|
17.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 247/21 |
Il-Ħamis 24 ta’ Marzu 2011
Eżerċizzju tad-drittijiet tal-Parlament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (interpretazzjoni tal-Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura)
P7_TA(2011)0119
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2011 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Parlament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (interpretazzjoni tal-Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura)
2012/C 247 E/07
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tat-22 ta’ Marzu 2011 tal-President tal-kumitat dwar l-affarijiet kostituzzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 211 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
1. |
jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja dwar l-Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu: L-Artikolu 90, paragrafu 6, jistabilixxi proċedura speċifika għad-deċiżjoni tal-Parlament dwar l-eżerċitar tad-dritt li l-Qorti tal-Ġustizzja tintalab, skont l-Artikolu 218 paragrafu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tagħti opinjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ xi ftehima internazzjonali mat-trattati. Din id-dispożizzjoni hija “lex specialis” li tipprevali fuq ir-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 128. Meta il-Parlament jeżerċita d-dritt tiegħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-att in kwistjoni ma jkunx kopert bl-Artikolu 128, il-proċedura stipulata f'dan l-Artikolu tapplika b'analoġija. |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament, għall-informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |