn l-oqsma ma jżommx lill-investituri privati milli jkunu innovattivi; |
|
88. |
Jilqa' t-twaqqif ta’ awtorità ta’ kuntatt nazzjonali (‘one stop shop’) għal kull proġett ta’ interess Ewropew bħala punt ta’ interazzjoni (interface) amministrattiv uniku bejn l-iżviluppaturi u d-diversi awtoritajiet involuti fil-proċedura ta’ awtorizzazzjoni; hu tal-fehma li, fir-rigward ta’ proġetti transkonfinali, għandhom jiġu żgurati koordinament ulterjuri bejn il-'one stop shops' nazzjonali u rwol akbar għall-Kummissjoni f'dan it-tip ta’ koordinament; jindika li qabel il-ħolqien ta’ ‧one stop shops‧, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali jridu jagħmlu użu sħiħ mill-istituzzjonijiet eżistenti; |
|
89. |
Jisħaq li kwalunkwe entità ta’ kuntatt nazzjonali trid tkun indipendenti u ħielsa mill-influenza politika jew ekonomika; jemmen li l-proġetti ta’ interess Ewropew iridu jiġu pproċessati fl-ordni ta’ meta jiġu sottomessi u fil-limitu taż-żmien stipulat fil-proposta ġejjiena tal-Kummissjoni; |
|
90. |
Jenfasizza l-importanza li l-proġetti jintemmu f’waqthom u li jkun hemm djalogu ta’ livell għoli mal-partijiet konċernati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprevedi sistema ta’ twissijiet li jvarjaw minn tiwssijiet ħfief sa twissijiet serji fil-każ li Stat Membru ma jirnexxilux jipproċessa applikazzjoni għal permessi fi żmien perjodu raġonevoli, u tissorvelja mill-qrib jekk il-proċeduri amministrattivi nazzjonali jiżgurawx l-implimentazzjoni korretta u rapida tal-proġetti ta’ interess Ewropew; jilqa’, fejn jinqalgħu id-diffikultajiet, l-introduzzjoni ta’ limiti ta’ żmien indikattivi sa meta l-awtoritajiet kompetenti relevanti jridu jilħqu deċiżjoni finali; fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ dan it-tip, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvestiga jekk tali dewmien jistax jinftiehem bħala xkiel biex l-Istat Membru jimplimenta b’mod korrett u rapidu s-suq intern tal-enerġija tal-UE; |
|
91. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi, filwaqt li tqis il-firxa varjata ta’ speċifiċitajiet tal-proġetti u l-karatteristiki territorjali tagħhom, jekk jistgħux jitwaqqfu proċeduri konġunti jew koordinati għall-istabbiliment ta’ miżuri ewlenin konkreti ad hoc u tal-aħjar prattiki (skambji regolari ta’ informazzjoni, komunikazzjoni f'waqtha tad-deċiżjonijiet, mekkaniżmi konġunti għas-sejba ta’ soluzzjonijiet għall-problemi, eċċ.), u tivvaluta kemm ikun xieraq li jintużaw proċeduri ta’ arbitraġġ bħala għodda għat-teħid tad-deċiżjoni finali; |
|
92. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ approċċ aktar parteċipatorju, u jirrikonoxxi li l-iżgurar ta’ aċċettazzjoni akbar tal-proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija min-nies tal-post jimxi id f'id mal-għoti ta’ informazzjoni adegwata dwar l-iskop tal-proġetti, u l-involviment lokali fl-iżvilupp ta’ dawn il-proġetti mill-iktar stadju bikri possibbli; jitlob li jkun hemm parteċipazzjoni, fil-livelli kollha tas-soċjetà ċivili, tal-NGOs, l-industrija, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur fil-proċess ta’ konsultazzjoni għall-proġetti ta’ interess Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf sistema ta’ konsultazzjoni u valutazzjoni sabiex tidentifika u tferrex l-aħjar prattiki u l-għarfien fir-rigward tal-aċċettazzjoni pubblika tal-infrastruttura; |
|
93. |
Jenfasizza l-ħtieġa – minħabba l-importanza tal-istrateġiji għall-enerġija sostenibbli tar-reġjuni għall-iżvilupp potenzjali tagħhom – li tiġi stabbilita pjattaforma għall-iskambju tal-aħjar prattiki miksuba fir-reġjuni, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-eżempji li rnexxew tal-muniċipalitajiet u tar-reġjuni li speċjalizzaw fl-enerġiji rinnovabbli, l-iffrankar enerġetiku u l-effiċjenza enerġetika; f’dan ir-rigward, jitlob li jkun hemm sistema ta’ konsultazzjoni u evalwazzjoni biex fejn ikun possibbli, jiġu identifikati, mqassma u kkupjati l-aħjar prattiki u l-għarfien dwar l-aċċettazzjoni pubblika tal-infrastruttura; |
|
94. |
Jenfasizza li l-akbar sfida hi li tinkiseb l-aċċettazzjoni pubblika lokali għal proġetti ta’ infrastruttura tal-enerġija; huwa konvint li l-aċċettazzjoni u l-fiduċja tal-pubbliku u ta’ min jieħu d-deċiżjonijiet tista' tinkiseb biss billi jkun hemm diskussjonijiet miftuha u trasparenti qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija; |
|
95. |
Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta jekk l-immodernizzar u l-aġġornar tal-kurituri tal-enerġija eżistenti humiex preferibbli għal ħolqien ta’ kurituri ġodda fir-rigward tal-kost-effiċjenza u tal-aċċettazzjoni pubblika; |
|
96. |
Jargumenta favur l-għoti ta’ aktar informazzjoni dwar l-importanza tan-netwerks tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea; jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra li tmexxi kampanja ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar in-netwerks tal-enerġija tal-UE mfassla speċifikament għall-udjenzi nazzjonali u lokali; |
L-istrumenti ta’ finanzjament
|
97. |
Jinnota li l-investimenti fil-grilji huma ċikliċi u għandhom jitqiesu mill-prospettiva storika; jindika li ħafna mill-infrastruttura mibnija fid-deċennji riċenti għall-interkonnessjoni ta’ impjanti tal-elettriku ċentralizzati qed tiqdiem; jindika li s-soċjetà se tistenna li l-ispejjeż għall-manutenzjoni tal-infrastruttura eżistenti u għall-użu ta’ infrastruttura ġdida jiġu ottimizzati permezz ta’ sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat u l-iżvilupp ta’ strumenti ta’ finanzjament innovattivi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu aċċertati b'mod preċiż ir-rekwiżiti infrastrutturali u jiġi evitat il-lock in għall-kapaċità żejda billi jitqies kompletament il-potenzjal tal-effiċjenza tal-enerġija mil-lat ta’ kost-effettività; |
|
98. |
Jisħaq li l-funzjonament effettiv tas-suq għandu jipprovdi l-parti l-kbira tal-ispejjeż tal-investimenti infrastrutturali meħtieġa, fuq il-bażi tal-prinċipji ta’ allokazzjoni xierqa tal-ispejjeż, trasparenza, nondiskriminazzjoni u kost-effettività, kif ukoll konformità mal-prinċipju li ‘iħallas l-utent’; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta fejn l-inċentivi regolatorji eżistenti huma biżżejjed biex jintbagħtu s-sinjali meħtieġa lis-suq, u liema miżuri kumplimentarji huma meħtieġa, inklużi dawk li jtejbu r-regoli tal-allokazzjoni tal-ispejjeż; |
|
99. |
Hu tal-opinjoni li fejn ma jkun hemm ebda alternattiva regolatorja disponibbli u s-suq waħdu ma jistax ikopri l-investiment meħtieġa, jista’ jkun meħtieġ finanzjament tal-UE biex ikun finanzjati xi PEIs limitati li l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jagħmluhom mhux kummerċjalment vijabbli, iżda li l-iżvilupp tagħhom hu meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-enerġija tal-UE; iqis li l-finanzjament pubbliku jista’ jintuża bħala lieva għall-investiment privat billi titwaqqaf taħlita innovattiva ta’ strumenti finanzjarji, sakemm dan ma jagħwiġx il-kompetizzjoni; |
|
100. |
Jinnota li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jagħti kontribut kbir ħafna għall-iffinanzjar ta’ proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija – u proġetti infrastrutturali oħra – u jindika r-rwol sinifikanti tal-Politika ta’ Koeżjoni fil-livell lokali u reġjonali sabiex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u sabiex jinkisbu l-miri tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli; |
|
101. |
Jisħaq li l-fondi ta’ koeżjoni u l-fondi strutturali għandhom ikomplu jkunu ċentrali għall-proġetti infrastrutturali tagħna; jemmen li kwalunkwe tentattiv biex jinħolqu fondi strutturali ġodda mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni huwa żbaljat; |
|
102. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-finanzjament tal-investimenti infrastrutturali jkun ibbażat fuq is-suq biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-ħolqien ta’ inċentivi foloz għall-investiment, u biex iċ-ċaqliq mhux ġustifikat bejn l-Istati Membri jiġi evitat sakemm l-interess pubbliku – speċjalment fil-livell lokali u reġjonali u f'territorji b'karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi bħall-gżejjer, ir-reġjuni muntanjużi u reġjuni b'densità baxxa ħafna ta’ popolazzjoni – ikun salvagwardjat ukoll permezz ta’ ammont limitat ta’ finanzjament pubbliku li jirriżulta f'taħlita innovattiva ta’ strumenti finanzjarji li jistimolaw l-investiment privat; |
|
103. |
Jikkunsidra li l-Unjoni Ewropea għandha tiffinanzja proġetti li ma jkunux kummerċjalment attraenti u li mhumiex kapaċi jiġbdu lill-investituri privati li jkunu essenzjali, fir-rigward tal-enerġija, għall-interkonnessjoni ta’ reġjuni iżolati tal-UE mal-grilji Ewropej tal-enerġija u l-gass, bħala parti integrali tal-ħolqien tas-suq tal-enerġija unifikat fl-Unjoni Ewropea; |
|
104. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippermetti finanzjament pubbliku esklussivament għal dawk l-Istati Membri li implimentaw kompletament u japplikaw korrettament il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE, inklużi d-dispożizzjonijiet regolatorji stabbiliti fit-tielet pakkett dwar is-suq intern; |
|
105. |
Jistieden lill-Kummissjoni terġa' teżamina r-regoli dwar l-għajnuna statali fir-rigward tal-infrastruttura tal-enerġija u, jekk ikun neċessarju, tressaq proposti biex dawn ir-regoli jiġu emendati sabiex l-istati jkunu jistgħu jinkoraġġixxu l-immodernizzar tal-infrastruttura; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ, fl-istess waqt, dokument ġdid b'linji gwida dwar il-finanzjament pubbliku tal-proġetti u l-leġiżlazzjoni attwali dwar l-għajnuna statali, filwaqt li jistipula kriterji ċari għall-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura tal-enerġija; jisħaq fuq il-fatt li dan id-dokument irid jiġi żviluppat b'mod konġunt mid-DĠ Enerġija, id-DĠ Kompetizzjoni u d-DĠ Żvilupp Reġjonali sabiex titneħħa kwalunkwe inkonsistenza fir-regoli tal-Kummissjoni; |
|
106. |
Jitlob, fuq il-bażi tal-objettivi strateġiċi, li l-prinċipju ġeografiku jitqies fil-każ ta’ sussidji futuri għall-enerġija fl-oqsma tal-infrastruttura u tar-riċerka u l-iżvilupp; jinsisti, barra minn hekk, li r-reġjuni żviluppati għandhom jirċievu sussidji ulterjuri għar-riċerka u l-iżvilupp biss jekk l-attività titwettaq b'mod konġunt mar-reġjuni anqas żviluppati; |
|
107. |
Jenfasizza li qafas regolatorju stabbli, prevedibbli u xieraq, li jinkludi rata xierqa ta’ renditu u inċentivi għal infrastrutturi ġodda, hu kruċjali għall-promozzjoni tal-investiment fit-trażmissjoni u d-distribuzzjoni; jisħaq li r-regolaturi għandhom jiffavorixxu l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda permezz ta’ inċentivi tas-suq u ta’ proġetti pilota; |
|
108. |
Jemmen li l-finanzjament privat jista' jiffaċilita l-kostruzzjoni f'waqtha tal-infrastruttura tal-enerġija meħtieġa, peress li l-isfida infrastrutturali tant hi kbira li hemm bżonn li l-mezzi privati jiġu żblokkati kif suppost; jikkunsidra li, hekk kif l-investituri privati jħaddnu l-isfida infrastrutturali, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida ċari għall-involviment tal-atturi tas-suq u tal-investituri privati f’dik li tissejjaħ ‘linja merkantili’; jemmen li t-tħassib dwar l-impatt possibbli fuq il-funzjonament tas-suq jistgħu jingħelbu jekk il-linji merkantili jkunu obbligati jroddu l-kapaċità sħiħa tagħhom lis-suq; |
|
109. |
Jisħaq li għandu jsir l-akbar użu possibbli tal-għodda bbażati fuq is-suq, inkluż titjib tar-regoli dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż, il-bonds tal-proġetti, fondi rinnobbli (revolving funds), fondi ta’ ekwità għall-enerġija rinnovabbli, il-garanziji tas-self, il-faċilitajiet għall-kondiviżjoni tar-riskji, inċentivi għall-finanzjament tas-sħubiji bejn is-settur pubbliku u dak privat, is-sħubiji mal-BEI – permezz ta’ titjib tal-kapaċità ta’ intervenzjoni u tar-riżorsi disponibbli tiegħu – u l-użu tad-dħul mill-irkanti tal-ETS, għall-proġetti relatati ma’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli u mal-effiċjenza fl-enerġija, kif ukoll, fejn ikun xieraq, strumenti oħra innovattivi ta’ finanzjament; jitlob lill-Kummissjoni tqis il-kapaċitajiet finanzjarji u l-kundizzjonijiet tas-suq tal-Istati Membri anqas żviluppati; |
|
110. |
Jenfasizza l-importanza ta’ kollaborazzjoni eqreb u aktar effettiva mas-settur privat u l-istituzzjonijiet finanzjarji – speċjalment il-Bank Ewropew għall-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp – għall-promozzjoni tal-finanzjament meħtieġ, b’mod partikolari għall-proġetti transkonfinali prijoritarji; jistieden lill-Kummissjoni tesplora strumenti finanzjarji innovattivi oħrajn u tgħin fil-promozzjoni tal-istabbiliment ta’ sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat li għalihom l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali jipprovdu inċentivi u l-qafas leġiżlattiv u politika ta’ appoġġ neċessarji; jenfasizza f'dan il-kuntest il-bżonn tal-iżvilupp ta’ assistenza teknika u inġinerija finanzjarja fil-livell tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jingħata appoġġ lill-atturi lokali biex jibdew proġetti relatati mal-effiċjenza enerġetika – pereżempju, bl-użu tal-faċilità ta’ assistenza teknika ELENA tal-BEI u l-esperjenza tal-ESCO f’każijiet li jirrigwardaw l-infrastruttura tal-effiċjenza enerġetika; |
|
111. |
Jappoġġa l-idea li jinħarġu bonds komuni Ewropej tal-proġetti għall-finanzjament tal-bżonnijiet infrastrutturali sinjifikanti u l-proġetti strutturali fil-qafas tal-aġenda UE 2020, inkluża l-Istrateġija l-ġdida dwar l-Iżvilupp tal-Infrastruttura tal-Enerġija; jemmen li l-bonds tal-proġetti tal-UE jkunu jiggarantixxu l-investiment meħtieġ u joħolqu biżżejjed fiduċja biex jingħata lok li l-proġetti ta’ investiment ewlieni jiġbdu l-appoġġ li jeħtieġu, u b'hekk isiru mekkaniżmu importanti li jeżerċita l-effett ta’ lieva massimu ta’ appoġġ pubbliku; jindika li, biex l-Ewropa titqiegħed f'qagħda sostenibbli, dawn il-proġetti jridu jikkontribwixxu wkoll għat-trasformazzjoni ekoloġika tal-ekonomiji tagħna; |
|
112. |
Iqis, b'mod partikulari, li l-bonds tal-proġetti tal-UE jistgħu jsiru strument finanzjarju fundamentali għall-investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija meħtieġa fl-Ewropa, filwaqt li jgħinu lill-kumpaniji privati li jkunu qed jieħdu ħsieb proġetti biex jiġbdu finanzjament mis-suq kapitali mingħand l-investituri; jistieden lill-Kummissjoni tipproduċi malajr proposta leġiżlattiva dwar il-bonds tal-proġetti tal-UE; |
|
113. |
Jisħaq fuq l-importanza li tiġi żviluppata metodoloġija komuni mir-regolaturi għall-allokazzjoni tal-ispejjeż fi proġetti infrastrutturali transkonfinali, peress li tali inċentivi għall-infrastruttura tan-netwerks huma kkaratterizzati minn diversi nuqqasijiet tas-suq, prinċipalment minħabba monopolju naturali u nuqqas ta’ kompetizzjoni; |
|
114. |
Jenfasizza l-importanza ta’ tariffi trasparenti, proporzjonati, ġusti u mhux diskriminatorji, bl-għan li tiġi żgurata allokazzjoni xierqa tal-ispejjeż għall-investimenti fl-infrastruttura tat-trażmissjoni transkonfinali u interna, b’impatti transkonfinali li jagħtu kontribut sinjifikanti għall-kisba tal-għanijiet tal-politiki tal-UE, prezzijiet ġusti għall-konsumatur u aktar kompetittività; Iħeġġeġ lill-Istati Membri jonqsu milli japplikaw tariffi regolati eċċessivament baxxi; jilqa’ l-proposta REMIT tal-Kummissjoni; |
|
115. |
Ifakkar li t-tielet pakkett joħloq obbligu għar-regolaturi, fl-istipular tat-tariffi, li jevalwaw l-investimenti mhux biss skont il-benefiċċji fl-Istat Membru tagħhom, imma wkoll skont il-benefiċċji għall-UE kollha kemm hi; iħeġġeġ lill-ACER tiżgura li l-membri tagħha josservaw dan l-obbligu; jitlob lill-Kummissjoni tkompli tevalwa, fejn l-ispejjeż u l-benefiċċji ma jkunux jistgħu jiġu allokati b’mod ġust permezz tal-iffissar ta’ tariff, jekk mekkaniżmi kompensatorji, ibbażati fuq trasparenza stretta jistgħux ikunu utli għall-approvazzjoni tal-proġetti transkonfinali jew ta’ proġetti interni relevanti meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tal-enerġija tal-UE; |
|
116. |
Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied il-kapaċità ta’ interkonnessjoni tan-netwerks tal-enerġija fil-livell transkonfinali, u jindika l-importanza li jkun provdut il-finanzjament meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati, inkluża l-koeżjoni territorjali; |
|
117. |
Jitlob li jiġu stabbiliti strumenti finanzjarji tal-UE mtejba biex jappoġġaw l-awtoritajeit reġjonali u lokali meta dawn ifittxu li jinvestu fil-produzzjoni enerġetika sostenibbli; |
|
118. |
Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li fl-2011 tippreżenta proposta li tindirizza l-kwistjoni tal-allokazzjoni tal-ispejjeż fi proġetti teknoloġikament kumplessi jew transkonfinali, peress li din hi kkunsidrata bħala wieħed mill-ostakli ewlenin għall-iżvilupp ta’ infrastruttura transkonfinali u ta’ strument finanzjarju ġdid biex jappoġġa l-proġetti ta’ prijorità bejn l-2014 u l-2020; |
|
119. |
Jikkunsidra li hu important li fil-ġejjieni tingħata aktar attenzjoni lit-trattament tal-garanziji finanzjarji tal-investimenti, u li l-qafas finanzjarju proġettat jiġi żviluppat b'mod konġunt mal-ippjanar tal-perjodu baġitarju 2014-2020; |
Kwistjonijiet infrastrutturali oħra
|
120. |
Jikkunsidra li l-pajplajns esterni kollha u netwerks oħra tal-enerġija li jidħlu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu regolati permezz ta’ ftehimiet intergovernattivi trasparenti u suġġetti għar-regoli ts-suq intern, inklużi regoli dwar l-aċċess minn partijiet terzi, il-klawżoli dwar id-destinazzjoni, is-sorveljanza tal-ġestjoni tal-allokazzjonijiet u tal-konġestjonijiet, it-tul tal-kuntratti u l-klawżoli ‘take or pay’; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-pajplajns attwali u futuri u l-ftehimiet kummerċjali jirrispettaw l-acquis Ewropew tal-enerġija u, jekk ikun hemm bżonn, tieħu azzjoni; |
|
121. |
Jistieden lill-Kummissjoni tkompli trażżan l-għoti ta’ eżenzjonijiet għall-aċċess minn terzi persuni għall-infrastruttura tal-enerġija, u biex terġa' teżamina dawk li ngħataw biex tara jekk għadhomx meħtieġa; jinnota li l-għoti ta’ finanzjament jew appoġġ pubbliku għal proġetti permezz ta’ strumenti bħall-bonds tal-proġetti bl-appoġġ tal-BEI, eċċ., għandu jnaqqas jew jelimina l-bżonn li jingħataw eżenzjonijiet għall-aċċess minn terzi persuni; |
*
* *
|
122. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. |
(1) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.
(3) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 1.
(4) ĠU L 262, 22.9.2006, p. 1.
(5) ĠU L 200, 31.7.2009, p. 31.
(6) ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 107.
(7) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55.
(8) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94.
(9) Testi adottati, P7_TA(2010)0441.
(10) Testi adottati, P7_TA(2010)0485.
(11) Testi adottati, P7_TA(2011)0068.
(12) Każ C-490/10 Parlament Ewropew v. l-Kunsill, dwar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 617/2010 dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta’ proġetti ta’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea.