|
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 199/131 |
L-Erbgħa 9 ta’ Marzu 2011
Politika industrijali għall-era globalizzata
P7_TA(2011)0093
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar Politika Industrijali għall-era Globalizzata (2010/2095(INI))
2012/C 199 E/16
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 173 tat-Titolu XVII tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ex Artikolu 157 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea), li jkopri l-politika industrijali u jirreferi, fost affarijiet oħra, għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2010 bit-titolu “Politika Industrijali Integrata għall-Era tal-Globalizzazzjoni - Il-Kompetittività u s-Sostenibbiltà fix-Xena Prinċipali” (COM(2010)0614), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar l-UE 2020 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar il-politika Komunitarja dwar l-innovazzjoni f’dinja li qed tinbidel (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Settembru 2009“Tħejjija għall-ġejjieni tagħna: Żvilupp ta’ strateġija komuni għal teknoloġiji abilitanti essenzjali fl-UE” (COM(2009)0512), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2008 dwar ir-reviżjoni tal-politika industrijali ta’ nofs it-terminu: kontribut lejn l-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir u x-Xogħlijiet (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kunsill għall-Kompetittività informali tal-14 u l-15 ta’ Lulju 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-2999 laqgħa tal-Kunsill għall-Kompetittività tal-1 u t-2 ta’ Marzu 2010, |
|
— |
- wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2008 bit-titolu “L-inizjattiva tas-swieq tal-materja prima - nilħqu l-ħtiġijiet kritiċi tagħna għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Ewropa” (COM(2008)0699), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bit-titolu “Ewropa 2020 - Strateġija għal Tkabbir Intelliġenti, Sostenibbli u Inklussiv” (COM(2010)2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2010 bit-titolu “Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020: Unjoni tal-Innovazzjoni” (COM(2010)0546), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2010 mid-DĠ Intrapriża u Industrija bit-titolu “Industrija tal-Manifattura tal-UE: X’inhuma l-Isfidi u l-Opportunitajiet għas-Snin li Ġejjin?” |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni bit-titolu “Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-SBA” (COM(2009)0680), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2008 bit-titolu “il-Pjan ta’ Azzjoni għal Konsum u Produzzjoni Sostenibbli u Politika Industrijali Sostenibbli” (COM(2008)0397), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport “Nippromwovu Mudelli ta’ Negozju Innovattivi b’Benefiċċji Ambjentali” ta’ Novembru 2008 li tħejja f’isem il-Kummissjoni, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2007 bl-isem “Reviżjoni tal-politika industrijali ta’ nofs it-terminu - Kontribut lejn l-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir u x-Xogħlijiet” (COM(2007)0374), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0022/2011), |
|
A. |
billi l-kriżi ekonomika dinjija laqtet ħażin l-industrija Ewropea, li għamlitha aktar diffiċli biex din tadatta ruħha għall-isfidi tal-globalizzazzjoni, it-tibdil fil-klima, it-tnaqqis ta’ riżorsi, it-tibdil demografiku u l-bidla għall-industrija bbażata fuq l-għarfien u l-effiċjenza, li qed jaffettwaw profondament l-iżvilupp industrijali, is-suq u l-prospetti tal-impjiegi għall-futur, |
|
B. |
billi, biex jirnexxilha tegħleb l-effett tal-kriżi u tiffaċċja dawk l-isfidi, l-UE teħtieġ approċċ ta’ politika industrijali li jikkombina l-kompetittività, is-sostenibilità u impjiegi deċenti li fl-istess ħin jistgħu jistimulaw l-ekonomija, jagħtu spinta lill-impjiegi, inaqqsu d-degradazzjoni ambjentali u jtejbu l-kwalità tal-ħajja, |
|
Ċ. |
billi fl-Ewropa l-politika industrijali tista’ tirnexxi biss jekk tkun integrata kemm f’arkitettura ġdida tas-settur finanzjarju li tippromwovi l-investiment u tipprevjeni l-ispekulazzjoni u kemm f’politika makroekonomika li torjenta l-politika dwar it-taxxi, l-ekonomija u l-baġit fl-UE lejn it-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi, |
|
D. |
billi ċerti industriji Ewropej qegħdin fi kriżi permanenti bħala riżultat tal-kompetizzjoni inġusta minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari fl-oqsma tar-relazzjonijiet tax-xogħol, l-ambjent u l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u industrijali, |
|
E. |
billi l-industrija Ewropea qiegħda tiffaċċja kompetizzjoni globali dejjem akbar minn pajjiżi industrijalizzati u emerġenti bħaċ-Ċina, l-Indja u l-Brażil f’termini ta’ aċċess għar-riżorsi, innovazzjoni teknoloġika, ħaddiema tas-sengħa kif ukoll politiki mmirati u ambizzjużi dwar l-industrija u l-innovazzjoni, |
|
F. |
billi strateġija tal-UE li tippromwovi:
hija l-uniku mezz biex iżżid is-sostenibbiltà u l-kompetittività tal-Industrija Ewropea u b'hekk iżżommha fuq quddiem fix-xena internazzjonali, |
|
G. |
billi l-pożizzjoni fuq quddiem tal-industrija Ewropea fil-livell internazzjonali qed tiġi sfidata aktar u aktar mill-bażi industrijali li qed tikber fil-pajjiżi emerġenti u billi l-ikbar kompetituri, bħall-Istati Uniti, il-Ġappun u ċ-Ċina, qed isegwu politika industrijali attiva u b’saħħitha appoġġjata b’investiment kbir fi prodotti u servizzi innovattivi, u għal din ir-raġuni ż-żamma u ż-żieda tal-kompetittività tal-industrija Ewropea huma ta’ importanza ewlenija biex ma jintilifx l-irwol tagħha ta’ xprun tat-tkabbir sostenibbli u tal-impjiegi fl-Ewropa, |
|
H. |
billi huwa possibbli li ssostni progress industrijali permezz ta’ taħlita ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas xierqa, regolamentazzjoni intelliġenti, immirata u li tħares 'il quddiem u permezz ta’ stimulazzjoni tas-suq ibbażata fuq aspettattivi preċiżi ta’ żviluppi fis-suq u li ssostni xejriet globali favur forom ta’ produzzjoni, distribuzzjoni u konsum nodfa, sostenibbli u innovattivi, |
|
I. |
billi politika ġenerali ta’ sostenn għall-investiment fl-industrija u s-servizzi għandha tkun il-prijorità makroekonomika tal-UE, b’mod partikolari fi żmien ta’ kriżi, bħalma hu issa, meta l-investiment (partikolarment fil-kapaċità mqabbla mal-produttività) huwa l-ewwel tip ta’ nfiq li jinqata’; billi l-Istati Membri, l-UE u l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom jistabbilixxu huma stess miri għall-investiment pubbliku (jiġifieri xi proporzjon ta’ nfiq pubbliku totali għandu jittieħed għall-investiment), inklużi l-pjanijiet ta’ awsterità, |
|
J. |
billi politika industrijali ambizzjuża tal-UE għandha tiġi bbażata fuq suq intern b’saħħtu, kemm fi ħdan il-fruntieri tal-UE kif ukoll fid-dimensjoni esterna tagħha; billi, f’dan ir-rigward, l-istrumenti kollha ta’ politika industrijali (bħall-politika tar-R&Ż, il-politika reġjonali, il-politika tal-kompetizzjoni, il-politika tal-konverġenza regolatorja u l-politika tal-kummerċ) għandhom jintużaw biex jiġu indirizzati l-opportunitajiet u l-isfidi tal-globalizzazzjoni, |
|
K. |
billi d-diżindustrijalizzazzjoni hija fatt stabbilit fl-Ewropa li jpoġġi l-pożizzjoni teknoloġika u ekonomika tagħna f’riskju, minħabba ż-żieda kontinwa fil-globalizzazzjoni u l-kompetizzjoni qawwija min-naħa tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw b’rata mgħaġġla, |
|
L. |
billi l-burokrazija li jħabbtu wiċċhom magħha n-negozji jeħtieġ li titnaqqas drastikament u l-ambjent leġiżlattiv u regolatorju tagħhom jeħtieġ li jiġi ssimplifikat skont il-prinċipji tat-tfassil aħjar tal-liġijiet, |
|
M. |
billi d-domanda globali għall-materja prima u r-riżorsi baqgħet tiżdied b’mod kostanti, biex b’hekk wasslet għal tħassib dwar tfixkil possibbli fil-provvista, |
|
N. |
billi, skont l-uffiċċju tal-istatistika Ġermaniż, sa 45 % tal-prezz ta’ prodott hu magħmul mill-ispiża tal-materjali, u billi l-użu intelliġenti tal-materja prima u l-użu effiċjenti tal-enerġija huma b’hekk ta’ importanza kruċjali għall-industrija Ewropea, |
|
O. |
billi, minkejja l-prestazzjoni ta’ wħud mill-Istati Membri, l-UE tilfet mis-sehem tagħha fis-suq; billi l-preżenza tal-UE fis-settur tat-teknoloġija avvanzata mhix daqs kemm għandha tkun, b’mod partikolari rigward l-NICTs (13 % tal-valur miżjud fl-Istati Uniti, imqabbel mal-5 % fl-UE); billi l-produttività qed tonqos fl-industrija tal-manifattura, |
|
P. |
billi l-industrija tal-manifattura hija s-sors ewlieni tal-avvanz fil-produttività, kemm fi ħdan l-industrija nnifisha kif ukoll fis-setturi ekonomiċi l-oħra, u billi l-innovazzjoni industrijali hija wieħed mill-katalisti ewlenin għall-iżvilupp ta’ servizzi ġodda, u għalhekk, għat-tkabbir fit-tul, b’mod partikolari fid-dawl tax-xejriet demografiċi fl-UE, |
|
Q. |
billi l-industrija tifforma parti essenzjali mill-ekonomija tal-UE, li tammonta għal 37 % tal-PGD tal-UE (meta titqies flimkien mas-servizzi relatati), 80 % tal-infiq tar-R&Ż u 75 % tal-esportazzjonijiet, |
|
R. |
billi l-industriji tradizzjonali tal-UE huma importanti, u billi l-kompetenza tagħhom jeħtieġ li tintuża tajjeb, |
|
S. |
billi l-kompetituri internazzjonali tagħna, bħall-Istati Uniti u l-pajjiżi Ażjatiċi, adottaw politiki industrijali proattivi bbażati fuq investiment fuq skala kbira fir-R&Ż fis-setturi prinċipali, |
Approċċ ġdid għal politika industrijali sostenibbli
|
1. |
Jilqa’ l-fatt li, permezz tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Komunikazzjoni dwar Politika Integrata Industrijali tal-UE, il-Kummissjoni fl-aħħar qed tirrikonoxxi l-importanza ta’ bażi industrijali, u b'mod partikolari tal-manifattura, li qiegħda tirnexxi għal tkabbir sostenibbli u għall-impjiegi fl-Ewropa u qed timpenja ruħha għal politika industrijali integrata bbażata fuq il-prinċipju ta’ ekonomija tas-suq soċjali; |
|
2. |
Jirrikonoxxi l-proposta għal politika Industrijali Integrata proposta mill-Kummissjoni u jinnota li din hija ffukata fuq ir-riġenerazzjoni tal-kompetittività industrijali tal-UE; jenfasizza, f’dan ir-rigward li, fid-dawl tal-isfidi globali, huwa essenzjali li l-effiċjenza f’sens ta’ enerġija u riżorsi tkun il-bażi tat-tiġdid industrijali Ewropew jekk l-industrija Ewropea għandha l-ħsieb li żżomm il-kompetittività tagħha fil-futur; |
|
3. |
Jenfasizza l-fatt li d-diversi miżuri proposti mill-Kummissjoni għandhom jibqgħu tali li jkunu jistgħu jintlaħqu mill-but tal-konsumaturi kollha, speċjalment fi żmien meta l-ekonomija Ewropea, b’mod partikolari fl-Istati Membri l-ġodda, għadha qed tirkupra minn waħda mill-agħar kriżijiet li għaddiet minnhom f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin; |
|
4. |
Jenfasizza l-fatt li żvilupp sostenibbli, kif definit fil-Konferenza ta’ Johannesburg fl-2002, għandu jkun ibbażat fuq tliet pilastri: dak ekonomiku, soċjali u ambjentali, u li, sabiex ikun hemm l-iktar ekonomija kompetittiva, il-politika industrijali għandha tiġi sostnuta billi tinstab taħlita bilanċjata ta’ dawn il-fatturi; |
|
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw Strateġija industrijali tal-UE ambizzjuża, ekoeffikaċi u ekoloġika biex terġa’ tinħoloq il-kapaċità tal-manifattura fit-territorju kollu tal-UE u biex jinħolqu impjiegi li jirrikjedu kwalifiki għoljin u li jkunu mħallsa sew fi ħdan l-UE; |
|
6. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal prevedibbiltà u stabbiltà regolatorja fit-tul li huma essenzjali għall-industrija għall-ippjanar tal-investiment; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa, flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, viżjoni komprensiva għall-industrija Ewropea għas-sena 2020, bil-perspettiva tal-kompetittività u sostenibbiltà tal-industrija u li tistipula linji gwida, per eżempju għall-effiċjenza fl-enerġija u tar-riżorsi, bil-ħsieb li jkun hemm żvilupp fit-tkabbir, fl-impjiegi u b’hekk fil-prosperità tal-Ewropa; jiddispjaċih, f’dan ir-rigward, għan-nuqqas ta’ proposti tanġibbli fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni; |
|
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li fir-rigward tal-bidliet fit-Trattati tal-UE li qed jiġu kkunsidrati bħalissa, l-impjiegi tqiegħdu fl-istess livell tal-ġlieda kontra l-inflazzjoni fost l-objettivi tal-Bank Ċentrali Ewropew; |
|
8. |
Jenfasizza li l-iżvilupp ma jistax jeżisti mingħajr ma jkun hemm bażi industrijali soda u b’saħħitha; jirrikonoxxi li l-iżvilupp jista’ jikkontribwixxi għal żieda fil-ħolqien tal-impjiegi u għall-preservazzjoni tal-istandards tal-għajxien taċ-ċittadini; |
|
9. |
Jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi biex jaqtgħu l-burokrazija, jevitaw id-duplikazzjoni tal-formalitajiet u jżidu t-trasparenza rigward il-perjodu ta’ żmien għar-riżoluzzjoni tal-proċedimenti; |
|
10. |
Jenfasizza li dan ikun possibbli biss b’industrija bbażata fuq l-għarfien b’bażi industrijali soda; |
|
11. |
Jenfasizza li politika industrijali ġdida, sostenibbli tista’ tikseb suċċess biss permezz ta’ approċċ integrat u transsettorjali fuq bażi ta’ inizjattivi settorjali u orizzontali bbażati fuq argumentazzjoni dwar objettivi ekonomiċi, iffukata fuq kwestjonijiet komuni li għandhom implikazzjonijiet maġġuri għal diversi setturi u li twassal għal riżultati tanġibbli kemm għan-neġozji kif ukoll għall-konsumaturi fl-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali; |
|
12. |
Jenfasizza l-importanza li setturi bħall-enerġija u t-trasport ikunu fi ħdan l-istruttura tal-ispejjeż tal-industrija Ewropea; huwa tal-opinjoni li l-kompetittività ta’ dawn is-setturi jeħtieġ titjieb ulterjuri permezz tal-privatizzazzjoni; għalhekk, b'dan preżenti, huwa konvint mill-ħtieġa li għandu jiġi ristrett il-livell ta’ finanzjament pubbliku f’kumpaniji li joperaw fi swieq liberalizzati u li għandhom jittieħdu passi li jwasslu għal libertà fil-provvista ta’servizzi fil-mezzi kollha tat-trasport; |
|
13. |
Jemmen li għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ta’ qafas makroekonomiċi li fihom tista’ tirnexxi l-industrija Ewropea, billi tiġi kkunsidrata kif dovut ir-realtà tal-iskarsezza u t-tnaqqis tar-riżorsi; f’dan il-kuntest, jikkunsidra li l-Ewropa għandha jkollha l-għan li mhux biss tippromwovi l-kompetittività fil-preżent iżda fuq kollox li tiżgura l-kompetittività tal-futur; |
|
14. |
Huwa tal-opinjoni li l-istrateġija industrijali tal-UE għandha tidentifika oqsma strateġiċi biex tinvesti fihom u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirriflettu dawn il-prijoritajiet fil-perspettiva finanzjarja futura, fil-baġit annwali u fil-politiki tal-UE; |
|
15. |
Jikkunsidra li huwa importanti li tiġi adottata politika industrijali integrata li skontha l-inizjattivi Ewropej fl-oqsma kollha huma komplimentari u mhux kontradittorji għall-mira komuni tal-iżvilupp; |
|
16. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma ddumx ma tlesti s-suq uniku tal-UE, ladarba l-imsemmija tlestija hija prekondizzjoni għall-industrija kompetittiva u l-innovazzjoni; |
|
17. |
Jenfasizza l-fatt li kompetizzjoni ġusta flimkien ma’ swieq miftuħa huma kruċjali għall-ħolqien ta’ industriji ġodda u dinamiċi; |
|
18. |
Huwa konvint li mhux biss is-settur pubbliku, iżda l-iktar is-settur privat, se jkollu rwol essenzjali fil-proċess ta’ investiment fir-ristrutturar u l-iżvilupp ta’ setturi industrijali ġodda, billi jiġu żgurati kemm il-ħolqien tal-impjiegi kif ukoll it-tranżizzjoni għal ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju; jikkunsidra li huwa essenzjali, għalhekk, li jiġi stabbilit il-qafas adattat biex jistimula dawn l-investimenti privati; |
|
19. |
Jenfasizza li, l-approċċ integrat ġdid jeħtieġ kollaborazzjoni effettiva ħafna fi ħdan il-Kummissjoni u l-koerenza fost il-politiki differenti tal-Kummissjoni; għal dan il-fini, jistieden lill-Kummissjoni biex twaqqaf task force permanenti tal-politika industrijali li se jkun responsabbli biex jikkoordina u jadotta d-direzzjoni u l-miżuri skont l-istrateġija l-ġdida attwali integrata tal-politika industrijali Ewropea u li se jissorvelja l-implimentazzjoni tagħhom; |
|
20. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tiffoka iktar fuq l-aspetti tal-kompetittività matul il-proċess għall-valutazzjoni tal-impatt (“L-Ittestjar tal-Kompetittività”) u fil-valutazzjoni ex-ante/ex-post (“Kontrolli tal-adegwatezza”), u biex timplimenta malajr kemm jista’ jkun din il-parti essenzjali tar-regolament intelliġenti fis-servizzi kollha tal-Kummissjoni; jenfasizza l-fatt li s-sostenibbiltà hija essenzjali għaż-żamma tal-kompetittività u għal ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju; |
|
21. |
Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea tista’ toħloq l-iktar industrija kompetittiva fid-dinja permezz ta’, fost l-oħrajn:
|
|
22. |
Jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni kif stipulata fil-Punt 3 tal-Komunikazzjoni tagħha, li tanalizza b'mod konsistenti l-implikazzjonijiet għall-politika industrijali ta’ leġiżlazzjoni futura u biex tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni, u jenfasizza li l-isħab soċjali għandhom ikunu inklużi u għandu jkun hemm l-akbar trasparenza possibbli; |
|
23. |
Jenfasizza li politika industrijali ġdida u sostenibbli tal-UE tista’ tkun effettiva biss jekk tiġi segwita b’koordinazzjoni mill-qrib mal-politiki industrijali tal-Istati Membri, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex fl-2011 tieħu l-inizjattivi possibbli skont l-Artikolu 173 (2) tat-Trattat ta’ Lisbona, fl-għamla ta’ linji gwida, indikaturi, l-iskambju u t-tixrid tal-aħjar prassi u teknoloġiji, u proċeduri ta’ monitoraġġ u valutazzjoni; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, qafas ġdid li jkun jippermetti u jħeġġeġ kumpaniji minn Stati Membri differenti biex jaħdmu flimkien b’mod iktar effettiv biex jistabbilixxu u jilħqu l-prijoritajiet industrijali tagħhom; jemmen li dan għandu jsaħħaħ il-kompetittività tal-prodotti magħmulin fl-Ewropa u jtejjeb ir-rispons għall-kondizzjonijiet tas-suq globali li qed jinbidlu; |
|
25. |
Huwa konvint li s-suċċess ta’ politika industrijali sostenibbli ġdida jiddependi mill-involviment tal-partijiet interessati, inklużi s-sħab soċjali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, rappreżentanti tal-SMEs u tas-soċjetà ċivili; jieħu nota li l-Kummissjoni hija mħeġġa tankra l-prinċipju ta’ sħubija fl-oqsma u l-miżuri kollha, li parti minnu jinkludi l-monitoraġġ u l-valutazzjoni konġunti tal-miżuri antiċipati, li tinkludi l-valutazzjoni ta’ strateġiji/miżuri/programmi; |
|
26. |
Jikkunsidra li “Politika industrijali tal-UE għall-era globalizzata” tista' tilħaq l-għanijiet tagħha biss jekk tindirizza l-kwestjoni dwar kemm il-politiki tal-Unjoni huma adattati għall-isfidi tal-ġejjieni li r-reġjuni Ewropej u l-industriji lokali tagħhom qed jaffaċċjaw u se jkunu qegħdin jaffaċċjaw fis-snin li ġejjin, u sakemm il-miżuri jew il-politiki Ewropej iwasslu għal żieda fl-effiċjenza u l-kompetittività tal-SMEs, li huma l-katalisti ewlenin tal-industrija Ewropea; f'dan ir-rigward, jenfasizza li hemm bżonn li l-impatt tal-bidliet ekonomiċi, demografiċi, klimatiċi u enerġetiċi jiġi analizzat aktar fir-rigward tad-dimensjoni reġjonali tagħhom, filwaqt li jitqiesu d-differenzi reġjonali potenzjali li dawn l-isfidi se jiġġeneraw, b'mod li jaffettwaw it-tkabbir omoġenju tal-industriji tal-UE; jenfasizza r-rwol attiv li jiżvolġu r-reġjuni fil-promozzjoni ta’ bidla ekoloġika fl-industrija u l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli; |
|
27. |
Jinnota li l-politika industrijali tiddependi l-biċċa l-kbira fuq il-protezzjoni tal-industrija tal-UE kontra l-kompetizzjoni inġusta minn pajjiżi terzi; |
|
28. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal mingħajr dewmien skeda ta’ żmien konkreta għall-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija u tippreżenta rapport annwali tal-progress; iqis, barra minn hekk, li l-effikaċja ta’ dawn il-linji gwida u inizjattivi għandha tiġi valutata mill-ġdid kull sena mill-Kummissjoni sabiex tkun tista' tiġi identifikata kwalunkwe problema li tinqala' matul l-implimentazzjoni tagħhom u għandha tistabbilixxi objettivi addizzjonali bil-għan li jiġi assigurat li l-politika industrijali tal-UE tkun dejjem fuq quddiem nett tal-progress; |
|
29. |
Jindika li l-internazzjonalizzazzjoni hija fattur essenzjali fil-kompetittività tan-negozji, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-isforzi biex tippromwovi l-għarfien akkwistat mill-ispettru kollu tan-netwerks ta’ sostenn għan-negozju kemm jista’ jkun sabiex il-kumpaniji li qegħdin fil-proċess ta’ internazzjonalizzazzjoni jkun jistgħu jagħmlu użu minnu; |
|
30. |
Jenfasizza li l-istrutturi u l-infrastrutturi pan-Ewropej li għandhom l-għan li jgħaqqdu s-sorsi u r-riżori jistgħu jniedu mudell industrijali pan-Ewropew, li jkun kapaċi jikkompeti fis-suq globali; |
Finanzjament
|
31. |
Jitlob għal finanzjament ambizzjuż għall-politika industrijali u għall-faċilitajiet infrastrutturali (b’mod partikolari l-infrastruttura tar-riċerka u l-enerġija, tat-telekomunikazzjonijiet u t-trasport (TEN) – is-“servizzi pubbliċi” li jiffurmaw l-ambjent korporattiv; iqis li hu essenzjali, għal dan il-fini, li jinħarġu bonds tal-UE (Eurobonds jew bond ta’ proġetti) bil-għan li jgħinu lill-Unjoni tiffinanzja l-innovazzjoni, l-infrastruttura u r-riindustrijalizzazzjoni; |
Innovazzjoni
|
32. |
Jenfasizza li l-innovazzjonijiet huma l-ixpruna prinċipali li jmexxu l-politika industrijali u t-tkabbir, u li l-inizjattivi kollha li jsostnu l-innovazzjoni:
|
|
33. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm distinzjoni ċara bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, billi attivitajiet li waqt li jkunu marbuta mill-qrib ikollhom objettivi differenti, tkun tfisser strumenti ta’ intervent u metodi ta’ xogħol: ir-riċerka mwettqa minn intrapriżi fl-interess tat-tkabbir tagħhom stess għandha toħloq għarfien ġdid u għandha, minħabba n-natura tagħha, tkun esplorattiva, indipendenti u disposta għar-riskju; l-innovazzjoni, għall-kuntrarju, għandha l-għan li toħloq prodotti, servizzi u proċessi ġodda li jkollhom impatt dirett fis-suq, fuq is-soċjetà u fuq il-ħajja tal-intrapriżi; |
|
34. |
Jemmen li b’mod partikolari t-twaqqif ta’ valuri ta’ referenza u ta’ standards wera li dawn huma importanti ħafna għall-promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-kompetittività sostenibbli f’diversi setturi industrijali; jitlob għal tisħiħ fis-Sistema ta’ Standardizzazzjoni Ewropea permezz ta’ miżuri li jippromwovu s-simplifikazzjoni, it-trasparenza, it-tnaqqis tal-ispejjez u l-involviment tal-partijiet interessati; |
|
35. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ koordinazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri u kooperazzjoni eqreb bejn in-negozji permezz ta’ gruppi ta’ negozji simili, netwerks u ċentri ta’ eċċellenza; |
|
36. |
Jenfasizza li l-kompetittività tal-UE hija dipendenti ħafna fuq il-kapaċità tal-innovazzjoni, fuq il-faċilitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp u fuq ir-rabta bejn l-innovazzjoni u l-proċess ta’ manifattura; |
|
37. |
Jitlob li n-nefqa għar-riċerka għall-perjodu li jmiss wara l-2013 (RDP 8) tiżdied b'mod sinifikanti (Mira tal-UE: 3 % tal-PGD għar-riċerka u l-iżvilupp, 1 % tal-PGD fil-finanzjament pubbliku) sabiex l-industrija Ewropea tibqa’ fuq quddiem nett fit-teknoloġija u kompetittiva globalment, b’hekk l-investiment privat jintuża b’mod effettiv; jinnota li, flimkien ma’ enfasi qawwija fuq ir-riċerka f'proċessi innovattivi, fil-ġestjoni, fl-organizzazzjoni u fl-involviment tal-impjegati fl-innovazzjoni, tinħtieġ ukoll riċerka fit-teknoloġiji bażiċi ġeneriċi; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jiġu ssimplifikati l-proċeduri amministrattivi u dawk ta’ aċċess għall-finanzjament; |
|
38. |
Jirrimarka li ż-żieda fid-differenzi reġjonali f'termini ta’ potenzjal tar-riċerka u l-iżvilupp hija sfida li għandha tiġi indirizzata mhux biss fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni, iżda wkoll permezz tal-politika dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni; f'dan ir-rigward, jitlob li, apparti l-fondi għar-riċerka, jkun hemm riallokazzjoni tal-fondi fl-istess programmi operattivi bħala appoġġ għall-innovazzjoni u tisħiħ tal-użu tar-riċerka dwar soluzzjoni kummerċjalizzati għas-soċjetà; |
|
39. |
Jinnota li żieda sinifikanti fl-investiment għar-R&Ż, kemm dak privat u dak pubbliku, hija essenzjali biex l-industrija tal-UE tibqa’ fuq quddiem nett fil-qasam tat-teknoloġija u tibqa' kompetittiva fix-xena internazzjonali f’oqsma bħalma huma dawk tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza fit-trasport; jinnota li biex ikun hemm appoġġ għal żieda fl-investiment privat għar-R&Ż, jeħtieġ li jkun hemm swieq operattivi għal prodotti innovattivi u ambjent stabbli għall-investimenti; jemmen li tinħtieġ żieda fil-finanzjament pubbliku tar-R&Ż biex tingħata spinta lill-investiment privat u titħeġġeġ il-kollaborazzjoni u li s-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-finanzjament pubbliku, speċjalment fil-Programmi ta’ Qafas tal-UE, hija prerekwiżit għaż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-industrija; |
|
40. |
Jirrikonoxxi, madankollu, li biex l-Ewropa tilħaq il-livelli ta’ investiment meħtieġa biex l-innovazzjoni tkun il-forza prinċipali wara t-tkabbir ekonomiku, is-settur privat jeħtieġ iżid il-finanzjament tiegħu fir-R&Ż; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-ostakoli li jfixklu lin-negozji Ewropej milli jinvestu livelli ekwivalenti għal dawk tal-kontropartijiet internazzjonali tagħhom, pereżempju l-Istati Uniti, u biex tieħu l-miżuri adegwati, leġiżlattivi u anki mhux leġiżlattivi, skont il-bżonn; |
|
41. |
Iqis l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti ta’ (bħal is-Sema Nadifa) huma mezz utli ħafna biex jitqassmu l-fondi minn Stati, l-UE u s-settur privat għal proġetti innovattivi b’effett qawwi indirett; jitlob biex il-finanzjament jibqa’ jkun provdut għall-proġetti eżistenti, sabiex dawn ikunu jistgħu jitlestew, u jqis li huwa essenzjali għal proġetti ġodda li jkunu żviluppati f’setturi li jippromettu (bħall-bijoteknoloġija, in-nanoteknoloġija, l-ispazju, l-enerġija rinnovabbli, mezzi ġodda tat-trasport u materjali ġodda); |
|
42. |
Jitlob għall-użu konsistenti u għat-tisħiħ tal-kompetenzi xjentifiċi u teknoloġiċi fl-Istati Membri, b’mod partikolari fil-qasam tat-teknoloġiji abilitanti essenzjali (KET); |
|
43. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon l-iskjerament ta’ grupp ta’ esperti ta’ livell għoli biex ifasslu strateġija komuni fuq medda ta’ żmien itwal u pjan ta’ azzjoni għall-KETs, bl-għan li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tagħhom; |
|
44. |
Jenfasizza s-suċċess tal-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji (RSFF), bħala mod importanti kif jista' jiġi pprovdut finanzjament għar-R&Ż u għall-innovazzjoni permezz tal-BEI, iħeġġeġ bil-qawwi lill-Kummissjoni biex tagħmel disponibbli ammont sinifikanti ta’ aktar fondi, inkluż permezz ta’ fondi ta’ rotazzjoni għall-innovazzjoni minn sorsi tal-FEŻR, u biex tippromwovi investimenti privati diretti u mekkaniżmi ta’ investiment innovattivi għal proġetti innovattivi ta’ riskju għoli u dawk li SMEs adattati jistgħu jipparteċipaw fihom; jenfasizza wkoll l-importanza li l-programmi ta’ innovazzjoni jsiru iktar aċċessibbli għall-SMEs billi jitnaqqsu l-piżijiet burokratiċi; |
|
45. |
Jinsab imħasseb dwar l-użu limitat tal-fondi strutturali mill-intrapriżi għall-finanzjament ta’ proġetti innovattivi; iqis li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom jiffukaw biex jinfurmaw aħjar lill-intrapriżi dwar il-programmi operattivi u biex jipprovduhom bl-għajnuna kollha meħtieġa fit-twettiq tal-proġetti tagħhom; |
|
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel inventarju tal-aqwa prassi fir-rigward tal-mekkanizmi ta’ finanzjament eżistenti u ppjanati, tal-miżuri fiskali u l-inċentivi finanzjarji għall-promozzjoni tal-innovazzjoni, u jitlob aġġornament u rieżami annwali tal-effikaċja tal-miżuri; |
|
47. |
Jitlob li tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi alternattivi ġodda biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ finanzjament għan-negozji tal-UE, b’mod partikolari l-SMEs. jikkunsidra li tali miżuri għandhom
u għandu jkollhom l-għamla tal-istrumenti li ġejjin:
|
|
48. |
Jirrikonoxxi l-problema tal-UE li għandha anqas innovaturi ewlenin żgħażagħ fis-setturi tar-R&Ż ta’ intensità għolja, speċjalment tal-bijoteknoloġija u l-internet; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jitħeġġeġ l-iżvilupp tagħhom billi jiġu indirizzati l-ostakli speċifiċi li jiffaċċjaw f’setturi ġodda u billi jiġu sorveljati mill-qrib swieq emerġenti innovattivi, billi jadattaw it-taħlita ta’ strumenti tal-politika għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom; |
|
49. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq ambjent favorevoli lill-intrapriżi fil-fażijiet tal-bidu u tal-ispin-offs, permezz ta’ servizzi dedikati li jgħinu lil intraprendituri żgħażagħ jegħlbu l-ostakli li tradizzjonalment fixklu d-dħul tagħhom f’attivitajiet ġodda ta’ produzzjoni (ostakli infrastrutturali, aċċess għall-informazzjoni, spejjeż tas-servizzi, ġestjoni tal-proprjetà intellettwali); |
|
50. |
Jitlob fl-aħħar nett lill-UE tagħti rispons għall-frammentazzjoni tas-suq Ewropew tal-kapital ta’ riskju billi tippreżenta skema tal-UE biex tistabbilixxi fondi pan-Ewropej; |
|
51. |
Jenfasizza l-fatt li investiment fir-R&Ż u fl-innovazzjoni jista’ jsir permezz ta’ inċentivi nazzjonali tat-taxxa u ta’ aċċess għal finanzjament speċjalizzat, pereżempju għal kapital ta’ riskju; |
|
52. |
Jitlob għal aktar stimulazzjoni ta’ teknoloġiji għal żvilupp sostenibbli kif sar bit-tnedija tal-pjan ta’ azzjoni ETAP bl-insiġ flimkien ta’ strateġiji għar-riċerka, l-ambjent u l-ekonomija, u jitlob għal pjan ta’ segwitu ambizzjuż għall-ETAP, fejn ir-riċerka, l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-industrija jgħaqqdu l-isforzi tagħhom, u jiltlob biex jiġi allokati riżorsi finanzjarji adegwati għall-implimentazzjoni tiegħu; jenfasizza l-ħtieġa biex jiżdied il-finanzjament għall-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (il-Pjan SET); |
|
53. |
Jitlob biex l-industrija tkun involuta fl-ekoinnovazzjoni biex tagħti spinta lill-potenzjal tal-impjiegi tagħha; jieħu nota, f'dan ir-rigward li, l-għoti ta’ informazzjoni lill-intrapriżi - dwar opportunitajiet ta’ negozju ġodda - se jkun kruċjali għas-suċċess ta’ strateġija mmirata għall-iżvilupp ta’ ekonomiji li jużaw ir-riżorsi b'mod effiċjenti u ta’ industriji sostenibbli; |
|
54. |
Jissuġġerixxi li għandha tingħata attenzjoni wkoll lil forom oħra ta’ finanzjament biex isostnu l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi billi jinġabu flimkien diversi partijiet interessati f’livelli differenti (Ewropej, nazzjonali u lokali), kif ukoll biex isir użu minn firxa ta’ għodod inklużi sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat u kapital ta’ riskju; |
|
55. |
Jitlob li attenzjoni partikolari għandha tingħata għas-sostenn tal-innovazzjoni fl-użu effettiv u sostenibbli tal-materja prima; |
|
56. |
Ifakkar li l-akkwist pubbliku, li jirrappreżenta 17 % tal-PGD fl-UE annwalment, għandu rwol importanti għas-suq uniku Ewropew u biex jistimula l-innovazzjoni; jinnota li pajjiżi l-kompetituri bħaċ-Ċina u l-Istati Uniti ffissaw objettivi ambizzjużi għall-akkwist ta’ prodotti innovattivi u ambjentali; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jissimplifikaw u jtejbu r-regoli nazzjonali u tal-UE għall-akkwist pubbliku fejn meħtieġ u b'konformità mar-regoli dwar trasparenza, il-kompetizzjoni ġusta u non-diskriminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq informazzjoni dwar il-possibbilitajiet eżistenti għall-involviment ta’ kriterji innovattivi u sostenibbli f'offerti pubbliċi skont regoli tal-akkwist tal-UE attwali b'konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020 u biex tippromwovi l-użu ta’ dawn il-possibbilitajiet; jenfasizza li huwa essenzjali li tiġi żgurata r-reċiproċità tal-aċċess għas-swieq esterni tal-akkwist pubbliku, sabiex in-negozji tal-UE jkunu jistgħu jikkompetu b’kundizzjonijiet ġusti internazzjonalment; |
|
57. |
Jirrimarka li l-akkwisti pubbliċi prekummerċjali jistgħu jipprovdu mbuttatura inizjali deċiżiva għas-swieq il-ġodda f’dawk li huma teknoloġiji innovattivi u ekoloġiċi filwaqt li jtejbu l-kwalità u l-effikaċja tas-servizz pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkomunikaw aħjar lill-awtoritajiet pubbliċi l-possibilitajiet eżistenti għall-akkwist prekummerċjali; |
|
58. |
Iqis li l-importanza tal-akkwist pubbliku fl-istimular ta’ bażi industrijali innovattiva ma għandhiex tiġi sottovalutata; jistieden f’dan ir-rigward lill-Istati Membri tal-UE jisfruttaw il-potenzjal kollu tal-akkwist prekummerċjali bħala mutur tal-innovazzjoni u bħala għodda biex tittejjeb il-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-akkwist pubbliku, bl-effett li jiġu identifikati u stimulati b’mod effikaċi s-swieq ewlenin għan-negozju Ewropew; |
|
59. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid fl-isforzi tagħha kontra t-trasferiment tal-għarfien mill-UE lejn id-dinja kollha, b’mod partikolari lejn iċ-Ċina, li ħafna drabi ma tirreċiprokax; |
Riżorsi
|
60. |
Iqis li t-tkabbir ekonomiku jista’ u għandu jkun indipendenti minn żieda fl-użu tar-riżorsi; |
|
61. |
Huwa konvint li ż-żieda ċara fl-effiċjenza tar-riżorsi fir-rigward tal-materja prima, awżiljarja u provvista tal-materjal qed isaħħu l-pożizzjoni kompetittiva mondjali tal-industrija Ewropea, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex, abbażi tal-Komunikazzjoni tagħha dwar strateġija għar-riżorsi (COM (2005)0670), tipproponi politika tal-UE ambizzjuża dwar l-effiċjenza tar-riżorsi bħala prijorità, permezz ta’ pjan ta’ azzjoni jew, jekk meħtieġ, f'Direttiva dwar l-effiċjenza tar-riżorsi. jikkunsidra li dan ifisser li:
|
|
62. |
Jenfasizza li d-disponibbiltà tal-materja prima, b'mod partikolari ta’ riżorsi strateġiċi u elementi skarsi, hija ta’ importanza fundamentali għall-possibilitajiet ta’ żvilupp tal-industrija Ewropea, u għaldaqstant, il-Kummissjoni qed titħeġġeġ biex tippreżenta strateġija komprensiva u ambizzjuża dwar il-materja prima fl-ewwel sitt xhur tal-2011, li ma għandhiex tkun limitata biss għal “materja prima kruċjali” kif definita mill-Kummissjoni tal-UE u għandha tinkludi:
|
|
63. |
Huwa tal-opinjoni li politika għall-industrija teħtieġ, l-ewwel u qabel kollox, li jiġu bbilanċjati mill-ġdid l-azzjonijiet tal-enerġija favur politika bbażata fuq id-domanda, li tagħti s-setgħa lill-konsumaturi u tissepara t-tkabbir ekonomiku mill-użu tal-enerġija; iqis b’mod partikolari li t-trasport u l-industriji tal-kostruzzjoni jridu jsegwu politika attiva dwar l-iffrankar tal-enerġija u jiddiversifikaw għal sorsi sostenibbli, li ma jniġġsux u ta’ enerġija sikura, u li politika dwar l-industrija għandha tgħin biex jinħolqu kundizzjonijiet tas-suq li jistimulaw iffrankar akbar ta’ enerġija u investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija, biex tiġi sfruttata skala wiesgħa ta’ enerġiji rinnovabbli kif ukoll teknoloġiji ewlenija għall-mobbiltà tal-ħażna tal-enerġija (l-aktar it-trasport pubbliku); |
|
64. |
Huwa konvint li, sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-investiment, l-industrija teħtieġ politika tal-enerġija fit-tul ambizzjuża iżda realistika li: tiggarantixxi prezzijiet tal-enerġija kompetittivi u sikurezza fil-provvista tal-provvista tal-UE, tnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili, tinkoraġġixxi l-effiċjenza u l-iffrankar fil-produzzjoni u l-konsum, tippermetti li l-produzzjoni sseħħ bl-anqas emissjonijiet dannużi possibbli, u timpedixxi l-faqar tal-enerġija u l-ħruġ tal-karbonju; jinnota li ċ-ċertezza legali, kundizzjonijiet ta’ qafas stabbli, investiment xieraq u aktar armonizzazzjoni għas-suq intern tal-enerġija huma fatturi ewlenija li jiffavorixxu l-bidla għall-produzzjoni u l-provvista ta’ enerġija mingħajr karbonju u l-iffrankar tal-ispejjeż tal-industrija; jenfasizza li l-infrastruttura għal network ta’ enerġija trans-Ewropea, li tinkludi t-tisħin u tieħu wkoll vantaġġ mill-infrastrutturi ta’ network diġitali u tat-trasport, għandha tiġi mġedda u estiża f’waqtha u b’mod kosteffettiv u għandhom jiġu promossi l-grids intelliġenti u l-meters, b’mod partikolari bil-għajnuna ta’ finanzjament mill-Bank Ewropew għall-Investiment |
|
65. |
Jenfsizza l-importanza għas-settur tal-karozzi Ewropej li jieħu l-inizjattiva fl-iżvilupp u l-produzzjoni ulterjuri tal-karozzi elettriċi; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea f’dan ir-rigward biex tiżgura, mhux aktar tard mill-2011, kundizzjonijiet ta’ qafas għall-iżvilupp ta’ vetturi elettriċi, l-aktar dawk marbuta mal-istandardizzazzjoni tal-infrastrutturi u t-teknoloġiji taċ-ċarġing li jiggarantixxu l-interoperabilità u s-sikurezza tal-infrastrutturi; jistieden barra minn hekk lill-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti armonizzati għall-approvazzjoni ta’ vetturi elettriċi, b’mod partikolari rigward is-saħħa u s-sikurezza, kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-utenti finali; |
|
66. |
Ifakkar il-potenzjal kbir tal-ħolqien ta’ impjiegi u l-benefiċċji tar-roħs fil-prezzijiet li t-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija mistenni jġib; jikkunsidra li l-adozzjoni ta’ miżuri inklużi miri, standards u mekkaniżmi tal-livelli ta’ referenza li jiżguraw li t-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija għandha għalhekk tikkonsolida l-inizjattivi fis-setturi industrijali kollha; |
|
67. |
Jappella għal innovazzjonijiet fis-settur tal-kura tas-saħħa u dak soċjali sabiex l-industriji ma jiffaċċjawx nuqqasijiet fil-forza tax-xogħol u spejjeż ogħla tax-xogħol fid-deċennji li ġejjin; |
|
68. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-potenzjal ta’ ffrankar tal-enerġija li jistgħu joffru t-teknoloġiji intelliġenti; |
|
69. |
Jemmen li hemm bżonn ta’ politika li ttejjeb is-sostenibbiltà tas-sistemi u l-infrastruttura tat-trasport permezz ta’ tali miżuri bħala teknoloġiji aktar effiċjenti, interoperabilità, soluzzjonijiet innovattivi għal mobbiltà iżda wkoll politiki ta’ provvista lokali biex jiġi żgurat li ktajjen ta’ provvista jkunu jistgħu jiffunzjonaw b’sistemi ta’ loġistika aktar sostenibbli u b’anqas spejjeż tal-operat; |
|
70. |
Jemmen li teknoloġiji moderni tal-ICT jipprovdu potenzjal kbir għall-innovazzjonijiet fl-appoġġ tas-sostenibilità u l-eko-effiċjenza, p.e. l-integrazzjoni ta’ teknoloġiji billi jitpoġġew saffi addizzjonali ta’ intelliġenza fuq saffi fiżiċi biex tinkiseb ġestjoni aktar effiċjenti tas-sistemi (bħall-provvista tal-ilma u s-sistemi tat-trasport); jenfasizza l-ħtieġa li jkunu disponibbli standards miftuħin tal-ICT għal tali soluzzjonijiet; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex titlob standards miftuħin u l-partijiet interessati biex imexxu l-iżvilupp ta’ standards miftuħin xierqa fl-appoġġ għall-effiċjenza tar-riżorsi; |
|
71. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jkun hemm biżżejjed persunal tekniku u tas-sengħa; iqis għalhekk li jeħtieġ aktar investiment fil-qasam tal-edukazjoni u t-taħriġ; Jinsisti li jsir kull sforz biex jimtela l-vojt ikkawżat min-nuqqas ta’ persuni mħarrġa fil-livelli kollha sabiex jiġu promossi l-kwalifiki tal-ħaddiema u aktar interess mill-gradwati żgħażagħ fl-industrija. Dan għandu jinkludi, fost affarijiet oħra:
|
|
72. |
jenfasizza l-bżonn li jitħeġġeġ l-aċċess taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol permezz ta’ perjodi ta’ prattika mħallsin b'mod ġust u apprendistat ta’ kwalità;' |
|
73. |
Iqis li huwa importanti għall-ġejjieni ekonomiku, soċjali u ekoloġiku tal-Unjoni li ż-żgħażagħ ikunu jafu dwar il-livell għoli ta’ edukazzjoni speċjalizzata u ġenerali meħtieġa, fir-rigward tal-impjiegi ġejjiena tagħhom fl-industrija; |
|
74. |
Jenfasizza li n-nuqqas relattiv ta’ persuni lesti li jaħdmu bħala intraprendituri għal rashom jista’ jingħeleb permezz tal-ħolqien ta’ ambjent aktar favorevoli għal min jibda jwettaq attività bħala intraprenditur, aktar skemi integrati ta’appoġġ, bħal pereżempju l-proġett ENTRE:DI u programmi konkreti, bħal pereżempju “Erasmus għal Intraprendituri Żgħażagħ”; |
|
75. |
Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex tesplora sorsi ġodda ta’ finanzjament għall-proġetti kbar Ewropej ta’ infrastruttura u jappoġġja l-ħolqien ta’ proġett ta’ bond tal-UE f’kollaborazzjoni mal-Bank Ewropew ta’ Investiment; |
Kompetizzjoni ġusta
|
76. |
Huwa konvint mill-bżonn li l-istrumenti tas-suq intern jitqiegħdu għas-servizz tal-politika industrijali Ewropea sabiex jiġi promoss id-dħul fix-xena ta’ “Kampjuni Ewropej” kbar li jistabbilixxu standards fis-setturi ta’ attività tagħhom, bħal Galileo jew SESAR; jistieden lill-UE biex ma timponix limiti asimmetriċi b’mod eċċessiv fuq in-negozji tagħha mqabblin ma’ dawk li jeżistu fil-pajjiżi terzi; |
|
77. |
Jenfasizza l-ħtieġa biex l-UE tiżgura għan-negozji tagħha aċċess reċiproku għall-kuntratti pubbliċi meta tinnegozja ftehimiet bilaterali u multilaterali ma’ pajjiżi terzi, filwaqt li ttejjeb l-effikaċja tal-użu tal-istrumenti ta’ difiża tal-kummerċ mill-SMEs biex jiġġieldu l-prattika tad-dumping monetarju, soċjali u ekoloġiku, il-piraterija, il-kontrafazzjoni u l-ikkupjar illegali; |
|
78. |
Jistieden lill-UE, biex bħall-Kanada, l-Istati Uniti, iċ-Ċina jew il-Ġappun, tobbliga indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini għal ċerti prodotti impurtati minn pajjiżi terzi sabiex ir-rekwiżiti ta’ kwalità u sikurezza rigward it-traċċabilità tapplika għalihom kif ukoll għal dawk manifatturati fl-UE; |
|
79. |
Huwa tal-opinjoni li, biex tiġi kkonsolidata l-industrija Ewropea u, b’mod partikolari, titjieb il-kompetittività tal-kumpaniji fi ħdan l-ekonomija dinjija, huwa meħtieġ li jiġu introdotti d-dispożizzjonijiet Ewropej rigward il-marka tal-oriġini (Magħmul fi); jikkunsidra li dan jagħmilha possibbli għall-pubbliku u għall-konsumaturi biex jagħmlu għażliet infurmati u jinkoraġġixxi l-produzzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea, li f’ħafna każijiet għandha reputazzjoni għal standards ta’ kwalità u produzzjoni għolja; |
|
80. |
Iqis li ftehim multilaterali dwar il-klima jkun l-aħjar strument biex inaqqas l-impatti negattivi marbuta mas-CO2, iżda li hemm riskju li dan mhux se jintlaħaq fil-futur qrib; hu tal-opinjoni, għalhekk, li l-UE għandha tkompli tanalizza l-possibilità li timplimenta, għall-industriji li tabilħaqq huma esposti għall-ħruġ tal-karbonju, strumenti ambjentali adegwati flimkien mal-irkantar tal-kwoti tas-CO2 taħt l-iskema ta’ skambju ta’ emmissjonijiet tal-UE, partikolament ta’ “mekkaniżmu ta’ inklużjoni tal-karbonju”, li huwa konformi mar-regoli tad-WTO, peress li mekkaniżmu ta’ dan it-tip jippermetti li jiġi miġġieled ir-riskju tat-trasferimenti tal-emissjonijiet ta’ CO2 lejn il-pajjiżi terzi; |
|
81. |
Jinsisti li l-UE għandha teżamina l-prattiki ekonomiċi ta’ pajjiżi terzi qabel tfassal il-politiki tagħha stess, u jistieden b’mod partikolari lill-Kummissjoni tevalwa bħala kriterju l-pożizzjoni kompetittiva internazzjonali tan-negozji Ewropej meta timmonitorja l-għajnuna mill-Istat; |
Kultura sostenibbli għall-industrija
|
82. |
Jenfasizza l-importanza li jinħoloq il- qafas tajjeb għall-industrija biex din tibqa’ fl-Ewropa u li titjieb aktar il-kompetittività dinjija tagħha; jemmen, għalhekk, li l-politiki tal-UE għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjonijiet tal-impatt qawwijin li janalizzaw l-angoli kollha tal-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-politiki tal-UE; |
|
83. |
Jitlob għal inizjattivi tal-UE li jidentifikaw x’jistimula t-tkabbir, l-innovazzjoni u l-kompetittività f’setturi differenti, u wara jitressqu reazzjonijiet u strumenti għal politika tal-UE aktar b'saħħithom, ikkoordinati, teknoloġikament newtrali u bbażati fuq is-suq għal dawk is-setturi, u għandhu jsir użu komplet minnhom; iqis li, għal dawn il-finijiet, leġiżlazzjoni li tkun orjentata lejn il-prodott, bħad-direttiva dwar id-disinn ekoloġiku għandha tiġi applikata bis-sħiħ b'mod kosteffettiv, id-direttiva dwar l-ekotikkettjar ta’ prodotti li jikkunsmaw l-enerġija għandha tkun kompletament implimentata u inizjattivi li jistumulaw l-industrija bħall-“inizjattiva tal-karozzi ekoloġiċi” għandhom jiġu implimetati; f’dan il-kuntest jitlob kampanja fit-tul dwar il-konsum sostenibbli li taħdem favur aktar għarfien u bidla fl-imġiba u b’hekk tappoġġja prodotti u kunċetti ġodda innovattivi; |
|
84. |
Jemmen fil-bżonn li l-Ewropa tinżamm u tissaħħaħ fuq il-mappa industrijali dinjija, speċjalment minħabba li l-opportunitajiet industrijali l-ġodda jirriżultaw minn impenji ta’ investiment tal-UE, pereżempju fl-oqsma tat-tibdil fil-klima u l-enerġija, li se jiftħu opportunitajiet ta’ impjieg f'setturi speċjalizzati ħafna; |
|
85. |
Jistieden lill-Kummissjoni tintegra b’mod ċar din il-politika industrijali fl-iżvilupp tal-Pjan tar-Rotta għal Ekonomija b’Karbonju Baxx sal-2050, l-inizjattivi industriali tal-pjan SET u l-viżjoni 2050 fil-Pjan tar-Rotta għal Ewropa Effiċjenti fl-użu tar-Riżorsi |
|
86. |
Jitlob il-manutenzjoni u l-estensjoni tal-finanzjament tal-innovazzjoni qrib tas-suq bħall-“Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – (CIP)” attwali; |
|
87. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa għal kontroll sistematiku tal-kwalità ta’ kull leġiżlazzjoni ġdida li tuża l-kriterji li ġejjin:
|
|
88. |
Ifakkar li l-Fond Ewropew għall-Aġġustament tal-Globalizzazzjoni (EGF) sar għodda vitali li tgħin komunitajiet jittrasformaw minn industriji mhux kompetittivi għal oħrajn sostenibbli; jenfasizza li l-EGF għandu jkompli u jekk ikun hemm bżonn, jiġi mwessa’; |
|
89. |
Jitlob għal sforzi aktar qawwija biex jingħelbu d-diffikultajiet attwali u jinħolqu mingħajr dewmien brevett Komunitarju li jipprovdi protezzjoni legali effettiva, u ta’ kwalità għolja bi prezz baxx, u sistema Ewropea armonizzata biex jiġu riżolti tilwimiet dwar il-brevetti, sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ qafas għal drittijiet ta’ proprjetà industrijali u intellettwali, biex tissaħħaħ ċ-ċertezza legali u biex tiġi miġġielda l-falsifikazzjoni, filwaqt li l-ispejjeż burokratiċi jinżammu fl-inqas livell possibbli, partikolarment għall-SMEs; jilqa' l-appoġġ kbir tal-Kunsill għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tinbeda fl-2011 il-proċedura ta’ koperazzjoni msaħħa fuq brevett komuni tal-UE; barra minn hekk jitlob għal riforma ta’ metodi ta’ standardizzazzjoni (b'mod partikolari fis-settur tal-ICT) li tinvolvi żvilupp tal-istandards fil-miftuħ, trasparenti, ibbażat fuq il-prinċipju tal-interoperabilità u li jiżgura l-kompetittività tal-industrija Ewropea; iqis li l-promozzjoni ta’ standardizzazzjoni internazzjonali se tissalvagwardja t-tmexxija teknoloġika Ewropea; |
|
90. |
Jirrimarka li t-tlestija tas-suq intern hijaa essenzjali għall-kompetittività u għat-tkabbir tal-industrija Ewropea; jenfasizza li l-industriji Ewropej jeħtieġu qafas adegwat sabiex fih jinħolqu u jiġu żviluppati beni u servizzi fil-livell Ewropew u jesprimi f’dan il-kuntest is-sodisfazzjon tiegħu bil-proposti li jinsabu fl-Att dwar is-Suq Uniku. jistieden lill-Kummissjoni biex tidentifika l-ambitu għall-armonizzazzjoni li ssaħħaħ l-effiċjenza u l-governanza mtejba fil-qafas tal-Att dwar is-Suq Uniku, speċjalment fl-oqsma tal-VAT, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-privattiva tal-UE, l-istandardizzazzjoni globali, it-tikkettjar u l-istandards settorjali speċifiċi; |
|
91. |
Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jassumu rwol aktar proattiv fil-ġestjoni tas-suq uniku, billi jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u jsaħħu t-traspożizzjoni, l-applikazzjoni u t-tisħiħ tar-regoli tas-suq uniku fil-prattika; jistieden lill-Istati Membri jnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet permezz ta’ miżuri addizzjonali, bħal pereżempju amministrazzjoni governattiva onlajn aktar effikaċi; |
|
92. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-awtoritajiet pubbliċi jappoġġjaw l-iżvilupp tat-teknoloġiji ewlenin u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi aċċellerat l-iżvilupp ta’ standards, peres li huwa kruċjali għall-ħarsien tal-kompetittività industrijali tal-UE u għall-istimular ta’ tkabbir ġdid, u dan japplika b'mod partikolari għall-iżvilupp ta’ standards li jistimulaw l-innovazzjoni fir-rigward tal-isfidi ambjentali u soċjali li qed jitfaċċaw; |
|
93. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-SMEs u tal-impriżi artiġġjanali fis-sistema Ewropea ta’ standardizzazzjoni, partikolarment f’dawk li huma t-tnaqqis tal-ispiża ta’ aċċess għall-istandards, ix-xandir tal-istandards (permezz tal-pubblikazzjoni ta’ ġabriet qosra) jew l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju; jinsisti fuq ir-rwol ewlieni li għandhom iwettqu l-entitajiet nazzjonali tal-istandardizzazzjoni fil-promozzjoni u t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-SMEs u tal-impriżi artiġġjanali fil-proċess ta’ standardizzazzjoni, skont il-prinċipju ta’ “delegazzjoni nazzjonali”; |
|
94. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu kkunsidrati l-aspetti li attwalment mhumiex koperti bil-liġi Ewropea tal-brevetti, bħas-“sigrieti tan-negozju”, sabiex l-industrija Ewropea tkun tista’ tgawdi l-benefiċċji ta’ protezzjoni ġenwina tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati ma’ prodotti u proċeduri, fuq l-eżempju tal-Istati Uniti u l-Ġappun; |
|
95. |
Ifakkar li, sabiex tiżdied il-kompetittività u t-tmexxija teknoloġika tal-industrija Ewropea, huwa mixtieq li:
|
|
96. |
Jenfasizza li l-implimentazzjoni vera tas-suq intern għad fiha potenzjal kbir għall-effiċjenza tal-industrija Ewropea u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jneħħu mill-aktar fis l-ostakli u l-impedimenti li għad hemm fis-suq intern; |
|
97. |
Jistieden lill-Istati Membri - filwaqt li jinnota li r-ristrutturar huwa r-responsabilità primarja tal-kumpaniji u s-sħab soċjali - jistabbilixxu task forces fuq operazzjonijiet ta’ ristrutturar li jieħu ħsieb il-proċessi ta’ ristruttura u jiżguraw it-tranżizzjoni ekonomika mingħajr diffikulatjiet billi, pereżempju, itejbu l-mobbiltà fis-suq tax-xogħol, it-taħriġ mill-ġdid u miżuri oħra li jistgħu jipprovdu alternattivi innovattivi u sostenibbli kemm għall-impjegati u għad-ditti; jitlob li jiġu intensifikati r-rwol tal-Fondi Strutturali Ewropej u r-riċerka u l-iżvilupp fil-proċessi ta’ ristrutturazzjoni; |
|
98. |
Jappella għal investiment imġedded fil-forza tax-xogħol industrijali Ewropea, b’enfasi qawwija fuq djalogu soċjali settorjali biex jiġu mmaniġġjati l-bidliet strutturali kkawżati mill-globalizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ ekonomija li tkun effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u tal-enerġija; jinkoraġġixxi lis-sħab soċjali f'setturi li fihom l-impjiegi qegħdin imajnaw biex jaffrontaw l-isfidi f'fażi bikrija u biex jappoġġaw kemm il-ħaddiema individwali kif ukoll is-settur matul il-fażi ta’ tranżizzjoni jisħaq fuq l-importanza tas-sigurtà fil-perjodi ta’ tranżizzjoni permezz tal-funzjonament ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, billi din tista' tgħin lill-individwi jgħaddu għal setturi li fihom qegħdin jinħolqu l-impjiegi; |
|
99. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-inizjattiva biex tipproponi appoġġ għat-tranżizzjoni professjonali, biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi soċjali, biex tiġi promossa l-Aġenda dwar ix-Xogħol Diċenti tal-ILO, u biex jintużaw il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi tal-UE biex jiġu speċifikati l-garanziji li jridu jingħataw matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kull tip ta’ tranżizzjoni professjonali; |
|
100. |
Jitlob li l-Kummissjoni Ewropea jkollha rwol aktar attiv fir-ristrutturar ta’ kumpaniji b’Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet; iqis li l-informazzjoni relevanti kollha għandha tkun disponibbli malajr kemm jista’ jkun għall-Kummissjoni Ewropea meta tali ristrutturar jitwettaq sabiex hija tkun tista’ taqdi bis-sħiħ ir-rwol tagħha bħala interlokutur Ewropew u koordinatur għall-Istati Membri; iqis li dan ukoll se jpoġġi lill-Kummissjoni f’pożizzjoni aħjar biex tifli u tevalwa kwalunkwe użu tal-għajnuna mill-Istat biex tgħin ir-ristrutturar; |
|
101. |
Jitlob li l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jkun evalwat u rriformat sabiex jitħaffef l-aċċess għalih, u biex il-baġit tiegħu jiżdied fil-Perspettiva Finanzjarja li jmiss; jissuġġerixxi barra minn hekk li jiġi stabbilit Fond Ewropew ta’ Aġġustament Ambjentali; |
|
102. |
Jenfasizza li l-kriżi ekonomika globali qed taffettwa r-rati tal-impjiegi fl-Ewropa kollha, b'mod li qed iġġib għall-agħar il-prospetti soċjoekonomiċi tal-UE u żżid id-differenzi reġjonali; f'dan ir-rigward, jenfasizza li l-eżistenza ta’ settur industrijali kompetittiv, diversifikat, ġust u sostenibbli bbażat fuq kollox fuq SMEs effiċjenti u kompetittivi, hi essenzjali għall-futur tal-ħaddiema fl-Ewropa kollha; jirrakkomanda li jiġu żviluppati l-esperjenza u l-kompetenzi ta’ min hu ikbar fl-età biex ikun żgurat li dawn jibqgħu jintużaw mill-ġenerazzjonijiet iż-żgħar; |
|
103. |
Jirrikonoxxi li jeżistu differenzi reġjonali fl-iżvilupp industrijali, prinċipalment fejn kien hemm proċessi ta’ deindustrijalizzazzjoni fl-Istati Membri l-ġodda, u jitlob li dawn jiġu inkorporati fil-politika industrijali sostenibbli l-ġdida, u l-allokazzjoni ta’ riżorsi mill-Fondi Strutturali sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni territorjali; |
|
104. |
Jenfasizza l-importanza kbira tal-SMEs fix-xena industrijali b’mod partikolari fejn jikkonċerna l-ħolqien tal-impjiegi fit-tul fil-livell reġjonali, u fiż-żamma tal-vitalità ekonomika u kreattiva u livell għoli ta’ tkabbir u jistieden lill-Kummissjoni:
|
|
105. |
Huwa tal-opinjoni li d-Direttiva Ewropea dwar l-offerti ta’ xiri trid tiġi riveduta biex tagħti lill-UE l-mezz biex topponi proġetti li jistgħu juru li huma ta’ ħsara – f’termini industrijali, ekonomiċi u soċjali – għall-koeżjoni soċjali u l-istabilità tas-suq intern; huwa tal-opinjoni li l-Unjoni trid tkun kapaċi topponi l-offerti ta’ xiri minn kumpaniji li mhumiex soċjalment responsabbli u/jew jonqsu li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ governanza tajba, flimkien mal-offerti ta’ xiri meqjusa f’setturi li l-Istati Membri jqisu li huma strateġiċi, skont l-impenji internazzjonali tal-Unjoni Ewropea; |
|
106. |
Jitlob li jsir titjib fl-iżvilupp ta’ sħubijiet pubbliċi-privati; |
|
107. |
Huwa tal-fehma li sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-Ewropa 2020 u l-miri tal-klima u l-enerġija sal-2020, li l-politika ta’ appoġġ settorjali ma għandhiex titqies biss fil-kuntest tal-liġi tal-kompetizzjoni, iżda, fl-interessi tal-Ewropa, għandha tintuża b’mod proattiv, trasparenti u b’regoli ċari għat-tisħiħ tal-innovazzjoni, l-kompetittività u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti sostenibbli u waqt ristrutturar industrijali; jopponi skemi speċifiċi nazzjonali ta’ għajnuna mill-Istat li ma jikkonformawx mal-liġi u b'hekk joħolqu kundizzjonijiet mhux ugwali fir-rigward tal-kompetizzjoni; |
|
108. |
Huwa tal-opinjoni li l-politika tal-kompetizzjoni għandha, filwaqt li tirrispetta r-regoli tas-suq intern, tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ politika industrijali ambizzjuża; |
|
109. |
Jenfasizza li l-iżvilupp sostenibbli u ġust fis-settur industrijali jista' jintlaħaq aħjar mill-Istati Membri permezz tal-prinċipju tar-reċiproċità tal-politiki kummerċjali; jinnota li l-istrutturi reġjonali tan-netwerks u r-ragruppamenti kompetittivi m'għandhomx jiġu affettwati b'mod negattiv b'regoli u dispożizzjonijiet kummerċjali li ma jkunux simili li jaffettwaw b’mod partikolari lill-SMEs; |
|
110. |
Jisħaq, kif enfasizzat f’ħafna studji reċenti, li għajnuna settorjali tistimula t-tkabbir fejn ikun kompatibbli mal-preservazzjoni tal-kompetizzjoni fis-setturi kkonċernati, u fejn l-għoti tal-għajnuna jkun akkopjat ma’ mekkaniżmi li jiżguraw li l-proġetti li ma jkunux effettivi ma jirċivux aktar finanzjament; iħeġġeġ li l-għoti ta’ tali għajnuna tkun sistematikament suġġetta għal rekwiżit li l-attivitajiet megħjuna jibqgħu fl-UE għal mill-anqas ħames snin, u għal mill-anqas għaxar snin fil-każ ta’ attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp; |
|
111. |
F’dan il-kuntest, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-siti Ewropej ta’ negozji għandhom ikunu kapaċi jlaħħqu mal-kompetizzjoni internazzjonali, b’mod partikolari fil-qasam tat-teknoloġiji abilitanti essenzjali; |
|
112. |
Jemmen li l-kummerċ ħieles jibqa’ l-qofol għat-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa u għalhekk jitlob li ftehimiet kummerċjali futuri jitfasslu b’mod li jiffurmaw parti minn strateġija tal-politika industrijali bbażata fuq kompetizzjoni u reċiproċità ġusti u dinjin mis-sħab kummerċjali Ewropej; huwa tal-opinjoni li, sabiex jiġi kkunsidrat il-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli, it-tħassib soċjali u ambjentali u l-istandards relevanti għandhom jiġu riflessi fi ftehimiet ta’ kummerċ ħieles; iqis li għandhom jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-industriji Ewropej ma jkunux mhedda minn miżuri inġusti, kif qed jiġri bħalissa fl-industrija tal-enerġija mix-xemx; ifakkar li d-djalogi regolatorji ma’ sħab kummerċjali prinċipali għandhom jissaħħu biex jiġu evitati u jitneħħew l-ostakoli għall-kummerċ; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja b'mod strett il-leġiżlazzjoni ambjentali, il-politiki fuq ir-rati ta’ kambju, ir-regoli tal-għajnuna mill-istat u programmi ta’ appoġġ oħra adottati minn pajjiżi terzi li jikkompetu mal-UE; jitlob għall-kunsiderazzjoni ta’ strateġija ta’ investiment dirett barrani tal-UE fi swieq emerġenti biex tippermetti aċċess aħjar fi swieq ġodda u l-bini ta’ produzzjoni lokali; |
|
113. |
Iqis li, fil-kuntest multilaterali tal-WTO u ta’ suq trasparenti u regolat b'mod effikaċi, il-politika kummerċjali tal-UE għandha bżonn bażi produttiva effikaċi sostnuta minn politiki settorjali adegwati u intiża għat-tkabbir u għall-iżvilupp sostenibbli; |
|
114. |
Iqis li l-irkupru ekonomiku, appoġġat mid-deċiżjonijiet meħuda mill-UE u f'koordinament mal-Istati Membri, se jiffavorixxi opportunitajiet ġodda għall-impriżi Ewropej li kulma jmur qed jintalbu jikkompetu fi swieq dinjin, miftuħa u trasparenti; |
|
115. |
Iqis ukoll li l-linji gwida għal politika industrijali tal-UE għandhom jinkludu iktar omoġenjità fil-kontrolli tad-dwana, bħala strument neċessarju għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u għall-ħarsien tal-konsumaturi Ewropej; iqis li politika industrijali għandha tiżgura wkoll armonizzazzjoni tas-sistemi ta’ ġbir tad-dazji doganali tal-pajjiżi mal-fruntieri tal-UE biex jiġu evitati l-inugwaljanzi u d-dannu għall-interessi tal-importaturi u għall-iżvilupp tan-nisġa industrijali tal-UE;. |
|
116. |
Jenfasizza l-importanza kruċjali tal-kummerċ ħieles għall-iżvilupp tal-industrija Ewropea; |
|
117. |
Jitlob lill-Kummissjoni sabiex il-linji gwida tal-politika industrijali tal-UE jservu bħala bażi għall-istabbiliment ta’ strumenti leġiżlattivi konkreti għall-promozzjoni tal-kummerċ tal-UE; |
|
118. |
Jitlob lill-Kummissjoni mhux biss biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-industrija tal-UE fil-proposti legali tagħha iżda fl-istess ħin tiżgura li l-istess standards ambjentali fir-rigward tal-prodotti li jiġu prodotti fl-Unjoni Ewropea japplikaw ukoll għall-prodotti importati fis-suq uniku tal-UE, u tiffoka mhux biss biex tistabbilixxi dawn ir-regoli iżda biex tħarishom ukoll; |
|
119. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex twassal l-għanijiet stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Ewropa Globali u l-komunikazzjoni li ġejja dwar il-politika kummerċjali, speċjalment minn aċċess għas-suq ġdid ambizzjuż fiċ-Ċiklu ta’ Doha, inklużi l-ftehimiet settorjali, pereżempju l-kimiċi u l-makkinarju; |
|
120. |
Jitlob għall-preservazzjoni ta’ strumenti effettivi għad-difiża tal-kummerċ biex jiffaċċjaw prattiki kummerċjali inġusti, bħall-ipprezzar doppju rigward il-provvista ta’ materja prima u sussidji għall-industrija domestika; |
|
121. |
Jenfasizza li l-ideat u l-kompetenzi tal-impjegati għandhom jintużaw fir-ristrutturar tal- industrija, u għalhekk jinnota li l-konsultazzjoni għandha tkun wiesgħa kemm jista’ jkun; |
|
122. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħloq qafas legali għal negozjar kollettiv transkonfinali sabiex tikkontribwixxi fl-infurzar ta’ ftehimiet transkonfinali u biex tindirizza l-isfidi li jikkonċernaw l-organizzazzjoni tax-xogħol, il-kundizzjonijiet ta’ impjieg u t-taħriġ; |
|
123. |
Jenfasizza l-ħtieġa li meta tkun qed tiġi fformulata u implimentata politika industrijali fl-UE li tkun prevista l-kunsiderazzjoni għall-kundizzjonijiet li taħthom jintremew b'mod permanenti prodotti ta’ skart industrijali, speċjalment prodotti ta’ skart industrijali tossiku, sabiex jiġi żgurat li l-iskart industrijali ma jsirx piż ambjentali, ekonomiku u soċjali fuq il-komunitajiet kemm fi ħdan l-UE kif ukoll f’pajjiżi terzi; |
|
124. |
Jasserixxi li sorveljanza effikaċi tas-suq fis-suq intern kollu hija ta’ importanza kruċjali għall-ħarsien tal-industrija Ewropea kontra l-kompetizzjoni inġusta; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tressaq proposti ambizzjużi bil-ħsieb li tiġi rriformata s-sistema attwali tas-sorveljanza tas-suq, filwaqt li jiġi msaħħaħ ir-rwol tal-UE fil-koordinament tal-awtoritajiet nazzjonali inkarigati mis-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet doganali, u filwaqt li jiġi aċċertat li riżorsi adegwati jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha; |
|
125. |
Jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-istrateġija ta’ Regolamentazzjoni Aħjar u ttejjeb l-governanza tas-suq uniku, b'mod partikolari billi toħloq skemi ta’ “punt uniku fejn tinqeda minn kollox” u l-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet amministrattivi transkonfinali onlajn, filwaqt li tikkunsidra l-ħtiġijiet partikolari tal-SMEs; |
|
126. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-espansjoni, fi żminijiet ta’ kriżi, tal-ekonomija s-sewda u l-attivitajiet mhux iddikjarati hija element importanti fid-distorsjoni tal-kompetizzjoni; jitlob lill-amministrazzjonijiet kompetenti tal-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-ġlieda kontra dan il-fenomenu; |
|
127. |
Jenfasizza l-importanza tal-kontributi tal-ħaddiema għaż-żieda fit-tkabbir ekonomiku u l-progress; |
Industriji speċifiċi
|
128. |
Huwa konvint li, b’mod parallel ma’ approċċ orizzontali, inizjattivi speċifiċi settorjali għandhom jiġu llanċjati sabiex jiġu promossi aktar il-modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-kompetittività u s-sostenibbiltà ta’ setturi industrijali individwali, il-katini tal-provvista u servizzi assoċjati tagħhom permezz ta’ qsim tal-prattika tal-aqwa każ, iffissar tal-istandards, l-għoti ta’ punti ta’ referenza u għodda simili ħfief għat-tfassil tal-politika; jitlob:
|
|
129. |
Huwa tal-opinjoni li l-politika industrijali tal-UE għandha tkun ibbażata wkoll fuq proġetti konkreti li jġibu benefiċċji tanġibbli lin-negozji u liċ-ċittadini Ewropej, bħal pereżempju l-proġetti GMES, Galileo u ITER; |
|
130. |
Jirrimarka li l-industrija Ewropea kulma jmur aktar qed issir tiddependi mis-servizzi għall-impriżi u li għalhekk jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lil kull rabta prinċipali fil-katina tal-produzzjoni; jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu, f’dan il-kuntest, bir-rieda li wriet il-Kummissjoni li tagħti importanza akbar lil dawn l-interdipendenzi; |
|
131. |
Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li jsir progress rapidu fil-kapitolu tal-interkonnessjoni tal-impriżi Ewropej bħala mezz ta’ kif jiġu ggarantiti t-trasparenza u l-affidabilità tat-tagħrif kemm għall-produtturi kif ukoll għall-konsumaturi; |
|
132. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-industrija tat-turiżmu fl-UE, li hi d-destinazzjoni turistika ewlenija fid-dinja, u f’ċerti reġjuni fejn tirrappreżenta l-attività ekonomika prinċipali; jappoġġa l-istrateġija tal-Kummissjoni biex tagħti spinta lill-kompetittività tal-industrija tat-turiżmu permezz ta’ miżuri marbuta mal-kwalità, is-sostenibbiltà u t-tisħiħ tal-immaġni tal-Ewropa bħala destinazzjoni turistika; |
|
133. |
Jitlob lill-Kummissjoni tirrispetta l-pjanijiet ta’ direzzjoni u l-konklużjonijiet żviluppati f’approċċi industrijali speċifiċi; jemmen li dawn il-pjanijiet ta’ direzzjoni jipprovdu industrija b’ċertezza tal-ippjanar fit-tul u huma għodda ta’ valur biex tibqa' kompetittiva; |
Responsabbiltà
|
134. |
Huwa tal-fehma li l-industrija u l-partjiet interessati Ewropej għandhom iżidu l-investimenti u l-impenji korporattivi, soċjali u ambjentali tagħhom u għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżviluppaw kundizzjonijiet ta’ qafas favorevoli; jemmen li l-industrija għandha żżomm l-investimenti u l-produzzjoni fl-Ewropa, għandha tikkonsolida l-isforzi tagħha stess tar-riċerka, u tistinka biex ikun hemm tkabbir sostenibbli, innovazzjoni u impjiegi b'rimunerazzjoni ġusta; jemmen li l-industrija għandha rwol fl-iżvilupp ta’ kultura ġdida tal-kwalifiki billi toffri opportunitajiet tajbin għal taħriġ ta’ kwalità għolja, aktar innovazzjonijiet sostenibbli għall-prodotti u l-proċessi u għandha tidħol fi sħubijiet strateġiċi fl-Ewropa meta dan ikun possibbli; |
|
135. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ifasslu kunċetti ġodda ta’ medjazzjoni għall-monitoraġġ u l-bini ta’ infrastrutturi ġodda u biex jimplimentawhom bil-għan li jissaħħaħ l-involviment taċ-ċittadini, sabiex isiru possibbli bla dewmien infrastrutturi meħtieġa għat-tiġdid sostenibbli tal-bażi industrijali (pereżempju netwerks “intelliġenti”, turbini tar-riħ, rotot ferrovjarji ġodda); |
|
136. |
Jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li l-kriżi ekonomika dinjija wriet b’mod ċar il-ħtieġa għall-kumpaniji biex jaġixxu b’diliġenza dovuta f’konformità sħiħa mal-prinċipji tas-CSR fir-rigward tal-governanza korporattiva tajba kif ukoll ir-rispett tal-eċċellenza ambjentali u soċjali; |
Reġjuni
|
137. |
Jenfasizza li l-istrutturi reġjonali jagħtu kontribut importanti għat-tisħiħ tal-industrija fl-Ewropa; iqis li r- raggruppamenti kompetittivi u netwerks ta’ innovazzjoni (negozji, universitajiet, ċentri ta’ riċerka, servizzi ta’ teknoloġija, istituti ta’ taħriġ, eċċ.) u r-rabtiet bejn kumpaniji (katini ta’ valur miżjud, sinerġiji) u ma’ atturi oħra huma essenzjali għal deċiżjonijiet ta’ investiment; għal din ir-raġuni, huwa tal-opinjoni li:
|
|
138. |
Jagħraf il-kontribut tal-industrija Ewropea għall-viżjoni ta’ koeżjoni soċjoekonomika u territorjali u jqis li industrija b’saħħitha hija kundizzjoni indispensabbli għat-tkabbir ekonomiku u l-istabbiltà soċjali tar-reġjuni Ewropej; |
|
139. |
Jitlob, għalhekk, li jiġu sfruttati u msaħħa b’mod ikkunċertat il-kompetenzi xjentifiċi u teknoloġiċi diġà disponibbli fir-reġjuni, partikolarment fil-qasam tat-teknoloġiji fundamentali, u biex issir aktar enfasi fuq il-politiki tar-ragruppamenti; |
|
140. |
Jindika: li l-implimentazzjoni progressiva tal-infrastrutturi diġitali u t-teknoloġiji innovattivi xierqa hi element strateġiku biex tiżdied il-kompetittività tar-reġjuni u l-industriji tal-UE; li s-settur tal-ICT jiżvolġi rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-produttività tas-setturi industrijali l-oħra; li l-infrastrutturi moderni tal-komunikazzjoni b’kapaċità għolja ta’ trażmissjoni għandhom jiġu istallati l-aktar fir-reġjuni b'anqas servizzi; u li din il-miżura tista’ tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-investiment pubbliku u privat, u, b'mod sinjifikanti, tgħin fit-titjib tal-kwalità tal-litteriżmu diġitali tal-impriżi; |
*
* *
|
141. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0223.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0209.
(3) ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 65.