52011DC0790

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL L-ewwel Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE /* KUMM/2011/0790 finali */


KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

L-ewwel Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE

I. Introduzzjoni

F’Lulju ta' din is-sena, estremista tal-lemin fin-Norveġja jwettaq attakk terroristiku devastanti. F’Awwissu, l-awtoritajiet pubbliċi fir-Renju Unit issekwestraw 1.2 tunnellati kokaina f’qabda rekord. Fl-Unjoni Ewropea kollha, l-attakki ċibernetiċi jikkawżaw dejjem aktar tfixkil fis-sistemi tal-kompjuter pubbliċi u privati. Dawn huma tfakkiriet qawwija tal-importanza għal azzjoni kontra t-theddid tas-sigurtà interna.

‘L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni’[1], adottata f’Novembru 2010 fasslet il-prijoritajiet għall-UE biex tiffoka fuq l-erba’ snin li ġejjin, li huma: (1) it-tfixkil tan-netwerks kriminali internazzjonali, (2) il-prevenzjoni tat-terroriżmu u li jiġu indirizzati r-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ, (3) jiżdiedu l-livelli tas-sigurtà għaċ-ċittadini u n-negozji fl-ispazju ċibernetiku, (4) tissaħħaħ is-sigurtà permezz tal-ġestjoni tal-fruntieri u (5) tiżdied ir-reżistenza tal-Ewropa għall-kriżijiet u d-diżastri.

Hekk kif jitfaċċaw u jevolvu t-theddidiet tas-sigurtà, l-UE trid tkun lesta li tirreaġixxi. Il-valutazzjonijiet tat-theddid u r-riskji regolari minn organizzazzjonijiet tal-UE bħall-Europol, il-Eurojust, il-Frontex u ċ-Ċentru tas-Sitwazzjoni Konġunta tal-UE (SitCen) huma neċessarji.

Ir-rapport tal-Europol[2] l-aktar riċenti jidentifika tliet theddidiet emerġenti ta’ tħassib partikolari:

L-ewwel, kwistjonijiet relatati man-natura b’pass mgħaġġel tat- teknoloġija tal-internet . L-internet issa huwa parti integrali u indispensabbli tal-ħajjiet ta' kuljum taċ-ċittadini tal-UE iżda qed isir ukoll mezz ewlieni li jiffaċilita ħafna firxa wiesgħa ta' attivitajiet kriminali u strument għall-propaganda terroristika. Id-dipendenza dejjem tiżdied fuq it-teknoloġija tal-internet tagħmel is-soċjetà tagħna aktar vulnerabbli għall-attakki tal-aċċess mhux awtorizzat ta’ profil għoli li jistgħu jimmiraw l-amministrazzjonijiet, is-sistemi tal-kontroll industrijali jew il-banek.

It-tieni, l-implikazzjonijiet potenzjali tal- kriżi ekonomika li għaddejja . Ir-restrizzjoni finanzjarja li kulma jmur qed tiżdied tista’ tnaqqas ir-riżorsi disponibbli għall-awtoritajiet pubbliċi biex jiġġieldu t-theddid tas-sigurtà interna. Għal dan ma hemmx soluzzjoni ovvja u immedjata - imma jeħtieġ li lkoll inkunu konxji tal-limiti u l-konsegwenzi tagħhom.

It-tielet, l-impatt tal-UE fuq id- dimensjoni esterna tas-sigurtà . Is-sigurtà interna tal-UE hija marbuta mill-qrib mas-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-viċinat tagħha kif muri mill-avvenimenti riċenti fid-dinja Għarbija. Dawn l-avvenimenti ta’ inkoraġġiment li jġibu d-demokrazija u l-prosperità lir-reġjun ħolqu wkoll movimenti konsiderevoli ta' nies li poġġew aktar pressjoni fuq il-kapaċijtajiet tal-ġestjoni tal-fruntieri tal-pajjiżi tal-viċinat inkluża l-fruntiera esterna tal-UE. Bl-istess mod, iċ-ċaqliq kontinwu tan-nies u d-differenzi fil-governanza jistgħu joħolqu kundizzjonijiet għal żieda fl-attività kriminali u terroristika fiż-żona tas-Sahel. Lejn ix-Xlokk tal-UE, il-Pajjiżi tal-Balkani tal-Punent ikomplu jkunu sors ta’ tħassib minħabba l-attivitajiet persistenti tal-kriminalità organizzata transnazzjonali bħat-traffikar illeċitu tad-drogi, tal-bnedmin u l-oġġetti ffalsifikati.

Il-ħtieġa għall-kooperazzjoni tal-UE biex tiffaċċja dawn l-isfidi qatt ma kienet akbar. L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet identifikati se tkun neċessarja fis-snin li ġejjin. Iżda dan mhux se jkun biżżejjed. Dawn l-objettivi strateġiċi jeħtieġ li jiġu tradotti fi pjanijiet u azzjonijiet konkreti. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tilqa’ l-metodoloġija taċ-ċiklu tal-Politika tal-Armonija tal-UE li se tittraduċi l-prijoritajiet politiċi u l-valutazzjonijiet tat-theddid fi pjanijiet tal-azzjoni operazzjonali speċifikament fiż-żoni ta’ kriminalità internazzjonali serja u organizzata, il-ġestjoni ċibernetika u tal-fruntieri permezz tat-twettiq tat-tmien prijoritajiet kif mitfiehem mill-Kunsill[3].

Billi titmexxa ’l quddiem l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna fl-Azzjoni, il-Kummissjoni se tkompli tiżgura rispett sħiħ għall-istat tad-dritt u l-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali, inklużi d-drittijiet privati tal-individwi.

Ir-rapport li ġej jipprovdi valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ISS fl-Azzjoni fl-2011. Dan ifassal l-istat tas-sigurtà interna fl-UE fiż-żona ta’ kull wieħed mill-ħames objettivi tal-ISS[4] u jipprovdi ħarsa ’l quddiem għall-azzjonijiet fl-2012. Valutazzjoni dettaljata tal-miżuri implimentati fl-2011 tista’ tinstab fl-Anness.

II. L-istat tas-sigurtà interna tal-UE

1. Kriminalità organizzata/netwerks tal-kriminalità internazzjonali

Qed jitfaċċa xenarju kriminali ġdid, li huwa kkaratterizzat dejjem aktar minn gruppi mobbli u flessibbli ħafna li joperaw f’ġuriżdizzjonijiet multipli u setturi kriminali u megħjuna b’mod partikolari mill-użu illeċitu mifrux tal-internet. Il-gruppi bl-aħjar riżorsi ġabru diversi portafolji ta’ interessi tan-negozju kriminali biex b'hekk tejbu r-reżistenza tagħhom fi żmien ta’ osterità ekonomika u saħħew il-kapaċità tagħhom biex jidentifikaw u jisfruttaw is-swieq illeċiti ġodda. Attivitajiet li jinvolvu livelli baxxi ta’ riskju perċepit bħall-frodi tal-kreditu tal-karbonju, il-frodi ta’ karti tal-ħlas u l-falsifikazzjoni ta’ prodotti varji qed jiġbdu aktar interess tal-gruppi kriminali stabbiliti.

Għalkemm l-għanijiet tal-gruppi terroristiċi u tal-kriminalità organizzata huma differenti, il-konnessjonijiet bejn l-attivitajiet tagħhom jidhru li qed jikbru. Il-kriminalità qed tintuża b’mod estensiv għall-finanzjament ta’ attivitajiet terroristiċi[5]. Il-gruppi terroristiċi jistgħu jkunu involuti direttament fil-kriminalità organizzata jew affiljati ma’ kriminali individwali u gruppi kriminali f’oqsma bħat-traffikar tal-armi u d-drogi, tal-bnedmin jew tal-frodi finanzjarja, il-ħasil tal-flus u l-estorsjoni.

Il-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-awtoritajiet hija element essenzjali biex jintlaħqu l-isfidi tas-sigurtà interna tal-UE. Madankollu, l-istrumenti disponibbli għall-iskambju tal-informazzjoni, b’mod partikolari fl-Inizjattiva Svediża[6] u d-Deċiżjonijiet Prüm[7], għadhom mhux implementati kompletament fl-Istati Membri. Għadha meħtieġa aktar koerenza u konsolidazzjoni tal-iskambju tal-informazzjoni għall-infurzar tal-liġi.

Iċ-ċittadini Ewropej irid ikollhom l-assigurazzjoni li t-tfixkil effettiv tan-netwerks kriminali huwa kkumplimentat mill-koordinazzjoni tal-prosekuzzjonijiet effiċjenti u ġusti. Madankollu, għadhom iridu jiġu ratifikati u implimentati strumenti varji għall-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-infurzar tal-liġi mill-Istati Membri kollha[8]. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti differenti tal-Istati Membri fir-rigward tat-tiftix u s-sekwestru transkonfinali jistgħu jxekklu l-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet urġenti fil-ġuriżdizzjonijiet differenti. L-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew jirrinforza l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku u jindirizza d-diffikultajiet preżenti fil-kisba tal-informazzjoni u l-evidenza fil-każijiet tal-fruntieri transkonfinali.

Il-valur globali tal-assi ffriżati u kkonfiskati fl-UE jibqa’ baxx meta mqabbel mal-ġid stmat tal-organizzazzjonijiet kriminali. Jeħtieġ li jsir aktar biex l-assi kriminali jiġu monitorjati u traċċati b'mod aktar effettiv. Il-kriminali organizzati qed ifittxu li jerġgħu jinvestu f’attivitajiet legali li jfisser li hemm ħtieġa għal regoli aktar b’saħħithom għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u ffukar operazzjonali akbar fuq il-mezzi li bihom il-kriminali jinfiltraw fl-ekonomija leċita.

Fl-2011, biex issaħħaħ l-għodda fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-Kummissjoni adottat fost l-oħrajn pakkett dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u kif ukoll dwar il-konfiska ta' assi kriminali u pproponiet leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ġbir tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri fuq titjiriet li jidħlu jew iħallu t-territorju tal-UE.

It-triq ’il quddiem fl-2012

Il-Kummissjoni se:

- Tadotta pakkett ta' konfiska u rkupru ta' assi kriminali;

- tippreżenta proposta dwar ir-riforma tal-Europol u s-CEPOL flimkien mal-Iskema ta’ Taħriġ Ewropew;

- tippreżenta proposta dwar ir-riforma tal-Eurojust;

- ikollha l-iskop li tikkonkludi żewġ Ftehimiet ġodda PNR mal-Istati Uniti u l-Kanada;

- taħdem lejn l-adozzjoni tal-proposta tagħha għal Direttiva dwar il-ġbir tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri;

- tippreżenta Komunikazzjoni dwar il-Mudell Ewropew tal-Iskambju tal-Informazzjoni;

- tiżviluppa strateġija tal-investigazzjoni finanzjarja;

- tippreżenta proposta għal Direttiva riveduta dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus/il-ġlieda kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu;

- toħroġ strateġija integrata għal ħames snin dwar it-traffikar tal-bnedmin.

L-Istati Membri huma inkoraġġuti biex:

- jimplimentaw l-azzjonijiet previsti fiċ-Ċiklu tal-Politika tal-UE;

- isaħħu l-isforzi biex jiżviluppaw approċċ amminsitrattiv li jinvolvi l-entitajiet tas-settur pubbliku kollha, mhux biss l-entitajiet tal-infurzar tal-liġi, biex jipproteġu l-ekonomija mill-kriminalità u l-korruzzjoni;

- jagħmlu aktar progress fl-istabbilitiment ta’ uffiċċji tal-irkupru tal-assi effettivi u fil-faċilitazzjoni tal-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattika;

- jirratifikaw u jimplimentaw l-istrumenti eżistenti għall-kooperazzjoni tal-infurzar ġudizzjarju u tal-liġi u l-iskambju tal-informazzjoni, inkluża l-Inizjattiva Svediża, id-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta u d-Deċiżjonijiet Prüm u kif ukoll il-konvenzjonijiet dwar it-trasferiment tal-proċeduri u dwar l-għajnuna reċiproka fil-materji kriminali; u

- jittrasponu d-Direttiva dwar it-traffikar tal-bnedmin mingħajr dewmien.

2. Terroriżmu u radikalizzazzjoni

Għaxar snin wara l-avvenimenti tad-9/11, l-istatistika dwar it-terroristi suspettati tindika li t-terroriżmu Iżlamiku jibqa’ t-theddida prevalenti għall-UE. Minkejja dan, l-avvenimenti traġiċi fin-Norveġja f’Lulju li ġej ifakkruna li t-theddida kkawżata mit-terroriżmu mhijiex limitata għal sett singolu ta’ ideoloġiji jew motivazzjonijiet politiċi jew reliġjużi. L-Ewwel Netwerk ta' Rispons stabbilit wara l-attakki terroristiċi tal-2005 f'Londra, ġie attivat għall-ewwel darba wara l-attakk fin-Norveġja u wera li kien ta' użu.

It-terroriżmu li żviluppa lokalment u r-radikalizzazzjoni taċ-ċittadini tal-UE qed isiru dejjem aktar sors ta’ tħassib. L-UE teħtieġ li tibqa ’l quddiem mill-iżviluppi kemm fit-termini tal-proċess ta’ radikalizzazzjoni u t-teknoloġija użata. In-Netwerk dwar is-Sensibilizzazzjoni tar-Radikalizzazzjoni tal-UE li tnieda f’Settembru 2011 huwa mfassal biex jiffaċilita l-kondiviżjoni tal-għarfien, iżid l-għarfien u jidentifika soluzzjonijiet ġodda u kreattivi biex jiġġieled l-estremiżmu vjolenti. Il-Kummissjoni se tiżgura li jittieħed approċċ koerenti mal-EEAS u l-koordinatur tal-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu biex jiġi miġġieled l-estremiżmu vjolenti kemm fi ħdan l-UE u esternament.

Ir-riskju tar-radikalizzazzjoni tal-individwi ma jistax jiġi eliminat kompletament. Għalhekk, l-inizjattivi li jevitaw l-aċċess tat-terroriżmu għall-finanzjament u l-materjali u li jtejbu s-sigurtà tat-trasport se jkunu kritiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. Fl-2010, il-Kummissjoni proponiet pjan ta’ azzjoni tal-UE biex issaħħaħ s-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru b’regoli ġodda u definizzjoni tal-kriterji għall-identifikazzjoni tal-merkanzija ta' riskju kbir u issa għaddiet għall-aħħar stadju tal-iżvilupp ta' valutazzjoni tar-riskji tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE. Barra minn hekk, l-iskambju tal-informazzjoni mtejjeb mal-Europol u l-Eurojust jiffaċilita kemm il-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni sussegwenti tal-attività terroristika.

It-triq ’il quddiem fl-2012

Il-Kummissjoni se:

- torganizza konferenza ta' livell għoli dwar il-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti bl-appoġġ tan-Netwerk dwar is-Sensibilizzazzjoni tar-Radikalizzazzjoni tal-UE;

- tipprepara sett ta’ proposti li jindirizza l-użu tal-internet mit-terroristi, li jesplora l-mezzi għall-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni online;

- tipproponi strument leġiżlattiv dwar l-iffriżar tal-assi biex tiġġieled it-terroriżmu u l-attivitajiet relatati;

- tirrevedi d-Direttiva dwar id-deżinjazzjoni tal-Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea;

- tippreżenta rapport ta’ nofs il-perjodu dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tas-CBRN tal-UE u reviżjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Isplussivi tal-UE; u

- tipproponi opzjonijiet għall-istabbiliment ta’ Sistema tal-UE ta’ Traċċar ta’ Finanzjament tat-terroriżmu bbażata fuq diskussjonijiet mal-Kunsill u l-Parlament Ewropew; u

- tipproponi opzjonijiet għat-tisħiħ ulterjuri tas-sigurtà tat-trasport, b'lenti partikolari fuq kwistjonijiet ta' trasport bl-art.

L-Istati Membri huma inkoraġġuti biex:

- jimplimentaw il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru; u

- jżidu l-isforzi biex jiġġieldu l-estremiżmu vjolenti.

3. Ċiberkriminalità u ċibersigurtà

L-UE hija mira prinċipali għaċ-ċiberkriminalità notevolment minħabba l-infrastruttura tal-internet avvanzata tagħha, l-użu wiesa' u l-ekonomiji dejjem jiżdiedu li l-medjazzjoni tagħhom issir minn fuq l-internet u s-sistemi tal-ħlas. Bħala konsegwenza tal-pass u s-sofistikazzjoni tal-iżvilupp teknoloġiku, iċ-ċiberkriminalità qiegħda dejjem tevolvi. t-tendenzi ġodda tat-teknoloġija bħat-tkabbir tal-cloud computing u ż-żieda fl-użu tal-apparat ċellulari jagħtu lok għal theddid addizzjonali lill-utenti u jintensifikaw l-isfidi ffaċċjati bl-infurzar tal-liġi.[9] L-użu mifrux tat-teknoloġija tal-internet fl-UE qanqlet ukoll espansjoni li qatt ma kien hemm bħala fis-swieq, għal materjal tal-abbuż tat-tfal u s-serq tal-propjetà intellettwali.

L-internet ma għandux fruntieri iżda l-ġuriżdizzjoni għall-prosekuzzjoni taċ-ċiberkriminalità xorta tieqaf fil-fruntieri nazzjonali. L-Istati Membri jeħtieġ li jgħaqqdu l-isforzi tagħhom fuq il-livell tal-UE biex ipoġġu fis-seħħ rispons komuni. Dan jinkludi wkoll aktar użu estensiv tal-kapaċitajiet eżistenti tal-aġenziji tal-UE. Il-kooperazzjoni mal-imsieħba internazzjonali se ssaħħaħ ukoll l-abbiltà tal-UE biex tiffaċċja ċ-ċiberkriminalità.

Fl-2011 saru kisbiet biex tiġi ppreparata l-bażi għaċ-Ċentru taċ-Ċiberkriminalità Ewropew u kif ukoll għall-appoġġ għall-Istati Membri fit-twaqqif tal-Iskwadri ta’ Rispons f’Emerġenża relatata mal-Kompjuters Nazzjonali/Governattivi. Il-grupp ta' ħidma tal-UE/l-Istati Uniti dwar iċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberkriminalità kien ta’ suċċess fil-wasla ta’ riżultati mill-kooperazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-pornografija tat-tfal sal-eżerċizzji konġunti dwar kif jiġu evitati ċ-ċiberattakki.

It-triq ’il quddiem fl-2012

Il-Kummissjoni se:

- Tiżviluppa strateġija Ewropea kumplessiva għas-sigurtà tal-internet;

- tagħmel l-arranġamenti kollha għall-konfigurazzjoni taċ-Ċentru taċ-Ċiberkriminalità Ewropew li għandu jiġi stabbilit sal-2013; u

- tibni fuq ix-xogħol li sar mill-grupp ta’ ħidma tal-UE/l-Istati Uniti dwar iċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberkriminalità, u tagħti bidu għal kooperazzjoni ma' msieħba internazzjonali oħra.

L -Istati Membri huma inkoraġġuti biex:

- jimplimentaw l-azzjonijiet fiċ-Ċiklu tal-Politika tal-UE;

- ikomplu bl-isforzi biex jiżviluppaw għarfien taċ-ċiberkriminalità nazzjonali u kapaċitajiet tat-taħriġ u jwaqqfu ċentri ta' eċċellenza;

- jirratifikaw il-Kunsill tal-Konvenzjoni Ewropea dwar iċ-Ċiberkriminalità; [10]

- jistabbilixxu l-Iskwadri ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters Nazzjonali/Governattivi (CERTs) u joħolqu netwerk li jiffunzjona sew;

- U jtejbu s-sistemi ta’ rappurtar għaċ-ċiberkriminalià.

4. Ġestjoni tal-fruntieri

Matul l-2011, l-Istati Membri u l-Frontex kellhom isaħħu l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu l-pressjoni dejjem tiżdied fuq il-fruntieri esterni tal-UE. Sa mill-iskjerament tal-‘Operazzjoni Hera’ mill-2006, il-Frontex irnexxielu jagħlaq ir-rotta tal-migrazzjoni irregolari mill-Afrika tal-Punent għall-Gżejjer Kanarji. Għad hemm każijiet kbar ta' kutrabandu matul il-fruntiera tal-Lvant tal-UE. Madankollu, din is-sena l-Kummissjoni ppreżentat firza ta' azzjonijiet li jridu jittieħdu biex dan jiġi ttrattat.[11] Il-fruntiera marittima tal-Mediterran u l-fruntiera fuq l-art mat-Turkija huma fil-preżent, u x’aktarx ikomplu jkunu punti prinċipali għall-qsim tal-fruntiera irregolari fl-UE.

Wara l-avvenimenti riċenti fl-Afrika ta’ Fuq, ’il fuq minn 50,000 migranti daħlu fl-UE minn naħa għal oħra tal-fruntiera marittima tal-Mediterran, ħafna drabi ffaċilitati min-netwerks kriminali. L-iskjerament tal-'Operazzjoni Konġunta Hermes' tal-Frontex fi Frar 2011 kien strumentali fil-viġilanza ta' din ir-rotta. Bl-istess mod, l-Iskwadra ta' Intervent Rapidu fil-Fruntieri (RABIT) tal-Frontex li għall-ewwel darba provdiet appoġġ għall-ġestjoni tal-fruntieri fil-fruntiera tal-art tal-Greċja-it-Turkija, ikkontribwiet għal tnaqqis ta’ 75 % fin-numru ta’ qsim irregolari waqt l-iskjerament tagħha.

F’Jannar 2011, il-Kummissjoni ppreżentat il-qafas tas-Sistema ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri Ewropej (l-EUROSUR). Ġie mniedi proġett pilota fuċ il-fruntiera esterna tal-art/il-baħar mill-FRONTEX b'kollaborazzjoni mal-Istati Membri. Dan informa l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni dwar il-EUROSUR li se tiġi ppreżentata f'Diċembru tal-2011, bil-ħsieb li din tibda taħdem fl-2013.

Il-ġestjoni tal-fruntieri esterni trid tkabbar is-sigurtà u wkoll tiffaċilita l-ivvjaġġar. B’dawn l-objettivi f’moħħha, fl-2011 il-Kummissjoni ppreżentat proposti għal valutazzjoni u sistema ta’ monitoraġġ ta’ Schengen imtejba u analiżi tal-istabbiliment potenzjali tas-sistemi tad-Dħul/Ħruġ u l-Vjaġġatur Reġistrat kif mitlub mill-Kunsill Ewropew.

It-triq ’il quddiem fl-2012

Il-Kummissjoni se:

- tippreżenta proposti bbażati fuq ir-riżultati tad-diskussjonijiet dwar il-Komunikazzjoni tal-Fruntieri Intelliġenti (Sistema tad-Dħul/Ħruġ u Programm tal-Vjaġġatur Reġistrat); u

- tagħmel suġġerimenti għal titjib fil-koordinazzjoni tal-kontrolli tal-fruntieri mwettqa minn awtoritajiet nazzjonali differenti (il-pulizija, l-għassiesa tal-fruntiera u d-dwana).

L-Istati Membri huma inkoraġġuti biex:

- jimplimentaw l-azzjonijiet previsti fi ħdan iċ-Ċiklu tal-Politika tal-UE;

- ikompli bl-isforzi tagħhom fir-rigward tal-istabbiliment tal-EUROSUR; u

- jipparteċipaw b’mod attiv fid-djalogi tal-migrazzjoni, il-mobbiltà u s-sigurtà mal-gvernijiet ġodda tal-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani.

5. Ġestjoni tal-kriżi u diżatru

Fis-snin riċenti, iċ-ċittadini Ewropej esperjenzaw diżastri varji, kemm jekk naturali jew ikkawżati mill-bniedem. It-theddida ta’ atti malizjużi bħal attakki terroristiċi jew ċibernetiċi, u rilaxxi ostili jew aċċidentali ta’ aġenti tal-mard u patoġeni tibqa’. It-terremot f'Aquila/l-Italja, il-kriżi tas-sħaba tan-nugrufun li rriżultat mill-eruzzjoni tal-vulkan fl-Islanda u l-attakk terroristiku ta’ Lulju fin-Norveġja rrinforza l-ħtieġa għall-UE biex iżżid il-kapaċità tal-ġestjoni tal-kriżi u d-diżastri tagħha. Barra minn hekk, l-inċident ta’ Fukushima xeħet dawl mhux biss il-potenzjal ta’ ktajjen kawżali ta’ avvenimenti – minn terremot għal tsunami għal kriżi nukleari – iżda wkoll l-impatt globali ta’ dawn l-avvenimenti pereżempju fuq it-trasport internazzjonali, is-sigurtà tad-dwana u tal-ikel, li jeħtieġu soluzzjonijiet kumplessi tal-ġestjoni tar-riskji .

Il-kumplessità u l-ambitu ta’ dawn l-isfidi jeħtieġu approċċ komprensiv għall-valutazzjoni tar-riskji, il-preparazzjoni tal-previżjonijiet u l-prevenzjoni, it-tħejjija u l-mitigazzjoni. Dan jeħtieġ li jingħaqdu l-politiki, l-istrumenti u s-servizzi differenti disponibbli għall-UE u l-Istati Membri.

Permezz tal-Europol, il-Frontex u ċ-Ċentru tas-Sitwazzjoni Konġunta tal-UE (SitCen), u ċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ u Informazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, l-UE hija kapaċi tuża ċertu kapaċità u kompetenza fil-ġbir tal-informazzjoni, l-analiżi, il-valutazzjoni tat-theddid u r-rispons ta’ emerġenza fiż-żoni differenti tas-sigurtà interna. Madankollu, waħda mill-isfidi prinċipali għas-snin li ġejjin se tkun li nersqu bil-mod lejn politika tal-ġestjoni tar-riskji koerenti li torbot il-valutazzjoni tat-theddid u tar-riskji mal-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki. Matul l-2011 saru l-ewwel passi biex f'din id-direzzjoni.

It-triq ’il quddiem fl-2012

Il-Kummissjoni se:

- tikkontribwixxi għal aktar żvilupp ta’ politika ta’ valutazzjoni tat-theddid u tar-riskji u tipprepara ħarsa ġenerali tar-riskji prinċipali naturali u kkawżati mill-bniedem li l-UE tista’ tiffaċċja fil-futur;

- tkompli tiżviluppa l-kapaċita tal-valutazzjoni strateġika tagħha, b’mod notevoli billi ġġib flimkien il-kompetenzi eżistenti tal-atturi differenti (l-Europol, il-Frontex u s-SitCen) fiż-żona tas-sigurtà interna; u

- tippreżenta proposta konġunta dwar l-implimentazzjoni tal-klawżola ta’ solidarjetà mar-Rappreżentant Għoli għall-Politika Esterna u ta' Sigurtà.

L-Istati Membri huma inkoraġġuti biex:

- jiżviluppaw valutazzjonijiet tat-theddid u tar-riskji regolari; u

- isostnu l-isforzi biex tiżdied il-kapaċità Ewropea ta’ rispons għad-diżastri.

III. Konklużjoni

Dan ir-rapport dwar is-Sigurtà Interna tal-UE jenfasizza wħud mill-kwistjonijiet li jeħtieġ li jkomplu jiġu kkunsidrati mill-Parlament Ewopew, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-soċjetà inġenerali.

It-theddidiet enfasizzati fl-ISS fl-Azzjoni ta’ Novembru 2010 mhumiex ta’ inqas sinifikat fl-2011 u għandhom ikomplu jkunu l-iffukar tal-azzjonijiet tal-UE fuq is-sigurtà interna.

Inkiseb progress konsiderevoli fil- ġlieda kontra l-kriminalità organizzata , b’mod partikolari bil-proposta għal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ġbir tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri fuq titjiriet li jidħlu jew iħallu t-territorju tal-UE u l-pakkett dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Jeħtieġ li jsir aktar progress dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-infurzar tal-liġi u dwar l-iżvilupp tal-approċċ amministrattiv fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja.

Fir-rigward tat- terroriżmu u r-radikalizzazzjoni , il-kisbiet jinkludu b’mod partikolari l-istabbiliment tan-Netwerk Ewropew dwar is-Sensibilizzazzjoni tar-Radikalizzazzjoni. L-adozzjoni ta’ Komunikazzjoni dwar is-Sistema ta’ Traċċar ta’ Finanzjament tat-Terroriżmu tal-UE huwa wkoll pass importanti ’l quddiem. Madankollu, huma meħtieġa aktar sforzi fir-rigward ta’ qafas għall-miżuri amministrattivi dwar l-iffriżar tal-assi terroristiċi u t-titjib tas-sigurtà tat-trasport fuq l-art.

L-azzjonijiet għall-ġlieda kontra ċ- ċiberkriminalità qed jiżviluppaw sew. Sar progress lejn l-istabbiliment taċ-Ċentru taċ-Ċiberkriminalità Ewropew u l-istabbiliment ta’ Skwadri ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters. Bosta Stati Membri jeħtieġ li jieħdu azzjoni urġenti biex jirratifikaw il-Konvenzjoni ta’ Budapest.

Fil-qasam tal- ġestjoni tal-fruntieri , l-istabbiliment tal-EUROSUR miexi fid-direzzjoni t-tajba, iżda hemm bżonn aktar diskussjoni dwar il-proposta tal-Fruntieri Intelliġenti u aktar xogħol biex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fuq livell nazzjonali.

L-azzjonijiet relatati mal- ġestjoni tal-kriżi u d-diżastri sar progress fuqhom ukoll. Sar xogħol pereżempju fl-2011, fil-qasam tal-valutazzjoni tar-riskji. Madankollu, fil-qasam tal-ġestjoni tal-kriżi huwa meħtieġ sforz addizzjonali jekk irridu nilħqu l-objettivi tagħhna. Impenn sħiħ u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-SEAE huma essenzjali.

Sar xogħol avvanzat biex titnaqqas id-differenza bejn is-sigurtà interna u esterna. Ġew żviluppati bosta inizjattivi biex irawmu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni: dan jinkludi l-kooperazzjoni prattika dwar it-terroriżmu, il-kriminalità transnazzjonali u l-migrazzjoni irregolari fil-Balkani tal-Punent, il-Qarn tal-Afrika u s-Sahel. Barra minn hekk, is-SEAE u l-Kummissjoni żviluppaw Dokument Konġunt biex ikabbru r-rabtiet bejn il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) u l-atturi tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja (ĠAI); inklużi possibiltajiet ta' kooperazzjoni bejn il-missjonijiet tal-pulizija tal-PSDK u l-Europol.

Fl-aħħar nett, is-suċċess ta’ kwalunkwe strateġija jiddependi fuq l-abbiltà tagħha biex twassal għal riżultati konkreti. Għall-ISS fl-Azzjoni, l-2011 kien bidu bi prospetti tajba. Iżda baqa' tliet snin u għad hemm ħafna xogħol li għandu jsir biex tiġi żgurata s-sigurtà taċ-ċittadin Ewropew. Għar-Rapport Annwali li jmiss huwa meħtieġ progress fil-prijoritajiet kollha iżda b’mod partikolari fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata u kif ukoll fil-ġlieda kontra t-theddid ċibernetiku li qed jikber.

Anness

Implimentazzjoni tal-ħames objettivi tal-ISS fl-2011

Dan l-anness jagħti aġġornament dwar l-implimentazzjoni tal-ħames prijoritajiet tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna fl-Azzjoni b’informazzjoni dwar ir-riżultati prinċipali mill-2011 u tabella li turi l-istat ta’ ħidma għall-miżuri previsti taħt kull objettiv.

Mill-adozzjoni tal-ISS fl-Azzjoni fl-2010, iċ-Ċiklu tal-Politika tal-Armonija tal-UE dwar il-Kriminalità Organizzata tal-2011-2013 ġie adottat ukoll mill-Kunsill. Dan jikkonsisti minn tmien prijoritajiet li jiffokaw fuq it-trattament tal-kriminalità serja u organizzata, iċ-ċiberkriminalità u t-tisħiħ tal-ġestjoni tal-fruntieri.[12] Din il-metodoloġija hija pass importanti fit-traduzzjoni tal-prijoritajiet politiċi u l-istrateġija tal-ISS fl-operazzjonijet li jwasslu għal riżultati konkreti kollettivi għas-sigurtà interna.

Objettiv 1 – Tfixkil tan-netwerks tal-kriminalità internazzjonali

Ir-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri tal-UE (PNR)

Fi Frar tal-2011, il-Kummissjoni proponiet leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ġbir tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri fuq titjiriet li jidħlu jew iħallu t-territorju tal-UE. L-iskop tagħha huwa li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri janalizzaw id-dejta sabiex jevitaw, jiskopru jew jipproċessaw reati terroristiċi u kriminalità serja. Din il-proposta qed tiġi diskussa fil-preżent mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Din il-proposta hija parti mill-politika tal-PNR aktar mifruxa li tinkludi l-konklużjoni ta’ ftehimiet tal-PNR ma’ pajjiżi terzi. Dawn il-ftehimiet jippermettu l-użu tad-dejta tal-PNR li toriġina mill-UE mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta’ dawn il-pajjiżi għall-istess fini. Il-ftehimiet fis-seħħ mal-Kanada u l-Istati Uniti fil-preżent qed jiġu negozjati mill-ġdid filwaqt li ġie ffirmat ftehim ġdid mal-Awstralja f'Settembru tal-2011.

Fl-2012 il-Programm ta’ Ħidma Annwali[13] tal-Programm tal-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità (ISEC), il-Kummissjoni inkludiet Euro 25 miljun f’opportunitajiet ta' finanzjament għat-twaqqif tal-unitajiet tal-PNR fl-Istati Membri.

Skwadri tal-Investigazzjoni Konġunti

Sabiex tgħin it-twaqqif tal-Iskwadri tal-Investigazzjoni Konġunti (JITs) – b’mod partikolari f’qasir żmien – u biex ikollha impatt prattiku pożittiv fuq il-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali, il-Kummissjoni provdiet tieni sessjoni ta’ finanzjament bil-valur ta’ Euro 2.1 miljun lill-proġett tal-Eurojust JIT ‘Appoġġ għal aktar Użu ta’ Skwadri tal-Investivazzjoni Konġunti’. Il-proġett jgħin il-ħolqien ta’ JITs ġodda u wkoll il-JITs diġà eżistenti billi jtejjeb l-aċċess tagħhom għall-għajnuna finanzjarja fis-snin li ġejjin. Fl-ewwel sena, il-proġett preżent tal-Eurojust għen 33 JITs fl-investigazzjoni ta’ reati bħat-traffikar tad-droga, it-traffikar tal-bnedmin, l-immigrazzjoni irregolari, il-kriminalità tal-vetturi, iċ-ċiberkriminalità u l-kriminalità finanzjarja. L-Europol ta wkoll il-kontribuzzjoni għat-twaqqif u l-ħidma tal-JITs permezz tan-netwerk ta’ komunikazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni rapidu u sigur, l-appoġġ loġistiku u forensiku u l-kapaċitajiet tal-analiżi tiegħu.

Eżempju 1: L-Eurojust, fost l-oħrajn, appoġġja skwadra tal-investigazzjoni konġunta stabbilita bejn il-Ġermanja u r-Rumanija li tinvestiga l-attivitajiet ta' grupp kriminali organizzat involut fit-traffikar tal-bnedmin. Bħala riżultat ta’ din l-investigazzjoni, 50 perpetraturi ġew akkużati bit-traffikar tal-bnedmin u reati relatati, 6 trasgressuri ġew ikkundannati s’issa, 148 xhud ġew interrogati u EUR 860.000 ġew issekwestrati (flus u propjetà). Taħt il-proġett ta’ finanzjament tal-JIT, l-Eurojust għen fl-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni tal-membri tal-JIT li ppermetta l-komunikazzjoni diretta u t-twettiq tal-azzjonijiet tal-investigazzjoni konġunti msemmija qabel. Ġie provdut ukoll appoġġ finanzjarju għat-traduzzjoni tal-materjali tal-investigazzjoni. Eżempju 2: Il-JIT multilaterali koordinata fl-Eurojust kienet vitali għall-investigazzjoni ta’ suċċess u l-prosekuzzjoni tat-traffikar tal-kokaina fuq skala kbira mill-Amerika ta’ Isfel għall-Ewropa. Il-Ftehim tal-JIT ġie ffirmat għal perjodu inizjali ta’ sitt xhur iżda ġie estiż bosta drabi biex jippermetti li jsir xogħol mingħajr interruzzjoni għal aktar minn sentejn. L-awtoritajiet tal-investigazzjoni u ġudizzjarji fil-JIT iltaqgħu regolarment biex jiddeċiedu dwar strateġiji komuni u għamlu skambju ta’ informazzjoni u evidenzi mingħajr id-dewmien assoċjat mat-talbiet tradizzjonali ta’ għajnuna legali reċiproka. Il-prosekuturi u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi mill-pajjiż X kienu preżenti waqt is-seduti ta’ smigħ tas-suspettati fil-pajjiż Y. Il-ħatra ta’ kapijiet tal-JIT bis-setgħa li jmexxu l-JIT kollha meta joperaw fil-pajjiżi tagħhom iffaċilitat l-eżekuzzjoni rapida tal-miżuri tal-infuzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-ġuriżdizzjonijiet differenti. L-Eurojust ikkoordina l-ħidma tal-JIT fil-laqgħat fl-Aja bl-involviment attiv u l-kontribuzzjoni analitika tal-Europol. Il-finanzjament tal-JIT mill-Eurojust intuża biex jgħin fl-ispejjeż bħall-interpretazzjoni, it-traduzzjoni ta’ dokumenti, l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni. L-Eurojust provda wkoll mezzi biex jippermetti komunikazzjoni sigura bejn il-membri tal-JIT. Il-JIT ikkontribwixxa għall-arrest ta’ xi 30 suspettat ewlenin madwar id-dinja, is-sekwestru ta’ aktar minn 1000 kg ta’ kokaina u ta’ assi vvalutati li jiswew miljuni ta' euro. |

Minn Frar tal-2011, is-Segretarjat tan-Netwerk għall-Iskwadri tal-Investigazzjoni Konġunti kien operattiv fi ħdan l-Eurojust[14], bil-ħsieb taż-żieda tal-għarfien, is-soluzzjoni ta’ problemi u l-iskambju tal-aqwa prattiki bejn il-prattikanti. Id-dispożizzjonijiet fid-Deċiżjoni tal-Eurojust riveduta li jagħmlu l-finanzjament Komunitarju tal-JITs kundizzjonali fuq l-istedina tal-Eurojust biex jipparteċipa (Artikolu 9f) u li jiżguraw li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Eurojust meta jwaqqfu l-JIT (Artikolu 13.5), ser jgħinu biex jipprovdu ħarsa ġenerali aktar preċiża tal-JITs kollha eżistenti fl-UE.

Ġlieda kontra l-korruzzjoni

Il-korruzzjoni ilha żmien twil tiġi kkunsidrata primarjament bħala problema nazzjonali. Maż-żmien, madankollu, sar ċar li din għandha wkoll effetti transkonfinali u ma tistax tiġi miġġielda b'suċċess b’mod iżolat. Il-kriminalità organizzata transkonfinali qiegħda spiss iddur għat-tixħim biex tiffaċilita l-infiltrazzjoni fis-sistema legali. Il-liġijiet u l-istituzzjonijiet neċessarji biex jindirizzaw il-korruzzjoni huma ħafna minnhom fis-seħħ iżda minkejja dan, l-implimentazzjoni tal-politiki kontra l-korruzzjoni tibqa’ mhux indaqs fl-UE kollha. Il-Programm ta’ Stokkolma jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa indikaturi li jkejlu l-isforzi tal-Istati Membri biex jiġġieldu l-korruzzjoni.

F’Ġunju tal-2011, il-Kummissjoni adottat pakkett kontra l-korruzzjoni li waqqaf mekkaniżmu tar-rappurtar tal-UE (‘Rapport Kontra l-Korruzzjoni tal-UE’) għall-valutazzjoni perjodika tal-Isforzi tal-Istati Membri kontra l-korruzzjoni. Ir-Rapport Kontra l-Korruzzjoni tal-UE se jevalwa l-kisbiet, in-nuqqasijiet u l-vulnerabbiltajiet bil-ħsieb li jiġġenera rieda politika addizzjonali biex jiġu implimentati approċċi ġenwini ta’ tolleranza żero għall-korruzzjoni, jiġi inkoraġġut tagħlim bejn il-pari u jiġi faċilitat l-iskambju tal-aħjar prattiki. Il-Kummissjoni se tippubblika r-rapport kull sentejn mill-2013. Dan se jiffoka fuq kwistjonijiet trażversali, jidentifika t-tendenzi tal-UE u jipprovdi analiżi u rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż.

Bħala parti mill-pakkett kontra l-korruzzjoni, ir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Grupp ta’ Stati tal-Kunsill tal-Ewropa kontra l-Korruzzjoni (GRECO) janalizza l-modi varji biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-GRECO bil-konklużjoni li s-sħubija tal-UE fil-GRECO hija t-triq ’il quddiem adattata biex jiġu sodisfatti l-objettivi tal-Programm ta' Stokkolma. Fuq il-bażi ta’ dawn is-sejbiet, il-Kummissjoni se titlob awtorizzazzjoni mill-Kunsill biex tiftaħ in-negozjati għall-parteċipazzjoni fil-GRECO. Dan joħloq sinerġiji bejn is-sistema tal-evalwazzjoni tal-GRECO u r-Rapport Kontra l-Korruzzjoni tal-UE u jiżgura approċċ koerenti kontra l-korruzzjoni fuq livell Ewropew.

Permezz tal-appoġġ finanzjarju tal-Programm ‘Prevenzjoni u Ġlieda kontra l-Kriminalità (ISEC)’, it-Trasparenza Internazzjonali wettqet riċerka komparattiva fl-Unjoni Ewropea kollha għall-valutazzjoni tar-rilevanza tal-istatuti tal-limitazzjonijiet fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni (il-proġett intemm f’Marzu 2011). Sabiex tidentifika kemm id-dgħjufijiet u l-aħjar prattiki fl-istatuti tal-limitazzjonijiet, ir-riċerka teżamina s-sitwazzjoni fis-27 pajjiż tal-UE (analiżi fil-fond għal 11-il Stat Membru u ħarsa ġenerali tal-istat ta’ ħidma għas-16 l-oħra). Fuq il-bażi tar-riżultati tar-riċerka, it-Trasparenza Internazzjonali ser issejjaħ għall-adozzjoni, fejn neċessarju, tal-aħjar prattiki identifikati[15]. |

Konfiska u rkupru ta’ assi kriminali

Sabiex jiġu rkuprati assi kriminali, il-Kummissjoni pproponiet leġiżlazzjoni[16] biex issaħħaħ il-qafas legali[17] tal-UE dwar il-konfiska u l-irkupru ta’ assi kriminali fl-Unjoni Ewropea u dwar it-tisħiħ tar-rikonoxximent reċiproku tal-iffriżar u l-konfiska fiż-żona tal-kriminalità serja.

Permezz tal-għajnuna tal-ISEC, l-UE għenet lill-Istati Membri fit-twaqqif u t-tisħiħ tal-uffiċċji tal-irkupru tal-assi. Pereżempju, proġett tal-ISEC fl-2010 irriżulta fit-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi tal-Ungerija, li jinkludi l-iżvilupp ta’ metodi ta’ ħidma ġodda fuq il-bażi tal-aħjar prattiki fi Stati Membri oħra[18]. Dan u proġetti oħra li għaddejjin bħalissa bl-iskop li jrawmu l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-uffiċċji tal-irkupru tal-assi (eż. CEART, FENIX) huma ppreżentati regolarment lill-prattikanti fil-laqgħat tal-Pjattaforma tal-ARO tal-UE. |

Rapport tal-progress - Tabella li tagħti ħarsa ġenerali lejn l-objettivi u l-azzjonijiet kollha tal-ISS [pic]

Objettiv 2 - Prevenzjoni tat-terroriżmu u indirizzar tar-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ

Netwerk tal-UE dwar sensibilizzazzjoni dwar ir-radikalizzazzjoni

Il-Kummissjoni stabbilixxiet in-Netwerk dwar sensibilizzazzjoni dwar ir-radikalizzazzjoni Ewropew (RAN) fi sħubija mal-Kumitat tar-Reġjuni. Ir-RAN ġie inawgurat fid-9 ta’ Settembru 2011 mill-Kummissarju Cecilia Malmström. Ir-RAN huwa netwerk wiesa’ ħafna tal-UE ta' prattikanti involuti fil-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti u jinkludi dawk li jfasslu l-politiki, l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi u s-sigurtà, l-awtoritajiet lokali, l-akkademiċi, l-esperti fil-qasam u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jinkludu l-gruppi tal-vittmi. L-objettivi prinċipali tan-netwerk huma li jinkisbu l-esperjenza, l-għarfien u l-prattiki tajba u b’mod partikolari biex:

- Jippermettu l-komunikazzjoni u n-netwerking fost il-membri tar-RAN biex iżidu s-sensibilizzazzjoni tar-radikalizzazzjoni u jtejbu t-tekniki tal-komunikazzjoni biex jisfidaw l-istejjer terroristiċi;

- Jidentifikaw, jittestjaw, jeżaminaw u jikkumparaw l-approċċi u t-tagħlimiet miksuba fil-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti; u

- Jinfurmaw lil dawk li jfasslu l-politika kemm fuq il-livell tal-UE u l-Istati Membri u jaġixxu bħala mezz ta’ komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-prattikanti ewlenin.

Permezz tal-ISEC il-Kummissjoni għenet ix-xogħol tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet pubbliċi li jesponi, jittraduċi u jisfida l-propaganda terroristika li tinkludi l-manifestazzjonijiet tagħha fuq l-internet. Sabiex issaħħaħ il-kooperazzjoni operazzjonali biex tiġġieled kontra l-attivitajiet terroristiċi fuq l-internet, il-Kummissjoni ffinanzjat numru ta’ proġetti bħall-proġett multilaterali mmexxi mill-Ġermaniżi li jġib l-isem ‘Nesploraw ix-Xibka tal-estremisti Iżlamiċi’ li jiffoka fuq il-kontenut terroristiku mmirat lejn iż-żgħażagħ Ewropej. Barra minn hekk, il-finanzjament tal-ISEC intuża wkoll biex jiffinanzja djalogu pubbliku-privat biex jiġi żviluppat Kodiċi Ewropew tal-Imġiba dwar prattiki tajba għall-kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet tal-Infurzar tal-Liġi u s-settur privat li jinkludi dawk li joffru s-servizzi tal-internet kif ukoll l-operaturi tan-netwerk u l-hotlines tal-ilmenti. Il-Kummissjoni użat ukoll il-finanzjament tal-ISEC biex tappoġġja lil dawk li jfasslu l-politika u ttejjeb il-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-UE permezz ta’ numru ta’ studji, inkluż wieħed dwar il-metodoloġiji u l-għodod teknoloġiċi biex jiskopru b’mod effettiv il-kontenut vjolenti fuq l-internet, u jiġu traċċati l-awturi tiegħu, li huwa mistenni li jiġi ppreżentat sal-aħħar tal-2011 u se jgħin fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ dawk responsabbli għall-materjal illegali. |

Estrazzjoni u analiżi tad-dejta tal-messaġġi finanzjarji (it-TFTS tal-UE)

L-UE ffirmat il-ftehim tal-Programm għat-Traċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu mal-Istati Uniti (it-TFTP tal-Istati Uniti) li jipprovdi l-qafas legali għat-trasferiment tad-dejta tal-messaġġi finanzjarji mill-UE għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu. Ir-reviżjoni f’Marzu tal-2011 uriet l-effettività tiegħu fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. Ġiet adottata wkoll Komunikazzjoni dwar is-Sistema Ewropea għat-Traċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (TFTS) f'Lulju tal-2011 li ddeskriviet l-opzjonijiet prinċipali disponibbli biex tiġi stabbilita t-tali sistema u indikat il-kwistjonijiet importanti li għad iridu jiġu solvuti qabel ma tkun tista’ tiġi proposta sistema b’mod formali. Il-Komunikazzjoni hija maħsuba biex tistimula dibattitu mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u l-Kummissjoni se tistenna r-riżultat ta’ dawn id-diskussjonijiet qabel tippreżenta proposta leġiżlattiva

Is-Sigurtà tat-Trasport

Is-setturi marittimi u dawk tal-avjazzjoni diġà wrew il-valur miżjud li mekkaniżmi xierqa ta' komunikazzjoni u koordinazzjoni, kif ukoll regoli komuni dwar is-sigurtà jistgħu jagħtu fil-livell tal-UE, fid-dawl tan-natura transkonfinali tal-industrija tat-trasport. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li se toħroġ dwar is-sigurtà tat-trasport se tiffoka l-aktar fuq l-iżvilupp ta' approċċ ekwivalenti tal-UE dwar is-sigurtà tat-trasport bl-art. Se tiffoka wkoll dwar il-ħtieġa li t-trasport ikollu sistema xierqa f'posthom – miżuri preventivi, ippjanar kontinġenti biex jiġu ttrattati inċidenti ta' sigurtà, pjanijiet ta' rkupru, taħriġ, eċċ. L-enfasi se jkun fuq l-iffissar tar-riżultati tas-sigurtà, aktar milli ta' rekwiżiti preskrittivi ta' sigurtà għat-trasport.

Biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-politika f'dan il-qasam fl-2012 se jitwaqqaf Grupp Konsultattiv dwar is-Sigurtà tat-Trasport bl-Art. Fost il-kwistjonijiet ta' prijoritajiet biex jiġu kkunsidrati se jkun hemm il-ħtieġa għal l-iffissar ta' standards ta' sigurtà li jkopru l-UE kollha għal netwerk ferrovjarju ta' veloċità kbira.

Rapport tal-progress - Tabella li tagħti ħarsa ġenerali lejn l-objettivi u l-azzjonijiet kollha tal-ISS [pic]

Objettiv 3 – Jiżdiedu l-livelli tas-sigurtà għaċ-ċittadini u n-negozji fl-ispazju ċibernetiku

Ċentru ta’ Ċiberkriminalità Ewropew

Il-Kummissjoni ordnat studju ta’ fattibilità dwar il-kwistjonijiet ta’ fejn u kif għandu jitwaqqaf iċ-Ċentru ta’ Ċiberkriminalità Ewropew (ECC), ippjanat bħala l-punt fokali tal-futur fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità fuq livell Ewropew. Dan l-istudju, imniedi f’Mejju tal-2011, se jipproduċi l-ewwel riżultati tiegħu sal-aħħar ta’ din is-sena. Ir-riżultati finali u r-rakkomandazzjonijiet se jkunu disponibbli fil-bidu tal-2012. Sa meta jsiru r-rakkomandazzjonijiet li se jipproduċi l-istudju, f’Ġunju tal-2011 l-Europol iddeċieda li jiġbor mill-ġdid il-kompetenza taċ-ċiberkriminalità tiegħu u mmobilizza mill-ġdid ir-riżorsi biex jitratta ma' dan il-fenomenu tal-kriminalità li qed jespandi b’mod mgħaġġel ħafna.

L-ISEC jiffinanzja proġetti ta’ taħriġ varji għall-entitajiet tal-infurzar tal-liġi biex jinvestigaw iċ-ċiberkriminalità. Pereżempju, proġett tal-ISEC li ntemm kmieni fl-2011, żviluppa u ta korsijiet ta’ taħriġ relatati mal-investigazzjonijiet tal-internet u tal-forensika. It-taħriġ kien maħsub għall-persunal ta’ servizzi tal-infurzar tal-liġi varji u tal-entitajiet Ewropej u internazzjonali. Iffukar partikolari tpoġġa fuq l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni aktar mill-viċin mas-settur privat. L-imsieħba mill-Istati Membri kollha tal-UE u l-Europol ipparteċipaw fil-proġett[19]. Fuq livell nazzjonali, il-Kummissjoni appoġġjat finanzjarjament l-iżvilupp tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċiberkriminalità nazzjonali u l-kapaċitajiet tat-taħriġ li jinkludu ċ-ċentri tal-eċċellenza. Is-sena 2011 rat il-bidu ta’ erbgħa minn dawn iċ-ċentri: 2ĊENTRU (Franza u l-Irlanda), B-CĊENTRU (il-Belġju) u 2ĊENTRU EST (l-Estonja). |

Skwadri ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters (CERTs)

F’Marzu tal-2011, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar il-Ħarsien tal-Infrastruttura tal-Informazzjoni Kritika (CIIP)[20] li kkunsidrat l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni CIIP tal-2009[21] u ddeskriviet il-passi li jmiss għall-azzjoni kemm fuq livell Ewropew u internazzjonali. F’Mejju tal-2011, il-Kunsill tat-Telecom adotta konklużjonijiet relatati. Ġew identifikati numru ta’ oqsma fejn kienu meħtieġa sforzi akbar biex jissaħħew il-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà nazzjonali b’mod partikolari fir-rigward ta’: l-istabbiliment tas-CERTs nazzjonali/governattivi u l-ħolqien ta’ netwerk li jiffunzjona sew tas-CERTs nazzjonali/governattivi fl-Ewropa sal-2012; l-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza tal-inċidenti ċibernetiċi nazzjonali u ta’ pjan ta’ kontinġenza tal-inċidenti ċibernetiċi Ewropej; u l-organizzazzjoni tal-eżerċizzji tal-inċidenti nazzjonali regolari u ċibernetiċi pan-Ewropej. L-istituzzjonijiet tal-UE għamlu l-progress lejn it-twaqqif tas-CERT tagħhom stess billi waqqfu skwadra ta’ Prikonfigurazzjoni tas-CERT fl-1 ta’ Ġunju 2011. Din se tkun evalwata fi żmien 12-il xahar li twassal għal deċiżjoni dwar il-kundizzjonijiet biex titwaqqaf CERT għall-istituzzjonijiet tal-UE.

Grupp ta’ Ħidma tal-UE/l-Istati Uniti dwar iċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberkriminalità

Barra mill-passi speċifiċi deskritti qabel, il-Kummissjoni kompliet il-kollaborazzjoni mill-qrib tagħha fi ħdan l-isħubija strateġika fil-Grupp ta’ Ħidma tal-UE/l-Istati Uniti dwar iċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberkriminalità, li jaħdem fuq il-protezzjoni tar-riżorsi kruċjali tal-internet mill-abbuż u l-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal online.

L-Imġiba tal-Internet

Flimkien mas-Servizz tal-Azzjoni Esterna Ewropew, il-Kummissjoni qed taħdem biex tieħu pożizzjoni Ewropea fir-rigward tal-inizjattivi riċenti dwar l-imġiba tal-internet rakkomandata u fuq il-faċilitazzjoni tal-pajjiżi terzi biex jiżviluppaw leġiżlazzjoni taċ-ċiberkriminalità, iwaqqfu kapaċitajiet tal-investigazzjoni u jtejbu r-reżistenza tan-netwerk ibbażata fuq id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Budapest kontra ċ-ċiberkriminalità.

Rapport tal-progress - Tabella li tagħti ħarsa ġenerali lejn l-objettivi u l-azzjonijiet kollha tal-ISS [pic]

Objettiv 4 - Tissaħħaħ is-sigurtà permezz ta' ġestjoni tal-fruntieri

L-istabbiliment tal-EUROSUR

Matul l-2011 sar progress sinifikanti fl-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni tal-EUROSUR. F’Jannar tal-2011 il-Kummissjoni ppreżentat il-qafas tekniku u operazzjonali tal-EUROSUR u identifikat l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu sabiex l-EUROSUR issir operazzjonali sal-2013[22]. Għalhekk, 16 mit-18-il Stat Membru li jinsabu fil-fruntieri marittimi tan-Nofsinhar jew tal-art tal-Lvant tal-UE, stabbilixxew iċ-ċentri tal-koordinazzjoni nazzjonali tagħhom matul l-2011. B’mod parallel, il-Frontex qed twaqqaf in-netwerk tal-EUROSUR li se jippermetti liċ-ċentri tal-koordinazzjoni nazzjonali u lill-Frontex jagħmlu skambju ta’ informazzjoni ma’ xulxin b’mod sigur. Wara l-ittestjar b’suċċess bejn il-Frontex u ċ-ċentru tal-koordinazzjoni nazzjonali tal-Polonja matul is-sajf, il-Frontex se tkun estendiet in-netwerk tal-EUROSUR għal ħames Stati Membri oħra sa Novembru tal-2011. Bħalissa, il-Kummissjoni qed tiffinalizza x-xogħol tagħhom fuq il-proposta leġiżlattiva għall-EUROSUR li se tkun ippreżentata lill-Kunsill f’nofs Diċembru tal-2011.

Fil-kuntest tal-EUROSUR u bil-kooperazzjoni mill-qrib ma’ COSI, diversi Stati Membri tan-Nofsinhar bdew jippreparaw l-istabbiliment tan-netwerk reġjonali “SEAHORSE Mediterraneo” bil-pajjiżi Afrikani ġirien magħżula. B'mod parallel, il-Frontex, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) u ċ-Ċentru Satellitari tal-UE (EUSC) żviluppaw flimkien kunċett ta’ operazzjonijiet għall-applikazzjoni komuni tas-satelliti, sistemi tar-rappurtar tal-bastimenti u għodda tas-sorveljanza oħra. L-applikazzjonijiet magħżula ta' din il-kooperazzjoni maħsuba bejn l-aġenziji ġiet ittestjata matul l-2011 bejn il-Frontex, l-EMSA, l-EUROPOL u s-CeCLAD-M[23] fil-Mediterran tal-Punent bħala parti mill-Indalo tal-Operazzjoni Konġunta tal-Frontex Fl-aħħar, sar progress fl-iżvilupp ulterjuri tal-ambjent għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni komuni (CISE) għad-dominju marittimu tal-UE. |

L-istabbiliment tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Viża (VIS)

Inkiseb progress sinifikanti fil-finalizzazzjoni tal-iżvilupp tal-VIS fl-2011. L-aħħar żewġ fażijiet tal-ittestjar tal-VIS Ċentrali twettqu bil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri. L-hekk imsejħa Testijiet tas-Sistema Operazzjonali u t-Testijiet tal-Aċċettazzjoni tas-Sistema Provviżorja ntemmu b’suċċess fit-tieni u tielet kwart tal-2011 rispettivament. Wara l-ikkompletar ta’ dawn it-testijiet komprensivi u wara li ġew riċevuti n-notifiki tad-disponibilità mill-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fil-VIS, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li tistabbilixxi d-data għall-bidu tal-operazzjonijiet tal-VIS fil-11 ta’ Ottubru 2011 fl-ewwel reġjun tat-tnedija (l-Afrika ta’ Fuq). Ir-reġjuni sussegwenti għall-użu gradwali tas-sistema se jsegwi matul ix-xhur u s-snin li ġejjin. Il-ġestjoni operazzjonali tal-VIS se tiġi fdata lis-C-SIS, l-awtorità responsabbli għall-ġestjoni operazzjonali tas-SIS 1.

Ġestjoni tar-riskji komuni għall-moviment ta’ oġġetti minn naħa għal oħra tal-fruntieri

L-implimentazzjoni wiesgħa tal-UE tal-Emenda tas-Sigurtà tal-Kodiċi Doganali u l-Qafas tal-Ġestjoni tar-Riskji Doganali Komuni (CRMF) ġiet kompletata fl-1 ta’ Jannar 2011, inkluża s-sottomissjoni elettronika sistematika tad-dikjarazzjonijiet tal-wasla preliminari u t-tluq preliminari min-negozju, l-analiżi tar-riskji elettronika mid-dwana tal-UE, l-iskambju ta’ messaġġi mis-Sistema tal-Ġestjoni tar-Riskji Doganali Komuni (CRMF) u l-programm tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat (OEA). Din l-implimentazzjoni sħiħa tistabbilixxi l-pedament għall-inizjattivi biex itejbu l-kapaċitajiet għall-analiżi u l-identifikazzjoni tar-riskji.

Rapport tal-progress - Tabella li tagħti ħarsa ġenerali lejn l-objettivi u l-azzjonijiet kollha tal-ISS

[pic]

Objettiv 5 – Tiżdied ir-reżistenza tal-Ewropa għall-kriżijiet u d-diżastri

Implimentazzjoni tal-klawżola ta' solidarjetà

Billi tiġi implimentata l-klawżola tas-solidarjetà, l-UE qed tfittex tagħti espressjoni tanġibbli dwar il-prinċipju tas-solidarjetà stabbilit fit-Trattat ta’ Lisbona (l-Artikolu 222). Bdiet il-ħidma fuq il-klawżola tas-solidarjetà.

Il-linji gwida dwar il-valutazzjoni u l-immappjar tar-riskji għall-ġestjoni tad-diżastri u l-approċċi nazzjonali għall-ġestjoni tar-riskji

Fid-dawl tal-istabbiliment ippjanat tal-politika tal-ġestjoni tar-riskji koerenti li tgħaqqad il-valutazzjonijiet tat-theddid u r-riskji mat-teħid ta’ deċiżjonijiet, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, żviluppat linji gwida tal-UE dwar il-valutazzjoni tar-riskji u l-immappjar għall-ġestjoni tad-diżastri[24], ibbażati fuq approċċ ta’ perikli multipli u riskji multipli li jkopri fil-prinċipju d-diżastri kollha naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, inklużi l-konsegwenzi tal-atti terroristiċi. Sal-aħħar tal-2011, l-Istati Membri għandhom ikunu żviluppaw approċċi nazzjonali dwar il-ġestjoni tar-riskji, inklużi l-analiżi tar-riskji.

Theddid għas-saħħa

Il-Kummissjoni Ewropea qed tiżviluppa inizjattiva dwar is-sigurtà tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea sabiex tipproteġi aħjar is-saħħa taċ-ċittadini kontra theddid transkonfinali serju. Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-theddidiet minn mard li jittieħed malajr fuq il-livell tal-UE diġà qed jiġu indirizzati taħt il-leġiżlazzjoni adottata fl-1998 li tipprovdi bażi għas-sorveljanza epidemjoloġika u l-koordinazzjoni tar-rispons. Din is-sistema wriet li hija effettiva għal aktar minn għaxar snin. Madankollu, ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni bħal din fis-seħħ dwar it-theddidiet tas-saħħa minn aġenti kimiċi u bijoloġiċi minbarra mard li jittieħed jew avvenimenti ambjentali. L-iskop ta’ din l-inizjattiva huwa, għalhekk, li jiġu kkunsidrati l-possibbiltà u l-ħtieġa li jiġi żgurat li t-tipi kollha tat-theddidiet tas-saħħa pubblika huma indirizzati b’mod simili għall-mard li jittieħed malajr. Bħala parti mill-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni nidiet konsultazzjoni tal-partijiet interessati mmirata lejn il-komunità tas-saħħa pubblika fl-Istati Membri. Ir-riżultati tal-konsultazzjoni se jappoġġjaw il-preparazzjoni ta’ inizjattiva leġiżlattiva li għandha tiġi sottomessa sal-aħħar tal-2011[25].

Protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata

L-UE għandha tiżviluppa approċċ integrat ibbażat fuq l-apprezzamenti komuni u kondiviżi tas-sitwazzjonijiet tal-kriżi. Ċerti aġenziji tal-UE huma atturi prinċipali f’dan il-proċess u l-possibbiltà li tiġi kondiviża informazzjoni klassifikata fil-livell adattat hija prekundizzjoni għal kondiviżjoni aħjar tal-informazzjoni u fejn meħtieġ, għall-preparazzjoni ta’ rapporti tal-UE dwar il-valutazzjoni tat-theddid u r-riskji. Il-koordinazzjoni effettiva bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, l-entitajiet u l-aġenziji tal-UE teħtieġ qafas ġenerali koerenti biex tiġi protetta l-informazzjoni klassifikata. Il-Kummissjoni qed taħdem fuq l-iżvilupp ta’ qafas ġenerali koerenti għall-iskambju tal-informazzjoni klassifikata mal-aġenziji tal-UE biex tiżgura li l-Informazzjoni Klassifikata tingħata protezzjoni ekwivalenti bħal fl-Istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u l-Istati Membri.

Kapaċità Ewropea ta’ Rispons għall-Emerġenza

Il-Kummissjoni ressqet proposta li tistabbilixxi l-Kapaċità Ewropea ta’ Rispons għall-Emerġenza[26] bbażata fuq l-assi tal-Istati Membri impenjati minn qabel u disponibbli fuq sejħa għall-operazzjonijiet tal-UE u l-pjanijiet ta’ kontinġenza miftiehma minn qabel. L-UE teħtieġ timxi mill-koordinazzjoni ad hoc lejn sistema li hija ppjanata minn qabel, irranġata minn qabel u previdibbli. Dan jagħmel ir-rispons għal diżastri tal-UE aktar effettiv, effiċjenti, koerenti u viżibbli. Dan se jinkiseb permezz ta’ numru ta’ azzjonijiet, inklużi l-valutazzjonijiet tar-riskji regolari, l-iżvilupp ta’ xenarji ta’ referenza, l-elenku tal-assi u l-ippjanar ta’ kontinġenza, l-istabbiliment tal-Kapaċità Ewropea ta’ Rispons għall-Emerġenza fil-forma ta’ konsorzjament volontarju tal-assi tal-Istati Parteċipanti impenjati għall-operazzjonijiet tal-UE li jikkontribwixxu aktar kemm għall-ippjanar u d-disponibbiltà tal-assi għal rispons Ewropew għall-emerġenza. Tnieda eżerċizzju tal-valutazzjoni tal-impatt (li jinkludi konsultazzjoni tal-partijiet interessati) sabiex jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li ġġedded il-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni ċivili tal-UE sal-aħħar tal-2011.

Rapport tal-progress - Tabella li tagħti ħarsa ġenerali lejn l-objettivi u l-azzjonijiet kollha tal-ISS

[pic]

Kwistjonijiet trażversali

Koerenza bejn id-dimensjonijiet interni u esterni tas-sigurtà

Bħal issa qed jiġu żviluppati serje ta’ inizjattivi bl-iskop li jrawmu kooperazzjoni bejn l-aspetti interni u esterni tas-sigurtà. Biex jiġu żgurati l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni aktar mill-qrib fil-qasam tas-sigurtà tal-UE se jissejħu laqgħat tal-informazzjoni interistituzzjonali regolari biex itejbu l-ippjanar u l-fluss tal-informazzjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-UE. L-ewwel tali laqgħa bejn il-COSI u l-Kumitat Politiku u tas-Sigurtà saret fl-1 ta’ Ġunju 2011 sabiex isir skambju tal-opinjonijiet dwar kif għandha tittejjeb is-sinerġija bejn l-aspetti interni u esterni tas-sigurtà tal-UE. Barra minn hekk, is-SEAE u l-Kummissjoni żviluppaw Dokument Konġunt biex ikabbru r-rabtiet bejn il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) u l-atturi tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja (ĠAI) li jsostni l-idea li l-kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-missjonijiet tal-PSDK ċivili u l-atturi tal-ĠAI tista’ trendi titjib tanġibbli f’termini tas-sigurtà Ewropea. Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi fid-Dokument Konġunt jidentifikaw il-kondiviżjoni tal-informazzjoni bħala ta’ importanza u li teħtieġ titjib sabiex jinstabu modi biex jiġu antiċipati minflok ma jkun hemm reazzjoni għall-avvenimenti. It-tieni, il-koordinazzjoni fl-ippjanar tal-azzjoni esterna tal-UE jeħtieġ li titrawwem minħabba li huwa essenzjali għall-kooperazzjoni upstream fl-ippjanar tal-missjonijiet.

Qasam ieħor fejn jistgħu jinkisbu riżultati tanġibbli hija l-kooperazzjoni bejn il-missjonijiet tal-pulizija tal-PSDK u l-Europol. Il-Kunsill għaraf f’ħafna okkażjonijiet li l-PSDK[27] u ħafna azzjonijiet esterni tal-ĠAI kellhom objettivi kondiviżi jew kumplimentari. Il-missjonijiet tal-PSDK għamlu wkoll kontribuzzjoni importanti għas-sigurtà interna tal-UE fl-isforzi tagħhom biex jgħinu fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja transnazzjonali fil-pajjiżi ospitanti tagħhom u biex jibnu r-rispett għall-istat tad-dritt. Il-Kunsill Ewropew inkoraġġixxa kooperazzjoni akbar bejn il-ĠAI u l-PSDK fl-iżvilupp ta’ dawn l-objettivi kondiviżi. Il-Programm ta’ Stokkolma wkoll, kif adottat mill-Kunsill Ewropew jistqarr li l-Europol għandu jaħdem aktar mill-qrib mal-missjonijiet tal-pulizija tal-PSDK u jgħin fil-promozzjoni tal-istandards u l-prattiki tajba għall-kooperazzjoni tal-infurzar tal-liġi Ewropea fil-pajjiżi barra l-UE.

Huwa ta’ interess partikolari għaż-żona tal-ĠAI li jiġi żgurat li din hija assoċjata mill-qrib mill-bidu nett tal-proċess, speċjalment fl-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għal azzjoni tal-UE f’sitwazzjoni ta’ kriżi. Dan jippermetti valutazzjoni xierqa u f'waqtha tal-kompetenza neċessarja bil-kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tal-kriminalità organizzata fil-pajjiż jew reġjun terz rispettiv. Dan jgħin ukoll biex jittejbu d-definizzjonijiet politiċi u operazzjonali tal-kompiti li se jiġu implimentati sussegwement mill-missjoni tal-pulizija ċivili. Il-kapaċitajiet analitiċi tal-Europol u l-Applikazzjoni tan-Netwerk ta' Skambju tal-Informazzjoni Sigur (SIENA) tiegħu għall-iskambju tal-informazzjoni li jgħaqqad is-27 awtorità tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-UE kollha, jistgħu jgħinu l-missjonijiet tal-PSDK biex jaġġustaw il-metodi tagħhom u jirfinaw l-objettivi tagħhom fid-dawl tal-istampa pan-Ewropea tal-kriminalità organizzata provduta mill-Europol permezz ta’ valutazzjonijiet tat-theddid u analiżi.

It-tieni fattur, jiġifieri l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-missjonijiet tal-pulizija tal-PSDK u l-Europol, huwa aspett importanti fil-kooperazzjoni reċiproka. Il-mekkaniżmu tal-kooperazzjoni li jinvolvi l-iskambju ta’ dejta mhux personali huwa ġeneralment stabbilit sew permezz ta’ arranġament amministrattiv bejn l-Europol u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Għalhekk, il-kwistjoni prinċipali fin-nofs hija kif għandu jsir possibbli l-iskambju dirett mal-Europol tad-dejta personali miġbura mill-missjonijiet tal-pulizija tal-PSDK jew relatata magħhom. Fil-każ tal-EULEX Kosovo[28] fejn il-mandat jinkludi wkoll kompiti eżekuttivi, iddaħħlu fis-seħħ arranġamenti partikolari biex jippermettu l-iskambju tad-dejta personali mal-Europol. Dan il-mekkaniżmu jista’ jservi bħala eżempju tal-aħjar prattika u jista’ jiġi applikat f’missjonijiet oħra tal-PSDK fuq il-bażi tal-każijiet individwali. Il-ħtieġa li jiġi stabbilit qafas tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli wkoll għall-PSDK trid tiġi evalwata.

Il-politika ta’ tkabbir tal-UE tkompli tkun waħda mill-elementi prinċipali li jikkontribwixxu għas-sigurtà interna tal-UE. Il-proċess ta’ tkabbir jipprovdi biex inċentivi importanti għall-pajjiżi rilevanti jwasslu għal riformi li jtejbu l-infurzar tal-liġi u l-kapaċitajiet ġudizzjarji tagħhom. B'mod addizzjonali, id-djalogu tal-liberalizzazzjoni tal-viża u l-mekkaniżmu ta' liberalizzazzjoni ta' wara l-viża kkontribwixxew b'mod sostanzjali għall-implimentazzjoni tar-riformi fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.

L-UE timmira wkoll li żżid il-ħila tal-pajjiżi imsieħba li jkollhom ir-rwol tagħhom biex jindirizzaw it-tehddidiet tal-lum tas-sigurtà, tal-paċi u tal-istabbiltà madwar id-dinja. Għal dan il-għan, il-prijoritajiet tat-tul identifikati fl-"Istrumenti għall-Istabbiltà (IfS)" jipprevedi bini ta' kapaċità innovattiva li tikkombina assistenza finanzjarja u teknika fil-livelli nazzjonali, reġjonali u transreġjonali. Prijorità 1 ta’ dan l-istrument hija relatata mal-appoġġ għall-isforzi internazzjonali biex itaffu r-riskji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (KBRN). Il-miżuri finanzjati mill-IfS jimmiraw il-mitigazzjoni tar-riskji tal-KBRN inklużi l-proliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva (AQM), b’mod partikolari permezz ta’ politiki għall-kontroll effettiv ta’ materjali u aġenti tal-KBRN, il-kontrolli tal-esportazzjoni fuq oġġetti ta’ użu doppju u l-indirizzar mill-ġdid tax-xjenzati tal-armi ta’ qabel f’attivitajiet tar-riċerka paċifiċi. Għall-perjodu tal-2007-13, EUR 300 miljun ġew assenjati għal dan il-għan u tnediet inizjattiva bl-isem ta' Ċentri ta' Eċċellenza KBRN b’baġit allokat ta' kważi EUR 100 miljun. L-inizjattiva għandha l-iskop li tiżviluppa, fuq livell nazzjonali u reġjonali, il-kapaċità istituzzjonali neċessarja biex tiġġieled ir-riskju tal-KBRN irrispettivament mill-oriġini tiegħu: kriminali (proliferazzjoni, serq, sabutaġġ u traffikar illeċitu), aċċidentali (katastrofi industrijali – bħal Bhopal jew Fukushima u t-trasport) jew naturali (prinċipalment il-pandemiċi).

Fir-rigward tal-kriminalità organizzata, it-terroriżmu, it-traffikar illeċitu tad-drogi, il-bnedmin u l-armi u t-theddidiet għall-infrastuttura kritika, Prijorità 2 tal-Istrument għall-Istabbiltà tiffoka fuq il-bini tal-kapaċità f'konsultazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi benefiċjarji. Tipikament, il-kapaċitajiet tas-sigurtà huma msaħħa fuq il-livell nazzjonali, reġjonali u fl-aħħar dak transreġjonali. Għall-perjodu tal-2007-13, ġew assenjati EUR 118 miljun għal dawn il-miżuri.

Appoġġ finanzjarju

Il-Kummissjoni hija ħerqana li tiżgura li l-attivitajiet relatati mas-sigurtà, inklużi r-riċerka tas-sigurtà, il-politika industrijali u l-proġetti taħt il-programmi ta’ finanzjament relatati mas-sigurtà interna tal-UE, huma konsistenti mal-objettivi strateġiċi tal-ISS. Il-finanzjament tal-UE li jista’ jkun meħtieġ għall-perjodu 2012-2013 se jsir disponibbli fi ħdan il-programmi finanzjarji attwali (‘Prevenzjoni u Ġlieda kontra il-Kriminalità (ISEC)’ u ‘Prevenzjoni, Tħejjija u Ġestjoni tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u Riskji oħra Relatati mas-Sigurtà (CIPS)’. F’dak ir-rigward, il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-2011 ISEC jirrifletti l-oqsma ta’ prijorità tal-ISS fl-Azzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni[29] dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-Programm Qafas 'Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet (2007-2013)’ li jikkonsisti minn żewġ Programmi ISEC u CIPS.

Għall-perjodu wara l-2013, il-finanzjament tas-sigurtà interna se jiġi eżaminat fil-kuntest ta’ dibattitu mal-Kummissjoni kollha dwar il-proposti kollha li għandhom isiru għal dak il-perjodu. Bħala parti minn dak id-dibattitu, il-Kummissjoni proponiet it-twaqqif ta’ Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) fil-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss li jirrifletti l-objettivi strateġiċi u l-prijoritajiet tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna, jiffaċilita l-aħjar implimentazzjoni possibbli tal-azzjonijiet ta’ prijorità permezz tal-awtoritajiet u l-aġenziji nazzjonali rilevanti u jibqa' flessibbli biżżejjed biex jippermetti l-adattament għat-theddidiet u l-isfidi tas-sigurtà ġodda. Il-Kummissjoni tikkunsidra li d-differenza attwali bejn il-finanzjament tar-riċerka u l-finanzjament operazzjonali għandha titnaqqas billi jkun hemm appoġġ għall-ittestjar speċifiku u l-attivitajiet tal-validità (eż. tal-prototipi tas-sistema) taħt l-ISF propost. Dan jippermetti li jinkisbu riżultati minn riċerka tas-sigurtà ta’ kwalità għolja b’mod aktar faċli fl-applikazzjoni tas-serje u l-użu operazzjonali fuq skala kbira mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

Riċerka dwar is-sigurtà u kooperazzjoni mas-settur privat

Ir-riċerka dwar is-sigurtà hija ffinanzjata taħt it-tema speċifika fis-Seba’ Programm Qafas ta’ Riċerka (2007-13). Il-Kummissjoni tiżgura li l-ipprogrammar globali huwa allinjat mill-qrib mal-politiki ta’ sigurtà tal-UE kif juru wkoll ħafna aktar minn 200 proġett ta’ riċerka ffinanzjati s’issa f’dan il-programm. L-objettivi tal-ISS huma riflessi tajjeb fil-Programmi ta’ Ħidma tar-Riċerka għall-2011-12. Għall-Programm ta’ Ħidma tal-2013, li waħdu se jipprovdi aktar minn EUR 290 milljun, bħalissa qed titwettaq analiżi li se tgħin biex jiġu identifikati d-differenzi u l-ħtiġijiet tar-riċerka l-aktar importanti bil-kunsiderazzjoni wkoll tal-prijoritajiet stabbiliti fl-ISS fl-Azzjoni.

Lil hinn mill-2013, ir-riċerka dwar is-sigurtà se tkompli tiġi ffinanzjata mill-istrument ta' riċerka multiannwali tal-futur u l-innovazzjoni ('Horizon 2020'). Il-proposta tal-Kummissjoni għall-baġit totali għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss se jiżdied b’46 % li għandu jiġi rifless fis-sehem rispettiv għar-riċerka dwar is-sigurtà.

Sabiex jiġu allinjati aħjar il-fondi relatati mas-sigurtà mal-politiki, il-Kummissjoni kienet ukoll qed ittejjeb id-djalogu tagħha mas-settur privat b’mod partikolari mal-industrija. Għal dan il-għan ġie propost li tiġi stabbilita konferenza regolari (annwali) pubblika-privata ta’ livell għoli fejn l-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-UE, l-Istati Membri u s-settur privat jistgħu jagħmlu skambju tal-ideat tagħhom dwar kif l-aħjar għandu jsir progress bl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-ISS. L-ewwel Konferenza ta’ Livell Għoli dwar is-Sigurtà Pubblika-Privata bejn l-UE u s-Settur Pubbliku tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tas-settur privat saret fi Frar tal-2011. Barra minn hekk, sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal mhux użat tas-suq tas-sigurtà li jiffunzjona kompletament, il-Kummissjoni bħalissa qed tipprepara Komunikazzjoni dwar Politika tal-Industrija tas-Sigurtà tal-UE.

[1] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa aktar sigura – COM (2010) 673/3, (minn issa ’l quddiem imsejħa ‘l-ISS fl-Azzjoni’).

[2] Ara l-Europol: Valutazzjoni ta’ Theddid mill-Kriminalità Organizzata (OCTA) 2011.

[3] Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-prijoritajiet tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata bejn l-2011 u l-2013; dok. 11050/11, JAI 396 COSI 46 ENFOPOL 184 CRIMORG 81 ENFOCUSTOM 52 PESC 718 RELEX 603. Ara wkoll l-Anness.

[4] Dan ġie preparat mill-Europol bil-kontribuzzjonijiet mill-Eurojust, il-Frontex, il-Kummissjoni/DĠ ECHO, fost l-oħrajn ibbażat fuq id-dokumenti strateġiċi – il-Valutazzjoni ta’ Theddid mill-Kriminalità Organizzata (OCTA) 2011, ir-Rapport tas-Sitwazzjoni u t-Tendenzi tat-Terroriżmu (TE-SAT) 2011, l-Analiżi tar-Riskji Annwali tal-Frontex (ARA) 2011 u l-Analiżi tar-Riskji Annwali tal-Balkani tal-Punent (WB ARA) 2011 – u fuq il-każ tal-Eurojust kif rifless fir-Rapport Annwali tiegħu tal-2010.

[5] Ara l-Europol: Ir-Rapport tas-Sitwazzjoni u t-Tendenzi tat-Terroriżmu fl-UE (TE-SAT) 2011.

[6] Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta’ Diċembru 2006.

[7] Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI u 2008/616/ĠAI (Deċiżjonijiet Prüm).

[8] Bħall-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Trasferiment ta’ Proċeduri f’Materji Kriminali tal-1972 u l-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-UE tal-2000.

[9] Ara l-Europol: Valutazzjoni ta’ Theddid mill-Kriminalità Organizzata Faċilitat mill-Internet (iOCTA) 2011

[10] L-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, Malta, il-Polonja u l-Isvezja għadhom ma rratifikawx il-konvenzjoni.

[11] http://ec.europa.eu/anti_fraud/documents/Working-paper.pdf

[12] Iċ-Ċiklu tal-Politika Armonija tal-UE jkopri t-tmien prijoritajiet li ġejjin:

1. Tiddgħajjef il-kapaċità tal-gruppi tal-kriminalità organizzara attivi jew ibbażati fl-Afrika tal-Punent biex tiġi ttraffikata l-kokaina u l-eroina lejn l-UE i fi ħdanha;

2. Jittaffa r-rwol tal-Balkani tal-Punent bħala transitu prinċipali u żona tal-ħażna għall-prodotti illeċiti destinati għall-UE u ċentru loġistiku għall-gruppi tal-kriminalità organizzata inklużi l-gruppi tal-kriminalità organizzata li jitkellmu bl-Albaniż.

3. Tiddgħajjef il-kapaċità tal-gruppi tal-kriminalità organizzata biex tiġi ffaċilitata l-immigrazzjoni illegali lejn l-UE, b’mod partikolari mill-Ewropa tan-Nofsinhar, tax-Xlokk u tal-Lvant u b’mod notevoli fil-fruntiera Griega-Torka u fiż-żoni tal-kriżi tal-Mediterran qrib l-Afrika ta’ Fuq;

4. Titnaqqas il-produzzjoni u d-distribuzzjoni fl-UE tad-drogi sintetiċi inklużi sustanzi psikoattivi ġodda;

5. Jiġi mfixkel it-traffikar lejn l-UE b’mod partikolari fil-forma ta’ kontejners, ta’ prodotti illeċiti inklużi l-kokaina, l-eroina, il-kannabis, oġġetti ffalsifikati u s-sigaretti;

6. Jiġu miġġielda l-forom kollha ta’ traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu tal-bnedmin billi jiġu mmirata l-gruppi tal-kriminalità organizzata li jwettqu dawn l-attivitajiet kriminali b’mod partikolari fiċ-ċentri kriminali tan-Nofsinhar, tal-Lbiċ u tax-Xlokk fl-UE;

7. Jitnaqqsu l-kapaċitajiet ġenerali tal-gruppi tal-kriminalità organizzata mobbli (itineranti) biex jeżerċitaw attivitajiet kriminali;

8. Tissaħħaħ il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità u l-użu ħażin kriminali tal-internet mill-gruppi tal-kriminalità organizzata.

[13] K (2011) 6306 finali; adottat fid-19 ta' Settembru 2011.

[14] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta’ Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-ħsieb li tirrinforza l-ġlieda kontra l-kriminalità serja kif emendata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/659/ĠAI u permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ tal-Eurojust.

[15] Il-countdown lejn l-impunità: Statuti ta' Limitazzjoni fl-Unjoni Ewropea (UE) marbuta mal-korruzzjoni — JLS/2008/ISEC/100.

[16] L-addozzjoni hi prevista għall-2012.

[17] Id-Deċiżjonijiet Qafas 2001/500/ĠAI dwar il-ħasil tal-flus u l-konfiska, 2005/212/ĠAI dwar il-konfiska estiża, 2003/577/ĠAI u 2006/783/ĠAI rispettivament dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-ordnijiet tal-iffriżar u l-konfiska. .

[18] L-iżvilupp ta' metodi u tekniki ta' investigazzjoni fil-qasam tal-irkupru tal-assi — JLS/2008/ISEC/FPA/C1/018.

[19] Titolu u Referenza: Investigazzjoni taċ-Ċiberkriminalità – Żvilupp u tixrid ta’ programm ta’ taħriġ akkreditat għall-futur - JLS/2008/ISEC/FP/C4-077.

[20] COM (2011)163, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Ħarsien tal-Infrastruttura tal-Informazzjoni Kritika ‘Il-kisbiet u l-passi li jmiss: lejn ċibersigurtà globali’.

[21] COM (2009) 149, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Ħarsien tal-Infrastruttura ta' Informazzjoni Kritika ‘Il-protezzjoni tal-Ewropa mill-attakki ċibernetiċi u t-tfixkil fuq skala kbira: titjib fit-tħejjija, is-sigurtà u r-reżistenza’.

[22] Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jiddetermina l-qafas tekniku u operazzjonali tal-EUROSUR u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jitwaqqaf SEC (2011) 145 finali tat-28.1.2011. Ara wkoll COM (2008) 68 finali tat-13.2.2008 u SEC (2009) 1265 finali tal-24.9.2009.

[23] Centre de Coordination pour la lutte antidrogue en Méditerranée.

[24] Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Valutazzjoni tar-Riskju u Linji Gwida għall-Immappjar għall-Ġestjoni tad-Diżastri, SEC(2010) 1626 finali tal-21.12.2010.

[25] L-adozzjoni prevista għas-07 ta’ Diċembru 2011.

[26] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn rispons għad-diżastri Ewropew aktar b’saħħtu: ir-rwol tal-protezzjoni ċivili u l-għajnuna umanitarja”, 26.10.2010, COM (2010) 600 finali.

[27] Ir-referenza għall-“PESD” (Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża) issa għandha taqra “PSDK” (Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża komuni), wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. . .

[28] Wara l-Adozzjoni tal-abbozz ta’ konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni possibbli bejn il-missjonijiet tal-PESD ċivili u l-EUROPOL fir-rigward tal-iskambju reċiproku tal-informazzjoni fis-17 ta’ Novembru 2008, ġie implimentat l-iskambju tad-dejta personali bejn l-EUROPOL u l-EULEX Kosovo: Id-dejta personali hija trasferita bejn l-EULEX (mill-EUOCI l-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea għalll-Intelliġenza Kriminali) u l-EUROPOL permezz tal-Unitajiet Nazzjonali tal-EUROPOL (ENUs) li jinsabu fi tliet bliet kapitali tal-SM (FI, SE, UK).

[29] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-Programm Qafas 'Is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet' (2007-2013), COM (2011) 318 finali