|
17.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 247/12 |
Il-Ħamis 24 ta’ Marzu 2011
Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX)
P7_TA(2011)0112
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2011 dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol)
2012/C 247 E/03
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-10 ta’ Marzu 2011 mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li, fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Marzu 2011, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji sema' lill-kandidat magħżul mill-Bord ta’ Superviżuri tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi Carlos Montalvo jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010), |
|
1. |
Japprova l-ħatra ta’ Carlos Montalvo bħala Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol). |
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.