|
18.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 390/69 |
Il-Ħamis 23 ta’ Ġunju 2011
Elezzjoni ta' Viċi President (interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
P7_TA(2011)0298
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-23 ta' Ġunju 2011 dwar l-elezzjoni ta' Viċi President (interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
2012/C 390 E/10
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-15 ta' Ġunju 2011 tal-President tal-kumitat għall-affarijiet kostituzzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 211 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
1. |
jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 13(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu: "Jekk ikun meħtieġ li jittieħed il-post ta' Viċi President wieħed, u jkun hemm kandidat wieħed biss, dan jistà jiġi elett b'akklamazzjoni. Il-President għandu diskrezzjoni biex jiddeċiedi jekk l-elezzjoni ssirx b'akklamazzjoni jew b'vot sigriet. Il-kandidat elett għandu jieħu l-post tal-predeċessur tiegħu fl-ordni ta' preċedenza." |
|
2. |
jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi d-deċiżjoni tal-Parlament, għall-informazzjoni, lill-Kummissjoni. |