11.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 380/152 |
It-Tlieta 7 ta’ Ġunju 2011
Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ Agnes Hankiss
P7_TA(2011)0247
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ġunju 2011 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ Ágnes Hankiss (2010/2213(IMM))
2012/C 380 E/23
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Ágnes Hankiss, imressqa mill-Qorti Ċentrali tad-Distrett ta’ Buda fis-6 ta’ Lulju 2010, u mħabbra fis-seduta plenarja tas-6 ta’ Settembru 2010, |
— |
wara li sema' lil Ágnes Hankiss fil-11 ta’ April 2011, bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta’ April 1965, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta’ Settembru 1976, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Mejju 1964, tal-10 ta’ Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta’ Ottubru 2008 u tad-19 ta’ Marzu 2010 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0196/2011), |
A. |
billi l-Qorti Ċentrali tad-Distrett ta’ Buda, Budapest, talbet it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ Ágnes Hankiss, Membru tal-Parlament, sabiex jitmexxa proċediment kriminali ġdid kontra Ágnes Hankiss kif ordnat mis-sentenza tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Ungerija, |
B. |
billi t-tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ Ágnes Hankiss tirrigwarda allegat reat ta’ malafama skont is-Sezzjoni 181 tal-Kodiċi Kriminali tal-Ungerija wara dikjarazzjoni magħmula tul il-programm "Péntek 8 mondatvadász" fit-23 ta’ Jannar 2004, |
C. |
billi Ágnes Hankiss kienet akkużata mill-kwerelant privat f'denunċja tat-18 ta’ Frar 2004 u li ġiet ippreżentata lill-Qorti Ċentrali tad-Distrett ta’ Buda fit-23 ta’ Frar 2004; billi l-Qorti Ċentrali tad-Distrett ta’ Buda ħarġet is-sentenza tagħha fit-28 ta’ Ġunju 2005, li ġiet appellata fil-Qorti Muniċipali ta’ Budapest u annullata mill-istess Qorti fit-3 ta’ Frar, 2006, |
D. |
billi, minħabba f'hekk il-każ ġie riferut lura lill-Qorti Ċentrali tad-Distrett ta’ Buda, li fis-6 ta’ Frar 2009, ħelset lill-Ágnes Hankiss mill-akkużi; billi l-kwerelant ressaq appell kontra din is-sentenza fil-Qorti Muniċipali ta’ Budapest, li, fil-25 ta’ Marzu 2009, iddeċiedet li tikkonferma s-sentenza tal-Qorti Distrettwali fuq ir-raġunijiet kollha, |
E. |
billi fit-12 ta’ Novembru 2009 l-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Ungerija annullat iż-żewġ sentenzi minħabba ksur tal-liġi sostantiva u tat istruzzjonijiet lill-Qorti Ċentrali tad-Distrett ta’ Buda biex tmexxi proċediment ġdid, |
F. |
billi Ágnes Hankiss ilha Membru tal-Parlament sa mill-15 ta’ Lulju 2009, |
G. |
billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew il-Membri tiegħu għandhom igawdu fit-territorju tal-Istat tagħhom stess l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament ta’ pajjiżhom; u billi dan ma jwaqqafx lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jneħħi l-immunità ta’ wieħed mill-Membri tiegħu, |
H. |
billi s-Sezzjoni 552(1) tal-Att dwar il-Proċedimenti Kriminali tal-Ungerija jirrikjedi li jiġu sospiżi l-proċedimenti kriminali kontra persuna li tgawdi l-immunità u li tintalab it-tneħħija tal-immunità, u billi s-Sezzjoni 551(1) ta’ dak l-Att jistipula li proċedimenti kriminali jistgħu jitnedew biss kontra, inter alia, Membru tal-Parlament Ewropew wara s-sospensjoni tal-immunità, |
I. |
billi s-Sezzjoni 12(1) tal-Att LVII tal-2004 jistipula li talba għat-tneħħija tal-immunità f'każijiet soġġetti għal azzjoni privata, għandha ssir mill-Qorti lill-President tal-Parlament, |
J. |
billi fil-proċedimenti l-ġodda ta’ wara l-annullament, Ágnes Hankiss iddikjarat li hi kienet Membru tal-Parlament u għalhekk il-Qorti Ċentrali tad-Distrett ta’ Buda, abbażi tas-Sezzjoni 552(1) tal-Att Ungeriż dwar il-Proċedimenti Kriminali u s-Sezzjoni 12 Att LVII tal-2004, iddeċidiet li tissospendi l-proċedimenti u talbet għat-tneħħija tal-immunità, |
K. |
billi, għalhekk jixraq li jirrakkomanda t-tneħħija tal-immunità parlamentari f'dan il-każ, |
1. |
Iddeċieda li jneħħi l-immunità parlamentari ta’ Ágnes Hankiss; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika ta’ l-Ungerija u lil Ágnes Hankiss. |
(1) Kawża 101/63 Wagner vs Fohrmann u Krier [1964] Ġabra 195, Kawża 149/85 Wybot vs Faure et [1986] Ġabra 2391, Kawża T-345/05 Mote vs Il-Parlament [2008] ECR II-2849, Kawżi Magħquda C-200/07 u C-201/07 Marra vs De Gregorio u Clemente [2008] ECR I-7929, u Kawża T-42/06 Gollnisch vs Il-Parlament.